12 minute read

Strada Stretta: Episodju 6/ L-ewwel Staġun: L-Ewwel Parti

EPISODJU 6/ L-EWWEL STAĠUN IL-GIDDIEB GĦOMRU QASIR (L-ewwel parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Advertisement

X’ġara s’issa?

Oħt Lydia għarrfet lil Guido li Lydia kienet ser tiżżewġu għall-flus biss! Peress li Alvio seraq il-djarju ta’ Lydia skopra min hu Mario minn ritratt li kellha mehmuż. Alvio kien persważ li rah lil Mario jħuf il-Belt u ried ikellmu akkost ta’ kollox!

Il-karozza ta’ Gian Marie kienet ipparkjata ħdejn il-baħar. Violet u Gian Marie kienu qegħdin fuq is-seat ta’ wara jinnamraw. Gian Marie kien b’żaqqu barra jħares lejn Violet li dak il-ħin kienet qed tilbes il-qmis li kellha u tirranġa xagħarha. Basta ħa niltaqgħu, wara kwarta titlaq!Gian Marie:

Violet: Kwarta biss għamilt? Ma tantx tħares lejh hux int l-arloġġ? U kif tridni nħares lejh meta nkun miegħek.Gian Marie: Gian Marie jerġa’ jiġbed lil Violet lejh filwaqt li jibda jbusha, imma hi tgħidlu li kienet mgħaġġla. Iva kkalma naqra....dejjem qisek fuq il-labar.Gian Marie: Ittini tort! Ma tafx li jien mhux bħalek, għad għandek ħajtek quddiemek, frisk bħal ħassa, mingħajr irbit!Violet: Tort tiegħi jekk int marbuta? Tort tiegħi?Gian Marie: Iva baxxi leħnek!Violet: Min tridu jismagħna hawn! U kieku stess, semgħu u raw agħar.Gian Marie: Għala qed tagħmilhieli diffiċli hekk, għid?Violet: Jien nagħmilhielek diffiċli? Ngħaddi għalik, ħin kollu nistaħbew għall-kumdità tiegħek, daqqa ġejja Gian Marie: mbagħad ma tistax. Int marbuta Violet, mhux jien. Il-problema mhux jien! Jekk sirt daqshekk problema taf x’għandek tagħmel.Violet: Violet bħal donna ħadet għaliha u titlob lil Gian Marie biex jeħodha d-dar bl-herra. Gian Marie biex ikompli jaqbad magħha jistaqsiha jekk għandux iwassalha d-dar għand ir-raġel, u hi xejn ma ħadet gost b’dan. Lir-raġel kienet qaltlu li kienet ix-xogħol. Dawn it-tnejn kienu ilhom jiltaqgħu bil-moħbi, imma meta jkun sar il-ħin tkun trid tmur id-dar, ħalli żewġha ma jissuspetta b’xejn. Jekk kien hemm xi ħadd li qed jissuspetta fl-għarusa tiegħu kien Guido li dakinhar kien qiegħed ma’ Twannie ġo kafetterija b’sigarett f’idejhom. Nirringrazzjak, onestament. Imma naħseb li qed inħalli l-imaġinazzjoni tiġri bija! Aħjar, aħjar nagħlquha Guido: hawnhekk din l-istorja.

Sorpriż naqra! X’ġaralek? X’kien biddilt fehemtek?Twannie: Xejn naħseb bdejt nara kollox ħażin, ninsab ċert li Lydia tinsab tajba, għandha bżonn ftit ħin għaliha. Min Guido: ma jkollux, le?

Jien ma nistax ma niftaħlekx għajnejk Guido.Twannie: X’jiġifieri?Guido:

Jien sal-bieraħ kont għadni fuq xogħli, nistaqsi fuq Lydia....Twannie: Tinkwetax għall-flus. Għandi kollox hawn, taf li tajtek kelma ta’ raġel....Guido:

Le mhux għall-flus qed ngħidlek ...Imma lbieraħ tkellimt ma’ xi nies u bilfors irrid inwassallek dak li qaluli.Twannie: Lydia?.......Guido:

EPISODJU 6/ L-EWWEL STAĠUN IL-GIDDIEB GĦOMRU QASIR (L-ewwel parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Twannie:

Guido:

Twannie:

Guido:

Twannie:

Guido:

Twannie:

Guido:

Twannie:

Alvio: Ġanni:

Alvio:

Mario: Ġanni:

Mario:

Alvio:

Mario:

Alvio:

Mario:

Alvio: Ġanni:

Alvio:

Mario:

Alvio:

Mario:

Alvio: Ġanni:

Le ma sibtx fejn qiegħda, imma ma naħsibx li ġralha xejn ħażin, naħseb kif qed tgħid inti telqet mid-dar. Imma wieħed imbagħad irid jistaqsi għaliex persuna jitlaq ’il bogħod. Xi jġiegħel persuna taħrab. Taħrab? Għaliex taħseb li ħarbet? Meta tgħid li persuna ħarbet timplika li mhux ġejja lura. Eżatt! Ħa jkolli ngħidlek Guido, xogħli ngħidlek anke jekk dak li se ngħidlek mhux se jogħġbok. Lydia kienet qed tara lil ħaddieħor. Tara lil ħaddieħor kif?

Sajjied jismu Mario, kemm-il darba ltaqgħet miegħu. Forsi ħbieb ...jew kienet tarah qabel. Għandi d-dubji tiegħi Guido ...anke riċentament rawhom flimkien. Qiegħda miegħu......issa? Ma nafx ngħidlek imma kienu żgur qed jiltaqgħu, anke waqt l-għerusija tagħkom. Fhimt? Guido konfuż imma ma riedx jemmen dak li sema’, Victoria kellha raġun mela! Bir-rogħda li qabditu, Guido jaħraq lilu nnifsu bis-sigarett u tgħidx kemm beda jwaħwaħ! Mario sadanittant reġa’ mar lura l-Belt ma’ sieħbu Ġanni jistaqsi fuq Lydia. Kienu beħsiebhom iduru l-lukandi li kien hemm, iżda jaħbtu ma’ Alvio. Hu kien ħabat fihom apposta biex ikun jista’ jkellimhom! Skużani int! Għaddej ħosbieni dalgħodu ma nafx x’jien nagħmel ...intom m’intomx minn hawn imma! Le, tlajna nfittxu lill-għarusa ta’ sieħbi. Nista’ ngħinkom f’xi ħaġa? Hawn nafu sew. Hawn trabbejt! Qed infittex lil Lydia Vella Hawton. Urih ir-ritratt!

(joħroġlu r-ritratt u jistaqsih bil-ħniena) Forsi rajtha ’l hawn. Ħa nara!....Iva żgur li rajtha. Fejn rajtha? Hawn il-Belt stess.

Taf fejn nista’ nsibha? Kellimtha ftit ġranet ilu ...rajtha mitlufa. Indunajt li ma kinitx f’postha. X’qaltlek? Qaltli li kellha tiltaqa’ ma’ xi ħadd imma min kellu jiġi għaliha ma wasalx. Staqsejtha tridx xi mkien fejn torqod ...biex nirranġalha ma’ xi lukanda, imma qaltli li kienet biħsiebha titlaq. Titlaq fejn? Issiefer! Fejn eżatt ma nafx imma staqsietni minn fejn tista’ taqbad taxi għall-port. Taf meta kien dan eżatt?

Ma għandix idea bl-amment imma xi ftit ġranet ilu. Il-ġurnata li bagħtitlek l-ittra ma’ Luċija, Mario. Jiġifieri ma qaltlekx liema pajjiż kienet biħsiebha tmur? Qaltlek xi ħaġa oħra? Li taf għidli għax kollox jista’

EPISODJU 6/ L-EWWEL STAĠUN IL-GIDDIEB GĦOMRU QASIR (L-ewwel parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Alvio:

Mario: Ġanni:

Alvio:

Mario:

Alvio:

Lydia: Lilly: Lydia: Lilly: Lydia:

Lilly: Lydia: Lilly:

Lydia: Lilly: Lydia:

jgħinna. Li naf għidtu sieħbi. Kieku flokok ma naħlix iktar ħin. Jekk kellha titlaq diġà telqet. Fejn ħa taqbad tfittixha barra minn Malta?

Forsi għadha ma telqitx! Jew bidlet fehmitha.

Ara rajtha tielgħa karozza. Il-Belt żgur ma baqgħetx u dehret determinata li titlaq. Ma tiftakarx min kien tal-karozza hux? Forsi nkellmuh!

Wiċċu sew sew ma rajtux. Daqskemm ikun hawn, hawn. Isma’ minni sieħbi la telqet telqet. Taf forsi tiktiblek xi ittra minn fejn qiegħda, min jaf! Alvio b’wiċċ ta’ patetiku ħares fid-diżappunt ta’ Mario u ħarab ’l hemm. Lil Mario kien qatillu kull tama li seta’ jsib lill-maħbuba tiegħu. Din id-darba, Mario induna li kien żbalja bl-ikrah u tefa’ t-tort kollu fuqu, issa fejn kien ser jaqbad ifittixha? Ġanni prova jagħmillu ftit wens imma Mario kellu qalbu tuġgħu wisq. Julia u Sylvana reġgħu ltaqgħu biex jaqraw id-djarju ta’ Lydia. Kienu waslu meta Lydia kitbet; Ħafna drabi jkollok tagħmel dak li ma tridx. Tgħid kliem b’ieħor jew iżżomm xi informazzjoni għalik biex ma tweġġax jew ma tinkwetax. Tmur wara dahar dak li jkun. Ma rridx inweġġgħu lil Guido, naf li dak li jħoss għalija huwa ġenwin, imma jien ma nistax inkompli nigdiblu, nigdeb lili nnifsi. Nispera li jaħfirli u jekk xi darba għad nerġgħu niltaqgħu jħallini... Imma d-djarju jieqaf ħesrem, il-kitba ma tkomplix! Sintendi Sylvana u Julia, it-tnejn imtlew bi frustrazzjoni kbira hekk kif ma setgħux ikunu jafu x’kienet kitbet Lydia dakinhar. Ħasbu li kien tqattgħalhom meta kienu qed jagħmlu l-kopji, imma Sylvana kienet ċerta li dan ma kienx minnu. Staqsew lil xulxin għaliex proprju din il-paġna kienet mitlufa. Fuq din dalwaqt niskopru! Mhux Sylvana u Julia biss kienu kurjużi fuq l-istorja ta’ Lydia, anke Lilly kienet qed titħajjar tara x’hemm miktub f’dan l-imbierek djarju. Din kienet qed taqra waqt li Lydia daħlet fil-kċina u ratha. X’inti tagħmel? Qed naqra! Mhux int għidtli nipprattika. Dak id-djarju tiegħi! Naf! Qabditni l-kurżità. Ridt nara x’tikteb fih. Bdejt mill-aħħar, biex nara x’taħseb fuqi ...fuqna kollha hawn. Agħtihuli. Dak tiegħi. Ma missekx qrajtu. Ma kinitx kelma għax Lilly tbikkmet! Lilly ħasbet li s’issa hi u Lydia kienu ħbieb u jgħidu kollox lil xulxin, imma Lydia kellha ħafna sigrieti f’dak id-djarju. Lydia qabdet id-djarju minn id Lilly u ġebbditu lejha filwaqt li qaċċtet paġna li kellha f’idha Lilly! Lilly kienet maħruqa immens! Taf li gdibtli, għaliex? Ma nafx għal xiex qed tgħid. Ma jidhirlix li gdibtlek... Għala m’għedtlix li tqila? Qalb Lydia għamlet tikk! Lilly saret taf bl-akbar sigriet li kellha. Ma kellhiex kliem biex twieġeb lil Lilly... Jien ma gdibtlekx! Imma għala m’għidtlix? Mhux l-istess ħaġa......preferejt inżommha għalija! Allura għażilt li ma ngħid lil ħadd, gidba meta tgħid xi

EPISODJU 6/ L-EWWEL STAĠUN IL-GIDDIEB GĦOMRU QASIR (L-ewwel parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Lilly: Lydia: Lilly:

Johnny: Violet:

Johnny: Violet:

Johnny:

Violet:

Johnny: Violet:

Johnny: Violet:

Johnny: Violet:

Johnny:

Violet:

Johnny: Violet:

Johnny: Violet:

ħaġa b’oħra u jien ma nagħmilx dawn l-affarijiet. Ħsibtek tħares lejja bħala l-ħabiba tiegħek. U hekk nagħmel ...ma qrajthomx il-kliem ta’ tifħir. Għala ħadt għalik? Lydia inti tqila! Tqila! Lilly kienet iddiżappuntata għal Lydia, ħassitha miċħuda u titlaq barra mill-kamra mingħajr ma tlissen kelma.

Violet sadanittant kienet waslet id-dar. Kienet qiegħda quddiem il-mera tara kif tista’ tneħħi redgħa li kellha f’għonqha. Ma rnexxilhiex u għalhekk għamlet maktur imdawwar m’għonqha. Żewġha Johnny wasal liebes l-uniformi ta’ pulizija imma Violet ma kinitx qed tistennieh dak il-ħin. Kif inti sbejħa? Int hekk tidħol, kif taqtagħni...lanqas smajtek dieħel. Int qed timpressjona ruħek bl-istejjer li ngħidlek fuq ix-xogħol. Naħseb aħjar ma nibda ngħidlek xejn! Hux nimpressjona ruħi. Imħuħ morda hawn kemm trid mas-saqajn, mhux taqbduh. Kieku daqshekk sempliċi! Moħħ marid ta’ vera ħa ngħidlek, kieku taf kif insibuhom ...Hemm jien skużani. Imma ċertu affarijiet la tkun rajthom diffiċli tinsiehom. Int ħierġa? Le...issa le.

Għax qed narak tilbes il-maktur. Eh! Dan iva ...Forsi ngħaddi għand Polly noħdilha xi qisien, imma se tgħaddi t-tifla tagħha tgħidli x’ħin allura għidt aħjar inkun lesta. Ma tistax taqbad u tiġi hi hawn Polly? Jien nipprova ma nigdimx l-id li niekol minnha John. Din l-idea li toħroġ taħdem, ma nafx kemm hi idea tajba. Għala le? Mhux aħjar paga oħra. Iva, imma tgħidilhiex li ma ngħaddux b’tiegħi ta. Narak hekk dejjem għajjiena, bilkemm għandna ħin ingawdu lil xulxin. Johnny imur biex ibus lil martu fuq wiċċha imma hi timbuttah. Ma kellhiex aptit u bi skuża tgħidlu li kienet ġejja t-tifla ta’ Polly. Johnny jgħidilha li x-xogħol qed jaffettwaha wisq u li kien aħjar li tieqaf, imma hi tinsisti li hekk kienu qed jgħadduha aħjar. Johnny ifakkarha li t-tabib kien qalilha li biex ikollhom tarbija għandha tkun mistrieħa u kalma. Striħajt fuq li striħajt, pruvajna fuq li pruvajna u bqajt ma nqbadtx John. Mhux tort tiegħi. Mela jien għidtlek li tort tiegħek...... Int naħseb xogħol hux illejla? Illejla iva imma għada għal miegħek. (filwaqt li jħares lejha b’entużjażmu) Għada x’inhu? Le ma nistax ...għada għandi l-klijenti. Violet toħroġ ’il barra u tħalli lil Johnny waħdu jaħseb...

ĊOFF BLU

Int ser tgħin jew twaqqaf l-abbuż tat-tfal?

Minn Steve Libreri

Kull sena aħna familjari maċ-ċoff ir-roża, li nsibuh f’Ottubru waqt il-kampanji sabiex jiżdied l-għarfien dwar il-kanċer tas-sider. Biss, ftit jafu illi matul is-sena jkollna diversi ċfuf, li jikkomemoraw affarijiet importanti. F’April wieħed jistenna illi jara ċoff blu.

Iċ-ċoff il-blu deher għall-ewwel darba fl-Istati Uniti fl-1989. Nanna illi kienet tilfet lin-neputi tagħha minħabba vjolenza li sofra mingħand is-sieħeb t’ommu, xtaqet illi tfakkar lissoċjetà f’din ir-realtà krudili illi qed tħassar it-tfulija ta’ eluf ta’ tfal. Infatti, l-ispirazzjoni għall-kulur blu ġiet mill-ikħal li joħroġ fit-tbenġila. Bil-mod, dan iċ-ċoff infirex malkontinenti kollha sakemm fl-aħħar sar simbolu rikonoxxut mad-dinja bħala s-simbolu ta’ kontra l-abbuż tat-tfal.

L-abbuż tat-tfal hi realtà ħarxa, illi ħafna minna jagħżlu li jinjoraw, u bir-raġun. Ovvjament ma niskużawx n-nuqqas ta’ azzjoni sabiex nipproteġu lit-tfal, biss nifhem illi hi viżjoni kerha wisq illi tara tfal mingħajr difiża jbatu vjolenza liema bħalha fuqhom. Biss, krudili kemm hi krudili, hemm bżonn illi aħna l-adulti nagħrfu din ir-realtà u nieħdu l-azzjoni neċessarja. Il-World Health Organisation tistma illi wieħed minn kull erbat itfal huma abbużati. L-istatistika lokali tindika illi f’sena jsiru aktar minn elf rapport ta’ abbuż fuq ilminuri. Hawn tfal li qed isofru u għandhom bżonn lill-adulti risponsabbli illi jegħlbu l-inkonvenjenti tagħhom u jagħmlu dak il-pass neċessarju sabiex ngħinuhom.

Dan iċ-ċoff il-blu għandu jfakkarna lkoll f’din irresponsabbiltà. Għandu jfakkar lill-ħaddiema soċjali biex ikomplu jtejbu l-qagħda tagħhom sabiex jagħrfu s-sintomi ta’ abbuż f’inqas żmien u li jiżviluppaw soluzzjonijiet għallproblemi li l-abbuż iġib miegħu. Iċ-ċoff għandu jfakkar lilledukaturi illi apparti x-xogħol siewi li jagħmlu biex jgħallmu lil uliedna, għandhom ukoll irwol strumentali sabiex jindunaw min hu vittma ta’ abbuż. Iċ-ċoff għandu jfakkar lil dawk l-adulti kollha li jaħdmu mal-minuri f’xi sport, scouts jew arti, u jindokrahom sabiex imorru pass oltre milli sempliċiment jgħallmu d-dixxiplini tagħhom. Iċ-ċoff għandu jfakkar lit-tobba illi avolja hu inkonvenjent li tistenna fl-awla tal-Qorti sabiex tixhed, hu importanti li r-rapporti ta’ abbuż isiru. Iċ-ċoff għandu jfakkar lill-professjonisti kollha involuti fil-proċess ġudizzjarju, bħall-pulizija u bħall-ġudikanti, illi hemm bżonn illi jaġġustaw il-proċeduri u l-metodi tagħhom meta jkellmu lit-tfal, għax inkella l-istejjer ta’ dawn il-vittmi ser jibqgħu mistura u mitlufa.

It-tfal għandhom id-dritt għall-ħajja sigura u sana. Imma d-drittijiet tat-tfal ma jistgħux jibqgħu fuq il-karta biss. Ir-realtà hi li minuri m’għandux il-fakultà illi jfittex servizzi ta’ professjonisti, bħal avukat, sabiex iħares l-interessi tiegħu. Hemm tinduna kemm il-minuri huma dipendenti fuq l-adulti fis-soċjetà. Allura, biex iċ-ċoff il-blu jieqaf ikollu sens f’ħajjitna, hemm bżonn li aħna kollha naħdmu flimkien sabiex neradikaw l-abbuż tat-tfal.

Għal għajnuna n-numru ta’ servizz tal-Aġenzija Appoġġ hu 2149 2348 jew 179

GĦAĠIN MEDITERRANJU BIT-TONN FRISK

RiĊetta ta’ Manuel Xuereb

Ingredjenti

Għas-salamun P mgħarfa żejt taż-żebbuġa P basla mqattgħa P 2 sinniet tewm imqatta’ fin P bżaru isfar imqatta’ P nofs qarabagħlija mqattgħa P mgħarfa kunserva P polpa tat-tadam bil-ħabaq P 2 imgħaref żebbuġ kalamata P 2 kuċċarini kappar P mgħarfa nagħniegħ frisk imqatta’ P 150g għaġin tagliatelle P 2 biċċiet tonn frisk

Direzzjoni

Ibda billi tqalli l-basla u t-tewm flimkien maż-żejt taż-żebbuġa għal 2 minuti. Żid il-bżar ikkulurit u l-qarabagħli. Ħawwar bil-melħ u l-bżar u qalli għal 2 minuti. Żid il-pejst tat-tadam, sajjar għal minuta mbagħad żid il-polpa tat-tadam bil-ħabaq. Żid ftit ilma, iż-żebbuġ u l-kappar u sajjar bil-mod għal 10 jew 15-il minuta. Meta tkun lest, itfi n-nar u ħawwad in-nagħniegħ frisk. Sadanittant, sajjar l-għaġin ġol-ilma jagħli. Ħawwar it-tonn bil-melħ u l-bżar u aqli f’taġen jaħraq miż-żewġ naħat. Biex isservi, ħallat l-għaġin imsajjar biz-zalza u poġġi f’żewġ platti. Qatta’ t-tonn u poġġi fil-wiċċ.

Ingredjenti

P litru stokk jew ilma P 400g ful P 200g basal P 200g kusksu P 25g kunserva tat-tadam P tewm P ġobon maħkuk P marġerina P ġobon maħkuk

FUL BIL-KUSKSU

RiĊetta ta’ Anton B Dougall

Direzzjoni

1. Qaxxar il-basal u t-tewm u qattgħu f’biċċiet żgħar. 2. Saħħan ftit marġerina ġo kazzola kbira u qalli malajr il-basal u t-tewm sakemm jieħdu dak il-kulur dehbi sabiħ. Trid tħawwad ta’ spiss. 3. Qaxxar il-ful miż-żewġ qoxriet. 4. Imla borma bl-ilma u poġġieha fuq nar moderat. Żid il-ful u sajjar sakemm ittaħlita tiftaħ tagħli. Baxxi n-nar u kompli sajjar sakemm il-ful isir. 5. Mat-taħlita tal-basal u tewm żid il-ful, kunserva tat-tadam u l-ilma. Ħawwad tajjeb. 6. Żid il-kusksu. Baxxi n-nar u kompli sajjar għal 12-il minuta. 7. Roxx ftit bżar u melħ u servi taħraq b’ħafna ġobon maħkuk fil-wiċċ. Tista’ sservi ġbejna friska jew rikotta.

This article is from: