KullĦadd_03.09.2017

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 3 ta’ Settembru, 2017

Ħarġa Nru 1,260 Prezz €1

“JINVADU” L-BANEK GĦAS-62+ Fl-aħħar jiem, mijiet ta’ anzjani kkonkorrew għand il-banek u entitajiet oħra bil-għan li jistaqsu dwar il-bonds 62+ li jiftħu għada. Kien hemm banek li ħassru appuntamenti għax ma setgħux ilaħħqu mat-talbiet għat-tagħrif tal-anzjani. Ara paġna 3

MALTA B’IKTAR SAĦĦA FL-AJRU Ir-reġistru tal-ajruplani f ’Malta kompla jissaħħaħ u numri li kisbet din il-gazzetta juru li f ’ħames snin irdoppjaw l-ajruplani rreġistrati mal-awtorità regolatorja f ’pajjiżna. Guns N’ Roses u ACDC huma fost dawk li rreġistraw l-ajruplan privat tagħhom f ’Malta,

iżda l-ajruplani rreġistrati jinkludu wkoll dawk ta’ ċertu kobor. Illum għandna 263 ajruplan irreġistrat ma’ Transport Malta u bil-Ministru Ian Borg jiddikjara l-appoġġ tal-Gvern biex dan ir-reġistru jkompli jissaħħaħ, il-prospetti għal li ġej huma sbieħ. Ara paġna 5

50 PEDOFELU F’POST WIEĦED Ir-Reġistru dwar il-Protezzjoni tal-Minuri, dak li fuqu jitniżżlu l-pedofeli, kważi qed ilaħħaq il-50 persuna. Wieħed minnhom qiegħed darbtejn, kif tista’ tiżvela din il-gazzetta. Ara paġna 9

VOT FOST TENSJONI • ADRIAN DELIA U CHRIS SAID FUQ QUDDIEM Alex Perici Calascione (296 vot) u Frank Portelli (11-il vot) klassifikaw fittielet u r-raba’ post u ġew eliminati. Issa l-għażla finali ssir fis-16 ta’ Settembru minn fost it-tesserati tal-PN. Il-votazzjoni saret fost tensjoni kbira fid-Dar Ċentrali fejn għal diversi ħinijiet kien ukoll preżenti l-kap caretaker Simon Bu-

suttil, li deher ikun injorat minn dawk li jappoġġjaw lil Adrian Delia u milqugħ minn persuni oħra. Il-gazzetta KullĦadd illum tista’ tiżvela li tant it-tensjoni b’rabta ma’ din l-elezzjoni kibret tul l-aħħar ġimgħat li ma saritx attività soċjali bejn l-erba’ kandidati li kellha ssir fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

• ADRIAN DELIA JAQA’ ISTERIKU U JITLIFHA, JERĠA’ JITKELLEM DWAR L-GĦADU

Ara paġni 6 u 7

Wara jum ta’ votazzjoni mill-membri tal-Kunsill Ġenerali fost tensjoni kbira, Adrian Delia (616 vot) u Chris Said (425 vot) kisbu l-ikbar appoġġ fl-ewwel vot fit-tellieqa għall-Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista. Elezzjoni li għaliha vvutaw 1,354 kunsillier, jew 99% tal-membri tal-Kunsill Ġenerali.


02

03.09.2017

kullhadd.com

Editur ALEANDER BALZAN

L-Ogħla Temperatura: 29°C L-Inqas Temperatura: 24°C L-Indiċi UV: 7 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni għolja fuq iċ-ċentru tal-Mediterran ser tippersisti It-Temp: Xemxi Ir-Riħ: Ftit qawwi għal qawwi mill-Majjistral itTramuntana, lokalment qawwi għal qawwi ħafna għall-ewwel, li jsir mill-Majjistral. Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Qawwi L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 27°C

email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572

Disinn tal-Paġni LEANNE ABELA GRECH tel: (+356) 2568 2571

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

Indirizz Postali KullĦadd

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

30°C UV 10

20C

Il-Ħamis

30°C UV 11

22°C

Il-Ġimgħa

30°C UV 11

22°C

Is-Sibt

Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

30°C UV 10

22°C

29°C UV 11

22°C

30°C UV 11

22°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Royal Pharmacy, 271, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21252396 Fra Diego Dispensary, 94, Triq Villambrosa, Il-Ħamrun – 21224898 St. George’s Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Ħal Qormi – 21443045 Herba Pharmacy, 183, Triq il-Kbira, Birkirkara – 21443406 St. Matthew’s Pharmacy, Triq ix-Xatt, Il-Gżira – 21311797 Numri Importanti Penny Lane Pharmacy, Triq is-Sejjieħ, Is-Swieqi – 21375373 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​ Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21335492 112​ Il-Mehrież Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, L-Iklin – 21435567 Grognet Pharmacy, 41, Triq il-Kostituzzjoni, Il-Mosta – 21432038 Il-Pulizija ta’ Malta Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar – 21571764 2122 4001-9​ Fleming Pharmacy, 61, Triq Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid – 21696893 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 21821671 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ​ San Ġwakkin Pharmacy, 1 Triq Sant’Anna, Marsaskala – 21637994 2393 0000 Blossoms Pharmacy, Triq il-Gurgier, Birżebbuġa – 21652226 Prestige Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Ħal Kirkop – 21641328 Il-Gwardjani Lokali ​2132 0202 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 21467459 Make Over Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, L-Imtarfa – 21452833

Stampat Progress Press

L-Isptar ta’ Malta 2545 0000

L-Isptar ta’ Għawdex ​2156 1600

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza ​ 5004 3888

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku ​1182

Għawdex Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Fontana – 21566979 Sokkors Pharmacy, Triq San Girgor, Kerċem – 21553018 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.


03

03.09.2017

kullhadd.com

IL-BONDS GĦALL-ANZJANI JIĠBDU INTERESS KBIR

Fl-aħħar jiem numru kbir ta’ anzjani marru għand il-banek ewlenin u istituzzjonijiet finanzjarji oħra biex jiċċekkjaw dwar is-62+, il-bonds talgvern maħsuba speċifikament għall-anzjani li jiftħu għada. Saħansitra, tista’ tikkonferma din il-gazzetta, ilbieraħ kien hemm banek li ħassru appuntamenti skedati ma’ klijenti biex ilaħħqu mad-domanda għal appuntamenti minn anzjani li riedu jiksbu tagħrif dwar dawn il-bonds. Saħansitra kien hemm bosta anzjani li marru l-banek mingħajr appuntament biex jiksbu t-tagħrif. Fil-fatt, dawn il-bonds jistgħu japplikaw għalihom persuni li twieldu matul is-sena 1955 jew qabel. Dan se jkollu rata ta’ imgħax vantaġġjuża ta’ 3%, liema rata hija kważi d-doppju tar-rati ta’ imgħax li qegħdin joff-

ru l-banek kummerċjali filpreżent. L-imgħax ta’ dan il-bond jitħallas kull sitt xhur. Analisti finanzjarji spjegaw mal-gazzetta KullĦadd li dan l-interess wera kemm kienet f ’lokha l-wegħda talbaġit biex isiru dawn il-bonds. Fl-aħħar jiem il-Ministru għall-Finanzi, il-Professur Edward Scicluna, qal li l-Gvern

iddeċieda li jniedi dan il-bond għax jinsab konxju mit-tnaqqis drastiku fid-dħul addizzjonali li l-pensjonanti kien qiegħed ikollhom fid-dawl tat-tnaqqis tar-rati ta’ interess li depożiti fissi mal-banek kummerċjali kellhom fl-aħħar snin. Fil-fatt kien għalhekk li fil-baġit għal din is-sena l-Gvern kien ħabbar miżura

li permezz tagħha jinħareġ ilbond b’rata ta’ imgħax ferm aħjar minn dik tas-suq immirat biss għall-pensjonanti biex b’hekk itejbu d-dħul tagħhom. Biex seta’ jsir dan, kellha tinbidel il-Liġi dwar il-Bills tat-Teżor ta’ Malta, liema liġi għaddiet mill-Parlament reċentement.

Dawk eliġibbli se jkunu jistgħu jinvestu mhux inqas minn €500 u mhux iżjed minn €10,000. L-imgħax jitħallas darbtejn fis-sena, darba kull sitt xhur, kull 13 ta’ Marzu u kull 13 ta’ Settembru. L-imgħaxijiet jiġu mgħoddija f ’kont fil-bank li jkun għażel l-individwu. L-imgħaxijiet huma taxxabbli u l-bond huwa għal ħames snin, jimmatura fit-13 ta’ Settembru, 2022, meta allura jingħata lura l-ammont li jkun inħareġ oriġinarjament. Il-bond ma jistax jiġi nnegozjat, lanqas ma jista’ jingħadda lil ħaddieħor u lanqas ma jista’ jintuża biex iservi ta’ xi forma ta’ garanzija. Il-bonds jistgħu jinxtraw mill-banek u mill-istituzzjonijiet finanzjarji u intermedjarji awtorizzati. Lista ta’ dawn kollha hija provduta fuq il-website tat-Teżor www.treasury.gov.mt.

185 UNJONI ĊIVILI FI TLIET SNIN MISTENNIJA BIDLIET MILL-KOPPJI GĦAŻ-ŻWIEĠ Fl-aħħar tliet snin kien hemm 185 koppja li daħlu f ’unjoni ċivili. Il-maġġoranza ta’ dawn il-koppji huma persuni gay li din il-liġi tal-2014 kienet tathom l-opportunità li jingħaqdu f ’unjoni ċivili bid-drittijiet taż-żwieġ. Però issa dawn il-koppji se jkollhom iċ-ċans jingħaqdu fiżżwieġ wara li iktar kmieni din is-sena l-Parlament, fuq inizjattiva tal-Gvern, bidel il-liġi taż-żwieġ biex għamilha waħda għalkollox ugwali. Dan ifisser li għalkemm se tibqa’ l-fakultà li wieħed jidħol f ’unjoni ċivili, l-użu ta’ din il-liġi mistenni

jonqos ħafna għax il-bidla filliġi taż-żwieġ offriet ugwaljanza assoluta. Minn dawn il-185 unjoni ċivili, 20 kienu ċċelebrati barra l-pajjiż, b’waħda jew wieħed mill-partijiet ikun ċittadin Malti. Fl-ewwel ftit xhur wara li daħlet il-liġi f ’April 2014 kien hemm 28 li daħlu f ’unjoni ċivili, u 50 daħlu fl-2015, fl-2016 daħlu 60 persuna f ’unjoni ċivili u din is-sena diġà kien hemm 47 ċelebrazzjoni ta’ unjoni ċivili. Issa bil-bidla fil-liġi, li daħlet fis-seħħ nhar il-Ġimgħa, dawn il-persuni se jkunu jistgħu jib-

dlu l-unjoni ċivili fi żwieġ. Fi kliem il-Ministru għall-Ugwaljanza, Helena Dalli, dan hu pass importanti ħafna. Dalli iddeskriviet din il-liġi bħa-

la pass ieħor lejn li jkollna soċjetà ugwali u li permezz tagħha l-Gvern kompla jneħħi aktar diskriminazzjoni, ħafna minnha ġejja mill-preġudizzji.

“Permezz ta’ din il-liġi għandna soċjetà aktar inklussiva u aktar nies jistgħu jgħixu ħajjithom ta’ ċittadini bid-drittijiet u l-obbligi kollha,” saħqet Dalli.


04

03.09.2017

kullhadd.com

IS-SUQ TAL-BELT SORS TA’ IMPJIEGI MILL-ĠDID • JOĦORĠU DIVERSI SEJĦIET GĦAX-XOGĦOL Is-Suq tal-Belt se jerġa’ jkun sors ta’ ħajja u impjiegi. Dan huwa wieħed mill-proġetti kbar ta’ restawr li hemm għaddejjin fil-Belt u minbarra li se jerġa’ joffri dehra maestuża lis-sit, il-post se jerġa’ jagħti opportunità ta’ impjieg lil ħafna tant li qed isiru sejħiet f ’iktar minn 20 pożizzjoni differenti b’uħud minnhom hemm bżonn diversi persuni għall-istess pożizzjoni. Fil-fatt meta s-Suq tal-Belt ikun qed jaħdem għalkollox kif pjanat se jaħdmu fih madwar 140 persuna.

Fost oħrajn hemm bżonn persuni fil-qasam tal-ikel u x-xorb anke għaliex is-sular ta’ isfel tas-suq se jieħu l-istil ta’ swieq tal-ikel li naraw fl-isbaħ u l-ikbar bliet fl-Ewropa, fosthom dak ta’ Madrid. Ix-xogħol biex ikun riabilitat dan il-bini ikoniku fil-Belt Valletta issa ilu għaddej għal bosta xhur u din il-gazzetta tista’ tikkonferma li bħalissa jinsab fl-aqwa tiegħu. Biex il-mira li jkun lest sal-aħħar ta’ din is-sena tintlaħaq b’mod li għal żmien il-festi tal-Milied ikun miftuħ. L-operat tal-post kien

fdat lil Arkadia Group b’ċens ta’ 65 sena. Dan wara riżoluzzjoni tal-Parlament li kienet approvata b’mod unanimu. Ilproġett qed isir b’investiment ta’ €10 miljun u l-binja skedata fi grad wieħed għandha l-filosofija ta’ Cook. Eat. Relax. L-ewwel sular se jkun suq tal-ikel, bi ħwienet ta’ ikel frisk. Imbagħad se jkun hemm sular għal ristoranti li jispeċjalizzaw f ’tipi ta’ ikel differenti kif ukoll bars. Is-sular ta’ fuq hu pjanat fuq il-kunċett ta’ spazju miftuħ fejn wieħed jista’ jirrilassa u jissoċjaliz-

za. Dan huwa sular maħsub ukoll għal avvenimenti kulturali bħal ngħidu aħna esebizzjonijiet, mużika live u anke diskussjonijiet. Kollox qed isir tal-ogħla livell u fil-proġett hemm is-sehem ta’ periti Taljani li ntgħażlu wara sejħa internazzjonali u li għandhom esperjenza fi proġetti simili. Magħhom hemm numru ta’

periti Maltin fosthom esperti fir-restawr fejn kulħadd qed jaħdem id f ’id anke bl-involviment tas-sovrintendenza talwirt kulturali. Ix-xogħol fuq ir-restawr tal-proġett jinvolvi mad-90 ħaddiem. Dan hu post li se jiftaħ sebat ijiem fil-ġimgħa u żgur li se jinżel għasel fis-sena li l-Belt Valletta tkun il-Belt Kulturali Ewropea.


05

03.09.2017

kullhadd.com

IRDOPPJAW L-AJRUPLANI REĠISTRATI MALTA

L-ajrulplan tal-U2 reġistrat f’pajjiżna F’ħames snin irdoppjaw l-ajruplani rreġistrati Malta. Tagħrif li ngħata lil din il-gazzetta minn Transport Malta juri li filwaqt li fl2012 din l-entità kellha rreġistrati magħha 128 ajruplan, din is-sena għandha 263. Jidher b’mod ċar li pajjiżna kompla jsaħħaħ postu bħala ġurisdizzjoni għar-reġistrazzjoni tal-ajruplani tul l-aħħar snin bl-2015 kienet l-iktar sena li rat reġistrazzjoni ta’ ajruplani ġodda b’61 ajruplan. Is-sena li għaddiet kienu reġistrati 52 ajruplan ġdid u din is-sena diġà kienu rreġistrati 32. L-ajruplani rreġistrati ma’ Transport Malta jvarjaw minn dawk b’magna waħda għal Airbus A340. Saħansitra Transport Malta għandha reġistrat magħha Sukhoi Superjet 100, fejn kienet din l-entità l-ewwel li rreġistrat ajruplan ta’ dan it-tip fl-Unjoni Ewropea. Fost dawk li għandhom ajruplan reġistrat Malta hemm ACDC u Guns & Roses. Filwaqt li l-U2 wkoll qed iduru t-tour ta’ bħalissa fuq ajruplan irreġistrat f ’pajjiżna. Kelliem għal Transport Malta qal li s-sidien tal-ajruplani jagħżlu lil Malta minħabba l-istil dinamiku tar-regolatur li joffri stil differenti minn dak ta’ ġurisdizzjonijiet oħra. Il-liġijiet ta’ Malta huma wkoll b’saħħithom u Malta hija firmatarja tal-Konvenzjoni ta’ Cape Town li toffri livelli ta’ sigurtà u serħan il-moħħ. Minbarra hekk matul l-aħħar snin kienu implimentati diversi inizjattivi biex ikun ristrutturat id-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili fi ħdan Transport Malta. Dawn jinkludu taħriġ estensiv lil numru ta’ impjegati, kif ukoll reklutaġġ estensiv li wassal sabiex in-numru ta’ spetturi speċjalizza-

Fost dawk li għandhom ajruplan irreġistrat Malta hemm ACDC u Guns & Roses

ti fil-qasam tal-avjazzjoni kien ikkonsolidat. Ilum, id-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili għandu l-kompetenza neċessarja sabiex jiżgura l-ogħla livell ta’ standards fil-qasam tas-sigurtà u servizz mitlub f ’din l-industrija. Pajjiżna joffri wkoll inċentiv fiskali li jinkludu rati ta’ taxxi vantaġġjużi u għotjiet lura fuq il-profitt. Dawn l-isforzi spiċċaw rikonoxxuti minn operaturi ewlenija internazzjonali li qegħdin dejjem jikkunsidraw lil Malta bħala bażi għall-investiment tagħhom. Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg faħħar lill-awtorità ewlenija tat-trasport f ’pajjiżna, Transport Malta, tax-xogħol li qed tagħmel. Huwa qal li jinsab sodisfatt li, kulma jmur, pajjiżna dejjem qed jiġbed lejh aktar investiment u aktar barranin u li permezz ta’ dan, dejjem qiegħda tissaħħaħ l-ekonomija. “Jiena nemmen li għandna nkomplu ninċentivaw dawn it-tipi ta’ reġistrazzjonijiet u nħossni ottimist li n-numri se jkomplu jiżdiedu fiż-żmien li ġej. Jien impenjat li naħdem bis-sħiħ favur investiment u ekonomija dejjem aħjar biex pajjiżna jkollu dak li jistħoqqlu,” qal Borg.


06

03.09.2017

kullhadd.com

MA WASLUX JAGĦMLU ATTIVITÀ FLIMKIEN • MAŻ-ŻIEDA FIL-KUNFLITT TWARRAB IL-ĦSIEB TA’ AVVENIMENT SOĊJALI BIEX JURU L-GĦAQDA

Sa kafè waslu. L-erba’ kandidati li lbieraħ kienu qed jikkontestaw l-ewwel rawnd għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista ma waslux biex jorganizzaw attività talaħħar tal-kampanja elettorali flimkien. Dan anke jekk kien hemm proposta biex isir dan. Il-ħsieb oriġinali kien li l-attività soċjali ssir fi tmiem ilġimgħa li għaddiet u għaliha jkunu mistednin il-membri tal-Kunsill Ġenerali bħalma ġara meta qabel l-aħħar elezzjoni għall-Kap kienet saret attività f ’Ta’ Qali. Dakinhar kienu attendew flimkien Simon Busuttil, Mario De Marco, Francis Zammit Dimech u Ray Bugeja. Iżda, il-

mod maħmuġ kif qed issir din il-kampanja, li għandha twassal għal kap fis-16 ta’ Settembru, ma ħalliex possibbli li din id-darba jsir l-istess. Fil-fatt il-ħsieb, li saħansitra kien kiteb fuqu Chris Said fuq Facebook, twarrab għalkollox b’dawk li fil-Partit Nazzjonalista jieħdu d-deċiżjonijiet beżgħu li seta’ jkun hemm dik li sejħu “farsa.” B’hekk il-kandidati waslu biss biex ħadu kafè fil-bidu tal-kampanja meta l-atmosfera diġà xejn ma kienet tajba, bi Frank Psaila, attivist prominenti tal-PN, kien kiteb ftit wara li aħjar irażżnu lin-nies tagħhom. Wara x-xeni ta’ nhar it-Tnejn quddiem id-Dar Ċentrali,

internament intqal li mnalla ma ħelishiex lanqas, bi Frank parti mill-Kabinett ta’ Gonzi li sar hekk. U fil-fatt dan kom- Portelli jfakkru kif hu kien ħa l-€500 żieda fil-ġimgħa. pla jkun ikkonfermat fit-tieni dibattitu fejn ma naqsux il-botti lejn xulxin mill-erba’ kandidati. Fid-dibattitu qatt ma semmew lil xulxin b’isimhom imma l-messaġġi kienu ċari ħafna. Chris Said attakka lil Adrian Delia meta fost oħrajn qal li jeżisti l-establishment ta’ Kastilja biss. Biex prova jġib fix-xejn l-argument ta’ Delia li l-establishment tal-Partit Nazzjonalista hu kontra tiegħu. Qal ukoll li lilu qatt ma kien hemm kuntratturi li tawh ilflus, botta ċara għal Delia u r-rabtiet tiegħu fiċ-ċrieki tan-negozju. Għalkemm Said


07

03.09.2017

kullhadd.com

LOGĦOB WAQT IL-VOT • KAMPANJA MAĦMUĠA SAL-AĦĦAR

Delia jintilef f’dagħdigħa ddisprata Meta lbieraħ kienu qed jivvutaw il-membri tal-Kunsill Ġenerali ma naqasx il-logħob bil-għan li dawk li jikkontrollaw id-Dar Ċentrali jibqgħu jipprovaw jinfluwenzaw sal-aħħar. Il-Partit Nazzjonalista ħa deċiżjoni li lbieraħ filgħodu jwaqqaf it-telefonati mill-programmi politiċi fuq Radio 101. Dan fl-istess ħin li bħala mistieden ta’ programm imxandar fl-ewwel nofstanhar li l-kunsillieri kienu qed jivvutaw, għażel lil Ivan Bartolo, ta’ 6pm. Bartolo hu kandidat fl-aħħar elezzjoni ġenerali, li fl-aħħar ġimgħat iddikjara l-appoġġ tiegħu għal Alex Perici Calascione, il-kandidat favorit tal-establishment. “Irid ikollok l-integrità biex tkun kap,” beda biex qal Ivan Bartolo li attakka wkoll id-dikjarazzjoni ta’ Adrian Delia li

l-Partit Laburista huwa l-għadu mingħajr ma semmieh b’ismu. Mistieden wara Ivan Bartolo, kien hemm il-Viċi Kap tal-Partit Mario De Marco, li wara li Delia ħareġ għonqu għalih fl2013, hu ma deherx komdu jagħmel l-istess. Minflok beda l-intervent tiegħu fuq ir-radju tal-PN billi faħħar lil Bartolo u tkellem dwar kemm il-PN għandu bżonn nies bħalu. U anke l-Kap tal-Partit preżenti, Simon Busuttil, ma qagħadx lura milli jikkummenta. Għax fil-jum li l-Partit Nazzjonalista beda jagħżel Kap ġdid, Simon Busuttil uża twitter biex tella’ ritratt tiegħu mal-partitarji tal-Partit Nazzjonalista u bagħat messaġġ. Tlett ijiem wara li qal li Adrian Delia kellu jirtira mit-tellieqa għaliex l-allegazzjonijiet dwaru

huma “serji” u “gravi” Simon Busuttil kiteb li l-futur tal-Partit Nazzjonalista issa huwa f ’idejn il-kunsillieri. “Illum il-ġejjieni tal-Partit Nazzjonalista huwa fl-idejn tajba tal-kunsillieri tal-partit. Jien ċert li se jivvutaw bl-interess tal-partit f ’moħħhom,” kiteb Busuttil f ’messaġġ ċar speċjalment meta wieħed iqis dak li seħħ fl-aħħar jiem. Dawn id-deċiżjonijiet ikomplu juru kemm hi kumplessa l-kampanja elettorali għall-Kap fil-Partit Nazzjonalista. Kampanja maħmuġa b’attakki li ma waqfu xejn u dan wassal biex saħansitra ttieħdet id-deċiżjoni li l-partitarji ma jitħallewx iċemplu fuq l-istazzjon tal-partit. Anke biex ma jkunx hemm rabja pubblika għal dawn id-deċiżjonijiet li qed jittieħdu. “Anke fl-elezzjoni jkun hemm

jum ta’ silenzju,” qal il-preżentatur Angelo Micallef ilbieraħ. Iżda, ilbieraħ ma kienx il-qofol. Manuvri kbar saru tul l-aħħar jiem b’Adrian Delia jirreaġixxi b’mod mill-iktar isteriku. L-istil xejn kompost tiegħu kien karatteristika f ’kull laqgħa li kellu fil-każini, iżda l-Ġimgħa filgħaxija qabeż kull limitu. Fl-isfond tal-messaġġ tiegħu; mod ġdid, Adrian Delia organizza rally lejlet l-ewwel rawnd tal-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Spikkaw l-għajat, l-aggressività u l-isteriżmu. Iddisprat biex jiġbed il-voti tal-kunsillieri, Delia ntilef f ’dagħdigħa liema bħala. Delia beda bir-radd tas-salib u għamel kważi nofs siegħa jgħajjat b’ton iddisprat. Delia kellu diskors konfrontattiv u f ’dagħdigħa li ntilef

fiha beda jxejjer sebgħu u ħareġ kwalitajiet li mhuma inklussivi xejn. L-avukat Karkariż kompla jgħajjat anke għax ried jirringrazzja lil ħuh. “Dak ħija, dak ħija mhux kriminal,” qal Delia għal iktar minn darba. Bħal Simon Busuttil li għamel kampanja jħambaq u jgħajjat fit-toroq, Delia uża ton li jkexkex. Bħalma fid-Dar Ċentrali, sejjaħ lill-Partit Laburista bħala l-għadu tiegħu, waqt ir-rally, Adrian Delia b’wiċċu jixhed disprament, silet parti mill-innu tal-Partit Nazzjonalista dwar l-għedewwa. U jekk Simon Busuttil qal li Alla man-Nazzjonalisti, l-istess qal Delia, li bis-suppost mod ġdid tiegħu kompla juri l-aggressività tiegħu. “Alla magħna,” qal Delia.

IĊ-ĊANS LI TAPPLIKA GĦAL-LEAD Qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għall-programm Lead, maħsub biex iktar persuni ta’ sess femminili jidħlu fid-dinja politika. Il-vantaġġ tal-programm hu li dawk magħżula biex jieħdu sehem se jsibu ruħhom fid-dinja politika bi tħejjija li sal-lum ftit kellhom ix-xorti li jesperjenzawha. Dawk li fl-aħħar ġimgħat diġà wrew interess ukoll iridu japplikaw formalment sa għada billi jidħlu fissit elettroniku lead.org.mt. Il-membru tal-Parlament Ewropew Miriam Dalli, li qed tikkordina l-proġett qa-

let li kienu diversi dawk li staqsew dwar din l-inizjattiva. “Kien hemm min staqsa jekk din hix għal tfajliet żgħar biss. Mhux il-każ. Aħna qed insejħu lil dawk in-nisa kollha li għandhom kontribut x’joffru biex jersqu ’l quddiem. Irrelevanti mill-età,” qalet Dalli li saħqet ukoll fuq kemm hi sabiħa l-opportunità tal-mentoring. Pass li permezz tiegħu dawk li jieħdu sehem jgħixu millqrib esperjenza ma’ politiċi li rnexxew. “Il-parteċipanti u l-mentors se jitqabblu flimkien b’sistema li se titħad-

dem apposta għal dan il-programm biex nassiguraw li kull persuna tieħu l-massimu. Minbarra l-mentoring

individwali ta’ kull parteċipanta, kull persuna se jkollha l-opportunità li tagħmel ġimgħa mentoring mal-Prim

Ministru Joseph Muscat,” spjegat Dalli li ħeġġet lil dawk interessati japplikaw sa għada.


08

03.09.2017

kullhadd.com

TAL-WIRT KULTURALI KONTRA WKOLL IKTAR OĠĠEZZJONIJIET GĦAL-LUKANDA FUQ L-IRDUM TA’ ĦAD-DINGLI

Kif inhu propost li jiġi l-iżvilupp Is-Sovrintendenza għall-Wirt Storiku oġġezzjonat ukoll għall-proposta ta’ lukanda fuq l-irdum ta’ Ħad-Dingli. Dan meta kienet qed tirreaġixxi mal-Awtorità għall-Ippjanar għall-applikazzjoni ta’ outline permit preżentata għat-twaqqigħ u żvilupp mill-ġdid taleks fabbrika tal-isplussiv f ’Ħad-Dingli, iktar magħrufa bħala l-fabbrika tal-Ġelatina fiż-żona tal-Qaws. Il-ħsieb hu li din il-fabbrika tinbidel f ’resort u spa. “Se tkun opportunità mitlufa, jekk il-pajsaġġ kulturali taż-żona ma jiġix riabilitat sabiex ikompli jżid il-valur ambjentali tal-irdumijiet. Għalkemm Malta għadha ma rratifikatx il-Konvenzjoni Kulturali Ewropea, jekk dan l-iżvilupp jitħalla jsir, se nkunu qed nimminaw l-isforzi biex nipproteġu u nippromwovu l-pajsaġġ kulturali ta’ pajjiżna,” qalet is-sovrintendenza. Din l-oġġezzjoni ngħaqdet mar-rapport ta’ seba’ faċċati li fih l-ERA qalet li l-fatt li diġà hemm il-bini tal-fabbrika tal-isplussiv m’għandux jintuża bħala pretest biex jingħata permess għal iktar żvilupp u saħansitra dan jiġi estiż.

Din il-proposta se tkun qed tpoġġi żvilupp kummerċjali u urban iktar viċin ta’ żona kostali u rdumijiet ta’ importanza kbira u żoni protetti tal-madwar. Fi kliem l-Awtorità dan se jkun qed ipoġġi diffikultajiet sabiex effettivament l-iżvilupp jiġi kontenut fi ħdan iż-żona diġà kompromessa minħabba diversi fatturi bħat-twassil ta’ servizzi. “Il-proġett jitlob xogħlijiet sinifikanti ta’ tħaffir f ’ambjent sensittiv ħafna. Hemm is-sensittività ekoloġika u xjentifika tas-sistema talwied ħdejn l-iżvilupp, u impatti negattivi sinifikanti fuq ix-xeniċi ta’ natura li joffri l-post.” L-ERA qalet ukoll li dan se jħalli impatt viżiv negattiv b’ambitu fqir għal mitigazzjoni xierqa permezz tat-tħawwil ta’ pjanti u siġar kif proposti. “Dan se joħloq kwistjonijiet ambjentali oħra assoċjati mal-introduzzjoni ta’ ħsejjes, dawl u problemi oħra fis-sit u fiż-żona tal-madwar, li tikkontribwixxi wkoll għad-degradazzjoni ekoloġika f ’kuntest iktar usa’.” “Il-movimenti tal-vetturi mistennija u n-numru ta’ viżitaturi attirati minn dawn iż-żoni jis-

ta’ jikkontribwixxi għaż-żieda fit-talbiet sabiex jitwessgħu t-toroq u anke għall-parkeġġ, b’konsegwenzi negattivi fuq l-inħawi tal-madwar.” L-iżvilupp propost huwa inkompatibbli mal-prijorità ġenerali biex tiġi kkonservata b’mod effettiv l-importanza naturali, ekoloġika u xjentifika taż-żona, inklużi l-ispeċi protetti tagħha, u l-istat naturali ġenerali u s-sensittività għolja tal-pajsaġġ żiedet l-ERA. “Huwa wkoll f ’kunflitt dirett mal-istatus ta’ żona skedata u mal-preżunzjonijiet konsegwenti kontra l-iżvilupp li jirriżultaw minn dan l-istatus. Dan l-iżvilupp jista’ jikkawża wkoll bidla fl-użu tal-art taż-żona kkonċernata u għalhekk jikkawżaw theddid u pressjonijiet differenti għall-integrità, l-istruttura u l-funzjonament tal-Anness 1 tal-Habitat 5330 li jinsab fil-viċinanza immedjata tal-bini.” Dan imur kontra l-miżuri speċifiċi tal-immaniġjar tal-irdumijiet ta’ Malta: Ir-Ramla ta’ Għajn Tuffieħa sax-Xaqqa, qalet l-ERA, kif ukoll kontra t-Theme 2: Species and Habitats of Malta’s National Biodiversity Strategy and Action Plan

(NBSAP) li jitlob li jeħtieġ li tissalvagwardja l-kampanja mit-tixrid urban. “L-esperjenza wriet li l-impenji għall-iżvilupp bħal din il-proposta huma kważi irriversibbli ladarba jitħallew jiġu stabbiliti.” F’dan ir-rigward, huwa importanti li jiġi żgurat li dawn l-iżviluppi huma diretti lejn postijiet ta’ impatt baxx (pereżempju f ’siti indikati ta’ turiżmu primarju) żied jgħid ir-rapport. L-Applikanti Dirk Hili, Bianca Anastasi u Veli Holdings huma l-propjetarji tal-kumapnija La Toc Hotels Limited, liema kumpanija ġiet iffurmata fl-2014. Il-pjan għal din il-lukanda jinvolvi eskavazzjoni tas-sit sabiex jiġu kreati tliet livelli sotterrani: tnejn minnhom għall-parkeġġ u l-ieħor bħala restorant, spa, kċina, reception u bar lounge. Il-pjanti sottomessi jindikaw li l-lukanda hija proposta fuq 11-il blokka separata b’ żewġ pixxini. Jekk approvat dan se jkun qed jirrikjedi tqattigħ talart sabiex jitwassal id-dawl u l-ilma. Żvilupp lussuż jekk mhux għall-impatt ambjentali negattiv li se jkun qed iħalli fuq iż-żona ODZ.

“Fid-dawl ta’ dan, il-proposta hija oġġezzjonabbli minn perspettiva ambjentali. Il-konservazzjoni tan-natura għandha tkun il-prijorità / l-għan primarju għal din iż-żona sensittiva u l-inħawi tagħha. L-ERA tqis li l-ebda żvilupp u xogħlijiet m’għandhom jitħallew iseħħu f ’dan il-qasam sensittiv.” Diversi għaqdiet mhux governattivi, residenti u anke l-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli diġà preżentaw l-oġġezzjonijiet tagħhom għall-iżvilupp propost. Is-Sindku ta’ Ħad-Dingli Sandro Azzopardi tenna li l-użu jew aħjar in-nuqqas ta’ użu ta’ din iż-żona m’għandux jintuża bħala ġustifikazzjoni sabiex jiġi akkomodat dan l-iżvilupp. Dan kien il-ħsieb ewlieni li ħareġ wara konsultazzjoni pubblika li l-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli għamel mar-residenti tiegħu l-ġimgħa li għaddiet. Kienu ħafna r-residenti u l-bdiewa li għandhom l-għelieqi tagħhom fil-madwar li esprimew rabja kbira għal dak li ddeskrivew bħala “sfreġju f ’żona ta’ Natura 2000.” Ir-reġistrazzjonijiet kontra l-iżvilupp jintlaqgħu sat-Tnejn 4 ta’ Settembru 2017.

MAL-EWWEL 10 GĦAL TWELID MIT-TEENS

Kitba ta’ u 11.93% rispettivament. L-anqas KYLE MIFSUD pajjiżi li raw twelid ta’ din ix-xorta kienu l-Italja u l-Iżvizzera b’rati ta’ Statistika maħruġa mill-Eurostat tik- 1.21% u 0.81%. Esperti f ’dan il-qasam qalu li r-raklassifika lil Malta fl-10 post minn 31 pajjiż, meta niġu għar-rata ta’ trabi li ti għoljin ta’ twelid f ’ċerti pajjiżi li twieldu minn ġenituri taħt id-19-il jinsabu fil-Lvant tal-Ewropa juri sena. Fis-sena 2015 f ’Malta b’kollox n-nuqqas ta’ kuxjenza dwar is-sess kellna rata ta’ 4.3% li tfisser 95 wild femminili u hemm ukoll nuqqas mingħand ommijiet li l-età tagħhom kbir ta edukazzjoni dwar is-suġġett. Problema oħra f ’dawn il-pajjiżi hija tvarja bejn l-14 u d-19-il sena. B’kollox fl-Unjoni Ewropeja twiel- n-numru kbir ta’ infertilità. Għaldu 2,338,013 tarbija fis-sena 2015 u hekk it-tfajliet kienu qed ikunu minn dawk 92,926 minnhom twiel- mħeġġa sabiex ikollhom it-tfal ta’ du minn ommijiet taħt id-19-il sena. età żgħira. Allura l-medja Ewropea hija dik ta’ Ir-Renju Unit u Malta huma l-uniċi pajjiżi min-naħa tal-Punent tal-Ewro3.97%. L-aktar żewġ pajjiżi li raw twelid pa li qed jikklassifikaw mal-ewwel 10 minn ommijiet żgħażagħ kienu r-Ru- postijiet ta’ din l-istatistika. Madankmanija u l-Bulgarija b’rati ta’ 12,31% ollu deher titjib sostanzjali mis-sena

2010 fejn in-numru ta’ trabi li twieldu minn ommijiet taħt id-19-il sena naqas b’81 wild. L-aktar pajjiż li ra tnaqqis fit-twelid fost iż-żgħażagħ kien l-Estonja fejn in numru ta’ trabi li twieldu f ’dawn il-kategoriji naqsu b’aktar minn 700. Fattur li jiddetermina n-numru ta’ trabi li twieldu huwa l-edukazzjoni sa minn età żgħira fl-iskejjel. Wieħed ta’ min jinnota li fl-Estonja ġew introdotti programmi obbligatorji li jippromwovu l-ugwaljanzi bejn is-sessi fl-iskejjel kollha tal-pajjiż. Irene Donadio kelliema għall-International Planned Parenthood Federation European Network (IPFF) stqarret li l-Unjoni Ewropea għandha tieħu pożizzjoni aħjar dwar dan il-qasam u taqsam l-aħjar prattiċi u

programmi ta’ edukazzjoni fost ilpajjiżi kollha. Donadio stqarret ukoll li “s-subien għandhom bżonn jifhmu aktar lit-tfajliet u t-tfajliet għandhom bżonn ikunu aktar infurmati dwar x’inhuma d-drittijiet tagħhom.” Għalkemm l-informazzjoni u t-tagħlim huma importanti, Donadio appellat ukoll lill-gvernijiet sabiex ikunu ppreparati aktar billi joħolqu sistemi legali li jassiguraw aktar awtonomija lejn in-nisa. Fuq nota aktar pożittiva l-istess statistika turi li fis-sena 2015 b’kollox f ’Malta twieldu 4,325 tarbija, żieda ta’ 134 fuq is-sena ta’ qabel. L-aktar xahar li fih twieldu tfal kien Diċembru fejn kien hemm 401 twelid. Filwaqt li l-anqas xahar li fih twieldu trabi kien Frar bi 311-il twelid.


09

03.09.2017

kullhadd.com

KWAŻI ĦAMSIN FUQ IR-REĠISTRU TAL-PEDOFELI • WIEĦED TPOĠĠA DARBTEJN • DISKUSSJONI DWAR AĊĊESS FAĊILITAT Kitba ta’ RACHEL POWELL F’ħames snin, 49 persuna tniżżlu fuq ir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri. Matul din is-sena diġà tpoġġew ħames ismijiet fuq din il-lista. Kif turi l-istatistika, iċ-ċifri jitqabblu sew tul is-snin, bl-iktar waħda għolja tkun fl-2016, meta ġew deċiżi aktar każi relatati mas-suġġett. Skont l-informazzjoni miksuba hemm ukoll individwu li ismu tpoġġa darbtejn fir-reġistru wara żewġ kundanni separati - waħda li kkorrompa tifel taħt l-età u l-oħra għall-parteċipazzjoni f ’attivitajiet sesswali ma’ żewġ subien ta’ taħt l-età. L-idea għall-introduzzjoni tar-reġistru saret wara li fl2006 pedoflu ta’ 79 sena tħalla jieħu ħsieb grawnd tal-futbol f ’Raħal Ġdid li kien jintuża wkoll bħala żona ta’ rikreazzjoni minn skola fil-viċinanzi. L-Att dwar ir-Reġistrazzjoni għall-Protezzjoni tal-Minuri jgħid li kull persuna reġistrata ma tkunx eliġibbli li tkun membru ta’, jew li jkollha impjieg ma’, jew li żżomm xi pożizzjoni oħra f ’xi istituzz-

joni, stabbiliment jew organizzazzjoni li tipprovdi jew li torganizza xi servizz jew attività li tinvolvi l-edukazzjoni, il-kura, il-kustodja, il-ħarsien jew it-trobbija tal-minuri, sew jekk is-sħubija, l-impjieg jew pożizzjoni oħra tkun bi ħlas, kif ukoll jekk le. Kull persuna li tingaġġa, tħaddem jew timpjega xi persuna reġistrata ma’ entità rilevanti jew li tassenja pożizzjoni lil xi persuna reġistrata ma’ dik l-entità tkun ħatja ta’ reat, u meta tinstab ħatja tista’ teħel il-piena ta’

priġunerija minn tliet xhur sa erba’ snin jew multa ta’ mhux inqas minn €2,500 imma mhux iżjed minn €50,000 jew dik il-multa u l-priġunerija flimkien. Il-liġi mhix retroattiva. Dan ifisser li l-ismijiet imddaħla fir-reġistru ddaħlu wara l-introduzzjoni tar-reġistru u persuni li ġew ikkundannati permezz ta’ reati preċedenti għall-introduzzjoni tiegħu mhumiex imniżżla. L-ismijiet li jitniżżlu jinkludu dawk ħatja t’offiżi bħal stupru, parteċipazzjoni f ’attivitajiet sesswa-

li ma’ minuri, s-serq ta’ tfal, prostituzzjoni, pornografija, traffikar ta’ minuri, fastidju u traskuraġni ta’ minuri. Madanakollu jibqa’ l-fatt li mhux daqshekk faċli li wieħed jiċċekkja dawn l-ismijiet. Jekk persuna li tħaddem trid taċċessa r-reġistru, trid tmur għand avukat li jagħmel rikors fil-Prim’awla tal-Qorti Ċivili, peress li huwa r-reġistratur ta’ din il-Qorti l-individwu responsabbli miż-żamma tar-reġistru. Kull talba bħal dik għandha ssir permezz ta’ rikors li għandu

jiġi notifikat lill-Avukat Ġenerali li għandu jkollu perjodu ta’ sebat ijiem tax-xogħol biex iwieġeb. Il-qorti kompetenti tista’ taħtar data għas-smigħ tar-rikors sabiex jiġi stabbilit jekk ir-rikors għandux jintlaqa’ u d-data tas-smigħ għandha tkun notifikata lill-Avukat Ġenerali, li jista’ jieħu sehem fis-smigħ. Jekk il-qorti kompetenti tilqa’ r-rikors, hi għandha tidentifika l-informazzjoni li tista’ tiġi żvelata u għandha tordna li dik l-informazzjoni tiġi mgħarrfa lir-rikorrent bil-miktub. Kienu ħafna avukati, ġenituri, edukaturi u għalliema li talbu sabiex l-aċċess għal dan ir-reġistru jkun iffaċilitat. Kelliem għall-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali qalilna li d-diskussjoni għadha għaddejja u r-rieda tal-Gvern hija li jiffacilita dejjem iktar il-proċess waqt li jissalvagwardja d-drittijiet tal-persuni kollha involuti, speċjalment il-vittmi. “Waħda mill-affarijiet li se nkunu qed naħdmu fuqha hija li nagħmluha iktar faċli għal għaqdiet mhux governattivi li jaċċessaw dan ir-reġistru anke billi jkollhom tariffi irħas u speċjali għalihom.”

LEJN ĊENTRU STATE OF THE ART FIL-MARSA Din l-istruttura li tidher fir-ritratt qed issib postha fis-sit tal-eks shipbuilding fil-Marsa bħala parti mix-xogħol li għaddej bil-għan li l-post jinbidel f ’ċentru marittimu tal-ogħla livell. Dan is-sit huwa l-aħħar sit industrijali mal-baħar f ’pajjiżna u għal snin twal kien abbandunat.

Iċ-ċentru, magħruf aħjar bħala oil & gas hub se jkun qed isir b’investiment ta’ miljuni kbar ta’ ewro u dawn ir-ritratti huma xhieda tax-xogħol li għaddej minn Ablecare Group li ntgħażlu wara sejħa internazzjonali li kien ħareġ il-Gvern bl-aġġudikazzjoni ssir f ’Marzu tassena li għaddiet għalkemm wara segwew negozjati dwar il-konċessjoni.


10

03.09.2017

kullhadd.com

IL-KOPPJA FOST L-ARTISTI • F’INDUSTRIJA TAL-FILMS B’SAĦĦITHA L-EXTRAS FIS-SEBA’ SEMA • AKTAR MINN 100 EXTRA TTIEĦDU L-INGILTERRA JKOMPLU LI BDEW MALTA

Kitba ta’ Ħad-Dingli jafuh bħala FaRACHEL POWELL ther Christmas. Fil-fatt l-ewwel darba li libes t’hekk kien Luciano Vassallo u martu f ’riklam ma’ Moira Delia. Marianne wkoll taħdem Marianne għandhom passjoni kbira għall-films. Iżda, bħala extra u feature artmhux biss jarawhom fuq ist. Tirrakontalna li bdiet is-sufan bħala rilassament fil-films kważi ma’ żewġha. wara xi jum jew ġimgħa twal, Kienet ħadet sehem fi Gladiator. Kull ritratt hemm storja jieħdu sehem fihom ukoll. Fil-films, Luciano beda warajh qaltilna hekk kif Lużgħir. Kellu 16-il sena, kien għadu lanqas iżżewweġ. Luciano spjegalna li l-ewwel film tiegħu kien dak ta’ Tarzan meta kien għadu jitħarreġ għall-bodybuilder. “Kien għadu ż-żmien tal-black and white! X’differenza hux?!” Luciano ħadem diversi films fosthom Maltese Fight, film qasir li anke rebaħ diversi unuri fosthom anke l-Apollo d’Oro. Jirrakkontalna kif Ħabib tagħna intgħażel: “Mort biex nieħu parti. Kien hemm naqra tul qalilna dik oħt minn fejn tidħol għall-palk. Michael Jackson, F’daqqa waħda tiġi persuna li tgħidli li d-Direttur jixtieq għidulha ħa ikellimni. Kien rani biss dan! nieħdu ritratt! Dak iż-żmien kelli xagħri twila u rani perfett għall-par- Ħadhomlna ti. Qalli biex immur inbid- l-bodyguard kien del.” “Meta jċempluli l-ewwel ma ir-ritratti jgħiduli - id-daqna għadek biha? Xagħrek għadu twil?” Infatti ħafna mir-residenti ta’

ciano beda juri xi ritratti li jkun ħa anke mal-atturi. “Ma nafx f ’liema wieħed ma ħax sehem!” Marianne u Luciano ġieli kellhom l-opportunità jaħdmu flimkien ukoll. Fis-serje Taljana Rex ħadmu ta’ turisti. Bid-daħka fuq fommhom jiftakru li kienu qegħdin mal-ġenb viċin l-artisti jaħdmu x-xena. Jisimgħu lid-direttur jgħid lill-assistenti tiegħu biex imorru jneħħu lil dawk il-persuni għaliex kienu fix-xena. “Tant konna qed naħdmuha tajjeb li lanqas induna, ħasibna ta’ vera! Tgħidx kemm daħku u qalulu “Le! Dawk tnejn mill-extras tagħna!” Ġejtu perfetti qalilna d-Direttur.” Luciano jirrakkonta esperjenzi oħra. “F’13 Hours kellna tmien kameras u drone biex jiġbdu. Il-Mosta lanqas bdew jorqdu n-nies. Konna nibdew niffilmjaw fis-2:00am. Iżda kienu jżommuna fuq l-idejn. Billejl kienu jagħmlulna l-pizza. Saħansitra kien jiġi l-vann tal-ġelat. Ikel kemm trid.” U b’differenza minn drabi oħra ma kienx hu li talab li jieħu ritratt. “L-artist ta’ 13 Hours tant ħa grazzja miegħi li għajjatli biex jieħu

ritratt miegħi! Kont ħdimt ta’ Iżda jgħidilna li mhux kull ragħaj. Imbagħad kull x’ħin artist jieħu gost li wieħed jijarani jsellimli.” tolbu ritratt miegħu. “Darba kont ma’ ħabib tiegħi u konL-iktar parti għall-qalbu na qed naħdmu ma’ Brad Pitt u dan talbu ritratt u dan qallu Ma stajniex ma nsaqsuhx m’għandix ċans. U imblajt! dwar il-parti li ħadem f ’Game Iżda imbagħad erġajna ħdimof Thrones, serje televiżiva li na miegħu f ’World War Z u għamlet suċċess kbir. Jgħidil- kien owkej. Kollu ħdimnieh, na li din kienet l-iktar parti li għamilna xi xahar.” “The Promise kien film ħadem għal qalbu. Luciano kellu l-parti ta’ xerrej tal-isk- sabiħ. Hemmhekk issibni javi. Saħansitra għandu ritratt fil-bidu tal-film fi Triq filmal-attriċi ċelebri Emilia Belt fil-parti ta’ Tork inbigħ. Clarke, li taħdem il-parti ta’ Hemmhekk kelli noqgħod Daenerys Targaryen u l-at- nirranġa s-sapun. Kull darba tur Jason Momoa li jaħdem kien joqgħod jiġi jgerfixhil-parti ta’ Khal Drog. Dawn omli d-Direttur. Jiġu l-artisti qegħdin fi gwarniċ fil-kċina. ħdejja wkoll.” Irrakkontalna li r-ri- F’Assassin’s Creed ħadem ta’ tratt ħadulhom id-Direttur kardinal. “Kelli ħafna ħwejjtas-serje stess! “Lanqas sup- eġ u tgħidx kemm ħassejna post kellna kameras, imma sħana. Fix-xemx ċertu kostuvera kienu dħulin,” qalil- mi jġennuk!” Fil-film The Cut kien liebes na bid-daħka. Jgħidilna li għadu jsegwi s-serje u kull ilbies ta’ sinjur. “Kienu tawni meta joħroġ episodju ġdid l-polka, l-arloġġ u n-nuċċali ikun fuq ix-xwiek biex jar- tad-ditta!” Ħadmu wkoll ma’ John ah! Luciano ħadem fl-ewwel staġun tas-serje, u deher fl- Rhys-Davies, li ħadem il-par10 episodji kollha. “Ħaduna ti ta’ Gimli f ’The Lord of the d-Dwejra, u konna noqogħdu Rings, fejn kellhom il-parti ta’ fil-lukanda ta’ Ċenċ. Kienu qassisin. Fil-film ċelebri Troy jagħmlulna l-BBQ filgħaxi- ħadmu bħala persuni fis-suq, ja. Momoa wara li nispiċċaw filwaqt li f ’The Da Vinci Code mill-iffilmjar kien joqgħod kellu parti fuq l-ajruplan ħdejn l-artist. idoqq il-kitarra.”


11

03.09.2017

kullhadd.com

Mhux kull xena li tinġibed tintuża u sfortunatament jaf tkun ix-xena li tkun dehert fiha inti! Hekk ġara fix-xena tat-Tieġ ta’ Kristu f ’The Da Vinci Code fejn id-Direttur kien saħansitra qallu biex joqgħod fin-nofs taċ-ċirku tannies, post prominenti. Iżda ma dehritx, minħabba li ġiet iċċensurata. “Darba fil-film Saul kien inħalli ż-żarbun fix-xita. L-attur prinċipali li ħadem il-parti ta’ Saul Kyle Schmid kien niżel jaqfilli ż-żarbun! Kont stħajt u għedtlu ‘u le issa jorbtuhuli.’ Iżda niżel qalli le għax taqa’. L-oħrajn kollha baqgħu jħarsu! Tal-wardrobe kont għedtilhom rajtuh l-artist rabatuli?!” Jitkellem ukoll dwar kif kellu x-xorti jieħu ritratt ma’ oħt Michael Jackson, La Toya. “Qisha pupa kienet! Daħlet, daħkitilna. Telgħet lejn is-sur. Dak il-ħin ħadd ma nduna. Kellha l-bodyguard magħha. Ħabib tagħna qalilna dik oħt Michael Jackson, għidulha ħa nieħdu ritratt! Ħadhomlna l-bodyguard kien ir-ritratti.” Sabiħ, iżda mhux faċli Jgħidilna li x-xogħol ta’ extra mhux faċli daqskemm wieħed jimmaġina. “Huwa xogħol iebes ħafna u jinvolvi sigħat twal ta’ ffilmjar għal xena waħda biss. Marianne tgħidilna li fis-sigħat twal tal-filming tħobb tieħu magħha xi ktieb sabiex il-ħin jgħaddi iktar malajr. F’World War Z kienu jitilqu mid-dar tagħhom fit-3:00 ta’ filgħodu u l-vann iwassalhom lura fil11:00 ta’ filgħaxija. “Konna nqumu u ngħidu illum x’ġurnata hi?!” “F’Helen of Troy, fix-xena tat-tieġ ta’ oħt Helen, għamilt ġurnata sħiħa bil-kabarè tqil ħafna mimli bl-għeneb dieħel u ħiereġ inqassam lir-rejiet. Konna 100 f ’dik ix-xena. Kulħadd jiekol, koxox tattiġieġ, kollox ta’ vera!” “F’Agora kellna nidħlu jien u ieħor inġorru mara għarwiena ħuta. Dawk jitħallsu tajjeb. Kif id-Direttur jgħid “cut” jgħattuhom bil-liżar. L-irġiel kienu bil-ħarqa ma ħallewhomx jinżgħu għarwenin.” L-istess tip ta’ xeni rawhom ukoll f ’Helen of Troy. Bid-daħka jirrakkontalna l-esperjenza ta’ ħabib tiegħu li ħadem magħhom. “Jekk id-Direttur jgħidlek trid tistagħġeb trid tistagħġeb hux! Issa inzerta li din kienet il-parti ta’ sieħbi. U meta l-mara tiegħu rat ilfilm qaltlu għalhekk tkun trid tmur bħala extra biex tara l-artisti mingħajr ħwejjeġ! U ma ġiex iżjed.” Kif jgħidulna Luciano u Marianne li ilhom iktar minn 20 sena jaħdmu dan ix-xogħol, il-films mhux bħall-palk, ma tistax tkun ħafna teatrali. “Fuq it-televiżjoni jaf ikollok biss kamera jew tnejn. Fil-film ikollok anke tmien-

ja! Qas tkun taf fejn qegħdin. Jekk toqgħod tħares lejn il-karmera tħassarlu xena!” Films bi 3,000 extra Kull sena l-Kummissjoni Maltija tal-Films qed toffri l-opportunità lil diversi Maltin u Għawdxin biex jipparteċipaw fil-films. Engelbert Grech, il-Kummissarju tal-Films, qalilna li hemm films partikolari li kellhom bżonn saħansitra 3000 extra. Il-Kummissjoni qed taħdem sabiex ikun hemm aktar inċentivi sabiex producers iħaddmu atturi u extras Maltin fuq films internazzjonali. Minbarra l-gwadann finanzjarju, in-nies qed ikollhom il-possibilità li jaraw kif jinħadem film millviċin. Fix-xhur li għaddew aktar minn 100 extra kellhom ukoll opportunità unika għaliex ittieħdu l-Ingilterra fejn komplew jiġbdu xeni ta’ film li bdew jaħdmu fuqu Malta. L-għażla tal-extras hija dejjem ibbażata skont it-tema tal-produzzjoni li tkun ser tinġibed. “Produzzjoni jista’ pereżempju jkollha bżonn nies somor jekk inkella bjondi. Jista’ jkun hemm bżonn li li l-extras ikunu muskulati. Kollox jiddependi mill-iscript tal-film jew mill-produzzjoni li tkun ser tinġibed. Ir-rati jibdew minn €60 u jistgħu jiżdiedu skont il-kapacità tal-persuna. Grech stenna li tul dawn l-aħħar ftit snin, ħidma bla waqfien mill-Kummissjoni Maltija tal-Films tkun strumentali biex Malta terġa’ tattira films u produzzjonijiet internazzjonali li jħallu miljuni kbar fl-ekonomija. F’dawn l-aħħar snin rajna diretturi kbar u ta’ fama internazzjonali jaħdmu fuq xtutna u joħorġu sodisfatti b’dak li jirnexxilhom jiksbu. Michael Bay, Angelina Jolie, Terry George, Kenneth

Meta jċempluli l-ewwel ma jgħiduli id-daqna għadek biha? Xagħrek għadu twil?

Engelbert Grech Branagh, Lilly Wachowski huma ftit fost il-ħafna li kellhom bosta kliem ta’ tifħir wara li ġibdu xi xeni f ’Malta. Dan jawgura tajjeb ħafna għall-futur hekk kif iktar ma jmur iż-żmien, iktar produtturi tal-films qed isiru jafu mhux biss fuq il-postijiet sbieħ li hawn f ’pajjiżna iżda wkoll bil-professjonalità talMaltin u l-Għawdxin li jaħdmu f ’din l-industrija. Bħalissa hemm numru ta’ produzzjonijiet li qed jitħejjew għall-ġbid fix-xhur li ġejjin. Fosthom hemm żewġ produzzjonijiet Bibliċi li ser jinġibdu sal-aħħar tas-sena. Hemm ukoll serje televiżiva internazzjonali li se tkun qed tiġbed xeni fuq il-baħar u fit-tankijiet fil-bidu tal-2018. “Bi preparazzjoni għal dawn il-films, bħalissa numru ta’ extras qed jigu msejħa biex jippruvaw kostumi u biex jitteħdulhom ir-ritratti. Dejjem sibna interess kbir millMaltin biex ikunu extras tant li qatt ma kellna diffikultà biex jinstabu n-nies. Kull darba li produzzjoni jkollha bżonn għadd kbir ta’ extras, jinħarġu avviżi fuq il-mezzi soċjali u fil-gazzetti fejn dawk li jixtiequ japplikaw jiġu mistiedna għall-casting. Hemmhekk, jitteħdulhom r-ritratti li jintużaw għall-għażla.”


12

03.09.2017

kullhadd.com

L-UĠIGĦ TA’ RAS TAL-QTATES BARRA • GĦAL MIN ŻVOG U GĦAL MIN SORS TA’ ĦMIEĠ • SINDKI JIFHMU LIL MIN JINDUKRAHOM, IŻDA JRIDU LI TINŻAMM L-INDAFA • JEŻISTU MADWAR NOFS MILJUN QATTUS JIĠRU BARRA Minn xi snin ’l hawn, in-numru ta’ qtates mitluqin immultiplika f ’pajjiżna. Jista’ jkun il-każ li hawn numru sew ta’ Maltin li jħobbuhom (mhux f ’darhom) u ta’ kull filgħodu u filgħaxija joħorġu jitimgħuhom u jagħmlulhom l-ilma f ’kontenituri tal-plastik. Id-dehra ta’ dawn il-qtates tidher kullimkien, l-aktar fil-ġonna pubbliċi, ’il ġewwa mir-rixtelli tal-iskejjel u qrib l-isptarijiet. Sidien ta’ garaxxijiet taħt l-art

igergru għax ta’ kuljum isibu l-ħmieġ tal-qtates quddiem biebhom u minkejja li hawn voluntiera li jiġbru ftit minnhom u jsewwuhom, xorta n-numru tagħhom għadu jiżdied. Il-gazzetta KullĦadd tkellmet mal-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali u numru ta’ sindki li jaffaċċjaw din l-isfida ma’ wiċċhom, għalkemm għandhom perspettiva differenti ta’ kif iħarsu lejha. Minn Charles B. Spiteri

Davina Sammut Hili

M

Emanuel Buhagiar

Terrence Ellul

Stephen Sultana

Anthony Chircop

Tmur kull fejn jinżammu l-annimali ssib kartelluni: Titmax lill-annimali; Don’t feed the animals. Dan għax l-annimali jkunu kkurati. Iżda nibet numru ta’ nies li ta’ kull filgħodu u filgħaxija, daħħluha f ’moħħhom li joħorġu jitimgħu lill-qtates mitluqa, li ma jridhom ħadd. Taqbel li dan għandu jibqa’ jsir wara l-bibien tan-nies u postijiet pubbliċi?

Il-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali, Emanuel Buhagiar qal li fil-gżejjer Maltin hawn madwar nofs miljun qattus/a jiġġerrew fit-toroq jew f ’xi santwarju jew Cat cafés fil-ftit li jeżistu. “Ħafna nies Maltin u barranin, iħobbu l-annimali u sintendi dawn jitimgħuhom u fejn jippermetti jipprovdulhom ukoll kenn b’kennels tal-injam f ’xi biċċa art li ma tkunx qed tintuża jew ukoll f ’xi parapett ta’ darhom. Pajjiżna huwa żgħir wisq u sintendi għal kull ħaġa li tiġri jew issir, dejjem kważi sejjer ikun hawn min jaqbel jew ma jaqbilx,” jgħid Buhagiar. Fil-fatt, is-Sindku ta’ Birkirkara, Joanne Debono Grech, tikkonferma kif din hi sors ta’ kontroversja fil-lokal li tmexxi hi. “Safejn naf jien, jingħad li hemm liġi, li aktarx saret meta kien hawn ħafna klieb jiġġerrew fit-triq, fejn min jitmagħhom fit-triq irid jistenniehom jieklu u jnaddaf warajhom. Illum, il-klieb mitluqa naqsu ferm u flokhom qed insibu l-qtates. Iżda l-ikel żejjed li jingħataw, jew li ma jiklux ukoll għandu jitnaddaf, l-aktar jekk jiġu mitmugħin wara l-bibien tan-nies u fil-ġonna pubbliċi,” tgħid Debono Grech. Iżżid li tassew li hawn min iħobb il-qtates, iżda tinsisti li jekk ma jkunux miżmuma f ’daru u allura jitmagħhom barra fit-triq, għandu jnaddaf warajhom. “Din tal-indafa nħoss li għandha ssir, inkella l-istess qtates se jkunu l-iskop li jwasslu aktar ġrieden għallfdal tal-ikel tagħhom. Nemmen ukoll li l-problema

M

Joanne Debono Grech

tal-qtates qiegħda tikber ħafna u sar hawn numru mdaqqas ta’ nies li jgħidu li jħobbuhom. Tant li meta tiġi biex tittieħed azzjoni; bħal meta tiġi biex tneħħi xi kaxex minn xi post pubbliku, jippretendu li ma għandniex nagħmlu dan. Ftit ilu dan kollu ġara lilna u xi individwi ġew il-Kunsill bi protesta. Iżda ma jistax ikun li jkollna ġonna pubbliċi kif mixtieqa bil-kwantità ta’ qtates li jkun fihom, għax jingħad x’jingħad, jekk l-annimali ma jkunux indukrati, iġibu ħmieġ, telqa u briegħed. U jekk inħallu lil dawn il-qtates kollha anki f ’żoni ta’ rikreazzjoni, jista’ jmur xi tifel jew tifla u jieħdu xi infezzjoni minnhom,” qalet Debono Grech. Il-Kummissarju Buhagiar innota kif fis-snin li għaddew, il-gvernijiet ħasbu ftit jew wisq biex isir titjib fiż-żamma tal-annimali u wħud mill-inizjattivi li saru kienu t-tiswijiet tal-klieb u l-qtates li jiġġerrew barra fit-toroq u dan sabiex tiġi kkontrollata l-popolazzjoni tagħhom. “L- NGO’s li jaħdmu mal-annimali u dawk in-nies li volontarjament jitimgħu lill-annimali tat-triq jieħdu wkoll ħsieb li dawn il-qtates jissewwew ukoll,” qal Buhagiar. Għal din il-mistoqsija Davina Sammut Hili, Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Furjana, għandha esperjenza pożittiva x’tirrakkonta. “Il-Kunsill Lokali tal-Furjana għandu diversi cat cafés li jieħdu ħsiebhom voluntiera, waqt li nikkonferma li r-residenti partikolarment l-anzjani jħobbuhom sew. Sal-lum ma nafx

li saru lmenti dwar il-qtates u/jew il-ħmieġ li jista’ jinġabar wara li jiġu mitmugħa. L-ilmenti dwar ilqtates li saru u li qed isiru sa riċentement huma li dawn l-annimali qed jiġu maqtula b’avvelenament. Il-Kunsill jikkunsidra li l-qtates huma pest control naturali u effettiv li jikkontrollaw il-ġrieden, firien u insetti bħall-wirdien kemm fit-toroq kif ukoll fil-ġonna,” tgħid Sammut Hili.

Ma jistax ikun li jkollna ġonna pubbliċi kif mixtieqa bil-kwantità ta’ qtates li jkun fihom, għax jingħad x’jingħad, jekk l-annimali ma jkunux indukrati, iġibu ħmieġ, telqa u briegħed

Temmen li bl-iskuża li jitimgħu lill-qtates, bosta individwi qed jaslu jħammġu l-ambjent, l-aktar għax qatt ma tarahom inaddfu l-fdal tal-ikel li jitimgħu lill-qtates u l-post jimtela bid-dubbien? Xi tħoss li għandek tagħmel bħala Kunsill?

Għas-Sindku ta’ Santa Luċija, Terence Ellul, il-problema mhix f ’li titma’ lill-annimali li qed jiġġerrew barra. “Jien naqbel ma’ nies li jiġu jitimgħu lill-annimali għax dawn, fl-aħħar mill-aħħar iridu jieklu u aħjar

milli jsibu xi borża żibel u jqattgħuha biex jiekluminnha,” qal is-Sindku. Naturalment mhux kulħadd iġib ruħu kif xieraq u hawn jinħoloq il-kunflitt. “Il-problema hi li mhux

kulħadd juża l-edukazzjoni kif suppost. Pereżempju Santa Luċija tiġi persuna minn barra l-lokal biex titma’ lil dawn il-qtates, iżda din toqgħod hemm sakemm jikluh biex terġa’ tieħu kollox lura magħha.


13

03.09.2017

kullhadd.com

Ħafna jsibuhom ta’ mistrieħ, u naf b’ħafna ġenituri li jniżżlu lit-tfal anki jaraw u jilagħbu mal-qtates għax ma jistgħux iżommu pet fid-dar

Imma mbagħad issib xi nies li jiġu bil-karozza u tarahom jaqilbu borma tilqit milli jkun fadlilhom fuq il-bankina u jitilqu ’l hemm. Imbagħad nibdew bid-dubbien ġej minn kullimkien ġrieden u balla insetti. Allura ma tistax ma twaħħalx tabelli biex ma jitfgħux ikel. Ghax fl-aħħar mill-aħħar ħadd ma jieħu pjaċir jara xi ġurdien wara l-bieb tad-dar tiegħu jew xi miżbla għad-dannu ta’ ħaddieħor li għalih mhux li ġie jitma’ lill-annimali iżda li jkun ħeles mill-imbarazz li jkollu,” qal Ellul. Iżżid miegħu Debono Grech. “Pereżempju għand-

M

ukoll min qed jaqbad il-qtates u joħodhom biex isewwihom, iżda sakemm jinqabdu, fiha biċċa xogħol. “Kieku dawn il-qtates ma jdejqu lil ħadd bil-ħmieġ tagħhom, ma jkun ġara xejn, iżda għandi rapporti minn bosta residenti, fosthom ukoll sidien ta’ garaxxijiet taħt l-art, li kuljum qed isibu l-ikel imxerred flart u l-ħmieġ wara l-bibien tagħhom. Dan kollu għax min jagħtihom l-ikel mhux jara li jżomm l-ambjent nadif,” issoktat tilmenta Debono Grech li tinnota kif f ’Birkirkara l-esperjenza mhix pożittiva bħalma per eżempju hi skont is-Sindku tal-Furjana.

F’numru ta’ ġonna pubbliċi dawn il-qtates għamlu l-ġust u l-ġonna mhumiex iservu għall-veru skop tagħhom. Dan billi llum il-ġurnata, ilqtates ma jitmattrux fl-art jew fil-ħamrija, iżda saru jikkapparraw il-bankijiet tal-poplu. Tinħass kuxjenza fuq dan?

Għal din il-mistoqsija Emanuel Buhagiar, semma l-inizjattiva tal-cat cafés. “Jien nemmen ħafna fl-inizjattiva li għamel il-Gvern dan l-aħħar sabiex jgħin finanzjarjament lill-Kunsilli Lokali jagħmlu cat cafés fil-lokalità tagħhom fejn jippermetti u tali qtates jinġabru hemm u jkun hemm min jieħu ħsiebhom f ’dan il-post ikkontrollat. Ħadd ma għandu jħalli ħmieġ warajh jew ikel żejjed meta jitma’ lill-qtates u għaldaqstant min iħammeġ barra, ikun qed jikser il-ligi. Jien inħeġġeġ lill-Kunsilli Lokali sabiex isibu biċċa art fil-lokalità tagħhom u jagħmlu cat café u jitolbu l-għajnuna skont kif imwiegħed fil-Manifest Elettorali tal-Gvern f ’paġna 122 tad-Drittijiet tal-Annimali artikli 38 u 39,” tenna Buhagiar. Anthony Chircop, Sindku tal-Kunsill Loka-

M

na ċertu sqaq fejn ta’ kuljum imorru nies jitimgħu lil kwantità kbira ta’ qtates tat-triq umbagħad jiġu għandna l-anzjani li joqogħdu fl-istess sqaq biex jirrappurtaw li l-qtates qed iħammġulhom fil-parapetti. Barra minn hekk nedejna kampanja u fejn stajna għamilna qsari biex insebbħu l-ambjent. Peress li l-qtates jitilgħu fihom u jħammġu, qerdulna l-pjanti kollha. U spiċċajna li residenti li la għandhom qtates u lanqas jitimgħuhom, ikollhom inaddfu ta’ kuljum warajhom u wara min imur jitmagħhom fl-istess sqaq,” żiedet is-Sindku Karkariża li nnotat kif f ’Birkirkara hemm

li ta’ Tas-Sliema indika li l-lokalità tiegħu se tkun fost dawk li jieħdu inizjattiva simili. Dan wara li staqsejnieh dwar il-fatt li Ġnien l-Indipendenza f ’Tas-Sliema spiċċa bil-bankijiet ikkapparrati millqtates. “Fil-fatt, aħna wkoll kontra li dawn il-qtates ma jibqgħux fuq dawk il-bankijiet taħt l-umbrelel il-blu. Li ser ikun qed jiġri hu li dawn ser jitneħħew dalwaqt minn hemm, u ser nagħmlu bħal cats café f ’parti mill-ħamrija tal-ġnien, taħt siġra għall-kenn. Dan bħala parti mit-tisbiħ li qed isir f ’dan l-istess ġnien,” qal Chircop. Is-Sindku kompla jagħmilha ċara li l-qtates filġnien ma jdejquhx. “Ħafna jsibuhom ta’ mistrieħ, u naf b’ħafna ġenituri li jniżżlu lit-tfal jaraw u jilagħbu mal-qtates għax ma jistgħux iżommu pet fid-

dar,” qal is-Sindku. “Aħna bil-ħsieb li l-bankijiet li semmejt int jitneħħew il-qtates minn fuqhom dis-sena, u l-istess bankijiet jerġgħu jintużaw min-nies,” qal Chircop li nnota kif ix-xogħol ta’ bħalissa fil-ġnien għandu jitlesta sa tmiem din is-sena u l-proġett li jmiss se jkun l-irranġar tal-canopies u l-umbrelel li fih ilġnien. Is-Sindku ta’ Santa Luċija jirrakkonta esperjenza kemxejn differenti. “Rigward il-qtates fil-ġonna pubblici, s’issa f ’Santa Luċija qatt ma kellna minn dawn. Biex nippruvaw intaffu naqra minn din il-problema kellna nwaħħlu tabella, iżda dik il-persuna li dejjem kienet edukata xorta għadha tiġi u ħadd qatt ma qalilha xejn, għax dejjem naddfet warajha,” qal Ellul.

Xi snin ilu kienet għaddiet by-law li min jinqabad jitma’ lill-ħamiem fil-Belt Valletta jeħel multa. Tħoss li għandu jsir l-istess fir-rigward ta’ ikel lill-qtates mitluqin ma’ Malta kollha?

Is-Sindku ta’ Santa Luċija aktar jemmen li għandu jkun hemm għassa għal dawk il-persuni li mhumiex edukati u min jinqabad jarmi l-fdal tiegħu bl-iskuża li qed jitma’ lill-annimali, jiġi mħarrek u mmultat. “Biżżejjed għandna nies li joħroġu lill-annimali tagħhom jagħmlu dawra; iħammġu u ma jiġbrux ilħmieġ kif suppost, basta bil-borża mdendla maċ-ċinga,” qal Ellul. Emanuel Buhagiar, jagħmilha ċara li ma jaqbilx. “Jien ma nemminx f ’xi by-law li tgħid biex qtates ma jiġux mitmugħa f ’xi lokalità, iżda kif spjegajt, nemmen li għandu jkun hemm prudenza minn min jitma’ lill-qtates fit-toroq u sintendi l-Kunsilli Lokali jibdew

jagħmlu xi ħaġa f ’dan ir-rigward u jsibu art fejn isir cat café,” qal il-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali. Jemmen li b’dan il-mod il-qtates fit-toroq jonqsu u ma jiġux imtajra minn xi vetturi, jiġu msewwija, ikkontrollati u kkurati għal saħħithom ukoll. “Inizjattiva bħal din tintlaqa’ tajjeb żgur, kemm minn min iħobbhom u kemm minn dawk in-nies li għal xi raġuni jiddejqu bihom. Mahatma Gandhi jgħid li ‘The Greatness of a Nation and its moral progress can be judged by the way its animals are treated,’” qal Buhagiar. Stephen Sultana, is-Sindku ta’ Santa Venera jgħid li diment li wieħed jitma’ annimal mhu qed jagħmel

xejn ħażin. Il-ħażin isir meta min jitma’ ma jnaddafx warajh. Għalhekk irid ikun hemm infurzar strett mill-Green Wardens għal kull min jabbuża. Mhux fil-każ tagħna żgur li le - anzi hemm il-ħsieb li ’l quddiem, meta jkun hemm fondi neċessarji, il-ġnien ikun mgħammar ukoll b’santwarju għalihom. Għandna nies iddedikati li mill-ħin volontarju tagħhom u minn flushom, jitimgħuhom, jindukrawhom u jieħdu ħsiebhom u nies hekk għandna nibżgħu għalihom. Il-by-law għandha tiġi introdotta għal min jinqabad iħammeġ b’mod irresponsabbli u ma jnaddafx wara.


14

03.09.2017

kullhadd.com

L-ANNIMALI SLAVAĠ IDAWRUHA MAD-DINJA Kitba ta’ u ssagrifikat ruħha għall-frieħ billi offriet RAMONA PORTELLI lilha nnifisha. “Skont il-qlajja’ kelli problemi mentali jew dipressjoni wara li rajt din Għall-intervista tal-lum, intervistajt per- ix-xena. Fil-verità r-ritratt juri ċita tgħallem sonalità b’differenza. Fil-fatt hija fotogra- lill-frieħ tagħha kif jaqbdu impala. L-impafu tal-annimali slavaġ, u tmur tieħu ritratti la ma kellha l-ebda frieħ. Bħala fotografu tagħhom fl-ambjent naturali fejn jgħixu tal-annimali mdorrija nara xeni bħal dawn u - ġeneralment l-Afrika, imma kultant iżżur avolja dejjem inħoss għall-annimal li jinqaukoll postijiet oħra bħall-Indja u l-Amerka bad, żgur xeni bħal dawn ma jaffettwawnix t’Isfel. Peress li għandha xogħol ieħor full- bil-mod kif ġie ddeskrivit fil-qlajja’. L-istorja time għandha ħin ristrett fejn tista’ tmur nfirxet minħabba s-sensazzjonaliżmu tal-istiġbed ir-ritratti. Però tagħmel l-aħjar li tista’ torja falza ikkombinata mal-fatt li r-ritratt biex tlaħħaq maż-żewġ karrieri. Qed nir- innifsu huwa kemxejn drammatiku. Din inreferi għal Alison Buttigieg. firxet ħafna iktar meta attur popolari ta’ BolGħandha 36 sena, toqgħod ġewwa Ħelsin- lywood għamel share fuq il-profili tal-midja ki fil-Finlandja u taħdem bħala konsulenta soċjali tiegħu. Illum il-ġurnata kulħadd jara tal-IT u fotografu tal-annimali. Bħala pas- x’ser jagħmel biex iġib iktar likes – huwa satempi għandha għal qalbha l-fotografija, komuni li xi nies jivvintaw stejjer qarrieqa l-ivjaġġar u l-qari, u bħala persuna għandha u drammatiċi biex imorru ma’ ritratti u vispirtu avventuruż. djows li ġeneralment lanqas biss ikunu ħadu Il-fotografija għaliha hija żvog kreattiv li huma jew ħadu permess biex jużawhom,” jgħinha tapprezza s-suġġetti tagħha b’ik- bdiet tispjegali Alison. tar dettall. It-tip ta’ fotografija li tagħmel Wara li ħarġet din il-qlajja’, Alison kompliet teħodha tivvjaġġa f ’postijiet u tara annimali tgħidli li bdiet tirċievi mijiet ta’ messaġġi li kienet taħseb li se tarahom biss fid-doku- jistaqsuha jekk hijiex il-fotografu bil-mard mentarji. L-għan tagħha hu li tuża r-ritratti mentali. “Wara li għamilt post fuq il-probiex tqajjem kuxjenza li l-annimali u l-amb- fili soċjali tiegħi bir-ritratt u l-verità dwaru, jent fejn jgħixu għandhom jiġu kkonservati. il-midja internazzjonali qabżet fuq l-istorja u Qabel ma mort għal din l-intervista, kont din infirxet ukoll. Għadni sal-lum ma nistax konxja mill-fatt li, ftit ġimgħat qabel, kienet nifhem kif sempliċi ritratt inqala’ tant paninfirxet qlajja’ dwar Alison. Fil-fatt li ġara demonju dwaru. Għaddejt ħafna ħin nimkien li xi nies xerrdu ritratt li ħadet fuq il-mi- la formoli fuq il-midja soċjali biex inneħħi dja soċjali u sar viral bi storja falza tgħid il-verżjonijiet kollha tar-ritratt bl-istorja falza. hekk: Tliet ċitas kienu qed jiġru wara impala L-etika tiegħi dejjem kienet li r-ritratti li nipu ż-żewġt ifrieħ tagħha, u l-impala waqfet pubblika u l-istejjer tagħhom dejjem ikunu

ġenwini – storja falza bħal din tista’ taffettwa l-kredibilità tiegħi, kif ukoll mhix ħaġa sabiħa meta tkun taf li l-kollegi tax-xogħol (jew min jista’ jimpjegak fil-futur) qed jaraw qlajjiet bħal dawn iduru dwarek,” kompliet tesprimi ruħha miegħi. Messaġġi favur il-konservazzjoni tal-annimali Mistoqsija x’tagħmel bihom ir-ritratti li tieħu, Alison spjegatli li normalment tpoġġihom fuq il-profili tal-midja soċjali u s-sit tagħha – biex jgħinu biex iwasslu l-messaġġ tagħha favur il-konservazzjoni tal-annimali. Xi kultant jiġu ppublikati fuq kotba, gazzetti u magażins ukoll – jew inkella jinbiegħu biex iżewqu xi ħajt ġo dar jew uffiċċju. Peress li Alison qaltli li l-fotografija mhix ix-xogħol full-time tagħha, tipprova tkun fil-linja tal-fotografija għal madwar erba’ sa sitt ġimgħat fis-sena. Fil-fatt minħabba t-tip ta’ fotografija li tagħmel, teħtieġ li tmur postijiet mbiegħda għal ġimgħat sħaħ, u peress li għandha xogħol ieħor full-time tista’ tuża biss il-leave tax-xogħol. “Ġeneralment immur nieħu r-ritratti darbtejn jew tliet darbiet fis-sena. Nieħu xi ritratti oħra matul is-sena ukoll fejn ngħix, imma iktar bħala prattika,” sostniet miegħi. Ta’ min jgħid li filwaqt li tieħu ritratti ta’ ħafna tipi ta’ annimali, Alison tispeċjalizza l-iktar fil-big cats. “Peress li nixtieq nieħu ritratti ta’ annimali slavaġ fl-ambjent naturali tagħhom, irrid insiefer f ’postijiet speċifiċi

f ’diversi kontinenti għal dan il-għan. Kultant irrid nivvjaġġa għal diversi ġranet biex nasal. Hemm ukoll ħafna loġistika dwar x’irid jiġi ppjanat għax ma nivvjaġġax ma’ gruppi u xi drabi nippreferi wkoll li nivvjaġġa bla gwidi f ’postijiet remoti,” kompliet telabora miegħi. Mistoqsija jekk qattx kellha xi inkontri speċjali jew strambi, Alison sostniet miegħi li probabbilment l-iktar esperjenzi memorabbli kienu ġo Mana Pools ġoż-Żimbabwe - wieħed mill-ftit parks nazzjonali fl-Afrika fejn tista’ tinżel mill-karozza u timxi fejn trid. “Ma tantx hemm fejn issuq u bilfors trid timxi għar-ritratti. L-annimali mdorrijin jaraw in-nies u ġeneralment ma jkunux ta’ periklu – sakemm tkun taf x’qed tagħmel u żżomm distanzi adekwati. F’dan il-post kellna ħafna inkontri sbieħ, u xi kultant xi ftit diffikultużi ma’ ljuni u ljunfanti. Darba spiċċajna bla ħsieb f ’nofs ta’ ljuni jikkaċċjaw waqt li konna mexjin. Meta tara grupp ta’ ljuni filli reqdin u filli jiġru lejk wara annimal ieħor, li ma tafx minn fejn tfaċċa, mhux ħaġa li tintesa’ malajr. L-anqas ma ninsa s-sitwazzjonijiet meta konna mdawrin bl-iljunfanti jew annimali oħra viċin ħafna għax tant konna kwieti li kienu huma li ma żammewx distanza adekwata! L-esperjenza mal-annimali meta ma tkunx ġo karozza hija kompletament differenti. Peress li nħobbu mmorru camping f ’postijiet bla ċnut u bla nies madwarna – mhux l-ewwel darba jinqalgħu l-praspar meta jiġu l-iljuni fil-kamp jaraw x’aħna nagħmlu u kultant jippruvaw


kullhadd.com

jisirqu xi mejda jew kaxxa, jew ikunu jridu jixorbu l-ilma tal-ħasil! Jew jiġi xi ljunfant ikisser is-siġar li nkunu kkampjati ħdejhom u juża l-kamp li nkunu reqdin fih biex iħokk dahru,” bdiet tirrakkontali. Ta’ min jgħid ukoll li xi ritratti milli tieħu Alison ġew ippubblikati internazzjonalment. Ġeneralment jiġu ppubblikati r-ritratti u xi kliem relatat mal-annimali fir-ritratti. Ħlief għall-eċċezzjoni tal-qlajja’, is-suġġett tal-artikli dejjem ikunu l-annimali u r-ritratti. Mhux hekk biss, iżda Alison rebħet xi premjijiet internazzjonali. Fosthom kien hemm fis-sena 2016 – Siena International Photo Awards – Remarkable Award u anke Wildlifephoto.com 2016 Photo Competition Series – Highly Commended. Fis-sena 2015 ħadet il-Comedy Wildlife Photography Awards – Highly Commended u fis-sena 2013 rebhet Share the View – Denver Audobon Competition – Highly Commended. Fl-aħħar nett Alison xtaqet tgħaddi messaġġ lill-qarrejja kollha ta’ din il-gazzetta. “Għandna nibżgħu iktar għall-ambjent, u għandu jkun hawn ħafna iktar tagħrif dwar kemm annimali ikoniċi jistgħu jisparixxew għalkollox mill-ambjent naturali tagħhom fi żmien ħajjitna. Għandna wkoll noqogħdu attenti li ma nemmnux u ma nxerrdux bl-addoċċ aħbarijiet jew informazzjoni fuq il-midja soċjali mingħajr ma nivverifikawhom,” temmet tgħid Alison. Aktar informazzjoni dwar il-fotografija li tigbed Alison tinsab fuq www.alisonbuttigieg. com

15

03.09.2017

Peress li nixtieq nieħu ritratti ta’ annimali slavaġ fl-ambjent naturali tagħhom, irrid insiefer f’postijiet speċifiċi f’diversi kontinenti għal dan il-għan


16

03.09.2017

MITT ANNIVERSARJU MINN MEWTU Kitba ta’ EMAN BONNICI Propju mitt sena ilu, sewwasew fl-10 ta’ Settembru 1917, ħa l-aħħar nifsijiet tiegħu wara marda progressiva li kellha tul ta’ ħames snin, Dom Ildebrando Polliuti OSB. Oliv. Abbati Ġenerali tal-Kongregazzjoni ta’ Santa Marija ta’ Monte Oliveto. Fl-okkażjoni taċ-ċentinarju minn mewtu, inħasset il-ħtieġa li tiġi mfakkra din il-figura dinamika ta’ dan irraħeb li edifika l-Ordni tiegħu, flimkien mal-ħajja monastika, bil-mod li bih għex sew il-ħajja tiegħu bħala raħeb, kif ukoll ’il quddiem bħala Abbati Ġenerali tal-Kongregazzjoni tiegħu. Il-Benedittini Olivetani Il-Kongregazzjoni Olivetana tnisslet ġewwa Siena permezz ta’ San Bernardo Tolomei, l-ewwel bħala komunità eremitika u aktar tard bħala stil ta’ ħajja monastika fuq ir-Regola ta’ San Benedittu. Giovanni Tolomei kien membru ta’ familja nobbli, li kiseb l-edukazzjoni tiegħu taħt id-Dumnikani u aktar tard iggradwa mill-Università ta’ belt twelidu. Problema serja fil-viżta t’għajnejh wasslitu biex jitlef iddawl. Taħt din iċ-ċirkustanza, wiegħed ’l Alla u lill-Madonna li kemm-il darba jikseb id-dawl mill-ġdid, ixidd fuqu l-abitu ta’ pellegrin u jħaddan ħajja eremitika. Ġara li talbu ġie mismugħ u hekk, iż-żagħżugħ ħalla l-ħajja akkademika tiegħu fi Siena, u akkumpanjat minn żewġt iħbieb tiegħu - Patrizio Patrizi u Ambrogio Piccolomini - irħielha lejn Monte Oliveto, daqs 30 kilometru barra mill-belt imsemmija, iġorru magħhom Kurċifiss - proprjetà tal-istess Giovanni, li sal-lum għadu jinsab meqjum fil-knisja tal-abbazija li eventwalment waqqaf. Giovanni, li minn issa ’l quddiem ismu sar Bernardo - għal San Bernard minn Clairvaux taċ-Ċisterċensi - kellu 41 sena meta flimkien ma’ Patrizio u Ambrogio erħielha lejn id-deżert ta’ Accona, żona solitarja bejn Chiusure u Buonconvento. Kienet is-sena 1313. L-istil imħaddan minnu u minn sħabu jidher li laqat sew lil numru kotran ta’ oħrajn tant li spiċċat biex tnisslet il-Kongregazzjoni Benedittina Olivetana, approvata mill-Papa Klement VI fil-21 ta’ Marzu 1344. Il-fundatur miet f ’belt twelidu fl-20 t’Awwissu 1348, waqt ħidma umanitarja b’riżq l-appestati, ta’ liema flaġell safa’ eventwalment vittma huwa wkoll. Il-katavru tiegħu inxteħet f ’qa-

Bniedem erudit li ħabb il-letteratura u l-istudju, kien skular eċċellenti tal-Grieg u l-Latin, kif ukoll teologu ta’ ħila bar tal-massa flimkien ma’ dak ta’ tant oħrajn u għaldaqstant illum il-ġurnata huwa mitluf. Il-Papa Benedittu XVI ikkanonizzah fis-26 t’April 2009 u l-membri tal-Kongregazzjoni tiegħu jinsabu preżenti llum - barra l-Italja - fi Franza, l-Ingilterra, l-Irlanda, l-Iżrael, il-Korea t’Isfel, il-Brażil, il-Gwatemala u l-Istati Uniti tal-Amerika. Ildebrando Polliuti Fil-lista twila ta’ rħieb li ssieħbu matul is-sekli fil-Kongregazzjoni Olivetana, insibu mhux biss kardinali u isqfijiet, imma wkoll qaddejja t’Alla, figuri miżmuma bi qdusija u wkoll mgħollija għall-glorji tal-artal - bħal Santa Francesca Romana - kif ukoll mużiċisti, kittieba, skulari u mexxejja

għaqlin u ta’ ħila. Ma’ dawn l-aħħar żewġ aġġettivi nistgħu ninkludu għaldaqstant il-figura tagħna tal-lum. Imwieled Piacenza, fl-Italja, fl-24 t’Awwissu 1854, Polliuti ffrekwenta l-Kulleġġ Alberoni fl-istess belt u ħaddan il-ħajja monastika wara prietka li seħħlu jisma’ fil-katidral tal-belt minsuġa minn Dom Placido M. Schiaffino, dik il-ħabta Vigarju Ġenerali tal-Kongregazzjoni Olivetana u aktar tard Kardinal Prefett tas-Sagra Kongregazzjoni tal-Indiċi. Irċieva l-abitu reliġjuż f ’Monte Oliveto fil-21 t’Awwissu 1875 u preċiżament sena wara wettaq l-ewwel voti monastiċi tiegħu. Ordnat presbiteru fil-25 ta’ Frar 1877, f ’Ġunju tal-istess sena kien mibgħut fil-monasteru ta’ Settignano, fejn għamel

il-professjoni solenni fid-9 ta’ Marzu 1880. Maħtur surmast tan-novizzi f ’dan l-istess monasteru, eżerċita dan l-uffiċċju b’assidwità kbira u kien għall-istudenti afdati f ’idejh, xempju ċar ta’ raħeb mogħti għal ħajja ta’ sagrifiċċju, studju u talb. L-eżempju u t-tagħlim m’għaddihulomx bil-fomm u bil-prietki, imma bit-twettiq tad-doveri tiegħu fil-ħajja ta’ kuljum. Elett Abbati Ġenerali tal-Kongregazzjoni Olivetana fil-preżenza tal-Kardinal Lucido M. Parocchi, protettur talOlivetani, f ’Ruma, nhar it-8 ta’ Jannar 1899, ta’ min isemmi hawnhekk li l-monasteru ta’ Monte Oliveto Maggiore kien kiseb, lura fit-18 ta’ Jannar 1765, eżenzjoni mill-ġurisdizzjoni tad-Djoċesi ta’ Arezzo li taħtha kien affiljat sa mill-bidu tat-twaqqif tiegħu u hekk

kullhadd.com

twaqqaf f ’Abbatia Nullius mill-Papa Klement XIII. Wara t-taqlib politiku u s-sekularizzazzjonijiet tal-ordnijiet reliġjużi fl-1797 u l-1808, il-Papa Ljun XIII ikkonferma millġdid il-monasteru ta’ Monte Oliveto f ’abbazija territorjali proprju fl-1899. Fil-kwalità tiegħu ta’ Abbati Ġenerali, Polliuti żamm dejjem l-istess stil sempliċi li dejjem ħaddan bħala raħeb, hekk li bħala ċella sakemm dam Settignano ssokta jokkupa dejjem iċ-ċella li ngħatatlu fin-novizzjat, imsejħa “t-trijanglu” għallfatt li kellha biss tliet ħitan. Dik li kellu Ruma mbagħad kienet hekk miżgħuda b’karti u kotba, li l-ftit sigħat li kien jorqod kien kostrett jgħaddihom fuq is-siġġu tal-iskrivanija tiegħu; qatt ma libes salib pettorali jew ċurkett pastorali, jew ġarr baklu jew mitra u kien iqaddes pontifikalment f ’solennitajiet kbar biss u dan biex jikkuntenta lill-irħieb sħabu. Ħabrek għat-twaqqif tal-abbazija ta’ San Benedittu ta’ Seregno, afdata taħt it-tmexxija tal-Abbati Mauro Parodi, kif ukoll appoġġja lil Dom Bonifaz M. Ecker fl-opra tiegħu għat-twaqqif tal-monasteru ta’ Tanzenberg taħt il-ħarsien ta’ San Ġużepp. Mill-banda tiegħu, Polliuti ħabrek imbagħad għall-ftuħ mill-ġdid tal-monasteru ta’ Santa Maria in Campis qrib Foligno u aktar tard, fuq xewqa tal-Papa San Piju X u tan-nies tal-lokal, bagħat lill-Olivetani ġewwa Lendinara sabiex jieħdu f ’idejhom is-Santwarju tal-Madonna del Pilastrello. Bniedem erudit li ħabb il-letteratura u l-istudju, kien skular eċċellenti tal-Grieg u l-Latin, kif ukoll teologu ta’ ħila. Milqut minn paraliżi progressiva li ħadet ħames snin, ġarrab b’rassenjazzjoni l-kalvarju tal-mard, sakemm miet fiċ-ċella tiegħu, bit-tieqa tagħha tagħti għal fuq il-Kolossew, fil-monasteru ta’ Santa Maria Nova, fl-età ta’ 63 sena fl-10 ta’ Settembru 1917. Fuq talba tiegħu kien midfun fil-monasteru ta’ Monte Oliveto Maggiore, fejn illum jinsab mistrieħ mas-suċċessuri li segwewh, għall-ħemda tal-kripta tal-knisja abbazzjali. M’għandux sa fejn waslilna, monumenti mwaqqfa f ’ġieħu jew toroq imsemmija għalih, iżda ħallielna tifkiriet ferm aktar ta’ valur: dawk tal-abnegazzjoni, ta’ enerġiji morali u intellettwali, ta’ raħeb u aktar tard ta’ missier, fin-novizzjat u fil-ħajja reliġjuża tal-Ordni tiegħu b’mod sħiħ, li għaraf jifhem u jħobb, u li fuq kollox, fittex ikattar l-istil tal-ħajja monastika fil-madwar.


17

03.09.2017

kullhadd.com

SE TKUN SENA REKORD TA’ INTERVENTI TA’ TINDIF DEO

DEBATTISTA

Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 18, beda b’xogħol mill-ewwel ġurnata. Apparti setturi oħra fid-dekasteru tiegħi, li wkoll ġew indirizzati mal-ewwel, tajna importanza kbira lit-tindif u manutenzjoni. Għalhekk, mill-ewwel, id-Direttorat tat-Tindif beda ħidma liema bħalha speċjalment f ’dawn iż-żminijiet partikolari tas-sena. Id-domanda għal tindif f ’diversi postijiet pubbliċi qiegħda dejjem tiżdied. Nistgħu ngħidu li ser tkun sena rekord f ’dik li hija ħidma.

S’issa nġabru aktar minn 13,500 tunnellata ta’ skart fi tmien xhur. Imqabbla ma’ snin preċedenti, din il-figura kienet tinġabar f ’sena sħiħa. F’din il-leġiżlatura l-Gvern se jwiegħed li jkun hemm attenzjoni partikolari lis-settur tat-tindif. Hemm attenzjoni ffukata mis-Segretarjat Parlamentari tiegħi sabiex fix-xhur li ġejjin jiġi reġistrat progress sostanzjali f ’dan il-qasam. Immedjatament bdejt nimbotta biex tingħata kull għajnuna possibbli lil lokalitajiet li għandhom bżonn għajnuna f ’tindif. Bdew isiru laqgħat ma’ diversi Kunsilli Lokali u immedjatament, bdejna nibagħtu l-ħaddiema biex jagħtu servizzi ta’ tindif jew manutenzjoni. Dan apparti l-ħidma ta’ kuljum f ’dawk li huma responsabbiltajiet tal-Gvern Ċentrali, fosthom tindif ta’ toroq arterjali, bajjiet, postijiet pubbliċi u żoni pedon-

ali. Iżda din hija għajnuna short-term biss. Qed isiru diversi interventi ta’ ħasil ta’ diversi żoni pubbliċi u pedonali. Tul ix-xhur tas-sajf, il-Gvern jaħsel il-promenades kollha madwar il-pajjiż matul il-lejl. Dan is-sajf, għall-ewwel darba, qed jinħaslu diversi pjazez fl-ibliet u l-irħula tagħna. S’issa ibbenefikaw madwar 20 Kunsill Lokali minn din l-inizjattiva ġdida. Huwa stmat li s’issa, l-għajnuna li d-Direttorat tat-Tindif, immexxi mis-Sur Ramon Deguara, ta lill-Kunsilli Lokali tlaħħaq il-miljun u mitejn elf ewro. Dan il-Gvern qed iżomm ukoll mal-wegħda elettorali ta’ aċċess aħjar fil-bajjiet tagħna f ’dik li hija infrastruttura. Saru diversi interventi f ’bajjiet differenti, fosthom numru akbar ta’ railings, twapet tal-injam, u iktar kontenituri tal-iskart. Ħidma li ma taqtax mit-Tne-

jn sal-Ħadd. Hemm impenn iktar minn qatt qabel sabiex il-Belt Valletta tkun aktar nadifa u miżmuma aħjar. Il-Gvern għandu ħaddiema jnaddfu

S’issa nġabru aktar minn 13,500 tunnellata ta’ skart fi tmien xhur. Imqabbla ma’ snin preċedenti, din il-figura kienet tinġabar f’sena sħiħa

fil-Belt Valletta abbażi ta’ xifts ta’ 18-il siegħa kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd. Ix-xogħol jikkonsisti fi ġbir ta’ skart, knis, u ħasil ta’ toroq. Matul il-ġimgħat li ġejjin mistennija jiġu assenjati aktar ħaddiema sabiex il-Belt Kapitali jkollha dehra xierqa. Il-Gvern huwa kommess ukoll li matul ix-xhur li ġejjin iżid iktar ir-riżorsi u l-makkinarju sabiex pajjiżna jkompli jimxi ’l quddiem f ’dan is-settur. B’dawn l-interventi f ’dawn l-aħħar 100 jum, irnexxielna noħolqu kuxjenza u għarfien li għandna problema, u l-Gvern diġà ħa passi biex din tiġi indirizzata kemm b’mod immedjat, kif ukoll fit-tul. Ma’ dawn l-interventi, għandna l-ħsieb li jkollna infurzar iktar effettiv biex fl-aħħar mill-aħħar, nagħmlu lil Malta iktar nadifa u xierqa biex tkompli tgħix l-aqwa żmien tagħha.

PAGI OGĦLA LORNA

VASSALLO Opinjonista

Xtrajt żewġ komponenti tal-arja kundizzjonata. Il-ġurnata li kellu jwaħħalhomli ċempilli li mhux ġej għaliex l-assistent ma daħalx għax-xogħol. Iħallsu €40 ta’ ġurnata. Tax-xagħar jiftaħ sal-10 ta’ billejl bil-Ħadd inkluż. Qabel kont inċempel u ninqeda. Qaluli nibda nċempel ġranet qabel għax mhumiex ilaħħqu. Mort mal-familja ġo lukanda biex ngħumu fil-pixxina. Keċċewna ’l barra. Kienu kuntenti jitilfu €80. Biex jgħinuni fit-tindif tal-appartament darba fix-xahar inqabbad kumpanija li jimpjegaw ħafna nies. Iktar kemm jgħaddi ż-żmien iktar mhix qed taqdini. Qed ikolli nċempel ħafna qabel u qed tispiċċa tibgħatli l-agħar ħaddiema flok l-aħjar. Imma

jien ma nista’ nagħmel xejn. U l-anqas huma. Aħjar ftit għajnuna mqanżħa milli tagħmel kollox int. Ridt nagħmel tieqa tal-aluminju. Tajt ċavetta lil persuna. Damet għandu tliet xhur u lanqas biss mar jara l-post. Kelli nitolbu ċ-ċavetta lura. Kemm-il darba qed nispiċċa bil-flus f ’idi, imma ma nsibx lil min inqabbad – jew m’għandhomx ħin, jew ma jridux. Dik ir-realtà fissuq Malti tal-lum. Ħabib tiegħi rama ħanut tax-xagħar komplut minn kollox. Wara xhur ifittex sab impjegat barrani. Flok jiftaħlu l-ħanut fil-ħin ġieli jiftaħlu anke siegħa tard. Imma ma jista’ jgħid xejn. Għaliex aħjar milli jħalli l-ħanut magħluq. Jaf li jekk jitlaqlu dan, ma jsibx lil ħaddieħor floku. Kuġinuwi jsuq it-turisti. Ma jistax jieħu leave għax mhux ilaħħqu. Kien hemm min qal li xogħol hawn biss prekarjat. Ma naqbilx. Illum il-ballun qiegħed f ’saqajn il-ħaddiem biex jixxuttjah mhux f ’saqajn min iħaddem. Però nemmen ukoll li l-pass li jmiss hu l-eduka-

zzjoni tal-ħaddiem innifsu. Mhux sempliċiment il-ġlieda tal-Gvern sabiex il-qligħ ta’ min iħaddem jgħaddi għand il-ħaddiem. Hemm bżonn anke kampanja pubbliċitarja fejn il-ħaddiem jinduna li bil-kapacità tiegħu l-paga tiegħu tista’ togħla b’mod individwali. Biss biss hawn ħafna xogħol ta’ tindif u xogħol li normalment huwa meqjus li jirrikjedi lanqas ħiliet li m’hawnx ħaddiema biżżejjed għalih. Jekk matul il-ġurnata tax-xogħol il-ħaddiema jagħtu servizz tajjeb, il-kumpanija waħedha tibda tiġġieled biex lill-ħaddiema ma titlifhomx. Liema persuna li timpjega trid titlef ħaddiem, meta nofshom qed jispiċċaw jitilfu l-kuntratti u x-xogħol għax ma jsibux biżżejjed ħaddiema? Ħaddiem li jaqdi dmiru tajjeb isir il-favorit. Fi ftit żmien l-imgħallem waħdu jibda jipprova jiġbdu lejh billi jagħmillu pjaċiri (pereżempju fejn jidħlu vaganzi), jirranġa l-kundizzjonijiet tax-xogħol skont ix-xewqat tal-ħaddiem u eventwalment joffrilu paga aħjar. Iżda dan il-poter il-ħaddiem irid

jagħrfu – ikun konxju minnu. Kull ħaddiem – f ’Malta tal-2017 – jista’ ‘jirrikatta’ lil ta’ fuqu b’mod indirett u pulit. M’għadux iż-żmien li tiġġieled biex iżżomm il-

Jekk matul il-ġurnata tax-xogħol il-ħaddiema jagħtu servizz tajjeb, il-kumpanija waħedha tibda tiġġieled biex lill-ħaddiema ma titlifhomx

post tax-xogħol. Wasal iżżmien li tiġġieled biex tgħolli l-paga. Ilkoll irridu nistaqsu: Kif nista’ b’xogħli nwassal għal iktar dħul lil ta’ fuqi biex jinduna bil-valur tiegħi? Ta’ fuqi jista’ jafdani waħdi u jkollu garanzija li x-xogħol isir xorta u jsir sew? Nista’ nuri lil ta’ fuqi li jien napprezza r-riskji finanzjarji li daħal għalihom? Nista’ flok noqgħod bilqiegħda wara li nlesti, nitlob jekk nistax inkun ta’ aktar għajnuna? Nista’ niswa ta’ ħaddiem u nofs flok wieħed? Malli l-ħaddiem jikkonvinċi lil ta’ fuqu, il-ħaddiem stess individwalment jista’ ‘jirrikatta’ biex togħla l-paga. Ħaddiem tajjeb illum, min iħaddem, kuntent ħafna iktar jagħmillu tapit aħmar milli jitilfu. L-ikbar biża’ ta’ min iħaddem huwa li jħallas għalxejn. L-ikbar pjaċir huwa li jħallas aktar lill-ħaddiema imma jaqla’ aktar. Ma noqogħdux b’idejna fil-but meta nisimgħu l-PM jiġġieled il-kawża tagħna. Irridu nuru li l-ħaddiem Malti huwa mitqlu deheb. U l-kawża tal-PM hija waħda ġusta.


18

03.09.2017

kullhadd.com

IX-XOGĦOL JIBQA’ GĦADDEJ B’RITMU TAJJEB ETIENNE GRECH

Membru Parlamentari

Filwaqt li ħafna Maltin u Għawdxin qegħdin jieħdu l-mistrieħ tagħhom lejn tmiem is-sajf sħun, tipiku għal gżejjer Maltin, wieħed jista’ jinqata’ xi daqsxejn mill-kronaka u jnaqqas xi ftit mill-attenzjoni lejn il-midja. Fil-fatt huwa fatt magħruf li f ’dan iż-żmien tas-sena n-nies jaraw televixin u aħbarjiet inqas milli jagħmlu fix-xhur tax-xitwa. Filwaqt li wħud qegħdin imsifrin fuq vakanza jew jirrilassaw ħdejn il-baħar, fix-xena politika wieħed xorta jara u

jsib stejjer sbieħ illi jinbidlu minn jum għal jum. Ovvjament nibda billi nsemmi x-xogħol tal-Gvern. Minkejja li l-Parlament jinsab fil-ferjat tiegħu, il-Gvern Eżekuttiv baqa’ għaddej b’ritmu ta’ xogħol qawwi sabiex mhux biss ikomplu jiffunzjonaw is-servizzi governattivi, iżda anke sseħħ il-bidla jew aħjar it-tkomplija tal-bidla lejn l-aħjar tal-pajjiż tant għażiż tagħna. Jitħabbru iktar toroq u infrastruttura li jsir xogħol fuqhom. Forsi dawk li jħobbu jikkritikaw jaslu biex jgħidu, “għaliex isir xogħol fis-sajf fl-eqqel tat-turiżmu?!” Ovvjament ir-risposta hija li minkejja li n-numru u l-kwalità ta’ turisti għadhom jiżdiedu s’issa, wieħed ma jistax jaqta’ barra x-xogħol matul ix-xhur tas-sajf għax inkella jkun ħin moħli. L-aġenziji ta’ kreditu xorta baqgħu għaddejjin jagħtu

l-aqwa punteġġi u outlooks lil soap opera mhux f ’sens ta’ Malta li issa verament qiegħda dak li naraw is-soltu waranoftibda tieħu l-forma ta’ pajjiż sinhar, iżda s-soap opera ewlieni Ewropew. Il-qgħad kompla niezel tant li jien meta l-ġimgħa l-oħra mort ħarba sa Sqallija, u fejn ftit tassnin ilu l-Isqallin kienu jqisu lil Malta bħala inferjuri, issa L-aġenziji ta qegħdin jistaqsu dwar Malta kreditu xorta qisna sirna xi ġenna fil-Mediterran. Ħloqna iktar xogħol baqgħu għaddejjin milli hawn ħaddiema, u fil- jagħtu l-aqwa fatt ħareġ li biex ekonomikament inkunu nistgħu nkomplu punteġġi u ndawru r-roti bil-qawwa, iva outlooks lil Malta għandna bżonn nies barranin li jqattgħu ftit żmien Malta li issa verament (bħalma x-xejriet dejjem urew) jaħdmu u x-xogħol tagħhom qiegħda tibda ikun siewi għas-saħħa ekono- tieħu l-forma mika li ksibna. U kontra ta’ dak li kont ta’ pajjiż ewlieni qiegħed insemmi fil-bidu, Ewropew hemm numru ta’ Maltin li xorta baqgħu mwaħħlin u jsegwu l-midja bir-reqqa minħabba r-raguni li bħalissa għaddejja

tal-elezzjoni tal-kap il-ġdid tal-PN. Minkejja li jien tal-opinjoni li x’jagħmlu n-Nazzjonalisti bejniethom ftit jinteressa lili jew lil-Laburisti sħabi, is-sitwazzjoni tal-PN hija waħda ta’ kriżi serja. Filwaqt li minn banda innaħa Laburista hija solida daqs l-azzar u lkoll qegħdin niġbdu ħabel wieħed, in-Nazzjonalisti huma mifnijin bi ġlied intern li qiegħed jipperikola l-eżistenza tal-PN stess. Huma mimlijin bi klikek differenti jitgħajru bejniethom li ma tantx jawgura tajjeb li f ’pajjiżna jkollna Oppożizzjoni deċenti. Jien nemmen li dan l-għawġ kollu ġabu Simon Busuttil li fil-leġiżlatura li għaddiet mexa fuq in-negattiviżmu u l-ħrejjef ta’ DCG li issa qegħdin jattakkaw lill-PN stess. Bħalma qal Ġesù Kristu fil-Ġetsemani. Min jiġġieled bis-sejf imut bis-sejf.

GVERN LI JKOMPLI JWETTAQ BYRON

CAMILLERI Membru Parlamentari

Dawn il-ġranet tas-sajf ma kienu xejn bħall-oħrajn fl-isfera politika lokali. Bejn kampanja elettorali li ntemmet f ’Ġunju, u ħidma ta’ Gvern ġdid li jġiegħlek taħseb illi l-elezzjoni ilha li għaddiet ix-xhur bil-ħidma kontinwa u qawwija sa mill-ewwel ġimgħat ta’ ħidma tiegħu, dan kien sajf pjuttost politikament movimentat. Iċ-ċirasa fuq il-kejk jidher li tħalliet għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru, bil-pantomina li għaddej minnha l-Partit Nazzjonalista. Għaliex jekk qatt kien hemm bżonn konferma li l-poplu jaf jagħżel u għażel tajjeb fit-3 ta’ Ġunju, dawn il-ftit ġimgħat kienu l-konfer-

ma ta’ dan. Fuq naħa għandek Gvern illi beda jwettaq il-wegħdiet elettorali tiegħu sa mill-ewwel ftit jiem ta’ ħidma, u fuq naħa oħra għandek dik li kienet il-koalizzjoni ta’ konfużjoni, li llum qed tittrasforma ruħha f ’farsa nazzjonali, b’attaki kontinwi fuq xulxin, u bl-establishment tal-Partit Nazzjonalista jipprova jibqa’ jiddetta dak kollu li jiġri fil-Partit Nazzjonalista. B’uħud minn dawk l-istess uffiċjali li kienu responsabbli għall-akbar żewġ telfiet elettorali tal-Partit Nazzjonalista mill-Indipendenza ’l quddiem, jibqgħu jaġixxu bl-istess arroganza li kienu jaġixxu biha kemm qabel l-elezzjoni tal-2013 u kif ukoll dik ta’ ftit ġimgħat ilu. Għaliex dawk l-istess persuni li tant attakkaw lill-Partit Laburista qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, illum qed jattakaw lil sħabhom stess. Dawk l-istess persuni li riedu lill-Kap caretaker tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil jinħatar Prim Ministru ta’ Malta, illum anke huma qed jirrealizzaw illi lanqas huwa kapaċi jkun Kap

caretaker, aħseb u ara Prim Ministru. Dawk l-istess persuni li tant qalulna li allegazjonijiet vojta bla provi huma biżżejjed sabiex politiku jirriżenja jew jitneħħa mill-kariga tiegħu, illum qegħdin jargumentaw differenti. Dawk l-istess persuni li qatt ma għollew imqar saba’ wieħed meta l-esponenti tal-Partit Laburista u l-familji tagħhom kienu qed jiġu attakkati personalment, jattakkawlom il-familja u jattakawhom bilmard, illum qed jitkażaw u jikkundannaw għaliex issa x-xorti misset lil uħud minnhom. Bid-differenza li l-esponenti tal-Partit Laburista qatt ma niżlu fit-toroq sabiex mingħalihom jipproteġu lis-sors tal-attakki viljakki. L-esponenti tal-Partit Laburista qatt ma organizzaw il-ġabriet lis-sors ta’ dawn l-attakki, u wisq aktar qatt ma nqabdu jgħaddu informazzjoni bil-moħbi sabiex tintuża kontra sħabhom stess. Għaliex filwaqt illi l-esponenti tal-Partit Nazzjonalista jattakaw lill-membri nisa tagħhom bil-mod kif jidhru,

il-Partit Laburista jintroduċi programmi u taħriġ sabiex jintroduċi aktar nisa fil-politika. Bħala membru Parlamentari tal-Partit fil-Gvern m’għandi nkun kuntent xejn bis-sitwazzjoni miskina li ġabu lill-Partit Nazzjonalista. Dan il-pajjiż jixraqlu Oppożizzjoni den-

Għaliex jekk qatt kien hemm bżonn konferma li l-poplu jaf jagħżel u għażel tajjeb fit-3 ta’ Ġunju, dawn il-ftit ġimgħat kienu l-konferma ta’ dan

ja u kostruttiva, dik illi ma kellux b’Busuttil bħala Kap. Oppożizzjoni kostruttiva ma tiġix iġġudikata b’kemm-il darba ssabbat saqajha u titlaq ’il barra jew taħli l-ħin tal-Parlament. Oppożizzjoni kostruttiva tiġi ġġudikata b’kemm tkun kapaċi sservi ta’ sors ta’ ideat u proposti ta’ kif dan il-pajjiż jista’ jitmexxa aħjar. Sfortunatament, jidher biċ-ċar illi ħadd mill-erba’ kandidati għall-ħatra ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista ma huwa idonju sabiex jaqdi l-funzjoni ta’ Kap tal-Oppożizzjoni u jittrasforma lill-Partit Nazzjonalista fi Gvern alternattiv. Għaliex min isejjaħ lill-Partit Laburista bħala l-għadu jew min ma jiddistakkax ruħu mill-attakki personali, juri kemm ma għandux viżjoni jew inkella l-ebda ideat. Għaldaqstant, il-Partit Laburista fil-Gvern għandu l-isfida li jirnexxilu jżomm saqajh mal-art u jiggverna b’mod għaqli, fin-nuqqas ta’ Oppożizzjoni denja u kostruttiva, sabiex inkomplu nagħtu l-aħjar riżultati lil dan il-pajjiż u l-poplu tiegħu.


19

03.09.2017

kullhadd.com

KBURIN B’DAK LI AĦNA CATHERINE

FENECH Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL

F’dawn il-jiem ta’ sħana qed nassistu għal drama taħraq ġewwa Tal-Pietà. Il-ġirja għal kap tal-PN irriduċiet ruħha f ’kummiedja traġika ta’ stalletti fid-dahar, intriċċi, telenovela sħiħa li qatgħulna nifisna. Esponenti u forċini tal-PN jiddeskrivu l-azzjonijiet jew aħjar in-nuqqas ta’ azzjoni u rieda fil-PN bħala “tal-waħx” u “staliniżmu”. Il-ħmar qed idur għal denbu. F’dawn l-aħħar jiem in-Nazzjonalisti qed jgħixu f ’dinja surreali fejn qed iduqu l-mediċina tagħhom stess. U tiskanta kemm jafu jiħraxu għal xulxin kif jiġu għas-si u n-no. L-establishment fi ħdan il-PN jgħix in denial, jaħsbu li fil-fatt kienu huma li rebħu l-elezzjoni b’maġġoranza assoluta. Għadhom iridu s-siġġu tal-poter biddritt. Iridu jibqgħu iggranfati u jmexxu huma fi ħdan partit fallut finanzjarjament u moralment. U quddiem dan ix-xenarju kollu donnu hemm klikka fil-PN li bħal Neruni, jekk jaraw li ma jistgħux iġibuha żewġ allura jħassru, allura jaħarqu. Smajna saħansitra ħjiel ta’ elezzjoni għall-kap immanipulata u mbagħbsa. U hawn nidħak jien. Mela mhux ta’ b’xejn ippruvaw ibellgħu lil nieshom li tilfu l-elezzjoni ġenerali għax kien hemm it-tbagħbis. Ikejlu lil kulħadd b’xibirhom. Għax jaslu jaħsbu hekk huma fuq elezzjoni interna tagħhom mhux se jiddardru jipprovaw ibellgħu din il-lixka u skuża lill-partitarji tagħhom dwar elezzjoni ġenerali mitlufa bi tkaxkira eċċezzjonali. Avolja li l-qarnita qed iddur għal subgħajha u jipprovaw iwaħħluh lil xulxin f ’manifestafazzjoni aperta ta’ kunflitt fi ħdanhom, xorta jipprovaw jitmejlu bihom infushom u bħall-anġlu tal-festa jifirxu daħka min-naħa sa oħra u jigdbu u jitmejlu b’nieshom stess. Ammont kbir ta’ kunsilliera tagħhom lanqas biss tawhom il-vot. Ilaqqgħu bord tal-etika hekk kif il-proċess elettorali kien diġà beda. Tassew xempju ta’ tolleranza, solidarjetà u mħabba. U dan bejniethom. Aħseb u ara x’jagħmlu mal-avversarji politiċi tagħhom, jew l-għadu f ’dan il-każ, għax hekk iddeskrivew lil-Laburisti. Smajna fid-dibattiti bejn l-erbat iħbieb, min hu imbuttat mill-establishment, jgħidulna li dan l-establishment huwa fantaxjenza fi ħdan il-PN. Hemm biss trasparenza, serjetà, lealtà,

korrettezza u sens ta’ ġustizzja. Għiduli, kif tista’ teħodhom bis-serjetà. Iridu jkomplu jimbuttaw il-politika falluta ta’ Simon Busuttil, kap caretaker li bosta esponenti, kandidati Nazzjonalisti u persuni fid-dinja ġurnalistika jew legali li huma ta’ forċina għall-PN iddeskrivewh b’aġġettivi, bħal giddieb perikoluż, dgħajjef, awtoritarju, li qabeż kull linja ta’ responsabbiltà, rasu iebsa u li huwa piż għall-PN. Rapport tat-telfa ma jridux li jsir. Kuntenti jipprovaw ibellgħuha lill-partitarji tagħhom li tilfu minħabba l-power of incumbency. Għax huma meta kienu fil-gvern, kif tkun waslet l-elezzjoni kienu jiffriżaw kollox qalulna. U tassew, hekk kienu jagħmlu. Għax fil-kampanji elettorali mistagħġbin kemm kienu jitqassmu freezers u white goods partikolarment ġewwa Għawdex. Għaldaqstant filwaqt li ħaddieħor medhi jgerrem difrejh jassisti għal dan kollu u jistħi jgħid li hu Nazzjonalist, il-Partit Laburista u l-attivisti tiegħu huma rashom mgħollija, kburin b’dak li aħna. Kburin bil-kisbiet li l-Partit Laburista fil-gvern qed iġib għal pajjiżna, bil-ħarsien ’il quddiem għal aktar ħidma li tissarraf f ’ġid lill-poplu Malti u Għawdxi kollu. Filwaqt li ħaddieħor jedha jagħqad f ’labirint tal-Apokalissi, il-Gvern Laburista jkompli jirreġistra ċertifikat pożittiv wieħed wara l-ieħor għall-benefiċċju ta’ pajjiżna grazzi għall-ħidma sfiqa ta’ dan il-Gvern u l-għaqal tal-poplu Malti u Għawdxi. Ftit ġranet ilu aġenzija oħra tal-klassifikazzjoni tal-kreditu bidlet l-analiżi tagħha dwar pajjiżna għall-aħjar. Fil-fatt, l-aġenzija DBRS bidlet il-ħarsa dwar pajjiżna minn waħda stabbli għal pożittiva filwaqt li żammet lil Malta fil-kategorija A. Imma l-PL fil-gvern ma jiqafx biss mal-proset taċ-ċertifikati pożittivi miksuba. Ikompli jaħdem, ikompli jagħmel il-ġid, ikompli jibni viżjoni. Naħdmu għalenija sabiex il-viżjoni ta’ Joseph Muscat titwettaq, biex ikollna soċjetà kożmopolitana fejn uliedna jkollhom pajjiż li fih jistgħu jgħixu l-aqwa kwalità ta’ ħajja. Għandna tassew biex inkun kburin bil-mexxej tagħna l-Prim Ministru Dr Joseph Muscat li jesiġi u jaħdem sabiex pajjiżna jkun wieħed u magħqud wara l-bandiera bajda u ħamra. U dan il-poplu f ’maġġoranza assoluta fehmu u appoġġjah bissħiħ fl-aħħar elezzjoni ġenerali. Fi kliem Joseph Muscat stess il-poplu għażel l-għaqda fuq il-firda, il-verità fuq il-gideb. Issa min għandu widna ħa jisma’ u min irid ikompli jdaħħal rasu fir-ramel jibqa’ jdaħħalha.

Mid-Djarju ta’

Nazju n-Nazzjonalist

Il-Ħamis, 24 ta’ Awwissu Isa tgħid xejn, ma paxxejniehomx u qgħadna niġġieldu waqt id-dibattitu. Ngħid id-dritt, hekk kont qed nibża’ wara dawk l-attakki kollha ta’ dik tal-Bidnija fuq Adrian Delia. U tattakkah qiegħda man! Bilkemm ma tridx tgħid li kien jagħmel ilflus minn fuq il-prostituzzjoni. Insomma l-aqwa li l-erba’ kontestanti ma paxxewx lil tal-Labour waqt l-ewwel dibattitu bejniethom. Jien segwejtu mill-bidu sal-aħħar biex inkun żgur li ma jpaxxuhomx. Għax il-bqija ma kien fihom l-ebda gost issegwihom. Anzi komplejt nikkonferma dak li qalet Marlene, li l-erba’ huma non-starters. Il-Ġimgħa, 25 ta’ Awwissu Ikolli ngħid li dik Marlene, li ħaditilna żewġ siġġijiet fil-Parlament, qiegħda taqdef għal rasha, meta sa fejn naf jien, suppost li hija magħna, u li ssegwi dak li jgħidilha l-whip tagħna. Imma milli jidher xejn minn dan mhu jiġri. Taqbad u tressaq mozzjonijiet fil-Parlament minn wara dahar kulħadd, minbarra ovvjament minn wara dahar il-partner tagħha Godfrey Farrugia, għax dak żgur li ma jmeriha f ’xejn. Imma ngħid jien x’jiġri jekk tressaq xi mozzjoni u tagħna mhux kollha jkunu jaqblu magħha? Ikollhom bilfors jivvutaw favur tagħha. Insomma, naħseb li sewwa kien jgħid Joseph Muscat li l-koalizzjoni bejn Simon u Marlene hija koalizzjoni ta’ konfużjoni. Is-Sibt, 26 ta’ Awwissu Waħda isbaħ mill-oħra, man! Wara li llum bdiet il-votazzjoni għal kap ġdid tal-partit glorjuż tagħna, sirna nafu li l-amministrazzjoni tal-partit glorjuż tagħna se tiddiskuti l-allegazzjonijiet li dik tal-Bidnija qiegħda tagħmel fil-konfront ta’ Adrian Delia. Stenna naqra, man! Għax naħseb li min ġietu din l-idea jilħaqlu sew u bħali jrid li l-partit glorjuż tagħna jkompli jitmexxa minn Simon! Għax jekk Adrian Delia ma jitħalliex jikkontesta, jerġa’ jibda kollox mill-ġdid, għax dawk kollha li vvutaw illum, għandhom id-dritt jerġgħu jivvutaw. Jekk mhux Simon stess ħareġ b’din l-idea! Il-Ħadd, 27 ta’ Awwissu Qed tara li mhux kif qiegħed jaħseb Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, li Alex Perici Calascione se jġib biss il-voti tiegħi u tiegħu! Anke l-editur ta’ The Sunday Times bħali jaħsibha, li fost l-erba’ non-starters l-aħjar

wieħed huwa Alex Perici Calascione. Wara kollox, ngħid għalija, Alex kien l-uniku wieħed mill-erba’ non-starters li tkellem bis-sens, anke jekk xorta jibqa’ non-starter bħalhom. L-oħrajn kollha moħħhom biex b’mod jew ieħor ipinġu ikrah lil Simon, imma issa l-editur tat-Times qalilna li l-uniku wieħed li jista’ jkompli fejn ħalla Simon, huwa Alex. Nispera li dan ma jgħoddx ukoll għall-elezzjoni ġenerali! It-Tnejn, 28 ta’ Awwissu Veru li ninsabu maqsumin f ’ma nafx kemm-il biċċa, imma nies kapaċi u bravi għad għandna, speċjalment dawk ta’ żmien Eddie l-kbir. Fosthom ċertament li hemm Louis Galea. Tant hu bravu u kapaċi li fi żmien jumejn se jagħmel inkjesta dwar l-allegazzjonijiet ta’ dik tal-Bidnija fil-konfront ta’ Adrian Delia. Bravu u kapaċi ħafna aktar mill-maġistrati u l-imħallfin li għandna għax dawn biex jinvestigaw lil xi ħadd, jew biex jagħmlu xi inkjesta, xhur jieħdu, jekk mhux is-snin. Nispera li jsib xi ħaġa f ’Delia biex l-elezzjoni tiġi sospiża u Simon jibqa’ kap għal ftit ieħor. It-Tlieta, 29 ta’ Awwissu Dan x’jaħseb li hu Stephen Calleja tal-Independent biex joħroġ jattakka bl-addoċċ lil Simon u jgħid li l-qasma kbira li għandna fil-partit glorjuż tagħna hija tort ta’ Simon ukoll! Il-kuntrarju ħabib! Simon huwa l-uniku wieħed li jista’ jsalva lill-partit glorjuz tagħna billi jibqa’ kap hu. L-ewwel u qabel kollox, Simon mhuwiex non-starter kif huma l-erba’ kontestanti, dejjem skont Marlene u dik tal-Bidnija. Barra minnhekk, kif qalu tat-Times, il-kap il-ġdid irid ikompli fejn ħalla Simon. Allura għalfejn nibdluh, man!? L-Erbgħa, 30 ta’ Awwissu Kont se noħroġ daqsxejn imma bqajt ġewwa u tfajtu fuq in-NET biex nara ftit kif kienet se tibqa’ din tal-etika ta’ Louis Galea. Tgħidx kemm stennejt fuq in-NET biex nisma’ u nara x’qed jiġri, sakemm iddejjaqt nara ħut u Simpatiċi u kont se nerħilha għall-irqad. Imma ma tanix. Għidt ħa nara x’hemm fuq il-ONE u mnalla għax rajt lil Simon Busuttil jikkomunika l-aħbar. “Gravi” u “serji” qal l-affarijiet. Kont ġa bdejt nara lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri fuq xi billboard. Però mbagħad indunajt li kien qed jgħid fuq Delia. Xi kultant nitħawwad.


20

03.09.2017

kullhadd.com

GĦAL XANDRU L-ISPORT JIBQA’ L-BAŻI TA’ KOLLOX

XANDRU GRECH

isem magħruf sew f’pajjiżna, bl-atletika tkun dik il-ħaġa li tixprunah għas-suċċess fil-ħajja fosthom fix-xena tal-ispettaklu u tal-kummerċ. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika? Din l-imħabba bdiet ta’ età żgħira meta kont għadni student. Kont nara xi atleti jiġru jew fuq it-televiżjoni jew inkella f ’xi avvenimenti sportivi. Meta kelli disa’ snin kont ipparteċipajt fl-ewwel kompetizzjoni sportiva tiegħi li kienet tiġrija għal atleti ta’ taħt it-12-il sena. Dakinhar kont ġejt it-tielet u niftakar illi kont veru ferħan b’dak li rnexxieli nagħmel. Ħafna faħħruni għal dan kollu u dan kollu bħal qisni xprunani biex inkompli. Dak iż-żmien kont nitħarreġ f ’diversi sports bħall-waterpolo, il-basketball u l-futbol. Minn hemm però ddeċidejt illi nkompli nieħu sehem f ’aktar tlielaq sabiex fl-istess ħin inżid l-esperjenza tiegħi fl-atletika. Kont niġi ta’ spiss jew fit-tielet jew fir-raba’ pożizzjoni meta kont intellaq. Sadanittant iż-żmien beda għaddej u bil-mod il-mod bdejt nidra dejjem aktar dan l-isport, apparti li dejjem bdejt inżid illivell tiegħi. Dan kollu ġara sakemm sitt snin wara, meta kelli 15-il

sena kont ikkompetejt filkampjonati tal-atletika tażżgħażagħ u rnexxieli niġi flewwel post. Is-sodisfazzjon kien kbir u kien għalhekk illi saħansitra bdejt nikkompeti ma’ atleti ħafna ikbar minni sabiex inkompli nikseb aktar suċċess. Wara ftit irnexxieli nikser irrekord nazzjonali fit-tiġrija tal100 metru.

Kemm hi differenti l-atletika mill-waterpolo u l-basketball? Nista’ ngħidlek illi hemm differenza kbira bejn dawn ittipi ta’ sports. Il-waterpolo u l-basketball huma sports illi tilgħab bħala tim filwaqt illi l-atletika kollox jiddependi minnek u mill-wirja li tagħti. Meta jkollok sport illi

Xejn ma jiġi b’kumbinazzjoni. Kollox jiġi skont kemm inti tkun ħdimt għas-suċċess li tixtieq. L-isport jagħmlek bniedem soċjevoli, jgħinek titgħallem dwar kulturi oħra u jkabbarlek il-kunfidenza fik innifsek. B’hekk nistgħu ngħidu li l-isport għeni ħafna matul ħajti biex inkun bniedem sħiħ f’kull sens

tipprattikah bħala grupp tħoss ħafna sodisfazzjon għax ma’ sħabek taqsam diversi emozzjonijiet. B’kuntrast, meta jkollok sport illi trid tipprattikah b’mod individwali trid iżżid il-motivazzjoni personali tiegħek u anke taħdem b’mod psikoloġiku sabiex tkun flaqwa kundizzjoni possibbli. Naf ukoll illi int għandek ir-rekord ta’ kompetizzjoni partikolari hux hekk? Iva, jien għadni nżomm irrekord tat-tiġrijiet tat-800 metru, tal-1,500 metru u tal-mil, kif ukoll ta’ kompetizzjonijiet fit-triq li uffiċjalment illum ilġurnata m’għadhomx isiru. Tħoss illi xi darba għad ikun hemm xi ħadd illi jiksirlek dawn ir-rekords? Ifhem jien bħala Malti u anke bħala kowċ illi nikkowċja xi atleti oħra nixtieq illi dawn irrekords jinkisru ħalli dejjem inkomplu nżidu l-livell flatletika. Fiduċjuż illi rekord minnhom jista’ jinkiser u nixtieq li jkun wieħed mill-istudenti tiegħi. B’mod partikolari qed nara

atleta minnhom, Matthew Crocker illi jispikka ħafna fit800 metru, filwaqt li hemm diversi oħrajn illi kważi resqu viċin fl-1,500 metru. Xi tgħidli dwar ir-rwol ta’ kowċ fl-atletika? Ix-xogħol ta’ kowċ huwa ferm differenti minn meta tkun atleta. Anke l-emozzjonijiet li tħoss huma differenti. Meta kont atleta kont niffoka fuq it-tellieqa tiegħi, nagħti l-mija fil-mija u nipprova noħroġ bl-aħjar ħin possibbli. Meta tkun kowċ però għandek grupp ta’ nies illi ġew jitgħallmu għandek bit-tir illi jiksbu aktar ħiliet f ’dan l-isport u jkomplu jitjiebu. Għalhekk qalb ilkowċ bħal qisha tinqasam f ’ħafna biċċiet fejn int tħoss għal kulħadd għax tkun tixtieq illi l-istudenti tiegħek kollha jmorru tajjeb. Tħoss ċertu eċitament bħal qisu ser ittellaq int u minn avveniment għallieħor tipprova tlaħħaq ma’ kulħadd filwaqt illi tagħti ċerti struzzjonijiet qabel it-tellieqa. Ir-rwol ta’ kowċ ifisser ukoll illi int trid tistudja l-atleti tiegħek u tħeġġiġhom biex ikollhom dieta bilanċjata, taħdem fuq


21

03.09.2017

kullhadd.com

il-psikoloġija tagħhom billi tagħtihom kuraġġ filwaqt illi tħarriġhom bl-aħjar mod possibbli. Meta jkun hemm xi kompetizzjoni internazzjonali, kowċ iħoss iktar responsabbiltà għax qed jikkowċja atleti li wara kollox ikunu qed jirrappreżentaw lil pajjiżhom u għalhekk il-preparamenti għandhom ikunu kontinwi. X’tikkummenta dwar il-mentalità sportiva f ’pajjiżna? Ifhem nemmen illi l-attitudni tan-nies b’mod inġenerali qed tmur għall-aħjar b’mod partikolari fl-isport tal-atletika. Min-naħa l-oħra jeżistu nies illi ftit li xejn jagħmlu xi tip ta’ eżerċizzju. Nafu illi dan kollu mhux tajjeb għal saħħet dawn in-nies. Il-parir tiegħi dejjem jibqa’ li jekk ma jagħmlux eżerċizzju, importanti li joqogħdu attenti x’jieklu jew aħjar jagħtu kas tad-dieta li qed jagħmlu. Huwa neċessarju li nindirizzaw kemm jista’ jkun malajr ilproblema ta’ obeżità f ’pajjiżna filwaqt illi nagħmlu iktar promozzjoni lill-attivitajiet sportivi. Aħna l-Maltin magħrufa li nħobbu nieklu. Xejn ħażin imma hawnhekk fejn forsi xi familji għandhom ikunu nfurmati dwar ikel tajjeb għas-saħħa u anke dwar ċerti porzjonijiet illi għandhom jinkludu għat-tfal tagħhom.

l-assoċjazzjoni jagħmlu korsijiet sabiex dejjem jaġġornaw ruħhom mal-aħħar żviluppi fl-atletika. Ħafna mill-affarijiet illi nagħmlu, nagħmluhom bilqalb u aħna ma nistgħux nqabblu ruħna ma’ pajjiżi oħra bħall-Amerka fejn hemmhekk isir kollox professjonali u flistess ħin jitħallsu talli jtellqu u jitħarrġu f ’dan l-isport. Hemmhekk issib investiment kbir, hemm ħafna sponsors involuti u apparti minn hekk isiru ħafna boroż ta’ studji millatleti tagħhom. Madankollu, minkejja l-limitazzjonijiet tagħna, naħseb illi bħala pajjiż mexjin dejjem aktar ’il quddiem f ’dan l-isport. Fost l-atleti illi int tikkowċja hemm Monalisa Camilleri li ħadet sehem fil-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar li saru f ’San Marino. Kif tara l-futur ta’ din l-atleta?

Fid-dinja ser issib nies li jippruvaw inniżżluk u jaqtgħulek qalbek. U huwa hawnhekk illi lil dawn iż-żgħażagħ ngħidilhom li għandhom jemmnu fihom infushom u jagħmlu dak li jħossu l-aħjar għalihom u għal ħajjithom. Importanti li jkollok ukoll il-kuraġġ illi tgħid iva jew inkella le skont iċ-ċirkostanzi li tkun tinsab fihom

L-isport għeni f ’kull qasam ta’ ħajti sabiex inħossni l-bniedem li jien illum. L-isport jgħinek biex tkun iktar organizzat, dixxiplinat filwaqt illi jgħallmek li jekk tkun trid xi ħaġa trid tbati għaliha biex tirċievi r-riżultati li tixtieq. Dawn ir-riżultati jiġu wara ħafna tbatija, sagrifiċċji, taħriġ u fuq kollox ħolm illi fl-aħħar mill-aħħar isir realtà. Xejn ma jiġi b’kumbinazzjoni. Kollox jiġi skont kemm inti tkun ħdimt għas-suċċess li tixtieq. Apparti minn hekk l-isport jagħmlek bniedem soċjevoli, jgħinek titgħallem dwar kulturi oħra u jkabbarlek ilkunfidenza fik innifsek. B’hekk nistgħu ngħidu li l-isport għeni ħafna matul ħajti biex inkun bniedem sħiħ f ’kull sens.

Monalisa Camilleri hija atleta verament brava u jistħoqqilha li tkompli titjieb dejjem aktar għax tieħu l-atletika b’serjetà kbira. Fil-fatt waqt li qed nitkellmu nista’ ngħidlek illi għadha kemm kisbet rekord ġdid hekk kif ġiet it-tielet f ’tellieqa partikolari. Monalisa għandha potenzjal kbir u l-logħob li kellna dan l-aħħar f ’San Marino kompla jagħtiha aktar esperjenza f ’dan l-isport. B’xorti ħażina għaliha f ’San Marino kienet xi ftit imweġġa’ X’inhi l-opinjoni tiegħek dwar il-faċilitajiet u r-riżorsi u ma setgħetx tagħti l-mija filli għandhom l-atleti tagħna mija tagħha kif xtaqet. Meta ġiet lura f ’pajjiżna f ’pajjiżna? kienet determinata li xorta Nemmen li l-Marsa tejbet tikkompeti u minkejja li ħafna l-faċilitajiet tagħha mweġġa’ pparteċipat bl-aktar Kif irnexxielek tidħol mod pożittiv f ’din it-tellieqa li fid-dinja tal-ispettaklu? b’tartan track mill-aqwa. Hemm numru kbir ta’ nies semmejtlek, tant li ġiet it-tielet. Kollox beda meta kont nidher illi qed jagħtu kontribut kbir ta’ spiss fuq it-televiżjoni u sabiex l-atletika tkompli żżid Nafu li int bniedem li kienu jintervistawni dwar dejjem aktar il-livell f ’pajjiżna għamilt ħafna suċċess l-atletika. Imbagħad ġejt b’mod partikolari voluntiera li f ’ħajtek. Kemm għenek magħżul biex nieħu sehem fill-isport biex ksibt dan xi kultant ma jidhrux. video tad-diska Let Me Fly ta’ Ċertu uffiċjali fi ħdan kollu?

Debbie Scerri li ħadet sehem fil-Eurovision Song Contest tal-1997. Dan kollu fetaħli toroq ġodda f ’dan il-qasam u bdejt nippreżenta xi programmi televiżivi u ħadt sehem anke fi produzzjonijiet lokali b’ċertu prominenza. Apparti li bdejt nippreżenta anke fuq il-palk, kont attur ukoll fil-film komiku MaltaForce. Kollox ma’ kollox naħseb illi l-midja hija qasam ferm interessanti li kelli ċ-ċans nesperjenza f ’ħajti. Int ukoll ġieli ħadt sehem fl-immudellar. Xi tgħidli dwar din l-esperjenza? Ifhem kienet esperjenza qasira li għamiltha madwar 20 sena ilu u li ġiet anke wara s-suċċessi li kien qed ikolli flatletika. Kienu mumenti fejn għalkemm kienu żgħar xorta waħda bqajt niftakarhom. Ħafna jqisu lil Xandru Grech bħala sex symbol f ’Malta. Imma fil-verità tħossok hekk? Ma nafx jien ifhem. Illum ilġurnata se nagħlaq 43 sena u kieku staqsejtni din ilmistoqsija 20 sena ilu forsi

kien ikolli opinjoni differenti. Il-fatt illi missierek Louis Grech, taffettwak? Ġieli kellek il-ħsieb illi tidħol fil-politika? Il-politika hija xi ħaġa sabiħa u wara kollox hija importanti għall-pajjiż. Madankollu nemmen illi l-politika trid tkun ġo fik, jien ma neskludi xejn x’jista’ jiġri fil-futur. Madankollu bħalissa nara li l-isport jinsab ġo demmi u fil-preżent qed nieħu gost nikkowċja lill-atleti żgħażagħ tagħna. Kif qed tarah il-futur tiegħek? Nixtieq nibqa’ l-bniedem illi jien illum, dejjem saqajja malart, dejjem hemm lok ta’ iktar titjib u tagħlim f ’ħajtek. Nixtieq inkompli nikkowċja l-atletika ħalli nkompli nikkontribwixxi għas-suċċessi tal-atleti tagħna. Il-bqija, ilfutur ħadd ma jafu u l-objettiv tiegħi huwa dak li nkompli ngħix ħajja tajba. Nixtieqek tgħaddi messaġġ ta’ tama lil dawk in-nies illi qed isibuha diffiċli joħorġu t-talenti tagħhom fil-beraħ. Fid-dinja ser issib nies li jippruvaw inniżżluk u jaqtgħulek qalbek. U huwa hawnhekk illi lil dawn iżżgħażagħ ngħidilhom li għandhom jemmnu fihom infushom u jagħmlu dak li jħossu l-aħjar għalihom u għal ħajjithom. Importanti li jkollok ukoll il-kuraġġ illi tgħid iva jew inkella le skont iċ-ċirkostanzi li tkun tinsab fihom. U għal dawn in-nies illi għandhom xi ħolma, ngħidilhom biex ikompli joħolmu u jaħdmu iktar sabiex dak kollu li jixtiequ jsirilhom realtà. Jekk temmen fik innifsek, flaħħar mill-aħħar dak kollu li ħdimt għalih iseħħ.


22

03.09.2017

1

MADWAR kullhadd.com

L-AMERKA

FIL-QOSOR

3 2

1

IKOMPLI L-PROĊESS GĦALL-BINI TAL-ĦAJT Il-proċess biex jinbena l-ħajt bejn l-Amerka u l-Messiku għadu għaddej. Dan hekk kif ġew magħżula erba’ kumpaniji differenti biex jibnu prototipi tal-ħajt. B’hekk il-wegħda elettorali ta’ Trump għadha ħajja sew hekk kif issa mistenni li wara dan il-proċess, uffiċjali mbagħad jippruvawhom biex jaraw ir-reżistenza li joffru għal tbagħbis b’għodod żgħar. L-Aġent Deputat Kumissarju tad-Dwana u l-Protezzjoni tal-Fruntiera saħaq li l-kostruzzjoni tal-ħajt mistennija tibda fil-ġimgħat li ġejjin hekk kif il-proċess ta’ ppruvar mistenni jdum madwar xahrejn. Il-prototipi tal-ħajt huma mistennija li jkunu disa’ metri twal u disa’ metri għoljin. Il-kuntratti tal-erba’ kumpaniji huma stmati li jiswew mal-ħamsin elf dollaru Amerikan kull wieħed.

2

SPANJA

3

L-INGILTERRA

ĠLIEDA BIT-TADAM Nhar it-30 t’Awwissu li jaħbat l-aħħar Erbgħa tax-xahar, ilbelt Spanjola ta’ Bunol saret ħamra. Dan il-lewn ħaditu hekk kif madwar 22,000, fosthom 17,000 turist stennew ħerqana għat-tokki tal-11 ta’ filgħodu għas-sinjal bil-kanuni tal-ilma biex jibdew iwaddbu t-tadam lejn xulxin. B’hekk din il-belt saret arena ta’ ġlied fejn b’kollox ġew imwaddba €36,000 f ’tadam. Dawn l-ammonti kbar waslu ġewwa l-belt f ’sitt vannijiet kbar biex imbagħad ġew użati vannijiet iżgħar biex jiddaħħlu sa Plaza Layana. Fid-dawl tal-attakki terroristiċi li saru ġewwa Spanja ftit taljiem ilu, is-Sindku saħaq li ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex tiġi evitata l-possibiltà ta’ xi attakk. Fil-fatt ġew użati għadd ta’ bollards u skwadri tal-pulizija. Il-fdalijiet tat-tadam imxerrda ma’ kullimkien wara l-attività wkoll ġew imnaddfa minn skwadra ta’ madwar 80 persuna li kienu naddfu kollox sa sagħtejn wara.

IS-SUSPETTAT TA’ BUCKINGHAM PALACE ĦAWWAD FID-DIREZZJONI Is-suspettat Mohiussunnath Chowdhury, li nqabad mill-pulizija quddiem Buckingham Palace fil-pussess ta’ xabla u waqt li kien qed jgħajjat “Allah u l-Akbar” kellu jwettaq l-attakk post ieħor u mhux quddiem il-Palazz. Dan hekk kif is-suspettat ta’ 26 sena, wara li telaq minn Luton sagħtejn qabel kien arrestat, huwa beda jsegwi d-direzzjonijiet tal-GPS biex jasal filKastell Windsor. Madankollu, minflok wasal fir-residenza rjali, l-GPS wasslu f ’pub bl-istess isem. Meta ra hekk, hu kompla jsuq biex wasal biswit Buckingham Palace, fejn hemmhekk bilvettura Toyota Prius saq lejn karozza tal-Pulizija. Dan kollu ħareġ waqt li Chowdhury deher quddiem il-Qorti tal-Maġistrati nhar il-Ħamis li għadda, akkużat li kien qed jipprepara li jwettaq attakk terroristiku.


R ID-DINJA

23

03.09.2017

kullhadd.com

6

L-INDJA

4

6 5

ĦERBA WARA GĦARGĦAR FIL-MUMBAI Żewġt itfal kienu fost il-madwar 14–il ruħ li tħallew mejta fl-għargħar fil-Mumbai. L-għargħar ħalla ħerba kbira fejn in-nies tal-lokal saħqu li ma fadlilhom xejn xott u għalhekk huwa mifhum li d-danni huma kbar ħafna. Ix-xita li għamlet fil-Mumbai nhar it-Tlieta li għadda kienet qawwija tant li għamlet ilma daqs kemm issoltu tagħmel f ’xahar sħiħ. Dan wara li iktar minn 1,200 ruħ tħallew bla ħajja wara x-xita qalila tal-monsun li għamlet madwar l-Indja, Bangladesh u n-Nepal.

5 4

IL-KENJA

IL-ĠERMANJA

REBĦA PRESIDENZJALI TIĠI ANNULLATA MILL-QORTI INFERMIER QATTIEL SUSPETTAT LI QATEL 84 OĦRA Wara li nstab ħati li qatel żewġ pazjenti tiegħu, infermier li qed jiskonta żewġ sentenzi fil-ħabs issa huwa mixli li qatel madwar 84 oħra. L-infermier magħruf bħala Niels H, t’40 sena nstab ħati ta’ qtil ta’ żewġ pazjenti li mietu fl-2006 u 2015. Dawn inqatlu b’dożi letali ta’ mediċina waqt li kienu qed jiġu rikoverati f ’żoni li l-infermier kien qed jaħdem fihom. Fl-2014 kienet inħatret kummissjoni biex tinvestiga r-reati tiegħu li jistgħu jagħmluh l-ikbar qattiel wara l-gwerra fil-Ġermanja. Dan wara li l-qraba tal-vittmi kollha li mietu fi kliniċi fejn setgħu għaddew minn taħt idejh qed jappellaw għal iktar investigazzjoni. Waqt li kien qed jinstema’ l-każ fl-2015, huwa ammetta li ta l-mediċina lil madwar 90 persuna fi klinika tal-kura intensiva f ’Delmenhorst.

Ir-rebħa tal-President Kenyata ġiet annullata mill-qorti suprema tal-Kenya. Dan wara li l-oppożizzjoni allegat li r-rebħa tal-elezzjoni kienet invalida wara li kienet iħħekkjata s-sistema tal-informatika biex ir-riżultati jkunu mbagħbsa. Ir-riżultati wrew lil Uhuru Kenyata rebbieħ tal-elezzjoni b’marġini ta’ 1,400,000 elf vot. Id-deċiżjoni tal-qorti għamlet lill-Kenya l-ewwel pajjiż Afrikan li kellu r-riżultat imħassar mill-Qorti. Wara din id-deċiżjoni Uhuru Kenyata saħaq li l-imħallfin huma diżonesti u kriminali, għalkemm qabel kien qal li se jirrispetta id-deċiżjoni tal-qorti. Issa Kenyata se jkollu jlesti għall-elezzjoni ġdida hekk kif il-Qorti ordnat elezzjoni ġdida fi żmien 60 jum.


24

03.09.2017

kullhadd.com

OASI TAL-PAĊI MARY ISTORJA CHETCUTI MILL-

Sa mill-ewwel sigħat tal-preżenza tagħhom f ’kull pajjiż u reġjun li okkupaw qabel u matul it-Tieni Gwerra Dinija, il-Ġermaniżi imponew il-liġijiet razzjali Nażisti bi prijorità fuq kull liġi oħra. Sabu l-kollaborazzjoni tal-awtoritajiet lokali bħall-Vichy Franċiżi u l-Faxxisti Taljani biex iħaffu aktar il-proċess sabiex dawn il-liġijiet jiġu implimentati mill-aktar fis. Ċittadini ta’ dixxendenza Lhudija riedu bilfors jirreġistraw ruħhom mal-awtoritajiet lokali u appena jagħmlu hekk jitilfu d-dritt tal-proprjetà, edukazzjoni, xogħol u ċirkolazzjoni ħielsa madwar belthom jew bnadi oħra f ’dik li sa ftit qabel kienet art twelidhom. Kull min jikser imqar waħda mir-regoli imposti kien jiġi arrestat, ittorturat u jintefa’ f ’kamp ta’ detenzjoni b’xogħol iebes. Aktar tard il-Lhud, fost oħrajn, bdew jintbagħtu f ’kampijiet tal-konċentrament imlaqqma l-fabbriki tal-mewt. Iżda taħsibx li din is-sitwazzjoni seħħet biss fl-Ewropa, għax bejn l-1940 u l-1943 in-Nażisti u l-alleati tagħhom bdew l-istess proċeduri fil-pajjiżi Għarab li jisporġu fil-Baħar Mediterran fosthom il-Marokk, l-Alġerija, it-Tuneżija u l-Libja filwaqt li kien hemm lesti pjanijiet simili fl-eventwalità li jirbħu l-Ka-

jr fl-Eġittu, fejn il-komunità Lhudija kienet tgħodd aktar min-nofs miljun ruħ. Il-propaganda antisemitika tan-Nażisti sabet art fertili fuq it-territorju tal-Afrika ta’ Fuq anki għall-fatt li ħafna Għarab kellhom antipatija lejn il-Lhud li kienet tmur lura ħafna snin; sentiment li kien komuni ħafna fl-Ewropa wkoll. Kollaboraturi Għarab obdew il-liġi u rrappurtaw u xlew persuni Lhud li ġew arrestati u ntefgħu f ’kampijiet tal-konċentrament fil-Marokk u l-Alġerija fejn b’kollox tilfu ħajjithom bejn 4,000 u 5,000 Lhudi; ħafna oħrajn kienu ffortunati biżżejjed li ħarġu ħajjin minn dawn il-kampijiet meta f ’Mejju tal-1943 ritaljazzjonijiet qalila tal-forzi Brittaniċi u Amerikani ġabu fix-xejn id-dominanza Nażista u Faxxista fl-Afrika ta’ Fuq. Iżda Għarab b’qalb tad-deheb kien hemm ħafna wkoll. Matul dal-perjodu tal-biża’ kienu ħafna l-familji Għarab li b’sogru kbir laqgħu fi djarhom u ħbew tfal u saħansitra familji sħaħ Lhud. Mexxejja spiritwali Musulmani kienu ta’ spiss jiprietkaw lill-kongregazzjonijiet tagħhom sabiex ma jidħlux bħala konservaturi ta’ proprjetà li sa ftit qabel kienet tappartjeni lil ġirien Lhud. Tant hu hekk

li anzjan Lhudi, Jaakov Zrivy, li għex għomru kollu fi Sfax it-Tuneżija, tenna waqt intervista mal-Washington Post li matul il-ħakma Nażista: “L-Għarab kienu jħarsu lil-Lhud”. Però l-Għarab ma ħarsux lilLhud fil-pajjiżi Għarab biss. Fl-1940 in-Nażisti okkupaw Franza u immedjatament bil-kollaborazzjoni sħiħa talGvern Franċiż bdew jimponu liġijiet razzjali li kulħadd kellu jobdi mingħajr l-ebda riserva. Bejn is-16 u 17 ta’ Lulju 1942 il-Pulizija ta’ Pariġi taħt id-direzzjoni ta’ uffiċjali Ġermaniżi użaw il-forza u arrestat aktar minn 13,000 li kienu rġiel, nisa u tfal Lhud ta’ dil-belt. Sfortunatament, id-destin ta’ dawk maqbuda kien magħmul, madankollu, kienu ħafna li rnexxielhom jiżgiċċaw l-arrest billi nħbew fl-aktar post li ħadd ma kien jobsor li jfittixhom – il-Moskea l-Kbira ta’ Pariġi magħrufa bħala l-Oasi tal-Paċi. F’dak iż-żmien il-Moskea ta’ Pariġi kienet immexxija mill-fundatur tagħha Si Kaddour Benghabrit, Alġerin intellettwali u diplomatiku per eċċellenza. Il-kumpless jista’ jitqies bħala belt fil-qalba ta’ Pariġi li jinkludi post għattalb, għall-iskola, appartamenti għall-familji emigrati fi Franża għax-xogħol, kif ukoll ġmiel ta’ ġonna bil-funtani, lkoll imwennsa minn ħajt għoli li jbiegħed il-ħsejjes tad-dinja urbana. Għall-ewwel l-Imam Benghabrit sab xi oġġezzjonijiet minn residenti oħra Għarab minħabba l-biża’ li l-persekuzzjoni

ddur kontrihom ukoll, imma hu ma waqafx jilqa’ fi ħdan il-kumpless tfal waħedhom u familji sħaħ Lhud. Benghabrit serraħ ras in-nies tiegħu li la l-awtoritajiet Franċiżi u lanqas dawk Nażisti ma setgħu qatt jintebħu li dawn in-nies kienu Lhud u mhux Għarab, ibda mill-fatt li s-subien Lhud jiġu ċirkonċiżi bħas-subien Musulmani u t-tnejn li huma ma jafux x’togħma fih il-majjal. Meta waslu fil-moskea, Lhud ta’ ġilda ċara li aktar tixbah dik Ewropea milli Għarbija, Si Kaddour Benghabrit għamel il-kuntatti neċessarji ma’ ħbieb Alġerini ta’ Kabilja (reġjun fit-Tramuntana tal-Alġerija), membri tar-reżistenza Franċiża kontra n-Nażismu, biex ħarrbu lil-Lhud li ma setgħux jinżammu fil-kumpless tal-Moskea l-Kbira. Dan kien isir minn passaġġi sotterranji li jwasslu sax-xtut tax-xmara Seine fejn kienu jinħbew ġewwa bettiji tal-inbid li jinġarru fuq braken għaż-Żona Ħielsa fin-naħa t’isfel ta’ Franza. Malli l-allejanza Anglo-Amerikana ħelset l-Afrika ta’ Fuq, ħafna Lhud embarkaw għal hemm minn Marsilja b’karti foloz stampati fil-Moskea stess. Salim Halali kien kantant żagħżugħ Lhudi mwieled l-Alġerija li nzerta qiegħed jittanta xortih fi Franza meta seħħet l-okkupazzjoni. Kien wieħed mill-ħafna Lhud li talbu l-għajnuna ta’ Benghabrit. L-imam ħanin bla telf ta’ żmien iffalsifikalu ċertifikat tat-twelid Musulman; imma dan ma kienx biżżejjed u biex jagħti prova tal-

għeruq Musulmani ta’ Salim, Benghabrit talab skultur tal-fiduċja tiegħu biex jonqox isem missier Salim Halali (li fil-fatt kien midfun f ’ċimiterju Lhudi fl-Alġerija) fuq lapida fiċ-ċimiterju Musulman ġewwa l-kumpless ta’ Pariġi. Salim Halali ntalab jakkumpanja lil żewġ kantanti Għarab li kienu jiddevertu lill-klijenti fil-kafetterija tal-kumpless. B’turija ta’ ringrazzjament Salim kien iwassal messaġġi għand membri tar-reżistenza Franċiża għan-nom tal-imam; liema messaġġi ma kellhom bżonn l-ebda kodifikazzjoni peress li kienu jinkitbu bl-ilsien Għarbi. B’danakollu, l-awtoritajiet Nażisti kemm-il darba ġewhom suspetti li kien għaddej xi ħaġa minn taħt fil-Moskea ta’ Pariġi imma dejjem qagħdu pass lura milli jidħlu bil-forza fuqhom peress li kienu jeħtieġu l-għajnuna kollha tal-kapijiet Għarab fl-Afrika ta’ Fuq kontra l-alleati meta dawn tal-aħħar bdew javvanzaw fuq id-deżert okkupat. Si Kaddour Benghabrit u l-komunità Musulmana ta’ Pariġi salvaw mijiet ta’ Lhud minn ħalq mewt ċerta fil-kampijiet tal-konċentrament. Dalgħemil umanitajru u kuraġġuż għadu qed jistenna li xi darba jiġi rikonoxxut u isem dawn il-qalbiena jitnaqqax mal-ħitan tal-Yad Vashem, il-monument tal-Olokawst f ’Ġerusalemm, għax kif jgħid il-Kuran tal-Musulmani u kif jgħid it-Talmud tal-Ġudej: “......min isalva ħajja waħda ikun salva l-umanità kollha.”


25

03.09.2017

kullhadd.com

reċensjoni tal-

KTIEB

L-ewwel ktieb minn sensiela ta’ tnejn bl-isem:

KATINA ETERNA EUGENIO U GIULIANA X’jiġri minn Giuliana, tfajla ltima, li taħrab mingħand min rabbieha u tinġabar f ’Turin, mill-koppja Franchino, li ma jkollhiex tfal. U għaliex meta tiżżewweġ lir-raġel li tħobb, fl-ewwel lejl taż-żwieġ issib lilha nnifisha kollha demm u lil żewġha ma ssibux? Xi tkun

ir-raġuni għal dan kollu? Insiru nafu li fi xbubitha, Giuliana jkollha tifla, li tabbandunaha, waqt li lil missier it-tarbija tgħidlu li mietet. Iżda kemm jemmen il-missier din l-istqarrija u x’jasal jagħmel għall-verità? U x’jiġri meta x-xbejba Tilde tasal

għand Giuliana għal impjieg? Min ikun ix-xifajk li jrid iwaqqgħalha ġieħha u x’għajnuna jikseb minn Giuliana? Iżda bħas-soltu, għall-ħżunija jkun hemm it-tajjeb, għax raġel ieħor ikun attent u l-ħin kollu jsus warajha. Għaliex dan l-interess?

SILTA MILL-KTIEB “L-għada fl-għaxra qgħadt għalxejn nistenna ’l-ġuvni, li kont insejt kollox. “L-infami ma deherx. “Il-lejl kien ilu li daħal u jien bqajt ħdejn iċ-ċint nistenna lil Dino. “Il-ħoss tal-mixi ta’ missieri ġegħilni nitlaq niġri lejn il-kamra tiegħi. “Dħalt fis-sodda, iżda ma stajtx norqod. Fuqi beda jaqa’ biża’ l-aktar kbir. Iżda qatt ma daħħalt f ’rasi li dak il-bniedem kellu jittradini, u ma jidhrix iżjed. “Iżda wara xahar ta’ pwieni, kelli nassigura ruħi mill-ingann tiegħu. “Dak il-ġuvni ma kienx ġej iżjed. “Jien servejtu għall-kapriċċ ta’ mument, u issa kien telaq mingħajr ma ta kas tal-vittma tiegħu, bla ma ħaseb li d-disperazzjoni setgħet wasslitha fil-mewt. “U infatti din kienet l-ewwel idea tiegħi: li noqtol ruħi b’idejja. “Bqajt b’dan il-ħsieb sakemm indunajt li kont sejra nsir omm. “Ah! Le, jien ridt ngħix għaliha, u mmur infittex lil

min ittradieni. “Ibni ried ikollu isem, u ma jagħrafx il-ħtija tiegħi, mal-familja ta’ missieru. “Billi missieri ftit kien jagħti kont tiegħi, ma indunax bil-bidla li nbdilt. Iżda ħija, billi kien ġie, baqa’ skantat u wara li qagħad josservani, mar ingħalaq fl-istudju ma’ missieri. “Ħsibt li kienu sejrin jitkellmu fuqi, u ħassejt biża’ l-aktar kbir. “U meta smajt lil missieri jsejjaħli, ma stajtx nirrispondih iżda kollni sfajra u beżgħana, mort quddiemu. “Ah! Qatt ma stennejt x’kien ġej għalija! “Malli dħalt fil-kamra, ħija kien pront qafel il-bieb, imbagħad resaq ħdejn missieri. “It-tnejn bdew iħarsu lejja b’ħars li jkexkex. “Missieri nxteħet fuqi, u fil-ħin li beda jċaqlaqni “Sa fl-aħħar missieri, b’leħen jirtogħod mill-korla u bil-herra, qalli: l-qilla, qalli: “Għidli min kien il-miżerabbli. Għidli x’jismu. “Diżgrazzjata, int omm! “Għal dawk il-manjieri, jien għamilt kuraġġ. Id“Ma kellix kuraġġ niċħad. Inżilt għarkupptejja, u dmugħ nixef f ’għajnejja u b’leħen sħiħ, weġibtu: mitlufa mill-biża’, għedtlu: “Le! “Aħfirli! Mistoqsija: X’kien bidlilha fehmitha milli toqtol ruħha b’idejha?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb KATINA ETERNA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 10 ta’ Settembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb SIPARJU huwa: G. CAMILLERI - Żabbar

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

05

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

Kemm-il persuna ser tkun qed taħdem ġewwa s-suq meta jibda jaħdem għalkollox kif pjanat? It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:

Indirizz:


26

03.09.2017

kullhadd.com

GREENPAK TNIEDI L-KAMPANJA CRUSH PLASTIC BOTTLES GreenPak Coop Society qed twassal il-messaġġ lill-konsumaturi biex jgħaffġu u jirriċklaw il-fliexken vojta tal-plastik. Bil-ħsieb li jitnaqqas it-tniġġis mill-plastik, ikun ottimizzat l-ispazju fil-boroż u l-kontenituri tar-riċiklaġġ, u jiżdiedu r-rati tal-ġbir tal-fliexken tal-plastik, il-kampanja Crush Plastic Bottles qed tiffoka fuq il-ħtieġa li jintremew sew il-fliexken tal-plastik. Ittgħaffiġ tal-fliexken tal-plastik għar-riċiklaġġ iġib l-għarfien dwar il-ħtieġa li jitwaqqaf il-ħmieġ u jiżdied l-użu tar-riżorsi. Diversi personalitajiet Maltin magħrufa qed jagħtu l-appoġġ tagħhom f ’din il-kampanja u għenu biex jipproduċu l-vidjow Crush billi jkantaw siltiet mill-kanzunetta tad-disgħinijiet Crush ta’ Jennifer Paige. Il-kampanja għandha l-appoġġ ta’ diversi kumpaniji ewlenin, inkluż GSD Marketing Ltd, li jibbottiljaw il-prodotti tal-Coca-Cola. GSD Marketing Ltd flimkien ma’ GreenPak qegħdin imexxu l-kampanja dwar l-użu sostenibbli tal-fliexken tal-plastik u jimmiraw il-konsumaturi li jkunu fejn il-baħar biex ma jħallux skart warajhom. Il-kampanja qed tixxandar fuq ir-radju u t-televixin bl-iskop li tħeġġeġ il-pubbliku biex jgħaffeġ u jirriċikla l-fliexken tal-plastik.

It-trofej, li kienu ppreżentati waqt il-Local Council Awards tal-2017 ta’ GreenPak kienu magħmula minn skulturi artistiċi tal-ħġieġ li jirrappreżentaw fliexken tal-plastik mgħaffġa. L-awards jirrikonoxxu dawk il-lokalitajiet li jiddistingwu ruħhom fuq oħrajn fl-immaniġġjar sostenibbli taliskart. Iċ-ċerimonja tal-awards saret fil-Palazz ta’ San Anton Ħ’Attard, li għaliha attendew il-Ministru għal Żvilupp Sostenibbli, Ambjent, u Bidla fil-Klima, l-Onor. Dr José Herrera, u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u l-Komunitajiet l-Onor Silvio Parnis. Bħala l-akbar skema ta’ rkupru ta’ skart f ’Malta, GreenPak għamlet diversi kampanji edukattivi li jenfasizzaw il-ħtieġa għall-infurzar tal-liġi fuq l-iskart u l-użu xieraq tal-kontenituri bring-in-sites. Il-Kap Eżekuttiv tal-Kooperattiva Inġ. Mario Schembri qal li għalkemm qed isiru diversi sforzi u titjib biex jissalvagwardja l-ambjent, l-iskart fil-postijiet pubbliċi ma naqasx. “Kważi €30 miljun jintefqu kull sena fuq l-immaniġġjar tal-iskart bejn is-settur privat u l-Gvern, u dan l-ammont ma jinkludix in-nefqa tal-Gvern relatata ma’ amministrazzjoni, policies u infurzar tal-liġi. Sfortunatament, naraw ħmieġ kul-

ma rebaħ il-Best Overall Performance Award għat-tieni sena konsekuttiva. Dan l-unur jingħata lil dak il-Kunsill Lokali li jiġbor l-akbar ammont ta’ skart riċiklabbli għal kull ras. Għat-tieni sena konsekuttiva l-Kunsill Lokali taż-Żurrieq rċeva l-Most Glass Collected Award talli ġabar l-akbar ammont ta’ ħġieġ mis-servizz ta’ wara il-bibien tad-djar li jsir kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Il-premju Most Responsive Community Award intrebaħ mill-Kunsill Lokali tal-Gżira peress li kiseb żieda stabbli ta’ 97 fil-mija fir-rati ta’ riċiklaġġ GreenPak tonora lill-Kun- wara kampanja edukattiva ta’ ħames xhur immexxija minn silli Lokali tal-2017 GreenPak fl-2016. Il-KunIl-Kunsill Lokali ta’ Tas-Slie- sill Lokali ta’ San Ġiljan u ta’ limkien. Dan immedjatament iwassal għall-mistoqsija: x’qed jiġri ħażin?” qal Inġ. Schembri. GreenPak installat numru ta’ kameras tas-CCTV ħdejn il-kontenituri tal-bring-in-sites f ’ċerti postijiet fejn ikun hemm abbuż u qed taħdem bla heda mal-Kunsilli Lokali biex jitwaqqfu l-abbużi li jsiru kuljum. “Nittamaw li l-kampanja Crush Plastic Bottle isservi biex tnaqqas l-iskart tal-plastik f ’Malta u tħeġġeġ lill-pubbliku biex jieħu azzjoni pożittiva u jnaqqas l-iskart li jmur f ’miżbliet,” żied Inġ Schembri.

Ħaż-Żebbuġ ukoll irreġistraw żieda sostenibbli fir-rati ta’ riċiklaġġ. Il-Kunsill Lokali tas-Swieqi rebaħ l-unur ta’ Most Proactive Council Award peress li żied l-għarfien dwar is-separazzjoni tal-iskart fost ir-residenti. Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun u Ħ’Attard kienu wkoll nominati għal dan l-unur. L-unur ta’ Most Supportive Locality Award mar għand il-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Malta. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Nature Trust Malta Vince Attard ippreżenta l-award speċjali lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop. Nature Trust Malta u GreenPak flimkien ippromovew il-protezzjoni tal-flora u l-fawna ta’ Malta permezz tar-riċiklaġġ ta’ ħwejjeġ użati u r-residenti ta’ Ħal Kirkop ġabru kważi kilo għal kull ras. Il-Kunsill Lokali tal-Qrendi u tal-Imqabba kienu nominati wkoll. Apparti milli rċevew it-trofew u ċ-ċertifikat ta’ kisba, il-kunsilli lokali rebbieħa ngħataw ukoll premju ta’ flus ta’ €1,000 bħala għajnuna għal proġetti ambjentali li jsiru fil-lokalità rispettiva għall-benefiċċju tar-residenti. Il-Kunsilli li ġew it-tieni wkoll irċevew premju fi flus. Il-vidjow Crush jidher fuq: http://www.greenpak.com.mt/ crush-bottles

SIB IX-XARABANK TAL-BOVCLUB U IRBAĦ Il-kampanja tal-BOV Club għal din is-sena tinsab litteralment fit-toroq tagħna. Dan għaliex xarabank tat-trasport pubbliku ġiet immarkata bl-immaġni kkulurita ta’ din is-sena u żiedet xi ftit tal-kulur fit-toroq ta’ Malta. Ix-xarabank tal-BOV Club hija marbuta ma’ kompetizzjoni li l-Bank bħalissa qed jagħmel fuq il-paġna ta’ Facebook tal-BOV Club tiegħu. Il-pubbliku ġenerali huwa mħeġġeġ iżomm għajnejh miftuħa għal din ix-xarabank partikolari, jieħu ritratt tagħha u jibgħat l-immaġni bid-dettalji tiegħu jew tagħha lill-Bank fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu. Kull ġimgħa, jittella’ isem b’mod każwali, u r-rebbieħ jirċievi vawċer ta’ EUR 100 mingħand il-Eurosport Malta. It-termini u l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni huma disponibbli fuq il-paġna tal-BOV Club tal-Bank: www.bov.com. Meta tkellem dwar l-inizjattiva, Charles Azzopardi, Eżekuttiv tal-PR u l-Marketing fil-Bank of Valletta spjega li, “Il-BOV Club huwa pakkett ta’ servizzi li huwa speċifikament iddisinjat għall-istudenti li jkomplu bl-istudji tagħhom

duzzjoni tal-istudenti għad-dinja tas-servizzi bankarji ta’ kuljum,” spjega s-Sur Azzopardi. Din il-kampanja promozzjonali, li se ddum għaddejja sas-27 ta’ Ottubru, diġà kisbet interess konsiderevoli fost il-parteċipanti. L-istudenti qed jiġu mħeġġa japplikaw biex jissieħbu fil-BOV Club permezz tal-websajt talBank. Is-sett sħiħ tal-BOV Mastercard Prepaid Cards, li jiswa EUR 375, se jintrebaħ minn wieħed mill-istudenti li japplikaw

online biex jissieħbu fil-BOV Club. It-tim tal-BOV Club qed iżur il-kampusijiet biex iwieġeb kwalunkwe mistoqsija tal-istudenti matul l-open days. Aktar informazzjoni dwar ilBOV Club Package jew l-inċentivi li għaddejjin bħalissa tinsab fuq il-paġna ta’ Facebook talBank: https://www.facebook.com/ bovclubmt/ jew fuq il-portal talBOV Club: https://www.bov.com/ bov-club.

AVVIŻ fil-livell post-sekondarju, jew li jidħlu fl-Università. Dan jikkoinċidi maż-żmien meta jibdew jirċievu l-istipendju u għalhekk ġeneralment ikun il-punt meta jiftħu l-ewwel kont tagħhom u jibdew jużaw is-servizzi bankarji. Il-membri tal-BOV Club jirċievu diversi benefiċċji fir-rigward tas-servizzi offruti, bħall-BOV Student eAccount, self għall-istudenti mingħajr ma jħallsu flus għall-ipproċessar u soluzzjonijiet bankarji self-service inkluż il-BOV Visa Classic jew il-BOV MasterCard, mingħajr il-ħlas taċ-

charges għall-ewwel sena. Barra minn hekk, qed jingħataw offerti ta’ merħba lill-membri li jissieħbu għall-ewwel darba fil-BOV Club.” “Għażilna x-xarabank u l-paġna ta’ Facebook tagħna bħala l-punti fokali ta’ din il-kompetizzjoni, għaliex iż-żewġ elementi huma preżenti ħafna fil-ħajja tipika tal-istudenti. B’dan il-mod, ridna ninkorporaw l-element tal-pjaċir tal-kompetizzjoni filwaqt li nqajmu kuxjenza dwar il-BOV Club Package li huwa maħsub biex jiffaċilita l-intro-

Pożizzjoni tax-xogħol: Aħna qed infittxu li nirreklutaw kandidat/a li j/tkun responsabbli biex iwettaq/twettaq mekkaniżmi tekniċi, mekkaniċi u elettriċi fuq il-vetturi b’mod effiċjenti u effettiv billi jidentifika/tidentifika partijiet jew difetti bil-ħsara u jwettaq/twettaq dijanjosi bażika tal-vettura u sejba ta’ ħsara billi jagħmel/tagħmel użu mit-tagħmir dijanjostiku xieraq provdut. Il-kandidat/a ideali għandu/ha: • j/tkun kapaċi j/tuża għodod dijanjostiċi; • jkollu/ha ħiliet ta’ komunikazzjoni verbali u bil-miktub tajba bl-Ingliż; • ikollu/ha minimu ta’ tliet snin esperjenza fi rwol simili; u • ikollu/ha Diploma ta’ Technician Ogħla u / jew Diploma ta’ Tekniku ta’ Vetturi bil-Mutur. Kwalunkwe kwalifika ogħla tkun apprezzata. L-individwi interessati huma mistiedna jibagħtu CV dettaljata fuq info@tonysvrt.com


27

03.09.2017

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

R.CHETCUTI - Raħal Ġdid

TISLIBA 190 Mimdudin:

Bi 3 Numri 096 163 172 307 310 315 373 420 590 664 741 798 841 851 909 B’4 Numri 0012

0721 0772 1198 1868 1909 1965 2217 2542 2785 2979 3831 4194 4287 4554 4897 5262 5288 5332 5414 6114 6769

6893 7210 7381 8144 8597 8664 8859 9094 9102 9448 9578 9947 B’5 Numri 01217 08006 09065 14638 17303 22456

22614 26821 30035 38763 43156 52372 60003 60102 68377 69093 77201 80451 89080 89223 91351 B’6 Numri 000230 028128 060131

105557 333903 402511 516910 661789

674735 707412 780346 794674

IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA

1. 4. 7,16. 9,23. 10. 12. 16. 18. 19. 20. 21. 23. 24.

Kompli l-qawl: Bis- sabar u biż-żmien kollox jasal fit-.....(5) Jitħallas fis-sena ġeneralment (4) Israq? (5) Jista’ jkun tax-xemx (7) Maqsum? (6) Ikkoreġa? (6) Ara 7 Borġ Olivier (1,1) Ara 12 wieqfa Plural ta’ pinta (5) Miġnun Ingliż (3) Ara 9 Taħbit bla ras (5)

Weqfin: 1,11. 2,5. 3,17. 5. 6. 8. 11. 12,19. 13,22. 14. 15. 17. 21. 22.

Tkun fil-gerżuma (8) Jintuża f ’xi ċerimonja fil-knejjes (6) Siġra dekorattiva (6) Ara 2 Hemm ħafna bħalu Bormla (3) Mużika? (9) Ara 1 wieqfa Innegajt (5) Ma baqax kif kien (6) Ma ħalliex iebes (6) Rasu iebsa (6) Ara 3 Skoċċiż? (3) Ara 13

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin:

Weqfin:

1.Skuża, 4.Skur, 7,19.Nbill, 9.Idi, 10.Kunjat, 12.Sammar, 16,21 wieqfa. Umlija, 18.Ma, 20.Taraġ, 21.Int, 23.Aldo, 24.Daddy

1.Snienu, 2,22.United, 3,6. Ankrat, 5,17.Kajman, 8. Burmarrad, 11,14.Marigold, 12.SL, 13.MMA, 15.Cloudy


28

03.09.2017

kullhadd.com

ĦSIEB PERIKOLUŻ EDITORJAL

Taħt pressjoni ħareġ il-karattru tiegħu; lil-Laburisti qalilhom l-għadu

Il-ġimgħat li għaddew servew biex erġajna kellna tfakkira dwar il-mod perikoluż kif jaħdem il-Partit Nazzjonalista u dawk li jmexxuh. Dan biex jilħqu l-għanijiet tagħhom. Tant li jiġri x’jiġri f ’din l-elezzjoni ftit li xejn teżisti tama li dan il-partit jinbidel fl-immedjat. Għal dan hemm iktar minn raġuni waħda. Mhux biss il-fatt li kif iddikjaraw ħafna, fosthom editorjali ta’ gazzetti oħra, ħadd mill-kandidati li tefgħu isimhom m’għandu l-istoffa ta’ kap f ’partit li tmexxa minn nies bħal Ġorġ Borg Olivier, Eddie Fenech Adami u sa ċertu punt Lawrence Gonzi. Bħal donnu minn wara s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, u d-dħul ta’ Malta fiż-Żona Ewro, dan il-partit qed isibha diffiċli jiddefinixxi l-iskop għaliex jeżisti u minflok jiġġieled għal għan komuni, viżjoni ta’ fejn jieħu l-pajjiż, spiċċa jiġġieled miegħu nnifsu. Tant kollox sar dilemma li fl-aħħar ġimgħat il-kandidati wiegħdu l-free vote dwar bosta temi b’mod li qatt ma smajna bħalu qabel. Ikollna niddikjaraw li dan

kollu jgħid ukoll ħafna fuq il-bniedem li sa ftit tax-xhur ilu ried isir Prim Ministru. Forsi l-qarrej jgħidilna li Simon Busuttil għażel viżjoni; dik li sejjaħ bħala l-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Veru. Imma l-esaġerazzjonijiet meta qabbel lil pajjiżna ma’ pajjiżi fl-Afrika u l-kredibbiltà tal-Partit Nazzjonalista, inkluż tiegħu, ftit li xejn għenuh. Iktar minn hekk, fi ftit iktar minn xahrejn bħala kap caretaker Simon Busuttil kompla jgħarraq lill-Partit Nazzjonalista iktar milli għarrqu qabel l-elezzjoni u dan bl-arja kollha ta’ bniedem li jħoss li rebaħ l-elezzjoni ġenerali anke jekk tilifha b’40,000 vot. Rajna fl-aħħar ġimgħat tintuża l-istess tattika li ntużat qabel l-elezzjoni ġenerali biex grupp mill-Partit Nazzjonalista jikseb l-għanijiet tiegħu kontra grupp ieħor. Il-ħażin mhux li wieħed jirrapporta dak li forsi jista’ jitfa’ dell fuq dak li jkun jekk ikun f ’kariga importanti. Iżda, meta dawn ir-rapporti jkunu akkumpanjati b’attakki maħsuba biex ikissru l-persuna u jneħħulha d-dinjità, allura hemm jibda joħroġ biċ-ċar

kemm min jagħmilhom isir perikoluż. Illum, huma ħafna iktar li jifhmu dan. Bdew jifhmuh ukoll dawk li sa ftit xhur ilu kienu jappoġġjaw dan l-istil għax vittmi tiegħu ma kinux huma. Dawn ukoll huma nies perikolużi għaliex il-ħażin għandu jkun ħażin dejjem u mhux għax jolqot lilhom individwalment. M’għandniex xi ngħidu attakk bħal dan ipoġġi pressjoni. Pressjoni li fl-aħħar jiem rajnieha ssir ukoll bl-użu b’mod bla preċedent tal-istrutturi tal-Partit Nazzjonalista. Biex erġajna fhimna li kollox kien ikkordinat. Kif ix-xibka talħażen għadha teżisti. U taħt dik il-pressjoni ħarġu wkoll il-kuluri veri ta’ Adrian Delia. Mhux se nirreferu għal min għażel li jiddawwar bih quddiem id-Dar Ċentrali nhar it-Tnejn filgħaxija, però l-kumment tiegħu dwar kif għadu wieħed hemm, b’referenza għall-Partit Laburista u l-Laburisti, kixfu l-kuluri veri tiegħu. Taħt pressjoni wera min hu. L-attakki li sofra hu fl-aħħar jiem mhuma xejn ħdejn l-attakki li kien vittma tagħhom il-Prim Ministru fl-aħħar

xhur. Iżda, filwaqt li wieħed tkellem dwar l-għadu, Joseph Muscat dejjem wieġeb b’appell għal għaqda. It-twemmin li nkunu poplu wieħed ma jappellax għalih għall-gallarija qabel l-elezzjoni ġenerali jew bl-aptit skont l-udjenza, imma joħroġ b’mod naturali u fl-iktar mument li Delia stajna naraw min hu, inkixef. Biżżejjed wieħed jara l-espressjonijiet ta’ wiċu dak il-ħin li ddikjara l-Laburisti bħala l-għadu tiegħu. Dan kollu jindika li l-Partit Nazzjonalista baqagħlu ħafna xogħol x’jagħmel jekk irid juri li nbidel. Din l-elezzjoni x’aktarx ma tkunx biżżejjed sakemm ma tiġrix xi ħaġa straordinarja. L-attitudni tal-kap caretaker ftit tgħin. Biżżejjed naraw kif iktar kmieni din il-ġimgħa kien iktar interessat jgħid li se jibqa’ Membru Parlamentari milli jħabbar nomina ġdida li kellu. Bħal donnu l-messaġġ kien; jien hawn biex nibqa’. U jidher li miegħu se jibqgħu l-problemi li kkawża u l-istil diviżiv li ħaddan. Diviżjoni li tinħass sew fil-Partit Nazzjonalista u li rridu nissieltu qatigħ biex ma tirriflettix fuq il-pajjiż ukoll.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.