17 minute read
Tisliba bi premju
from GWIDA DECEMBER 2020
TISLIBA BIL-PREMJU DIĊEMBRU
L-Ewwel Premju
Advertisement
Herman Baldacchino, Balzan
€20 Vawċer minn Gold Market It-Tieni Premju
Paula Caruana, Msida
Ktieb minn Horizons It-Tielet Premju
Godwin Zahra, Rabat, Malta
Ktieb minn Faraxa Ir-Raba’ Premju
Doris Baldacchino, Mosta
Ktieb minn Merlin Library
11 13. 15.
19.
20
21. 23.
Mimdudin
Jew twapet, l-istess (6) Ingidem b’qarsa? (6) Għasfur eżotiku, li tgħid int jgħid warajk u bħalek (9) Sustanza li tqaxxar bħalma hu l-ispirtu tal-melħ (5) Kaxxa biex nindifnu fiha (5) Kapaċi, jista’ (5) Qabel kienu dawk il-ħallelin tal-baħar, illum issibhom fl-internet (6) Avolja biċ-ċoqqa, iżda mhux patri, pjuttost qaddej tal-patrijiet (3) Jaf ikun trassis f’miġemgħa, jolqtok ħdejn il-baħar u dak li għandu l-bżar hekk għamel (4) Obbligu, dak li suppost tagħmel (5) Irid ikun jaqbel wieħed fl-ieħor biex idur u 25. 26. 27.
29.
30. 31. 32. 33.
1. 2. 4. 5. jagħlaq (5) Miblula, imxarrba (4) Magħruf, rakkomandat (7) Tittiekel mal-insalata għalkemm hi frotta, tajba wkoll għaz-zlazi (5) Xita tixxeblek ħafna magħrufa wkoll bħala liedna (5) Kundizzjoni ta’ min ibati bil-qtugħ ta’ nifs (5) La jkun tiegħek, tara x’tagħmel biex tieħdu (5) Ara 5 Wieqfa (5,4) ULBIR (Abagr,) Flus Russi (5)
Weqfin
Msiemer użati mill-iskarpan (5) Ħmerijiet tal-papri? (7) Għandu x’jaqsam ma’ tali ħaġa (7) (U 32 Mimduda) Ibati minnha kull min m’għandu lil ħadd u jgħix waħdu (4)
Soluzzjoni GWIDA Ottubru
Mimdudin 1 Baħbuħ; 3 Karfus; 8 Mezzanin; 10 Evita; 11 Abbat(ini); 13 Ankra, 15 Patata; 19 (Abbat)Ini; 20 Amik(evoli); 21 Qamar; 23 Kalma; 25 Fina; 26 Suvenir; 27 Ittra; 29 Laned; 30 Mitra; 31 (Amik)Evoli; 32 Panda; 33 Faxxa
Weqfin 1 Barka; 2 Ħamiema; 4 Ftietaq; 5 Sari; 6 Palata; 7 Paga; 9 Zekka; 12 Beraq; 14 Kbir; 16 Tikka; 17 Taħlit; 18 San Filep; 22 Amerika; 24 Arkata; 26 Sadid; 27 Idea; 28 Troy
6. 7.
9. 12. 14. 16. 17.
18. 22.
24. 26.
27.
28. Titlu nobbli ftit inqas minn Konti (6) Jifforma f’binja kantun fuq ieħor, jaf ikun tas-sejjieħ ukoll (4) Ferita (5) Dak ta’ xagħru isfar u għajnejh blu (5) Sieħeb il-melħ fuq il-mejda (4) Barraxa bis-snien użata min-naġġara (5) Taf tkun waħda tar-riħ jew dik bil-lenti biex tara sew mill-bogħod (6) Ġlieda, nuqqas ta’ ftehim (8) Imġiba ta’ min iqis dejjem lilu nnifsu u jaħseb għalih innifsu biss (7) Kisjiet, qxur anki livell jew grad (6) Meta vettura tiġbed oħra għax din ma taħdimx (5) Hekk tridu l-laħam biex ikun tajjeb u ta’ kwalità għolja (4) Ilqugħ fil-baħar (4)
Tisliba Bil-Premju DiĊembru
Ibgħat is-soluzzjoni lill-GWIDA/ Tisliba Diċembru, Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq in-Negozju, Zone 3, Central Business District, Birkirkara, CBD 3010 mhux aktar tard minn nhar l-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru. Isem
Indirizz
Mob/Tel
ANDY Il-ġenju ta’ 3 snin!
Andy għad għandu biss tliet snin u bħalissa qiegħed kinder 1; jagħlaq erba’ snin f'dan ix-xahar, proprju fis-17 ta’ Diċembru. Iltqajt ma’ Andy u ommu l-Fgura u staqsejnieh domandi li aħna ħsibna li kienu diffiċli.
Kif iltqajna miegħu, Andy beda jgħidilna kemm jaf fuq ilpjaneti. Kollha kien jafhom wara xulxin! Ommu tgħidilna li hu ffissat fuq il-pjaneti u jafhom bl-amment, saħansitra jaf id-dwarf planets u kemm għandha qmura Saturn! Omm Andy tgħidilna li kienet sabitu jara d-Discovery Channel ma’ missieru u minn hemm beda jitgħallem. Ommu indunat li Andy beda jieħu ħafna interess f’dawn l-affarijiet u kienet toqgħod issiblu filmati tat-tfal fuq YouTube ħalli jkompli jitgħallem.
“Darba kont qed insajjar u Andy kien fil-kamra tiegħu; bdejt ngħid x’qed jgħid dan Poland, Libya... Hemm skoprejt li beda jitgħallem l-ismijiet tal-pajjiżi waħdu minn fuq ittelevision. Xħin rajtu ggustajtu u ħadtlu filmat. Andy kulma għandu biss 3 snin u ma jafx jaqra għad!” tgħidilna ommu.
Ommu tgħidilna li lanqas hi stess ma temmen kemm binha tgħallem daqshekk malajr. Andy ma jafx biss fuq il-pjaneti imma wkoll il-pajjiżi kollha tal-mappa x’jisimhom. Bdejt nurih b’subgħajja fuq mappa pajjiż u Andy jgħidli l-isem ta’ dak il-pajjiż. Biex niċċajta staqsejtu fejn tinsab Malta u ta’ tifel innoċenti li hu qalli li Malta kienet żgħira wisq biex isibha! Mill-pajjiżi morna għall-bnadar, fejn permezz ta’ logħba fuq il-mobile, Andy beda jurina kemm-il bandiera jaf. Il-logħba bdiet tgħidlu biex jgħidilha liema hi l-bandiera ta’ pajjiż partikolari u fi ftit sekondi Andy għażel ir-risposta t-tajba! Apparti mill-Ġografija, Andy iffisat fuq l-anatomija tal-ġisem; ommu printjatlu qisu skaletru u beda jgħidilna l-ismijiet tal-partijiet tal-ġisem differenti. Kollha qalilna liema huma, anke dawk li forsi għandhom isem stramb bl-Ingliż.
Lil Andy ħadd ma sforzah jistudja. L-iskola, Andy imur tajjeb ħafna u l-għalliema kienet tgħid lil ommu li għandha tifel li jaf jikkomunika ħafna, iżda sfortunatament minħabba l-pandemija Andy bħalissa mhux imur skola, għalkemm il-ħin kollu jsaqsi lil ommu biex imur jiltaqa’ ma’ sħabu.
La jikber Andy jixtieq isir pumpier tat-tifi tan-nar bħallkarattru favorit tiegħu, Fireman Sam. Tul l-intervista kollha ma qalgħux minn idejh lil dan il-karattru. Jidher li għandu futur sabiħ għax diġà qed juri kemm hu tifel ġenju!
IL-LINGWA FIT-TFAL L-importanza tal-iżvilupp tal-lingwa f’età bikrija.
Il-lingwa hija essenzjali. Mingħajrha, wara ċertu età, t-tfal jibnu ċerti frustrazzjoni jew insigurtà għaliex jibdew iħossu nuqqas ta’ attenzjoni meta jħossuhom li mhumiex mifhmuma. Tinbena wkoll ċertu frustrazzjoni għaliex ma jkunux kapaċi jesprimu l-emozzjonijiet tagħhom ma’ dawk ta’ madwarhom. B’hekk jispiċċaw iduru għal alternattivi oħra biex jiġbdu l-attenzjoni jew jikkomunikaw xi ħaġa li ma jixtiqux. Dawn l-azzjonijiet normalment ikunu unwanted behaviours li jwasslu li adult jikkoreġihom, b’hekk jinħoloq ċirku ta’ inċertezza.
Kif nista’ ngħin lit-tfal fil-lingwa minn età bikrija? Il-lingwa fit-tfal tiġi żviluppata minn żewġ fatturi. Dik li fil-psikologija u studji fl-iżvilupp tat-tfal insejħulha: żvilupp naturali vs żvilupp ambjentali.
Żvilupp naturali huwa l-iżvilupp li jsir b’mod naturali, bħal ċertu milestones, li awtomatikament jiġi żviluppat skont l-età. Filwaqt illi żvilupp ambjentali huwa dak li aħna nesponu littfal tagħna għalih biex ngħinu l-iżvilupp tagħhom ikun aktar progressiv u ħolistiku.
Kif għandna nesponu lit-tfal tagħna biex ngħinuhom jiżviluppaw il-lingwa u l-komunikazzjoni tagħhom? Hemm ħafna pariri illi wieħed jista’ jagħti biex b’hekk niffaċilitaw dan il-progress. Fosthom:
1) Fl-età ta’ tmien xhur tajjeb illi wieħed jibda jintroduċi l-ikel bi ftit iktar konsistenza u mhux likwidu għall-aħħar. Dan għaliex meta t-tfal jibdew jomogħdu, il-muskoli tal-ħalq jibdew jissaħħu. Dawn il-muskoli huma importanti għalliżvilupp tal-lingwa. Dan iwassal għall-punt fejn ngħidu li nnaqqsu l-użu tal-gażaża, biex b’hekk ikollhom l-istess opportunità. 2) Code Switching – Dan ifisser illi fl-istess sentenza nużaw lingwa waħda biss. Bħala Maltin għandna tendenza illi nibdew nitkellmu bil-Malti mbagħad nirreferu għal oġġett jew annimal bl-Ingliż. Tajjeb li fl-istess sentenza nużaw lingwa waħda biex b’hekk nibdew nibnu l-vokabularju u ma ngerfxux lit-tfal.
Dan ma jfissirx illi t-tfal ma nistgħux nesponuhom għallingwi differenti. Anzi studji juru li tfal sa tliet snin kapaci jitgħallmu bejn 3 sa 5 lingwi. L-importanti li s-sentenzi jkunu dejjem tal-istess lingwa. 3) Metodu ta’ “Ara u Għid” – Dan ifisser illi kull oġġett li t-tfal jixtiequ dejjem insemmuh. Nippuntaw lejn oġġett u ngħidu l-isem tiegħu. Bħal kull darba li t-tifel/tifla jixtiequ jixorbu kif naqbdu l-ilma, insemmu li hu ilma biex b’hekk nibdew nassoċċjaw il-vokabularju mal-oġġett. 4) Bandura huwa teorist fl-ewwel snin tat-tfal li jitkellem dwar kif it-tfal jitgħallmu billi jikkuppjaw l-aġir tagħna. B’hekk meta aħna nkellmu, naqraw jew inkantaw lit-tfal tagħna; huma jkunu qed josservaw il-moviment tax-xoffa u l-ħsejjes, u jippruvaw jikkuppjaw. B’hekk tajjeb li jkollna kuntatt uman mat-tfal tagħna. 5) Dan iwassal biex ħafna jaħsbu li l-użu tat-televiżjoni jew tablets jew teknoloġiji oħrajn jgħin. Però meta dan l-użu jkun eċċessiv, speċjalment ta’ età żgħira, dan ikun qed ifixkel ħafna l-progress tal-lingwa. Dan għaliex waqt screen time, il-komunikazzjoni hija direzzjoni waħda, fejn it-tfal tagħna jkunu qegħdin josservaw mingħajr opportunità ta’ replika.
Jekk għandek xi mistoqsijiet jew tixtieq li niddiskutu xi suġġett partikolari marbut mal-iżvilupp tat-tfal, ċemplilna fuq 7744 3464 jew ibagħtilna fuq info@magiccastlechildcare.com
Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
X’ġara s’issa?
Violet, il-ħajjata marret biex tkejjel il-libsa tat-tieġ ta’ omm Lydia, Marie. Twanny id-detective mqabbad minn Guido (suppost għarus ta’ Lydia) mar jistaqsi lil Luċija biex jara fejn qiegħda iżda din ma tatu ebda informazzjoni. Iris qabdet lil Angela biex troddilha l-arloġġ lura!
Violet:
Marie:
Skużani sinjura...ma qaltli xejn Bernardette. Dak għax lil Bernardette ma kelli għalfejn ngħidilha xejn. Bernardette ma titkellimx, tiġi taħdem.
Twanny:
Guido:
Twanny: Guido:
Twanny: Guido:
Twanny: Guido:
Twanny: Guido:
Twanny: Guido:
Twanny:
Guido:
Twanny: Guido:
Twanny:
Violet tkompli tiskuża ruħha u Marie tħeġġiġha biex tkompli ħalli tfittex tlesti. Sadanittant id-detective Twanny kien qed jieħu tazza kafè, Guido jiġi jiġri fil-post fejn kien qiegħed Twanny. Deher ftit mgħaġġel u aġitat. Kien qiegħed ftit tard għal-laqgħa għax kien laqgħa tal-partit. Hemm xħin tidħol taf imma xħin toħroġ ma tkunx taf. Guido poġġa ħdejn Twanny u dan beda jkellmu fuq l-aħħar żviluppi fir-riċerka li kien qed jagħmel fuq Lydia. Mela dalgħodu mort il-kunvent. Kellek raġun għax għamluhieli diffiċli biex inkellimhom, imma iġbed ’l hawn u iġbed ’l hemm, spjegajtilhom li jidħol fid-dover Kristjan tagħhom jgħinuni għax trid tinstab din it-tfajla mitlufa. (Hawn Guido waqqaf par widnejn biex jara x’ser ikun ir-riżultat wara din ir-riċerka) ...Ma daħlet l-ebda Lydia Vella Hawton f’dak il-kunvent. Qed tara!
Stenna... jista’ jkun li qiegħda ġewwa kunvent ieħor jew fhimt wieħed b’ieħor? Le żgur dak, ikkonfermajt m’ommha kemm-il darba ...Indunajt li qed tigdeb dik il-mara. Għal ommha qed tgħid? Mela min! Qed taħbi xi ħaġa, imma ma nistax nifhem kif Lydia ma kellmitnix. Dalgħodu pruvajt inkellem lill-fattiga wkoll, Luċija. Iva Luċija, dik kienek tmur sew ma’ Lydia. X’qaltlek? Xejn! Riedet tkun taf min jien, spjegajtilha ...Kif staqsejtha fuq Lydia daqshekk, wiċċha nbidel, ma tatni xejn. Jista’ jkun li taf xi ħaġa mela u qed tibża’ titkellem. Kif kont qed inkellimha, daħal fin-nofs ġuvni. (b’bixra fuq wiċċu) Ħasbek qed tħebb għalija? F’dawn iċ-ċirkostanzi l-iktar nies li jistgħu jgħidulna x’ġara jew jagħtuna ħjiel relevanti huma n-nies li jaħdmu l-Palazz. Irrid insib mod biex inkellimhom, jafdawni. Lill-Baronessa ħalliha f’idi, ma rridhiex tkun taf li daħħalt lilek fl-istorja. Le naturalment!
(imħasseb) Għedtilha li ħa nħassar it-tieġ jekk ma tgħidx lil Lydia tkellimni. Oqgħod attent. Taf tiħdok fuq il-kelma. Guido ma setax jifhem x’ried jgħid biha din Twanny. Twanny daħallu suspett f’moħħu li jista’ jkun li Marie ma riditx iżżewweġ lil bintha lilu, jew inkella Lydia ma riditux! Guido hawn waqaf, din qatt ma kien ħasibha! Bejnu u bejn ruħu beda jistaqsi jekk hux vera li Lydia tridx tiżżewġu. Fi Strada Stretta, iċ-ċkejken Victor u missieru Jeffrey kienu qed jippreparaw biex imorru l-Music Hall. Victor kien ħerqan li ser jirritorna wara li d-darba l-oħra, kellu jitlaq minħabba l-pulizija! Victor mimli eċitament staqsa lil missieru biex jerġa’ jiġbor il-flus bil-beritta. Missieru assigurah li l-pulizija mhux ser joqogħdu
Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
Carmen:
Victor:
Carmen:
Jeffrey: Carmen:
Jeffrey: Carmen:
Jeffrey: Carmen:
Victor:
Carmen:
Jeffrey:
Victor:
Jeffrey:
Dumnik:
jiġu kuljum, “Allaħares” qallu waqt li taptaplu fuq dahru. Fil-pront tidħol Carmen, il-mara ta’ Jeffrey u omm Victor. Carmen kienet ftit imħassba u fil-pront għajtet lil żewġha, dan idur lejha biex jara x’ġara. Qabel tibda titkellem, Carmen taqbad id Victor waqt li tħares lejn żewġha, Victor b’għajnejh prova jagħmel komunikazzjoni ma’ missieru biex jgħinu u jaqbeż għalih. It-tifel daqshekk ġie Karnival. Le mummy please ħa mmur! Hemm ara kif ġennintu. Iva Carm, mhux hekk ...jiġi jieħu siegħa gost! Siegħa gost? Siegħa? Taf li għajtitli t-teacher dalgħodu. X’għamilt Vic? X’għamel? Xejn għax il-ħin kollu rieqed. Iniżżel rasu fuq il-bank tal-iskola u daqshekk jorqod. Ħeqq tifel hu x’inhu! Għalhekk Jeffrey. Postu d-dar, ħalli mat-tmienja jidħol jorqod. Mat-tmienja? Le Mummy. Pa għidilha. Ma jgħidli xejn ma ngħidlekx. Ejja d-dar,ejja! Victor ma jaċċettax u jaqbad ma’ sieq missieru biex joffrilu l-għajnuna filwaqt li b’bikja jokroblu biex jiġi miegħu jdoqq! Carmen fil-pront waqfet widnejha, “Idoqq?”. Carmen kien mingħaliha li t-tifel qed imur ilmaħżen tal-Karnival ma’ missieru.
Hawn għandhom ftit strumenti jieħu gost idoqqhom (filwaqt li jehmeż lil Victor) Ibqa’ d-dar imbagħad nitkellmu ta.
Le papà, irrid niġi miegħek! Illum ma tistax, smajtha lill-mamà, għal darb’oħra. Carmen tiġbed lil Victor minn idejh u ma tħallihx imur ma’ missieru. Fit-triq ftit ’l isfel mid-dar ta’ Jeffrey u Carmen kien hemm Dumink, raġel qrib l-għoxrin li ta’ sikwit ikun qed ibigħ fi Strada Stretta xi karamelli u arloġġi misruqin. Kien qiegħed liebes tray tal-injam fejn kien iżomm għadd ta’ oġġetti għall-bejgħ. Kien iħuf fit-toroq u jħajjar lin-nies biex jixtru mingħandu. Kienet pjuttost ikonika l-għajta tiegħu, “Karamelli tajba, tajba u ħelwin. Very good sweets! Very nice, very nice!” waqt li jtamma’ t-tray lil xi ħadd li kien ikun miexi fit-triq biċ-ċans li jixtrulu xi ħaġa. Mhux l-ewwel darba li kien imur fuq baħri u jħeġġu biex jixtri arloġġ għal xi tfajla ta’ qalbu. Dawn malajr kienu jaqgħu u kienu jixtru. Iżda appena jagħtuh il-flus li jkun talabhom, kien iżerżaq pakkett tal-ħelu flok l-arloġġ lill-baħri. Dawk ma kinux jindunaw u kienu jitilqu mingħalihom li għamlu gwadan! Dumink mhux l-ewwel darba li spiċċa f’xi għawġ. Dakinhar kien qed juri l-arloġġi lil wieħed baħri. Dan il-baħri kien qiegħed ma’ tfajla. Maybe you interested in these lovely watches?...Maybe this? Il-baħri ntebaħ li arloġġ minnhom kien jixbah dak li t-tfajla tiegħu kellha u tilfet ftit jiem qabel. Dan il-baħri beda jgħajjat u jallega li l-arloġġ kien appuntu tiegħu filwaqt li jgħajjar lil Dumink li kien ħalliel. Dumink f’leħħa ta’ berqa qabad l-arloġġ minn idejn il-baħri u ħarab jiġri, filwaqt li ċorma baħrin ġrew warajh. Stella rat lil Dumink jiġri bit-tray tal-injam u l-arloġġi misruqin, tgħidx kemm bdiet tiddieħaq bih! Din daħlet fil-bar ta’ Polly. Polly u Reno kienu diġà hemm, waħda kienet qed taħsel l-art u Reno kien qed jimsaħ il-bar. Reno ħares lejn l-arloġġ u dlonk intebaħ li ried imur xi mkien. Tefa’ l-biċċa li kellu f’idu u kien ser joħroġ. Għandi qadja ħa mmur nagħmilha. Hawn daqt niġi.
Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
Polly:
Reno:
Polly: Stella:
Polly: Stella:
Polly:
Oscar:
Oscar:
Angela: Oscar:
Pawlu:
Fejn sejjer int? Hawn mhux se ndum, kwarta oħra hawn inkun. Reno joħroġ ’il barra, mhux soltu li dan kien ikollu xi ħaġa f’dawk il-ħinijiet. Polly tħassbet u staqsiet bejnha u bejn ruħha “Dan fejn sejjer?”. Biex tiċċajta u taqbad magħha, Stella tagħrfitilha li forsi għandu xi waħda. Min? Dan? Iddaħħaqnix tridx. Għala? Irbit m’għandux, familja anqas. Raġel ma jafx joqgħod waħdu ta! Mhux Reno imma. Razza għalih! Il-bar hu d-dinja tiegħu, ma tarahx ħin kollu hawn? Minn dan l-aħħar mhux ħin kollu!
Aħjar tgħinni naqra int gustuża, għax daqt nimtlew. Ejja! Stella titbissem filwaqt li jkomplu bil-preparamenti fil-bar. Il-lejl beda dieħel fi Strada Stretta, il-baħrin erħilhom dak il-ħin b’naqra ta’ passiġġata romantika mat-tfajla li tkun serqitilhom qalbhom. Xorb fl-idejn, żfin, insomma lejl tipiku fi Strada Stretta. Angela kienet qed tippoża nuda fuq is-sodda għal Oscar. Dak kien fis-seba’ sema, it-tfajla tal-ħolm tiegħu, għalih biss! Iżda Angela ma tantx kienet tidher komda, kellha ħafna fuq moħħha, kienet taf li f’ħin jew ieħor lil Oscar trid tittradih u tisraqlu l-arloġġ. Oscar kien kważi lest, u lanqas ma riedx iħalli lil Angela fit-tul għax kien jaf li tegħja. Angela aċċertatu li kollox sew u seta’ jkompli. Fil-pront Oscar dawwar il-karta lejn Angela sabiex tkun tista’ tara l-kapulavur tiegħu. Staqsieha jekk għoġbitux u din assiguratu li kienet sabiħa ferm. Sodisfatt bir-riżultat, Oscar talab lil Angela xi mkien fejn seta’ jnaddaf idejh. Angela pront tiggwidah li għandha friskatur fil-kantuniera. Kien hawn li Oscar neża’ l-arloġġ u ħallieh fuq is-sodda filwaqt li dar il-kantuniera biex jaħsel idejh. (jgħajjat biex jinstema’ mill-kamra l-oħra) Ħa nkun l-għira tal-iskola ...Minn fejn ġibtha din it-teknika kollha? Bilfors ipprattikajt! ...Mur għidilhom. Angela tħares lejn l-arloġġ u tipprova tisirqu, imma ma rnexxilhiex! Bdiet tiddejjaq u tibża’, kienet taf li ser jinduna jekk tieħdu. L-aħħar tentattiv, Angela determinata, toħroġ idejha u eżatt xħin tkun ser tmiss l-arloġġ, jidħol Oscar u ddaħħal idha immedjatament. Oscar jissuġġerielha biex tistrieħ ftit u hi tistiednu biex jiġi ftit ħdejha fuq is-sodda. Ftit anzjuż u tmiddu, Oscar jaċċetta l-istedina u Angela tistiednu biex ineħħi l-kowt li kellu. Dan iħalliha tneżżagħlu l-kowt, u hi pronta tmur biex tbusu. Iżda Oscar jinġibed lura u jistaqsiha biex ikomplu. F’widnejh tpespislu, “issa nkomplu”, filwaqt li Angela tibda tbusu, hu jitbissem, hi tibda tneħħilu l-qmis, sakemm it-tnejn li huma jinfexxew f’bewsa waħda. Waqt li qed tbusu, tara l-arloġġ għadu hemm, iżda dlonk hu jinġibed lura. Aħjar le, mhux inħossni komdu hekk ...hekk għax ħallastek. Allura?
Le, mhux sew hekk. Angela tieħu nifs twil u tintefa’ minn tulha fuq is-sodda, Oscar baqa’ maġenbha, ħarsu lejn xulxin u tbissmu. Angela b’ton nervuż tgħidlu li għandha n-ngħas, Oscar jgħidilha li tista’ tistrieħ u l-pittura jkompluha darb’oħra. Angela tagħti daharha lil Oscar u tagħlaq għajnejha biex tinsa l-problemi kollha li kienet ser taffaċċja l-għada ma’ Iris. Il-lejl beda dieħel sewwa, Jeffrey kien qiegħed fis-sala tal-mużika, lest biex ikomplu s-serata mal-kollegi mużiċisti tiegħu. Sħabu kollha staqsew għat-tifel tiegħu u baqgħu mistagħġba kif dakinhar ma kienx ġie. Pawlu, is-sid mar jiġri fuq Jeffrey u staqsieh kif ma tfaċċax it-tifel. Jeffrey jgħidlu li l-mara ma ħallitux din iddarba u bil-problema tal-iskola, miegħu stqarr li aktarx mhux ser ikun jista’ jiġi iżjed. Le ta, tagħmillix hekk, ħlisnieha mill-pulizija ħa ddeffes denbha l-mara issa. Għandi Ingliżi għalih biss jiġu, kulħadd isaqsi għal-little devil drummer.
Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
Lydia: Polly: Lydia: Polly:
Jeffrey ma kienx jaf x’ser jaqbad iwieġeb lill-imgħallem tiegħu. U żgur li kulħadd jistaqsi għalih daqskemm kien gustuż idoqq! Imma kif seta’ jikkonvinċi lil martu? Mur fehemha! Il-bar ta’ Polly kien mimli baħħara. Stella kienet medhija titkellem ma’ baħri minnhom, imma fil-pront ħarset lejn Lydia u dawn għamlu kuntatt b’għajnejhom. Polly mill-ewwel indunat li kien hemm sparks għaddejjin bejn dawn it-tnejn u ħadet lil Lydia biex tara d-daqsxejn ta’ palk li Reno kien ippreparalha. “Palk?” staqsiet Lydia u Polly mill-ewwel ikkoreġiet ruħha u qaltilha li kien sempliċi platform. Jien nippreferi nibqa’ nagħmel il-laned, qed nitgħallem ta, Lilly tgħallimni, qed inżid issa. Iva, imma rridek tkantalna wkoll. Kanta u kompli mal-klijenti. Ħa tiġbdilhom iktar attenzjoni hekk. Ma nafx kemm se jirnexxili! Ma jirnexxilekx? Lanqas laħqet lestiet il-mistoqsija li ma tilmaħx wieħed baħri qed jipprova japprofitta ruħu minn Stella. Kien qed jipprova jżerżaq idu minn bejn id-dublett, fil-pront Polly ħarġet b’ħanġara daqsiex u widdbitu biex ineħħi jdejh! Stella nfaqgħet tidħaq bil-baħri u dan m’għandniex xi ngħidu nstaħa. Dawret ħarsa fuq Lydia u kompliet tikkonviċiha li kienet l-aħjar deċiżjoni li ħadet. Polly saħansitra stednitha biex tibda tkanta xi ħaġa. Kienet qed tħossha kburija li skopriet talent straordinarju bħal dak ta’ Lydia. Lydia kienet qed tħossha ftit nervuża, ħadd ma kien qed iħares lejha dak il-ħin. Staqsiet lil Polly x’ser tkanta u Lilly biex tagħmlilha kuraġġ qaltilha, “Xi ħaġa vivaċi Lyd!”. Trid taraha lil Lilly kemm kienet kburija bil-ħabiba tagħha, għamlitilha kuraġġ ta’ sur u saħansitra pespsitilha f’idejha l-kanzunetta li tista’ tkanta. Lydia bdiet tkanta kanzunetta popolari fil-ħamsinijiet u Lilly kienet kuntenta li kulħadd għoġbitu l-għażla tagħha, kulħadd barra Stella. Dak il-ħin kienet feroċi daqs iljun. Stella marret fuq Polly tgerger għax bit-tort tal-kant ta’ Lydia ma tistax tagħmel laned. Imma Polly malajr qaltilha li sħabha qed jirnexxilhom! Polly daret lejn Lydia u nfexxet f’ċapċipa b’ritmu mal-kanzunetta. Aktar ma Lydia bdiet iżżid il-kunfidenza aktar Stella bdiet tiħdar lejha. Lura fil-kamra ta’ Angela, issa kienu t-tnejn reqdin fuq is-sodda. Angela qamet maħsuda tiftakar li Oscar kien rieqed maġenbha. Bil-mod tieħu l-arloġġ u titfgħu ġo kaxxa taħt is-sodda, filwaqt li terġa’ ddawwar idejha ma’ Oscar, tagħmel tabirruħha li kienet rieqda. Iżda Angela kienet imqajma, tħoss il-ħtija li serqet lil xi ħadd li vera kien iħobbha.
Xi mkien fuq il-baħar, kien hemm Mario jaħseb fuq Lydia, b’ritratt tagħhom flimkien f’idejh. Kien qed jerġa’ jġedded il-memorji ta’ żmien sabiħ li kellhom flimkien. Ftakar f’mument partikolari, Lydia kienet liebsa eleganti tħares mit-tieqa tal-palazz, fil-palazz kien hemm il-mistednin bix-xampanja f’idejhom bilqiegħda fuq is-sufan. Guido kien qed jitkellem ma’ sħabu l-irġiel imma ma qalax għajnejh fuq Lydia. F’ħin minnhom Lydia tinżel tiġri barra u taħrab lejn id-dgħajsa ta’ Mario. Dak il-ħin Mario kien qed jirranġa l-affarijiet. Kienet qaltlu li ddejqet id-dar u b’daħka beda jinkiha li kienet qiegħda hemm. Lydia kienet tieħu għaliha malajr u malajr weġbitu li kienet qiegħda f’festin. Għaliha dawn kienu xi ħaġa normali, iżda għal Mario ma kinux. Ma setax jifhem kif din kien ikollha festin kważi kuljum. Lydia wriet ix-xewqa li titla’ fuq id-dgħajsa, Mario mesaħ idejh mal-qalziet u ħareġ idu biex jgħin lil Lydia titla’ fuq id-dgħajsa. Dak il-ħin infexxu t-tnejn iħarsu, jammiraw lil xulxin u f’radda ta’ salib kienu qed jitgħannqu u jitbewsu. Xi ġmiel ta’ memorja, kemm xtaq Mario jerġa’ jxomm ir-riħa tfuħ tat-tfajla tiegħu. Din kienet memorja wkoll għal qalb Lydia għax fid-djarju li kienet sabet Sylvana, din kienet miktuba. Sylvana kienet għaddejja ġmielha taqra minn dan id-djarju interessanti. Darba minnhom Lydia kitbet hekk: “Ommi dejjem saħqet fuq ħaġa, tuffieħa waħda mħassra kulma trid u tnawwarlek il-frott kollu. Għal ħafna żmien ħassejtni jien il-frotta mħassra tal-familja. Imbagħad bdejt naħseb li forsi kien Mario, ħabbejtu u għamieni. Imma le, allaħares bniedem jitħassar għax jagħmilha ma’ bniedem wieħed ħażin, daqskemm hawn tuffieħ imħassar”.