KullHadd_06.08.2017

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 6 ta’ Awwissu, 2017

Ħarġa Nru 1,256 Prezz €1

Ara paġna 11

LEJN ĠUSTIZZJA

IR-RUSSA INKREDIBBLI

• ELUF JAPPLIKAW TAĦT L-ISKEMA TAL-KORPI

• “IL-WHISTLEBLOWER” TA’ SIMON BUSUTTIL F’NUMRU TA’ INTRIĊĊI

• F’OTTUBRU JIBDEW IL-PAGAMENTI

• DETTALJI ĠODDA DWAR KIF INQABDET TIGDEB IKTAR MINN DARBA

Iktar minn 6,000 persuna li kienu jaħdmu fil-korpi, iktar minn 2,600 pulizija u iktar minn 600 eks ħaddiem tax-xatt applikaw bilgħan li jieħdu xi forma ta’ ġustizzja għall-inġustizzji li ilhom isofru snin. Kien il-Gvern li fil-baġit li għadda nieda din l-iskema li għall-ewwel sena għandha maħsuba tmien miljun ewro u bħalissa qed issir l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet bil-għan li f ’Ottubru joħorġu l-ewwel pagamenti.

Ara paġna 3

JINFEXXU F’XULXIN

• ANN FENECH TAĦSEB BIEX IŻŻARMA

• IL-KONTESTANTI F’XITA TA’ BATTUTI U GAMBETTI • ĠLIED KBIR FIL-PN, DAVID CASA JAPPELLA BIEX JIEQAF • GALEA JRID LIL SIMON BUSUTTIL JITLAQ MILL-PARLAMENT

Sajf jaħraq għall-Partit Nazzjonalista fejn filwaqt li għaddejja l-elezzjoni għall-Kap tal-Partit jinsabu fl-aqwa tagħhom l-attakki bejn fazzjonijiet differenti fil-Partit. Saħansitra l-Membru tal-Parlament Ewropew David Casa, meqjus bħala politiku ta’ esperjenza fl-istamperija, appella biex jieqfu l-attakki kontra xulxin. Iżda, f ’dan ilmument hemm min ma jiflaħx iktar u fost dawk li tkellmu hemm l-eks membru tal-kabinett Mario Galea. Galea, li

għandu esperjenza ta’ 25 sena fil-Parlament u meqjus veteran fid-Dar Ċentrali żvoga fuq Facebook f ’kitba twila li kkonfermat għadd kbir ta’ stejjer żvelati minn dawn ilpaġni fl-aħħar xhur. Iżda, l-iktar li spikka kien għall-mod kif irid lil Simon Busuttil barra mill-Parlament ladarba ddeċieda li jirriżenja, xi ħaġa li Busuttil qal li m’għandux ħsieb jagħmel. Intant, żgur li qed taħseb biex iżżarma l-Avukat Ann Fenech.

Ara paġni 4 u 5

Btajjel li Maria Efimova għamlet għaliha u għallqraba tagħha u li għalihom ħallset mill-kontijiet tal-post fejn kienet taħdem ikomplu jitfgħu dawl fuq il-kondotta u l-aġir tal-persuna li l-Kap talOppożizzjoni għamel kampanja elettorali juża kliemha biex isostni waħda mill-ikbar gidbiet elettorali. Fil-ġimgħa li sar magħruf li Efimova telqet minn Malta, il-gazzetta KullĦadd tista’ tiżvela iktar gideb fosthom anke dwar tqala li mbagħad irriżulta li ma kellhiex.


02

06.08.2017

kullhadd.com

Editur ALEANDER BALZAN

L-Ogħla Temperatura: 38°C L-Inqas Temperatura: 26°C L-Indiċi UV: 9 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ arja ta’ pressjoni għolja testendi mill-Punent sa fuq iċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Xemxi Ir-Riħ: Ħafif mill-Punent il-Lbiċ li jsir ħafif għal moderat u jdur lejn il-Punent Majjistru Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 27°C

email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572

Disinn tal-Paġni LEANNE ABELA GRECH tel: (+356) 2568 2571

Kuntatt Ġenerali KullĦadd

It-Tnejn

email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

It-Tlieta

L-Erbgħa

Indirizz Postali KullĦadd

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

35°C

UV 8

24C

Il-Ħamis

34°C

UV 8

24°C

34°C

Il-Ġimgħa

UV 9

25°C

Is-Sibt

Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

34°C

UV 8

24°C

32°C

UV 8

24°C

32°C

UV 8

24°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Il-Belt Valletta – 21225785 Vivien Pharmacy, Triq Patri Magri, Il-Marsa – 21221701 Collis Villiaman - St. Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera – 21238625 Remedies Pharmacy, Triq Tumas Fenech, Birkirkara – 21441589 Regal Pharmcay, 39B, Triq Antonio Bosio, L-Imsida – 21313115 Numri Importanti St. Julian’s Pharmacy, 24, Triq G. Borg Olivier, San Ġiljan – 21369426 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​ Norman’s Pharmacy, 133, Triq il-Kbira, Tas-Sliema – 21332243 112​ Il-Mehrież Pharmacy, 31, Triq Giovani Curmi, L-Iklin – 21435567 Reeds Pharmacy 191, Triq il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar – 27130068 Il-Pulizija ta’ Malta Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar – 21571764 2122 4001-9​ De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21826408 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ​ Felice Pharmacy, 95, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 21827939 2393 0000 Green Cross Pharmacy, 8, Misraħ Gregorio Bonnici, Iż-Żejtun – 21693723 St. Andrew’s Pharmacy, 51, Triq Dun Pawl, Ħal Luqa – 21820795 Il-Gwardjani Lokali ​2132 0202 Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Is-Siġġiewi – 21462957 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat – 21454274

Stampat Progress Press

L-Isptar ta’ Malta 2545 0000

L-Isptar ta’ Għawdex ​2156 1600

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza ​ 5004 3888

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku ​1182

Għawdex Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21566170 Lauretana Pharmacy, 36, Triq l-Imġarr, Għajnsielem – 21563017 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.


03

06.08.2017

kullhadd.com

9,000 IFITTXU ĠUSTIZZJA • JAPPLIKAW FI SKEMA LI NIEDA L-GVERN • ĦLAS GĦAL TAL-KORPI, PULIZIJA U EKS ĦADDIEMA TAX-XATT

Kitba ta’

NEIL AZZOPARDI FERRIGI

EKS ĦADDIEMA TAL-KORPI

6,000 APPLIKAZZJONI

Qabeż id-9,000 in-numru ta’ persuni li applikaw taħt skema li nieda l-Gvern maħsuba biex issewwi inġustizzji li ilhom itulu s-snin. Filwaqt li bħalissa għaddej eżerċizzju bil-għan li jkun analizzat min jikkwalifika taħt din l-iskema, l-ewwel pagamenti mistennija jsiru f ’Ottubru. Ikkonferma dan is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, Mark Musu għall-mistoqsijiet tal-gazzetta KullĦadd. Din kienet miżura oħra talbaġit għal din is-sena u għaliha hemm allokati tmien miljun ewro. Ammont ta’ flus li se jintuża fl-ewwel sena tal-iskema li hi maħsuba li tkun estiża fuq numru ta’ snin bl-istess mod kif qed titħaddem l-iskema ta’ rifużjoni għal dawk li ħallsu taxxa

EKS ĦADDIEMA TAX-XATT

600 APPLIKAZZJONI

UFFIĊJALI TAL-KORP TAL-PULIZIJA

2,700 APPLIKAZZJONI

żejda fuq il-karozzi. Permezz ta’ pagament kull sena dawn il-persuni jieħdu somma bħala kumpens għal dak li setgħu sofrew tul is-snin. Fost ħaddiema li applikaw taħt din l-iskema hemm l-eks ħaddiema tal-korpi li kienu qed jagħtu servizz lil dipartimenti tal-Gvern qabel l-1979, iżda li kienu bdew jagħmlu parti misservizz pubbliku wara Jannar tal-1979. Minn dawn applikaw 6,000 persuna. Għal snin twal dawn in-nies ilmentaw minn inġustizzji marbuta mal-pensjoni tagħhom u filwaqt li ġew injorati minn gvern wara ieħor, għażlu li jib-

dew jieħdu passi legali bil-għan li jieħdu dak li hu tagħhom bi dritt. Applikaw ukoll madwar 2,700 persuna li huma jew kienu uffiċjali tal-korp tal-pulizija fir-ranks ta’ kuntistabbli, surġent jew surġent maġġur li ma tħallsux għall-overtime li għamlu bejn l-1 ta’ Jannar 1993 u l-31 ta’ Diċembru 2009. Din ukoll hi kwistjoni li ilha għaddejja u wara snin ta’ diskussjonijiet ma’ gvernijiet Nazzjonalisti, Lawrence Gonzi, eks Prim Ministru, kien qal li fl-aħħar mill-aħħar jista’ jkun li dawn il-pulizija m’għandhom jieħdu xejn. Eks ħaddiema tax-xatt li kell-

hom liċenzja biex jaħdmu bejn l-4 t’April 1973 u l-1 ta’ Ġunju 2009 ukoll huma parti minn din l-iskema. Minn dawn applikaw 600 persuna. Il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Socjali kien maħtur biex jimplimenta din il-miżura. Kien għalhekk li nħatar bord immexxi minn Mark Musu, b’rappreżentanti mill-Ministeru għall-Finanzi, il-Ministeru għat-Transport u l-Infrastruttura kif ukoll il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. Ix-xogħol ta’ dan il-bord kien proprju li jikkonsulta sa fejn hu possibbli dawk milquta u janalizza fid-dettall is-sitwazzjoni

sabiex jinħoloq mekkaniżmu li permezz tiegħu l-fondi jkunu allokati kif suppost. Wara proċess ta’ analiżi, ilbord jiffinalizza l-proposti, jara liema huma dawk li għandhom jingħataw prijorità u jikkwantifika s-somma li se tkun assenjata lill-benefiċjarji ta’ kull kategorija li semmejna sal-aħħar kwart ta’ din is-sena. Il-pagamenti se jkunu eżentati mit-taxxa. Kull applikazzjoni li tkun rifjutata se jkun hemm ċans għal appell quddiem Bordijiet ta’ Reviżjoni, liema deċizjoni tkun finali. Dawk li ma jkunux ibbenefikaw taħt l-ewwel skema, għal xi raġunijiet li joħorġu mill-kundizzjonijiet tal-iskema, isiru eleġibbli taħt eżempju l-iskema tat-tieni sena li jkunu jridu japplikaw għaliha u jsir il-proġett ta’ verifika. Jekk ikunu intitolati jingħataw dak li hu dovut lilhom.


