14 minute read

Intervista mal-preżentaturi simpatiċi

CLARE AGIUS SPARLING Hwejjeġ: GILDA

Advertisement

Attiva, Pożittiva u determinata li

Irtokk: Mateja Camilleri bi prodotti Guerlain mingħand FRANKS Xagħar: Alexander's with L'oreal Professionel ddawwarna ma’ Malta!

Sbuħija: Neo Derma Dwiefer: Revamp by DEA

Ritratti: Matthew Cutajar (iCam)

Apparti li hija waħda mit-tliet nisa ta’ Ilsien in-Nisa, Clare qed tipproduċi u tippreżenta programm fuq ONE bl-isem ta’ The Local Traveller, kull nhar ta’ Erbgħa fid20:45. Dan hu programm interessanti fuq Malta u li fih Clare qed teħodna dawra sħiħa fi rkejjen li mhux komuni narawhom. Fi żmien il-pandemija, ħafna ġew imċaħħda milli jsiefru, imma Clare ratha bħala opportunità. Nistgħu nsiru turisti ta’ pajjiżna stess. Ma’ Clare tkellimna fuq ħafna affarijiet kurrenti, ara x’qaltilna...

Kien hemm xi post li għoġbok l-aktar millpostijiet li ffilmjajt għall-programm The Local Traveller?

Ħadt pjaċir ħafna nżur postijiet li qatt ma żort qabel, ambjent differenti. Post għall-kwiet li xtaqt nibqa’ fih għal sigħat twal. Xi ħaġa li ħadt pjaċir nagħmel hi l-isports bħal diving, rock climbing, etċ... Meta mmur ġo sit li qatt ma mort qabel, nogħxa. Xi ngħidu għal Kemmuna, qatt ma żort Kemmuna bħal meta dawwarni Salvu. Rajt kull kantuniera, apprezzajt kull nifs nadif li tista’ tieħu u ħadt gost nara l-passjoni ta’ Salvu. Salvu hu l-unika persuna li joqgħod Kemmuna u qed naħsibha nagħmel ġimgħa hemm miegħu bħala vaganza. Tkun vaganza vera rilassanti kieku! Sabiħ li qed niltaqa’ ma’ Maltin li jkollhom storja x’jirrakkontaw li huma nies ta’ sugu, nies li jirriflettu s-soċjetà Maltija, dak li hu lokali. Ħadt gost niltaqa’ ma’ Ċikku ta’ Skutu u għad baqagħli niltaqa’ ma’ ħafna iżjed Maltin u nżur ħafna iktar postijiet.

Waqt il-ġbid dejjem nidħqu flimkien. Niftakar fl-ewwel fosthom il-Maqluba. Ħadt gost hemm ninżel u nara

programm iltqajt ma’ Arnold. Dan Arnold, l-ewwel bdejna nfittxu l-wirdien imbagħad sabli xaħmet l-art. Trid tarani nipprova nersaq lejh, għax ngħiduha kif inhi, mhux normali li jien inkun viċin kreaturi uniċi hekk.

Kif affettwatek il-pandemija? Nafu li int persuna pożittiva ħafna u ma tħobbx il-garr...

Dejjem żammejt mar-regoli u dak li jintqal mill-Awtorità tas-saħħa però psikoloġikament ma tantx affettwatni. Ovvja li qed ngħix iżjed konxja imma din għalija mhux negattiva. Anzi mill-ewwel innuttajt li infurzar hawn iżjed, prudenza wkoll, alumenu mill-maġġoranza tan-

nies. Jien nemmen li biex tgħix sew trid tafda l-ġudizzju tiegħek li jkun infurmat sew minn sorsi tajbin, taddatta kemm jista’ jkun malajr u l-bqija, trid tgħix. Jien la nġib id-dinja fit-tarf u lanqas għandi xi aspettazzjonijiet m'għola s-sema tal-ħajja allura nagħraf x'inhuma l-affarijiet sempliċi li jikkuntentawni u nżomm pożittiva.

Bħala omm ma dejqitekx li trid tibgħat it-tfal l-iskola?

Ngħidlek id-dritt, kelli ftit ansjetà fuq it-tfal. Bżajt li ħa jimirdu jew jiġrilhom xi ħaġa, imma meta waslet l-iskola mhux talli bgħatthom minn qalbi, iżda anke huma riedu li jmorru. Jien naħseb li psikoloġikament għalihom kienet ħafna aħjar milli baqgħu ġewwa. Kemm ser idumu t-tfal jilagħbu flimkien? Kemm ser idumu t-tfal ġewwa? It-tfal għandhom bżonn interazzjoni mhux biss ma’ sħabhom, imma għandhom bżonn jerġgħu jaddottaw irrelazzjoni mal-għalliema tagħhom. Din hija ta’ benefiċċju kbir għat-tfal! Meta l-ġenituri jmorru biex jgħallmu lil uliedhom, it-tfal jeħduhom for granted, jirribellaw kontrina, imma mal-għalliema din tkun mod ieħor. L-għalliema jgħallmuk tħaddan ir-rispett u t-tfal jagħtu aktar kas u jitgħallmu aktar. Naħseb l-irwol ta’ ġenitur qiegħed hemm biex ngħallmu l-valuri u l-manjieri, u affarijiet li jaqgħu taħt il-limiti ta’ familja, imma fejn tidħol edukazzjoni, l-iskola ma jirbħilha ħadd.

X’taħseb minn skola mid-dar?

Fil-bidu tal-pandemija għamilnieha u wliedi bdew sejrin tajjeb ħafna. Però qatt mhu ser tibdel l-iskola proprja. L-emozzjoni ta’ kuntatt uman hu ħafna importanti għattfal tagħna. Nitkellem fuq uliedi, dawn immissjaw ħafna lil sħabhom u lill-għalliema, u naħseb xħin marru lura l-iskola kien għalhekk li ħadu r-ruħ.

Dejqitek li ma tistax issiefer?

Għall-bidu dejqitni, imma malajr sibt soluzzjoni! Bdejt indur postijiet f’Malta u Għawdex fis-sajf, li qatt ma żort. Jien waħda minn dawk li dejjem kont inħossni fgata jekk ma nsifirx. Jien naħseb li jekk inti jkollok saħħa li taddatta għaċ-ċirkustanzi

li titfagħlek il-ħajja, ma ġġib xejn bi kbir. Trid tieħu kollox skont kemm tiflaħ u dejjem tibqa’ pożittiv. Jekk ser toqgħod tgħid, “Għax imma...” jew “għax kieku...”, ir-riżultat tiegħek ser ikun differenti u ser tħossok dejjem ħażin. Trid dejjem tara kif tista’ tadatta għall-ħajja u tgħix! Jiena persuna li nobgħod ħafna l-garr, allura nevitah anke fuqi nnifsi.

Din is-sena Ilsien in-Nisa speċjali għax jagħlaq 10

Sabiħ hux! Tiskanta għax lanqas naf kif għaddew 10 snin. Tgħid lin-nies barra u kulħadd fehma waħda, “Kif jista’ jkun?”. Dan għalija nieħdu kumpliment għax ma rawhomx għaddejjin u fl-istess ħin kumpliment ukoll għax ma xjaħniex ħafna! Meta bdejna, qatt ma immaġinajna li ser inkomplu sejrin bil-programm daqshekk fit-tul. Bħala tim kien ikbar għax il-kunċett ta’ dan il-programm dejjem kien biex inkunu flessibbli ma’ xulxin. Aħna kollha bi tfal żgħar, min ser isiefer u min għandu xi qadja. Dejjem xtaqna li nkunu tim ta’ nisa li jekk ma setgħetx waħda, tkun tista’ l-oħra. Imma aħna t-tlieta dejjem konna t-tlieta li qatt ma fallejna programm. Mażżmien bqajna aħna għax l-involviment għall-programm ħassejnieh li jikkumplimenta ħajjitna tajjeb ħafna. Id-dinamika ta’ bejnietna saret il-passjoni tagħna; wkoll li niddiskutu u nibqgħu nfittxu li nitgħallmu flimkien. L-oħrajn kollha li bdew magħna, kollha għadna ħbieb sal-lum il-ġurnata, nitkellmu u nifirħu lil xulxin, imma hija xi ħaġa naturali li min beda u min spiċċa.

Clare, bejnietkom tagħmlu ħafna programmi imma int issegwi xi wieħed minnhom?

Ħa nkun onesta miegħek! Aħna naraw l-ewwel wieħed ta’ kull skeda ħalli nagħtu r-rispons tagħna, imma l-bqija ma narax. Biex nirrilassa noqgħod nara xi serje marraġel. Qatt ma poġġejt bilqiegħda u rajt programm Malti mill-bidu sal-aħħar. Jien għandi r-raġel Ingliż u jekk ser inpoġġi miegħu, miskin dan mhu ser jifhem xejn! Apparti minn dan il-ħin ftit li jkolli mal-familja, inħobb

snin!

nirrilassa.

Ħa narawk tirreċta aktar?

Din is-sena kelli L-Interrogazzjoni. Kienet l-aħħar prestazzjoni li saret qabel il-Covid-19 fi Frar. L-2021 irridu naraw x’ser iġġib magħha. Inħobb inżomm proġett wieħed ta’ drama tajjeb f’sena.

CLAIRE AGIUS ORDWAY Sportiva, grazzjuża u determinata li twassal il-messaġġ tagħha bi programm!

Kulħadd jaf lil Claire għall-partijiet komiċi li kien ikollha, jew għal xi programm fuq it-twelid. Claire għamlet patt magħha nnifisha li tibdel ħajjitha u tkun sportiva aktar minn qatt qabel. Fil-pandemija fuq il-mezzi soċjali, ta’ sikwit konna naraw filmati tagħha flimkien ma’ wliedha jagħmlu xi sports. Din is-sena fuq l-iskeda ta’ ONE qed tippreżenta żewġ programmi oħra apparti Ilsien inNisa. Tkellimna ftit fuqhom u Claire bit-tbissima tagħha qatgħetilna kull kurżità li kellna.

Fil-pandemija rajniek ħafna tagħmel l-eżerċizzju mat-tfal. Imma tobbligahom jew minn jeddhom?

It-tfal tiegħi trabbew f’din il-ħajja, biss biss minn meta twieldu dejjem jafuni niġri! It-tnejn iż-żgħar jafuni dejjem nagħmel l-isports u l-kbir ftit jiftakarni mhux sportiva. Jien kienet xi ħaġa differenti għalija. Qatt ma trabbejt bl-isports u gymwear ma kienx jidħol id-dar. Imma llum, fil-gwardarobba, iktar għandna ħwejjeġ tal-eżerċizzju milli ħwejjeġ normali, kollha kemm aħna.

Din is-sena, kull nhar ta’ Tnejn filgħaxija qed tagħmel il-programm Reboot. Kif nibet ilprogramm?

Jien qatt ma ridt immur gym, qatt m’għoġobni u dejjem irreżistejt illi mmur l-gym. F’Jannar niftakar kont ċempilt il-kowċ tal-isports tiegħi u kkonvinċieni niġi għal ġimgħa biss. Għedtlu li ma kontx ser inħallas membership għal xahar sħiħ, imma bil-ġurnata għax il-gym ma kienx xi ħaġa

Xagħar: Cyra Make up: Mateja Camilleri bi prodotti għamilt Dak li jgħodd u meta kont fi żmien li t-tifel tiegħi kien involut fl-isports, għamilt il-programm Determinati. Dejjem programmi speċifiċi għal ċertu tip ta’ nies. Tant tgħallimt din id-darba li xtaqt ngħaddih anke b’Reboot. Waqt Reboot, it-telespettaturi ser jarawni nagħmel sports differenti, biex kulħadd ikun jaf x’jista’ jagħmel. Qed nagħmel minn crossfit li hu sport iebes, għal zumba fil-pool ma’ nies naqra anzjani, biex in-nies ikollhom l-għażliet kollha u imbagħad ikunu jistgħu jagħżlu. Imbagħad fil-programm qbadna sitt persuni li qed nittrenjawhom għal Tough Mudder, parteċipanti ħelwin li qed jagħmlu l-isports. Fih ukoll riċetti nutrittivi u pariri tas-saħħa. Bażikament qisu ktieb ta’ informazzjoni fuq fitness u nutrizzjoni.

Mill-isports kollu li qed tagħmel, x’qed iħajrek l-aktar?

Jien kollox nitħajjar nagħmel u aktar mal-isport kien idejjaqni, aktar sirt inħobbu. Eżempju crossfit, l-isfidi li jkolli huma kbar; weighlifting għalija vera nbati, imma peress li jagħtini sfida u ma niħux pjaċir nagħmlu, iktar isaħħaħli l-adrenalina biex nagħmlu. Is-sodisfazzjon li nħoss wara lezzjoni fejn ma ħassejtnix komda u jirnexxili nagħmilha, hija wisq kbira. Ngħid jien għelibt lili nnifsi għax dik imbagħad tgħinni fil-ħajja! Jien dejjem hekk imxejt anke meta għamilt il-maratona kompluta. Qabel ma għamiltha kont qrajt li din kienet ser tkun avventura

Sisley mingħand Franks Malta u nieħu ħsieb it-tfal, u nsib ċans niġri. Mentalment kont nisfida lili nnifsi u dik għenitni ħafna tant li issa nemmen

Ħwejjeġ: Esprit Żraben: L1 shoestore by Tiptoes Ritratti: Matthew Cutajar (iCam)

li jogħġobni. Bdejt immur mal-kowċ u ħadt pjaċir. Fuq ilprofil tiegħi ta’ Instagram, ta’ sikwit kont nippubblika filmati qosra u n-nies bdew jibagħtuli ħafna messaġġi. Qaluli li kont ispirazzjoni għalihom u kienu ħafna li saqsewni kif inlaħħaq bil-programmi u tlett itfal. Aktar ma beda jgħaddi żmien aktar bdejt ninbidel u nieħu l-gym bis-serjetà. Jekk tlajt ilħabel ridt nagħmel iktar, jekk erfajt xi weight partikolari ridt nagħmel iktar, u qisu n-nies raw bidla fija li għexuha miegħi permezz tal-mezzi soċjali. Matul il-pandemija bdejt nistudja ngħaddi t-tagħlim tiegħi permezz ta’ programm televiżiv. Jien qatt ma kelli programm għall-massa, imma għallġeneru ta’ nies li jinteressaw ruħhom f’ċertu suġġett.

Infatti f’ħajtek għamilt ħafna programmi skont ilperjodu li kont għaddejja minnu...

Eżatt... Meta kont l-Università kont għamilt il-programm Chat Room b’diskussjoni maż-żgħażagħ. Meta kelli t-tfal

li tibdlek u ma kontx emmintha dak iż-żmien. Però tant tagħtini saħħa mentali wara, li naqbel magħha!

X’kont tagħmel mela?

Kont inqum fit-3 ta’ filgħodu biex inlaħħaq mal-familja online fuq in-nutrizzjoni u l-fitness, u tant tgħallimt li xtaqt

li nista’ negħleb kull sfida li jkolli. Irnexxieli nirbaħ ħafna ostakli! 42 kilometru mhux ċajta aħseb u ara l-ħin kollu tiġri, imma kont determinata li nagħmilha! Għamilt 6 xhur niġri 50 kilometru kull ġimgħa biex nipprepara għaliha u jien kelli t-tfal żgħar dak iż-żmien. Kont għażilt il-ġiri biex ma naffettwalhomx ħajjithom u stajt immur meta rrid. Kont niġri billejl ħalli matul il-ġurnata nkun mal-familja. Il-maratona għamiltha tliet darbiet u minn din skoprejt xi nħobb ukoll.

X’jgħidulek it-tfal?

It-tfal issa drawni u jaħsbu li kull omm hija attiva u sportiva għax hija normali għalina. Kien il-kbir li rani nikber u nissaħħaħ. Imma l-aħħar darba ggustajthom għax lil Lyla ftaħt qalbi magħha u għedtilha, “Poġġewni nikkompeti u jien m’iniex atleta” u din weġbitni, “Int m’intix atleta? Tagħmel dak l-eżerċizzju kollu kuljum!”. Jien nittrenja biss imma f’għajnejn uliedi hija xi ħaġa

normali. Aħna l-ħin kollu deħlin u ħerġin bil-basktijiet tat-training, minn filgħodu sa filgħaxija.

Ilsien in-Nisa għalaq għaxar snin! Liema kienu l-aktar mumenti li ħadt pjaċir fihom?

Kull sena kien ikun hemm xi ħaġa għal qalbi. L-unika forsi xi ħaġa li tlift kienet meta n-nisa kienu jsiefru. Jien qatt ma sifirt mingħajr it-tfal. Meta t-tfal kienu żgħar ma kontx irrid nitlaqhom. Kelli dik il-biżgħa li nħallihom warajja. Ma ridtx li jgħaddi lejl u ma nkunx irqadt magħhom. L-ewwel darba li sifirt mingħajrhom kienet f’Taste & Travel għax kienu kibru. Meta għamilt il-programm Determinati kont sifirt mat-tifel biex ikolli lil xi ħadd minnhom miegħi. Mill-bqija kull sena kellu s-sabiħ tiegħu u dejjem kellna programmi tajbin li nemozzjonaw ruħna fihom. Aħna qisna aħwa, niġġieldu mbagħad ikollna mumenti sbieħ. L-istess bħall-familja!

Xi tgħidli fuq Dak li jgħodd?

Dak dejjem isaħħarni dwar ir-rispons li jkollu. Jien dejjem ngħid possibbli ħa nerġa’ nsib xi ngħid fuq l-irwol ta’ ġenitur. Ilni nitkellem minn mindu kelli l-kbir, imma emminni l-affarijiet jinbidlu. Dejjem ikolli stejjer ta’ ġenituri ġodda magħna. Jien dejjem ġo fażi ġdida u dejjem nitgħallem. Dak il-programm nibnieh fuq il-mistoqsijiet li jibagħtuli l-ġenituri. Jafni nwelled it-tlitt ulied li għandi għax għamilt l-ewwel programm eżatt xħin twieled l-ewwel wieħed li kien jismu ‘Minn Ġidd għall-Ġidd’. L-ewwel twelid kien diffiċli ħafna u kont għamilt riċerka fuq it-twelid tat-tarbija kkumparat maż-żminijiet u tant għoġbitni li xtaqt nagħmel xi ħaġa. Jien dejjem hekk; mill-fażi li nkun għaddejja noħloq programm... forsi issa nagħmel wieħed tal-anzjani la nixjieh!

Dak li jgħodd jixxandar kull nhar ta’ Tlieta fil-17:30 fuq ONE.

Ħwejjeġ: Me Boutique Xagħar: d salon Irtokk: Mateja Camilleri bi prodotti DIOR mingħand FRANKS Dwiefer: Rebecca’s Beauty Salon Ġojellerija: Carisma Collections

Ritratti: Matthew Cutajar (iCam) PAULINE AGIUS

Wiċċ simpatiku, ambizzjuża u determinata li tagħtik pariri siewja fuq darek!

It-tielet mara f’Ilsien in-Nisa hija Pauline! Pauline tħobb ħafna tivjaġġa. Fil-fatt fil-bidu ta’ din is-sena kont intervistajtha fuq il-vjaġġi li tħobb tagħmel. Ma stajtx ma nistaqsix x’qed tagħmel issa fi żmien li l-vjaġġi huma problema. Apparti minn hekk Pauline qed tippreżenta programm Indhouse li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fil17:30 fuq ONE, fejn flimkien mal-mistiedna taghha jagħtu ħafna pariri siewja fuq id-dar.

Peress li tagħmel Indhouse jitolbuk ħafna pariri n-nies?

Uħħħ! In-nies ħelwin għax ikollok ħafna rispons minn kull tip, imma jimmaġinaw li jien inkun naf kull ħaġa li jkun hawn fis-suq bl-amment. Ikolli mistoqsijiet ħelwin bħal “Taf hekk (u jibagħtuli xi stampa), fejn nista’ nsibha?” jew “X’ l-aħjar li nagħmel madum ileqq jew matt?”. Niggustahom! Dan il-programm qisu t-tarbija tiegħi għal żewġ raġunijiet; ilu għaddej 8 snin, imma primarjament għax jien bdejt naħdem fuq it-televiżjoni proprju fuq id-disinn tad-djar u hi linja għal qalbi ħafna. Linja li qatt ma studjajtha u m’iniex esperta fiha, imma grazzi għall-mistiedna professjonisti fil-programm, ma nistax ninnega li minn dan il-programm tgħallimt ħafna! Vera jkun hemm affarijiet li nkun nista’ nwieġeb lin-nies fuqhom u ngħinhom.

Peress li kellek ħafna ħin ġewwa fi żmien ilpandemija, biddilt xi ħaġa mid-dar?

Jien pandemija u mhux, il-ħin kollu nibdel xi ħaġa. Imma x’tippretendi? Jien il-programm jinfluwenzani ħafna! Immaġina nara l-programm u xħin inħares lejn id-dar fejn nista’ nsib xi banketta vjola?” jew “Qed infittex mejda

niddeċiedi li rrid inbiddel il-cushions, nerġa’ nagħmel programm ieħor u nibdel xi ornament... il-ħin kollu nbiddel fid-dar għax tant inkun aġġornata bl-aħħar affarijiet li niġi ispirata nibdel l-affarijiet tiegħi stess ...dejjem għall-aħjar sintendi!

Int tħobb ħafna ssiefer imma l-ajruport għalaq... x’għamilt?

Ħa tbikkini jaqaw? Apparti l-isfidi li ġab miegħu dan is-sajf, il-fatt li ma nistgħux nivjaġġaw kien uġigħ kbir. Niftakar nagħmel l-intervista miegħek f’Jannar li għadda u kont għedtlek bil-vaganza twila li qed nippjana għas-sajf 2020, imma ovvjament, bħal ħafna nies fid-dinja, kellna

nħassruha. Sofrejt bi kbir u kienet weġgħa ta’ qalb! Ħafna mill-biki li bkejt kien għax kont qed nittama li forsi s-sitwazzjoni tinbidel u xħin tgħaddi tkun aktar faċli li nsiefru. Imbagħad bħal kull min għandu t-tfal żgħar qisek toqgħod pass lura u tagħżel is-saħħa f’dan l-istadju. Il-fatt li din is-sena għadni ma missejtx ma’ safar, hija diffiċli naċċetta! Daqt immissu Diċembru u din ser tkun l-ewwel sena f’ħajti wara ma nafx kemm li ma sifirt imkien.

Kif affettwatek il-pandemija?

Għall-bidu ħadt qatgħa kbira u affettwatni ħażin għaġeb! L-ewwel ġurnata kont waħħalt l-eye lashes u meta rrealizzajt li ser noqgħod ġewwa qgħadt naqlagħhom waħda waħda b’idi bin-nervi li qabduni. L-ewwel ġimgħa kellha impatt kbir imma jien dejjem hekk niffaċċjahom l-affarijiet, l-ewwel nieħu dak ix-xokk inizjali mbagħad inkun naf li rrid nadatta u li rrid nagħmel kuraġġ u nħares ’il quddiem. Kellna sfidi kbar għax il-programmi fuq it-televiżjoni ma waqfux. Aħna konna ftit mill-uniċi li ddeċidejna nibqgħu għaddejjin daqqa mill-istudio, imbagħad bin-nies fuq Skype u mbagħad anke mid-djar tagħna stess. Aħna akkost ta’ kollox bqajna għaddejjin allura kelli nibqa’ naħdem normali. Imma dan kien perjodu lili għallimni ħafna. Nemmen li kollox jgħaddi fil-ħajja u dan kien perjodu li tgħallimna ħafna fih. Kien hemm prassi li segwejt fi żmien il-Covid-19 li huma ta’ benefiċċju u ddeċidejt li nżommhom. Eżempju jien ma kontx xi persuna li nħobb l-online shopping tal-bżonnijiet ta' kuljum bħal groceries, ħaxix u frott. Dejjem kont immur nixtri fiżikament; illum nagħżel li nixtri online għax niffranka t-triq u l-ħin.

Il-programm Indhouse żammni għaddejja bla waqfien, għax peress li kulħadd kien id-dar u kellu ħafna ħin fuq idejh kien hemm ħafna nies jagħmlu xogħlijiet fid-djar tagħhom. Tista’ tgħid li kien żmien li fih saru ħafna xogħlijiet fid-djar. Ma rridux naraw biss kif ġejna affettwati b’mod negattiv imma anke b’mod pożittiv ukoll. Kollox hekk fil-ħajja.

It-tfal u l-iskola... kif ħadtha li t-tfal reġgħu lura l-iskola?

Ovvjament kif ingħalqet l-iskola kellna naddattaw għal rutina ġdida. Tiegħi t-tnejn għadhom żgħar allura ma kienx hemm il-pressjoni enormi talakkademja minħabba li għandi wieħed imur child care u l-ieħor kien għadu kindergarten, imma kien hemm kwistjoni oħra li bdiet tinkwetani. It-tifel ż-żgħir, Nate, li kien għadu kemm beda ċ-child care u beda jiltaqa’ ma’ tfal oħra, f’daqqa waħda spiċċa d-dar, allura dak il-kuntatt waqaf f’salt. Jien

This article is from: