3 minute read
il-qarrejja tagħna? X’tista tagħmel jekk ser tibni dar?
from GWIDA APRIL 2021
M’GĦANDIX ĊANS!
Imma kemm jgħaddi malajr il-ħin hux! Tiskanta diġà qegħdin April, għadna nifirħu b’ L-Ewwel tas-Sena. Iżżmien ma jistenna lil ħadd, u dejjem naraw kif nistgħu nagħmlu biex inkunu komdi u ngħixu ħajja aħjar. Kemm ilna bil-Covid indunajt li d-dar li qed noqogħdu fiha hija żgħira! Ifhem taħdem, tgħix, torqod fl-istess post iġġibek aktar konxju mill-madwar tiegħek u tibda tirrealizza li jekk din hija n-norma l-ġdida mela għandek problema! Jien imdorri noħroġ u niltaqa’ ma’ sħabi, imma peress li nbidlu ċ-ċirkostanzi kellna naddattaw billi noqogħdu waħidna, jien u l-mara!
Advertisement
Kien għalhekk li ddeċidejna li nitilqu mill-post li qed noqogħdu sabiex immorru f’dar ikbar, qrib il-familja tagħna.
Mhux li noqogħdu ’l bogħod ħafna, imma tiskanta dejjem tifranka ftit ħin biex tmur għandhom. L-art li xtrajna mhux kbira u għandna fejn nibnu dar sew, imma l-problema hi li t-tnejn li aħna naħdmu u fix-xogħol tal-kostruzzjoni m’għandniex idea! Din xi ħaġa li ma nifhimx, ma nixtieqx li nifhem u ma rridx nidħol fiha, hi wisq uġigħ ta’ ras li noqgħod nara lil dak u lill-ieħor x’qed jagħmlu! Inħobb ħafna nikkonċentra fuq xogħli u l-bqija nħalli lil kulħadd jaħdem fuq xogħlu. Meta bdejna biex naraw ħalli nibnu l-post, din il-ħaġa bdiet taqtagħlna qalbna. Il-post li kellna sibnieh lest; kemm għamilnielu ftit tat-tibdil neċessarju u bdejna noqogħdu fih. Din il-biċċa differenti, irridu nibnu aħna fuq art ġdida! Ħbieb komuni tagħna qalulna bl-idea ta’ turnkey, lil dan għamlilhom kollox hu. Qalulu xi jridu u dan ħa ħsieb kollox. Li tqabbad lil xi ħadd ma tantx kienet togħġobni għax dan kif ser jassigura li jagħtini prodott tajjeb? Kien għalhekk li qabbadt lil xi ħadd ta’ ġewwa biex jieħu ħsieb il-proġett f’idejh, imma lanqas għaddiet ġimgħa li ma bdew ġejjin l-intoppi!
Iddeċidejna li nkellmu turnkey, ħalli nara x’mirakli ser jagħmel u indunajt li kont żbaljat! Iltqajna ma’ dan, laqagħna bi ħlewwa liema bħalha u spjegajnielu x’għandna f’moħħna. Saqsiena meta beħsiebna mmorru noqogħdu fil-binja u beda jgħidilna l-proċess kif jimxi. Datturnkey sar kważi l-aqwa ħabib tiegħi, għax ħlief inkellem lilu ma nagħmilx. Hu ħa ħsieb kollox, jiġri wara l-bennej, tat-tikħil, l-electrician u tal-ilma. Issa jmissu l-finishes kollha! Ħa ngħidlek, qed jiffrankali biċċa xogħol kbira imma l-aktar importanti, frankali l-keded. Ara
jien ninkwieta jekk hux ser inlaħħaq nagħmel il-photoshoot sa żmien stipulat aħseb u ara kemm ser jirnexxili niġri wara l-bennej jien. Bħalma jgħid il-Malti, il-ħobż tih lil min jaf jieklu u jien dejjem hekk imxejt f’kull ħaġa. Li frankali milli nieħu l-leave diġà biżżejjed.
Issa jmiss it-tieni parti tad-dar u hawn fejn ser inkun aktar għal qalbi. Ilni nara ritratti u stampi fuq l-internet ta’ x’nixtieq, imma issa rrid nagħmilhom fil-prattika. Kif ser jirnexxili nagħmel il-kċina bħar-ritratt li sibt fuq Pinterest? L-idea tat-turnkey għoġbitni, imma dan ma jifhimx fiddisinn tad-djar, għalhekk għamilt riċerka u kkuntattjajt interior designer għad-dar. Illum il-ġurnata hawn ħafna disinjaturi li mhux għoljin u għandhom kwalità ta’ xogħol impekkabbli. Tkellimt ma’ din id-disinjatriċi u fehemtha l-ambjent tad-dar li nixtiequ. Iltqajna magħha kemm-il darba biex dejjem tara l-interessi tagħna. Niftakar l-ewwel darba li ltqajt magħha tatna eżami. Biex niċċajta għedtilha: “Għadni nlesti koċċ, irrid nikteb ieħor?”. Imma dak kien eżami biex tara jien xi nħobb u minn dan l-eżami ħarġu l-karatteristiċi li rrid għad-dar il-ġdida tiegħi!
Din id- disinjatriċi qed tiġri magħna fil-ħwienet u tagħtina parir fuq l-aħjar materjali li nistgħu nixtru biex ikollna d-dar tal-ħolm li nixtiequ aħna. Ġriet magħna ħafna u dorna kull ħanut li stajna nimmaġinaw. Kienet ta’ għajnuna kbira għal żewġ persuni li m’għandniex idea fuq kif issebbaħ darek. Id-dar tagħna rajnieha fuq mudell li ħolqot hi u stajna nimmaġinaw aħjar kif ser tkun. Tatna pariri fuq il-madum, issoft furnishings, il-purtieri addattati u l-kuluri li għandna nagħżlu. Tiskanta tara daqsxejn ta’ ritratti kif jimlewk b’eċitament kbir għad-dar il-ġdida!
Issa l-aħħar ħaġa li baqagħlna hu l-isem li ser nagħtu lil din id-dar! Għandek xi suġġeriment?