Festa Gżira 2021 100 Sena ta’ Storja 1921-2021
1
Programm Festa Madonna tal-Karmnu 2021 - Gżira
Werrej Messaġġ mill-Kappillan
3
Messaġġ mis-Sindku
4/5
Messaġġ mill-President Għaqda Mużikali Mount Carmel
6
Messaġġ mis-Seg. Kumm. Armar tal-Knisja
7
8
Programm tal-Festa 2021
9
Mill-Festi li għaddew
10
Messaġġ mid-Direttriċi Kor Sta. Ċeċilja
Avviż Importanti Ġa la darba l-istruzzjonijiet mill-awtoritajiet tas-Saħħa għadom fis-seħħ, kull min se jattendi għall-funzjonijiet ta’ matul il-Ġimgħa tal-Festa, huwa mitlub jilbes maskra u jieħu l-prekawżjonijiet kollha meħtieġa. Ħadd ma’ jitħalla jidħol fil-Knisja mingħajr maskra.
Ringrazzjamenti Il-Kappillan jieħu din l-okkażjoni hekk unika u meraviljuża tal-Festa tal-Patruna tagħna, il-Madonna tal-Karmnu, biex jirringrazzja minn qalbu lil dawk kollha, li huma ħafna u li żgur tinsa’ lil xi ħadd jekk tibda ssemmi, li matul is-sena jaħdmu kemm spiritwalment, kemm pastoralment u kemm materjalment biex dejjem ikollna parroċċa li tagħmel ġieħ lill-Madonna li tagħha qed niċċelebraw din il-festa hekk sabiħa. Grazzi lil kulħadd.
Editur : Daniel Bruno 100 Sena ta’ Storja 1921-2021
2
Programm Festa Madonna tal-Karmnu 2021 - Gżira
Messaġġ mill-Kappillan Dun Gordon Refalo
Għeżież, Din hi l-ewwel darba li qiegħed niċċelebra il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Gżira bħala Kappillan tagħkom. Xtaqt li kieku stajna niċċelebraw din il-Festa kif isir normalment, iżda minħabba ir-restrizzjonijiet marbutin mal-pandemija, dan ma jistax isir din is-sena. Pero’ xorta waħda nistgħu niċċelebraw. Kif tistgħu taraw fil-programm tal-Festa, iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ ġewwa ser isiru kważi kollha, bi ftit tibdiliet. U dawn huma il-qofol ta’ kull festa. Għalija ma tagħmilx sens illi niċċelebraw barra mill-Knisja biss, mingħajr ma ningħaqdu bħala komunita’ Nisranija sabiex niċċelebraw il-Quddies. Il-Quddies għandu jkun il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet tagħna. Min jiċċelebra barra biss ikun qiegħed jiċċelebra Festa li mhix waħda Nisranija. Dan ifisser, li minkejja id-dispjaċir tagħna li mhix ser tkun Festa bħas-soltu, imma xorta ħa nagħtu qima lil Alla permezz tal-Ġawra tagħna, Il-Madonna, Fjur tal-Karmelu. Għalhekk nixtieq inħeġġeġ lil kull parruċċan sabiex matul il-jiem tal-Festa, niġu għall-quddies, nitolbu, nersqu għas-Sagrament tal-Qrar, nagħmlu karita’ , intejbu ir-relazzjonijiet ta’ bejnietna, ningħaqdu mal-familji tagħna, inkunu qrib dawk li huma morda jew jgħixu waħedhom, u nura imħabba kbira lejn kulħadd. Żgur li jekk nagħmlu dan kollu, mhux biss nagħtu ġieh lill-Omm tagħna Marija, imma inkunu aħna stess tassew ferħana, u inkunu nistgħu ngħidu, kellna Festa sabiħa. Fr Gordon - Kappillan
Tista ssewgi il-Paġna tal-Parroċċa tal-Gzira fuq il-midja soċjali billi tidħol fuq:
https://www.facebook.com/parroccagzira
100 Sena ta’ Storja 1921-2021
3
Programm Festa Madonna tal-Karmnu 2021 - Gżira
Messaġġ mis-Sindku Conrad Borg Manche
Għeżież ħuti Gżirjani u residenti. Nispera li tinsabu tajbin. Din is-sena hija sena memorabbli għalina l-Gżirjani f’l-okkażżjoni tal-mitt sena anniversarju minn meta twieldet il-parroċċa tagħna. Nistgħu ngħidu li mitt sena ilu kien ukoll il-bidu tal-lokalita tagħna fejn bdiet tinbena u bdew ġejjin nies minn lokalitajiet oħra li għażlu l-Gżira biex tkun id-dar naturali tagħhom. Il-Parroċċa tagħna meta mqabbla mal-parroċċi ġirien tagħna hija waħda relattivament żgħażugħa, pero ċertament bi storja twila li tmur lura għal żmien il-kavallieri u saħansitra qabel meta il-Gżira ta’ Manoel kienet ingħatat b’fewdu lil familja nobbli Guevara bħala kollaterali għal self lir-Re qabel il-kavallieri ġew Malta. Din l-istorja milliktar interessanti t’art twelidna ser tkun parti mill- publikazzjoni li qed tiġi ppreparata għall-okkażjoni tal-Festi ċentinarji s-sena d-dieħla. Din is-sena ċ-ċirkostanzi talbu mod ieħor u minflok sena memorabbli kienet sena li xorta ser niftakru pero għal raġunijiet oħra. Għalhekk flimkien mall-Kappillan maħbub tagħna Fr Gordon iddeċidejna illi l-festi ċentinarji jiġu ċċelebrati kif jixraq is-sena d-dieħla. Kommess illi s-sena d-dieħla tkun sena memorabbli biex infakkru dak kollu li għadda minnu l-poplu Gżirjan u l-lokalita tagħna matul l-aħħar 100 sena parroċċa. Storja interessanti li tibda dsatax -il sena qabel mill- ġrajja tal-Ġebla, avveniment mirakoluż li kien il-bidu ta’ kollox. Kif inkantaw fl-innu sabiħ tal-Madonna tal-Ġebla “Tron u saltna għalik inti bnejt sabiex tibqa’ ma wliedek għal dejjem” il-Madonna għazlet il-Gzira u l-poplu tagħha biex ikollha t-tempju ddedikat għaliha u tkun magħna għal dejjem. Il-knisja ukoll bdiet tinbena ftit wara li l-lokalita tagħna ġiet iddikjarata parroċċa u ħadet 14 -il sena biex inbniet u ġiet inawgurata f’1935.
100 Sena ta’ Storja 1921-2021
4
Programm Festa Madonna tal-Karmnu 2021 - Gżira
Biex ukoll infakkru minn xhiex għaddew missirijietna waqt it-tieni gwerra dinjija fl-okkażjoni tal-festi ċentinarji ser jinfetaħ shelter mill- isbaħ li jinsab fi Triq ilFreres. Bħal ħafna minnkom kont ili nistenna din is-sena żmien u ovvjament wisq iktar meta għażiltuni biex inkun is-sindku tagħkom ridt nikkontribwixxi għal art twelidna li tagħtni ħafna, kemm żgħożija mill- isbaħ kif ukoll illum li għaziltuni Sindku tagħkom u ta’ din l-opportunita nibqa’ grat lejkhom għal dejjem. J’Alla nitgħallmu minn din il-pandemija napprezzaw iktar il-ħajja u lil xulxin u s-sena d-dieħla niċċelebraw kemm il-mitt sena parroċċa kif ukoll it-tmiem tal-pandemija li ħarbtitilna ħajjitna pero li nispera li għallmitna ukoll. Minn qalbi nawguralkhom festa mill aqwa u j’Alla niltaqgħu ma ndumux. Viva il-Madonna tal-Karmnu ! Conrad Borg Manché Sindku
100 Sena ta’ Storja 1921-2021
5
Programm Festa Madonna tal-Karmnu 2021 - Gżira
Messaġġ mill-President - Għaqda Mużikali Mount Carmel
Joseph Spiteri F’għeluq il-mitt sena tal-parroċċa, ħsiebi jmur fuq missirijietna kemm ħadmu u stinkaw biex bnew dan it-tempju li għadna ngawduh sallum. Żgur li l-ftit familji li kienu jabitaw fil-Gżira kienu magħqudin biex minn flushom ħallsu biex ikollna parroċċa fejn jistgħu jamministraw il-ħtiġijiet tat-twemmin, kemm tagħhom kif ukoll ta’ wlied u wlied uliedhom. Kemm kienu għaqlin li mal-milja taż-żmien ħasbu biex fetħu każin u tawh l-isem tat-titlu tal-Madonna, minkejja li ġiet imkażbra mill-barranin, stagħniet b’għożża u b’imħabba minna l-Gżirjani. Każin li matul iż-żmien ra numru kbir ta’ tfal jitgħallmu l-kultura mużikali biex fil-festa jindaqqu l-marċi u l-innijiet Marjani. Jien inħossni xxurtjajt li lħaqt il-festa taċ-ċinkwentinarju; għeluq il-ħamsin sena fl-1971. Kont għadni abbati. Ma ninsa qatt il-funzjoni tal-kxif tal-irħama komemorattiva, nagħti s-servizz tiegħi ħdejn l-E.T. Gonzi. Kemm kien żmien sabiħ! Bil-Gżira mimlija tfal, ngħinu lill-kbar, inżejnu t-toroq u kulħadd jimpika biex ikollu l-isbaħ triq. Jien niftakar ma’ sħabi ta’ Stuart Street ( għax hemm kont noqgħod ) naħdmu l-liedna tal-karti kkuluriti mal-bieb tal-ħanut ta’ Pawlu taż-Żebgħa. Kemm kienu jintramaw sbieħ it-toroq tagħna; bħal Victory, Reid, Ponsonby fost l-oħrajn. Minn hemm bdiet in-namra tiegħi għall-festa li għadha sal-lum. Kienet għadha l-Gżira tal-Gżirjani. Illum il-parroċċa għalqet mitt sena. It-toroq tagħna nbiddlu, il-Gżirjani tnaqqru, pero’ t-tempju baqa’ jisbieħ, għax il-ftit nies li bqajna komplejna naħdmu biex dak li bnew missirijietna ma jintemm qatt.
Joseph Spiteri President tal-Mount Carmel Band Club
100 Sena ta’ Storja 1921-2021
6
Programm Festa Madonna tal-Karmnu 2021 - Gżira
Messaġġ mis-Seg. Armar tal-Knisja Gaetano Incorvaja
Il-Kummissjoni Armar tal-Knisja ilha żmien twil attiva fil-parroċċa tul is-snin kollha li ilha mwaqqfa iżda qatt ma konna impenjati daqs din l-aħħar sena. Minbarra il-proġett li wettaqna s-sena l-oħra dak tar-restawr tal-ambone, sedji u legiju, kien għaddej b’ritmu tajjeb il-proġett tad-damask li din is-sena ħa żvolta kbira fejn ġie komplut u qed ingawduh armat fil-knisja għall- festa titulari. Iżda l-qofol ta’ dan il-proġett kienet l-opra li saret mall-kwadru titulari. Opra li kienet ħolma ta’ żmien ilu u li din is-sena saret realta’. Għal dan kollu ma nistgħux ma nirringrazzjawx lill-koppja Cettina u Joseph Degiovanni li daħlu ghat-twettieq ta’ tliet proġetti kbar li biddlu kompletament il-knisja tagħna għal żmien il-festa mill-lejl għan-nhar. Ma nistax ma nirringrazzjawx wkoll lil kappillan preżenti Fr Gordon li ħadem biex ġab l-approvazzjoni neċessarja biex din l-opra setgħet issir, kif wkoll lill-kappillan preċedenti, Dun Karm Tanti li approva wkoll il-progetti talbdil tad-damask u l- mant il-gdid għall-istatwa titulari. Ma dan kollu ma nistax ma nsemmix il-proġett ambizzjuż li aħna dħalna għalih, dak taż-żebgħa tal-knisja. Proġett enormi li lanqas qatt ħlomna li xi darba ħa nidħlu għalih imma b’mod volontarju dħalna għalih b’ruħna u ġisimna u għalkemm forsi ħa jieħu ftit fit-tul , determinati li nwassluh sat-tmiem tiegħu. Dan ma kienx ikun possibbli kieku ma xtrajniex il-lifter li kien essenzjali kemm biex inwettqu l-ħidma tagħna kif ukoll għas-sigurta tagħna. Nixtieq li għal dan kollu nirringrazzjaw lill- kappillan Dun Gordon Refalo li sibnieh dejjem warajna f’dak kollu li sar. F’isem sħabi tal-kummissjoni nirringrazzja lill- parruċċani li taw u għadhom jagħtu lill-parroċċa s-sosten finanzjaru tagħhom biex inwettqu l-proġett tagħna u kemm il-darba l-Bambin u l-Madonna ttina aktar saħħa lesti għal aktar proġetti fil-futur qarib. Fl-aħħar u mhux l-inqas nirringrazzja li sħabi tal-kummissjoni armar kollha li f’għaqda sħiħa naħdmu għal għan wieħed, dak li nippruvaw mill-aħjar li nistgħu nżommu l-parroċċa ħajja. Viva l-Omm u l-Ġmiel tal-Karmelu Gaetano Incorvaja Seg. Kumm. Amar tal-Knisja Gzira.
100 Sena ta’ Storja 1921-2021
7
Programm Festa Madonna tal-Karmnu 2021 - Gżira
Messaġġ mid-Direttriċi Kor Sta. Cecilja Christa Carla Debono Għall- grazzja t’Alla reġgħet waslet sena oħra, festa fejn kellha tkun b’ħafna ċelebrazzjonijiet kbar għalina l-Gżirjani. Minħabba din is-sitwazzjoni li qegħdin fiha ser ikollna niċċelebrawha b’mod kemm xejn differenti minn dak li kellna ppjanat għaċ-Ċentinarja. Bħala kor din is-sitwazzjoni affetwatna ferm. Dan għaliex ma stajniex niltaqgħu għall-provi u kunċerti biex nobdu lill-awtoritajiet tas-saħħa, id-direttivi tal-kurja u fl-istess ħin nieħdu ħsieb il-membri koristi tagħna. Ma stajniex nagħmlu l- attivitajiet bejnietna bħala membri u tfal. Normalment fil-ħajja normali ta’ kuljum, il-kor ikun kemm xejn impenjat. Nieħdu sehem f’ħafna okkażżjonijiet u funzjonijiet matul is-sena, norganiżżaw xi festin u ħruġ biex nintegraw bħala familji bejnietna. Bis-saħħa ta’ facebook żammejna kuntatt qawwi flimkien. Ovjament in-nuqqas ta’ provi nħass iktar madwar xahar ilu meta propju ċempilli l-Kappillan Dun Gordon Refalo u tagħni l-aħbar li nistgħu nerġgħu nibdew bil-provi tagħna. Issa qegħdin biss erba t’ijiem ‘l bogħod qabel ma’ tibda l-festa tal-għażiża Patruna tagħna, il-Madonna tal-Karmnu. Bħala kor ħdimna kemm stajna biex insebbħu l-knisja bil-vuċijiet hekk sbieħ waqt il-ġimgħa tal-festa. Il- kor ser ikun qiegħed janima l- quddiesa tat-Tnejn fis-6:00pm , l-Erbgħa l-ewwel jum tat-tridu fis-6:00pm, is-Sibt filgħaxija lejliet il-festa fis:6:30pm u l-Ħadd filgħodu f’Jum IL-Festa fid-9:00am. Nixtieq inħeġġeġ lil dawk it-tfal kollha ‘l fuq minn seba’ snin, ż-żgħażagħ u l-adulti speċjalment vuċijiet maskili li jixtiequ jingħaqdu magħna għaliex jekk il-bambin irid wara li jgħaddi s-sajf nibdew bil-preparamenti għall-funzjoni tal-Milied. Il-provi jkunu kull nhar ta’ Tnejn wara l-quddiesa tas-6pm fix-xitwa. Kull min hu mħajjar jattendi għandu jibgħatli fuq il-paġna tal-kor Santa Ċeċilja jew jikkuntatjani fuq 99282404. Nixtieq nistieden lill-Gżirjani kollha li għandhom għal qalbhom il-Madonna tal-Karmnu biex jattendu. Minn qalbi nixtieq nirringrazzja lill-familja tiegħi li dejjem tawni appoġġ sħiħ u f’isem il-Membri koristi kollha nixtieq nirringrazzja lill-Kappillan Dun Gordon Refalo ta’ kemm jifhimna , jappoġjana u jgħina fejn ikun hemm bżonn, lill-ex Surmast Adriann Scicluna ta’ l-għajnuna kbira tiegħu fis-sehem tal-kor u lill-parruċċani kollha tat-tifħir li dejjem jgħatuna. Il-festa t-tajba lil kulhadd. Viva l-Madonna tal-Karmnu! Christa Carla Debono Direttriċi Kor Sta. Ċeċilja
100 Sena ta’ Storja 1921-2021
8
Programm Festa Madonna tal-Karmnu 2021 - Gżira
Programm Festa Madonna tal-Karmnu Programm ta’ ġewwa
5 sa 11 ta’ Lulju 2021
Il-Ħadd 4 ta’ Lulju
Wara l-Quddiesa tas-6.00pm, inawgurazzjoni tad-Damask u tiżjin ieħor.
It-Tnejn 5 ta’ Lulju
6.00pm Quddiesa bidu tal-Festa. Jieħu sehem il-Kor Santa Ċeċilja Gzira.
It-Tlieta 6 ta’ Lulju - 6.00pm Quddiesa L-Erbgħa 7 ta’ Lulju
6.00pm Quddiesa L-Ewwel Jum tat-Tridu. Jippriedka Kan Robin Camilleri, Arċipriet tal-Isla. Jieħu sehem il-Kor Santa Ċeċilja tal-Parroċċa tagħna.
Il-Ħamis 8 ta’ Lulju
6.00pm Quddiesa Tieni Jum tat-Tridu - Jippriedka Kan Robin Camilleri, Arċipriet tal-Isla. Tieħu sehem il-Banda Mount Carmel tal-Gzira.
Il-Ġimgħa 9 ta’ Lulju
6.00pm Quddiesa Tielet Jum tat-Tridu. Jippriedka Kan Robin Camilleri, Arċipriet tal-Isla. Jieħu sehem il-Folk Group tal-Parroċċa Gzira.
Is-Sibt 10 ta’ Lulju - Leljiet il-Festa
5.00pm Quddiesa. 6.30 pm. Transulazzjoni Solenni u Quddiesa –Jieħu sehem il-Kor Santa Ċeċilja Gzira bis-sehem ta’ l-Orkestra taħt id-direzzjoni tad-direttriċi Christa Carla Debono u assistent Surmast Adrian Scicluna.
Il-Ħadd 11 ta’ Lulju - Festa Madonna tal-Karmnu
9.30am Quddiesa Solenni bil-Paniġierku. Jinseġ il-Paniġierku Kan Ryan Lee Pace.Jieħu sehem il-Kor Santa Ċeċilja Gzira bis-sehem ta’ l-Orkestra. 6.00pm Quddiesa, Antifona ,Barka sagramentali Te Deum u Ripożizzjoni tar-Relikwa. Il-Ħinijiet l-oħra tal-quddies ikunu bħas-soltu jiġifieri 7.00am, 8.15am, 9.30am, 11.00am u 6.00pm.
100 Sena ta’ Storja 1921-2021
9
Programm Festa Madonna tal-Karmnu 2021 - Gżira
Mill-Festi li għaddew
100 Sena ta’ Storja 1921-2021
10
Programm Festa Madonna tal-Karmnu 2021 - Gżira