GWIDA NOVEMBER 2020

Page 53

Editorjal

BIL-COVID-19 SER ISSIR BLACK FRIDAY? Is-27 ta’ Novembru hi l-ġurnata s-sewda – niket u dwejjaq? Xejn minn dan – din hi l-ġurnata magħrufa bhala Black Friday. Din hija l-festa għal dawk in-nies li jħobbu jixtru u jonfqu qabel il-festi tal-Milied. Kollox oriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika, fejn ħafna nies jibdew ix-xiri tal-Milied minn kmieni. Ġurnata li ilha popolari mill-1952 u f’pajjiżna daħlet ukoll riċenti. Din il-ġurnata hi magħrufa għar-roħs ta’ prezzijiet fuq diversi oġġetti; roħs li jibda mill-Ħamis filgħaxija u jispiċċa l-għada l-Ġimgħa. Għall-Amerikani, Black Friday hija l-ewwel nhar ta’ Ġimgħa wara Thanksgiving, festa nazzjonali fejn jitlaqqgħu l-familji u li fiha jiftakru fl-affarijiet sbieħ li kellhom matul dik is-sena. Ħafna kumpaniji fl-Amerika jagħtu kemm il-Ħamis u anke l-Ġimgħa off lill-impjegati ħalli jkunu jistgħu jgawdu l-weekend mimli xiri. Fl-Amerika din il-ġurnata ġiet irreġistrata bħala l-aktar ġurnata busy f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kummerċ. Imma għaliex Black Friday? L-ewwel darba li ġiet intużata din il-frażi kien fis-sena 1869, meta żewġ negozjanti kbar ħadmu flimkien sabiex jixtru kemm jistgħu deheb fil-pajjiż. Dan għamluh b’għan ewlieni li d-deheb isir skars u jerġgħu jbigħuh bi prezz għoli. Kien

nhar il-Ġimgħa fix-xahar ta’ Settembru meta dan il-pjan inkixef u l-istokk tas-suq waqgħa tant li kien viċin il-kollass u ħafna spiċċaw falluti. Iżda l-iktar storja magħrufa dwar l-oriġini ta’ Black Friday teħodna lura fil-ħamsinijiet meta l-pulizija f’Philadelphia użaw dan it-titlu wara li raw influs ta’ nies imorru jixtru l-għada ta’ Thanksgiving. Ħafna turisti u nies tal-lokal ħonqu l-ħwienet biex jixtru u jippreparaw għal-logħba taħraq tal-Army-Navy li kellha ssir l-għada. Il-pulizija kellhom uġigħ ta’ ras dakinhar biex jikkontrollaw in-nies u jipprevjenu s-serq. Fl-1961 din il-ġurnata tant saret popolari li n-negozjanti bdew isejħulha Big Friday biex jitneħħew xi konnotazzjonijiet negattivi, imma n-nies xorta baqgħu jsejħulha hekk. Kien fl-1980 meta t-terminu Black Friday beda jieħu xejra pożittiva. F’Malta wkoll issa mdorrijin li niċċelebraw din il-festa ta’ xiri! Infatti ftit ġranet qabel inkunu qed nistennew ir-reklami dwar din il-ġurnata tant mistennija. Il-Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji, fl-2018, qalet li 9% tan-negozji qalu li dik is-sena Black Friday kienet ħafna aħjar missena ta’ qabel. Kważi tliet kwarti tan-negozji rrapurtaw żieda ta’ bejn 10% u 30% fuq ġurnata normali ta’ bejgħ. L-2018 kienet sena rekord ta’ bejgħ u profitti għannegozji. Sfortunatament fil-Black Friday tas-sena l-oħra,

GWIDA Novembru 2020 53


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.