1 minute read

Burgers veġetarjani bil-quinoa u fażola sewda

Next Article
Gateau Victoria

Gateau Victoria

Ingredjenti

Għall-burgers P 80g quinoa mlaħalħa P mgħarfa żejt taż-żebbuġa P basla mqattgħa fin P 3 sinniet tewm imqattgħa fin P bżaru aħmar imqatta’ fin P bott fażola sewda P kuċċarina kemmun P mgħarfa kosbor frisk imqatta’ P mgħarfa tursin imqatta’ P melħ u bżar P bajda mħabbta P 150g ikkapuljat veġetarjan P 3 mgħaref frak tal-ħobż frisk

Advertisement

Se jkollok bżonn ukoll P 700g patata (fries) P 4 panini tal-burger P 2 mgħaref mayonnaise P 2 basliet kbar P mgħarfa żejt taż-żebbuġa P 3 tadamiet kbar P 75g ġobon feta P weraq tal-insalata

BURGERS VEĠETARJANI BIL-QUINOA U FAŻOLA SEWDA RiĊetta ta’ Manuel Xuereb

Direzzjoni

Ibda din ir-riċetta billi ssajjar il-quinoa f’ilma jagħli għal madwar 12-15-il minuta. Ixxotta u warrab. Sadanittant, saħħan iż-żejt f’taġen u sajjar il-basla, it-tewm u l-bżar sakemm jirtabu. Poġġi l-fażola sewda msaffija ġo skutella kbira u għaffeġ bil-furketta. Żid it-taħlita tal-basla msajra segwita mill-quinoa msajra, kemmun mitħun, kosbor imqatta’ u melħ u l-bżar. Żid fis-sostitut tal-kapuljat taċ-ċanga, bajd u frak tal-ħobż u ħawwad sewwa flimkien. Ifforma f’4 burgers kbar u qiegħed fuq trej tal-ħami miksi bil-karta għall-ħami. Idlek bi ftit żejt taż-żebbuġa u aħmi fil-forn għal 15-20 minuta. Tista’ wkoll tpoġġi l-patata fuq folja tal-ħami u taħmi għal 20 minuta. Saħħan l-imgħarfa li jifdal taż-żejt taż-żebbuġa f’taġen u qalli l-basal imqatta’ għal 10 minuti biex tikkaramelizza. Għaqqad il-burgers flimkien, billi taqsam il-panini tal-burger min-nofs, idlek iż-żewġ naħat bi ftit mayonnaise, qiegħed ftit weraq tal-insalata fuq l-erba’ qigħan tal-ħobż u poġġi burger tal-ħaxix fuq kull wieħed. Għatti bit-tadam imqatta’, basal ikkaramelizzat u spiċċa bil-ġobon feta mfarrak fil-wiċċ. Servi mal-patata (fries).

This article is from: