4 minute read

Bil-Covid-19 ser issir black friday?

Next Article
Tisliba bi premju

Tisliba bi premju

Is-27 ta’ Novembru hi l-ġurnata s-sewda – niket u dwejjaq? Xejn minn dan – din hi l-ġurnata magħrufa bhala Black Friday. Din hija l-festa għal dawk in-nies li jħobbu jixtru u jonfqu qabel il-festi tal-Milied. Kollox oriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika, fejn ħafna nies jibdew ix-xiri tal-Milied minn kmieni. Ġurnata li ilha popolari mill-1952 u f’pajjiżna daħlet ukoll riċenti. Din il-ġurnata hi magħrufa għar-roħs ta’ prezzijiet fuq diversi oġġetti; roħs li jibda mill-Ħamis filgħaxija u jispiċċa l-għada l-Ġimgħa. Għall-Amerikani, Black Friday hija l-ewwel nhar ta’ Ġimgħa wara Thanksgiving, festa nazzjonali fejn jitlaqqgħu l-familji u li fiha jiftakru fl-affarijiet sbieħ li kellhom matul dik is-sena. Ħafna kumpaniji fl-Amerika jagħtu kemm il-Ħamis u anke l-Ġimgħa off lill-impjegati ħalli jkunu jistgħu jgawdu l-weekend mimli xiri. Fl-Amerika din il-ġurnata ġiet irreġistrata bħala l-aktar ġurnata busy f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kummerċ.

Imma għaliex Black Friday? L-ewwel darba li ġiet intużata din il-frażi kien fis-sena 1869, meta żewġ negozjanti kbar ħadmu flimkien sabiex jixtru kemm jistgħu deheb fil-pajjiż. Dan għamluh b’għan ewlieni li d-deheb isir skars u jerġgħu jbigħuh bi prezz għoli. Kien nhar il-Ġimgħa fix-xahar ta’ Settembru meta dan il-pjan inkixef u l-istokk tas-suq waqgħa tant li kien viċin il-kollass u ħafna spiċċaw falluti. Iżda l-iktar storja magħrufa dwar l-oriġini ta’ Black Friday teħodna lura fil-ħamsinijiet meta l-pulizija f’Philadelphia użaw dan it-titlu wara li raw influs ta’ nies imorru jixtru l-għada ta’ Thanksgiving. Ħafna turisti u nies tal-lokal ħonqu l-ħwienet biex jixtru u jippreparaw għal-logħba taħraq tal-Army-Navy li kellha ssir l-għada. Il-pulizija kellhom uġigħ ta’ ras dakinhar biex jikkontrollaw in-nies u jipprevjenu s-serq. Fl-1961 din il-ġurnata tant saret popolari li n-negozjanti bdew isejħulha Big Friday biex jitneħħew xi konnotazzjonijiet negattivi, imma n-nies xorta baqgħu jsejħulha hekk. Kien fl-1980 meta t-terminu Black Friday beda jieħu xejra pożittiva.

Advertisement

F’Malta wkoll issa mdorrijin li niċċelebraw din il-festa ta’ xiri! Infatti ftit ġranet qabel inkunu qed nistennew ir-reklami dwar din il-ġurnata tant mistennija. Il-Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji, fl-2018, qalet li 9% tan-negozji qalu li dik is-sena Black Friday kienet ħafna aħjar missena ta’ qabel. Kważi tliet kwarti tan-negozji rrapurtaw żieda ta’ bejn 10% u 30% fuq ġurnata normali ta’ bejgħ. L-2018 kienet sena rekord ta’ bejgħ u profitti għannegozji. Sfortunatament fil-Black Friday tas-sena l-oħra,

s-sitwazzjoni politika telfet ftit mir-ritmu tal-bejgħ f’din il-ġurnata partikolari. Minn survey ta’ din l-organizzazzjoni, 53% tan-negozji qalu li Black Friday ma laħqitilhomx l-għanijiet tagħhom. Kienu biss 8% li kkonfermaw li kellhom żieda fil-bejgħ.

Din is-sena ħafna huma mħassba jekk din il-ġurnata hux ser issir jew le. Hemm żewġ fatturi, in-negozji ħadu daqqa ta’ ħarta fi żmien il-Covid-19 li hemm min s’issa għadu ma rkuprax minnha. Imma din il-ġurnata tista’ tgħin biex ittaffi ftit mill-problemi u b’inċentiv, in-nies jitħajru jixtru. Iżda l-ikbar problema hija d-distanza soċjali fejn fil-ħanut ma jistgħux jidħlu aktar nies milli dak immarkat fuq tabella fuq il-faċċata. Staqsejna lill-kelliem mill-Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji fuq dan u hu assigurana li din is-sena Black Friday ser issir żgur u fil-bidu t’Ottubru bdew ilpreparamenti tagħhom sabiex jirreklamaw din il-festa.

Kif tista’ ssir?

Hemm ħafna metodi ta’ kif qed jimmaġinaw li tista’ ssir Black Friday. Żgur mhux bi kju twil u rassa għax hemm ikunu qed imorru kontra d-direttivi tas-saħħa. B’hekk din is-sena din il-ġurnata ser tkun differenti milli mdorrijin narawha. P Kumpaniji barranin qed jgħidu li minflok ser ikun hemm ġurnata, ser tkun imqassma fuq aktar ġranet li tagħmilha eħfef għan-nies sabiex iżuru l-ħwienet rispettivi.

Ċertament li r-roħs fuq affarijiet speċjali ser jibda minn qabel. Diġà bdejna narawha dieħla f’Malta s-sena l-oħra fejn kumpaniji minnhom estendew irroħs b’ġimgħa sħiħa minflok f’ġurnata waħda. P Kumpaniji kbar saħansitra qed joffru appuntament lill-klijenti sabiex iżuru ix-showroom jew ħanut; b’hekk jaċċertaw li fix-showroom jew ħanut ikun hemm nies li huma interessati biex jixtru u n-numru ta’ klijenti ma jaqbiżx dak stipulat. P Ċertament din is-sena trid taħsiblu kmieni. Għalhekk aqbad u agħmel lista ta’ dawk l-affarijiet li trid tixtri ħalli meta jibda r-roħs ta’ Black Friday int tibbenifika! Din is-sena litteralment ma tistax tħalli għall-aħħar! P U online? Wara Black Friday, inkunu qed nistennew is-Cyber Monday. Ġurnata ta’ roħs din id-darba online, imma dan mhux roħs normali. Dawk ilħwienet li għandhom sit elettroniku minn fejn tista’ tixtri online mistennija jmorru tajjen għax dan jagħmilha aktar faċli għal dawk li ħa jixtru biex jibqgħu fil-kumdità ta’ darhom u jixtru dak li jridu filwaqt li jirrispettaw id-direttivi tas-saħħa.

Kumpaniji kbar qalu li ser ikunu qed jirreklamaw kemm jistgħu dawn l-iskontijiet speċjali, ħalli n-nies ma jkollhomx għalfejn jiġu fl-istabiliment.

Ikun għaqli għalik jekk il-lista tal-affarijiet li tixtieq, tniżżlilha l-prezzijiet li trid int. Dan sabiex tkun tista’ tqabbel liema huwa l-orħos u mbagħad fejn jaqbillek ixtri! Aħna ħsibna fik u preparajnielek din il-lista sabiex tgħinek aktar:

Baġit li nixtieq nonfoq: ______________

L-isem tal-ħanut Il-prodott li nixtieq nixtri Il-prezz oriġinali Il-prezz ta’ Black Friday Ġurnata tas-SALE

Ngħiduha kif inhi kulħadd iħobb jiffranka, u din il-ġurnata hi ideali għal dawk li jixtiequ jixtru ħafna affarijiet bir-roħs. Għalhekk x’qed tistenna? Poġġi bilqiegħda, aħseb ftit, ikteb x’tixtieq u dakinhar tar-roħs, mur u ibbenifika.

This article is from: