KullĦadd_03.01.2016

Page 1

Ħarsa lejn L-ISPECIAL OLYMPICS F’GĦAWDEX

www.kullħadd.com

Ara paġna 37

Il-Ħadd, 3 ta’ Jannar, 2016 Ħarġa Nru 1,173 Prezz €1

FL-2005 IS-SULDATI ĦADU ALLOWANCE IŻGĦAR

AKTAR TNAQQIS FIT-TAXXI

PIANO JOFFRI KONSULTAZZJONI B’XEJN

Il-ħlas tal-allowance li ngħata lis-suldati Maltin fiċ-CHOGM tal-2005 kien inqas mill-istess allowance li ngħata għall-aħħar CHOGM li sar f ’Diċembru li għadda. Dan kien ikkonfermat minn kelliem tal-Forzi Armati ta’ Malta fuq talba ta’ din il-gazzetta, wara li rapport tal-midja Nazzjonalista din il-ġimgħa qal li s-suldati tal-Forzi Armati kienu “insulentati” għax il-ħidma tagħhom fil-Valletta Summit u ċ-CHOGM issarrfet biss f ’allowance ta’ €100.

Għat-tielet sena konsekuttiva, l-ewwel ta’ Jannar se jfisser ukoll inqas ħlas f ’taxxa ta’ dħul għal bosta familji. Din hija parti integrali tal-politika tal-Gvern li qiegħed jintroduċi diversi miżuri biex jippremja l-bżulija ħalli b’hekk tkompli tikber l-ekonomija ta’ pajjiżna u l-ġid jitqassam b’mod ġust. Mill-komputazzjoni l-ġdida ta’ taxxa li ddaħlet fl-ewwel ta’ Jannar li għadda se jgawdu madwar 160,000 Malti u Għawdxi.

L-uffiċċju tal-Perit Renzo Piano, bi ftehim mal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, se jkun qiegħed joffri l-konsulenza tiegħu bla ħlas lill-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (GHRC) bħala parti minn qbil li ntlaħaq wara diskussjonijiet dwar l-iżvilupp tal-bqija tad-daħla tal-Belt Valletta, li għalihom Piano kien ressaq proposti. Dan kien ikkonfermat minn kelliem tal-GHRC li spjega wkoll lill-gazzetta KullĦadd li, aktar tard din is-sena, se jitkomplew ix-xogħlijiet fil-foss ta’ quddiem id-daħla tal-Belt Valletta.

Paġna 2

Paġna 2

Paġna 3

PRESSJONI BIEX JINBIDLU R-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI

L-espert forensiku Anthony Abela Medici qal lil din il-gazzetta li fl-ewwel nofs tal-1996, fi żmien Gvern Nazzjonalista, kienet saritlu pressjoni indiretta biex jibdel ir-riżultati talinvestigazzjoni li kien qed jagħmel b’rabta ma’ każ politiku. Dr Abela Medici qal dan meta kien qed jitkellem dwar il-qtil makabru ta’ Karin Grech, li huwa kien inkarigat millQorti biex jinvestiga. Dr Abela Medici sostna li huwa kien irrifjuta li jibdel xi riżultati, filwaqt li stqarr li kien sab diversi problemi ma’ wiċċu meta kien qed imexxi l-investigazzjoni fil-każ tal-qtil ta’ Karin Grech. Paġna 5


02 03|01|2016

kullħadd.com

LOKALI

FIĊ-CHOGM TAL-2005 L-ALLOWANCE KIEN TA’ €93 Il-ħlas tal-allowance li ngħata lis-suldati Maltin fiċ-CHOGM tal-2005 kien inqas mill-istess allowance li ngħata għall-aħħar CHOGM li sar f ’Diċembru li għadda. Rapport tal-midja Nazzjonalista din il-ġimgħa qal li s-suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta kienu “insulentati” għax il-ħidma tagħhom fil-Valletta Summit u ċ-CHOGM issarrfet biss f ’allowance ta’ €100. Madankollu, minn informazzjoni provduta mill-FAM fuq talba ta’ din il-gazzetta jirriżulta li l-istess allowance li ngħata għaċ-CHOGM tal-2005 kien jammonta għal €93. Mistoqsi jekk fl-aħħar jiem is-suldati kinux ingħataw allowance ta’ €100 biss kif irrappurtat mill-midja Nazzjonalista, kelliem għallFAM ikkjarifika li dan l-allowance ingħata peress li l-ħlas tal-overtime mhuwiex inkluż fir-regolamenti finanzjarji għas-suldati.

Madankollu, mhuwiex minnu li dan l-allowance kien l-uniku ħlas żejjed li rċevew is-suldati. Bħalma hija l-prattika, minflok ma tħallsu għall-overtime, is-suldati li ħadmu fis-summit jew fiċCHOGM ingħataw time-off in lieu ta’ kull siegħa żejda li ħadmu. Apparti minn hekk, meta ħadmu matul il-Ħdud, dawn ingħataw ir-rata stabbilita tax-xogħol fil-Ħdud, li hija ogħla mir-rata tax-xogħol fil-ġranet ta’ matul il-ġimgħa. Mistoqsi jekk fiċ-CHOGM tal2005 kienx ingħata xi allowance simili, kelliem għall-FAM ikkonferma li dan kien ingħata, u qal li dak iż-żmien dan kien jammonta għal Lm40, ekwivalenti għal €93 tal-lum. Għalhekk, fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista l-allowance mogħti kien filfatt inqas minn dak li ngħata fl-aħħar jiem għal okkażjoni simili.

AKTAR TNAQQIS FIT-TAXXI FL-2016 POLITIKA LI TIPPROTEĠI

Ritratt: ALAN SALIBA

LILL-KONSUMATUR

Għat-tielet sena konsekuttiva l-ewwel ta’ Jannar se jfisser ukoll inqas ħlas f ’taxxa ta’ dħul għal bosta familji. Kmieni f ’din il-leġiżlatura, il-Gvern ittaxxa tad-dħul fir-rata ta’ 35% naqset għal waħda ta’ 25% fuq dħul ta’ inqas minn €60,000 fis-sena. Kienu madwar 40,000 il-persuni li ggwadanjaw minn din il-miżura. Dan għen sabiex tiġi ppremjata l-bżulija ħalli b’hekk tkompli tikber l-ekonomija ta’ pajjiżna. Fl-2015, għax miżuri bħal dawn saħħew l-ekonomija ta’ pajjiżna, il-Gvern ħabbar li se jnaqqas it-taxxa tad-dħul għal diversi faxex oħra tas-soċjetà.

Fiex jikkonsisti dan it-tnaqqis? Minkejja li l-aħħar baġit kien ippubblikat f ’Ottubru li għadda, ħafna mill-miżuri daħlu fis-seħħ fil-bidu ta’ din is-sena. Fost dawn hemm dik li permezz tagħha l-ħaddiema se jerġgħu jibbenefikaw minn tnaqqis fit-taxxa taddħul. Flimkien mal-ewwel żieda fil-pensjonijiet fl-ewwel ħamsa u għoxrin sena, din hija miżura ewlenija tal-baġit għal din is-sena maħsuba għal dawk bi dħul baxx jew medju. B’hekk, dawk li ma gawdewx mit-tnaqqis fl-income tax fl-

Mhumiex se jħallsu taxxa Persuna waħida bi dħul ta’ €9,100 Koppja bi dħul ta’ €12,700 Ġenitur bi dħul ta’ €10,500 Se jiffrankaw it-taxxa Persuna waħida bi dħul sa €19,500 – tiffranka €90 fis-sena Koppja bi dħul sa €28,700 – tiffranka sa €120 fis-sena Ġenitur bi dħul sa €21,200 – jiffranka €105 fis-sena Koppja miżżewġa bi dħul ta’ €21,200 kull wieħed – tiffranka €210 fis-sena

aħħar sentejn se jgawdu din id-darba. Bil-bidliet li se jsiru, persuna weħida li taqla’ sa €9,100, koppja b’dikjarazzjoni konġunta li jaqilgħu sa €12,700, u persuna b’dikjarazzjoni ta’ ġenitur li taqla’ €10,500 mhux se jħallsu taxxa. Sadanittant, persuna weħida li taqla’ sa €19,500 se tiffranka €90 taxxa fis-sena, filwaqt illi koppja b’dikjarazzjoni konġunta li jaqilgħu sa €28,700 se jiffrankaw sa €120 f ’taxxa. Persuna b’dikjarazzjoni ta’ ġenitur li taqla’ sa €21,200 se tiffranka €105 f ’taxxa fis-sena, jew €210 fis-sena f ’każ ta’ koppja miżżewġa li jaqilgħu sa €21,200 kull wieħed. B’din il-komputazzjoni l-ġdida ta’ taxxa se jgawdu 160,000 Malti u Għawdxi. Flimkien ma’ dan it-tnaqqis fir-rata ta’ taxxi, bosta ċittadini gawdew minn miżuri ta’ appoġġ fosthom dawk tal-inwork benefits, l-introduzzjoni taċ-ċentri tal-ħarsien tat-tfal b’xejn, żieda fil-pensjonijiet u l-istipendji, u diversi inċentivi oħra li jippremjaw il-bżulija.

Il-Partit Nazzjonalista għadu ma fehemx il-politika ta’ dan il-Gvern rigward il-fjuwil; politika li qed iġġib stabbiltà kemm għan-negozji kif ukoll għall-familji Maltin u Għawdxin. L-istabbiltà tfisser li kemm il-familji kif ukoll in-negozji jkollhom serħan il-moħħ u mhux jistennew l-aħħar tax-xahar biex jaraw kemm se jkun il-prezz tal-fjuwil kif kien jiġri fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti. Ta’ min ifakkar li, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013, ilprezz internazzjonali taż-żejt żdied b’$4 il-barmil, jew żieda ta’ 4%. Madankollu, l-amministrazzjoni Nazzjonalista kienet għolliet il-prezz tal-fjuwil b’36%. Fl-istess żmien kienet għolliet il-prezz tad-dawl b’71%. Gvern Nazzjonalista kien għolla l-prezz tal-fjuwil b’9 darbiet iż-żieda fil-prezz internazzjonali taż-żejt u bi 17-il darba aktar il-prezz tal-elettriku. Dawn iżżewġ deċiżjonijiet bejniethom swew lill-familja medja Maltija €1,500 kull sena, jew €29 filġimgħa. Taħt il-Gvern Laburista, ilprezz tal-petrol se jkun naqas b’19ċ u d-diżil bi 18ċ. F’sentejn u disa’ xhur, Gvern Laburista se jkun baxxa l-petrol disa’ darbiet u d-diżil fi tmien okkażjonijiet. Barra mit-tnaqqis fil-fjuwil, Gvern Laburis-

ta raħħas l-elettriku b’25% għall-familji u n-negozji, deċiżjoni li fissret €80 miljun fl-ekonomija kull sena. Dan kuntrast ma’ min kien jgħidilna li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma qatt ma jistgħu jorħsu u li kellna nidraw kontijiet għoljin. Stabbiltà fil-prezzijiet Ta’ min isemmi li l-politika ta’ stabbiltà li qiegħed jimplimenta l-Gvern qiegħda taffettwa wkoll aspetti oħra relatati mas-settur tal-enerġija, fost l-oħrajn il-prezz tal-gass li qiegħed jinżamm f ’livelli konsistenti fuq medda ta’ diversi xhur. Dan qiegħed isir sabiex il-familji Maltin u Għawdxin ikunu jistgħu jippjanaw l-infieq tagħhom b’moħħhom mistrieħ, anke matul ix-xitwa, perjodu meta l-konsum talgass jiżdied bil-bosta b’riżultat tal-kesħa li jġib miegħu dan l-istaġun. Il-Gvern qiegħed ifittex stabbiltà minflok tibdil filprezz minn xahar għal xahar, bil-konsumaturi jkollhom iġorru ż-żidiet kull darba li dan jiżdied. L-amministrazzjoni preżenti raħħset ukoll il-kontijiet tad-dawl u l-ilma għan-negozji u għall-familji meta ħaddieħor kien għolla l-kontijiet u l-prezzijiet tal-petrol u taddiżil meta kellu l-irħas prezz internazzjonali taż-żejt.


LOKALI

kullħadd.com

03|01|2016 03

PIANO JAGĦTI KONSULENZA MINGĦAJR ĦLAS LIAM GAUCI liam@kullhadd.com L-uffiċċju tal-Perit Renzo Piano, bi ftehim mal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, se jkun qiegħed joffri l-konsulenza tiegħu bla ħlas lill-Korporazzjoni ghar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (GHRC) bħala parti minn qbil, wara diskussjonijiet dwar l-iżvilupp tal-bqija tad-daħla tal-Belt Valletta, li għalihom Piano kien ressaq proposti. Dan kien ikkonfermat minn kelliem tal-GHRC li spjega wkoll lill-gazzetta KullĦadd li, aktar tard din is-sena, se jitkomplew ix-xogħlijiet fil-foss ta’ quddiem id-daħla talBelt Valletta, bil-għan li din iż-żona tissebbaħ billi tieħu xejra ta’ ġnien. Fażi ġdida Il-proġett se jkun qiegħed jitfassal minn periti Maltin taħt id-direzzjoni tal-Korporazzjoni għar-Rigenerazzjoni tal-Port il-Kbir. Il-proposta li kienet saret mill-Perit Piano qiegħda tiġi meqjusa mill-ġdid fid-dawl tal-ħtijiġjiet għad-daħla tal-Belt

Valletta u għalhekk bħalissa qed isiru pjani kemm għall-foss li hemm quddiem il-daħla tal-Belt Valletta kif ukoll għall-pjazza mad-dawra tal-Funtana tat-Tritoni. Dan ix-xogħol seta’ jsir wara li matul din is-sena tlestew xogħlijiet fil-binja tal-Parlament u tlestiet ukoll l-estensjoni tal-venda talkarozzi tal-linja fil-Foss ta’ San Ġakbu. L-istess kelliem sostna li l-ewwel xogħlijiet li jridu jsiru fil-foss ta’ quddiem id-daħla tal-Belt huwa r-restawr tal-pont tad-daħla tal-Belt kif wkoll ir-restawr tal-pont li kien jgħaqqad il-mina li fiha kien hemm l-istazzjon tal-ferrovija u li llum jifforma parti mill-bini tal-Parlament u l-bqija tal-mina li twassal salBombi. Wara x-xogħol ta’ restawr jinbeda x-xogħol ta’ tisbiħ li għandu jikkonverti din iż-żona f ’ġonna, filwaqt li jħalli spazju għal trejqa biex il-parti ta’ ġewwa tal-foss tkun aċċessibbli għal vetturi awtorizzati peress li f ’dik il-parti hemm parkeġġ ta’ vetturi li qabel kienu jużaw spazji fi Pjazza Kastilja.

“TRASPARENZA BIL-FATTI, U MHUX BIL-PAROLI VOJT” Dr Franco Debono

RITIANNE AGIUS ritianne@kullhadd.com Mill-bidu ta’ din is-sena daħlet fis-seħħ il-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Din il-liġi, li kien ilu jinħass il-bżonn tagħha snin twal, ġiet approvata mill-Parlament is-sena li għaddiet, u bdiet tapplika minn din is-sena. F’kummenti li ta lil din il-gazzetta, il-President għall-Kummissjoni tal-Liġijiet Dr Franco Debono qal li, fl-opinjoni tiegħu, din hija l-iktar liġi importanti li ddaħlet fl-aħħar ħamsin sena. Huwa saħaq li l-korruzzjoni qatt mhi se tiġi eliminata kompletament, għax dan huwa diffiċli ħafna. Fil-fatt, il-korruzzjoni ssibha f ’kull pajjiż. Madanakollu, din il-liġi tindirizza l-problemi tal-abbuż tal-poter u l-influwenza talflus, li huma l-fulkru tal-korruzzjoni fl-amministrazzjoni pubblika. Dr Debono żied jgħid li din

il-liġi tgħin ukoll biex ikun hemm separazzjoni iktar distinta bejn gvern u partit, fattur importanti ħafna għal governanza tajba.

Il-PN jakkuża bil-korruzzjoni, iżda qatt m’għamel xejn biex jeliminaha Dr Debono żied jgħid li huwa inkredibbli kif il-Partit Nazz-

jonalista llum qed jakkuża lillGvern bil-korruzzjoni, meta huwa dan il-Gvern li ħa passi biex il-korruzzjoni tiġi miġġielda. “F’25 sena gvernijiet Nazzjon-

alisti qatt ma daħħlu din il-liġi biex tiġi indirizzata l-korruzzjoni, iżda llum qed jippuntaw subgħajhom lejn ħaddieħor.” Huwa fakkar kif il-klawsoli ta’ din il-liġi qed jindirizzaw problemi pertinenti ħafna fil-governanza, u li ħarġu fid-dieher flaħħar sentejn. Dawn jinkludu l-allegati xogħlijiet f ’Għawdex minn fondi pubbliċi, u li minħabba fihom irriżenjat l-eks-Ministru Giovanna Debono, kif ukoll l-allegati rigali li rċieva l-eks-Ministru Joe Cassar mingħand Gaffarena, u li wkoll wasslu għar-riżenja tiegħu meta dawn inkixfu mill-midja. Dr Debono għalhekk temm jgħid li “din il-liġi qed iżżid it-trasparenza bil-fatti, u mhux bil-paroli vojt”, f ’referenza indiretta għall-kritika tal-Oppożizzjoni. Fakkar kif dan l-isforz favur it-trasparenza kien rikonoxxut ukoll mill-Greco li fil-passat kienet ilha tikkritika lil pajjiżna minn dan il-lat.


04 03|01|2016

kullħadd.com

LOKALI

L-INQAS NUMRU TA’ NIES QIEGĦDA F’35 SENA Novembru 2015 kien ir-raba’ xahar konsekuttiv li fih in-numru ta’ nies jirreġistraw f ’pajjiżna waqa’ taħt il5,000. Matul ix-xahar li għadda filfatt, in-numru ta’ persuni jirreġistraw għal impjieg naqas għal 4,760, li huwa l-inqas numru ta’ nies jirreġistraw f ’Novembru mill-1980 ’l hawn. Imqabbel ma’ sena ilu, il-qgħad naqas b’1,741 persuna; dan ifisser li, fit-tnaxil xahar li għaddew, kull jumejn disa’ persuni qiegħda sabu xogħol. B’kuntrast, matul il-ħames snin tal-amministrazzjoni preċedenti, bħala medja, kull jumejn persuna aktar kienet tispiċċa tirreġistra. Fiż-żmien meta Simon Busuttil kien il-Viċi Kap tal-Partit fil-Gvern, in-numru ta’ nies jirreġistraw kien żdied b’aktar minn erba’ persuni kull jumejn. It-tnaqqis qawwi fil-qgħad qed jinħass l-aktar fost iż-żgħażagħ. Flaħħar tnax-il xahar kien hemm tnaqqis ta’ 480 fin-numru ta’ żgħażagħ bla xogħol. Miżuri bħall-garanzija għaż-żgħażagħ, sa issa kienet soluzz-

joni għan-nuqqas ta’ xogħol ta’ erbgħa minn kull għaxar żgħażagħ qiegħda. Fl-istess ħin, kien hemm ukoll tnaqqis ta’ 509 persuni fin-nies jirreġistraw li għandhom età ta’ 45 sena jew aktar, kategorija ta’ nies qiegħda meqjusa fost l-aktar eskluża missuq tax-xogħol. Dan ifisser tnaqqis ta’ 22% mil-livell ta’ sena qabel. Kategoriji oħrajn meqjusin f ’riskju soċjali wkoll urew titjib. Fost dawk li ilhom jirreġistraw għal aktar minn sena, kien hemm tnaqqis ta’ madwar 830, jew 27%, filwaqt li l-qgħad fost dawk b’diżabbilità naqas bi kważi 70 persuna, jew 15%. In-numru ta’ Għawdxin jirreġistraw għax-xogħol naqas għal 666 f ’Novembru minn 742 fi tmiem l-amministrazzjoni li għaddiet – dan ifisser titjib ta’ 10%. Fi tmiem l-amministrazzjoni preċedenti, 7,300 persuna kienu bla xogħol – żieda ta’ kważi 950 persuna f ’ħames snin. Fi ftit aktar minn nofs il-leġiżlatura taħt l-amministrazzjoni preżenti, kważi 2,600 persuna sabet impjieg.

IS-SIGURTÀ FIL-WASTESERV SE TKUN PRIJORITÀ

Din il-ġimgħa l-Ministru Leo Brincat iltaqa’ mal-ħaddiema tal-kumpanija Waste Serv sabiex jirringrazzjahom għax-xogħol li wettqu matul din is-sena li waslet biex tispiċċa. Tkellem ukoll dwar is-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol u saħaq li din trid tingħata aktar prijorità matul l-2016. Il-Ministru Brincat qal li fil-ġimgħat li ġejjin Waste Serv se tvara tliet proġetti kbar li se jitlestew fil-ħin u skont il-baġit u sostna li, minkejja l-importanza ta’ dawn il-proġetti, issaħħa tal-ħaddiema tiġi l-ewwel u qabel kollox. Il-Ministru għall-Ambjent faħħar l-isforzi intensivi li saru matul l-aħħar xhur biex il-kumpanija jkollha health and safety policy għall-ewwel darba, risk assessments, sistema ta’ tħejjija għal emerġenzi u response fl-inċineratur. Sforzi oħra kienu l-vaċċin għall-ħaddiema, rappreżentanti tas-saħħa u s-sigurtà, kif ukoll pjan ta’ taħriġ dwar is-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Minkejja dawn il-passi siewja, il-maniġers tal-impjanti kollha tal-kumpanija kif ukoll il-ħaddiema għandhom jaraw li jkun hemm osservanza stretta u sħiħa tar-regoli msemmija. Preżenti kien hemm ukoll iċ-Chairman tal-Waste Serv David Borg u l-Kap Eżekuttiv Tonio Montebello, li wkoll indirizzaw lill-ħaddiema preżenti u rringrazzjawhom tal-ħidma tagħhom.

2015 – SENA REKORD TA’ OPERAZZJONIJIET KIRURĠIĊI Din is-sena hi sena partikolari fejn jidħol il-qasam tas-saħħa hekk kif matul l-aħħar tnax-il xahar rajna titjib sostanzjali f ’diversi oqsma li jvarja mit-tmiem tal-mediċini out of stock sa ftuħ ta’ ċentru ġdid tal-onkoloġija b’investiment ta’ aktar minn €50 miljun. Mhux biss, din is-sena hija wkoll sena rekord f ’dak li għandu x’jaqsam mal-operazzjonijiet kiruġiċi hekk kif l-indikazzjonjiet juru li b’kollox se jkunu saru mas-60,000 operazzjoni. F’kumment ma’ din il-gazzetta, is-Segretarju Parlamentari għasSaħħa Chris Fearne qal li dan kollu ma sarx b’kumbinazzjoni. “Dawn ir-riżultati ksibniehom għax nafu x’aħna nagħmlu tant li matul l-aħħar tnax-il xahar ħdimna bi pjan wiesa’ fil-qasam tal-operazzjonijiet, fejn l-ewwel ħaġa li kellna fil-mira kienet dik li nnaqsu l-listi ta’ stennijja f ’oqsma fejn kellna pazjenti li kien ilhom snin twal jistennew li jsirilhom intervent kirurġiku.” Żied jgħid li t-tieni pjan fil-mira tal-Gvern kien li jagħmel użu aħjar mir-riżorsi disponibbli fl-isptarijiet, inkluż iċ-ċentri tas-saħħa, u

b’hekk din is-sena hi sena rekord fejn b’kollox se jkunu saru mas60,000 operazzjoni filwaqt li l-listi ta’ stennija niżlu sostanzjalment. Chris Fearne kompla billi ta’ rendikont ta’ kif u fejn saru dawn l-operazzjonijiet, bl-Isptar Mater Dei fil-quċċata b’aktar minn 53,000 operazzjoni. Qal li saru wkoll ftit anqas minn 3,500 operazzjoni f ’Għawdex, mal-2,000 operazzjoni fl-Isptar Boffa u 2,000 operazzjoni minuri oħra li saru fit-teatru tal-operazzjonijiet li hemm fiċ-ċentru tas-saħħa fil-Mosta. Is-Segretarju Parlamentari temm jgħid li dan il-pjan se jkompli matul is-sena d-dieħla. “Se nkomplu naħdmu biex is-sena d-dieħla inżidu n-numru ta’ operazzjonijiet u b’hekk fl-istess ħin inkunu qed innaqqru aktar mil-listi ta’ stennija li ħalliet l-amministrazzjoni ta’ qabilna. Dan se nagħmluh billi, kif ħabbarna fil-baġit, se nkunu qed naħdmu mal-privat biex nagħtu spinta l-operazzjonijiet tal-ortopedija filwaqt li se nkomplu nduru s-servizzi l-oħra kollha sabiex noffru servizz aħjar għall-pazjenti tagħna.”


LOKALI

kullħadd.com

03|01|2016 05

“KELLI PROBLEMI KBAR MA’ MINISTRI TAL-INTERN” Dr Anthony Abela Medici

GLEN FALZON glen@kullhadd.com

Riżultati kruċjali f ’idejn ilQorti li għadhom qatt ma ġew ippubblikati Mitlub jgħid x’kien eżatt irrwol tiegħu fl-investigazzjoni tal-qtil ta’ Karin Grech, Abela Medici spjega kif hu kien ġie mqabbad mill-Qorti biex jeżamina d-dokumenti

L-espert forensiku Anthony Abela Medici stqarr li kien sab diversi problemi ma’ wiċċu meta kien qed jinvestiga l-każ taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti

Proprju din il-ġimgħa kien jaħbat it-38 anniversarju millmewt ta’ Karin Grech. Ittraġedja seħħet fl-1977, meta t-tfajla kien għad għandha biss 15-il sena. Hija nqatlet permezz ta’ ittra bomba li kienet indirizzata lil missierha, il-Professur Edwin Grech, u li dak iż-żmien kien qiegħed iservi fl-isptarijiet tal-Gvern waqt li kien għaddej strajk. Hija sofriet ġrieħi serji f ’żaqqha u f ’wiċċha. Qrib tagħha kien hemm ħuha, ta’ madwar għaxar snin, li wkoll safa ferut minn biċċiet tal-metall li kienu fil-bomba. F’kummenti li ta lil din ilgazzetta dwar il-qtil makabru ta’ Karin Grech, l-espert forensiku Anthony Abela Medici stqarr li kien sab diversi problemi ma’ wiċċu meta kien qed jinvestiga l-każ taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti. “Minn żmien il-Kummissarju tal-Pulizija Dr Pullicino u fi żmien il-Ministru tal-Intern ilProf. Gwido Demarco jien kelli għajnuna tremenda minnhom u kienu jissapportjaw ixxogħol u l-investigazzjonijiet kollha li kont nagħmel. Iżda malli spiċċa Dr Demarco minn Ministru tal-Intern beda jkolli problemi kbar ma’ ministri suċċessivi u fis-sena 1992 saħansitra neħħewli d-driver li kien jeħodni bl-esibiti l-Qorti. Kien hemm dejjem riskju kbir meta kont inġorr l-esibiti f ’idejja u nimxi mid-Depot tal-Pulizija sal-Qorti u lura,” sostna Abela Medici. L-espert forensiku żied jgħid li dawn il-problemi komplew jikbru meta ġie avviċinat indirettament sabiex ibiddel r-riżultati f ’każ politiku u hu rrifjuta li jagħmel dan. Apparti minn hekk, għal darb’oħra taħt gvernijiet Nazzjonalisti, mis-sena 2001 l-apparat kollu forensiku u n-nies li dan l-espert forensiku kien ħarreġ, għal xi raġuni jew oħra, ġew kollha trasferiti għal laboratorju ieħor. L-ironija hi li Abela Medici kien tħalla bħala Direttur tal-Laboratorju Forensiku iżda mingħajr laboratorju sa ma dan irtira fl2010.

u x-xhieda kollha sabiex jara jekk kienx hemm xi eżamijiet forensiċi li setgħu saru u li baqgħu jistgħu jsiru. “Peress li x-xjenza forensika għamlet żviluppi kbar fil-kamp tal-marki tas-swaba’ mill-1977 sal-1984, tlabt il-Qorti li jiena u espert ieħor tal-marki tasswaba’ nitilgħu l-Ingilterra sabiex nagħmlu eżamijiet ġodda fuq il-karti dekorattivi (wrapping paper) tal-bomba ta’ Karin Grech u ta’ Dr Paul Chetcuti Caruana. Ir-riżultati ta’ dawn ġew mgħoddija lillQorti. Ġew ukoll eżaminati diversi oġġetti oħra relatati maż-żewġ bombi u dawn irriżultati ġew ukoll mgħoddija lill-Qorti. Peress li dan il-każ għadu fi stadju ta’ inkjesta maġisterjali, ir-riżultati ta’ dawn l-eżamijiet ma nistax ngħaddihom mingħajr permess tal-Qorti,” sostna Abela Medici. Madankollu, jidher ċar li din il-bomba setgħet, jew ġiet magħmula direttament minn min bagħatha, jew ġiet ikkummissjonata minn xi terzi persuni sabiex tiġi maħduma u mibgħuta kif eventwalment ġara.

dekorattivi (wrapping paper) u kollox impoġġi ġo envelopp kannella li kien magħluq u impustat. Il-kaxxa fil-karti dekorattivi (wrapping paper) kien fiha blokka tal-injam li kienet ġiet maħduma b’tali mod li jkun fiha żewġ batteriji AA imqabbdin ma’ wajers li kienu mqabbda ma’ detonatur elettriku (electrical detonator) li kien imdaħħal fi ‘plastic’ explosive,” spjega b’reqqa l-espert forensiku. Żied jgħid li din il-blokka kellha pin żgħir li kien imdaħħal ġol-blokka li kien iżomm molla ’l fuq u ma tagħmilx kuntatt elettriku. Iżda dan il-pin kien ittejpjat mal-karti dekorattivi tal-pakkett b’tali mod li, malli l-karta dekorattiva titqatta’ sabiex toħroġ il-kaxxa minn ġo fiha, jinġibed il-pin ’il barra u l-molla tagħmel kuntatt elettriku li jitfa’ l-vultaġġ ġoddetonatur u b’hekk tisplodi l-bomba. Dan it-tip ta’ improvised explosive device (IED) kien l-unika darba li qatt intuża f ’Malta u għalhekk kien uniku.

nara wkoll possibbiltajiet ta’ min seta’ kellu kuntatt ma’ splussivi u sibna li kien hemm bniedem li kien ħarab minn Malta, u l-informazzjoni talPulizija kienet li dan kien telaq minn Malta mingħajr ma għadda mill-ajruport jew mill-port, u meta ċċekkjajna fuq din il-persuna mal-Ingliżi u mal-Awstraljani, it-tnejn li huma infurmawna li din ilpersuna kellha rekord ta’ użu ta’ splussivi f ’atti kriminali.” Minn hemmhekk issoktaw l-investigazzjonijiet bilPulizija Maltija titlob lillawtoritajiet Awstraljani biex jgħaddulha l-marki tas-swaba’ tas-suspettat, talba li ma ġietx milqugħa. Fl-1994 il-Kummissarju tal-Pulizija u uffiċjali oħra telgħu l-Awstralja biex jiksbu l-marki tas-swaba’ tassuspettat. Madankollu, dawn il-marki baqgħu ma waslux fillaboratorju forensiku; l-uniku tagħrif mgħoddi lill-Qorti kien sempliċment li dawn ma qablux.

Min għamel il-bomba għandu rekord ta’ użu ta’ splussivi f ’atti kriminali

Xorta waħda għad fadallu tama

Kif splodiet il-bomba li qatlet lil Karin Grech?

Kien hawnhekk li Abela Medici rrimarka li biex persuna għamlet dan it-tip ta’ IED bilfors li kellha ħafna esperjenza fil-manifattura ta’ bombi sofistikati u kienet tip ta’ apparat li kien jintuża millIrish Republic Army (IRA) tal-Irlanda ta’ Fuq u minn gruppi terroristiċi. “Jien bdejt

Abela Medici kompla jispjega kif il-bombi ta’ Karin Grech u ta’ Dr Paul Chetcuti Caruana kienu identiċi. “Kienu ġo pakkett forma ta’ kaxxa ta’ xi pinna liema pakkett kien imdawwar bil-karti

Minkejja li għaddew 38 sena, Abela Medici jesprimi t-tama xi darba ż-żejt jitla’ f ’wiċċ l-ilma. “Dejjem hemm tama. Sakemm il-każ għadu mhux solvut għad hemm iċ-ċans li almenu mqar inkunu nafu min kien. Jekk kien investigat diġà, ma jistax jitressaq, għax issa l-każ huwa preskritt, però almenu nkunu

nafu min hu. Jien dejjem jibqagħli tama li l-moħħ wara dan l-att terroristiku li qatel tifla innoċenti f ’Diċembru tal1977 għad jinstab,” afferma l-espert forensiku. F’sentenza li ngħatat fl2011, il-Qorti Kostituzzjonali ppreseduta mill-Imħallfin Geoffrey Valenzia, Giannino Caruana Demajo u Tonio Mallia, kienet ikkonfermat is-sentenza tal-Prim’Awla talQorti Ċivili, li kienet ordnat lill-Gvern jagħti kumpens ta’ €420,000 lill-familja Grech. Il-Gvern ta’ dak iż-żmien kien appella mis-sentenza għax insista li ma kienet saret l-ebda diskriminazzjoni kontra l-familja Grech. Dan apparti li l-Gvern kien ikkontesta wkoll id-dikjarazzjoni tal-Qorti, li l-qtil ta’ Karin Grech kien ta’ natura mediko-politika. Għalhekk, il-qtil ta’ Karin Grech, illum, jibqa’ l-unika każ li jibqa’ deskritt bħala qtil politiku b’deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali. “Att ta’ salvaġiżmu” – ilPrim Ministru Joseph Muscat Intant, waqt ċerimonja li ssir kull sena fl-anniversarju mill-mewt tat-tfajla, il-Prim Ministru Joseph Muscat iddeskriva dan l-att ta’ qtil bħala wieħed ta’ salvaġiżmu. Fid-diskors tiegħu, Dr Muscat qal li f ’dawn iż-żminijiet infakkru l-mewt ta’ Karin Grech u Raymond Caruana; traġedji li l-poplu huwa konvint li m’għandhomx jerġgħu jiġru f ’pajjiżna. Filwaqt li qegħdin hawn biex infakkru l-passat, irridu nassiguraw li dawn l-atti ma jerġgħux jirrepetu ruħhom.” Mintoff kien infaqa’ jibki Apparti minn hekk, f ’intervista li kien għamel itTabib Ċensu Moran ma’ din ilgazzetta, li dak iż-żmien kien Ministru għas-Saħħa, kien irrakkonta kif dakinhar huwa kien Kastilja għax kellu laqgħa mal-Prim Ministru Duminku Mintoff. Irrakkkonta kif, f ’ħin minnhom, Mintoff irċieva telefonata u deher imħawwad. Mintoff instema’ jgħid lill-persuna li kienet qed tkellmu fuq it-telefown ilkliem “għiduli eżatt.” Hekk kif sar jaf b’dak li ġara, Mintoff ta l-ordnijiet biex isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa. It-Tabib Moran qal li l-Prim Ministru Mintoff kien emozzjonat ħafna, tant li dik kienet l-unika darba li rah jibki.



LOKALI

kullħadd.com

03|01|2016 07

“GĦAD HAWN ŻGĦAŻAGĦ LI MA JAFUX X’JIĠIFIERI ŻGĦOŻIJA MINĦABBA T-TFULIJA KERHA LI KELLHOM” Miriam Teuma, Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Żgħażagħ

GLEN FALZON kbira. glen@kullhadd.com Żiedet tgħid li sfida oħra hija l-materjaliżmu ta’ madwarna. Huwa minnu li ż-żgħażagħ tal- “L-għażla kbira li għandna lum ma jinteressahom minn madwarna, il-mentalità li xejn u għandhom moħħhom dak li nixtiequ rriduh issa u imtajjar? Huwa minnu li l-obbligazzjoni li aħna l-adulti sirna ngħixu f ’soċjetà li saret nħossu biex dejjem nagħmlu liberali u sekulari żżejjed fejn liż-żgħażagħ ‘kuntenti’, jistgħu il-moralità m’għadx għandha jkunu l-kaġun li ż-żgħażagħ lok u kollox jgħaddi qisu iħossuhom li huma l-ewwel, xejn mhu xejn? Jew hemm it-tieni u t-tielet qabel kulħadd naħa oħra tal-munita li mhux u għalhekk, meta jsibu qed tingħata l-importanza li ruħhom fi grupp, isibuha jistħoqqilha? Dan hekk kif diffiċli li jċedu lil ħaddieħor – huwa fatt magħruf li ħafna kemm fuq il-post tax-xogħol, żgħażagħ, minħabba diversi kemm l-iskola u kwalunkwe raġunijiet fosthom tfulija post ta’ divertiment,” spjegat diffiċli, jesperjenzaw ħafna il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija problemi f ’żgħożithom tant li Żgħażagħ. Sostniet li dan iġib ċertu element ta’ dwejjaq għax ma jafux x’jiġifieri żgħożija. Kien għalhekk li din il-gazzetta f ’daqqa waħda s-sentiment tkellmet mal-Kap Eżekuttiv ta’ ‘I am the one and only’ tal-Aġenżija Żgħażagħ Miriam jibda jittappan u jisparixxi Teuma fejn, fost oħrajn, dawn u l-aspettattivi li l-adulti ta’ il-mistoqsijiet tant relevanti madwar iż-żgħażagħ ikunu bnew, f ’daqqa waħda jsiru kienu indirizzati. foloz. Iż-żgħażagħ qed jingħataw Iż-żgħażagħ tal-lum, happy aktar spazju go lucky? Mitluba tgħid x’inhuma adulti, b’mod l-aktar problemi li ż-żgħażagħ Ħafna jiltaqgħu magħhom fil-preżent, speċali l-anzjani, huma talil-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija fehma li ż-żgħażagħ talŻgħażagħ sostniet li, aktar lum għandhom moħħhom milli problemi, iż-żgħażagħ imtajjar u ma jinteressahomx qed jiltaqgħu ma’ diversi mill-konsegwenzi li jistgħu sfidi. “Illum iż-żgħażagħ qed jinqalgħu. Huwa minnu dan? jimmaturaw aktar kmieni u Għal din il-mistoqsija, ilaħna l-adulti qed nagħtuhom Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija aktar spazju biex ikunu liberi Żgħażagħ sostniet li jekk filwaqt li nirrispettaw id- dawk li jaħsbu hekk jieqfu ftit drittijiet tagħhom ukoll,” u jiftakaru f ’żgħożithom, żgur sostniet Teuma. Minħabba li jiftakru li wkoll kellhom dan kollu, iż-żgħażagħ qed mumenti meta ħassewhom jiġu f ’sitwazzjonijiet fejn moħħ ir-riħ (happy go lucky). iridu jieħdu deċiżjonijiet “Hija naturali li ż-żgħażagħ akbar mill-esperjenzi li jkunu huma aktar happy go lucky diġà għaddew minnhom. In- għax l-esperjenzi tagħhom nuqqas ta’ esperjenza f ’età għadhom minimi u ħafna żgħira jpoġġi piż żejjed fuq drabi, minħabba f ’hekk, ma x’konsegwenzi iż-żgħażagħ u responsabbiltà jintebħux

jista’ jkun hemm. U allaħares ma jkunx hekk għax inkella ż-żgħożija tispiċċa. Fil-fatt, aħna, ħafna drabi, inpoġġu liż-żgħażagħ f ’keffa waħda,” qalet Teuma. Kien hawnhekk li semmiet kif, illum il-ġurnata, għad hawn żgħażagħ li, fit-tfulija, tant ikunu għaddew minn esperjenzi koroh li qatt ma seta’ jkollhom żgħożija u kien għalhekk li Teuma sostniet li ma’ dawn iż-żgħażagħ hemm bżonn li naħdmu ħafna aktar biex jingħataw l-ispazju biex jirrilassaw u l-imħabba biex isibu ċ-ċans biex verament iħossuhom ‘żgħażagħ’. L-esperimentazzjoni parti miż-żgħożija

hija

Sfortunatament, f ’dawn l-aħħar jiem, iż-żgħażagħ kienu fiċ-ċentru tad-diskussjoni minħabba l-inċident li seħħ f ’Paceville u li ħalla warajh diversi żgħażagħ feruti. Irreazzjoni għal dan l-inċident kienet waħda b’saħħitha, tant li ħafna żgħażagħ esprimew l-opinjonijiet tagħhom dwar dan. Mistoqsija fuq ir-reazzjoni ġenerali taż-żgħażagħ wara dak li ġara f ’Paceville, Teuma qalet li numru ta’ żgħażagħ ixxukkjaw ruħhom b’dak li ġara. “Għaż-żgħażagħ huwa aktar diffiċli li jemmnu li xi ħaġa hekk tista’ tiġri lilhom – hija naturali li ż-żgħażagħ dejjem jaħsbu li l-inċidenti jistgħu jiġru lill-oħrajn imma mhux lilhom – allura l-inċident f ’Paceville kien ta’ xokk kbir għal xi wħud, speċjalment dawk li nqabdu fil-klabb involut,” fissret Teuma. Madankollu, hija rrimarkat li ż-żgħażagħ xorta waħda qed jibqgħu jitilgħu Paceville

jew jibqgħu jiffrekwentaw postijiet fejn hemm klabbs u pubs. Żiedet tgħid li ż-żgħażagħ ma jmorrux Paceville biex jgħaddu l-ħin liberu tagħhom biss, imma biex iħossuhom indipendenti, ifittxu relazzjonijiet ġodda, u biex jagħmlu dan irid ikunu f ’post fejn l-adulti jgħidu li dak il-post mhux tajjeb għażżgħażagħ. “L-esperimentazzjoni hija esperjenza li jridu jgħaddu minna. Kif qalu ż-żgħażagħ stess, wara ftit jiddejqu jmorru hemm u jridu xi ħaġa oħra jew klabb ġdid. Dan huwa normali li jiġri. L-importanti hu li ż-żgħażagħ ikollhom ħiliet biżżejjed biex ikunu jistgħu jesperjenzaw dan kollu mingħajr ma jgħaddu minn trawmi kbar,” fissret Teuma. Fil-fatt, għalhekk l-akbar sfida taż-żgħażagħ hi li saru jimmaturaw kmieni għax, jekk mhux se jkunu l-adulti li jaraw kif irawmu ż-żgħażagħ bil-ħiliet minn mindu jkunu żgħar, din l-isfida se tkun iebsa biex jegħlbuha. Il-konsultazzjoni żgħażagħ hija utli

maż-

Iżda, fil-verità, iż-żgħażagħ għandhom għażla fejn jistgħu jmorru biex jiddevertu, jekk mhux Paceville? Teuma sostniet li f ’Malta la ż-żgħażagħ u lanqas l-adulti m’għandhom għażla kbira fejn imorru. Din hija limitazzjoni ta’ pajjiż żgħir u ta’ popolazzjoni żgħira. “Però, naħseb li fil-limitazzjonijiet li għandna, għandna numru ta’ postijiet fejn niddevertu. Naħseb li rridu nifhmu xi jfisser ‘divertiment’ aktar milli fejn niddevertu u forsi dan huwa kunċett li tajjeb

nedukaw liż-żgħażagħ aktar fuqu għax ċerta li hemm postijiet fejn nistgħu nqattgħu l-ħin liberu tagħna u mhux qed nużawhom,” fissret ilKap Eżekuttiv tal-Aġenzija Żgħażagħ. Fil-fatt, kien hawnhekk li Teuma rrimarkat kif ilkonsultazzjoni li saret riċentament maż-żgħażagħ kienet xi ħaġa utli. “Aħna rridu nisimgħu ż-żgħażagħ u napprezzaw dak li qed iħossu; il-konsultazzjoni twassal ukoll messaġġ li d-djalogu hu mezz ta’ soluzzjoni u li tajjeb li tesprimi ruħek u ma tibqax tgerger waħdek. Ilkonsultazzjoni twassal ukoll messaġġ li l-ideat tiegħek jgħoddu dejjem jekk ikunu kostruttivi u realistiċi,” qalet Teuma. Fl-aħħar nett, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Żgħażagħ temmet din l-intervista b’messaġġ liżżgħażagħ. “Tgħallem kun umli miegħek innifsek u ma’ ħaddieħor u m’iniex qed ngħid hekk għax żmien il-festi, imma għalija l-umiltà hija l-virtù li jwasslek biex tkun suċċess f ’ħajtek. L-umiltà ġġiegħlek tirrifletti u tgħinek tirrealizza li, taf kemm taf, qatt ma taf xejn,” temmet tgħid Teuma.


08 03|01|2016

kullħadd.com

LOKALI

BEJN IL-MILIED U L-EWWEL TAS-SENA

Skambju ta’ awguri mill-istudenti tal-Kulleġġ Santa Tereża

Skambju ta’ awguri mill-familji

Il-President Coleiro Preca fuq One Radio

Żjara mill-Prim Ministru fid-Dar tal-Providenza

Skambju ta’ awguri bejn l-E.T. l-Isqof Charles Scicluna u l-E.T. l-President ta’ Malta

Żjara mill-President Marie-Louise Coleiro Preca


LOKALI

kullħadd.com

03|01|2016 09

“MALTA HI B’SAĦĦITHA, U SE TISSAĦĦAĦ IKTAR”

Il-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat għas-sena 2016: Il-familja u dawk ta’ madwarna huma l-għeżeż ħaġa li għandna. Bħala missier, l-ewwel ħsieb li jkolli f ’moħħi kull filgħodu huwa kif uliedi se jgħixu f ’pajjiż aħjar, mhux illum biss, imma għas-snin li ġejjin. B’hekk, il-ħsieb tagħna huwa li nibnu pajjiż b’saħħtu llum waqt li nirranġaw problemi li ilhom jakkumulaw snin kbar biex pajjiżna mhux biss ikun b’saħħtu llum, kif inhu diġà, imma nippreparawh għall-isfidi ta’ għada. L-ewwel ġibna l-ekonomija lura f ’saħħitha. Issa beda żmien li dak li żrajna nibdew naqtgħu l-frott tiegħu. Għax dak kollu li għamilna biex tissaħħaħ l-ekonomija kien maħsub biex il-familji Maltin u Għawdxin kollha jibdew jaraw id-differenza f ’ħajjithom; jaraw il-kwalità tal-ħajja tagħhom titjieb. Il-pajjiż qed jiġri fid-direzzjoni t-tajba L-2015 kienet is-sena li nikkonsolidaw dak li ksibna u, mingħajr dubju ta’ xejn, irnexxielna. Il-pajjiż qed jiġri fid-direzzjoni t-tajba. M’iniex wieħed li nħares wisq lura. Imma tajjeb li flimkien nanalizzaw fejn qegħdin, biex meta nħarsu ’l quddiem inkunu nistgħu nfasslu l-miri tagħna għas-snin li ġejjin. L-2015 ikkonkludejniha bi tkabbir ekonomiku li ilna snin kbar ma naraw bħalu, b’rata ta’ iktar minn 5%. L-iktar ekonomija li qed tikber b’rata mgħaġġla fl-Ewropa. Dik hija l-bażi li minnha nistgħu nqassmu l-ġid. Hija l-bażi li toħloq ix-xogħol għall-Maltin u l-Għawdxin. Din hija ekonomija b’saħħitha. Din hija Malta b’saħħitha. Kultant nitkellmu wisq fuq figuri imma, kif bqajt nagħmel ta’ kuljum, meta niltaqa’ mannies u nwieġeb il-ħafna emails li nirċievi, nirrealizza li għad hawn min mhux iħoss dan il-ġid. Ninduna b’oħrajn li b’għaqal jagħrfu jibbenefikaw mill-ġid li qed noħolqu. Fl-aħħar jiem kellimni missier ta’ familja li jaħdem fid-De La Rue. Qalli li dan il-Milied se jgħaddih mal-familja f ’inċertezza minħabba li l-kumpanija

ħabbret li, minkejja li se tibqa’ f ’Malta u se tinvesti f ’apparat ġdid, se tkun qed tnaqqas innies jaħdmu magħha. Għandu raġun. Għedtlu wkoll, iżda, li missier bieżel bħalu se jsib lil dan il-Gvern jappoġġjah u jipproteġih għax qed noħolqu ambjent fejn għal kull impjieg li jintilef, qed jinħolqu impjiegi oħra mas-settur privat. Bl-istess mod, bagħtitli email omm ta’ żewġt itfal li matul din is-sena sabet impjieg biex tgħidli li, filwaqt li ħajjitha nbidlet xi ftit u li hija mħabbta ħafna għax trid tlaħħaq mal-familja u x-xogħol, qaltli li bis-saħħa tal-inċentivi li tajna se tkun qed tqatta’ għall-ewwel darba xi jiem barra minn Malta matul dawn il-festi. Qaltli illi, kieku ma kienx għall-impjieg tagħha, b’paga waħda ma kienx jirnexxilha. Dan hu t-tip ta’ ambjent li ekonomija b’saħħitha toħloq. Din hi Malta b’saħħitha. Bħal dan iż-żmien sena għedt li l-ħolqien tax-xogħol se jibqa’ prijorità. Matul din is-sena lħaqna l-ogħla rata ta’ nies fid-dinja tax-xogħol li qatt kellna jaħdmu f ’Malta, filwaqt li n-nies ma jaħdmux naqsu ħafna u niżlu taħt il-5,000 persuna, l-inqas rata ta’ nies bla xogħol kemm ilha tinġabar l-istatistika. Kull wieħed u waħda minna għandu x’joffri Dan qed nagħmluh għax nemmnu li kull wieħed u waħda minna għandu x’joffri lil pajjiżna. U li dawk li kienu jsibuha faċli jibqgħu d-dar u jistennew cheque tar-relief, jew oħrajn li kien jaqblilhom jagħmlu xi ħaġa filġenb u ma jiddikjarawhiex, urejniehom li jaqblilhom jaħdmu. Jaqbel lilhom għax jiżdied iddħul tagħhom, u jaqbel lill-pajjiż għax xbajna naraw nies li lesti jabbużaw mill-benefiċċji soċjali. Wasalna s’hawn ukoll għax għandna gvern pro-business, u business li jkun favur pajjiżna. Allura dawk il-miżuri li saħħew il-business lokali rriflettew ruħhom f ’rekord ta’ investiment f ’pajjiżna, rekord ta’ turisti li żaruna fl-2015 u allura iktar ġid f ’pajjiżna. Kellna riżultati pożittivi ħafna anke fil-qasam tas-saħħa. Settur li ridt li fl-2015 nagħtuh spinta ’l quddiem biex inkomplu nagħmlu d-differenza fil-

ħajja tan-nies, u għamilnieha billi naqqasna b’mod drastiku l-mediċini li jkunu out of stock. Niftakar żmien fejn dawn kienu l-mijiet. Illum, filwaqt li qed inżidu l-mediċini li jingħataw b’xejn, huma waħdiet il-mediċini li jkunu out of stock. Naqqasna l-istennija fl-emerġenza, iżda mhux biżżejjed, u qed inkabbru dan id-dipartiment biex il-pazjent jinqeda aħjar. Qtajna l-listi ta’ stennija fil-qasam għall-operazzjonijiet tal-qalb, naqqasna l-istennija għall-operazzjonijiet tal-katarretti, u naqqasna l-istennija għall-MRI. Dan kollu permezz ta’ deċiżjonijiet li ħadna, iżda wkoll bis-saħħa tal-eroji li għandna, minn infermiera u tobba sa paramediċi, li ta’ kuljum jagħmlu l-mirakli. Filwaqt li ħafna u ħafna minnkom iħossuhom mexjin ’il quddiem, l-2016 se naraw li tkun is-sena li naraw li nieħdu ħsieb dawk li għadhom lura u forsi anke waqgħu taħt il-linja talfaqar. Dawn il-familji jeżistu u nafu bihom u se nieħdu ħsiebhom ukoll. Imma biex nagħmlu dan kellna nieħdu miżuri pożittivi biex l-ekonomija tirrendi, biex l-istat ikun jista’ jgħin lil dawk li l-aktar għandhom bżonn. U hekk qed nagħmlu. Pajjiżna u l-ekonomija tagħna ssaħħew għax qed nibnuhom fuq il-bżulija li jiddistingwuna bħala nazzjon. Is-summits f ’Malta Fil-qasam tal-immigrazzjoni mhux biss issa spiċċajna din is-sena b’waħda mill-inqas rati ta’ immigranti li qatt daħlu f ’pajjiżna permezz ta’ koperazzjoni mal-Italja, iżda wkoll attirajna summit ta’ livell globali lejn Malta fejn, fil-bidu ta’ Novembru, ospitajna l-Valletta Summit. Summit li fih għall-ewwel darba ġibna pajjiżi Afrikani u Ewropej flimkien jiddjalogaw dwar din il-problema dinjija. Dan sar f ’pajjiżna b’livell ta’ organizzazzjoni li faħħru kulħadd. Ftit wara organizzajna wkoll is-Summit tal-Mexxejja tal-Commonwealth b’suċċess kbir. Tfisser ħafna li jkollok is-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth u l-iktar persuni b’saħħithom f ’din l-organizzazzjoni li tirrappreżenta żewġ biljun persuna li qabel jitilqu jgħidu pubblikament li se jkun diffiċli li jilħqu l-livell ta’ orga-

nizzazzjoni u r-riżultati politiċi li ntlaħqu fiċ-CHOGM tal-2015. Riżultati li komplew jinħassu meta ftit jiem wara jien irrappreżentajt lill-Commonwealth u poġġejt il-pożizzjoni tal-pajjiżi tal-Commonwealth bħala waħda unitarja quddiem il-COP21. Studju indipendenti wrew li Malta ggwadanjat valur kbir ta’ pubbliċità minn dawn is-summits, stmat li laħħaq nofs biljun ewro. Iżda r-reputazzjoni u l-kredibbiltà li komplejna niksbu bħala pajjiż ma tistax tiġi apprezzat biżżejjed. U fuq dan irridu nkomplu nibnu. Ingħaqadna bħala nazzjon wieħed u tajna l-aqwa stampa li pajjiż żgħir bħal tagħna jista’ jkollu. Ta’ dan nirringrazzja lil kull Malti u Għawdxi. Nirringrazzja bl-aktar mod qawwi l-korpi dixxiplinati li, matul xahar li s-sigurtà kienet theddida mad-dinja kollha b’attakki terroristiċi f ’kull parti tad-dinja, irnexxielhom iżommu pajjiżna sigur. Kien hawn min ipprova jbeżża’ lill-Maltin u l-Għawdxin. Iżda, filwaqt li ħadna d-deċiżjonijiet li kellna nieħdu biex nipproteġu pajjiżna, nixtieq fi tmiem is-sena nrodd ħajr lill-Forzi Armati ta’ Malta, lill-Pulizija u l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li ddistingwew ruħhom fl-iktar ħinijiet kruċjali. Pajjiżna wara din is-sena kiber fl-istatura u reġa’ tfaċċa fuq il-mappa internazzjonali. Fl-2015 għamilna differenza wkoll fil-ħajja tan-nies f ’kull faxxa tas-soċjetà. Naqqasna l-income tax biex sal-lum kull persuna li taħdem f ’pajjiżna bbenefikat minn tnaqqis fittaxxa. Raħħasna l-kontijiet għan-negozji b’25% u l-familji baqgħu jgawdu minn traħħis fil-kontijiet li wettaqna fl2014. Il-prezz tal-fjuwils kompla nieżel. Iktar minn hekk, għall-ewwel darba f ’20 sena, il-pensjonanti se jkunu qed igawdu minn żieda fil-pensjoni tagħhom. Wieħed jaħseb li allura l-2016 se tkun sena fejn il-Gvern jista’ jibda jbaxxi r-ritmu. Bil-maqlub, is-sena tal-2016 se tkun is-sena li se nibdew naqtgħu l-frott taż-żerriegħa li żrajna fl-ewwel sentejn. Se tkun is-sena li fiha Malta se tagħmel qabża kbira fil-kwalità tal-arja billi se titlesta l-power station il-ġdida taħdem bil-gass. Dan wara sena li fiha għalaqna għal kollox il-power station tal-Marsa u xegħelna l-interconnector. Bit-tlestija tal-power station il-ġdida se nkunu qed inwaqqfu għal kollox l-użu tal-heavy fuel oil milli jiġġenera l-enerġija, li jikkawża tant mard u trab fi mnifsejn uliedna. Il-familji tan-naħa ta’ isfel, minn Marsaxlokk sa Birżebbuġa, miż-Żurrieq sa Ħal Kirkop u l-Imqabba, miż-Żejtun u Wied il-Għajn sal-Fgura se jkunu qed jieħdu nifs aħjar. Se naraw jitwettqu wkoll proġetti ġodda bħall-maritime hub, jibda x-xogħol fuq investiment fl-Isptar ta’ Għawdex, l-ikbar investiment barrani li qatt ra Għawdex, u l-Isptar St Luke’s u l-American University

of Malta, – l-ikbar investiment sostenibbli li qatt rat in-naħa ta’ isfel ta’ Malta. Se jidħlu fis-seħħ ukoll il-liġijiet li se jaraw li l-ambjent ikollu awtorità li tgħasses l-ippjanar biex niżguraw li l-iżvilupp ta’ pajjiżna jkun wieħed li jixraq u li l-ambjent jissaħħaħ. Se nkomplu nsaħħu l-ġlieda li bdejna matul dawn is-sentejn kontra l-korruzzjoni fejn kxifna u se nkomplu nikxfu għanqbut li kien ilu jinġema’ snin sħaħ f ’istituzzjonijiet li qatt ma raw tindifa. Se taraw id-differenza li nafu noffru fit-tmexxija tal-pajjiż meta jidħlu fis-seħħ riformi qawwija fl-oqsma tal-ipproċessar tal-viżi u r-residenzi, u b’mod parikolari d-dipartiment tal-artijiet li għandu jkun hemm biex jipproteġi l-iktar riżorsa skarsa li għandna li hija l-art limitata ta’ pajjiżna. Dawk li ma lħaqniex L-2016 se tkun sena kruċjali għal kumpanija nazzjonali ta’ importanza strateġika għal pajjiżna li tħalliet tfalli matul is-snin li għaddew. Se naraw li, bħalma għamilna bl-Enemalta, indawru l-linja nazzjonali tal-ajru tagħna minn waħda li tagħmel it-telf għal pajjiżna għal waħda li tirrendi. B’investiment strateġiku, biħsiebna naraw li l-Air Malta terġa’ ttajjar bi kburija l-bandiera Maltija mal-erbat irjieħ tad-dinja. Ninsabu sena eżatt qabel Malta tieħu f ’idejha l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea għal sitt xhur. Konvint li se nerġgħu niksbu suċċess. U dan l-iżgħar pajjiż Ewropew, matul din is-sena jrid ikompli jissaħħaħ biex meta bħal dan iż-żmien sena nkunu lejlet li nieħdu f ’idejna t-tmexxija tal-Unjoni Ewropea, inkunu nistgħu ngħidu li hemm iktar oqsma li fihom Malta hija l-aqwa fl-Ewropa. Dak li ksibna matul din is-sena huwa grazzi għalikom il-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin. L-għaqda tagħna bħala Maltin u Għawdxin, il-pożittività li ngħixu fiha, ir-rieda li nagħmlu iktar u aħjar, jiddistingwuna minn dawk il-ftit fostna li jiddejqu jaraw pajjiżna miexi ’l quddiem, u minn popli oħra. Din is-sena għandha tkun is-sena li fiha d-differenza li għamilna f ’dan il-pajjiż se tkomplu tħossuha fil-ħajja tagħkom ta’ kuljum. Se tkun is-sena li dawk li forsi ma lħaqniex matul l-ewwel sentejn ta’ Gvern, se jkollna ċ-ċans illi ladarba l-pedamenti huma sodi, nibdew naraw li ntellgħu ’l fuq lil dawk li waqgħu lura. Se nieħdu ħsiebkom u se nkunu eqreb lejkom minn qatt qabel. Dan filwaqt li se nħarsu biex din is-sena, f ’nofs il-leġiżlatura, Malta tibda t-triq biex ikollha kostituzzjoni iktar b’saħħitha mġedda biex tilqa’ għall-isfidi tal-lum, imma wkoll ta’ għaxra, għoxrin u ħamsin sena oħra. Malta hija b’saħħitha, u se tissaħħaħ iktar. F’ismi, f ’isem marti Michelle u wliedi, f ’isem il-Gvern, nixtiqilkom sena mill-aqwa, mimlija mħabba, ġid u saħħa.


10 03|01|2016

kullħadd.com

ITTRI

SEMMA LEĦNEK Ibagħtilna ittra biex nippubblikawha fil-gazzetta KullĦadd. Preferibbilment l-ittri jkunu miktuba bil-kompjuter. INDIRIZZ POSTALI KullĦadd Ittri, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. INDIRIZZ ELETTRONIKU editorial@kullhadd.com. Annotaw l-email billi fis-suġġett tiktbu li hija ittra.

IL-BALLUTA SOMMA IVVINTATA GĦAL APPOĠĠ FINTA? BLA ODZ?

Sur Editur, Nhar is-Sibt 12 ta’ Diċembru 2015 il-Partit Laburista għamel sejħa lill-poplu inġenerali għall-ġbir ta’ fondi biex ikun jista’ jkompli jaħdem bħala partit politiku b’risq il-ħaddiema u l-familji tagħhom. Is-somma miġbura, li qabżet il-nofs miljun ewro, kienet rekord għallPartit Laburista. Il-PN għamel ukoll ġabra għall-flus nhar ilĦadd 13 ta’ Diċembru 2015, biex forsi jsolvi l-problema akuta ta’ djun kbar li għandu l-istess partit, u ġabar ftit anqas milli ġabar ilPL, għalkemm il-PN kellu aktar ħin mill-PL, u l-PN qassam ukoll numru kbir ta’ rigali lil min ta donazzjoni. Wara xi 12-il-siegħa ġbir, għall-ħabta tal10.30pm, il-PN ġabar ftit aktar minn €200,000 – somma li kienet għadha ferm u ferm ’il bogħod mill-ġabra tal-PL. Iżda ħaġa tal-iskantament, sa tmiem il-maratona xi siegħa u nofs wara, il-PN ġabar ftit aktar minn €300,000 biex b’kollox ġabar ukoll ftit aktar minn nofs miljun ewro, għalkemm xorta anqas minn dak li ġabar il-PL. Fil-fehma tiegħi, dan mhux miraklu iżda każ ċar ta’ propaganda qarrieqa Nazzjonalista. Is-sens komun jgħidli li ż-żieda f ’daqqa ta’ €300,000 kienet ivvintata għal skop ta’ propaganda falza. Infatti, ma’ tmiem il-maratona ta’ ġbir, il-Kap talPN Simon Busuttil sejjaħ il-ġabra Nazzjonalista bħala appoġġ għall-partit tiegħu, u hawn jinsab il-qofol ta’ din il-balbuljata Nazzjonalista: li ż-żewġ partiti politiċi bejniethom jiġbru aktar minn miljun ewro qatt ma kienet, u għalhekk wieħed jista’ joħroġ bl-argument li l-poplu, taħt Gvern Laburista, għandu aktar flus fil-but milli kellu taħt Gvern Nazzjonalista. Dan il-fatt hu konferma kemm verament ilGvern Laburista qed ikabbar l-ekonomija, u hu għalhekk li l-poplu għandu aktar flus fil-but. L-ekonomija qed tikber b’rata qawwija u dan jikkonfermawh kemm ir-rapporti pożittivi ta’ diversi aġenziji internazzjonali ta’ kreditu kif

ukoll in-Nazzjonalisti stess li mhux biss ma jiċħdux ir-rapporti pożittivi ta’ dawn l-aġenziji, li juru li l-ekonomija taħt Gvern Laburista qed tikber b’rata li qatt ma kibret taħt Gvern Nazzjonalista, talli l-Kap tal-PN Simon Busuttil stess qal kemm-il darba li l-Gvern Laburista qed jixtri lin-nies bil-flus.Jiġifieri l-Gvern Laburista qed iqassam il-ġid ekonomiku permezz ta’ servizzi soċjali ġodda bħaċ-ċentri ta’ ħarsien tattfal b’xejn, roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma u taċ-ċilindri tal-gass, tnaqqis fit-taxxa tad-dħul, u l-bqija. B’hekk in-Nazzjonalisti qed jammettu, direttament jew indirettament, li l-poplu għandu aktar flus fil-but. In-Nazzjonalisti huma ċerti li l-maġġoranza tal-poplu għadu qed jagħti l-appoġġ tiegħu lill-Gvern Laburista, għalhekk kien aktar ta’ gwadann politiku li n-Nazzjonalisti joħorġu blargument li s-somma li ġabru hi turija ta’ fiduċja fil-PN, kif fil-fatt qal Simon Busuttil biex iżomm il-moral tal-partitarji Nazzjonalisti ħaj, milli jikkontradixxu l-argument li l-PN ġabar nofs miljun ewro għax il-partitarji Nazzjonalisti bħall-bqija tal-poplu għandhom aktar flus filbut. Sintendi, kieku s-somma ddikjarata mill-PN kienet anqas mis-somma li ġabar il-PL, kieku Simon Busuttil ma setax joħroġ bl-argument li l-ġabra Nazzjonalista kienet turi appoġġ lill-PN, għalhekk, b’daqqa ta’ pinna, din is-somma minn xi €300,000 sparat ’il fuq għal ftit aktar minn nofs miljun ewro! Nannti, omm missieri li kienet Bormliża millBastjun fejn twieled il-Perit Dom Mintoff, kienet tgħidilna li n-Nazzjonalisti huma ġrieden, iżda anke dawn bi ftit ġobon jinten jinqabdu. Jekk in-Nazzjonalisti jaħsbu li ħafna nies huma politikament bċieċen, inkluż numru kbir ta’ partitarji tagħhom li mhumiex fanatiċi, sejrin żball. PINNA ĦAJJA, RAĦAL ĠDID

Sur Editur, Darba l-Balluta kien post ta’ villeġġjatura. Wara sar lokalità b’residenti permanenti. Ftit ftit qed isir qisu Hong Kong, sew bil-bini għoli kif ukoll b’dehra kważi mostruża. Imbagħad, wieħed min-notabli tal-lokalità għalaq il-latrina fil-pjazza tal-Balluta u sar monument kenni mill-elementi. Il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan jidher li kien, u forsi għadu, jiġi jaqa’ u jqum minn dawn l-akkwati għax ma sabx flus biex isewwi nofs tużżana ċangaturi li nqalgħu minn tarf bankina ftit ’il bogħod mill-Knisja tal-Karmnu jew imqar ġera wara l-Ministeru tat-Trasport u l-Infrastruttura biex jagħmel dan ix-xogħol hu. Ikkonfiska tliet postijiet ta’ parkeġġ u, minflok qsari b’xitel dekorattivi, poġġa xi nofs tużżana bombli taż-żibel biex isebbħu l-ġenb tal-wied li għadu mhux mibni. Tgħid dan oġġezzjona għall-blokok ta’ appartementi li nbnew wieħed wara l-ieħor f ’dawn l-akkwati? Mela mkien ma huwa ODZ fil-Balluta? J. BONNET BALZAN, IL-BALLUTA

BLA INĊIDENTI

Sur Editur,

B’xorti tajba temmejna s-sena mingħajr inċidenti serji. F’dawn iż-żminijiet ta’ festi konna drajna nistennew xi inċident ikrah tat-traffiku jew xi traġedja oħra li tkun ikkawżata minn konsum żejjed ta’ alkoħol jew drogi. F’artiklu li deher f ’din il-gazzetta riċentement intqal li l-inċidenti f ’dan iż-żmien ta’ festi kienu naqsu, u fil-fatt din is-sena ma rajniex minnhom. Però, għalkemm semmejt ix-xorti, ma naħsibx li din hija r-raġuni għan-nuqqas ta’ inċidenti. Minbarra x-xogħol tajjeb li qed jagħmlu l-forzi tal-ordni f ’dan il-qasam, nieħu gost naħseb li l-poplu qiegħed jimmatura u jsir iktar responsabbli għas-saħħa tiegħu nnifsu u ta’ dawk ta’ madwaru. J. BONNET BALZAN, IL-BALLUTA


OPINJONI

kullħadd.com

SENA ĠDIDA TA’ OTTIMIŻMU

Josef Azzopardi Deputat Segretarju FŻL

Jekk dan il-ġid qed jidher fl-ewwel snin tal-Partit Laburista fil-Gvern, allura bla dubju li s-snin li ġejjin se jkunu snin ta’ aktar ottimiżmu!

Mill-2013 ’il quddiem, Malta imtliet b’ottimiżmu, iżda sa Diċembru tas-sena ta’ qabel f ’dan il-pajjiż kien hawn sens ta’ qtigħ il-qalb. Il-Gvern Nazzjonalista ta’ dak iż-żmien kien qed imexxi gvern mimli inċertezza b’esponenti ewlenin tal-istess partit ma li kinux qed jaqblu ma’ dak li kien qed iseħħ. Dan kollu wassal biex issir elezzjoni bikrija minkejja li tawlu kemm felħu ż-żmien biex jibqgħu imexxu. Malli l-Gvern il-ġdid ħa postu fit-tmexxija tal-pajjiż, mill-ewwel beda ġej żmien ta’ stabbiltà. L-istabbiltà tagħti serħan il-moħħ linnegozjant li allura jkun jista’ jinvesti b’moħħu mistrieħ. Ġaladarba n-negozjant jinvesti, allura l-ħaddiem igawdi permezz tax-xogħol u pagi aħjar. Dan iwassal għal nuqqas ta’ ħaddiema qiegħda u aktar ma l-ħaddiema jaħdmu, aktar iddur ir-rota tal-ekonomija. Iktar ma jkun hawn flus fil-bwiet, iktar wieħed jonfoq. Fl-ekonomija llum m’għadux iż-żmien li tiġbor kemm tiflaħ taxxi għax fil-verità tkun qed toqtol lill-istess ekonomija. Meta tisma’ kemm suċċess qed tagħmel Malta ekonomikament, allura żgur li l-ottimiżmu tal-familji Maltin jiżdied. U aktar ma jiżdied l-ottimiżmu, aktar tiżdied il-kuntentizza li tiġi mis-serħan tal-moħħ. Però, is-serħan tal-moħħ trid taħdem għalih, u l-Gvern ħadem bis-sħiħ biex idaħħal miżuri li llum bosta familji qed jieħdu l-frott minnhom. Familja żagħżugħa ma tistax ma taħdimx meta normalment trid tħallas id-djun fuq l-proprjetà. Mhux kulħadd ikollu min jeħodlu ħsieb ’l uliedu waqt li jkun ix-xogħol u bosta familji kienu jispiċċaw iħallsu biex lil uliedhom jibagħtuhom f ’ċentri għall-ħarsien tattfal b’xejn. Dan kien qed iwassal biex xi wħud, minflok iħallsu, jispiċċaw joqogħdu d-dar biex irabbu lil uliedhom. Għall-pajjiż ifisser li għandek ammont ta’ nies qiegħda meta dawn huma flaħjar żmien tal-produttività tagħhom. Allura l-fatt li l-Gvern daħħal il-miżura ta’ ċentri għall-ħarsien tat-tfal b’xejn, kemm talGvern kif ukoll tal-privat, wasslet biex bosta ġenituri ħarġu għallewwel darba jaħdmu, b’hekk żdidilhom il-qligħ. Inċentivi bħar-roħs fid-dawl u l-ilma bla dubju komplew isaħħu s-serħan tal-moħħ u jżidu l-flus fil-bwiet tal-familji Maltin. Dan irroħs infirex ukoll fuq l-industriji li jikkunsmaw ħafna aktar u allura l-ammont ta’ flus li qed jiffrankaw faċilment jistgħu jinvestuh. Titkellem ma’ rappreżentanti ta’ kumpaniji li jbigħu l-proprjetà u jgħidulek kemm żdied ix-xogħol meta ġiet introdotta l-miżura fejn min qed jixtri l-ewwel proprjetà ġie eżentat mill-boll fuq l-ewwel €150,000 tal-valur tal-proprjetà residenzjali. Din l-iskema ġiet estiża, b’hekk aktar koppji żgħażagħ se jkomplu jibbenefikaw u permezz tagħhom il-kumpaniji li jbigħu l-proprjetà se jmorru tajjeb wkoll. Fejn jidħol l-ambjent nisimgħu bosta lmenti u dan juri li l-kuxjenza favur l-ambjent qed tikber. Dan il-Gvern għalaq il-power station talMarsa u b’hekk qered sors qawwi ta’ tniġġis fl-arja. Wieħed irid ifakkar li n-nies tal-Marsa u tal-inħawi kienu ilhom imwegħdin mill-Partit Nazzjonalista li se tingħalaq il-power station sa mill-1987. Kien proprju dan il-Gvern li fil-fatt għalaqha darba għal dejjem. Fl-edukazzjoni wkoll qed isiru passi kbar. L-iskejjel statali llum qed jimxu b’mod gradwali biex fis-sekondarja jkunu co-ed fejn studenti bniet u subien jitgħallmu flimkien mingħajr distinzjoni bejn is-sessi. Imxejna ’l quddiem ukoll bid-dħul tas-suġġett talEtika u tajjeb li wieħed ifakkar li madwar ħamsin għalliem ingħataw kors mill-Università ta’ Malta li ġie mħallas mill-Gvern biex ikunu ppreparati għalliema tal-Etika ġodda. Suġġetti vokazzjonali ġodda qed jidħlu fl-iskejjel sekondarji u llum qed tingħata aktar libertà fittmexxija tal-iskejjel biex kapijiet tal-iskejjel jimirħu u jaraw kif se jgħinu lill-istudenti partikolari tagħhom. Iddaħħlet sena sabbatika għall-għalliema u matul dawn l-aħħar ġimgħat bdew jitqassmu laptops ġodda lill-għalliema, lill-learning support assistants u anke lillkindergarten assistants. In-numru ta’ dawk li qed ikomplu jistudjaw fl-iskejjel postsekondarji qed dejjem jiżdied u dan huwa ta’ benefiċċju għallpajjiż, fejn aktar studenti qed joħorġu fid-dinja tax-xogħol b’aktar kwalifiki u bi kwalifiki differenti. Żdied l-istipendju u anke tneħħiet t-taxxa fuqu. Interessanti wkoll li ddaħħal stipendju għal studenti li daħlu f ’età akbar (mature students) biex ikomplu jistudjaw. B’miżura wara l-oħra, dan il-Gvern qed ikompli jsaħħaħ l-ottimiżmu fil-poplu Malti. Baġit wara baġit, il-finanzi tal-pajjiż qegħdin dejjem jissaħħu u dan mhux a skapitu tal-familji Maltin, anzi għall-kuntrarju, il-finanzi fis-sod tal-Gvern qegħdin dejjem isaħħu lill-familji Maltin. Jekk dan il-ġid qed jidher fl-ewwel snin tal-Partit Laburista filGvern allura bla dubju li s-snin li ġejjin se jkunu snin ta’ aktar ottimiżmu! Konna mdorrijin taħt gvernijiet Nazzjonalisti li flewwel snin tagħhom wara li jirbħu l-elezzjoni jagħmlu baġits ibsin, imbagħad fl-aħħar sentejn jagħtu ftit lura biex jerġgħu jirbħu l-elezzjoni. Illum dak huwa passat u aktar ma tinżera’ t-tama u l-ottimiżmu fil-poplu Malti aktar dan il-poplu jimxi ’l quddiem u jkompli jagħmel suċċess fl-isfera Ewropea u dik internazzjonali. Nagħlaq billi nawgura sena mimlija b’ottimiżmu u ġid lill-Maltin u l-Għawdxin kollha.

03|01|2016 11

X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI 28 ta’ Diċembru Tħabbar li fl-ewwel sena u nofs ta’ Gvern Laburista ġie mwettaq 48% tal-manifest elettorali tal-Partit Laburista

29 ta’ Diċembru Ġie ffirmat il-ftehim mal-kumpanija Ċiniża Shangai Electric Power, li fisser investiment ta’ €320 miljun flEnemalta

30 ta’ Diċembru Ġie deċiż li familji eleġibbli għaċchildrens’ allowance ma għandhomx bżonn japplikaw għal dan ilbenefiċċju fl-uffiċini distrettwali tas-sigurtà soċjali imma, meta tiġi registrata, it-tarbija awtomatikament issir eliġibbli għaċ-childrens allowance

31 ta’ Diċembru

F’Għawdex tlesta x-xogħol fuq it-triq ta’ San Lawrenz

1 ta’ Jannar Filwaqt li fl-aħħar 500 jum ta’ Gvern tal-PN fis-settur tal-manifattura ntilfu 1,500 impjieg, taħt Gvern Laburista fl-ewwel 500 jum tiegħu nħolqu 520 impjieg ġdid

2 ta’ Jannar

Ġie deċiż li tinbena skola tal-welding f ’Kordin

3 ta’ Jannar

F’Għawdex inħolqu 80 impjieg ġdid għal persuni b’diżabbiltà


12 03|01|2016

kullħadd.com

OPINJONI

IKOMPLI T-TITJIB FIS-SERVIZZ TAT-TRASPORT PUBBLIKU Mario Fava President Sezzjoni Kunsilliera PL

Fl-aħħar jiem Transport Malta, flimkien mal-Ministeru għatTrasport u Infrastruttura, komplew bil-ħidma tagħhom biex isir aktar progress fissistema tat-trasport pubbliku. Dan it-tibdil qed jiddaħħal b’mod gradwali biex ma jkunx hemm skossi u ilu għaddej għal dawn l-aħħar xhur fejn anke kompliet tiżdied il-flotta ta’ karozzi tal-linja ġodda biex l-operatur ikun jista’ jlaħħaq dejjem iktar mad-domanda talpubbliku u l-kunsilli lokali. Fil-ġimgħat li għaddew kienu diġà ġew introdotti rotot ġodda u kien hemm ukoll tibdil f ’oħrajn. Dan wassal biex filjiem li għaddew komplew jiġu introdotti rotot oħra li kienu tneħħew meta s-servizz kien beda jingħata mill-kumpanija Arriva. Tibdil li ilu mistenni u ħafna minnu huwa bbażat ukoll fuq it-talbiet li kienu ressqu l-kunsilli lokali skont it-talbiet tar-residenti tagħhom. Tibdil ieħor sinifikanti huwa ż-żieda fil-frekwenza ta’ ċertu rotot li kien hemm, fosthom li minn kull siegħa issa qed isiru kull nofs siegħa u f ’ċertu każi anke kull 20 minuta. Dan it-tibdil kollu għandu jkompli jsaħħaħ is-sistema tat-trasport pubbliku f ’pajjiżna wara snin ta’ interruzzjonijiet u skumdità għall-pubbliku. Lokalitajiet żgħar

Tibdil ieħor sinfikanti qed ikun iż-żieda fil-frekwenza ta’ ċertu rotot li kien hemm, fosthom li minn kull siegħa issa qed isiru kull nofs siegħa

Sindki li tkellmu miegħi fl-aħħar jiem laqgħu b’sodisfazzjon il-bidliet il-ġodda u ħafna spjegawhom bħala pożittivi ħafna, partikolarment fejn hemm irħula żgħar li fihom għadd ta’ anzjani li jagħmlu użu ta’ sikwit mis-servizz tattrasport pubbliku. Lokalitajiet bħall-Qrendi u bħal Ħad-Dingli raw l-implimentazzjoni ta’ tibdil fit-tieni fażi ta’ din il-ħidma biex issa anke dawn il-lokalitajiet żgħar se jkunu aktar aċċessbbli, mhux biss għar-residenti imma wkoll għan-numru ta’ turisti li jżuruhom. Tibdil ieħor sinifikati, biex wieħed jagħti eżempju, kien fil-lokal tal-Imqabba fejn, filwaqt li qabel l-Imqabbin kien ikollhom jaqbdu żewġ karozzi biex imorru fir-residenza San Vinċenz biex jaraw il-qraba tagħhom, issa, permezz tarrotta 74, se jkunu jistgħu jaqbdu karozza waħda kif kienu jagħmlu qabel ma ddaħħlet l-Arriva. Kien hemm ukoll żieda firrotot u tibdil tagħhom anke f ’żoni turistiċi u oħrjan li jmissu magħhom bħal San Ġiljan, Tas-Sliema, is-Swieqi u Pembroke, biex insemmi ftit. Qed nagħti dawn l-eżempji konkreti b’paragun ma’ dak li qalu l-midja Nazzjonalista fejn, bla ma semmew każi speċifiċi, qalu li dan it-tibdil

affettwa ħażin lill-kunsilli lokali u r-residenti, u li l-istess tibdil sar bla konsultazzjoni ta’ xejn. L-informazzjoni li għandi jien hija xorta oħra u nippreferi noqgħod fuq il-fatti milli fuq spekulazzjonijiet. Xi ħaġa oħra pożittiva huwa l-ktejjeb li se jasal fid-djar tagħna fil-jiem li ġejjin u li se jkun fih spjegazzjoni dettaljata biex b’hekk kulħadd ikun infurmat tajjeb u ma jsibx ma problemi meta jiġi biex juża s-servizz. Wasalna? Jien ngħid li le. Ċertament li kemm bil-kultura tagħna l-Maltin, li jekk jista’ jkun nidħlu bil-karozza fil-kamra tas-sodda, u anke minħabba l-ġeografija ta’ ċertu rħula, iddomanda għal iżjed rotot u iktar frekwenza se tkompli tikber fiż-żmien li ġej. Dan ifisser li, ta’ kuljum, TM trid tkompli tisma’ u tiddjaloga mall-kunsilli lokali prinċiparjament, sabiex ikompli jkun aġġornat isservizz mogħti. Fil-fatt, diġà ġie mħabbar li qabel jidħlu r-rotot ġodda għall-istaġun tassajf se jkun hemm fażi oħra ta’ konsultazzjoni biex kull tibdil, kemm hu possibbli, ikun viċin ħafna tar-rikjesti taċ-ċittadin. Irridu ngħidu, anke biex inkunu kredibbli, li għad hemm xi problemi f ’ċertu rħula u bliet u naf li qed isiru laqgħat f ’dan ir-rigward bejn ilpartijiet ikkonċernati. Nappella biex il-kunsilli lokali jkomplu jingħataw widen għat-talbiet tagħhom, meta dawn ikunu ragjonevoli. Żgur li ħadd daqs il-kunsilli lokali ma jaf ilħtiġijiet tal-lokalitajiet rispettivi. Latrini pubblici Żgur li darba jew oħra kulħadd kellu bżonn jagħmel użu minn xi latrina pubblika. Żgur ukoll li, iktar iva milli le, dak li wieħed isib ikun ferm ’il bogħod minn dak mixtieq. Dan jigri l-iktar

fix-xhur tas-sajf. Ħafna mill-latrini pubbliċi huma taħt ir-responsabbiltà talkunsilli lokali. Dawn jingħataw allokazzjoni għalihom biex iqabbdu kuntrattur jieħu ħsiebhom. Minkejja dan, l-ispiża biex dawn jinżammu fl-aħjar mod possibbli hija ferm ogħla minn dak li jingħataw. Problema oħra hija li meta kunsill lokali joħroġ sejħa ta’ interess jiġi ffaċċjat b’sitwazzjoni fejn il-prezz ikkwotat minn dawk li juru interess ikun ivarja b’eluf ta’ ewro. Biex nagħti eżempju konkret: kunsill li għandu ħames latrini fil-lokal tiegħu jkollu prezzijiet bejn €28,000 u €105,000. Dan biex isir l-istess xogħol fuq l-istess numru ta’ latrini. Mela d-dilemma tal-kunsill lokali hi li, jew jagħti l-irħas offerta bi probabbiltà kbira li dak il-kuntrattur se jaħdem bil-prekarjat u b’possibbiltà ikbar li l-kuntratturi l-oħrajn jappellaw mid-deċiżjoni talkunsill fuq din il-bażi, jew ittender jingħata lil dak li kkwota bl-ogħla offerta (jew ta’ qablu), bit-tama li jingħata servizz tajjeb, u jappellaw l-oħrajn għax huma kienu irħas. Sadanittant, sakemm jitlesta l-proċess tal-appell, jgħaddu ġimgħat jekk mhux xhur u l-kunsill jibqa’ bla servizz fillatrini tiegħu bil-konsegwenza li dawn ikollhom jinżammu magħluqa. Immaġinaw fix-xhur tas-sajf jekk xi latrina l-Għadira, l-Armier, Buġibba jew Marsaxlokk ikunu magħluqin! Hemm ħaġa oħra li l-kunsill irid iżomm f ’moħħu: jekk hu jingħata allokazzjoni ta’ €50,000 għal-latrini fil-lokalità tiegħu, dan ma jistax imur għal offerta ogħla, anke jekk jaf li b’offerta inqas mhux se jingħata servizz tajjeb. Allura x’inhi s-soluzzjoni? Fl-opinjoni tiegħi hemm żewġ għażliet. L-ewwel li l-Gvern

iwaqqaf unit fi ħdan il-Ministeru tal-Infrastruttra u jieħu ħsieb dawn il-latrini hu bil-ħaddiema li ilhom żmien jirreġistraw u ma jridu jagħmlu xejn jew ma jridux jaħdmu. B’hekk ikun hemm l-hekk imsejħa ecomonies of scale u l-ispiża tiġi ferm inqas għax ikun hemm pool ta’ ħaddiema li jistgħu jiġu allokati minn lokal għall-ieħor skont il-bżonn, li jista’ jkun ukoll maqsum fuq reġjuni fejn kull reġjun ikollu anke vetturi u makkinarji apposta biex isir ix-xogħol li jkun hemm bżonn. L-iżvantaġġ ta’ dan huwa li l-kuntratturi li bħalissa qed jagħmlu dan ixxogħol se tispiċċalhom parti minn dak li huma setgħu jagħmlu. Qed ngħid parti għax ħafna drabi dawn ikunu l-istess kuntratturi li jkunu qed jagħmlu xogħol ieħor fil-lokalitajiet; minn ġbir ta’ skart, knis, żamma tal-ġonna, eċċ. It-tieni għażla hi li l-Gvern jieħu dawn il-latrini u jgħaddihom b’espressjoni ta’ interess lill-privat, fejn dan jagħtihom il-faċilità li b’kull mod possibli jkunu jistgħu jagħmlu użu ta’ pubbliċità u reklami mal-istess latrini biex ikunu sostenibbili. Biex isir dan nemmen li, filwaqt li f ’ċertu rħula dawn għandhom jibqgħu b’xejn, f ’ċerti żoni turistiċi dawn għandhom jibdew jintużaw bi ħlas. B’hekk, parti tpatti għalloħra u l-qligħ isir mill-marketing li jsir magħhom jew bejgħ ta’ prodotti li normalment naraw f ’latrini fi stabbilimenti privati. Li hu żgur hu li dawn ma jistgħux jibqgħu taħt il-kunsilli lokali. Din mhix xi opinjoni ta’ numru ta’ kunsilliera jew partit, imma hija biss opinjoni tiegħi ta’ kif nara l-affarijiet wara xhur u snin ta’ lmenti minn parti jew oħra li b’xi mod tmiss ma’ dan il-qasam. Bissaħħa nemmen li din għandha tkun it-triq ’il quddiem biex, kemm aħna l-Maltin imma fuq kollox it-turisti li jkunu fostna, ma nibqgħux insibu l-mandri meta jkun hemm bżonn li wieħed juża latrina pubblika. Din hija t-triq ’il quddiem jekk fil-qasam tat-turiżmu rridu nkomplu ngħollu l-livell tasservizz offrut. Jekk tittieħed it-tieni għażla, l-allokazzjoni li qed jingħataw il-kunsilli lokali llum għal-latrini għandha tibqa’ tingħta biex il-kunsilli jużawha fi proġetti oħra fil-lokalità. B’hekk iċ-ċittadin ikun qed igawdi doppju għax, filwaqt li jkollu latrini nodfa, il-kunsill tiegħu jkollu ammont ta’ flus iktar fis-sena biex jinvestihom fl-infrastruttura tal-lokal tiegħu. Ejja nimxu f ’din id-direzzjoni u bla iżjed dewmien. Il-Gvern preċedenti beża’ jieħu deċizjoni u ħalla kollox għaddej. Nemmen li din l-amministrazzjoni għandha l-impenn li bis-serjetà tara l-affarijiet jinbidlu għallaħjar u dan mhux biss bil-paroli.


EDITORJAL

kullħadd.com

03|01|2016 13

www.kullħadd.com agħmel kuntatt magħna

INDIRIZZ POSTALI

ĠURNALISTI

KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun ĦMR 1717

Ritianne Agius ritianne@kullhadd.com Liam Gauci liam@kullhadd.com Glen Falzon glen@kullhadd.com

SALES U DISTRIBUZZJONI 2090 1410 2090 1413

Alan Saliba

sales@kullhadd.com

2090 1520

Leanne Grech

editorial@kullhadd.com

2090 1411

IMPAĠNAR U DISINN

PROTESTI JEW VAVATI?

Il-Partit Nazzjonalista lbieraħ ippreżenta protest ieħor għal dak li huwa qed isejjaħ bħala żbilanċ fl-istazzjon nazzjonali. Nibdew biex ngħidu li huwa ironiku li l-PN illum qed jitkellem dwar żbilanċ fl-istazzjon nazzjonali, meta kulħadd jaf kif meta kien huwa fil-Gvern, TVM sar estensjoni tan-Net, b’kapijiet u ġurnalisti li saħansitra ġew trasferiti għall-istazzjon nazzjonali direttament mill-istamperija. Kien hemm diversi persuni li kienu jaħdmu mal-PN, jew li kienu uffiċjali tal-PN, inkella li għandhom simpatija magħrufa lejn il-PN, li fl-aħħar leġiżlatura ddaħħlu fil-PBS. Fost dawn insibu lill-eksġurnalist ta’ The Times Natalino Fenech, l-ekskap ta’ Net TV Anton Attard, il-preżentatur Lou Bondi, l-eks-President tal-Kunsill Amministrattiv tal-PN Pierre Portelli, l-ekskordinatur tal-komunikazzjoni f ’ministeru Sergio Mallia, l-ekskap ta’ Net News Mario Xuereb, l-eksġurnalisti ta’ Net TV Keith Demicoli, Ian Gatt u David Bonello, u l-eksimpjegat ta’ Net TV u kunsillier Nazzjonalista Jeremy Dalli. Fost l-aħħar persuni ingaġġati qabel l-elezzjoni kien hemm Sylvana Debono li hija magħrufa sew għas-simpatija tagħha lejn il-PN u l-eksġurnalist sportiv ta’ Net TV, Sandro

Micallef. Illum imexxi l-kamra tal-aħbarijiet m’hemm l-ebda persuna trasferita mill-midja Laburista, imma Reno Bugeja; ġurnalist veteran u rispettat minn kulħadd li bena l-karriera tiegħu fix-xandir nazzjonali u li żgur kien messu ngħata din il-kariga ferm qabel. Iċ-chairman huwa Tonio Portughese, veteran ieħor fix-xandir li ħadem fil-PBS meta dan kien għadu jissejjaħ Xandir Malta Iċ-ċirasa fuq il-kejk huwa l-Kap Eżekuttiv tal-PBS, li għadu sal-lum il-ġurnata Anton Attard; persuna li kienet il-Kap Eżekuttiv ukoll tal-istazzjon tal-PN. Huwa għalhekk diffiċli biex wieħed jifhem kif il-PN illum qed jakkuża lill-PBS bi żbilanċ kontrih, meta fuq it-tmun hemm persuni ta’ integrità u oħrajn li ġejjin mill-kamp Nazzjonalista stess. Il-PN għandu kull dritt li jfittex rimedju jekk iħoss li ma ġiex rappreżentat sew jew li tħalla barra. U jekk dan il-protest isir darba kultant, allura jkun jista’ jingħatalu xi kredibbiltà. Imma meta l-PN jipprotesta kuljum preċett u jfajjar akkużi ta’ żbilanċ waħda f ’waħda bħall-pastizzi fil-konfront ta’ persuni integri, allura l-protesti tiegħu jitilfu kull pretensjoni ta’ serjetà u jsiru biss vavati tat-tfal.

Dawn il-vavati huma bla dubju intenzjonati biex ilPN ikompli jsaħħaħ il-gidba tiegħu li l-istazzjon nazzjonali tal-lum huwa mmexxi minn Kastilja, bħalma kien isir fil-passat. Bil-vavati tiegħu l-PN qed jipprova jtellef il-kredibbiltà tal-istazzjon nazzjonali, biex b’hekk anke l-iktar fatti ċari li jiġu mxandra jibdew jitpoġġew f ’dubju. Sadanittant, waqt li jimmina l-istazzjon nazzjonali, il-PN ikun jista’ jkompli jinqeda bil-midja tiegħu u b’dik li tappoġġjah bl-aktar mod ċar iżda tilgħabha tal-indipendenti, biex b’hekk il-fatti jsiru gideb u l-gideb isiru fatti, u l-uniku qanpiena li titwemmen tkun dik li jrid il-PN. L-aħħar vavata ta’ protest saret ilbieraħ b’rabta mad-diskors tal-Ewwel tas-Sena talPrim Ministru Joseph Muscat. Il-Kelliem għad-Drittijiet taċ-Ċittadin Clyde Puli qal li d-diskors tal-Prim Ministru kien partiġġjan, għax fih semma proġetti “kontroversjali” bħall-power station li taħdem bil-gass u l-Università Amerikana. Għall-kurżità, u mhux għax emmina lil seħibna Puli, morna nfittxu ftit fl-arkivji biex naraw fiex kien jikkonsisti l-aħħar diskors li l-eks-Prim Ministru Lawrence Gonzi għamel f ’din l-okkażjoni. Oħroġ il-għaġeb, u d-diskors

ta’ Dr Gonzi għal Jannar 2013 jittratta kważi l-istess suġġetti li tkellem fuqhom Dr Muscat. Jekk tpoġġi d-diskors ta’ Lawrence Gonzi u dak ta’ Joseph Muscat ħdejn xulxin, issib li dawn tkellmu mhux biss dwar l-istess suġġetti, imma anke bl-istess ton ta’ għaqda nazzjonali, tama għas-sena l-ġdida, u ringrazzjament lejn diversi ħaddiema. It-tnejn li huma tkellmu dwar l-ekonomija, l-edukazzjoni u s-saħħa, u l-kisbiet li l-Gvern kien għamel f ’dawn l-oqsma. It-tnejn semmew summits internazzjonali li saru f ’Malta u li għamlu isem għal pajjiżna. Finalment, Lawrence Gonzi kien semma wkoll l-elezzjoni li kienet se ssir f ’inqas minn xahrejn, u għalaq billi qal hekk: “Żmien fejn niddiskutu kif se nibnu fuq il-kisbiet li għamilna u nagħmlu l-għażliet li jsawru l-futur tiegħek u ta’ pajjiżna.” Dakinhar il-Partit Laburista ma kien ħareġ jagħmel l-ebda protest għall-fatt li l-Prim Ministru kien uża dan l-awgurju biex jagħmel suġġeriment sottili dwar lil min innies kellha tivvota. Iżda l-Partit Nazzjonalista tal-lum ħassu offiż sempliċiment għax il-Prim Ministru attwali għamel referenza għal żewġ proġetti kbar li Gvern Nazzjonalista ma kienx semmiehom fil-messaġġ tiegħu. Tgħid għalfejn?


14 03|01|2016

kullħadd.com

OPINJONI

NIBDEW BIL-BARKA

Fr Mario OFM Cap

Ejja nieħdu grokk flimkien! Grokk sabiħ! Ilaqqa’ u jferraħ lin-nies flimkien. Isaħħaħhom fl-ispirtu ta’ ħbiberija ta’ bejniethom.

L-arloġġ qaleb! Is-sena l-ġdida bdiet! Merħba bik 2016! Is-Sena t-Tajba! Għaddiet sena u ġiet oħra! Ommi ma, kemm jgħaddi ż-żmien! Ma kull sena li tibda’ kulħadd jiġri għat-tazza tax-xorb. Ħa jifraħ! Ħa jagħti merħba kbira minn qalbu lis-sena l-ġdida li tkun għadha kemm fetħet għajnejha! Mhux li kien li din is-sena tkun bil-wisq aħjar milli kienet is-sena l-oħra! Mela ħa niċċelebraw! Ejja nieħdu grokk flimkien! Grokk sabiħ! Ilaqqa’ u jferraħ lin-nies flimkien. Isaħħaħhom fl-ispirtu ta’ ħbiberija ta’ bejniethom. Biss l-akoħol waħdu ma tantx jista’ jasal fil-bogħod. Jinħtieġlu xi ħaġa oħra biex jaħdem kif għandu jaħdem mingħajr, sintendi, ma jkisser lill-persuni li xorbuh biex jifirħu. Qabel xejn, l-alkoħol jinħtieġlu jsib is-sodda mifruxa tal-paċi fil-qalb. Filmoħħ. U, fuq kollox, fir-ruħ! Huwa għax hija konxja sewwa minn din il-ħtieġa tagħna l-bnedmin li mingħajrha nkunu tassew qisna strument tar-ram iżarżar jew platti jċekċku!” (1 Kor 13:1) li l-Knisja tagħtina qari mill-isbaħ fil-jum tal-Ewwel tas-Sena. Ta’ ommna li hi tridna nibdew is-sena bil-barka! Għiduli, x’hemm isbaħ mill-barka? Ngħidilkom b’qalbi kollha: xejn! Fil-veru sens tal-kelma tafux! Għax x’inhi l-barka jekk mhux talba lil Alla nnifsu biex jurina t-tjieba tiegħu? Biex jiftaħ qalbna ħalli jressaqna dejjem aktar lejn il-qalb ħanina tiegħu li taħfrilna kontinwament? Biex minn issa jdaħħalna fil-ħajja ta’ dejjem li għaliha aħna ġejna maħluqa? U għaliex taħsbu li nieħdu l-affarijiet li jkollna għand il-patri jew il-qassis biex iberikhomlna? Mhux għax nemmnu li bil-barka li nirċievu permezz ta’ dawn il-qaddejja ikkonsagrati lill-Mulej għalkemm dgħajfa u

midinbin bħalna, din tniżżel il-grazzja ta’ Alla tat-tjieba, tal-maħfra, tal-protezzjoni kontra l-ħażen u tal-ħajja ta’ dejjem fuqna stess permezz ta’ dawk il-ħwejjeġ li nkunu se nużaw? Meta oġġett jiġi mbierek huwa aħna li se nużawh li nitbierku! Mela, la aħna l-bnedmin aħna l-krema tal-ħolqien, allura ejja ħa nitbierku u nieħdu l-affarijiet għand il-patri u l-qassis ħa jberikhomlna! Imma l-qari ta’ nhar l-Ewwel Jum tas-Sena ifakkarna li huwa aħna li għandna bżonn nitbierku. Mhux bl-ilma tal-imqarrun tafux! Dak tgħidx kemm jaħraq! Imma bil-freskezza tal-grazzja ta’ Alla. Il-qari jnissilli d-dmugħ f ’għajnejja ħbieb, kemm hu sabiħ! Isimgħu x’barka din!

Ibierkek il-Mulej u jħarsek! Jixħet il-Mulej id-dija ta’ wiċċu fuqek, u jurik il-ħniena! Iħares lejk il-Mulej bi mħabba, u jagħtik issliem! (Num 6:24-26). Issa immaġinha jekk din il-barka tgħidha fuq ir-raġel li soltu jqabbiżhomlok bl-ikrah! Jew fuq il-mara li l-ħin kollu tredden u ma tiqafx! Inkella fuq dak it-tifel li, tant kemm jagħmel ta’ rasu, għad ikun kaġun li jgħallik! Jew fuq it-tifla li ma tistax tkellimha għax tkun trid tieklok, u, ta’ bniedem u bniedma li int qabel ma’ int ġenitur, ikollok aptit tiżbranaha! Imma le! Int Nisrani! Nisranija! Bħali! U f ’qalbek hemm teżor li jismu l-magħmudija. Din is-sena nistiednek tieħu triq oħra. Kuljum bierek lin-nies li magħhom tgħix b’din il-barka sabiħa. Ma ddumx tgħidha. Linja u nofs kollox! Imma ħej, il-qawwa li fiha tremenda! Għax min minna m’għandux bżonn il-protezzjoni tal-Mulej? Min minna m’għandux bżonn id-dawl tiegħu? Min minna m’għandux bżonn il-ħniena tiegħu? U, wisq aktar, imħabbtu ta’ Alla? Jiġifieri dik l-imħabba li meta nirċevuha tant inħossu serħan u paċi f ’qalbna? U mhux għalhekk li tistona bil-kbir, u kważi jagħtik l-istonku tiegħek meta tisma’ lil uħud minna l-patrijiet u l-qassisin, wara li tkun talbthom: berikni Father! Iwieġbek: ċaw? X’inhu?! Ċaw?! Ċaw x’inhi? U ħalliena patri u qassis, f ’ġieħ kemm hemm! Kun dak li int! Berikna! Għidli: Kun imbierek! Kun imbierka! U ħa ngħidlek…m’iniex se nħallik kwiet qabel tberikni tafx! U meta tkun marid/a, itolbu hekk il-Mulej: Mulej, bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu bierek …, u semmi l-persuni u l-partijiet tal-ġisem li huma morda. Ejja ngħixuha l-barka ħbieb!

SOMMA REKORD GĦAD-DAR TAL-PROVIDENZA

Is-somma rekord ta’ €1,040,855 inġabret waqt l-għoxrin edizzjoni tal-Festa ta’ Ġenerożità organizzata minn RTK4Charity b’risq id-Dar tal-Providenza. It-temp tajjeb għen biex għadd kbir ta’ nies marru s-Siġġiewi biex jagħmlu d-donazzjoni tagħhom u jkunu parti mid-divertiment li kien għaddej taħt it-tinda li ttellgħet fil-parkeġġ. Bħal kull sena, għadd ta’ parroċċi f ’Malta u Għawdex organizzaw ġabriet speċjali. Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef, qal li din il-Festa ta’ Ġenerożità bħal dejjem uriet il-qalb kbira tal-poplu Malti u Għawdxi li għal darb’oħra wera solidarjetà u ġenerożità mad-Dar. Huwa qal li dawn il-fondi se jgħinu biex id-Dar tkompli tagħti ħajja xierqa u dejjem aħjar lir-residenti tagħha. L-ewwel żjara saret minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna li wkoll iċċelebra quddiesa fil-kappella tad-Dar tal-Providenza. Huwa qal li jalla l-persuni b’diżabbiltà jsibu l-post li jixirqilhom fis-soċjetà tagħna u jingħataw l-istess attenzjoni li toffri d-Dar tal-Providenza. Matul il-jum kien hemm żjarat mill-President ta’ Malta, is-Sinjura Marie-Louise Coleiro Preca u r-raġel tagħha Edgar; il-Prim Ministru, Dr Joseph Muscat;

il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, Dr Simon Busuttil; is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà u Anzjanità Attiva, Dr Justyne Caruana; l-Arċisqof Emeritu, Mons. Pawl Cremona OP; u l-Vigarju Ġenerali, Mons. Joe Galea Curmi. Attendew ukoll għadd ta’ ministri u membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra tad-Deputati u rappreżentanti ta’ korpi kostitwiti. Bħala parti mill-Festa ta’ Ġenerożità nġabret is-somma ta’ €31,251 mill-irkant ta’ xogħlijiet artistiċi mogħtija minn aktar minn disgħin artist. Ħafna kienu dawk li għamlu l-offerti tagħhom bl-internet imma l-maġġoranza żaru d-Dar tal-Providenza. Ix-xandira televiżiva bdiet fid9.00am b’quddiesa mill-kappella tad-Dar u baqgħet sejra sa wara nofsillejl meta tħabbret is-somma totali fost ferħ u briju tal-għadd kbir ta’ voluntiera li taw ħinhom għal din il-Festa ta’ Ġenerożità. PBS, One TV, Net TV u FLiving Channel ingħaqdu f ’ħinijiet twal fix-xandira diretta ta’ ftit aktar minn ħmistax-il siegħa. Matul ix-xandira kien hemm programm sħieħ ta’ divertiment permezz ta’ kant minn kantanti ewlenin Maltin, żeffiena u oħrajn. F’isem id-Dar tal-Providenza, grazzi u s-sena t-tajba.


PERSONALITÀ

kullħadd.com

03|01|2016 15

ŻEFFIENA B’TALENT LI TRID TGĦADDIH LIL ĦADDIEĦOR RAMONA

PORTELLI TINTERVISTA LIL

CELAINE BUHAGIAR

Sit elettroniku: www.ramonaportelli.com

Email: ramonaportelli@hotmail.com

Il-Maltin aktar minn qatt qabel saru jagħmlu isem għal pajjiżna f ’diversi kategoriji ta’ sports u talenti differenti bħalma huma l-kant u ż-żfin, fost l-oħrajn. F’din l-intervista tkellimt ma’ persuna li l-karriera tagħha hija ż-żfin u li l-parti l-kbira talħin tagħha tqattgħu fl-istudjo taħdem flimkien mal-istudenti ddedikati li hija tgħallem. Qed nirreferi għal Celaine Buhagiar.

L-Università ta’ Malta llum il-ġurnata qed toffri korsijiet professjonali għal degrees fiż-żfin bil-għan li ż-żeffiena jiggradwaw f ’dan il-qasam u, apparti minn hekk, ikunu jistgħu jkomplu ż-żfin anke fuq livell professjonali. “Li tibda studenti mill-bidu nett u u tmexxihom ’il quddiem huwa ta’ sodisfazzjon kbir,” bdiet tgħidli Celaine. Biż-żfin, bla dubju hemm ukoll il-benefiċċju tas-saħħa għax ilmovimenti u l-eżerċizzju żgur li jgħinu biex persuna tgħix ħajja aħjar u aktar b’saħħitha. F’dinja mmexxija mitteknoloġija u ħajja sedentarja u ħinijiet twal quddiem il-kompjuter, huwa żgur ta’ benefiċċju li t-tfal u ż-żgħażagħ jagħmlu xi tip ta’ eżerċizzju, u ż-żfin huwa tip ta’ sport b’differenza u li min irid jista’ wkoll jieħdu fuq livell kompetittiv. Celaine hija mill-Isla, toqgħod Bormla, miżżewġa lil Pierre Bugeja u għandha sebgħa u tletin sena. Taħdem bħala Head of Programmes, Campus FM, li huwa r-radju tal-Università. Xogħolha huwa li tipproduċi u tippreżenta programmi għar-radju, għalkemm minn żmien għal żmien tipproduċi wkoll għat-televiżjoni u l-vuċi tagħha tinstema’ spiss ukoll f ’bosta messaġġi informattivi kemm fuq it-televiżjoni u anke radju. Apparti x-xogħol tar-radju, għandha wkoll il-karriera taż-żfin, fejn tgħallem dan il-ġeneru artistiku. Il-passatemp ewlieni tagħha huwa s-safar. “Inħobb nivvjaġġa u mmur f ’postijiet imbiegħda. Fost postijiet interessanti li żort hemm l-Indja, itTajlandja u ċ-Ċina, li kollha kemm huma kienu esperjenzi uniċi u li żgur mhux se ninsa.” Dancel Dance Studio għaxar snin imwaqqfa

għalqet

Celaine ilha tiżfen minn mindu kellha tliet snin. Fil-fatt, illum il-ġurnata tgħallem iż-żfin fl-istess iskola fejn tgħallmet hi – Dancel Dance Studio filFgura. Proprjament bdiet iż-żfin ma’ Pippa Gee Dance Studio fejn ġabet il-kwalifiki meħtieġa biex tgħallem. “Jien ngħożż dawn il-memorji għax nemmen li qatt m’għandek tinsa minn fejn tkun tlaqt; anzi, għandek tibqa’ tirrispetta lil min f ’ħajtek b’xi mod jew ieħor ikun iggwidak b’ħafna paċenzja u dedikazzjoni. Imbagħad komplejt l-istudji tiegħi barra minn Malta taħt tutors mir-Renju Unit. Ta’ 12-il sena ngħaqadt ma’ tim ta’ żeffiena minn Kent u kont immur l-Ingilterra regolarment għat-taħriġ u l-kompetizzjonjiet. Apparti minn hekk,

fl-1999 irbaħt it-titlu Professional Latin Champion u minn dak iż-żmien komplejt naħdem biex il-ħolma tiegħi, li jkolli skola taż-żfin, issir realtà. Illum Dancel, għalqet 10 snin imwaqqfa,” infurmatni b’sodisfazzjon Celaine. Kompliet tgħidli li minn dejjem kellha x-xewqa li tgħallem, għax huwa ta’ sodisfazzjon li t-talent li Alla għoġbu jżejjinha bih issa tgħaddih bl-aħjar mod li tista’ lil ħaddieħor. Celaine tgħallem l-aktar żfin modern u stil jazz, għalkemm it-tagħlim talLatin American u l-ballroom jibqgħu wkoll għal qalbha. Għandha jattendu studenti minn erba’ snin ’il fuq u hija l-għaxqa tagħha tarahom jikbru u dejjem jimxu aktar ’il quddiem. Kont naf li, bħala skola, kull sena jkollhom stediniet biex jiżfnu f ’avvenimenti prestigjużi bħal Malta Television Awards, Malta Song for Europe, MFA Awards u bosta avvenimenti ewlenin oħra. Fil-fatt, Celaine infurmatni li jkunu ilhom jaħdmu x-xhur għal avvenimenti bħal dawn. “Dejjem tipprova toħrog b’xi ħaga originali, skont l-avveniment li jkollok. Produzzjonijiet li jkollna jinkludu avvenimenti teatrali fejn anke niżfnu ma’ live bands. Hija xi ħaga verament sabiħa li tiżfen ma’ mużika live. Imbagħad ikollna wkoll xogħol fuq it-televiżjoni waqt programmi ta’ divertiment li wkoll għandhom l-impenn tagħhom. Ovvjament, meta niġu għal avvenimenti nazzjonali, dawn jirrikjedu ħafna xogħol u taħrig u ħafna sigħat ta’ provi. Però, fl-aħħar, meta tara l-prodott finali, tħoss is-sodisfazzjon, speċjalment mir-reazzjonijiet tan-nies,” spjegatli Celaine.

L-iskola tagħha rebħet il-Mediterranean Open Dance Festival 2015 Is-sena li għadha kemm spiċċat, l-2015, kienet taħbat l-għaxar sena mit-twaqqif tal-iskola taż-żfin Dancel Dance Studio. Dan iċċelebrawh meta, ftit gimgħat ilu, ħadu sehem fil-Mediterranean Open Dance Festival li sar fil-5 u s-6 ta’ Diċembru 2015 f ’lukanda f ’Għajn Tuffieħa u b’suċċess rebħu dan il-festival għattielet darba konsekuttiva, bl-ewwel post fil-kategorija tal-gruppi ta’ ’l fuq minn 18-il sena, u l-ewwel post fil-kategorija tal-gruppi ta’ taħt it-12il sena, filwaqt li kisbu wkoll it-tieni post fil-kategorija tal-gruppi ta’ taħt is-16-il sena. Ħallejt f ’idejn Celaine sabiex tagħtini aktar informazzjoni. “Kienet kompetizzjoni ta’ suċċess u li dħalna għaliha bi ħġarna u ħdimna qatigħ għal xhur sħaħ. Meta tidħol għal xi ħaġa, nemmen li trid tidħol għaliha bis-serjetà, għax dakinhar ċertament li ma jsirux mirakli. L-istudenti għamlu ħilithom u ta’ dan ġew ippremjati, għax ir-riżultati jitkellmu waħedhom. Ipparteċipajna kontra skejjel oħra Taljani u anke Maltin. Għalina din tfisser ħafna, però, ċertament mhix it-tmiem; anzi rridu nkomplu naħdmu aktar biex nitjiebu u fuq kollox nibqgħu magħqudin bħala tim. Għax dan hu s-sabiħ, li ssir familja, li taħdem għallistess għan, bl-istess viżjoni,” fissret Celaine. Esperjenza unika u li ħalliet impatt kienet l-ispettaklu li taw lura fis-sena 2010, fit-Teatru Ariston f ’San Remo. Dakinhar rebħu l-Mediterranean

Shaun Formosa Photography O p e n Championship ta’ dik is-sena, fil-kateogrija tal-gruppi, u bħala premju ngħataw l-opportunità li jkunu l-mistiedna internazzjonali f ’festival li sar fit-teatru prestiġġjuż Ariston. “Kienet esperjenza unika li żgur ma ninsewx. Ġiet miġbuda mill-istazzjon televiżiv Taljan RAI, u kienet esperjenza li minnha tgħallimna ħafna,” sostniet b’ċertu sodisfazzjon Celaine. Staqsejt lil Celaine jekk, minn dak li tara madwarha, taħsibx li f ’Malta hawn interess biżżejjed fiż-żfin. “L-interess jikber u l-iskejjel dejjem jiżdiedu, għalkemm il-kwalità u l-livelli jvarjaw. Xorta jibqa’ fatt li l-bniet huma interessanti ħafna aktar mis-subien. Meta tikkumpara n-numri hemm diskrepanza kbira bejn żeffiena bniet u dawk subien. L-adulti wkoll juru interess, speċjalment fejn jidħol żfin ballroom u Latin American. Dan jista jservi ta’ ġid għaliex huwa wkoll tip ta’ sport li jżommok fit,” sostniet kompliet tgħid Celaine. Fl-aħħar nett Celaine xtaqet tħeġġeġ lill-qarrejja tal-gazzetta KullĦadd li huma neqsin mill-eżerċizzju biex isibu ftit ħin kuljum ħalli jiċċaqilqu ftit, imqar mixja mgħaġġla ta’ nofs siegħa kuljum. “Jien nemmen li filħajja għal kollox insibu ħin, u dan għandu jinkludi ħin għalina nfusna biex ngħixu ħajja aktar b’saħħitha u ngawdu aktar lil ta’ madwarna!” temmet tgħid Celaine.


16 03|01|2016

kullħadd.com

TA’ BARRA

X’ĠARA MADWAR ID-DINJ

1.

ATTAKKI TERRORISTIĊI FI FRANZA

Din is-sena Franza sfat vittma ta’ żewġ attakki terroristiċi. L-ewwel attakk sar mill-aħwa Cherif u Said Kauchi, li daħlu armati fl-uffiċini tar-rivista satirika Charlie Hebdo u qatlu tnax-il persuna li jinkludu disa’ impjegati, żewg uffiċjali tal-pulizija u raġel li kien qiegħed iżur l-uffiċċju. It-tieni attakk terroristiku sar fl-13 ta’ Novembru, hekk kif saru diversi attakki fl-istess ħin minn persuni differenti. Fost il-postijiet li ntlaqtu kien hemm il-grawnd tal-futbol li fih kienet qiegħda tintlagħab il-logħba bejn Franza u l-Ġermanja, kif ukoll it-teatru Bataclan. F’dawn l-attakki mietu madwar 130 persuna, u ġew midruba numru kbir ieħor.

2.

L-aħbar li kien iġġarraf ajruplan f ’Alpi Franċiżi ħasad lill-Ewropa kollha, speċjalment meta sar magħruf li dawk abbord, li kienu jammontaw għal 150 persuna, mietu kollha. L-investigaturi li ġew inkarigati minn dan il-każ ikkonkludew li l-ajruplan twaqqa’ intenzjonalment mill-bdot Andreas Lubitz li kien qed itajjar l-ajruplan. Matul l-investigazzjoni rriżulta li Lubitz kellu problemi ta’ natura mentali. Fil-fatt, il-kumpanija kkonfermat li t-taħriġ tiegħu bħala bdot twaqqaf għal xi żmien, iżda ma qalitx għalfejn. Il-kumpanija Luftansa, li topera l-kumpanija Germanwings, sosniet li t-taħriġ tiegħu kien tkompla wara li ġie stabbilit li huwa tajjeb għax-xogħol u li, sussegwentement, għadda mit-testijiet kollha neċessarji b’marki tajbin ħafna.

4. 3.

PAĠNA ĠDIDA GĦAL KUBA U L-AMERIKA

Din is-sena l-President Amerikan Barack Obama neħħa uffiċjalment lil Kuba minn fuq il-lista ta’ stati li jsostnu t-terroriżmu. Dan l-avveniment immarka paġna ġdida għal Kuba wara li kienet ilha fuq din il-lista mill-1982. Minkejja li ċertu sanzjonijiet mhux se jkunu qegħdin jitneħħew b’mod awtomatiku mat-tneħħija minn fuq din il-lista, din id-deċiżjoni xorta waħda mistennija tbiddel għall-aħjar ir-relazzjoni bejn l-Istati Uniti u Kuba. L-effett immedjat mistenni jkun li jinfetaħ in-negozju mal-banek Amerikani, li qatt ma riedu jinnegozjaw ma’ Kuba minħabba l-preżenza tagħha fuq il-lista.

5.

MILAN EXPO 2015

Din is-sena ttellgħet il-fiera internazzjoni f ’Milan. Il-Milan Expo 2015 bdiet fl-1 ta’ Mejju u spiċċat fl-31 ta’ Ottubru. It-tema ta’ din il-fiera internazzjonali kienet Feeding the Planet, Energy for Life, li ħadet aspetti tat-teknoloġija, innovazzjoni, kultura, tradizzjonijiet u kreattività sabiex joħolqu modi u ideat ġodda ta’ kif se tkun id-dieta tagħna fil-futur. Fiha kien hemm diversi organizzazzjonijiet internazzjonali, pajjiżi u kumpaniji multinazzjonali li ħadu sehem billi esibew il-prodotti rispettivi tagħhom fil-fiera. Fosthom kien hemm ukoll il-paviljun ta’ Malta li uża l-għasel bħala prodott tipiku ta’ pajjiżna biex jingħata promozzjoni internazzjonali.

L-AJRUPLAN TAL-GERMANWINGS 9525

MA JAQBLUX: IL-BAILOUT TAL-GREĊJA

Matul din is-sena l-Greċja tkompliet għaddejja minn kriżi ekonomika li, b’konsegwenza t’hekk, affettwat diversi oqsma oħra fil-pajjiż kif ukoll l-ekonomija tal-Unjoni Ewropea. Fosthom, il-Gvern il-ġdid ried li jinħafer parti mid-dejn, li jwaqqaf miżuri ta’ awsterità, li jreġġa’ lura r-riformi tal-aħħar erba’ snin, jgħolli l-paga mimina, li jerġa’ jdaħħal ħaddiema taċ-ċivil li kienu tkeċċew, u li jwaqqaf diversi privatizzazzjonijiet. Dawn il-kundizzjonijiet imorru kontra l-impenji li saru mill-Gvern Griek preċedenti, tal-Fond Monetarju Internazzjonali u l-pajjiżi taż-Żona Ewro, li bejniethom silfu lill-Greċja €240 biljun. Matul dawn l-aħħar xhur il-Greċja reġgħet talbet għat-tielet bailout tagħha, kif ukoll għaddiet minn elezzjoni ġenerali fejn fiha reġa’ ġie kkonfermat Alexis Tsipras bħala Prim Ministru Grieg.

6.

IT-TERREMOTI FIN-NEPAL

In-Nepal din is-sena ntlaqat minn żewġ terremoti li ħallew diversi persuni mejta, oħrajn midruba, kif ukoll għexieren ta’ nies mingħajr saqaf fuq rashom jew bżonnijiet bażiċi. L-ewwel terremot, li kellu saħħa ta’ 7.8 fuq l-iskala Richter, ħalla aktar vittmi fil-pajjiżi tal-madwar, fosthom l-Indja, iċ-Ċina u l-Bangladesh. L-epiċentru ta’ dan it-terremot kien 76 kilometru ’l bogħod mill-kapitali Nepaliża Kathmandu, f ’żona rurali qrib il-fruntiera Ċiniża. It-tieni terremort, li seħħ xahar wara, kellu saħħa ta’ 7.3 fuq l-iskala Richter u reġa’ ħalla bosta persuni mejta u midruba fin-Nepal, l-Indja, iċ-Ċina u l-Bangladesh.


TA’ BARRA

kullħadd.com

03|01|2016 17

JA FIS-SENA LI GĦADDIET

7.

L-ISKANDLU TAL-VOLKSWAGEN

F’Settembru ta’ din is-sena l-United States Environmental Protection Agency ħarġet notifika taħt il-liġi Clean Air Act kontra l-kumpanija Ġermaniża Volkswagen Group. Dan għax sabet li l-kumpanija li timmanifattura l-karozzi kienet qiegħda intenzjonalment tipprogramma l-magni tat-turbocharged direct injection diesel biex jagħtu riżultati tajbin waqt it-testijiet tal-laboratorju biss. Wara li dan ħareġ fil-beraħ, il-kumpanija Ġermaniża ammettiet l-iżball tagħha. Intant, sidien ta’ karozzi magħmula mill-kumpanija Volkswagen skoprew li anke karozzi oħra li ġew esportati lejn pajjiżi differenti kienu difettużi. Fil-fatt, hu smat li hemm madwar 11-il miljun karozza b’dan id-difett.

8.

L-ISKANDLU TAL-FIFA

Din is-sena l-Qorti Federali Amerikana ġibdet l-attenzjoni li hemm każ ta’ korruzzjoni bejn uffiċjali għolja fi ħdan il-FIFA. Fil-fatt, skont l-FBI, hemm madwar 14-il persuna li b’xi mod jew ieħor għandhom konnessjoni ma’ dan l-iskandu. Fost in-nies arrestati nsibu lill-President tal-FIFA Sepp Blatter, il-Viċi-President Angel Maria Villar, kif ukoll numru ta’ uffiċjali għolja. Dan il-każ qajjem għagħa madwar id-dinja peress li l-FIFA hija organizzazzjoni internazzjonali li tamministra l-futbol madwar id-dinja u tikkampanja kontra logħob mixtri. Dan l-iskandlu, li feġġ wara li r-Russja u l-Qatar rebħu d-dritt li jospitaw it-Tazza tad-Dinja, kompla qajjem aktar dubji ta’ x’seta’ ġara iżjed fi ħdan il-FIFA, speċjalment f ’dawn l-aħħar 20 sena.

10.

RELAZZJONI BEJN IT-TAJWAN U Ċ-ĊINA

Din is-sena n-NASA ppubblikat riżultati li hemm evidenza b’saħħitha li turi li preżentament fuq il-pjaneta Mars hemm l-ilma. Xjentisti kienu kapaċi jiskopru kif fuq il-pjaneta Mars hemm forma ta’ xmara f ’partijiet tal-pjaneta, li t-temperatura tagħha hija madwar -23°C. Dan ikompli jikkonferma kif jista’ jkun hemm ħajja oħra fl-univers, apparti dik tagħna. Il-ħajja fuq il-pjaneta Mars tikkonferma wkoll li, issa li nstab l-ilma, jista’ jwassal li xi darba l-umani jkunu kapaċi jabitaw fuq din il-pjaneta b’mod permanenti.

Is-7 ta’ Novembru 2015 kienet ġurnata storika għall-kontinent Ażjatiku. Dan għax il-President tar-Repubblika taċ-Ċina, magħruf bħala Tajwan, Ma Ying-Jeou, u l-President tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, Xi Jinping, iltaqgħu għall-ewwel darba f ’Singapore. Matul is-snin it-Tajwan u ċ-Ċina kellhom problemi diplomatiċi, instabbiltà u tensjoni minħabba l-politika interna tagħhom, kif ukoll il-Gwerra Ċivili Ċiniżi tal-1949. Għalhekk, din il-laqgħa storika kienet partikolari għax iż-żewġ mexxejja li ħadu b’idejn xulxin taw x’wieħed jifhem li ż-żewġ partijiet qegħdin jersqu lejn xulxin biex ikun hemm iżjed paċi u stabbiltà fir-reġjun. Wieħed jispera biss li laqgħa bħal din bejn il-kapijiet ma ddumx ma terġa’ ssir.

11.

12.

9.

IS-SEJBA TA’ LIKWIDU FUQ IL-PJANETA MARS

COP21

Din is-sena ttellgħet l-2015 United Nations Climate Change Conference, magħrufa bħala COP 21, f ’Pariġi fi Franza. Il-konferenza ta’ din is-sena kienet il-21 sezzjoni tal-Conference of the Parties to the 1992 United Nations Framework Convention on Climate Change (UNFCCC), kif ukoll l-11-il sezzjoni tal-Meeting of the Parties to the 1997 Kyoto Protocol. F’din il-konferenza kien hemm rappreżentanti minn 196 pajjiż. Dawn ir-rappreżentanti innegozjaw flimkien il-Paris Agreement li jinkludi qbil multinazzjonali fuq kif diversi pajjiżi jistgħu jagħmlu differenza fl-ambjent. Dan għax f ’dawn l-aħħar snin id-dinja kienet qiegħda tesperjenza tibdil fil-klima. Fost il-problemi li qegħdin niffaċċjaw hemm livell tal baħar li qed jogħla u s-silġ li qiegħed jinħall f ’Antartika, li huma kaġun tat-tniġġis tal-arja li kkawża l-bniedem stess.

JIDDOMINA L-FILM STAR WARS

Hekk kif il-kumpanija tal-films Disney ħabbret li xtrat il-kumpanija Lucasfilms fl-2012, ħafna minn dawk li għandhom għal qalbhom is-sensiela Star Wars kienu attenti biex jaraw meta se joħroġ film ġdid ieħor. Dan għax Star Wars mhux sempliċiment film, iżda ikona fil-ħajja ta’ ħafna minn dawn in-nies. Fil-fatt, fis-sena 2014 il-kumpanija Disney ħabbret li f ’Diċembru tal-2015 se toħorġ għall-wiri l-film Star Wars: The Force Awakens. F’dan il-film wieħed jinnota r-ritorn ta’ wħud mill-karattri popolari, fosthom Luke Skywalker, General Leia Organa, Han Solo, Chewbcca, R2D2 u C3PO; kif ukoll karattri ġodda li ntlaqgħu tajjeb ukoll, bħal Kylo Ren, Finn, Rey, BB-8, Maz Kanata u Poe Dameron. Id-direttur ta’ dan il-film huwa J. J. Abrams, filwaqt li l-mużika talfilm reġgħet kienet fdata f ’idejn John Williams.


18 03|01|2016

kullħadd.com

MILL-ISTORJA

MILL-ISTORJA

IRENE NEMIROVSKY

Għadni kemm spiċċajt naqra ktieb li ma xtaqtux jintemm. w huwa rakkont li jieħdok lura għall-bidu tas-snin erbgħin meta t-truppi tar-reġim Nażista okkupaw Franza. Il-ġrajja tagħti stampa ċara ta’ Franza u l-Franċiżi waqt l-okkupazzjoni; poplu mirbuħ u maħkum iżda wkoll kollaboratur u ribelluż. Staqsejt lili nnifsi kif setgħat awtriċi mhux Franċiża tkun daqshekk midħla u intima malkarattru Franċiż u ma’ mġibtu matul dan il-perjodu ikrah flistorja, u sibt it-tweġiba fi storja straordinarja u drammatika ta’ mara maqbuda fil-kurrenti tempestużi ta’ tnejn mill-iktar avvenimenti turbulenti talistorja moderna: ir-Rivoluzzjoni Russa u t-Tieni Gwerra Dinija. Irene Nemirovsky twieldet fl-1903 fi Kiev, l-Ukrajna, li dak iż-żmien kienet tagħmel parti mill-Imperu Russu. Ma kellhiex ħutha u kienet tadura lil missierha, Leon, bankier Lhudi. Ommha, Fanny, mara sabiħa iżda egoċentrika, qatt m’aċċettat it-twelid ta’ bintha u, għaldaqstant, Irene kellha tfulija infeliċi u solitarja. L-uniċi ħbieb tagħha kienu l-kotba, li qatt ma kellha xaba’ minnhom. Ta’ erbatax-il sena Irene bdiet

Kitba ta’

MARY

CHETCUTI tiżviluppa t-talent tagħha filkitba u ħolqot metodu għaliha fejn kienet timla paġna wara paġna b’notamenti fuq karattri u ċirkustanzi ivvintati biex imbagħad tislet minnhom l-istorja li jkollha f ’moħħha; kienet ispirat ruħha mill-kittieb kbir Russu, Ivan Turgenev. Kellha wkoll imħabba kbira għax-xogħol tal-kittieb u poeta Oscar Wilde. Lil hinn mill-ġlied Meta f ’Ottubru 1917 faqqgħet ir-Rivoluzzjoni Bolxevista, il-familja Nemirovsky abbandunat id-dar lussuża ta’ San Pitruburgu u marret Moska biex titbiegħed mill-ġlied. Kienet deċizjoni ħażina peress li l-qiegħa f ’Moska kienet ħafna iktar vjolenti. Wara ftit ġimgħat irritornaw lejn San Pitruburgu iżda f ’Diċembru kellhom jaħarbu lejn il-Finlandja u jħallu r-Russja warajhom għal dejjem meta l-Pulizija Bolxevista ħarġet mandat ta’ arrest kontra missier Irene. Għexu għal ftit żmien fl-Iżvezja u fl-1919 qabdu bastiment biex, wara vjaġġ ta’ għaxart ijiem f ’maltemp ma jaqta’ xejn, waslu Franza.

Missierha ħa t-tmexxija ta’ fergħa tal-bank tiegħu stess f ’Pariġi u l-familja kompliet tgħix il-ħajja komda li kienet tilfet fir-Russja. Iż-żagħżugħa Irene iggradwat fil-letteratura mill-Università ta’ Sorbonne u fl-1927 ippubblikat in-novella qasira L-Enfant Genial. Fl-istess żmien iltaqgħet ma’ Michel Epstein, żagħżugħ iggradwat fl-inġinerija millUniversità ta’ San Pitruburgu u immigrant tar-rivoluzzjoni bħalha. Meta Michel daħal f ’ħajjitha, Irene abbandunat ilħajja ta’ xalar bla rażan li kienet tgħix. F’kemm trodd salib iżżewġu u fl-1929 kellhom l-ewwel tarbija, Denise. Fl-istess sena Irene lestiet l-ewwel ktieb tagħha, David Golder; storja li tant għamlet suċċess li ġiet adattata għaċ-ċinema. Sal-1937 Irene kellha t-tieni wild tagħha, Elisabeth, u kitbet disa’ kotba oħra. Kienu familja magħquda u ma jonqoshom xejn. Madankollu, taqlib ġdid flEwropa beda jinkwetahom. Irene ntebħet li jekk tasal fi Franza l-vjolenza li kienet qed isseħħ kontra l-Lhud fil-Ġermanja, hi u l-familja tagħha kienu sa jsibu ruħhom fl-inkwiet. Għalkemm qatt ma ħassitha Lhudija u qatt ma ħaddnet il-fidi Ebrajka, Irene riedet tipproteġi liż-żewġ uliedha żgħar mill-qilla antisemitika. Fi Frar tal-1939, Michel, Irene u wliedhom Denise u Elisabeth għamlu magħmudija kollettiva biex saru membri tal-Knisja Kattolika, imma xorta baqa’ l-fatt li hi u żewġha ma kinux ċittadini Franċiżi.

Familji Lhud fi Franza bdew jikkonvertu għall-fidi Kristjana bit-tama li jaħarbu minn persekuzzjoni ċerta kontrihom; sfortunatament il-fatti wrew mod ieħor. F’Settembru r-reġim Nażista ddikkjara gwerra kontra Franza. Irene u żewġha parpru lil uliedhom mal-governanti, Cecile Michaud, lejn irraħal ta’ Saone-et-Loire, fejn laqgħathom għandha omm Cecile. Fl-1940, it-truppi Nażisti ħatfu Pariġi taħt idejhom u Irene u Michel abbandunaw darhom u ħarbu lejn ir-raħal fejn kienu wliedhom. Ftit ftit, Franza kollha saret territorju okkupat. L-ewwel liġi razzjali daħlet fisseħħ fit-3 ta’ Ottubru 1940 u tefgħet lil-Lhud kollha fil-mira tal-awtoritajiet Ġermaniżi u Franċiżi. Michel tkeċċa millbank fejn kien jaħdem, filwaqt li Irene ma setgħet tippubblika x-xogħol tagħha mkien; l-ebda pubblikatur ma kien se jissogra rasu għal kittieba Lhudija. B’aktar liġijiet razzjali, minn Ġunju 1941 kull persuna Lhudija setgħet tinżamm taħt arrest f ’darha jew saħansitra tiġi deportata u internata f ’kampijiet tal-konċentrament b’xogħol iebes jew agħar. Fl-1942, Irene Nemirovsky bdiet tikteb il-ktieb Suite Francaise. Il-karattri kuntrastanti li ħolqot f ’dan il-ktieb tawha vuċi biex takkuża lill-poplu Franċiż bi dgħufija, biża’, aċċettazzjoni tal-umiljazzjoni, indifferenza u kollaborazzjoni fil-persekuzzjoni razzjali. Irene kienet taf sew x’kien qed jiġri madwarha; mhux ta’ b’xejn qalbha bdiet teħbirha li se

tgħaddi minn għawġ kbir jew tilħaq tmut qabel tara lil uliedha adulti jew saħansitra qabel tlesti dan ir-rumanz li kellha f ’idha. Auschwitz Fit-13 ta’ Lulju 1942, il-Pulizija Franċiża arrestat lil Irene Nemirovsky minn darha. Erbat ijiem wara, Irene ġiet deportata lejn il-kamp ta’ Auschwitz. Għalxejn li żewġha kiteb lillMarixxall Petain, jitolbu biex jitħalla jibdel postu ma’ martu minħabba li saħħitha kienet fraġli u tbati bl-ażma. Konsegwenza tal-kundizzjonijiet atroċi li nżammet fihom, Irene mietet xahar wara. Minflok ma rċieva risposta mingħand il-Marixxall ta’ Franza, Michel Epstein ġie arrestat u, mal-wasla tiegħu f ’Auschwitz fis-6 ta’ Novembru 1942, ittieħed dritt għall-kamra tal-gass. Il-Pulizija Franċiża kompliet tgħarrex għaż-żewġ uliedhom żgħar biex tiddeportahom lejn Auschwitz bħall-ġenituri tagħhom. Denise u Elisabeth kienu xxurtjati biżżejjed li kellhom lill-governanti Cecile, li baqgħet taħbihom minn raħal għall-ieħor sa tmiem il-gwerra. Magħhom kienu dejjem iġorru bagalja blaffarijiet ta’ ommhom, fosthom il-manuskritt u notamenti tarrumanz Suite Francaise. Erbgħa u sittin sena wara l-mewt ta’ Irene Nemirovsky, Suite Francaise ġie ppubblikat f ’kapolavur. Editriċi ddeskrivietu hekk: “Finalment, nistgħu naqraw l-aħħar xogħol ta’ kittieba li poġġiet mera quddiem Franza waqt l-iktar siegħa mdallma tagħha.”


Austin LTI FX4 It-taxi ta’ lewn iswed li nsibu f ’Londra hija sinonima ħafna ma’ din il-belt Ingliża. Prodotta minn bosta manifatturi flimkien, din ġiet mibjugħa minn Austin bħala mudell Austin FX4. Hija l-iżjed mudell li għamel suċċess bħala taxi, minkejja li kellu bosta tibdiliet tul is-snin. Il-kumpaniji li ħadmu fuq dan il-mudell kienu: Austin bħala disinjaturi megħjuna minn Mann & Overton li kkummissjonawha, u Carbodies li ħadmu il-body tagħha u għaqqduha lesta għall-bejgħ. L-Austin FX4, li kienet prodotta bejn l-1958 u l-1982, hija suċċessur tal-FX3 li kienet prodotta bejn l-1948 u l-1958. L-FX4 kienet tiġi mgħammra bi trażmissjoni awtomatika u dik manwali kienet bħala żieda lil hinn min-norma tagħha, iżda dejjem b’magni diżil. Lejn is-snin sebgħin, dawk bi trażmissjoni manwali żdiedu ferm iżjed fil-popolarità tagħhom. Fir-Renju Unit dawn jirreferu għalihom bħala hackney carriage; kelma li ġejja mil-lingwa Franċiża (haquenee) li tfisser żiemel ta’ daqs medju li kien ikun rakkomandat għal sewwieqa nisa. Hemm ukoll varjazzjonijiet oħra ta’ din il-kelma fosthom għal villaġġ żgħir bl-istess isem li llum jagħmel parti minn Londra. Il-kelma hackney ilha tintuża għal bosta snin, tant li nsibu dokumentazzjoni bikrija ħafna bħala hackney-coach li kien diġà jintuża fl-1621. Minn karozzelli miġbuda minn żwiemel, għal vetturi motorizzati dejjem baqa’ popolari l-kulur iswed, tant li anke jirreferu għalihom bħala black cabs. Iżda baqa’ jissemma ħafna l-kulur tad-deheb li nżebgħu dawn il-vetturi fiċ-ċelebrazzjonijiet ta’ għeluq il-ħamsin sena tar-Renju tar-Reġina fl-2002. Kien hemm bosta kuluri oħra li nżebgħu bihom dawn it-taxis; minn kuluri vivaċi għal kuluri

b’disinni varji li jirreklamaw bosta prodotti jew kumpaniji. Storikament, karozzi salloon b’erba’ bibien kienu popolari ħafna bħala hackney carriages. Iżda maż-żmien bdew jiżdiedu ir-regolamenti għall-persuni b’diżabbiltà, maż-żmien spiċċaw adottaw taxis li kapaċi jakkomodaw wheelchair, bħalma għamlet il-kumpanija London Taxi International (LTI). Sabiex xufier ikun jista’ jsuq hackney-carriage, dan irid jgħaddi minn test imsejjaħ The Knowledge, fejn wieħed irid juri li għandu għarfien intimu mal-ġeografija tat-toroq ta’ Londra, bini importanti, eċċ. Jeżistu wkoll żewġ tipi ta’ badges: dik ta’ lewn safrani li tindika li xufier kapaċi jsuq f ’żoni suburbani, u dik ta’ lewn aħdar għal Londra kollha. Preżentament insibu mal21,000 black cab f ’Londra, hekk kif liċenzjati mill-Public Garage Office.

Il-qalba minn LTI FX4 għal TX4 Din il-qalba ħolqot ħafna kontroversja b’mod speċjali għallfatt li d-disinn tal-LTI FX4 sar sinonimu ħafna mal-belt ta’ Londra u ħadd ma immaġina li dan xi darba seta’ jinbidel. It-TX4 hija l-aħħar mudell prodott minn The London Taxi Company, illum il-ġurnata kumpanija sussidjarja ta’ Geely Automobile. Insibu diversi varjetà ta’ mudelli tul is-snin, li jinkludu: Mann & Overton (illum il-ġurnata LTI) li ħadmu Unic, Austin London Taxicab, Austin Fx3, Austin/Carbodies/LTI FX4 u Fairway, LTI TX1 u TX4; Mercedes-Benz li tagħhom jintuża Vito W639; Morris; London Ġeneral Cab Co li tuża s-Citroen; Beardmoew li jużaw Nuffield Oxford Taxi u Beardmore Mk 1 sa Mk 7; u Metrocab li użaw MCW/Reliant/Hooper Metrocab.

Austin LTI FX3

TX4


20 03|01|2016

kullħadd.com

KAROZZI

TNEDIJA UFFIĊJALI TAL-BMW X1

Waqt spjegazzjoni mis-Sa Gail Cuschieri

Dehra minn quddiem tal-BMW X1 ALAN SALIBA sales@kullhadd.com F’attività li saret nhar l-Erbgħa 16 ta’ Diċembru, f ’ristorant f ’Portomaso, ġie imniedi il-BMW X1 – mudell kompletament ġdid li, b’dehra moderna għall-aħħar, xorta waħda żamm il-karatteristiki ewlenin li joffru l-mudelli kollha ta’

BMW. F’diskors qasir ħafna li sar mis-Sur Christoph Svoboda, Direttur Maniġerjali ta’ BMW Malta, irringrazzja lil dawk kollha preżenti għal din it-tnedija u sostna li kien ta’ unur għalihom li qed jospitawna għal din l-attività. Minnaħa l-oħra, is-Sur Kenneth Mizzi, Direttur Maniġerjali ta’

BMW X1: fuel consumption, urban: -7.6 l/100 km, extra-urban: -5.6 l/100 km, combined: -6.3 l/100 km. CO 2 emissions -127 g/km, combined: -(4.8-5.0).

Muscat Motors, ta ħarsa fuq fuq fuq dan il-mudell. “Hija karozza mill-isbaħ bħalma, fuq kollox, huma l-karozzi kollha BMW,” sostna s-Sur Mizzi. Huwa żied jgħid li sar kambjament kbir fuq ilmudell preċedenti fejn dan tal-aħħar huwa iqsar fit-tul, u ogħla sabiex jipprovi rikba aħjar lis-sid il-ġdid. Minkejja

The All-New BMW X1.

www.bmw.com.mt

Sheer Driving Pleasure

li huwa crossover, meta wieħed isuq dan it-tip ta’ karozza jieħu l-impressjoni li qed isuq SUV ikbar, tenna s-Sur Mizzi. Huwa temm id-diskors tiegħu billi awgura s-sena t-tajba lil dawk kollha li kienu preżenti. Ħarsa lejn id-dehra talBMW X1 Dan il-mudell il-ġdid huwa 53mm ikbar fl-għoli tiegħu, bis-seat tax-xufier ogħla 36mm, biex jagħti viżwal iżjed ċar tat-triq. Huwa żgħir fid-daqs tiegħu u l-qalba għal front-wheel drive toffri spazju ikbar fuq ġewwa; spazju għas-saqajn u fil-bagoll. L-ispazju tal-bagoll tella’ total ta’ 505lt, filwaqt li meta s-seats ta’ wara jkunu magħluqa l-ispazju jikber għal 1,550lt. Il-kobor fil-qies tal-X1 offra dehra oriġinali għall-aħħar fuq ġewwa ta’ din l-SUV, b’dehra muskolari u aggressiva fuq barra, b’rimmijiet standard ta’ 17-il pulzier b’għażla li jistgħu jikbru sa 19-il pulzier. Il-magna Dan il-mudell jiġi f ’diversi varjazzjonijiet bħala magni, b’dik standard tkun 2.0lt petrol jew diżil. Hemm ukoll xDrive20i, xDrive25i, xDrive18d u xDrive25d kif ukoll sDrive20i li tkun front-wheel drive. Il-magni kollha jiġu disponibbli t-teknoloġija TwinPower Turbocharger. Il-magni xDrive25i u xDrive25d għandhom 231 horsepower u l-magni petrol ikollhom 258lb-ft ta’ momentum u dawk diżil ikollhom 332 lb-ft. Il-mudell standard huwa disponibbli b’gearbox awtomatika bi tmien gearijiet, u l-xDrive18d huwa disponibbli b’gearbox manwali b’sitt gearijiet.

EMBRACE THE UNKNOWN. THE ALL-NEW BMW X1. STARTING FROM €38,000. Muscats Motors Ltd. Rue D’Argens, Gżira Phone: 2326 4581/2 Email: info@mml.mizzi.com.mt bmw.com.mt

20 x 3.indd 1

Informazzjoni ġenerali Għal dawk kollha li għandhom biża’ minn vettura frontwheel drive u qed iħarsu lejn 02/12/2015 15:05

din il-vettura, m’għandhomx għalfejn. Is-sistema all-wheel xDrive hija kapaċi tibgħat trażmissjoni lir-roti ta’ wara daqslikieku tingrana fuq wara. Din, fil-fatt, hija karozza frontwheel drive normali, iżda meta tilħaq ċertu saħħa l-magna awtomatikament tqassam il-forza tagħha fuq l-axle ideali biex iżżomm 100% stabbiltà. Ix-chassis ta’ din il-vettura huwa ħafif, maħdum fuq bażi ta’ aluminju. Għalhekk, minkejja li dan huwa front wheel-drive, huwa faċilment komdu biex timmanuvrah mingħajr problemi. Dan il-BMW X1 huwa disponibbli f ’diversi għażliet skont ix-xewqa tal-klijent. Fost dawn insibu: dynamic damper control, adaptive cruise control, saqaf panoramiku, heads-up display, u traffic jam assist li jieħu l-kontroll waħdu u kapaċi jlaħħaq sa’ 37mph waqt li jikkontrolla l-veloċità, distanza viċina minn vetturi oħra, u jżomm fil-karreġġata li jkun qed jinstaq fiha. Għalhekk, l-X1 mhux biss ser ikun il-‘baby’ tal-BMW, iżda se jkun ukoll wieħed mill-iżjed mudelli sofistikati u high-tech, ftit iżjed mill-mudelli l-oħra ta’ BMW. Barra minn hekk, dan ilmudell jista’ jiġi personalizzat b’għażla kbira ta’ kuluri kemm fuq barra tal-vettura kif ukoll fuq ġewwa. Hemm għażla kbira ta’ aċċessorji oriġinali, kuluri fuq barra kif ukoll fuq ġewwa li jistgħu jkunu jikkumplimentaw dawk ta’ barra. Dan jagħmilha possibbli biex konsumatur ikollu BMW X1 personalizzat kompletament. Meta wieħed jagħmel ordni ta’ X1, jgħaddi perjodu ta’ erba’ xhur sakemm dan jasal. Il-BMW X1 huwa disponibbli għal test-drive mill-unika aġenti tal-karozzi BMW li jinsabu għand Muscat Motors, Triq D’Argens, il-Gżira. Għal iżjed informazzjoni ċempel 2326 4581/2 jew ibgħat email lil info@mml.mizzi.com.mt


KAROZZI

kullħadd.com

03|01|2016 21

STADJU ĠDID FIL-FTEHIM TA’ KOPERAZZJONI BEJN IL-PSA PEUGEOT CITROEN U TOYOTA

Il-PSA Peugeot Citroen u Toyota Motor Europe (TME) għadhom kif varaw il-mudell Citroen Space Tourer, Peugeot Traveller u Toyota Proace. Dawn se jkunu disponibbli fil-verżjonijiet MPV għall-użu privat u użu ċivili għall-finijiet ta’ negozji. Dawn iż-żewġ kumpaniji, għalhekk, ikkonfermaw il-kontiwnazzjoni tal-ftehim ta’ koperazzjoni li kien iffirmat lura fl-2012. It-tliet vetturi se jiġu mnedija fl-ewwel nofs tal-2016 u se jkunu preżenti fil-posti rispettivi tat-tliet kumpaniji fil-Geneva Motor Show li jmiss li se jsir f ’Marzu. “Aħna ninsabu kuntenti ħafna li qed nippreżentaw dawn it-tliet vetturi ġodda, riżultat tal-koperazzjoni ma’ Toyota Motor Europe. Dan il-ftehim ippermettielna li niżviluppaw pjattaforma ġdida u effiċjenti. B’hekk se nkunu qed noffru prodotti moderni u ta’ kwalità lill-klijenti tagħna madwar id-dinja,” sostna l-Kap tal-Programm u tal-Istrateġija tal-PSA Peugeot Citroen, Patrice Lucas. “Ninsabu kuntenti ħafna li l-kollaborazzjoni li bdejna fl-2012 mal-PSA Peugeot Citroen qed trendi dawn il-mudelli tat-Toyota Proace,” sostna l-President u l-Kap Eżekuttiv tat-TME, Johan van Zyl. “Iż-żewġ timijiet ħadmu qatigħ flimkien kif ukoll fuq livell individwali, u jien ninsab kunfidenti li dan il-mudell il-ġdid u distintiv tagħna, bil-var-

jetajiet kollha tiegħu, se jkun qed isaħħaħ l-offerta kummerċjali tat-Toyota madwar l-Ewropa. Dan il-mudell ġdid tal-Proace se jkun qed isaħħaħ l-offerta ta’ Light Commercial Vehicles li toffri Toyota fl-Ewropa. Il-Proace se jikkumplimenta l-firxa soda u durabbli li konsumaturi jistennew mill-vetturi Toyota.” L-ewwel Toyota Proace kienu bbażati, mill-2013, fuq il-ġenerazzjoni preżenti tal-vetturi Peugeot Expert u Citroen Jumpy. Kien maqbul li fil-bidu tal-kollaborazzjoni fl-2012, il-kumpaniji jkunu jistgħu jaħdmu flimkien fuq vetturi ta’ ġenerazzjoni oħra, liema kollaborazzjoni għandha tibqa’ sejra sal-2020. L-għan ta’ din il-kollaborazzjoni huwa li ż-żewġ kumpaniji jkunu kapaċi joffru prodott kompetittiv fis-sezzjonijiet tal-mid-size light commercial vehicle, kemm shuttle u combi u jibbenefikaw mill-iżvilupp u l-ottimizzazzjoni tal-ispiża tal-produzzjoni. Dawn il-vetturi nħadmu fl-impjant tal-PSA Peugeot Citroen f ’Sevelnord f ’Valenciennes fi Franza. Il-kumpanija Toyota Motor Europe tat is-sehem tagħha fl-iżvilupp u fl-ispejjeż tal-investiment industrijali ta’ dawn il-karozzi l-ġodda. Dawn il-mudelli l-ġodda kollha għandhom il-karatteristiki tekniċi tagħhom, powertrains u t-tagħmir meħtieġ, kif ukoll joffru stil distintiv li jistabbilixxi l-prinċipji tad-disinji tad-ditta tal-karozza.

DEBONO

FINANCE

For more information contact: Michael Debono Limited Mdina Road, Żebbuġ Tel: 2269 4000 sales@toyota.com.mt www.toyota.com.mt

Toyota Malta

Toyota Gozo Showroom Mġarr Road, Xewkija XWK 9015 - Gozo Tel: 2156 1122 / 2156 1117 ggs@toyota.com.mt

5

year

WARRANTY

ONLY 5.5% VARIABLE RATE OVER 6 YEARS


22 03|01|2016

kullħadd.com

KAROZZI

UĦUD MILL-AQWA KAROZZI TAL-2015

Sport Car – Ferrari LaFerrari

Entry-Luxury Compact – BMW 2 series

Entry-Luxury – BMW 3 Series

Premium Sport Compact – Audi S3

Electric – Fiat 500E

Hybrid – Toyota Prius

Muscle Car – Ford Mustang

Full-size Sedan – Toyota Avalon

Station wagon – Mercedes Benz e-Class

Pick-up – Toyota Tacoma

Van – Ford Transit Connect

Compact – VW Golf

Sport Compact – VW Golf GTi

Sedan (family) – VW Passat

Small Luxury SUV Crossover – BMW X1

NEW PEUGEOT 208

AWAKEN YOUR INNER ENERGY

Best Lightwieght Street Bike – KTM Duke 390

Peugeot Malta

www.peugeot.com.mt Combined consumption (l/100 km): from 3 to 5.6. CO2 emissions (g/km): from 79 to 129.

Best Cruiser – Indian Cheif Classic

Michael Attard Ltd. – National Road, Blata l-Bajda – T: 2123 8854 – M: 79 406 607 – E: sales@michaelattard.com 1063. Peugeot - 208 Ad - 13x4.indd 1

04/09/2015 15:02


KALEJDOSKOPJU

KURŻITAJIET

kullħadd.com

03|01|2016 23

Fatti miġbura minn

CHARLES B.

SPITERI

ĠRAW BĦAL-LUM

930: Id-Duka Alberik II ta’ Spoleto jaħtar lil ibnu bħala l-Papa Ljun VII. 1496: Leonardo da Vinci jipprova, bla ma jirnexxilu, itajjar magna tat-titjir li għamel. 1521: Martin Luther jisfa skumnikat mill-Knisja Kattolika Rumana, minn Papa Ljun X. 1833: Il-Brittanja tieħu l-kontroll tal-Gżejjer Falkland, fin- naħa t’isfel tal-Atlantiku. 1925: Benito Mussolini jxolji l-Parlament Taljan u jinħatar dittatur. 1933: Minnie D. Craig issir l-ewwel mara eletta bħala Speaker tad-Dar tar-Rappreżentanti f ’North Dakota u l-ewwel Speaker mara f ’kull post ieħor fl- Istati Uniti. 1945: Winston Churchill, Prim Ministru Brittaniku jżur Franza. 1945: Aircraft carriers Amerikani jattakkaw Okinawa. 1946: Bħala tpattijia għall-koperazzjoni tiegħu fi żmien il- gwerra, il-Gvernatur Thomas E. Dewey iwaqqaf is- sentenza ta’ ħabs lil Charles ‘Lucky’ Luciano, bil- kundizzjoni li ma jirreżistix id-deportazzjoni tiegħu lejn l-Italja. 1947: L-ewwel sessjoni tal-ftuħ tal-Kungress li se tiġi mxandra bit-televiżjoni. 1951: Disa’ tobba Lhud fil-Kremlin ‘mikxufa’ li huma aġenti Ingliżi jew Amerikani. 1956: Nar jagħmel ħsara fil-parti ta’ fuq tat-Torri Eiffel. 1958: Edmund Hillary jasal fil-Pol tas-Sud bl-art. 1958: Tiġi ffurmata l-Federazzjoni tal-West Indies. 1959: L-Alaska ammessa bħala d-49 stat Amerikan. 1961: L-Istati Uniti tikser ir-relazzjonijiet diplomatiċi tagħha ma’ Kuba. 1962: Il-Papa Ġwanni XXIII jiskomunika lil Fidel Castro. 1972: L-Armata Repubblikana Irlandiża (IRA) tisplodi bomba fi Triq Callender f ’Belfast, u jweġġgħu 60 persuna. 1977: Roy Jenkins, li kien il-Home Secretary, iħabbar l-intenzjoni tiegħu li jkun l-ewwel President Brittaniku tal-Kummissjoni Ewropea. 1988: Margaret Thatcher issir l-iktar Prim Ministru Brittaniku li damet isservi f ’dan is-seklu. 1989: Il-gazzetta Russa Izvestia jkollha l-ewwel reklam kummerċjali. 1990: Il-mexxej tal-Panama, il-Ġeneral Manuel Noriega, iċedi f ’idejn l-aworitajiet Amerikani. 1991: Iżrael jiftaħ mill-ġdid il-konsulat tiegħu fl-Unjoni Sovjetika wara 23 sena. 1991: Tmien uffiċjali Iraqini jitkeċċew mill-ambaxxata fil- Gran Brittanja. 1992: 32 Kuban jaħarbu lejn l-Istati Uniti permezz ta’ ħelikopter. 1993: Iffirmat f ’Moska t-trattat tat-tnaqqis tal-armi Start II, minn George Bush (għall-Amerika) u Boris Yeltsin (għar-Russja). 1994: Mijiet maqtula fi rvell f ’ħabs fil-Venezwela. 2004: It-titjira 604, f ’Boeing 737 ta’ Flash Airlines, ajruplan Eġizzjan, jaqa’ fil-Baħar l-Aħmar u jmutu l-148 persuna abbord. 2009: Il-forzi Iżraeljani tal-art jinvadu Gaża. 2015: 18-il ruħ imutu wara li l-bastiment tal-merkanzija Norveġiż, l-MS Bulk Jupiter, jegħreq ’il barra mill- kosta tal-Vjetnam.

ĦSIEB TAL-ĠIMGĦA “Min dejjem irid jitkellem hu biss, ikun qed jirripeti; min ikun kapaċi jisma’ wkoll, jista’ jgħid li jitgħallem xi ħaġa ġdida.” Id-Dalai Lama

PROPOSTA TA’ ŻWIEĠ MHUX TAS-SOLTU

Jingħad li l-imħabba ma tafx limiti, iżda safejn jistgħu jaslu l-bnedmin biex juru dak li tabilħaqq iħossu fihom infushom? Milli jidher…it-triq kollha sal-istratosfera! Meta wasal iż-żmien li Shawn Wright minn Calgary, Alberta, jipproponi ż-żwieġ lill-għarusa tiegħu, id-dinja ma kinitx biżżejjed. Allura, rabat iċ-ċurkett tal-għerusija ma’ bużżieqa li tiflaħ it-temperatura u tellgħu 30 metru fis-sema. L-ewwel darba li ħaseb fiż-żwieġ tagħhom kien is-sena li għaddiet, meta marru għal mawra sa Barċellona; għalkemm ilhom namrati sitt snin u kienu jafu lil xulxin għal dawn l-aħħar 20 sena. Għalhekk, minn meta rritornaw, Shawn xtara ċ-ċurkett tal-għerusija, u għamel apparat li għammru bi trażmettatur tar-radju, GPS u Go Pro biex ikun jista’ jara l-veduti. Wara li tellgħu fl-ajru, iċ-ċurkett ivvjaġġa għal erba’ sigħat u mess ukoll mal-istratosfera qabel ma niżel 300 kilometru mnejn beda l-vjaġġ tiegħu. Shawn mar għalih, tellgħu minn vaska bl-ilma u wera l-vidjow lill-għarusa tiegħu Maylynn Stephenson. Din tbissmitlu u qablu li jiżżewġu din is-sena b’Bali.

JIRRISKJA ĦAJTU BIEX ISALVA KELB

Raġel li kien għal vaganza rriskja ħajtu biex salva kelb li waqa’ fuq blata sitt piedi ’l isfel mill-art, fi rdum ta’ 320 pied. Derek Shaw daħal fl-azzjoni biex isalva l-border collie waqt li kien miexi fil-quċċata ta’ rdum fi Cromer, in-naħa ta’ fuq ta’ Norfolk, flimkien ma’ martu Ann. Hu xxabbat mal-irdum biex jiġbed il-pet – li kien ilu mitluf 21 siegħa – biex salvah, waqt li turist ieħor, Beverley Sallis, żammlu saqajh biex ma jegħlibx għal isfel. Il-kelb kien fuq xifer ta’ sitt pulzieri, u b’hekk ippermetta lil Derek jaqbdu mill-kullar u jsalvah. Minnufih ċempel lill-għaqda tal-klieb, li kkuntattjaw lil sidu, biex ma damux ma reġgħu ngħaqdu flimkien. Intqal li l-kelb, bl-isem ta’ Millie, kien ilu mitluf il-lejl kollu fuq il-biċċa blata qabel ma kien salvat.


24 03|01|2016

kullħadd.com

KUN AF

KUN AF

IL-QTIL TAL-BARRI FL-ARENA HUWA L-IKTAR QTIL BRUTALI Kurżitajiet minn hawn u minn hemm Kitba ta’

SAVIOUR

MAMO

Fl-Ewropa u fl-Amerika Latina jmutu madwar 250,000 barri kull sena. Tgħid għax jimirdu? Le, xejn minn dan. Dawn jinqatlu ttorturati, sempliċiment għall-gost u d-divertiment tal-ispettaturi. Skont l-aħħar stħarrig, fi Spanja, 72% taċ-ċittadini mhumiex interessati filġlied tal-barri. Minħabba l-ftit li jħobbu l-ġlied talbarri, qegħdin iħallu din ittradizzjoni inumana tibqa’ għaddejja. Fortunatament, kemm fl-Ewropa kif ukoll flAmerika ta’ Isfel qiegħed isir sforz biex dan l-ispettaklu ta’ dmija jispiċċa. Perjodu ta’ kefrija. Magħruf bħala ‘Corriga’, ilġlied tal-barri hu pprattikat l-iktar fi Spanja, il-Portugall, Franza u l-Amerika Latina (il-Messiku, il-Kolumbja, l-Ekwador, il-Perù u l-Venezwela.) F’arena mballata bin-nies il-barri jinqatel fost ċapċip u briju kbir. Kull sena, fl-Ewropa biss, jinqatlu mal40,000 barri b’dan il-mod. F’dawn il-pajjiżi, din il-wirja ta’ qtil tiġbed ħafna turisti u mhux faċli li tinqered għalkollox. Din il-wirja ta’ m,demmija ilha ssir minn żmien irRumani. Ir-ritwal tal-ġlieda tal-barri jvarja skont il-pajjiż. Fi Franza u l-Portugall il-barri jinqatel barra l-arena, wara li jkun għadda minn martierju kbir. Il-wirja Spanjola, jew aħjar ‘l-ispettaklu tal-martri’, jinqasam fi tliet serati ta’ 20 minuta l-waħda. F’kull waħda

jinqatlu żewġ barrin. L-ewwel fażi Hekk kif jidħol il-barri flarena, l-assistenti tal-matador, it-toreros, jibdew jipprovokaw u jinbxu lill-barri billi jxejru speċi ta’ mantell ta’ kulur aħmar jew ikħal. B’din l-attitudni l-barri jibda jdur u jiġri ’l hemm u ’l hawn mingħajr direzzjoni. Wara li l-barri jkun nofsu mifluġ, il-president talarena jagħti ordni biex jidħlu l-picadors – nies armati rekbin fuq iż-zżwiemel. Xogħolhom hu li jniffdu lill-barri b’lanza twila f ’għonqu. Kaġun ta’ hekk, il-barri jitlef ammont sostanzjali ta’ demm, jitlef issaħħa fil-muskolu ta’ dirgħajh u jnaqqas mill-aġilità tiegħu. Minħabba dan l-uġigħ kollu li jkun qiegħed iħoss, il-barri bilkemm ikun jista’ jgħolli rasu ’il fuq biex jiddefendi ruħu. Iż-żiemel ukoll ikun qiegħed f ’riskju ta’ xi daqqa mill-qrun tal-barri. Għalhekk, bħala protezzjoni, iż-żiemel ikun miksi b’kuxxunett id-dawra kollha. Mhux l-ewwel darba li ż-żiemel ikun ukoll vittma ta’ xi daqqa fatali. It-tieni fażi Issa jkun imiss li jidħlu flarena il-banderilleros, imsejħa el tercio de banderillas. L-iskop tattieni tercio hu li l-barri jerġa’ jqum fuq saqajh minkejja li jkun għajjien u muġugħ. Naturalment, biex il-wirja tiegħu tieħu iktar fit tul. Skont ir-regolamenti tal-ġlieda tat-

toru, il-matador irid idaħħal mill-inqas erba’ banderillas f ’għonq il-barri qabel l-attakk finali. Il-banderilli huma speċi ta’ lanzetti qosra tal-injam, iddekorati b’rix ikkulurit u ponta bil-garġi tal-azzar biex, meta tniffed, ma tinqalax. L’effett tagħhom hu li jċarrtu l-muskulaturi, il-vini prinċipali u n-nervituri li jagħtu għarras. Dawn ukoll jikkaġunaw ammont kbir ta’ telf taddemm u għeja kbira. It-tielet fażi F’din l-aħħar fażi jidħol matador ieħor, kollu xinxilli rrakkmati, b’mantell u xabla. Jekk ikun fadal ħin, il-matador ikompli jinbexx lill-barri sakemm jispiċċa mingħajr saħħa. Jekk dan jiskorri l-ħin, il-president tal-arena jagħti

struzzjoni biex jiżdiedu ħames minuti oħra. Meta l-barri jieqaf għalkollox, il-matador jagħmel l-aħħar azzjoni: imur quddiem il-barri u, b’rankatura, iniffidlu x-xabla f ’nofs għonqu, quddiem spaltu. L-għan hu biex jaqtagħlu l-vina prinċipali tas-sinsla ta’ għonqu. Jekk ix-xabla tidħol ħażin ikun hemm il-possibbiltà li jniffidlu l-pulmun u, jekk jiġri hekk, il-barri jista’ ma jmutx milewwel. Minn ħalq il-barri toħroġ xmara ta’ demm u jiżvina. F’każ ta’ agunija, ilbarri jinqatel bi stallett millmatador. Il-premju Il-premju jiddependi kemm dam jaħqar u jżeblaħ lillbarri qabel ma jinqatel. Dan ma jiħux xi somma flus jew

xi trofew tad-deheb, imma jieħu biss ċapċip mill-udjenza, li tissejjaħ ‘vuelta’. Huwa jagħmel dawra mal-arena fost briju u tfigħ tal-fjuri. Wara jingħata widnejn ilbarri maqtul u denbu (li jkun qata’ hu stess) bħala rigal. Ilkarkassa kollha dmija tal-barri tinġibed barra mill-arena miżżwiemel fejn wara tinbiegħ lill-ħwienet tal-laħam. Protesti Kulma jmur id-dinja qiegħda ssir iktar konxja tal-moħrija tal-annimali. Minkejja li spiss ikun hemm protesti kontra l-ispettaklu tal-qtil tal-barrin, xorta dan l-att barbaru għadu jsir. Tista’ forsi ssir xi ħaġa mill-pajjiżi l-kbar (bħal boycott) biex din il-moħqrija tieqaf darba għal dejjem.


MADWARNA

kullħadd.com

03|01|2016 25

IR-RABA’ EDIZZJONI TAL-KUNĊERT DREAMS OF VIENNA

Nhar il-Ħadd 27 ta’ Diċembru 2015, l-Għaqda Mużikali Viżitazzjoni tal-Għarb Għawdex ippreżentat irraba’ edizzjoni tal-kunċert annwali tal-aħħar tas-sena bit-tema Dreams of Vienna – kunċert li, kif jixhed l-isem, dewwaqna mużika Vjenniża primarjament mill-pinna ta’ Strauss u anke mill-pinna talkompożitur ieħor Vjenniż Karl Michael Ziehrer. Il-Banda talGħaqda Mużikali Viżitazzjoni tal-Għarb, li kienet taħt iddirezzjoni tas-surmast tagħha l-Mro George Apap, esegwiet għadd ta’ valzi, polkas u anke marċi popolari. Il-kunċert sar fis-sala ewlenija tal-lukanda Kempinski f ’San Lawrenz Għawdex. Għal dan il-kunċert attenda wkoll il-Ministru għal Għawdex Dr Anton Refalo. Il-kunċert ġie ppreżentat minn Joe Chetcuti u Joanne Debono.

REKORD ASSOLUT GĦAL GĦAWDEX ATTENDENZA LI F’DAN IL-PERJODU TAL-MILIED QABŻET KULL TBASSIR Il-perjodu tal-festi tal-Milied kien wieħed tajjeb għas-settur turistiku Għawdxi. Ħafna mir-ristoranti Għawdxin fid-diversi lokalitajiet madwar Għawdex irrappurtaw xogħol tajjeb fil-ġranet ta’ qabel il-Milied, f ’nhar il-Milied u, aktar minn hekk, fi tmiem il-ġimgħa li nzerta eżatt wara l-ġurnata tal-Milied. Dan il-fatt pożittiv kien korraborat minn statistika tal-Gozo Channel. Jirriżulta li fi tmiem il-ġimgħa li għadda – fis-26 u fis-27 ta’ Diċembru – qasmu eluf ta’ Maltin lejn Għawdex. Miċ-ċifri tal-Gozo Channel jirriżulta li s-Sibt biss qasmu lejn Għawdex aktar minn 10,500 passiġġier u 2,500 karrozza. Din ix-xejra kompliet il-Ħadd fejn b’kollox ivvjaġġaw 10,700 passiġier u 2,300 karozza. Dan ifisser li, meta mqabbel mas-sena l-oħra f ’dan l-istess perjodu, din is-sena kien hemm żieda ta’ aktar minn 81% fuq il-passiġġieri li telgħu Għawdex, u aktar minn 65% fl-ammont ta’ karozzi li qasmu bejn iż-żewġ gżejjer. Dan l-influss ta’ turisti Maltin għen ħafna biex id-diversi stabbilimenti turistiċi Għawdxin kellhom xogħol tajjeb. L-Assoċjazzjoni Maltija tat-Turiżmu, l-MTA, tikkonferma li s-settur tal-akkommodazzjoni, speċjalment fil-lukandi Għawdxin, irreġistra riżultati tajbin ħafna għal dan il-perjodu tas-se-

na, li normalment ikun relattivament żmien SUĊĊESS KBIR GĦAĊ-ĊELEBRAZZJONIJIET TAL-AĦĦAR TAS-SENA kwiet ħafna. Dan iċ-ċaqliq qawwi ta’ Maltin lejn Għawdex kien dovut għal diversi fatturi, fosthom l-attivitajiet marbuta mal-Milied miġbura taħt il-programm Milied f ’Għawdex. Fost dawn l-attivitajiet li ġibdu dan it-turiżmu intern lejn Għawdex kien hemm Betlehem f ’Għajnsielem, il-presepju oriġinali Suq u Mexxi, diversi presepji ħajjin oħra fin-Nadur u fix-Xagħra, kunċerti mużikali, korali tal-Milied, u numru impressjonanti ta’ presepji għall-wiri madwar Għawdex kollu. Dan l-andament pożittiv juri kemm il-ħidma tal-Minsiteru għal Għawdex qed tħalli l-frott mixtieq. Il-mira tal-Ministeru għal Għawdex hi li Għawdex ikun il-mutur li jixpruna l-ekonomija, kif ukoll li Għawdex ikun ħaj matul is-sena kollha. Fi kliem l-istabbilimenti Għawdxin, dan l-andament pożittiv mistenni li jżid matul din il-ġimgħa, u b’mod speċjali għall-aħħar tas-sena u tmiem il-ġimgħa ta’ wara. Kollox jindika li kemm l-akkommodazzjoni kif ukoll l-istabbilimenti tal-ikel se jkollhom negozju tajjeb. Kollox ma’ kollox, dan huwa perjodu tant mistenni mis-settur turistiku għax jiġi fix-xitwa, staġun li normalment ikun l-iktar wieħed diffiċli għas-suq turistiku.

Riunjoni li fakkret l-40 anniversarju mill-ewwel Diploma in Business Management li saret flMCAST. Bosta kienu li ftakru fiż-żmien li qattgħu flimkien matul il-kors.

Folol kbar, aktar milli kien imbassar, attendew għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-aħħar tas-sena organizzati minn Fondazzjoni Valletta 2018 meta iktar minn 70,000 ruħ irrispondew għall-invit biex jilqgħu s-sena l-ġdida fi Pjazza San Ġorġ. Il-folol baqgħu sejrin sa Triq ir-Repubblika, Triq il-Merkanti u toroq oħrajn fil-kapitali Maltija. In-nies setgħu jgawdu bla ħlas spettaklu ppreżentat mill-Orkestra Filarmonika Maltija u kantanti oħrajn li ħejjew serata unika ta’ divertiment. Il-Gvern jirringrazzja lill-awtoritajiet kollha u lill-organizzaturi kollha biex din l-attività nazzjonali setgħet timxi b’mod tajjeb ħafna. L-attività kienet sforz kollaborattiv bejn il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, il-Ministeru għat-Turiżmu u Fondazzjoni Valletta 2018.


26 03|01|2016

kullħadd.com

MADWARNA

IS-SENA ĊINEMATOGRAFIKA 2015

Rapport ta’ paġni regolari tal-films ta’ din CARMEL BONNICI il-ħarġa ssibu l-aqwa għoxrin li għoġbuni, skont il-preferenza (ma nistenniex li taqblu miegħi Is-sena li għaddiet, f ’dak li speċjalment f ’dak tal-post jirrigwarda ċ-ċinema, kienet numru 1). waħda varjata sew. Bħal qabel, jiddominaw fuq kollox, insibu Il-blockbusters u films l-blockbusters, produzzjonijiet animati li jqumu l-miljuni kbar ta’ dollari, b’effetti speċjali viżwali Il-films epiċi moderni tal-meravilji u kważi kollha huma dawk ibbażati minn bil-proċess effettiv tad-3D fuq il-kotba komiks dwar diġitali. Kull xahar ta’ matul is-supereroja, dawk dwar is-sena konna nsibu mill-inqas il-fantasija oskura u anke wieħed minn dawn il-films qed l-mitoloġija. Oħrajn jinkludu jintwera fit-teatri. Naturalment, films ta’ azzjoni furjuża, diversi dawn ikunu aktar spissi fix- minnhom parti minn xi serje, xhur tas-sajf. Warajhom, u bħal ta’ James Bond, Mission ġieli wkoll f ’kompetizzjoni Impossible, Terminator, Mad magħhom, dejjem ikunu Max, The Hunger Games, eċċ. popolari l-produzzjonijiet Il-maġġoranza jintwerew bitanimati li jattiraw lill-familji. 3D diġitali biex l-azzjoni sfiqa Però, inħoss li din is-sena u l-istraġi li jkun fihom aktar ħafna minnhom ma kinux joffru impatt u jippumpjaw tal-istess livell tal-2014. Is- l-adrenalina fejn wieħed jista’ sequels jew reboots li, nista’ aktar jimpressjona ruħu. Fost ngħid, saru moda kif ukoll l-aħjar produzzjonijiet ta’ dan mistennija, reġgħu ma naqsux. il-ġeneru nqis Mad Max: Fury Perpetwament popolari huma Road; Jurassic World; San Andreas l-kummiedji, uħud minnhom (imfawwar b’qerda tremenda); ta’ livell pwerili, iżda li xorta The Hunger Games: Mockinjay, waħda jagħmlu suċċess, u Part 2 (verament final glorjuż l-produtturi huma konxji ta’ għal din is-serje); Star Wars, din it-tendenza. Episode VII: The Force Awakens; Ġeneru ieħor ta’ xogħlijiet Avengers: Age Of Ultron; Mission li jibqgħu jinħadmu huma Impossible: Ghost Protocol u dawk tal-biża’ u t-twerwir; oħrajn. Mill-banda l-oħra, ma produzzjonijiet li hawn ħafna tantx laqatni Terminator Genisys fanatiċi għalihom. Il-films u ddisgustani The Last Witch serji u dawk ikklassifikati Hunter. bħala art movies jistennewhom Xogħlijiet ta’ azzjoni spinta ukoll selezzjoni żgħira ta’ nies. ma naqsux u l-aħjar fosthom Diversi films ta’ dan it-tip kienu Blackhat; Run All Night; qed jintilfu għax ma joħorġux The Gunman; Fast And Furious fis-ċinemas tagħna; aktarx li 7; Maze Runner: The Scorch s-sidien tas-swali ma jiħdux Trials u oħrajn. gost bihom. Dawk romantiċi, Il-films animati baqgħu drammi soċjali, melodrammi għaddejjin b’ritmu qawwi u oħrajn dwar il-kriminalità matul l-2015 u sikwit konna wkoll għandhom is-segwaċi nsibu wieħed minn dawn tagħhom. jokkupa l-ewwel post għal F’dan ir-rapport annwali, diversi ġimgħat fil-lista ta’ it-tieni wieħed konsekuttiv l-aqwa ħames films fidtiegħi, mhux possibbli nsemmi dħul tal-flus ta’ kull ġimgħa. l-films kollha li ġew esibiti Sinċerament inħoss, iżda, li u jista’ jkun ukoll li nsejt xi l-livell ta’ dawn naqas xi ftit wieħed mit-tajbin barra. Fil- mis-sena ta’ qabel. Għall-

kuntrarju, wieħed tassew meraviljuż u inġenjuż kien dak ta’ Disney Inside Out, li ssupera b’mod konvinċenti lill-oħrajn kollha. Produzzjonijiet oħra tajbin kienu, Big Hero 6; Home; Minions; Hotel Transylvania 2 u The Good Dinosaur. Films normali li kienu jappellaw għall-familja nsibu ruxxmata, bl-aħjar fosthom ikunu Cinderella; A Royal Night Out; Tomorrowland – A World Beyond; Hot Pursuit; No Escape u In The Heart Of The Sea.

Sequels u reboots Dawn iż-żewġ ġeneri ta’ produzzjonijiet issa saru xi ħaġa neċessarja. Filwaqt li fissena 2016 se nistennew ħafna aktar minnhom, f ’din is-sena li għaddiet kellna wkoll patafjun. fosthom sequels bħal The Second Best Exptic Marigold Hotel; The Spongebob Movie: Sponge Out Of Water; Ted 2; Magic Mike XXL; Paul Blart: Mall Cop 2; Hot Tub Time Machine 2; Pitch Perfect 2 u oħrajn imsemmija matul dan ir-rapport. Films li reġgħu nħadmu (reboots), ġieli b’andament xi ftit differenti, huma Poltergeist; Fantastic 4; The Man From U.N.C.L.E. u oħrajn. Films tal-biża’ u t-twerwir Il-maġġoranza tal-films makabri li ħarġu kienu jew sequels jew prequels li jinkludu The Woman In Black: Angel Of Death; Sinister 2; Paranormal Activity: The Ghost Dimension u Knock Knock (varjazzjoni ta’ Death Game, 1977). Għalkemm f ’dan il-ġeneru ma kien hemm xejn speċjali, nixtieq infaħħar il-film It Follows tassew huwa oriġinali u mimli tensjoni imma li sfortunatament baqa’ għaddej inosservat. Stejjer veri imma inkredibbli Permezz taċ-ċinema sirna nafu

stejjer tassew straordinarji, kważi li ma jitwemmnux, iżda li ġraw tabilħaqq. Clint Eastwood, li dderieġa American Sniper ġab għall-attenzjoni tagħna l-ħila kapaċissima ta’ Chris Kyle, suldat Amerikan li ddistingwa ruħu fil-gwerra talIraq bil-mira tiegħu li ma tfallix bl-azzarin. Big Eyes jikxef minn veru kien responsabbli li pitter dawk il-kwadri ta’ tfal orfni melankoliċi b’għajnejhom kbar. Traġedja kbira laqtet lil Stephen Hawking, wieħed mill-aqwa mħuħ ta’ żmienna, fiż-żgħożija kif rajnieha f ’The Theory Of Everything. Xogħlijiet oħra bi stejjer reali, li aktarx ma nafuhomx, huma Woman In Gold, A Royal Night Out, Selma, Straight Outta Brooklyn, The Walk Suffragette u In The Heart Of The Sea. Films ta’ livell artistiku u ta’ stoffa Iċ-ċineasti li jħobbu films ta’ stoffa u serji kellhom ukoll fiex jedhew bi produzzjonijiet stupendi ta’ ġeneri varji. Fost dawn insibu films li jikkompetu fid-diversi festivals li jsiru u oħrajn li l-kritiċi jimlew b’ħafna tifħir. Uħud minn dawn huma: ’71; Birdman; Trash; Age Of Adaline; Mr Holmes; Legend; Macbeth; Black Mass; Crimson Peak, u oħrajn diġà msemmija f ’dan ir-rapport. B’eċċezzjoni nixtieq insemmi l-film taxxjenza fittizja Ex-Machina li aktar beda jogħġobni meta bdejt naħseb fuqu wara li rajtu. Dan hu xogħol uniku, eċċellenti, straordinarju u intelliġenti, tant li bdejt ngħożż il-kwalitajiet brillanti u inċisivi li rrakkonta. Side Street Films Wieħed mit-teatri tal-Eden Cinemas kompla juri films, ħafna minnhom ta’ valur artistiku, minn diversi nazzjonijiet, aktarx bis-

sottotitoli. Oħrajn kienu produzzjonijiet indipendenti li rnexxielhom jegħlbu ħafna limitazzjonijiet, fosthom dik li jsibu distributuri. Il-favorit tiegħi minn dawn il-films hu dak Kanadiż, Mommy, dwar relazzjoni diffikultuża bejn omm u binha li għandu mġiba vjolenti. Tajbin ħafna kienu wkoll Enemy; White God; Wild Tales; Timbuktu; The Wonders; Mia Madre u Tangerine. Ġie ppreżentat ukoll Love b’kontenut iebes u spint li jagħti ċans u għażla lil dawk l-udjenzi li jridu jsegwu xogħol jaħraq. L-agħar films tas-sena Għalkemm il-films ta’ livell baxx, pwerili u medjokri kienu ftit, dawn xorta jistgħu jissodisfaw lil xi sezzjoni ta’ spettaturi. Personalment, inqis dawn il-films f ’din ilkategorija: The Interview; Paul Blart; Mall Cop 2; Project Almanac; Knock Knock; Get Hard; Entourage; The Last Witch Hunter; Scouts’ Guide To The Zombie Apocalypse; u l-parti ta’ Angelina Jolie Pitt f ’By The Sea. Ir-Razzie Award, però, għandu jmur għal Hot Tub Time Machine 2, li verament mess il-qiegħ. Personalment, ma tantx ħadt grazzja ma’ Fifty Shades Of Grey, li rajtu vojt u sar għaġeb għalxejn fuqu. Konklużjoni Minkejja li forsi l-livell tal-films animati, li dejjem jagħmlu suċċess finanzjarju, naqas xi ftit, is-sena 2015 kienet aħjar f ’dak li jirrigwarda l-kwalità ċinematografika. M’iniex kuntent li t-teatru fil-Kavallier ta’ San Ġakbu m’għadux juri films, speċjalment dawk meqjusa bħala art movies, ħlief f ’xi festival rari. Nispiċċa billi nħeġġeġ lilludjenzi biex iżuru t-teatri taċċinema tagħna aktar ta’ spiss.


SKEDA

kullħadd.com

103 06.10 Pink Panther 06.50 Flimkien ma’ Nancy 07.50 Sejjaħtli Helpline 08.30 Paperscan 10.05 Aroma Kitchen 11.30 Cibus 12.30 Aħbarijiet 12.40 Easylife Telebejgħ 13.00 Dak li Jgħodd 14.10 Arani Issa 16.55 On D Road 17.30 Aħbarijiet 17.35 Telebejgħ 17.50 My Home (R) 18.50 Joe’s Kitchen 19.30 One News 20.10 Ieqaf 20 Minuta 20.35 Filfla 21.20 The Buddy 21.40 Aħbarijiet Round Up 22.40 Fresh & Funky (R) 23.10 Telebejgħ

102 07.00 Aħbarijiet 08.00 The Client (R) 08.45 Telebejgħ 10.15 Għalkulħadd 11.15 Quddiesa mis-Santwarju Ta’ Pinu 12.00 Distinti (R) 12.45 Telebejgħ 13.00 Intriċċi (R) 14.00 Aħbarijiet 14.05 Telebejgħ 15.20 Iswed fuq l-Abjad (R) 16.25 Mill-Familja Rjali 16.40 Wheelspin (R) 17.30 Flusek (R) 18.00 Aħbarijiet 18.05 What’s for Dinner 18.45 Newsfeed 19.30 Aħbarijiet 19.50 Newsfeed 20.30 Becky 21.30 Aħbarijiet 21.35 Replay

151 06.00 Lena 06.30 Cultura Memex 06.55 Heartland 07.38 Persi Tra I Boschi 08.20 Frigo 08.45 Il Nostro Amico Charly 09.30 I Nostri Amici Animali 10.15 Cronache Animali 11.00 Mezzogiorno In Famiglia 13.00 Tg2 Giorno 13.30 Tg 2 Motori 13.45 Sunday & Parker 15.10 Film. La Fontana Dell’amore 16.45 Tra Matrimoni E Divorzi 18.05 Film. Ice Princess 19.35 Squadra Speciale Cobra 11 20.30 Tg2 20.30 21.05 N.C.I.S. 21.50 Limitless 23.25 Film: Corsa A Witch Mountain

162 06.00 Media Shopping 06.57 Anica Flash 07.00 Find My Family Australia 07.55 Media Shopping 08.10 Tra Sogno E Realtà 09.00 Live A Casa Tua Speciale Mika 10.00 Il Matrimonio Piu’ Bello 12.10 Amiche Per Sempre 14.00 The Originals 15.40 Gossip Girl 17.20 Inga Lindstrom 19.20 Grey’s Anatomy 21.10 C’è Posta Per Te 23.40 Sos Family Business

372 06.00 Chopped 07.00 Amazing Wedding Cakes 08.00 The Kitchen 10.00 Chopped 11.00 Guy’s Big Bite 12.00 Diners Drive-Ins and Dives 15.00 Chopped 16.00 Siba’s Table 18.00 Rev Run’s Sunday Suppers 19.00 Chopped South Africa 20.00 Follow Donal to Vietnam 21.00 Girl Eat World 22.00 Diners Drive-Ins and Dives 23.00 Siba’s Table

412 06.00 Teleshopping 09.00 Pawn Stars 19.00 Mountain Men 21.00 Ancient Aliens 22.00 Storage Wars 23.00 Pawn Stars

03|01|2016 27

101 06.00 Aħbarijiet 07.30 Qalb in-Nies 08.00 Paq Paq on Test 08.15 Madwarna 08.45 Ħadt l-Aħbar 10.00 New Rooms 10.30 Malta u lil Hinn Minnha 12.00 Aħbarijiet 12.10 Ħadd Għalik 15.00 Ħbieb u Għedewwa 18.00 Aħbarijiet 18.15 Għawdex Illum 18.45 L-Irkant 19.15 Xjenzarti 20.00 Aħbarijiet 20.50 X-Factor 23.00 Aħbarijiet 23.15 Smack Down WWE

104 07.00 Aħbarijiet 08.30 Paq Paq on Test 08.40 Kelma għall-Ħajja 09.00 Quddiesa tal-Ħadd 09.45 Vatican Magazine 10.15 Qalb in-Nies 10.45 Madwarna 11.00 MEA 11.30 Awtokura 12.00 New Rooms 12.30 Venere 13.00 Paq Paq Lifestyles 13.30 Gadgets 14.00 Rockestra 2015 16.00 Luxdesign 17.00 Dwarna 18.00 Animal Diaries 19.00 Għawdex Illum 19.30 Kunċert tal-President għas-Sena l-Ġdida 20.55 Aħbarijiet għall-persuni b’nuqqas ta’ smigħ

150 06.00 Da Da Da Musica E Cinema Sole, Pioggia, Neve 06.30 Unomattina in Famiglia 09.45 Dreams Road 2015 Usa 10.30 A Sua Immagine 10.55 Santa Messa 11.50 A Sua Immagine 12.00 Recita Angelus 12.10 A Sua Immagine 12.20 Linea Verde 13.30 Telegiornale 14.00 L’Arena 16.35 Domenica In 18.45 L’Eredità 20.00 Telegiornale 20.35 Flavio Insinna Conduce Affari Tuoi Raddoppia 21.20 Tutto Può Succedere 23.20 Tg1 60 Secondi 23.25 Speciale Tg1

152 06.00 Fuori Orario 07.20 Zorro 08.10 Film. Miseria e Nobiltà 09.40 Doc Martin 10.30 Speciale Community Le Storie 11.10 Tgr Estovest 11.30 Tgr Regioneuropa 12.00 Tg3 12.15 Film. Poveri Milionari 13.45 Toto’ Ospite A Studio Uno 14.00 Tg Regione 14.09 Tg Regione Meteo 14.15 Tg3 14.30 Film. C’eravamo Tanto Amati 15.00 Tg3 LIS 15.05 Film. C’eravamo Tanto Amati 16.35 Kilimangiaro 19.00 Tg3 19.30 Tg Regione 20.00 Blob 20.10 Film: C’Era Una Volta Un Picco- lo Naviglio

153 07.35 Tg4 Night News 07.55 Media Shopping 08.25 Due Per Tre 08.57 Confessione Reporter 10.00 Santa Messa 10.50 Le Storie Di Viaggio A… 11.30 Tg4 Telegiornale 12.02 Agatha Christie 13.49 Donnavventura 14.50 Wild Alaska 16.25 Sfida A White Buffalo 18.51 Anteprima Tg4 18.55 Tg4 Telegiornale 19.35 Tempesta D’Amore 21.15 Le Comiche 2 23.10 No Problem

154 06.00 Prima Pagina Tg5 07.55 Traffico 09.10 Le Frontiere Dello Spirito 09.50 Bella Più Di Prima 11.00 Pianeta Mare 12.00 Melaverde 13.40 L’Arca Di Noé 14.01 Semplicemente Irresistibile 16.15 Domenica Rewind 18.45 Avanti Un Altro! 19.57 Prima Pagina Tg5 20.40 Paperissima Sprint 21.10 Riassunto 21.11 Il Segreto 23.31 I Misteri Di Villa Sabrini

155 06.50 Il Cucciolo Di Scooby 07.35 Titti E Silvestro 07.50 I Flinstones 10.35 Fratello Scout 12.25 Studio Aperto 13.00 Sport Mediaset 13.45 I Simpson 14.10 The Librarian 2 16.10 Lorax 17.35 La Vita Secondo Jim 18.28 Studio Aperto 19.00 La Vita Secondo Jim 19.30 Il Signore Degli Anelli 21.25 Il Tesoro Dell’amazzonia 23.25 Il Pianeta Rosso

300 06.00 Teletubbies 06.25 Green Balloon Club 06.50 Nina and the Neurons. In the Lab 07.05 Teletubbies 07.30 Nina and the Neurons. In the Lab 07.45 Doctors 09.45 EastEnders 11.40 Doctor Who 13.00 Last of the Summer Wine 14.00 Mr. Stink 14.55 Doctor Who 16.10 The Office 17.50 Sally Lockhart Mysteries 21.00 Crime and Punishment 22.30 Spooks

306 06.00 Tori Spelling 07.00 I Am Cait 11.00 Dash Dolls 15.00 Keeping Up With the Kardashians 20.00 House of DVF 23.00 Botched

307 06.00 Extreme Homes 06.50 Caribbean Life 07.15 Hawaii Life 07.40 Giada at Home 08.30 Healthy Appetite With Ellie Krieger 09.25 Caribbean Life 09.50 Hawaii Life 10.15 Rehab Addict 11.10 Desperate Landscapes 12.00 Junk Gypsies 12.50 Model. NYC 13.45 Giada’s Weekend Getaways 14.35 Restoration SOS Buffalo 15.25 Fixer Upper 16.15 Rehab Addict 17.05 Extreme Homes 18.55 House Hunters 19.45 Hawaii Life 20.10 Caribbean Life 20.35 Rehab Addict 21.00 Extreme Homes

312 07.05 The Adventures of Hercules II 08.35 Brannigan 10.25 Alexander the Great 12.40 Cannon for Cordoba 14.25 Earthbound 16.00 George Washington 17.30 Duplex 19.00 The Heavenly Kid 20.30 Electra Glide in Blue 22.25 Suspect Zero

400 06.00 How Do They Do It? 06.25 Misfit Garage 07.15 Fast N’ Loud 08.10 MythBusters 09.05 Impossible Engineering 10.50 Troy 11.40 Storage Hunters 12.35 Property Wars 13.30 Auction Kings 14.25 Dallas Car Sharks 15.20 Extreme Car Hoarders 16.15 Engine Addict With Jimmy de Ville 17.10 Wheeler Dealers 18.05 Fast N’ Loud 19.00 What on Earth? 20.00 Naked and Afraid 21.00 Gold Divers 22.00 Curiosity

452 07.05 Blaze and the Monster Machines 07.30 PAW Patrol 07.55 Winx Club 08.45 The Fairly OddParents 09.45 Sanjay and Craig 10.30 Kung Fu Panda 11.20 iCarly 12.05 Sam & Cat 12.30 Victorious 12.55 Big Time Rush 13.20 Marvin Marvin 13.45 SpongeBob SquarePants 14.35 The Penguins of Madagascar 15.20 The Fairly OddParents 16.00 iCarly 16.25 Big Time Rush 16.50 Victorious 17.15 iCarly 17.35 SpongeBob SquarePants 18.00 Teenage Mutant Ninja Turtles 18.25 The Penguins of Madagascar 18.50 Henry Danger

403 06.00 Something Borrowed Something New 20.05 Say Yes to the Dress: The Big Day 21.00 Belief 21.55 The Surgery Ship 22.50 I Am Jazz 23.45 My Big Fat Fabulous Life

405 06.00 Call of the Wildman 06.25 Natural World 14.35 Wildest Africa

410 06.00 House Hunters International 08.00 Hotel Impossible 10.00 Building Alaska 12.00 Man Caves 14.00 The Vanilla Ice Project 16.00 Salvage Dawgs 18.00 House Hunters International 20.00 Mysteries at the Monument 21.00 Mysteries at the Museum 22.00 Most Terrifying Places in America 23.00 Time Traveling With Brian Unger


28 03|01|2016

kullħadd.com MIĊ-

ĊINEMA

RAPPORT TA’

ĊINEMA

CARMEL BONNICI

L-AQWA 20 FILM TAS-SENA 2015

Skont il-preferenza u l-opinjoni tiegħi, Carmel Bonnici

1. 2. 3. 4. 5. 6.

Ex-Machina The Martian Bridge Of Spies Straight Outta Compton Mr Turner The Theory Of

Everything 7. American Sniper 8. Mad Max: Fury Road 9. Sicario 10. Spectre 11. The Hunger Games:

Mockingjay, Part 2 12. Mommy 13. Southpaw 14. Far From The Madding Crowd 15. Jurassic World

SISTERS

16. 17. 18. 19. 20.

San Andreas Star Wars, Episode VII: The Force Awakens A Royal Night Out Inside Out Timbuktu u Tangerine

SFRENAT

ŻEWĠ AĦWA NISA SPISSJATI BIL-KBIR Atturi Ewlenin: Amy Poehler, Tina Fey, Maya Rudolph, Dianne Wiest, Josh Brolin, John Leguizamo Direttur: Jason Moore Distributur: Universal Maħruġ minn KRS Releasing

Tina Fey u Amy Poehler, iżżewġ protagonisti ta’ Sisters, kienu ltaqgħu għall-ewwel darba, xi għoxrin sena qabel, ma’ truppa ta’ atturi minn Chicago. Wara, ħadu l-fama bħala żewġ kummidjanti gwappi f ’wirjiet popolari ta’ Saturday Night Live, fuq l-istazzjon televiżiv NBC u għal tliet darbiet servew bħala comperes fl-għoti talunuri tal-Golden Globe. Flimkien dehru wkoll fil-film Baby Mama. F’dan iż-żmien kollu, ittlaqqigħ tagħhom fid-dinja tad-divertiment irriżulta f ’unjoni ta’ umoriżmu mill-aqwa, ċajt ikkalkulat u spirtu pront. Dawn ittnejn issa reġgħu ngħaqdu bħala aħwa fil-kummiedja sfrenata Sisters. L-aħwa Ellis ma jistgħux ikunu aktar diversi; Maura (Poelher) hija responsabbli ħafna u, għallkuntrarju, Kate (Fey) titlef il-

Ħin: 118 min. Ċert. 15

kalma malajr u sikwit taġixxi ta’ waħda bla ħsieb u għaqal. Il-vjaġġ tagħhom ta’ avventuri strambi jibda meta l-anzjani ġenituri tagħhom, Deanna (Wiest) u Bucky (Brolin) javżawhom li se jbigħu d-dar li twieldu fiha. Huma għandhom biss ġimgħa biex ibattlu l-kamra tagħhom mill-affarijiet u ġugarelli kollha li kellhom meta kienu tfal. Din l-aħbar tagħtihom skoss minn ġewwa tant li jiżbruffaw bil-kbir u, fil-vjaġġ lura lejn Orlando, jaġixxu tassew bla ħsieb, kif ukoll jittantaw lillirġiel li jiltaqgħu magħhom. Il-kbir għadu ġej hekk kif waqt li jkunu qed jaqraw iddjarji ta’ tfulithom jiddeċiedu li jorganizzaw riċeviment bħal dawk li kienu jagħmlu meta attendew l-iskola sekondarja. L-affarijiet li jiġru wara jikbru mingħajr proporzjon. Sisters hu farsa esaġerata biex

tiddeverti, furjuża u mimlija movimenti, kultant pwerili, li

żgur se togħġob liż-żgħażagħ adoloxxenti.


ĊINEMA

kullħadd.com

03|01|2016 29

PAPER PLANES

FERRIEĦI

XOGĦOL PJAĊEVOLI AWSTRALJAN Atturi Ewlenin: Sam Worthington, Ed Oxenbould, David Wenham, Deborah Mailman, Ena Imai Direttur: Peter Connolly Distributur: Lionsgate UK Maħruġ minn KRS Releasing Minn jaf meta konna tfal żgħar kemm-il darba għamilna ajruplani tal-karti u nippruvaw intajruhom! Paper Planes, produzzjoni tassew xierqa għal dawn iżżminijiet ta’ vaganzi u ferħ, jiffoka b’mod aktar elaborat fuq kompetizzjoni bħal din. Dan hu xogħol pjuttost oldfashioned, adattat għall-familja u anke għall-kbar. Il-film jesponi t-tema li logħob bħal dan hu neċessarju biex it-tfal jikbru u fl-istess ħin jitgħallmu jindiegħsu ma’ sħabhom u anke jsiru kostruttivi u kompetittivi. Dylan (Oxenbould), tifel ta’ tnax-il sena, qed iħossu bħal ħuta barra mill-ilma fl-iskola, billi missieru Jack (Worthington) li hu bla xogħol, waqa’ f ’melankolija kbira, dipressjoni u għażż wara l-mewt ta’ martu f ’inċident

Ħin: 96 min. Ċert. U

bil-karozza xi xhur qabel. Meta fl-iskola jasal wieħed bi trakk u jagħti lit-tfal tal-klassi ta’ Dylan karti biex jagħmlu l-ajruplani, hu jirnexxilu jirbaħ il-kompetizzjoni tat-titjir ta’ dawn. Mill-belt imwarrba fid-deżert Awstraljan fejn jgħix, imur Sydney u wara Tokjo għallkompetizzjonijiet oħrajn simili. Meta jsir ħabib ma’ Kimi (Imai), il-kampjonessa Ġappuniża taż-żgħar, flimkien jistinkaw biex jagħmlu ajruplan tal-karti li bħalu qatt ma sar. Paper Planes għandu jinżel għasel ma’ dawk kollha li huma ħenjin f ’dan iż-żmien, kif ukoll juri li l-moħħ li għadu mhux matur ta’ dawn iż-żgħar jiżviluppa wkoll b’attività bħal din daqskemm juri d-dokumentarju Spellbound (2002), fejn tfal oħra ta’ din

l-età jridu jispellu kliem tqil. Il-film għandu interpretazzjoni tajba u sottili ta’ Sam Worthington, il-ġentili

missier imnikket; Terry Norris, in-nannu eċċentriku tat-tifel u fuq kollox, ta’ Ed Oxenbould li diġà wera kapaċità u arja ta’

LOVE

wieħed qisu adult f ’xogħlijiet riċenti bħal Alexander And The Terrible, Horrible, No Good, Very Bad Day u The Visit. PERVERS

OSSESSJONAT SEWWA BIS-SESS Atturi Ewlenin: Aomi Muyock, Karl Glusman, Klara Kristin, anke b’mumenti teneri u intimi. Dan il-film setgħu Ugo Fox, Juan Saavedra semmewh Excessive Lust. Murphy (Glusman), Direttur: Gaspar Noè. Ċert. 18 Ħin: 135 min. direttur prinċipjant talDistributur: Curzon/Artificial Eye Films films li jgħix f ’Pariġi, sikwit Maħruġ minn Side Street Fims, Eden Cinemas jaħseb fil-maħbuba tiegħu ta’ qabel, Electra (Muyock), Mill-ftit films li rajt tad- u jinsulenta, ħobbu jew l-aktar fil-mumenti magħha direttur Franċiż (imwieled għobodu. ta’ relazzjonijiet sesswali l-Arġentina), Gaspar F’Love jerġa’ juri li hu se spinti. Infatti, il-maġġoranza Noè (Seul Contre Tous2 jkompli fil-linja ddiġenerata ta’ dawn l-avventuri jaħarqu -2 I Stand Alone, 1998) u ta’ qabel, b’xeni spinti ta’ narawhom fi flashbacks, (Irriversible, 2002), dlonk sess li ma nafx kemm dehru fosthom menage a trois ħadt l-impressjoni li dan hu bħalhom qabel fuq il-liżar b’Omi (Kristin) fuq isbniedem li jħobb jipprovoka leġittimu taċ-ċinema, però sodda magħhom. Omi, il-

ġara tagħhom issa saret issieħba ta’ Murphy b’tifel jismu Gaspar (omaġġ għaddirettur?). Jirriżulta li huwa bniedem possessiv ħafna li jaqla’ l-inkwiet meta Electra tkompli tmur tiltaqa’ maleksħabib, sid ta’ post fejn jesibixxu l-pittura, u anke jħabbat difru mal-pulizija. Hu jixtieq juri responsabbiltajiet ta’ ġenitur ma’ Omi u ibnu, iżda l-manija għas-sess ma tħalliħx jikkonċentra. Love, mill-banda l-oħra

bħal Shame jurina wieħed li jikkonsidra lis-sess oppost bħala oġġett biex jissodisfa ruħu sesswalment biss. L-appartament tiegħu hu mimli kartelluni ta’ films klassiċi mal-ħitan. Dan mhuwiex film għal dawk li jimpressjonaw ruħhom bil-kontenut tiegħu jew għal dawk li joffendu ruħhom bil-pudur. Minnaħa l-oħra dan hu pass kuraġġuż għal-libertà ta’ x’films wieħed jista’ jagħżel li jara.

L-AQWA ĦAMES FILMS Bejn it-23.12.2015 u s-27.12.2015

1. 2. 3. 4. 5.

Star Wars: Episode VII – The Force Awakens Christmas With The Coopers Spectre The Good Dinosaur Snoopy and Charlie Brown: The Peanuts Movie

KOMPETIZZJONI EMPIRE CINEMA

Mistoqsija għal din il-ġimgħa Fuq xiex jittratta l-film Paper Planes? Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil: Kompetizzjoni Films, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717.

Rebbieħ taż-żewġ biljetti taċ-ċinema tal-ġimgħa l-oħra: J. P. FORMOSA – in-Naxxar


30 03|01|2016

kullħadd.com

AVVIŻI KLASSIFIKATI ­­­­PR­OPRJETÀ

TANAYA’S Dev. Ltd: Għażla kbira ta’ appartamenti f ’kull żona ta’ Malta. Jinbiegħu mingħajr depożitu u nħallsulek il-kuntratt. Offerta speċjali. Għal aktar dettalji ċempel 9992 4999. Mingħajr aġenti jekk jogħġbok. SERVIZZI Investigazzjoni Privata: Żwiġijiet, għerusija u relazzjonijiet oħra, DNA forensic tests, tfal maħtufin minn Malta, każijiet ċivili, każijiet oħra fil-qorti, problemi f ’kumpaniji jew negozju. Nagħmlu xhieda fil-Qorti. Naħdmu f ’Malta u anke barra. Għal appuntament ċemplu 7959 0000. email: info@privateinvestigationmalta.com Korsijiet f ’Livell Ordinarju f ’diversi suġġetti bħall-Matematika,  Ingliż, Malti, Franċiż, Fiżika u oħrajn. Noffru wkoll korsijiet tal-ECDL. Prezz €35 kull module. Noffru wkoll korsijiet bażiċi fil-kompjuter, €50. Ċempel 2166 2241 jew 7766 2241 jew żur issit elettroniku www.tudorinstitute.com Tewmi Group għal lezzjonijiet tal-karozzi kemm manual u kif ukoll automatic. Cab service u karozzi għall-kiri bi prezzijiet raġonevoli. Żur is-sit www. tewmi.com jew ċempel 9942 2422. Lezzjonijiet taż-żfin fuq stil ballroom jew Latin-Amerikan. Lezzjonijiet taż-żfin għallbeginners u kompetizzjonijiet minn Imperial Qualified Dance Teacher (ISTD) Ibgħat SMS fuq 7925 3015 jew ċempel 2138 6818 sa 12.00pm. Care and Cure Group Ltd: infermiera mħarrġa, caring

assistants, nannies, nies imħarrġin biex iżommu kumpanija, għajnuna fid-djar u night sitters. Servizz ta’ 24 siegħa, Għandna wkoll għall-kiri: wheelchairs, hoists, commodes, walking frames u hospital beds. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq dawn in-numri: 2137 6946/9947 0178.

taġġjużi fuq sistemi tas-satellita u fuq l-android TV boxes. Għal aktar infromazzjoni ċempel 2148 6211

AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ

Tiswija u installazzjoni ta’ estensjonijiet tat-telefowns għal kull tip ta’ linji fissi. Ċempel fuq 7993 0419.

Għamara: Sett għamara ta’ kamra tas-sodda double. Prezz €700. Ċempel 2165 9311. Sett komplut ta’ car-seat covers ta’ lewn griż ċar. Inxtraw 6 xhur ilu. Prezz €35. Ċempel 7930 0261. Cover tal-karozza għax-xita u ta’ taħt tad-drapp. Kundizzjoni tajba. Prezz €40. Ċempel 7930 0261. Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ mal-ħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għall- ilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ clock. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www.expresswatchrepairs.com jew irrikorru 110, Triq il Kungress Ewkaristiku, il-Mosta. Ċempel 2141 7235. XOGĦOL TA’ MANUTENZJONI Installazzjoni u tiswija ta’ aerials tat-televiżjoni. Offerti van-

Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, membrane, dawl u ilma. Ċempel fuq 7928 5444.

Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason fuq in-numru 2143 2352 jew 9947 7167. Jason Gatt għal kull xogħol ta’ tibjid u tikħil, kisi normali, fuq il-fil, fuq xogħol antik u bil-pont, kisi bil-ġibs u graffiato. Kiri ta’ cherry picker (tower ladder). Ċempel fuq 9945 4235 jew 2180 5811. WP Ltd ta’ Triq ix-Xitwa, Ħal Qormi, jispeċjalizzaw f ’xogħol ta’ waterproof membrane, damp proofing u rubberised paint. 25 sena esperjenza. Stimi b’xejn u prezz moderat. Ċempel 2148 8972, 2143 8326, 9944 5527 jew 7981 2784 jew żur issit www.wpmalta.com Għal kull tip ta’ xogħol fuq faċċata, bjut, appoġġi, gallarijiet, eċċ. Membrane jew liquid membrane. Mela pproteġi l-proprjetà tiegħek mill-ilma tax-xita u ċempel issa għal stima b’xejn bin-numru 7905 8883 jew idħol fuq is-sit www.darrendoitall.com Il-bejt tiegħek jagħmel l-ilma? Għandek problema ta’ moffa? Kenda Ltd issolvilek il-problema. Nispeċjalizzaw fuq xogħol ta’ waterproofing u membrane b’10 snin garanzija. Xogħol

professjonali bl-aqwa materjal ISO pool. Għal stima bla obbligu ċemplu 7972 9967 jew żur is-sit www.kendawaterproofing.com AVVIŻI OĦRA Paul & Waters – The Perfumery. Għall-aqwa ditti ta’ fwejjaħ, oriġinali u bl-orħos prezzijiet f ’Malta, żur il-ħwienet ta’ Paul & Waters – The Perfumery. Il-ħwienet tagħna tal-Fgura, il-Mosta, Ħal Qormi u Raħal Ġdid ikunu miftuħin kuljum mid-9.00 san-12.30 u mill16.00 sas-19.00. Paul & Waters Free Delivery Service. Ċempel 2766 3361. MUSIC LINK Issibilna kull tip ta’ strumenti mużikali, fosthom drums kemm akustiċi u elettriċi, cymbals, percussion, pjanijiet diġitali, baby grand pianos, sound mixers u sound cards. Apparat ta’ DJ sound systems, kitarri klassiċi u akustiċi, bass guitars, strumenti tar-ram, wood winds, vjolini, spare parts u aċċessorji oħra. Issib ukoll kotba tal-mużika tat-tagħlim. Mur Music Link, 262, Triq Fleur-de-Lys, B’Kara. Ċempel 2148 2796. AGR AUTO JAPANESE Parts għall-karozzi: Inbigħu kull tip ta’ parts ta’ karozzi Ġappuniżi u Koreani, fosthom Kia, Toyota, Isuzu, Daewoo, Mitsubishi, Honda, Subaru. Huma wkoll importaturi ta’ żjut u air filters, shock absorbers, brake pads, clutches, eċċ. Parts ġenwini. Għal aktar informazzjoni ċempel 2144 6839 jew 9947 4504. Fax: 2147 0295. Email: alex@ agrautoparts.com Nigret Night Club and Restaurant, Labour Ave, ir-Rabat, Malta. Naċċettaw riservazzjonijiet għal coffee mornings, lunches u dinner dances u kull okkaż-

KUPUN AVVIŻI KLASSIFIKATI IKTEB L-AVVIŻ F’DAN L-ISPAZJU

ISEM, KUNSJOM, NRU TAT-TELEFOWN/MOWBAJL U INDIRIZZ

AVVIŻI

joni oħra. Miftuħin fil-weekends, lejla Maltija b’differenza kull nhar ta’ Ġimgħa. Nhar ta’ Sibt mużika għal kulħadd ma’ Franz Grech. Inservu wkoll take-away fil-weekends. Naċċettaw riservazzjonijiet għall-festi tal-Milied. Għal aktar informazzjoni ċempel 2145 4858/2145 4908/7945 4908. Tistgħu żżuru s-sit elettroniku www.nigretnightclub.com jew www.nigretnc.com Talba lill-Ispirtu s-Santu “Int li ssolvi l-problemi kollha, dawwal it-toroq kollha tiegħi biex nikseb dak li neħtieġ. Inti li tajtni d-don divin biex naħfer u ninsa d-deni kollu li jsir kontra tiegħi, li f ’kull mument ta’ ħajti tkun maġenbi. F’din it-talba qasira nixtieq nirringrazzjak ta’ dan kollu, waqt li nikkonferma mill-ġdid li qatt ma ninfired minnek, anke quddiem l-illużjonijiet materjali. Nixtieq li nkun miegħek fil-glorja ta’ dejjem. Grazzi għall-ħniena tiegħek lejja u lejn dawk li jiġu minni.” Din it-talba għandha tingħad tlett ijiem wara xulxin. Wara tlett ijiem it-talba tkun maqlugħa, anke jekk għall-bidu tidher diffiċli. It-talba għandha tkun ippubblikata mill-ewwel wara li tinqala’ l-grazzja, bla ma tissemma’ x’kienet.

Aħna nixtru kollox, bħal għamara, fajjenza, arloġġi, figurini, muniti, midalji u kull ħaġa oħra. Ċemplu fuq 2147 0128 jew 2123 7597 jew 9986 9519.

Offerta 1: Ġimagħtejn Offerta 2: 5 ġimgħat Offerta 3: 2 avviżi għal 5 ġimgħat Offerta 4: 13-il ġimgħa Offerta 5: 26 ġimgħa Offerta 6: 52 ġimgħa

€5 €10 €15 €30 €56 €93

ĦLAS B’CASH JEW CHEQUE LIL Sound Vision Print Ltd, KullĦadd, Avviżi Klassifikati, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun ĦMR 1717.


AVVIŻI

kullħadd.com

AVVIŻI ĠENERALI From Timekeepers to Trendsetters Palazzo Falson Historic House Museum, b’kollaborazzjoni ma’ Fondazzjoni Patrimonju Malti qed tkompli bis-sensiela ta’ wirjiet temporanji, din id-darba b’wirja ta’ arloġġi antiki. Aktar minn 50 arloġġ mislufa għall-okkażjoni minn kollezzjonijiet privati u mużewijiet jitfgħu dawl fuq it-teknoloġija u l-kwalità artistika ta’ dawn l-arloġġi. Il-wirja turi l-varjetà u l-użu ta’ dawn l-arloġġi kif ukoll tiffoka fuq arloġġi ta’ importanza partikolari li kienu ta’ personalitajiet magħrufa. F’din il-wirja mhux biss tista’ tara kif jaħdmu dawn l-arloġġi, imma tifli wkoll il-kwalitajiet estetiċi tagħhom u kif fl-imgħoddi kienu parti indispensabbli mill-ilbies. Il-kuratur ta’ din il-wirja hu David Thompson, li sal-irtirar tiegħu kien kuratur ewlieni tal-Horology fil-British Museum. Il-wirja se ssir f ’Palazzo Falson Historic House Museum, l-Imdina, u tinsab miftuħa u tibqa’ miftuħa sal-10 ta’ Jannar 2016, mit-Tlieta sal-Ħadd, mill-10.00am sal4.00pm.

Open day fis-St John Rescue Corps Illum il-Ħadd is-St John Rescue Corps qed torganizza open day għar-reklutaġġ mat-tim. F’din l-okkażjoni l-pubbliku se jkollu l-opportunità li jsir jaf aktar dwar ix-xogħol li jsir kif ukoll dwar it-tim, filwaqt li dawk interessati se jkollhom l-opportunità li jingħaqdu mat-tim tar-reklutaġġ. Matul il-jum se jsiru demostrazzjonijiet ta’ salvataġġ ta’ kolliżjonijiet tat-traffiku, kif ukoll jingħataw suġġerimenti fuq kif jiġi evitat u kif kkontrollat in-nar fil-kċina, u inċidenti oħra fid-dar. L-attività tibda fl-10.00am fil-Forti tal-Madalena, Triq il-Madliena, il-Madliena. Għal aktar informazzjoni żur l-paġna ta’ Facebook www.facebook.com/stjrc jew is-sit elettroniku www.stjohnrescuecorps.org. Tistgħu tagħmlu kuntatt b’email lil join@stjohnrescuecorps.org Relent(less) Tricia Dawn Williams tippreżenta programm mużikali nhar l-Erbħa 6 ta’ Jannar fit-Teatru Manoel fit-8.00pm. Il-biljetti għal dan il-kunċert huma €20 , u prezz speċjali ta’ €15 għal studenti full-time. Għal aktar informazzjoni żur i-sit elettroniku www. teatrumanoel.com.mt/default.asp?m=shows&id=505

Workshop fuq ikel nutrittiv Nhar il-Ħadd 10 ta’ Jannar se jitella’ workshop ta’ erba’ sigħat fuq ikel nutrittiv. Is-seminar jibda fis-2.00pm, fid-dar privata tal-koppja Heller, fi Triq il-Ħġejjeġ, San Ġwann Balazs u Karin Heller qed jistednuk biex tattendi u ssir taf aktar dwar l-ikel u kif tiekol ikel aħjar. Dawk preżenti se jkunu servuti juices magħmula friski, smoothies u ikla flaħħar tas-seminar, dan sabiex iduqu dak li jkunu tgħallmu dwaru. Il-prezz tal-biljetti huwa ta €69 kull persuna li jinkludi: il-lecutre, noti, juices, smoothies u ikla veġitarjana. Il-biljetti huma limitati. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 9999 1844 jew ibgħat email lil junglespiritmalta@gmail.com Valletta International Baroque Festival Bejn is-16 u t-30 ta’ Jannar se jittellgħu bosta attivitajiet madwar Malta b’konnessjoni mal-Valletta International Baroque Fesitval. L-attivitajiet ikunu marbuta mal-mużika u fl-aħħar jum jittella’ kunċert ta’ The Beatles bi stil Barokk. Għal aktar informazzjoni dwar il-programmii li se jittellgħu matul il-ġimagħtejn tal-festival, kif ukoll biex tixtri l-biljetti, żur s-sit elettroniku http://www.vallettabaroquefestival.com.mt/index.php?option=com_content&view=article&id=73&Itemid=83. l Il-pubbliku huwa mistieden li jattendi għal dawn l-attivitajiet.

03|01|2016 31


32 03|01|2016

kullħadd.com It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

19°C

20°C

19°C

14°C

14°C

13°C

02

02

02

Il-Ħamis

Il-Ġimgħa

Is-Sibt

IMBATT: Baxx min-Nofsinhar il-Lbiċ li jsir mill-Punent Majjistru

18°C

19°C

18°C

TEMPERATURA TAL-BAĦAR: 18°C

13°C

12°C

12°C

03

03

03

TEMP GĦAL-LUM

ALMANAKK

RITRATT MILL-ANTIK

L-OGĦLA TEMPERATURA: 17°C L-INQAS TEMPERATURA: 13°C INDIĊI UV: 02 SITWAZZJONI ĠENERALI: Firxa ta’ pressjoni baxxa qed testendi minn fuq il-Gżejjer Brittaniċi sa fuq iċ-ċentru u l-Lvant tal-Mediterran. TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab b’ċans ta’ xi ħalbiet tax-xita iżolati tul filgħodu

UV

VIŻIBBILTÀ: Tajba Ritratt: BAY RETRO

RIĦ: Ftit qawwi għal qawwi mill-Punent il-Lbiċ li jsir mill-Majjistral BAĦAR: Moderat għal qawwi li jsir qawwi

UV

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta Thomas’ Pharmacy, 796, Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun Lantern Pharmacy, Misraħ il-Kebbies, Santa Venera Herba Pharmacy, 183, Triq il-Kbira, Birkirkara D’Argen’s Pharmacy, 330, Triq D’Argens, il-Gżira Balluta Pharmacy, 30, Triq il-Kbira, San Ġiljan The Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Tas-Sliema Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, l-Iklin St. Albert Pharmacy, Triq l-Oratorju, Ħal Għargħur El Medina Chemist, Triq il-Maskli, il-Qawra De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, l-Isla St James Pharmacy, Misraħ San Ġakbu, Ħaż-Żabbar St Philip Pharmacy, Triq iċ-Ċeppun, Ħal Għaxaq Kristianne Pharmacy, Triq ic-Cavi, l-Imqabba Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ Baħrija Pharmacy, Triq Raddet ir-Roti k/m Triq l-Iskola, il-Baħrija

Logħob tan-nar jinħaraq fuq Forti Sant’Anġlu fl-1935

DIN IL-ĠIMGĦA MILL-ISTORJA

04.01.2010 Jinfetaħ uffiċjalment il-Buri Khalifa, l-itwal bini fid-dinja

Għawdex Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, ir-Rabat, Għawdex Pisani Pharmacy, Bini Ġdid, Triq Sannat, Ta’ Sannat, Għawdex

NUMRI REBBIEĦA LOTTU

53 49 19 06 60 62 09 15

SUPER 5

05 33 19 10 43

06.01.1978 Il-Kuruna ta’ San Stiefnu, magħrufa bħala il-Kuruna tal-Ungerija, tiġi rritornata lejn l-Ungerija mill-Istati Uniti fejn kienet qed tinżamm wara t-Tieni Gwerra Dinjija


KOMPETIZZJONI KTIEB

kullħadd.com

03|01|2016 33

KOMPETIZZJONI KTIEB GRAMMA

Is-sorpriża tal-aħħar Festival talKtieb żgur kien ir-rumanz Gramma, ktieb għall-adolexxenti li jeħodna fid-dinja ta’ teenager ta’ 14-il sena, Analiża, u il-ħajja, l-imħabba u l-problemi tagħha, u l-konvivenza tagħha mal-anoressja. “Imma r-rumanz mhux lezzjoni jew tagħlima dwar l-anoressja,” qalet l-awtriċi Leanne Ellul, li bi Gramma qed tagħmel id-debutt tagħha. Irrumanz seraq il-qlub tal-qarrejja bl-istil aċċessibbli, frisk u żagħżugħ tal-kitba, bl-episodji mill-ħajja ta’ kuljum li naqraw fih, u bin-nuqqas ta’ prietki jew ġudizzju fit-ton talawtriċi hi u tittratta suġġett delikat bħalma hu l-anoressja. Gramma huwa xogħol ta’ finzjoni, iżda ispirat minn esperjenzi personali tal-awtriċi li tieħu dan l-ispunt biex toħroġ it-tbatija li jgħaddi minnha kull min ikun għaddej minn problemi marbuta mal-ikel. “L-intenzjoni tiegħi meta ktibt Gramma ma kinitx dik li nirrakkonta l-istorja personali tiegħi, jew li nipprova nagħti xi pariri jew suġġerimenti lill-qarrejja,” qalet Ellul. “Fil-Malti għandna bżonn ferm iżjed kotba għall-adolexxenti li, mingħajr prietki jew biżgħat, jistimolawhom jaħsbu iżjed fil-fond dwar id-

deċiżjonijiet li qed jieħdu fil-ħajja. U kotba li fl-istess ħin jagħtu l-gost li joffri ktieb sabiħ.” Gramma rebaħ il-Premju Kitba għall-Adolexxenti 2014, u sussegwentement l-awtriċi ħadmet flimkien ma’ editur mill-Merlin Publishers biex tiffinalizza t-test qabel il-pubblikazzjoni. Ellul hija wkoll rebbieħa ta’ edizzjoni preċedenti talPremju Francis Ebejer. Id-direttur tal-Merlin Publishers Chris Gruppetta kkummenta illi l-popolarità ta’ dan ir-rumanz kienet sorpriża għalih għax ġeneralment l-adolexxenti jaqraw inqas bil-Malti, u diffiċli ssib kotba li jżommuhom b’dan il-mod. “Meta tippubblika għal din l-età, ilkredibbiltà u l-cool factor ta’ rumanz hu element essenzjali, u fil-fatt hemm ħafna rumanzi Maltin għalladolexxenti, miktubin b’mod sabiħ immens, li jbatu biex isibu l-udjenza li ħaqqhom,” qal. Gramma, fi kliemu, kien “bla dubju” l-iżjed ktieb li nbiegħ f ’ammonti kbar waqt il-Festival tal-Ktieb, u anke wara l-Festival ilbejgħ tiegħu kompla għaddej b’ritmu mgħaġġel ħafna. “Ma jidhirlix li kien hemm xi ktieb ieħor għall-adolexxenti, bil-Malti, li daħal fil-klassifika tal-Aktar 10 Kotba Mibjugħa fil-ħwienet tal-Agenda. U

lanqas ma niftakar reazzjoni hekk kbira għal rumanz għall-adolexxenti Malti, ħlief forsi Riħ Isfel ta’ Pierre J. Mejlak li kien prattikament ħoloq il-ġeneru ta’ kotba għall-adolexxenti

kontemporanji.” Gramma jinsab għall-bejgħ millħwienet tal-kotba u bl-internet direttament minn www.merlinpublishers.com

każ għaliha. L-għalliema jniżżluha late minn qabel għal sena sħiħa għax in-normalità tagħha tard. Bonġu fid-disgħa ta’ filgħodu. Dis-sena, ilForm 4, erġajna bdejna bil-banda. Istra, għandha ħila ta’ barra minn haw’ li tasal f ’nofs it-tieni lezzjoni u qisha mhix hi. Imnalla, għax id-darba li nasal tard jien, ma nidhirx daqstant kerha. Tessa, dejjem iktar tard minni, ħlief meta tkun sejra għaż-żfin, fit-sitta bumm. Kuljum. Dik tiċċaqlaq mhux bħalek. Xi jiem wara li rġajna bdejna l-iskola kelli bżonn immur nixtri u ’l Tessa rajtha sejra ż-żfin. Kienet waħda minn dawk il-ġranet. Filgħodu qsamt addoċċ għax kienet se titlaq ilbus. Infaqa’ l-bottle fil-basket. Qsamt sebgħi bis-sikkina tal-ħobż. Għandi vizzju naqsam kollox: il-ħwjjeġ, in-

nies bid-daħk. Ħlief l-ikel. Ħlief l-ikel. U noħroġ. Ngħaġġel sakemm ma niflaħx aktar. Irrid nasal sat-tarf l-ieħor tar-raħal għax il-ħwienet fis-sebgħa jagħlqu. Iġri iktar, anzi, iktar. Għandi bżonn tejp. Jekk indaħħalha f ’moħħi li għandi bżonn ħaġa, mhux lakemm ngħaddi mingħajrha. Imma tgħaddi mingħajr dak li ngħidlek jien, trid jew ma tridx. Imma, iva, ovvjament la kienet waħda minn dawk il-ġranet ma mmurx nixtri biċċa tejp bla ma jiġri xejn. F’nofs triq ninduna li ħallejt il-flus warajja u nerġa’ ndur lura għalihom. Il-pass lura d-dar inħaffu iktar. Prosit. Nasal id-dar. Indawwar iċ-ċavetta. Nimbotta l-bieb. Ngħajjat Ma. Maggie. Maggie. Maggie. U ma tweġibx. Bħal-lum ikollha l-lezzjonijiet tal-

keep fit. Skuża tajba biex tiffitta lil ħaddieħor u mhux lili. Anke ommok irqaq minnek. Nidħol id-dar u ninsa għal xiex kont mort lura. Nitla’ fuq u nibda ndur kamra kamra forsi niftakar għalfejn kont mort. Nidħol fil-kamra tas-sodda, fil-kamra tal-banju, il-kuritur naħartu u mbagħad il-kċina. It-tejp. It-tejp. It-tejp. Dażgur. Insejt il-flus għat-tejp warajja. Nerġa’ nidħol fil-kamra tas-sodda, inġib ftit ċenteżmi u nitlaq ’il barra mill-ġdid. Roll tejp kbir. Roll tejp kbir. Roll tejp kbir. Nirrepetihom lili nnifsi biex ma ninsiex. Niftakar f ’Tessa li daqs nofs siegħa qabel kienet għaddejja għażżfin. Bħalissa qed iddur fuq il-ponot ta’ subgħajha qisha mhix hi. Malajr tqum fuq tagħha fejn trid, Tessa. U mela bħalek.

SILTA MILL-KTIEB Filgħodu tini naħtaf u ttini xejn iżjed. Kollox naħtaf. Jekk naħtaf ma nkellmekx. Naħtaf il-ħobż, naħtaf il-kliem, naħtaf il-basket u nlebbet ’il barra u, meta l-ma tkun id-dar, anke lilha naħtaf. Ma nkellmekx. Dawk l-ewwel ftit sigħat imħeddla sfida għal kulħadd. Mhux imbilli jgħidu li meta tikber tibda tqum fil-ħin u tbati għax tkun għadek ta’ fourteen. Li tbati biex tqum kmieni wara sajf tqil, nemminha. Imma mhux għax ta’ fourteen. Għax ta’ fourteen t’għajni. Ilpa dejjem ikollha tqajmu l-ma u l-ma dejjem tqum nofs siegħa tard wara l-alarm, aktar iva milli le, tagħmlu għas-sebgħa ta’ filgħaxija u mhux ta’ filgħodu. B’xi mod, dejjem nasal l-iskola fil-ħin. Forsi mhux dejjem dejjem, imma kważi. Tessa, ngħidu aħna,

Mistoqsija: Min kien dejjem jasal tard l-iskola?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ĊNL, Triq Mile End, il-Ħamrun, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: Gramma ġentilment ipprovdut minn MERLIN PUBLISHER Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 10 ta’ Jannar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun billi jippreżentaw il-karta tal-identità mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, eskluż festi pubbliċi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb Esperjenza Unika, Love huwa: G. TABONE – Ħal Tarxien


34 03|01|2016

kullħadd.com

LOGĦOB

TISLIBA BIN-NUMRI POĠĠI N-NUMRI F’POSTHOM Bi 3 Numri 047 084 449 639 678 679 697 759 901 948 B’4 Numri 0046 0466 0626 0921 1314 1454 1563 1952 2447 2545 2633 2793 3275 4001 4123 4502

4692 5341 5455 5527 5748 6214 6641 7054 7140 7271 7733 7928 8008 8077 8271 8579 8644 8814 9352 9550

43352 51539 53238 62781 72605 75110 75758 76077 79728 89973 93527 B’6 Numri 133839 272204 475655 957363

B’7 Numri 2511266 2877256 4640596 7231015 7840378 Bi 8 Numri 52732497 69063431 B’9 Numri 519994282 579499078

IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADA

B’5 Numri 02849 02897 07600 22283 37057 41957 42064 42083

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella Aqta’ din il-logħba u ibgħata lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz:

Rebbieħ tal-Ġimgħa l-oħra: E. PSALA – il-Gżira

KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA ]

3

Ġemma’ sitt kupuni u ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz: Nru tal-kartà tal-identità:

Nru tat-telefown:


LOGĦOB

03|01|2016 35

kullħadd.com

IRBAĦ €25 FI FLUS

Ibgħat dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet f ’daqqa fl-indirizz: IRBAĦ €25 FI FLUS, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Idħol biċ-ċans li tirbaħ magħna.

104

TISLIBA

Mimdudin: 1. 4. 7,16. 9. 10. 12. 16. 18,17. 19. 20. 21. 23. 24.

Wieħed mill-kuluri tal-bandiera Maltija (5) Din ħadd ma jeħlisha (4) Magħquda (5) Ġurnata (3) Ekskwartieri tal-PL (6) Garaxx kbir? (6) Ara 17 Mhux sew! (5) Ara 2 Jiġġemmgħu l-flus fih (5) Ara 13 Mexxej Musulman (4) Bnedmin (5)

Weqfin:

1. Kompli l-qawl: ...... llum, oqtolni għada (6) 2,19. Siġra (6) 3,5. Minn Bucharest dawn (6) 5. Ara 3 6,22. Taqbdek wara xi xukkjatura qawwija? (6) 8. Kristu (9) 11,15. Jistgħu jkunu tlielaq twal (8) 12,21W. Milwi (5) 13,21M. Ilqattu ma’ xi ħaġa? (6) 14. Tagħna bit-Taljan (6) 15. Ara 11 17. Ara 18 21. Ara 12 22. Ara 6

SOLUZZJONI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA Mimdudin:

Weqfin:

1.Ħażin, 4.Dfin, 7,12 wieqfa. Assi, 10.Qalleb, 12.Sindku, 16,19.Aringa, 18.Di, 20.Santi, 21.Raw, 23.Baqq, 24.Lodra

1.Ħadida, 2,22.Żewwaq, 3,5.Naqfel, 6,9.Nibdew, 8.Sardinell, 11,17.Sirda, 13,21 wieqfa.Ndarab, 14.United,15. Palata

QED TAGĦRAFHOM? Fir-ritratt hemm żewġ uċuħ f’wiċċ wieħed. Qed tagħrafhom? Ħjiel: Żewġ atturi li jaħdmu karattri mis-sensiela tal-films Star Wars. Personalità 1: Personalità 2: Isem: Indirizz: Nru tat-telefown:

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

Kull l-aħħar Ħadd tax-xahar il-premju ta’ €25 jiżdied għal €100! Sabiex tipparteċipa ibgħat din il-paġna bħas-soltu. Apparti minn hekk żomm il-logos tal-KullĦadd tal-ġimgħat ta’ qabel, billi tqasqashom mill-ewwel paġna tal-gazzetta bid-data tal-ħarġa tidher, u ibgħathom flimkien ma’ din il-paġna. Eżempju: Ibagħtu din il-paġna tat-3 ta’ Jannar flimkien mal-logos talħarġiet tal-10 , 17, 24 u 31 ta’ Jannar.

RIŻULTATI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA

Sylvester Stallone

Ir-rebbieħa tal-ġimgħa l-oħra hija: AGNES SCICLUNA – iż-Żurrieq L-ittri rebbieħa jintbagħtu fix-xahar ta’ wara li tkun intrebħet il-kompetizzjoni.

Arnold Schwarzenegger


36 03|01|2016

kullħadd.com

Ritratti: STEPHEN GATT u ALAN SALIBA

L-AQWA MUMENTI MILL-FUTBOLL MALTI FIL-BIDU TAL-ISTAĠUN

BASKETBALL COACHING CLINC

Sitt mitt tifel u tifla tal-raba’, ħames u sitt klassi tal-iskejjel primarji minn madwar Malta ħadu sehem fil-Primary Schools Basketball Coaching Clinic li kien organizzat mill-Isport Promotion Unit, fi ħdan Sport Malta, b’kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball. Kowċis mill-klabbs ta’ Hibernians, Siġġiewi u Floriana kienu preżenti biex jagħtu s-sostenn lil din l-attività. L-enfasi ta’ din l-attività kien li jagħti lill-parteċipanti l-opportunità li jtejbu l-aġilità, il-bilanċ u l-koordinazzjoni (ABCs) permezz tal-logħba tal-basketball. L-Isport Promotion Unit jorganizza bosta attivitajiet bbażati fuq l-ABCs tal-isport għax jemmen li dawn huma essenzjali biex jgħinu lill-istudenti jilħqu livelli aħjar fil-fiżika tagħhom. Matul din l-attività t-tfal kellhom l-opportunità li jtejbu l-ħiliet fundamentali permezz ta’ workshops varji taħt is-superviżjoni ta’ kowċis ta’ esperjenza fil-faċilitajiet tal-basketball f ’Ta’ Qali u fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal-Kirkop. Kienet ġurnata ta’ divertiment u esperjenza differenti fit-tagħlim għal dawn l-istudenti. Il-Basketball Coaching Clinic huwa biss wieħed mill-bosta coaching clinics li l-Isport Promotion Unit jorganizza għall-istudenti. Fil-fatt, sa issa diġà saru coaching clinics fid-dixxiplini tal-handball, ġinnastika u anke tal-volleyball Il-coaching clinic tal-basketball li jmiss isir nhar is-16 ta’ Frar.

SPORTS


SPORTS

kullħadd.com

03|01|2016 37

JITNEDEW L-ISPECIAL OLYMPICS GĦALL-EWWEL DARBA F’GĦAWDEX

GLEN FALZON glen@kullhadd.com It-twaqqif tal-Ispecial Olympics f ’Għawdex huwa pass ieħor fil-mixja tal-Gvern Laburista biex f ’pajjiżna tkompli tinbena soċjetà ġusta. L-istess manifest elettorali, approvat f ’Marzu tal-2013 b’maġġoranza storika, juri mill-bidu nett li dan huwa gvern li joffri opportunitajiet indaqs għal kull min irid jimxi ’l quddiem filħajja. Wieħed mill-għanijiet ewlenin tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà u l-Anzjanità Attiva Justyne Caruana huwa li tara li kull persuna b’diżabbiltà, kemm f ’Malta kif ukoll f ’Għawdex, tingħata opportunitajiet indaqs. Kien proprju għalhekk li, għall-ewwel darba f ’Għawdex, se jitnedew ukoll l-Ispecial Olympics. Soċjetà verament ġusta “Il-missjoni tal-Ispecial Olympics tkompli tirrifletti l-pjani tal-Gvern biex fil-pajjiż titrawwem soċjetà li tkun verament ġusta,” qalet is-Segretarju Parlamentari Caruana meta nediet l-inizjattiva tal-Ispecial Olympics għall-ewwel darba f ’Għawdex ukoll. Infatti, bħala organizzazzjoni nazzjonali, din l-għaqda tipprovdi taħriġ

tal-isport u kompetizzjoni atletika kontinwa permezz ta’ varjetà ta’ sport olimpiku għat-tfal u adulti b’diżabbiltajiet intellettwali. B’hekk dawn ikunu qegħdin jingħataw opportunitajiet kontinwi biex jiżviluppaw il-kapaċitajiet fiżiċi tagħhom, juru l-kuraġġ meħtieġ, jiksbu l-esperjenza u jipparteċipaw fi qsim ta’ rigali, ta’ ħiliet, u ta’ ħbiberija bejn il-familji tagħhom, l-atleti l-oħra u l-komunità. “Nistgħu ngħidu li, bla ebda dubju, sal-lum l-Ispecial Olympics Malta, bħala għaqda mhux governattiva, hija waħda mill-aktar organizzazzjonijiet sportivi li għamlet suċċess f ’Malta u anke barra,” kompliet is-Segretarju Parlamentari Caruana. Infatti, bħala organizzazzjoni, ħadet sehem f ’aktar minn għoxrin avveniment internazzjonali u l-atleti tagħha rebħu ’l fuq minn 310 medalji tad-deheb, tal-fidda u tal-bronż. “Bla dubju, dan huwa ċertifikat mill-aqwa, frott id-dedikazzjoni bla heda tal-President Nazzjonali Anna Calleja u t-tim tagħha, tant li l-ħidma tagħha ġiet rikonoxxuta din is-sena permezz tal-Premju Soċjetà Ġusta,” saħqet Caruana. Ta’ min ifakkar li l-manifest jinkludi xejn inqas minn 16-il miżura b’risq dawn il-persuni li flimkien isostnu d-drittijiet

tagħhom mhux bħala għajnuna imma bħala appoġġ mistħoqq li jiggarantilhom id-dinjità xierqa. Servizz ieħor b’xejn Is-Segretarju Parlamentari Caruana fissret ukoll li dan kompla jinkoraġġiha li testendi għall-ewwel darba f ’Għawdex din il-ħidma li, mhux biss tagħraf it-talenti atletiċi tattfal b’diżabbiltà, imma żżid fil-ġenituri u l-familji tagħhom il-kuraġġ li anke fid-diżabbiltà hemm opportunitajiet li jkabbru l-fiduċja f ’kull individwu. “Huwa ta’ pjaċir għalija li nħabbar inizjattiva bħal din id f ’id mal-Ispecial Olympics biex is-sens ta’ inizjattiva u parteċipazzjoni kif ukoll l-opportunitajiet għas-suċċess jinfirxu f ’Għawdex ukoll,” qalet is-Segretarju Parlamentari Caruana. Dan se jkun servizz ieħor li se jingħata b’xejn għax huwa kompletament iffinanzjat mis-Segretarjat Parlamentari responsabbli minn dan il-qasam. Għal dan il-għan is-Segretarjat Parlamentari qassam fuljett apposta bl-informazzjoni dwar ix-xogħol tal-Ispecial Olympics, li jinkludi formola ta’ reġistrazzjoni għall-użu tas-servizzi li l-Ispecial Olympics se jkunu qegħdin jagħtu f ’Għawdex. Hemm firxa

ġmielha ta’ dixxiplini sportivi li l-atleti jistgħu jagħżlu skont l-abbilitajiet li jħossu li għandhom. Caruana kompliet tinnota kif id-diriġenti u l-kowċis kwalifikati jagħtu attenzjoni speċjali lil kull applikant/a individwalment biex jaraw liema qasam huwa l-aktar adattat għalihom. “Iżda l-isbaħ ħaġa tul il-proċess kollu huwa s-sehem sħiħ tal-ġenituri li jwassal, mhux biss għas-suċċess tal-atleti nfushom, imma wkoll għal ambjent ta’ familja kbira li jinħoloq tul il-ħidma kollha,” sostniet is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà u Anzjanità Attiva. Aktar minn 700 parteċipant irreġistrati f ’Malta Waqt it-tnedija ta’ dan ilproġett f ’Għawdex, tkellmet ukoll il-President Nazzjonali Anna Calleja li fissret il-ferħ tagħha u tat-tim li tmexxi għal din l-inizjattiva li żgur se tilħaq ħafna aktar atleti li forsi sal-lum kienu jsibuha diffiċli biex jieħdu sehem fl-attivitajiet fuq bażi nazzjonali. Calleja kompliet tagħti dettalji dwar kif taħdem l-organizzazzjoni u qalet li bħalissa l-Ispecial Olympics f ’Malta għandha ’l fuq minn 700 atleta u parteċipant irreġistrati magħha, u ’l fuq minn 20 kowċ.”

Hija fakkret li sal-lum din l-għaqda pparteċipat fillogħob tad-dinja fl-Irlanda, f ’Shangai, f ’Ateni u f ’Los Angeles kif ukoll f ’diversi logħob internazzjonali tas-sajf Ewopew. “Kienu x’kienu d-distanzi u kbar kemm kienu kbar l-isfidi li kellna, l-atleti tagħna wrew determinazzjoni sħiħa u tawna l-akbar sodisfazzjon li jinkoraġġina nkomplu naħdmu aktar f ’dan il-qasam,” qalet Calleja. Fl-aħħar nett, is-Segretarju Parlamentari Caruana enfasizzat il-ħsieb li dan il-proġett jorbot ma’ oħrajn li bdew matul l-2015 biex l-Għawdxin ukoll, bħall-Maltin, igawdu mill-bosta miżuri li jieħu l-Gvern b’risq il-persuni b’diżabbiltà fejn il-qasam sportiv huwa mezz effettiv favur l-inklużjoni fil-komunità. Hija fakkret kif anke fil-qasam tal-anzjani, wara s-suċċess li nkiseb fi ftit xhur tal-proġett pilota BeActive bi sħab ma’ Kerċem Ajax FC, issa ġie deċiż li dan ikompli fuq bażi permanenti. “Dan hu l-mod tanġibbli kif is-Segretarjat Parlamentari li mmexxi jkompli jaħdem fid-direzzjoni u fl-impenn talGvern Laburista li b’opportunitajiet indaqs għall-Għawdxin u l-Maltin, nissuktaw nibnu soċjetà ġusta,” temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Caruana.


38 03|01|2016

PREMIER LEAGUE

WEST HAM V. LIVERPOOL

kullħadd.com

SPORTS

RIŻULTATI TAL-BIERAĦ West Ham v Arsenal v Leichester C v Manchester U Norwich v Sunderland v WBA v Watford v

Liverpool Newcastle United AFC Bournemouth v Swansea Southampton Aston Villa Stoke City Manchester C

Il-Liverpool komplew jibnu fuq staġun inkonsistenti fejn alternaw bejn riżultati pożittiv ferm u diżappunti kbar. Il-logħba kontra l-West Ham waqgħet fil-kategorija tal-aħħar hekk kif it-tim minn Anfield għamel xejn inqas minn 23 xutt lejn il-lasti tal-avversarji tiegħu mingħajr ma jikseb gowl wieħed. Min-naħa l-oħra, il-Hammers kienu akLOGĦOB GĦAL-LUM tar inċisivi fejn damu biss għaxar minuti biex marru fil-vantaġġ minn kontrat- Crystal P v Chelsea takk li seħħ wara li Antonio ħa l-ballun Everton v Tottenham H mingħand Moreno u qassam lil Valencia. Dan tal-aħħar ngħata l-opportunità li jagħmel ġirja fuq il-faxxa minfejn qassam fil-kaxxa u sab mill-ġdid lil KLASSIFIKA Antonio illi għeleb lil Mignolet b’daqqa ta’ ras. L R D T F West Ham għal ftit m’għamluhomx tnejn tmien minuti wara meta Lanzini ta xutt b’saħħtu minn barra Tim l-kaxxa li ħabat mal-lasti ta’ Mignolet illi baqa’ konfuż u mwaħħal f ’postu hekk kif il-ballun iċċaqlaq ħaf20 13 3 4 34 na fl-arja fi triqtu lejh. Wara din l-azzjoni l-Liverpool irnexxielhom isibu saqajhom xi ftit, però huma ma Arsenal Leicester City 20 11 7 2 37 rnexxielhomx jiksbu d-draw sa tmiem l-ewwel taqsima. Din il-ħeġġa kkaratterizzat ukoll l-ewwel minuti tat-tieni taqsima. Madankollu, kienu l-West Ham li Manchester City 20 12 3 5 39 reġgħu skurjaw, din id-darba permezz ta’ Andy Carroll illi fil-55 minuta qabeż ogħla minn Clyne u skurja Tottenham Hotspur 19 9 8 2 33 b’daqqa ta’ ras. Għal diversi minuti l-Hammers komplew jippressaw biex jissiġillaw ir-rebħa tagħhom. Manchester United 20 9 6 5 24 Dan ma kellux ikun u fl-aħħar 20 minuta l-Liverpool ħolqu diversi opportunijiet biex inaqqsu d-distakk West Ham United 20 8 8 4 30 Crystal Palace 19 9 4 6 23 tagħhom illi però ma bidlux is-sitwazzjoni. ARSENAL V. NEWCASTLE

Liverpool Watford Stoke City Everton WBA Southampton Norwich City AFC Bournemouth Chelsea Swansea City Newcastle United Sunderland Aston Villa

20 20 20 19 20 20 20 20 19 20 20 20 20

8 8 8 6 7 6 6 5 5 4 4 4 1

6 5 5 8 5 6 5 6 5 7 5 3 5

6 7 7 5 8 8 9 9 9 9 11 13 14

22 25 21 35 20 26 23 22 23 17 19 22 16

2-0 1-0 0-0 2-1 1-0 3-1 2-1 1-2 14.30 17.00

K

P

18 25 21 15 17 23 16 24 22 21 28 25 24 32 34 29 26 35 39 37

42 40 39 35 33 32 31 30 29 29 26 26 24 23 21 20 19 17 15 8

L-Arsenal saħħew il-pożizzjoni tagħhom fil-quċċata tal-klassifika permezz ta’ rebħa kontra Newcastle f ’logħba li kienet ibbilanċjata u li fiha ż-żewġ timijiet ħlew diversi opportunitajiet li jiskurjaw. In-Newcastle niżlu fil-grawnd b’flokkijiet b’messaġġ ta’ tislima lill-eksgowler tagħhom Pavel Srnicek illi miet fid-29 ta’ Diċembru fl-età żgħira ta’ 47 sena wara li esperjenza attakk ta’ qalb ftit tal-jiem qabel. L-ewwel opportunità tajba tal-partita kienet tal-Arsenal fejn fit-tielet minuta Bellerin ta’ cross fil-kaxxa illi wasal għand Oxlade-Chamberlain illi però ma rnexxielux jagħmel kuntatt tajjeb

mal-ballun. Fil-minuti ta’ wara, in-Newcastle bdew jieħdu l-kontroll tal-partita tant illi s-sapporters tal-Gunners kienu kkwitaw mhux ħażin sal-40 minuta, sitwazzjoni barra min-normal fl-Emirates. Lejn l-aħħar tal-ewwel taqsima u l-bidu tat-tieni l-gowler tal-Arsenal Petr Cech kellu jagħmel diversi salvataġġi diffiċli li ppreservaw id-draw għall-Arsenal illi f ’dan il-perjodu kienu neqsin mill-ħeġġa li kellhom bżonn biex jagħmlu pressjoni fuq in-Newcastle. Madankollu, is-sitwazzjoni bdiet tinbidel lejn is-siegħa logħob u wara diversi attakki l-Arsenal irnexxielhom imorru fil-vantaġġ meta Giroud dawwar il-ballun b’daqqa ta’ ras lejn Koscielny illi skurja minn qrib il-lasti. In-Newcastle ma qatgħux qalbhom u ħolqu numru ta’ opportunitajiet fl-aħħar minuti tal-partita, però l-Gunners żammew il-vantaġġ minkejja li l-prestazzjoni tagħhom kienet kemmxejn bagħtuta. LEICESTER C. V. BOURNEMOUTH Bid-draw li kisbu lbieraħ kontra l-Bournemouth il-Leicester ilhom ma jirbħu mid-19 ta’ Diċembru hekk kif, minn dak iż-żmien, irnexxielhom jiksbu biss żewġ punti minn tliet partiti. Aktar inkwetanti minn hekk huwa l-fatt li f ’dawn il-partiti huma ma rnexxielhomx jiskurjaw gowl wieħed. Dan huwa sorprendenti speċjalment fil-każ tal-logħba tal-bieraħ fejn għamlu aktar minn nofs siegħa bi plejer aktar kontra tim li f ’dan l-istaġun ma tantx kien tajjeb fuq wara. Fl-ewwel minuti l-partita kienet interessanti biż-żewġ timijiet ikunu kapaċi joħolqu opportunitajiet illi però ma offrewx xi periklu kbir għal-lasti ta’ xulxin. Is-sitwazzjoni ċċaqalqet ftit fis-26 minuta meta l-ballun wasal għand Vardy illi ta xutt li ħabat mal-lasta tal-Bournemouth. Dan iċ-ċans ta bidu għal fażi ta’ attakki reċiproki li però ma bidlux l-iskor sa tmiem l-ewwel taqsima. It-tieni taqsima bdiet fuq nota simili, però l-affarijiet ikkumplikaw ruħhom għall-Bournemouth fis-57 minuta meta l-kaptan tagħhom Francis tkeċċa wara daħla fuq Vardy fil-kaxxa. Madankollu, il-penalty li rriżulta minn dan il-foul intlaqa’ minn Boruc illi b’hekk żamm il-partita miftuħa. Minkejja li ħafna stennew lil din it-tkeċċija tiftaħ aktar il-partita għal-Leicester, is-sitwazzjoni ftit li xejn inbidlet hekk kif dawn ma kinux kapaċi joħolqu azzjonijiet tajbin fil-minuti li segwew. MANCHESTER U. V. SWANSEA C. Il-logħba tal-bieraħ bejn Manchester United u Swansea City kienet waħda bejn żewġ timijiet illi kienu ddisprati għal rebħa wara diversi ġimgħat mimlijin riżultati diżappuntanti illi rrelegawhom f ’pożizzjonijiet tal-klassifika li ma kinux xierqa għall-ambizzjonijiet tagħhom. Fl-ewwel taqsima l-United ħarġu determinati li joħorġu minn din il-partita b’punti massimi hekk kif bdew jagħmlu pressjoni kbira fuq id-difiża ta’ Swansea City. L-aktar attiv fosthom kien Ashley Young illi kemm-il darba rnexxielu joħloq spazji tajbin biex iqassam fil-kaxxa tas-Swansea mill-faxxa l-leminija. Din il-pressjoni ma tatx riżultati konkreti hekk kif it-timijiet daħlu għall-mistrieħ bl-iskor ta’ 0-0 bil-frustrazzjoni tidher ċara fuq wiċċ is-sapporters tal-United. Madankollu s-sitwazzjoni nbidlet żewġ minuti biss mill-bidu tat-tieni taqsima hekk kif cross ta’ Young sab lil Martial li b’daqqa ta’ ras għeleb lil Fabianski. Fil-minuti li segwew, il-United dehru li setgħu jikkontrollaw il-partita b’ċertu kumdità. Però, difiża laxka ta’ Darmian fit-tarf tal-kaxxa l-kbira tat l-opportunità lil Barrow illi jqassam lil Sigurdsson illi ta daqqa’ ta’ ras li għolliet il-ballun fuq De Gea u fix-xibka tal-United. Minkejja li l-gowl ta’ Swansea deher li naqqas xi ftit mill-ħeġġa tat-tim immexxi minn Van Gaal. Il-United, però, irnexxielhom imorru fil-vantaġġ permezz ta’ Rooney illi skurja gowl sabiħ ferm bit-takkuna wara li rċieva pass tajjeb mingħand Martial illi daħal irrankat mill-faxxa xellugija.


FORMULA 1

kullħadd.com

03|01|2016 39

ANALIŻI TA’ LIAM GAUCI

LIL HINN MIĊ-ĊIRKWIT Fl-aħħar jiem ftit li xejn kien hemm aħbarijiet ġodda fid-dinja tal-Formula 1 hekk kif, bħall-ġimgħa li għaddiet, ħafna protagonisti ta’ dan l-isport kienu għaddejjin b’pass kajman b’riżultat tal-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena. Jitfaċċja ftehim tal-2010 Madankollu, kien hemm xi aħbarijiet interessanti relatati mal-futur ta’ żewġ ċirkwiti illi fl-aħħar xhur kienu indikati bħala fil-periklu li jisparixxu mil-kalendarju tal-Formula 1. L-ewwel fosthom kien is-Circuit of the Americas (COTA), fejn il-gvernatur il-ġdid talIstat ta’ Texas, Greg Abbott, esprima l-intenzjoni tiegħu li jnaqqas l-appoġġ finanzjarju li kien jingħata lit-tellieqa ta’ Austin fuq bażi annwali mit-€23 miljun attwali għal €17.5 miljun. It-tellieqa diġà kienet fil-periklu hekk kif l-edizzjoni ta’ din is-sena tħarbtet b’riżultat ta’ maltempata kbira li ħakmet liż-żona u sarrfet f ’danni ekonomiċi miljunarji għall-amministraturi taċ-ċirkwit. Għaldaqstant, is-sitwazzjoni kompliet tiggrava meta ċ-Chairman tas-COTA Bobby Epstein sostna li ma kellu l-ebda ftehim f ’idejh li jorbot lill-Istat ta’ Texas ikompli jagħti €23 miljun fis-sena lill-amministraturi biex iħallsu l-miżata annwali lill-FOM. Madankollu, fil-jiem li għaddew tfaċċat ittra tal-2010 iffirmata mill-eksteżorier ta’ Texas Susan Combs, li dak iż-żmien ikkommettiet lil dan l-istat iħallas €23 miljun sal-2021 bħala appoġġ finanzjarju lil dan iċ-ċirkwit. S’issa, però, Abbott qiegħed jirrifjuta li jintrabat mal-ftehim tal-predeċessur tiegħu u għalhekk għadu mhuwiex magħruf x’se jiġri minn din it-tellieqa. Jirtiraw l-appoġġ tagħhom Tellieqa oħra li tinsab fi stat prekarju hija dik ta’ Barċellona hekk kif il-kunsill ta’ din il-belt ħabbar l-intenzjoni li jnaqqas l-investiment annwali tiegħu minn €4 miljun għal €2 miljun minn din is-sena stess. Jekk dan ma kienx biżżejjed, l-istess kunsill sostna li eventwalment dan l-appoġġ finanzjarju se jintemm għalkollox għax il-Formula 1 mhijiex prijorità tal-amministrazzjoni attwali. Il-kuntratt attwali ta’ dan iċ-ċirkwit kellu jżommu fil-kalendarju tal-isport sal-2019, però ristrutturazzjoni kbira tal-fondi pubbliċi fil-Katalonja poġġiet il-futur ta’ dan l-avveniment sportiv fil-periklu jekk ma jinstabx mod kif jiġi attirat l-investiment privat li hemm bżonn biex dan jibqa’ vijabbli. Dan iċ-ċirkwit mhuwiex meqjus bħala wieħed mill-klassiċi hekk kif ilu biss fil-kalendarju tal-Formula 1 mill1991. Madankollu, illum il-ġurnata huwa sar protagonista ewlieni ta’ dan l-isport mhux biss għax issir fih it-tellieqa annwali, imma anke diversi sessjonijiet ta’ prova ta’ qabel l-istaġun; fatt illi għenu jiggwadanja post speċjali fil-qalb ta’ bosta dilettanti tal-For-

mula 1. Ċans ta’ ritorn? Sadanittant, isem ta’ ċirkwit ieħor issemma għar-raġuni opposta hekk kif Romain Grosjean, li din is-sena se jkun qiegħed isuq mal-HaasF1, sostna li hija ħasra li Franza m’għandhiex tellieqa tal-Formula 1. Dan ilpajjiż kellu rwol ċentrali fil-ħolqien tal-kompetizzjonijiet awtomobilistiċi moderni fejn, fost l-oħrajn, inħoloq il-kunċett ta’ Grand Prix, kif jixhed l-isem stess. L-aħħar ċirkwit li ospita gran premju fi Franza kien dak ta’ Magny Cours li, però, kellu jabbanduna din ir-responsabbiltà fl-2008 minħabba diversi kwistjonijiet, fosthom dik ta’ nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji, li laqtu lill-amministraturi tiegħu f ’dan il-perjodu. Minkejja dan, attwalment jidher li Magny Cours għadha l-kandidata prinċipali li tospita l-Gran Premju ta’ Franza f ’każ ta’ ritorn fil-kalendarja għax investimenti ġodda li saru flaħħar snin għamlu din l-eventwalità aktar vijabbli għas-sidien taċ-ċirkwit. Madankollu, lil hinn mit-tamiet li esprima Grosjean, m’hemmx pjanijiet konkreti biex isir ritorn ta’ din ix-xorta. Ma jeskludi xejn Is-sewwieq Franċiż ta’ HaasF1 kien ukoll fl-aħbarijiet hekk kif sostna li huwa lest li jirritorna mar-Renault jekk ikun hemm din il-possibbiltà. Ftit tal-ġimgħat ilu, Grosjean ġab fi tmiemha r-relazzjoni professjonali li kellu mal-Lotus illi kienet tmur lura għaż-żmien meta t-tim kien għadu dak uffiċjali tar-Renault. Bosta dilettanti kienu sorpriżi b’din id-deċiżjoni għax f ’dak il-perjodu diġà

kien qiegħed jidher ċar li r-Renault kienet se terġa’ tieħu kontroll tat-tim minn Enstone. Għaldaqstant, sewwieq Franċiż ta’ kwalità bħal Grosjean deher li kien joqgħod kexxun fil-pjanijiet tal-kumpanija awtomobilistika ta’ pajjiżu. Madankollu, huwa kien anqas fiduċjuż li n-negozjati bejn il-Lotus u r-Renault kienu se jintemmu b’mod pożittiv u għalhekk qabad u ftiehem mal-HaasF1 biex iserraħ rasu dwar il-permanenza tiegħu fl-isport. Minkejja li Grosjean ipprova jkun pożittiv dwar id-deċiżjoni li ħa, deher ċar li għaġġel wisq biex abbanduna littim ta’ Enstone. Però, fl-aħħar jiem huwa qal li ma jeskludix il-possibbiltà li jerġa’ jingħaqad mar-Renault sentejn jew tlieta oħra jekk it-tim Franċiż jirnexxilu jibni proġett kompetittiv. Sitwazzjoni prekarja Sewwieq li l-futur tiegħu fl-isport kien aktar fil-periklu minn dak tal-Franċiż kien Jenson Button li, lejn l-aħħar tal-2014, kien f ’riskju serju li jispiċċa mingħajr tim – stat ta’ fatt li kien jikkundannah li jirtira minħabba l-età avvanzata tiegħu. Kien hemm ħafna għajdut dwar din l-eventwalità, imma kummenti ta’ Kevin Magnussen, li saq miegħu fil-McLaren fl-2014, probabbilment taw l-aktar stampa ċara s’issa ta’ kemm il-Brittaniku kien qrib li jirtira. Skont is-sewwieq Daniż, lejn l-aħħar tal-istaġun 2014, meta kien qiegħed jissemma li Alonso jista’ jingħaqad mal-McLaren, it-tim Brittaniku serraħlu rasu li, jekk jidħol xi ħadd ġdid, dan kien se jieħu post Button. Din is-sitwazzjoni kienet tant ċara għal kulħadd li, skont Magnussen, is-sewwieq Brittaniku kien saħansitra pprepara helmet li kellu l-kelma ‘good-bye’ fuqu biex isellem lid-dilettanti li segwewh tul il-karriera tiegħu.

Madankollu, prestazzjonijiet pożittivi ta’ Button fl-aħħar żewġ tlielaq flimkien ma’ pressjoni interna fi ħdan il-McLaren wasslu għall-offerta ta’ kuntratt ġdid u rrelegat lil Magnussen fir-rwol ta’ sewwieq ta’ prova. Minkejja dan l-iżvilupp, Magnussen sostna li m’għandu xejn kontra Button u li kien fehem għalfejn ittim Brittaniku ħa d-deċiżjoni li ħa flaħħar tal-2014. Ma sab ebda oġġezzjoni Fejn tidħol ir-relazzjoni bejn sewwieqa tal-istess tim, fl-aħħar jiem dehru fl-aħbarijiet kummenti ġodda ta’ Mark Webber dwar l-ekskollega tiegħu Sebastian Vettel. Kif inhu magħruf, dawn iż-żewġ sewwieqa kienu kollox minbarra ħbieb hekk kif is-snin li għamlu flimkien fi ħdan ir-Red Bull Racing kienu abbundanti f ’kontroversji fosthom dik li wasslet għal ħabta waqt il-Gran Premju tat-Turkija tal-2010 u dik tal-Multi 21 tal-Malasja fl-2013. Ftit tax-xhur ilu sirna nafu aktar dwar dak li kien għaddej wara l-kwinti f ’dan il-perjodu, grazzi għall-awtobijografija ta’ Mark Webber intitolata Aussie Grit fejn is-sewwieq Awstraljan iddeskriva lill-ekskollega tiegħu bħala arroganti u lest li jagħmel kollox biex jirbaħ. Madankollu, din il-ġimgħa Webber ammetta li minn meta rtira fl-aħħar tal-2013, ir-relazzjoni tiegħu ma’ Vettel tjiebet tant illi, qabel ma ħareġ l-awtobijografija tiegħu, huwa ltaqa’ mal-Ġermaniż biex javżah dwar l-opinjonijiet kritiċi fuqu li kienu se jidhru fil-ktieb. L-Awstraljan, però, sostna li Vettel ma sab l-ebda oġġezzjoni li jidhru opinjonijiet ta’ din ix-xorta u stqarr miegħu li ma kienx sorpriż bl-inklużjoni ta’ din il-kwistjoni taħraq fil-ktieb.


40 03|01|2016

kullħadd.com

LOKALI

KIF SEJRA L-KUMMISSJONI JUNCKER?

Alfred Sant Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew

Il-Kummissjoni Ewropea mmexxija mill-eks-Prim Ministru tal-Lussemburgu Jean Claude Juncker ilha issa mas-sena u tliet xhur fil-kariga. Kif inhi sejra? Juncker inħatar President wara li l-partiti ewlenin fil-Parlament Ewropew ftiehmu li se jappoġġjaw għall-presidenza tal-Kummissjoni lill-kandidat tal-partit li, flelezzjonijiet ta’ Mejju 2014 għallistess Parlament, kien se jikseb l-aqwa riżultat. Il-partit lemini talPopolari għamel dan, u bl-appoġġ tas-Soċjalisti, il-kandidat tagħhom Juncker fl-aħħar ġie aċċettat millgvernijiet membri tal-Unjoni Ewropea. Fost il-wegħdi li għamel Juncker kien hemm li se jmexxi Kummissjoni li tkun aktar “politika”; li se jaħseb għall-konsolidament fit-tmexxija tal-Unjoni Ewropea, u allura li filħames snin tal-ħatra tiegħu ma ssirx żieda f ’pajjiżi bħala membri ġodda, u se jitnaqqas il-ħruġ ta’ regolamenti ġodda dwar materji li aħjar jitħallew f ’idejn il-pajjiżi membri; li se jistinka biex l-ekonomiji Ewropej joħorġu mill-istaġnar tagħhom tal-aħħar snin; u li se jagħti wiċċ soċjali aqwa lill-inizjattivi Ewropej. Kemm irnexxielu sa issa t-tim ta’ Juncker iwettaq dawn il-wegħdiet? Bidu mhux sabiħ

Il-Kummissjoni Ewropea tpoġġiet fil-qagħda li taġixxi bħala skawdra tat-tifi tan-nar.

Il-bidu ta’ Juncker innifsu bħala President ma kienx daqstant sabiħ. Ftit ġimgħat wara li daħal fil-kariga faqqa’ l-iskandlu talLuxleaks. Numru ta’ ġurnali ewlenin Ewropej ippublikaw ħafna dokumenti li għaddew bejn ditti kbar multinazzjonali u l-ministeru tal-finanzi tal-Lussemburgu, li fi żmienu bħala Prim Ministru

kien ukoll immexxi minn Juncker. Fid-dokumenti kien żvelat li l-multinazzjonali, bi ftehim malGvern tal-Lussemburgu, kienu qed jevitaw li jħallsu biljuni ta’ taxxi dovuti f ’pajjiżi Ewropej billi jistabbilixxu uffiċċju filLussemburgu. Il-ħbiberiji politiċi u diplomatiċi ta’ Juncker evitawlu li jiġi mminat direttament dwar din is-sejba. Imma mill-Parlament Ewropew ittellqu żewġ investigazzjonijiet fuq ilmaterja. Unjins, għaqdiet tas-sidien u gvernijiet esprimew tħassib kbir. Juncker u l-Kummissjoni Ewropea kellhom ipoġġu bħala prijorità għallħidma tagħhom dik li jiżguraw li t-tassazzjoni fost il-pajjiżi Ewropej tirrispetta regoli tal-kompetizzjoni li ma jħallux lill-kumpaniji jevitaw li jħallsu taxxi dovuti minnhom. Dan hu żvilupp li telaq jirrombla bil-kbir. Sadanittant, il-Kummissjoni mxiet fuq il-linja li tnaqqas il-piżijiet talleġiżlazzjoni Ewropea. Xi erbgħin proposta mill-Kummissjoni, li kienu qed jitressqu għad-deċiżjoni quddiem l-organi l-oħra tal-Unjoni, ġew irtirati. L-għadd ta’ proposti ġodda li ressqet il-Kummissjoni Juncker sar minimu; ħaġa li urtat lil ċerti parlamentari Ewropej għax sabu li x-xogħol naqsilhom! Fejn Juncker mexa ’l quddiem b’inizjattiva ġdida kien bittwaqqif ta’ Fond hekk imsejjaħ ta’ Investiment Strateġiku li b’ħafna maniġġi finanzjarji ttella’ għal somma ta’ aktar minn €300 biljun. Dawn għandhom jintefqu f ’investimenti fil-pajjiżi membri. Maħsuba bħala għodda biex jirranka t-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa li baqa’ staġnat, l-inizjattiva tal-Fond kienet ħolqa ewlenija għall-appoġġ li kien kiseb Juncker mis-Soċjalisti tal-

Parlament Ewropew biex jinħatar President tal-Kummissjoni. Bejn kriżi u oħra

Effettivament il-Fond twaqqaf u beda jopera. Tant hemm interessi politiċi involuti fih – mill-Kummissjoni nnifisha, millParlament Ewropew u minn ċerti pajjiżi membri – li kważi ħadd ma għandu interess li jara l-Fond b’xi mod ifalli. Biss, l-ewwel indikazzjonijiet juru li, kif wieħed seta’ jbassar, il-Fond ftit qed jirnexxilu jagħmel impatt fejn hu l-aktar meħtieġ, jiġifieri fiż-żoni tal-Ewropa fejn hemm l-aqwa ħtieġa ta’ ċaqliq ekonomiku. Irridu nistennew aktar biex naraw kif se jopera l-Fond. Madankollu, l-akbar problema quddiem il-Kummissjoni Juncker matul l-2015 kienet li l-ġrajjiet għelbu l-intenzjonijiet. Sensiela ta’ kriżijiet iddominaw l-aġenda Ewropea: iżżewġ attakki terroristiċi f ’Pariġi; il-kriżi fil-Greċja; iż-żewġ mewġiet ta’ immigrazzjoni, l-ewwel miċċentru tal-Mediterran imbagħad b’qawwa akbar mil-Lvant tal-istess baħar; il-kriżi miruta mis-snin ta’ qabel ikkawżata mill-Ukrajna u r-rabtiet mar-Russja; kif ukoll irrebħa elettorali tal-Konservattivi Ingliżi fir-Renju Unit li ġabet eqreb il-prospett tal-ħruġ ta’ dan il-pajjiż mill-Unjoni – kollha kellhom jiġu ffaċċjati minnufih. Il-Kummissjoni Ewropea tpoġġiet fil-qagħda li taġixxi bħala skawdra tat-tifi tan-nar. Mhux dejjem irniexxielha titfi n-nirien. IlPresident Juncker kemm-il darba pprova jimbotta b’mod politiku lejn inizjattivi li ċerti stati membri ma ridux jieħdu. Għalkemm

ġeneralment qagħad attent biex ikollu l-appoġġ tal-Ġermanja u Franza, pajjiżi oħra ma qagħdux lura milli jirribattu l-pożizzjonijiet li poġġa quddiemhom. Bħalma ġara fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni, dan qed jispiċċa biex jagħti d-dehra ta’ Unjoni Ewropea li qed iġġarrab firda fost il-membri tagħha stess. Il-Kummissjoni donnha mhijiex issib ħin, minħabba fil-problemi li nqalgħu, biex tindirizza b’mod strateġiku kwistjonijiet ewlenin. Veru li nstab kompromess, għal ħafna aċċettabbli, dwar pożizzjoni komuni fir-rigward tal-konferenza dwar il-klima li nżammet f ’Pariġi f ’Diċembru. Dwar kwistjonijiet bħar-relazzjonijiet mar-Russja u l-Ukrajna, l-iżvilupp u l-ħarsien tażŻona Ewro, kif ukoll ir-relazzjonijiet mat-Turkija, l-impressjoni mogħtija hi waħda ta’ lapazzar, aktar milli ta’ xi strateġija maħduma bil-qies. Filverità, ftit tista’ tagħti tort lil Juncker għal dan. Min-naħa tiegħu hu qed jaħdem fuq il-qies li jsostni koalizzjoni ‘grandjuża’ bejn il-lemin u x-xellug tradizzjonali, fuq il-mudell Ġermaniż. Qed jipprova jżomm kordinament għaddej regolarment mal-mexxejja tal-gruppi ewlenin tal-Parlament Ewropew, li jarahom bħala alleati meta lill-gvernijiet ma jogħġbuhomx xi proposti tiegħu. Din il-‘ħbiberija’ ma togħġobx lil kulħadd, speċjalment fost is-Soċjalisti. Hemm numru ta’ deputati Soċjalisti li għalkemm jaraw lil Juncker bħala ‘aħjar’ minn ta’ qablu, Barroso, xorta għadhom iqisuh b’suspett. Is-sena 2016 taf tkun determinanti għas-suċċess jew falliment aħħari tal-Kummisjoni Ewropea mmexxija minn Jean Claude Juncker.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.