12 minute read

Tisliba bi premju

TISLIBA BIL-PREMJU APRIL

L-Ewwel Premju

Advertisement

Carmel Saliba, Qormi

€20 Vawċer minn Gold Market It-Tieni Premju

Marvic Agius, Mosta

Ktieb minn Horizons It-Tielet Premju

Paula Caruana, Msida

Ktieb minn Faraxa Ir-Raba’ Premju

Alfred Borg, Ħamrun

Ktieb minn Merlin Library

Soluzzjoni GWIDA Frar

Mimdudin 1 Martri; 3 Ħassar; 8 Santwarju; 10 Dramm; 11 Turre(tta); 13 Naħal, 15 Siġill; 19 (Turre)Tta; 20 Fard; 21 Borra; 23 Rigal; 25 Riva; 26 Fizzjal; 27 Wasla; 29 Uqija; 30 Kebab; 31 Ramel; 32 Abjad; 33 Ħtija

Weqfin 1 Mekka; 2 Rossini; 4 Student; 5 Riga; 6 Ħammel; 7 Swat; 9 Napli; 12 Rikeb; 14 Ħuta; 16 Ġidra; 17 Lingwa; 18 Sfortuna; 22 Razzett; 24 Qlubna; 26 Falla; 27 Ward; 28 Samm

10. 11

13. 15.

19. 20. 21.

23.

Mimdudin

Karab, għajjat bl-uġigħ (6) Ħaddiema li jmorru għall-gwerra? (6) Xorta ta’ tinda lussuża li dari kienu jimxu taħtha l-għarajjes ġodda u anki purċissjonijiet (9) Riħa, fwieħa (5) Inġinier ċivili, dak li jfassal il-pjanti għallbini (5) Anki (5) Jagħmel il-maġija u forsi anki xi magħmul (6) Proprjetarju (3) Dritt (4) Tiegħu kienet l-aktar banda popolari talMaltin (5) TAKEI (Anagr.) Il-prattika tajba dwar moralità u valuri msejsa fuq sisien korretti (5) Wieqfa Ġemgħa ta’ nies ħamalli, irmixk (4,4) Mart il-qażquż (7) Jaħdem fuq il-palk u ċ-ċinema (5) Insetti għaqlin li jipproduċu l-għasel u x-xama’ (5) Mhux mgħawweġ (5) Għaks (5) Pajjiż Mahatma Gandhi (5) UDRAN (Anagr.) Għal darbtejn jifforma isem ta’ Simon Le Bon (5)

25 u 27.

26. 27. 29.

30. 31. 32. 33.

1.

2. 4.

Weqfin

Xorta ta’ dgħajsa t-tip li fuqha nstabat u qasam rasu Xandru f’ Is-Salib tal-Fidda (5) Meta tintuża tgħarrfek li xi ħadd ġie jżurek (7) Persuna li jagħti xi ħaġa minn tiegħu għall5.

6. 7. 9. 12. 14.

16. 17. 18. 22. 24

26. 27. 28. ġid ta’ ħaddieħor (7) Kunjom u kif inhu magħruf Josip Broz, eksdittatur ta’ dik li kienet il-Jugożlavja(4) Ħuta fil-mazz tal-karti tal-logħob? (6) Bih issodd flixkun (4) Ra, forsi anki minn taħt il-għajn (5) Persuna li jgħix f’raħal (5) Imnalla ssibu f’nofs deżert biex tistrieħ u tixrob (4) Wettaq ix-xogħol, stinka (5) Jaf ikun pittur jew skultur (6) Ħaġar prezzjuż (8) Talba bil-kuruna u ħames posti (7) Ġewż, lewż... tin, kemm inħobb lil San Martin (6) Ħeġġa, ħerqa, entużjażmu (5) Ara 25 Mimduda (4) 28 Eżami (4)

Tisliba Bil-Premju April

Ibgħat is-soluzzjoni lill-GWIDA/ Tisliba April, Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq in-Negozju, Zone 3, Central Business District, Birkirkara, CBD 3010 mhux aktar tard minn nhar It-Tnejn 12 ta’ April. Isem

Indirizz

Mob/Tel

L-ISTĦARRIĠ TAL-GWIDA

Bejn Lulju u Diċembru tas-sena l-oħra għamilna stħarriġ mal-qarrejja tagħna u skoprejna ftit affarijiet ħelwin u interessanti. Staqsejniehom fuq kollox! L-istħarriġ għamilnieh f’forma ta’ kupuni li l-qarrejja tagħna setgħu jimlew u jibagħtu. B’kollox ħriġna 6 kupuni, wieħed fixxahar, li bihom il-qarrejja daħlu fiċ-ċans li jirbħu s-somma ta’ €1,000 fi flus kontanti. Din il-kompetizzjoni rebħitha Rachel Chircop u ħabbarnieha fir-rivista ta’ Frar. Irċivejna eluf ta’ risposti, li minnhom ħadna kampjun ta’ 400 kupun.

Il-Covid-19

98.5% tal-qarrejja tagħna jaraw il-bullettin mediku li tagħmel is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci. Meta ħareġ dan l-istħarriġ, dan kien isir kuljum. Staqsejna wkoll fuq liema stazzjon jew mezz ta’ komunikazzjoni kienu jaraw dan l-istħarriġ. Il-maġġoranza tal-qarrejja tagħna qalu li kienu jaraw lill-Prof. Charmaine Gauci fuq TVM, b’81.5%. It-tieni l-aktar stazzjon imsemmi li fuqu kienu jsegwu dan il-bullettin kien ONE, b’13.1%.

Preżentaturi u t-tfal tagħhom

Fit-tieni rivista ffukajna fuq Ben Camille u l-familja tiegħu. 35.9% tal-qarrejja tagħna qalu li jħobbu jsegwu lil dan il-preżentatur fuq it-televiżjoni. 22.1% qalu li jħobbu jaraw x’qiegħed jagħmel fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, filwaqt li 8.4% qalu li jħobbu jaraw l-istejjer li jagħmel fuq il-profil tiegħu ta’ Instagram.

Il-maġġoranza tal-qarrejja – 79.2% qalu li jiddejqu jisimgħu preżentatur Malti jitkellem u jagħmel intervista bl-Ingliż.

U x’jaħsbu l-qarrejja fuq il-ġenituri li jitfgħu r-ritratti ta’ wliedhom fuq is-social media? Il-maġġoranza b’50.8%, qalu li ma jaqblux li jagħmlu dan, iżda 24.2% qalu li għalkemm huma ma jaqblux, jifhmu lil dawk il-personalitajiet li jtellgħu ritratti tat-tfal tagħhom fuq is-social media. 25% qalu li ma jaraw xejn ħażin billi jaqsmu r-ritratti ta’ wliedhom fuq dan il-mezz ta’ komunikazzjoni.

Il-kunċerti

Fit-tielet rivista, intervistajna lil Joseph Calleja u staqsejna lill-qarrejja jekk qatt marrux xi kunċert ta’ Calleja. 77.9% qalu li qatt ma marru kunċert ta’ Joseph Calleja u 22.1% qalu li marru.

Peress li t-tifla ta’ Joseph Calleja marret tistudja barra, staqsejna lill-qarrejja, “Kieku għandek it-tfal, tagħtihom permess li jsiefru barra?”. Il-maġġoranza, b’60%, qalu li iva, kieku jħallu t-tfal bla problemi ta’ xejn. Iżda 40% ma tantx jieħdu gost u jgħidulhom le.

Mit-tielet rivista ta’ GWIDA, l-aktar parti li ħadu gost jaqraw il-qarrejja kienet l-intervista ta’ Joseph Callejja; 32% qalu li jagħżlu lilha bħala l-aktar artiklu li għoġobhom. 21.4% qalu li l-istorja taċ-ċkejkna Emily l-aktar li ħadu gost jaqraw. F’din ir-rivista konna sellimna l-memorja taċ-ċkejkna Emily li serqet tant qlub. 13.6% qalu li ħadu gost jaqraw l-intervista li konna għamilna mad-Diretturi ta’ L-Għarusa, Steven u Justin.

Drama u programmi

Id-drama hija l-aktar ħaġa li jieħdu pjaċir jaraw il-Maltin skont is-survey tal-Awtorità tax-xandir. Fuq GWIDA staqsejna liema drama jħobbu jsegwu l-qarrejja tagħna. Mill-istħarriġ tagħna indunajna li hemm similaritajiet bejn dan l-istħarriġ żgħir u dak xjentifiku tal-Awtorità. L-aktar drama li jieħdu pjaċir jaraw il-qarrejja tagħna hija Division 7 b’28.3%. Isegwi wara hemm id-drama L-Ispettur, imbagħad Sorelle.

L-aktar programm li jħobbu jaraw hu Illum ma’ Steph tal-preżentatriċi Stephanie Spiteri b’16.3%. Wara nsibu l-programm Niskata u Malta’s Got Talent li jinsabu t-tnejn fit-tieni post b’11.4%. It-tielet programm li jħobbu jaraw hu Ħadd Għalik b’9.8% jagħżlu lilu.

Biss l-aktar preżentatur li jogħoġobhom, ma jippreżenta l-ebda programm minn dawn t’hawn fuq! Kien appuntu Mark Laurence bi 8.7% li ġie ddikjarat bħala l-aktar preżentatur li jħobbu l-qarrejja talGWIDA. Issegwi Stephanie Spiteri b’7.9%.

Il-GWIDA

Mis-sitt rivisti li ħriġna, l-aktar rivista li għoġbithom l-aktar kienet dik ta’ Diċembru fejn konna intervistajna lill-President u l-mara tiegħu, is-Sra. Miriam Vella. Kien hemm 30.6% li għażlu din mir-rivisti kollha, imbagħad ir-rivista ta’ Lulju bi Prof. Charmaine, Onor. Fearne u Dr Barbara fuq quddiem tintgħażel bħala t-tielet favorita.

Skont dan l-istħarriġ, il-qarrejja jixtru l-GWIDA minħabba l-intervista prinċipali b’51.2% jagħżlu din issezzjoni. Fuq din is-sezzjoni naħdmu ħafna u ninvestu ħafna mill-ħin biex dejjem noffru l-aħjar intervista possibbli u differenti. Imbagħad 32.3% jgħidu li l-istejjer u tagħrif li jkollna fuq il-GWIDA l-aktar li jolqothom.

Taqbel ma’ dan l-istħarriġ? Ibagħtilna ittra jew email fuq info@gwida.mt. Infakkrukom li bħalissa f’paġna 27 hemm kompetizzjoni oħra li tista’ trebbħek €1,000 fi flus kontanti! Ser tipparteċipa?

GWIDA SETTEMBRU 2020 fuq kollox u fuq kulħadd 58 sena ta' suċċess

GWIDA IKBAR, ISBAĦ U B’AKTAR PAĠNI KULL L-EWWEL ĦADD TAX-XAHAR! U TISTA’ TIRBAĦ €1,000!

€1.95

mt

. GWIDA INTERVISTA ESKLUSSIVA MAT-TENUR MALTI JOSEPH CALLEJA “Ilni ma nkun daqshekk Malta mill-1996...”

LIL OMMI

Mingħand il-fessud tiegħek

Għandkom tkunu tafu li jien il-fessud tal-mamà! Twelidt l-ewwel wieħed u avolja miżżewweġ xorta għadna naraw kif insibu mezz biex nitkellmu regolari. Ommi jisimha Rosette, mara intelliġenti mhux fl-iskola imma fl-affarijiet essenzjali. Araha tagħmillek xi ħaġa minn affarijiet irriċiklati f’tebqa t’għajn. Kienet hi li għallmitni nsajjar u kienet hi li tatni l-ispirazzjoni biex nikteb. Ta’ sikwit ommi tikteb poeżiji qosra, sbieħ u sempliċi li jirriflettu xi ħaġa mill-ħajja tagħha.

Ommi persuna li tħobb il-karezzi u f’Jum l-Omm tkun qed tistenna bukkett fjuri. Tħobbhom u tapprezzahom wisq! Però jien ma nagħtihiex f’dan il-jum biss għaliex peress li tħobbhom, ġieli tajtha fi ġranet komuni! Niftakar darba mort nixtri l-fjuri u lil tal-ħanut kont għedtlu biex jagħtini bukkett. Dan mingħajr ma staqsieni għal min hu u x’nambih, kien tani wieħed, weħħilli nota, ħallastu u bqajt ħiereġ. Kont ferħan se ntir li kont ser nagħtiha bukkett. Xħin wasalt iddar nagħmel il-mossa speċjali tiegħi, nitfa’ l-bukkett warajja, nistennieha tiftaħli l-bieb, u xħin tiftaħ ngħidilha, “dan għalik”. Sintendi mbagħad ikun jonqos li naraw għajnejha jduru fi dmugħ u l-kliem “dan għalija?”. Imma dakinhar ma ninsieha qatt. Xħin rat il-bukkett ħadet pjaċir bih, imma qaltli, “sabiħ. Dan bukkett tal-mejtin. Hawn ara t-tabella talkondoljanzi”. Xorta poġġietu fil-vażun u tatu l-ilma li kellu bżonn. Imma meta tmur għand il-ħanut tal-fjuri tagħmilx bħali, għidlu r-raġuni għaliex ser tixtri bukkett fjuri u jagħtik skont l-okkażjoni. Anke l-fjuri jvarjaw mill-okkażjoni. Ġeneralment meta kont nixtrilha bukkett kien iżewwaqli bukkett bil-ward u lillies. Dawn vera jagħmlu sabiħ immens għax filli jkunu magħluqin imbagħad maż-żmien tarahom jinfetħu.

Darba oħra niftakar li f’Jum l-Omm kont imħabbat! Imma ma xtaqtx li ma nixtrilhiex rigal! Dak iż-żmien kont qed nipproduċi reċta maż-żgħażagħ tar-raħal u kemxejn kelli ċans immur nixtri rigal. Għalhekk kont tajt €20 lil waħda minn dawk li kienet qiegħda tgħinni u tlabtha tixtri vawċer tax-xagħar mingħand l-eqreb wieħed li ssib. Din hekk għamlet u wara ftit ġabithuli lura. Jien daħħaltu fl-envelopp, ktibt nota u bqajna sejrin bil-provi. Nhar Jum l-Omm, tajtha dan l-imbierek vawċer u xħin ratu, la qaltli grazzi, la qaltli proset, xejn! “Ma m’għoġbokx?”, qaltli “Grazzi imma qed niddejjaq immur għax jien tax-xagħar qatt ma bdiltha u niddejjaq immur għand xi ħadd li ma nafx”. Ussanta. Għalija ma kinitx tagħmel sens, daqqa tmur għand Philip tal-kantuniera u daqqa għand Spiru l-barbier! Dakinhar

kont ħadt għalija, imma miskina llum il-ġurnata ma nagħtihiex tort. Kont ikkonvinċejtha biex għall-inqas jekk mhux sejra tixtri servizz, tixtri prodott taxxagħar u b’xi mod jew ieħor ikkonvinċejtha. Għalhekk it-tagħlima hi li jekk ser tixtrilha vawċer tas-sbuħija, agħmel mezz li jkun taħt xi servizz li tuża hi jew inkella żommu miftuħ kemm jista’ jkun.

Aktar ma bdejt nikber, ir-rigali bdew ikunu aktar oriġinali. Kont nisma’ lil ommi ssemmi affarijiet li tkun tixtieq tagħmel u jien nipprova nagħmilhomlha realtà. Ommi tħobb ħafna l-Milied, togħxa bit-tiżjin u l-ambjent li jkun hemm. Biex tkompli tgħaxxaq jien twelidt fil-Milied (mhux ta’ b’xejn għandha bokka bija). Kien għalhekk li ftehemt ma’ Albert McCarthy (Santa Klaws ta’ Malta) biex jiġi mistoħbi d-dar u nagħtuha sorpriża. Ma’ Albert ftehemt u wassaltu fid-dar tagħna, ħbejtu f’kamra fejn żgur mhux ser tissuspetta u għedtlu li xħin tidħol jibda jdoqq il-qanpiena tiegħu. Niftakar kien il-Ħadd filgħodu, kienet għadha ġejja mill-quddies. Xħin daħlet bdiet tisma’ l-qanpiena ddoqq, wiċċha mtela b’sorpriża! Ma kinitx taf minn fejn ġej il-ħoss, imma rat lili niġbdilha l-vidjow u basret li kienet ġejja waħda minn tiegħi! Bdiet timxi mal-ħoss u xħin ratu, bdiet tgħannqu u tibki bil-ferħ (imnalla ma kienx il-Covid dak iż-żmien!). Din kienet ġurnata li ma ninsa qatt. Rigal ieħor interessanti kien meta wassaltha Birkirkara. Ma kontx għedtilha x’ser tagħmel. Dan ilħanut kien jiftaħ fl-10 ta’ filgħodu u aħna peress li ma konniex nafu fejn, morna siegħa qabel, trid tarana nimxu u nippassiġġaw f’Birkirkara sakemm isir il-ħin. Ommi tħobbhom wisq is-sorpriżi u xħin daqqu l-għaxra wassaltha quddiem il-bieb. Ommi kienet ser tagħmel 3 sigħat toħloq l-affarijiet bit-tafal! Kemm ferħet! Niftakarni nara t-tbissima fuq wiċċha u jien biex niċċajta mort minn warajha u bdejt inkanta l-kanzunetta ‘Unchained Melody’ tal-film ‘Ghost’ li fih jaħdem l-attur favorit tagħha. Bikkejtha!

Darba oħra niftakar tajtha kartolina u niżżiltilha li f’dak il-jum kienet ser tagħmel 5 affarijiet differenti. Għamiltilha speċi ta’ treasure hunt madwar Malta! L-ewwel għamiltilha nota biex taqta’ l-ewwel klu, kien xi ħaġa hekk; “Roses are red, violets are blue, jien tlaqt ’l hemm sejjer Hannilulu”. Indunat li ridna mmorru l-ajruport ta’ Malta, u hemm ħadna kafè fil-kafetterija t’hemm (Hi ħasbet li ser issiefer), u t-treasure hunt kompla b’sorpriżi żgħar bħal pereżempju rajna film flimkien, ħadtha tiekol il-Belt... Kienet ġurnata ppakkjata mimlija attivitajiet ħelwin. Wieħed mir-rigali li kien fih biċċa xogħol sew kien dak ta’ tliet snin ilu! Ommi minn dejjem xtaqet li ssir pulizija, imma għal xi raġuni jew oħra ma laħqitx. Imma l-uniformi taffaxxinaha wisq! Ftehemt ma’ ħabib tiegħi li hu pulizija u għedtlu biex jiltaqa’ magħna f’post partikolari. Lil ommi kont għedtilha li sejrin nieħdu kafè f’post li qatt ma marret. Xħin wasalna sabet il-karozza tal-pulizija tistennieha, qalilha “Rosette Baldacchino?”, dik imbellha qaltlu “Iva sir!”, “Qalilha għal miegħi int, ħa nieħdok dawra!”. Ma kinitx kelma, għajnejha reġgħu xegħlu bil-ferħ u dlonk rikbet il-karozza u marret dawra żgħira! Ma waqfitx tirrakkonta kemm ħadet gost! Qaltli li ħassitha prim ministru dakinhar. Dawn rigali li wisq japprezzawhom l-ommijiet, xi ħaġa li tkun personali, xi ħaġa li tfisser ħafna għalihom imma huma mhux ser jagħmluha.

Prova aħseb f’xi ħaġa għal Jum l-Omm li qatt ma tajt lill-mamà tiegħek. Xi ħaġa li żgur mhux ser timmaġina, xi ħaġa speċjali li turiha kemm tafha!

Mhux ngħidilkom li r-rigali jkunu dejjem hekk ta! Ġieli mmur għal xi ħaġa tradizzjonali u ommi tapprezzaha ħafna. Min ma jħobbx siegħa massaġġi minn xi ħadd professjonali? Dan kien ideali għal ommi! Ommi sfortunatament tbati bil-fibromalygia u ta’ sikwit ikollha wġigħ kbir ma’ ġisimha kollu. Għalhekk kont xtrajtilha vawċer mingħand terapista lokali biex tagħmlilha massaġġi li jħollulek kull rukkell li għandek f’ġismek! Kienet irrelassat u ħadet pjaċir immens! Darba minnhom niftakar konna morna l-Birgu u ħadna xi ħaġa flimkien bħala familja, frankajtilha l-ikla imma ħadna wisq pjaċir!

Ommi mhux qansħa; tieħu pjaċir b’kollox (apparti l-vawċer mill-istilista li għadni naqbad magħha sal-lum fuqu), għalhekk faċli li tagħmlilha sorpriża ħelwa. Kienet ħadet gost meta tajtha fwieħa jew xtrajtilha xi ħwejjeġ imma naħseb wieħed mill-isbaħ rigali li qatt tajtha f’Jum l-Omm kien fl-2019! Kien il-Ħadd, 12 ta’ Mejju, ommi libset differenti mis-soltu, xagħarha ssettjat u magħmul. Kien ilu lest mill-5 ta’ filgħodu. Dakinhar kienet qamet kmieni, kellha eċitament fuqha! Jien iżżewwiġt proprju f’Jum l-Omm. Kien rigal wisq sabiħ għal ommi li tara lil binha jiżżewweġ f’ġurnata tant għażiża għaliha. Ejja ngħidu li dakinhar bkiet mhux ħażin. Issa li m’għadnix noqgħod malfamilja tiegħi, il-ħin flimkien insibuh f’xi telefonata, imma fil-weekend l-hena tagħna niltaqgħu u nieklu flimkien! Ommi li tara fuq l-internet jirnexxilha ssajru u ġieli tistaqsini biex nagħtiha xi sfida jien b’riċetta diffiċli! Ma hemmx ostaklu li ma jirnexxilhiex tirbaħ! Xena partikolari li qed inġib quddiem għajnejja kienet meta konna cruise xi 10 snin ilu. Ommi hi ftit imbaċċa u tal-cruise tawna sfida biex nitilgħu ma’ ħajt! Kulħadd qalilha li bil-piż tagħha mhux ser jirnexxilha, imma hi hekk riedet li kulħadd jgħidilha l-oppost għax malajr għamlet il-kuraġġ u f’radda ta’ salib rajnieha ddoqq il-qanpiena tal-quċċata. Ommi, mara sempliċi, mimlija mħabba u artista prima!

Ma nixbax ngħidlek kemm inħobbok ma, issa anke hawn pubblikament fuq GWIDA! Nawgura lillommijiet kollha l-isbaħ jum f’Jum l-Omm, b’mod speċjali lill-kunjata Marica Ellul, lil Jessica Spiteri Catania li tieħu ħsieb is-sales u għandha tifla jisimha Nora u lil Lindsey Napier li tieħu ħsieb l-operat u għandha tarbija jisimha Amber!

This article is from: