
1 minute read
Gateau Victoria
from GWIDA DECEMBER 2020
Ingredjenti
P panidispanja tonda u ftit għolja P krema pastiċċiera... skont ir-riċetta
Advertisement
‘Krema Pastiċċiera’ mogħtija f’dan il-ktieb P 150g zokkor P 5 abjad tal-bajd P ponta ta’ kuċċarina cream of tartar P xorb tal-gosti tiegħek P frott u ċikkulatini biex iżżejjen GATEAU VICTORIA RiĊetta ta’ Anton B Dougall
Direzzjoni
1. Ixgħel il-forn 180oC, gass numru 4. 2. Lesti l-krema pastiċċiera. 3. Aqsam il-panidispanja fi tliet slices. 4. Qiegħed slice fuq platt ċatt li jkun tajjeb biex jidħol fil-forn. Xarrab bix-xorb u iksi bil-krema. Agħmel ammont sew ta’ krema. 5. Qiegħed it-tieni slice ta’ panidispanja fuq il-krema. Din id-darba tista’ żżid ftit ċikkulata mdewba jew kafè mal-krema li fadallek qabel tiksi biha; dejjem jekk tiggosta. Iksi l-panidispanja bil-krema u qiegħed l-aħħar slice fuqha. 6. Ferrex ftit xorb fuq l-aħħar slice tal-panidispanja. 7. Qiegħed l-abjad tal-bajd ġo skutella u ħaddmu tajjeb b’whisk tal-elettriku sakemm ikun kiber sew. Żid iz-zokkor u l-cream of tartar u kompli ħaddem sakemm ikollok xkuma wieqfa. 8. Iksi l-gateau biha u oħloq disinn fil-wiċċ. 9. Daħħal fil-forn sakemm l-ixkuma tieħu kulur sabiħ. Meta l-gateau jkun lest, ħallih jiksaħ sew u żejnu biċ-ċikkulatini u frott.

