1 minute read
Tagħrif dwar iż-żodjaku Aries minn PaulJon
from GWIDA APRIL 2021
IŻ-ŻODJAKU MA’ PAULJON
Bidu tal-kalendarju żodjaku!
Advertisement
Dan huwa żmien ferm importanti li jara l-bidu talkalendarju żodjaku 2021-2022. Bi pjaċir inħabbar li bħala awtur ser inkun qed nippubblika t-tieni ktieb komplut dwar l-oroskopju – ktieb li joffrilek iċ-ċans li ssegwi l-oroskopju tiegħek xahar b’xahar għal sena sħiħa, kif ukoll aktar informazzjoni valida marbuta ma’ kull żodjaku!
Iżda nibda dan l-artiklu f’dan il-bidu tal-kalendarju żodjaku 2021-2022, bl-ewwel żodjaku, dak ta’ Aries, li beda mill-jum tal-Erbgħa 21 ta’ Marzu u jiġi fi tmiemu nhar il-Ġimgħa 19 ta’ April. Dan iż-żodjaku jaqa’ taħt l-element tan-nar flimkien maż-żodjaki ta’ Leo u Sagitarius. Flimkien joffru diversi aspetti sbieħ, fosthom; tmexxija għaqlija, kuraġġ intensiv, aspirazzjoni, armonija, għarfien iżjed dwar ħajjitna u kontinwazzjoni b’aktar attenzjoni.
Is-simbolu ta’ Aries huwa ir-‘ram’, li jirrappreżenta t-twelid jew bidu ta’ ħajja ġdida. Jirrappreżenta wkoll it-tama, il-kuraġġ u twettiq mill-ġdid għat-tkomplija ta’ għajxien pożittiv. Dan iż-żodjaku ta’ Aries huwa ta’ eżempju lejn iż-żodjaki l-oħra għall-passjoni kbira li kapaċi joffru. Aries huwa żodjaku li kemm għall-karriera kif ukoll għall-imħabba kapaċi joffri aspettattivi differenti. Żodjaku li jibqa’ determinat li jissielet sakemm jasal fejn jixtieq.
Persuni li jaqgħu taħt Aries huma persuni li qatt ma jħalluk waħdek meta tkun fil-bżonn, iżda ma jaċċettawx persuni b’wiċċ b’ieħor, mhux ser jiddejqu jidħlu fin-nar sabiex jieħdu dak id-dritt li jkun mistħoqq, kapaċi jkunu indipendenti anke f’mumenti delikati, magħrufin għar-ras iebsa tagħhom u ma’ dan iż-żodjaku tkun taf fejn int għax huma onesti, jesprimu lilhom infushomu konxji dwar dak li jwettqu!
Fost nies famużi li jiffurmaw dan iż-żodjaku nsibu lil Charles Chaplin, Mariah Carey, Elton John, Lady Gaga, Doris Day u Robert Downey Jr.
F’dan artiklu bi pjaċir ser inwassal ukoll informazzjoni dwar it-tieni pubblikazzjoni tiegħi dwar l-oroskopju,“Pauljon bl-oroskopju għalik”; li għalikom li tħobbu l-oroskopju, huwa l-unika ktieb tal-forma tiegħu fil-gżejjer Maltin. Ktieb li joffrilek oroskopju xahar b’xahar, informazzjoni dettaljata dwar dak kollu marbut maż-żodjaku tiegħek, kif ukoll forma ta’ gwida lil kull żodjaku marbuta ma’ dak ix-xahar partikolari. Barra l-informazzjoni dwar nies famużi, issib ukoll id-dati, in-numri, il-ġranet, ix-xhur u l-kristalli ideali tiegħek fost ħafna informazzjoni oħra.
Int li tħobb issegwi u taqra dwar l-oroskopju, dan huwa l-ktieb li int trid taqra! U ser jibda joħroġ kull sena ovvjament ma’ kull bidu tal-kalendarju żodjaku, dak ta’ Aries! Għalikom qarrejja ta’ din il-paġna u ta’ din ir-rivista GWIDA, il-ktieb ser ikun b’offerta speċjali! Aħsbu kmieni għall-kopja. Namaste.