Messaġġ mill-Kappillan Dun Gordon Refalo
Għeżież, Din hi l-ewwel darba li qiegħed niċċelebra il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Gżira bħala Kappillan tagħkom. Xtaqt li kieku stajna niċċelebraw din il-Festa kif isir normalment, iżda minħabba ir-restrizzjonijiet marbutin mal-pandemija, dan ma jistax isir din is-sena. Pero’ xorta waħda nistgħu niċċelebraw. Kif tistgħu taraw fil-programm tal-Festa, iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ ġewwa ser isiru kważi kollha, bi ftit tibdiliet. U dawn huma il-qofol ta’ kull festa. Għalija ma tagħmilx sens illi niċċelebraw barra mill-Knisja biss, mingħajr ma ningħaqdu bħala komunita’ Nisranija sabiex niċċelebraw il-Quddies. Il-Quddies għandu jkun il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet tagħna. Min jiċċelebra barra biss ikun qiegħed jiċċelebra Festa li mhix waħda Nisranija. Dan ifisser, li minkejja id-dispjaċir tagħna li mhix ser tkun Festa bħas-soltu, imma xorta ħa nagħtu qima lil Alla permezz tal-Ġawra tagħna, Il-Madonna, Fjur tal-Karmelu. Għalhekk nixtieq inħeġġeġ lil kull parruċċan sabiex matul il-jiem tal-Festa, niġu għall-quddies, nitolbu, nersqu għas-Sagrament tal-Qrar, nagħmlu karita’ , intejbu ir-relazzjonijiet ta’ bejnietna, ningħaqdu mal-familji tagħna, inkunu qrib dawk li huma morda jew jgħixu waħedhom, u nura imħabba kbira lejn kulħadd. Żgur li jekk nagħmlu dan kollu, mhux biss nagħtu ġieh lill-Omm tagħna Marija, imma inkunu aħna stess tassew ferħana, u inkunu nistgħu ngħidu, kellna Festa sabiħa. Fr Gordon - Kappillan
Tista ssewgi il-Paġna tal-Parroċċa tal-Gzira fuq il-midja soċjali billi tidħol fuq:
https://www.facebook.com/parroccagzira
100 Sena ta’ Storja 1921-2021
3
Programm Festa Madonna tal-Karmnu 2021 - Gżira