GWIDA APRIL 2021

Page 59

Editorjal

M’GĦANDIX ĊANS! Imma kemm jgħaddi malajr il-ħin hux! Tiskanta diġà qegħdin April, għadna nifirħu b’ L-Ewwel tas-Sena. Iżżmien ma jistenna lil ħadd, u dejjem naraw kif nistgħu nagħmlu biex inkunu komdi u ngħixu ħajja aħjar. Kemm ilna bil-Covid indunajt li d-dar li qed noqogħdu fiha hija żgħira! Ifhem taħdem, tgħix, torqod fl-istess post iġġibek aktar konxju mill-madwar tiegħek u tibda tirrealizza li jekk

din hija n-norma l-ġdida mela għandek problema! Jien imdorri noħroġ u niltaqa’ ma’ sħabi, imma peress li nbidlu ċ-ċirkostanzi kellna naddattaw billi noqogħdu waħidna, jien u l-mara! Kien għalhekk li ddeċidejna li nitilqu mill-post li qed noqogħdu sabiex immorru f’dar ikbar, qrib il-familja tagħna.

GWIDA April 2021 59


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.