04

06.08.2017

kullhadd.com

BUSUTTIL BARRA U PARTIT HIJACKED • MARIO GALEA MA JRIDX LIL SIMON BUSUTTIL FIL-PARLAMENT • IL-KANDIDAT RAYMOND CARUANA JGĦID LI L-PARTIT ĠIE HIJACKED • MARIO GALEA GĦANDU APPOĠĠ MINN OĦRAJN FOSTHOM MILL-MŻPN

Id-deputat Nazzjonalista Mario Galea qal li Simon Busuttil m’għandux iżomm is-siġġu Parlamentari. F’kitba twila fuq Facebook Galea qal li għalkemm għandu dritt jibqa’, Busuttil għandu jitlaq mill-Parlament ladarba ddeċieda li jirriżenja. Qabel miegħu Raymond Caruana, kandidat f ’isem il-Partit Nazzjonalista flaħħar elezzjoni ġenerali, u lil Galea qallu: “Naqbel perfettament miegħek għażiż kollega u naf li dak li ktibt huwa kollu minnu. Il-Partit bħalissa huwa f ’kollass totali u hijacked għall-aħħar minn persuni totalment b’imneħirhom imxammar u jaħsbu li huma omnipotenti.” Għalkemm kienu diversi

l-partitarji Nazzjonalisti li kritikaw lil Galea pubblikament fuq Facebook oħrajn tawh appoġġ. Iżda, iktar minn hekk jirriżulta li Galea għandu appoġġ intern, fost oħrajn mill-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista, fost l-iktar qrib Simon Busuttil sa qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali. Dwar Busuttil, Mario Galea kiteb li għandu jitlaq “mhux jibqa’ fid-dell tal-Kap il-ġdid ikun min ikun.” Fakkar kif Lawrence Gonzi ta’ ġentlom li hu meta ddeċieda li jirreżenja minn Kap tal-Partit wara t-telfa tal-2013 ċeda mill-ewwel is-siġġu Parlamentari. Mario Galea żied jgħid li l-Grupp Parlamentari taħt ilkap “il-ġdid ma jistax jibqa’ rubber stamp kif sfortunata-

ment ħafna drabi spiċċa taħt Simon Busuttil.” Qal li l-kap il-ġdid irid jisma’ lill-grupp imbagħad jitkellem hu. “Il-Grupp Parlamentari m’għandux jiġi biex jiddiskutti issue meta l-partit ikun diġà ħa pożizzjoni pubblika dwarha,” kiteb Mario Galea li ddeskriva lil Simon Busuttil bħala awtoritarju. Semma kif id-deputati Nazzjonalisti saru jafu bil-koalizzjoni ma’ Marlene Farrugia mill-midja. Żied li karigi elettivi, bħal dik daqstant importanti ta’ Segretarju Ġenerali, għandhom ikunu tabilħaqq kontestati u jiġu eletti, mhux imposti. “Rosette Thake ġiet imposta mill-kap tal-partit,” qal Galea,

li żvela kif kien hemm nies oħra interessati. “Nies oħra ferm validi li dak iż-zmien riedu jikkontestaw kienu ġew ordnati ma jikkontestawx, mit-tmexxija tal-partit,” kompla jinkiteb. Mario Galea, eks membru tal-kabinett ta’ Gonzi qal li l-konsegwenza kienet li spiċċaw b’Segretarja Ġenerali li la kienet taf lill-partit u wisq anqas il-partit kien jaf lilha. Fi ftit kliem, qal Mario Galea, libset żarbun li ma jiġihiex. Tkellem dwar kif nies b’esperjenza qalulhom li m’hemmx bżonnhom għax ħadmu taħt Lawrence Gonzi u Eddie Fenech Adami. “Qishom għandhom il-pesta,” qal Mario Galea li fisser

kif il-Partit Nazzjonalista ma kellux strateġija. Qal li jirrispetta lil Simon Busuttil u jifhem li ħadem ħafna però tenna: “Nistqarr li qatt ma qbilt mal-istil tat-tmexxija awtoritarja tiegħu. Kont inħossu mhux miftuħ biżżejjed għal min ma jaqbilx miegħu.” Mario Galea qal li dak għadda u mar. Li hu żgur hu li l-PN se jkollu “mexxej ġdid u allura nemmen li għandu jiskot u jieqaf jieħu deċiżjonijiet importanti li se jorbtu lill-kap il-ġdid.” Qal li taħt Simon Busuttil nibtet klikka li lil dawk li jmorru tajjeb miegħu għamlithom “Allat.” “Il-Prima Donnas għall-opri tajbin. Mhux għall-politika,” qal Mario Galea.


05

06.08.2017

kullhadd.com

DAVID CASA JWISSI KONTRA L-ĠLIED INTERN • FL-ELEZZJONI GĦAT-TMEXXIJA KOMPLA JINTILEF IL-KONTROLL

ANN FENECH TIBDA TAĦSEB BIEX IŻŻARMA • MARBUTA BISS MA’ SIMON BUSUTTIL Il-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, Ann Fenech, għandha l-ħsieb li la jinħatar kap ġdid tnaqqas, jekk mhux ittemm għalkollox, il-kontribut tagħha fil-Partit Nazzjonalista. Imkejjen fid-Dar Ċentrali spjegaw kif minn wara t-telfa fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet, Ann Fenech diġà bdiet tnaqqas il-ħidma tagħha u nnotaw kif anke l-kummenti pubbliċi tagħha naqsu. Ann Fenech qalet li se tispiċċa bħall-kumplament tal-amministrazzjoni, iżda filwaqt li oħrajn fittxew jew qed ifittxu li jimirħu f ’oqsma oħra fil-partit, Fenech qed taħsibha differenti. Fil-fatt kummenti li għamlet fuq il-midja soċjali kienu limitati għal dawk marbuta mal-allegazzjonijiet fuq iċ-chief of staff tal-Prim Ministru u l-Ministru għatTuriżmu b’mod li ssostni l-kampanja li baqa’ għaddej biha Simon Busuttil kontra tagħhom. Mill-bqija, flaħħar ftit ġimgħat, kitbet artiklu fit-Times of Malta maħsub biex tiddefendi lil Simon Busuttil, ir-raġuni li għaliha daħlet fil-Partit Nazzjonalista.

Fit-Times of Malta kitbet biex twieġeb lil Kurt Farrugia, kelliem tal-Gvern, li kellu artiklu kritiku ħafna talkap tal-Partit Nazzjonalista. Ann Fenech mhux biss kienet waħda mill-istrateġisti ewlenin ta’ Simon Busuttil iżda kienet fdata bil-pjan finanzjarju tal-Partit Nazzjonalista. Fil-fatt kienet hi l-persuna li ħarġet u mexxiet l-iskema ċedoli li permezz tagħha l-Partit Nazzjonalista daħħal miljuni ta’ ewro bbażati fuq self sigriet. Kienet ukoll parti mit-tmexxija tal-pjan finanzjarju li ħadmet ma’ Alex Perici Calascione u li ftit li xejn ħalla riżultati. Fost oħrajn Ann Fenech kienet involuta f ’laqgħat mal-banek fejn kien hemm bżonn arranġamenti finanzjarji ġodda bilgħan li l-Partit Nazzjonalista jkun jista’ jipprova jibbilanċja l-kotba tiegħu. Meta Ann Fenech daħlet fil-politika ma kellhiex rispons tajjeb mis-sħab tagħha fid-ditta legali li għalkemm magħha gawdew bil-goff fi żmien amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, preferew li sieħeb ewlieni ma jidħolx fl-arena politika.

Xhieda ta’ kemm fil-battalja għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista qed ikompli jintilef il-kontroll kienet dikjarazzjoni li David Casa għamel fl-aħħar jiem fil-każin Nazzjonalista taż-Żurrieq. Casa, li huwa interessat fil-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, mar iż-Żurrieq biex jappoġġja lil Chris Said, wieħed mill-erba’ kontestanti għall-kariga ta’ kap. Iżda, l-ewwel messaġġ li kellu kien imur lil hinn minn hekk. Tant li David Casa kkonferma dak li rrapportajna l-Ħadd li għadda li f ’din it-tellieqa għall-Kap fil-Partit Nazzjonalista ħerġin is-skieken bla limitu. Casa qal li dan mhux mument feliċi għall-Partit Nazzjonalista. “Jien bħalissa ninsab muġugħ bil-ġlieda interna kif qed issir fl-apert wieħed kontra l-ieħor,” qal David Casa li eskluda lil Chris Said minn din il-ġlieda. “Lill-Partit Nazzjonalista m’għandniex nattakkawh biex nużaw lil xulxin. Aħna wieħed għandna nattakkaw l-opponent tagħna,” qal David Casa li tenna li dan la hu Chris Said u lanqas l-amministrazzjoni attwali. “L-opponent tagħna huwa l-Partit Laburista,” qal il-Membru tal-Parlament Ewropew li ftaħar blgħażliet li għamel favur Lawrence Gonzi u Simon Busuttil. “Għandna biex inkunu kburin,” żied Casa li fetaħ eloġju għal Chris Said. Kollox jindika li jekk jirbaħ Said,

Jien bħalissa ninsab muġugħ bil-ġlieda interna kif qed issir fl-apert wieħed kontra l-ieħor

David Casa jkollu ċans ikbar isir Segretarju Ġenerali. Dan għax il-favorit ta’ Adrian Delia, kontestant ieħor għat-tmexxija, huwa Pierre Portelli. David Casa ilu jberren biex jidħol għal din il-biċċa xogħol tant li kien iddikjara li kien lest jikkontesta li kieku Rosette Thake ma kkontestatx l-aħħar elezzjoni. Casa għamilha ċara kif jaħsibha f ’mument fejn Thake kienet għadha fil-kariga. Imkejjen fil-Partit Nazzjonalista qalulna li Casa issa ilu Brussell għal diversi snin u filwaqt li assigura l-kundizzjonijiet tajbin tal-Parlament Ewropew, inkluż il-pensjoni, issa jinsab interessat f ’bidla fil-karriera u għalhekk jixtieq jerġa’ jiġi lura Malta fid-Dar Ċentrali.


06

06.08.2017

kullhadd.com

IS-SEASON TICKET: JISTA’ JERĠA’ JOĦLOQ INTERESS?

Fil-ġimgħat li għaddew intlaħaq ftehim bejn il-Premier Division Standing Committee (PDSC) u l-MFA dwar l-introduzzjoni tas-season ticket għall-istaġun 2017/18 li se jkun qed jipprovdi inċentiv għall-partitarji talklabbs tal-Premier u tal-futbol Malti biex jiffrankaw il-flus mix-xiri tal-biljetti u fl-istess waqt ikunu qed jgħinu lillklabbs. Kien fuq dan il-prinċipju li l-ftehim jaħseb biex is-season ticket jibda jinbiegħ minn kmieni u jkunu l-klabbs infushom li jiddeċiedu l-prezz tiegħu. Kull klabb hu fil-libertà li jiddeċiedi l-valur tas-season ticket skont kif iħoss hu, dan wara li jinqatgħu l-ispejjeż tal-logħob. Is-season ticket se jkun trasferibbli għal-logħbiet tal-istess klabb u se jinbiegħ mill-klabbs qabel jibda l-istaġun. Fil-ġranet li ġejjin il-klabbs se jinfurmaw lill-partitarji dwar il-bejgħ tas-season ticket. Bl-iskop li jkun inċentivat il-bejgħ ta’ dan is-season ticket, il-prezz tal-biljett għal min imur jara logħba waħda mingħajr season ticket se jiżdied b’€1. Żieda li għandha biss l-iskop li tħajjar aktar lill-partitarji jagħżlu li jixtru s-season tickets. Il-prezzijiet tal-biljetti tat-tfal u anzjani se jibqgħu l-istess. L-introduzzjoni tas-season ticket mill-istaġun 2017/18 se tkun qed tiġi żviluppata skont is-suċċess li tikseb fl-ewwel staġun tagħha. Il-PDSC jilqa’ l-fatt li l-MFA flimkien malklabbs bi ħsiebom jiżviluppaw il-kunċett skont is-suċċess miksub fl-istaġun li ġej. Il-PDSC ħeġġeġ lill-partitarji biex filwaqt li jibbenefikaw minn dan l-inċentiv, jixtru s-season tickets biex jgħinu lillklabbs rispettivi tagħhom. Kienet primarjament ix-xewqa tal-president tal-MFA, Norman Darmanin Demajo li dan il-kunċett ta’ season ticket jiġi introdott, fejn f ’waħda mil-laqgħat tal-Kunsill matul is-sena li għaddiet kien stqarr li jħoss li l-partitarji Maltin huma biss partitarji tal-bnazzi li jsegwu lit-tim tagħhom fil-mument tal-glorja u mhux waqt li jkun għaddej minn xi kriżi partikolari. Dan kuntrarju għal dak li jsir f ’pajjiżi oħra, fejn hemmhekk il-partitarji jimlew il-grawnds matul l-istaġun kollu. B’hekk permezz tas-season ticket, Darmanin Demajo jħoss li l-partitarju lokali jkollu ċ-ċans li jsegwi lill-benjamini tiegħu matul l-istaġun kollu għal prezz imraħħas. Din il-proposta mill-MFA madankollu bħal kollox fil-ħajja intlaqgħet tajjeb minn uħud iżda kien hemm ukoll kummen-

ti kontriha minn oħrajn. Biex ikollu stampa aħjar ta’ dan kollu, dan il-ġurnal għamel kuntatt ma’ ħames esponenti ewlenin fil-futbol lokali u li għandhom għal qalbhom il-futbol Malti, fejn tawna stampa aħjar ta’ dan kollu waqt li esprimew il-fehmiet tagħhom rigward dan il-kunċett ġdid. Dan filwaqt li għaddew ukoll xi proposti rigward x’tista’ tagħmel l-MFA biex tiġbed iktar nies lejn id-diversi grawnds li fihom jintlagħab il-futbol lokali, li sfortunatament kulma jmur qed ikomplu jiżvujtaw. Trid tkun partita ferm importanti biex tattira numru sostanzjali ta’ spettaturi lejn il-grawnd, fejn dan kuntrarju għal snin imgħoddija, huwa diffiċli ferm biex jaqbeż l-4,000 spettatur. Beda biex tkellem magħna Mark Mifsud - membru attiv ferm fil-klabb ta’ Birkirkara FC li stqarr hekk: “Jien naraha bħala inizjattiva tajba ħafna għall-Premier League. Iżda l-problema hi li dawn mhux se jinbiegħu għax in-nies tilfu l-interess fil-futbol Malti għal diversi raġunijiet. L-ikbar raġuni hi li m’hemmx fiduċja fil-kampjonat bil-format kif inhu fil-preżent. Naħseb li l-esperjenza urietna li fil-partiti bla importanza se jerġa’ jkollna stands vojta. U dawn il-partiti bla interess reġgħu żdiedu mill-istaġun li ġej. Illum trid iżżomm f ’moħħok li l-Kampjonat Malti qiegħed f ’kompetizzjoni mal-kampjonati l-kbar fl-Ewropa. Dan ifisser li jekk tmur Ta’ Qali u tispiċċa torqod jew tara affarjiet li ma jogħġbukx, il-weekend ta’ wara tagħżel li tara logħba ta’ xi pajjiż ieħor. Is-soluzzjoni għalija hi kampjonat b’għaxar klabbs fuq tliet rawnds fejn il-partiti akkaniti bejn il-klabbs il-kbar li jattiraw 3,000 ruħ ikunu kważi ta’ kull ġimgħa. U jekk għal dawn il-partiti akkaniti jibda jkun hemm marketing b’saħħtu li

jqajjem l-entużjażmu fost ilġimgħa nemmen li terġa’ tiżdied l-attendenza. Mod ta’ kif tiġbed iżjed nies huwa billi tippreżenta partiti iżjed akkaniti. Dan ifisser inqas klabbs u iżjed logħbiet diretti. Nerġa’ ngħid li għaxar klabbs bi tliet rawnds, naħseb li jkun ideali għax f ’kull weekend se jkollok xi konfront dirett min-naħa ta’ fuq tal-klassifika. Mod ieħor hu investiment fil-marketing bħal reklami fl-irħula biex iqum l-entużjażmu fost il-partitarji. Naħseb li ħafna tilfu l-interess għax intilfet il-fiduċja kemm fl-MFA kif ukoll fil-klabbs. Ma jimpurtax li saru żbalji iżda jekk ma nammettux m’għandniex ċans nirkuprawhom u staġun wara staġun se nibqgħu fejn aħna. Jekk nagħlqu l-ispazju għal logħbiet bla interess u jibda jkun hemm partiti attraenti

u akkaniti żgur li l-Maltin il-logħba tal-futbol iħobbuha u jerġgħu lura lejn l-istadium.” Tkellem magħna wkoll Mario Debono - membru attiv fil-klabb ta’ Sliema Wanderers li saħaq li: “Naħseb li ħafna mill-klabbs qed jagħmlu l-almu tagħhom biex din is-sistema taħdem u tħalli l-frott. Konna nafu sa mill-bidu nett li għandna nitgħallmu ħafna mill-ewwel sena tagħha. Irridu nsibu alternattivi li nżidu l-modi kif il-partitarji jersqu iktar qrib tal-logħba, waqt li nagħmlu minn kollox biex inġibu lura lil dawk li għal xi raġuni jew oħra tilfu l-interess li jattendu għal-logħbiet, iżda jsegwu permezz ta’ modi oħra. Naħseb li biex jitilgħu n-nies lura l-grawnd, soluzzjonijiet mhux l-MFA biss trid issib, imma kulħadd. Dan permezz

Membri

Mhux Membri

Valletta

€130

€160

Birkirkara

€120

€150

Sliema W.

€120

€150

Hibernians

€125

€150

Balzan

€100

€130

Naxxar L.

€100

€120

Lija A.

€120

€150

Tarxien R.

€120

€130 (Anzjani - €80)

Mosta

€90

€90

Senglea A.

€100

€100

St Andrews

€75

€75

Gzira U.

€100

€120

Ħamrun S.

€120

€140

Floriana

€120

€120

Klabb

Intant, dawn huma l-prezzijiet tas-Season Ticket ta’ kull klabb:

ta’ klabbs aktar organizzati, coverage pożittiv mill-midja, supporters clubs u ultras li jorganizzaw atmosfera sabiħa, wirjiet tajbin mill-plejers involuti, u refereeing tajjeb.” Esprima l-kummenti tiegħu ukol Darren Lynch - membru fi ħdan il-klabb ta’ Hibernains FC u l-persuna responsabbli li jmexxi l-briju tal-partitarji Pawlisti waqt il-logħob tat-tim minn Raħal Ġdid fejn fi ftit kliem qal li jemmen li din hija proposta tajba għax tiffranka l-flus jekk normalment titla’ grawnd biex issegwi lit-tim tiegħek f ’kull logħba. Dan filwaqt li tevita l-kju qabel il-logħbiet biex tixtri l-biljett waqt li l-dħul mis-season tickets se jmorru kollha għall-klabb. Barra minn hekk, huwa afferma li wieħed ikollu l-vantaġġ li jkollu siġġu garantit għal-logħbiet importanti u jaħarqu tat-tim partikolari li huwa jkun jissapportja. Għadda l-fehmiet tiegħu ukoll l-opinjonista tal-futbol lokali, Konrad Sultana, li stqarr li jaqbel totalment mal-idea tas-season ticket, waqt li qal li jħoss li l-prezzijiet biex wieħed jixtrihom huma raġonevoli. Huwa kompla li issa kollox jiddependi minn kemm il-klabbs se jkunu kapaċi jbigħuhom. Dan filwaqt li afferma li iżda l-MFA qed toffri prodott skadut bil-format tal-kampjonat kif ġej millistaġun li ġej jiġifieri b’14-il tim. B’hekk skont hu, dan għandu jagħmilha diffiċli għall-klabbs biex ibigħu dawn il-biljetti. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas tkellem magħna Carlo Mamo - President tal-Malta Football Players Association (MFPA) li kien tal-opinjoni li din hija inizjattiva tajba ħafna meħuda millMFA, iżda hemm bżonn li tkun reklamata tajjeb permezz ta’ marketing xieraq u kif suppost. Kif jgħidu: “Mitt bniedem, mitt fehma!” Wieħed jawgura iżda li din l-idea tal-MFA tħalli l-frott mixtieq fix-xhur u s-snin li ġejjin, dejjem għall-akbar ġid tal-futbol Malti!


07

06.08.2017

kullhadd.com

L-MCAST U L-UNIVERSITÀ JRIDU JĦEJJU GĦALL-FINTECH • ESPERT FIS-SETTUR JEMMEN LI MAL-BIDLA FIL-LIĠIJIET IRRIDU NĦEJJU R-RIŻORSI

“L-apparat li bih isiru l-Bitcoins” Kitba ta’ ewro, yen, u kull forma ta’ muRACHEL POWELL nita oħra f ’kull ħin tal-ġurnata. Sterlina Ingliża waħda għandha Dario Azzopardi, il-Kap Eże- valur ta’ madwar ewro u tnax-il kuttiv ta’ 3 Group, jemmen li ċenteżmu, u Dollaru Amerikan l-pajjiż għandu jinvesti mala- wieħed għandu valur ta’ madwar jr kemm jista’ jkun f ’tagħlim, 0.85c tal-ewro, waqt li Bitcoin kemm fl-MCAST kif ukoll waħda għandha valur ta’ madfl-Università, fejn persuna tkun war 2,800 ewro. Dan ifisser li preżentament il-Bitcoin għandtista’ tiggradwa fil-FinTech. Bil-Gvern diġà qed janalizza ha valur ferm iktar għoli minn bis-serjetà l-liġijiet u jippro- uqija deheb. Ir-rata tal-kambju poni bidliet biex legalment ikun tal-Bitcoin kontra flus oħrajn imsaħħaħ għal dan is-settur, fi titla’ u tinżel kif jagħmlu l-flus kliem Azzopardi rridu nħar- kollha kontra xulxin. “Il-Bitrġu wkoll in-nies. Jargumenta li coin ma tiġix maħruġa minn xi hemm inkomplu insaħħu s-suq Bank u lanqas minn xi pajjiż,” finanzjarju u dak tat-teknoloġija. “Din it-tip ta’ teknoloġija se toffri tibdil radikali fil-futur. Se tkun qed tgħin sabiex jiġu frankati ħafna flus kif ukoll iġġenerati ħafna flus minħabba t-trasparenza li toffri. Tant it-teknoloġija hija istantanja li sal-mument li l-informazzjoni Dan bħal sms, tiġi ridotta għal fuq il-karta tirċievi sms, tkun diġà ma baqgħetx valida,” qal Azzopardi li jaħdem fis-set- jasal għandek, tur tal-Bitcoin. Iżda, il-Bitcoin qiegħed x’inhu? Bitcoin huma flus. Flus mhux fil-mobile tal-karti jew muniti imma flus tiegħek, imma diġitali li għandhom valur reali. Dan bħal sms, tirċievi sms jasal avolja ma għandek qiegħed fil-mobile tistax tmissu tiegħek imma avolja ma tistax tmissu fiżikament b’idejk, daqs- fiżikament likieku għandek ittra, ma tistax tgħid li m’għandekx dik l-infor- b’idejk, mazzjoni. L-istess il-Bitcoin. daqslikieku Introdotta fl-2009, Bitcoin hija sistema ta’ flus diġitali użata għandek ittra għat-trasferiment istantanju ta’ valur kullimkien fid-dinja. Dan jista’ jiġi mibdul ma’ flus dollari,

spjegalna Azzopardi. “Il-Bitcoin tiġi prodotta minnies permezz ta’ kompjuters. Dan ix-xogħol jgħidulu mining. Il-mining huwa parti waħda minn suq dinji ġdid imsejjaħ FinTech (Finance Technical I). Il-FinTech huwa suq li ilu jeżisti madwar ħames snin fejn it-teknologija qiegħda tieħu r-riedni f ’idejha tas-suq finanzjarju. Issuq tal-FinTech ser ikun revoluzzjoni ikbar minn dik tal-internet,” kompla jispjegalna l-espert fis-settur, saħansitra mfittex minn pajjiżi oħra. Is-suq tal-FinTech iġib miegħu eluf u mhux mijiet ta’ opportunitajiet ta’ xogħol ta’ kwalità. Kemm nies li jaħdmu speċifikament fis-settur tal-I.T. kif ukoll tal-finanzi. Illum programmer jaf jikteb bil-lingwa solidity, il-lingwa li tintuża biex databases (struttura ta’ informazzjoni fil-kompjuter) bħal tal-Bitcoin jaħdmu fuq Blockchain ġo Silicon Valley fl-Amerka, paga tlaħħaq il-500/700 ewro fil-ġimgħa. Il-Blockchain hija l-pedament teknoloġiku tal-Bitcoin. Il-blockchain ma toffrix sistema ċentralizzata. Jiġifieri, jekk A irid iħallas lill-B, m’hemm ħadd fin-nofs la bank u lanqas terzi presuni. Jeżistu biss nies li jivverifikaw li A verament għandu Bitcoin u li se jgħaddiha lill-B. Proprju fit-22 ta’ Marzu 2017, tressaq ewwel abbozz ta’ liġi numru 204 fil-Parlament Malti biex jemenda diversi liġijiet dwar is-servizzi finanzjarji. Il-Prim Ministru Joseph Mus-

cat huwa pijunier ta’ din it-tip ta’ teknoloġija finanzjarja. Infatti kien hu li f ’konferenza fi Brussell, CEPS Ideas Lab Conference “Reconstructing the Union”, ippropona li l-Ewropa għandha tkun il-kontinent tal-Bitcoin u Blockchain. L-ewwel Bitcoin ATM f ’Malta ġiet installata f ’Tas-Sliema. Operata minn Venture Trading, se toffri diversi servizzi fosthom il-fakultà li tikkonverti l-Bitcoin f ’ewro. Il-valur tal-Bitcoin mhux marbut ma’ xi valur ta’ munita oħra. Simili għal stock jew proprjetà, il-valur huwa determinat mix-xiri jew bejgħ fis-suq. Il-prezz tal-Bitcoin jinbidel f ’ħin reali skont in-numru ta’ persuni li jixtiequ jixtruh jew ibigħuh f ’ħin partikolari. Iżda x’vantaġġi toffri din

DARIO AZZOPARDI is-sistema? Ħafna! Fosthom li permezz tal-Bitcoin żewġ persuni jistgħu jiskambjaw mingħajr ma jkun hemm indħil jew superviżjoni mill-bank jew terzi. B’hekk jiġu ridotti jew anke eliminati r-riskji. Il-persuni għandhom il-kontroll tal-informazzjoni u tranżazzjonijiet tagħhom. Il-Blockchain hija preċiża, kompluta, aċċessibbli fid-dinja kollha, f ’ħin reali. M’hemm l-ebda rata ta’ skambju. It-tranżazzjonijiet ma jistgħux jitneħħew jew jiġu mbagħbsa. Barra minn hekk, is-sistema nnifisha hija iktar b’saħħitha kontra attakki malizzjużi.

Offerta għall-kiri tal-bar Il-Kumitat taċ-Ċentru Laburista ta’ Żejtun jixtieq javża li qiegħed jilqa’ l-offerti għall-kiri tal-bar tal-istess lokal sa nhar l-Erbgħa 9 ta’ Awwisu sas-7.00 ta’ filgħaxija. Dawk interessati jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet flimkien ma’ kopja tal-kundizzjonijiet mingħand xi membru tal-kumitat. Il-Kumitat iżomm id-dritt li jirrifjuta kull offerta anke l-aktar waħda vantaġġjuża.


08

06.08.2017

kullhadd.com

BTALA TA’ ĠIMGĦA: KAPRIĊĊ JEW BŻONN? • L-ISTATISTIKA TURI LI IKTAR MALTIN JAFFORDJAWHA • JIBQA’ DAWK LI GĦALIHOM ĠIMGĦA XI MKIEN HI SPIŻA KBIRA Kitba ta’ PEARL AGIUS

w zopardi Az

Cha

r le

sM

i ce l i

Beda Awwissu u d-diskussjoni ta’ ħafna tibda ddur dwar fejn se jieħdu dawk il-ħamest ijiem jew ftit iktar ta’ mistrieħ. Btala barra minn pajjiżna tkun l-iżvog ta’ eluf li jfittxu li jaqtgħu xi ftit mir-rutina ta’ kuljum u filwaqt li jsibu ftit ħin għalihom jew għall-familja, jerġgħu jieħdu l-enerġija biex ikomplu b’ħidmiethom u bl-impenji tal-ħajja. Statistika tal-Unjoni Ewropea ppubblikata fl-aħħar jiem tixhed kif żdiedu bil-bosta dawk li flaħħar snin bdew jifilħu jħallsu għal ġimgħa bogħod mid-dar. In-numri jixhdu li l-ikbar tnaqqis kien mal-bidla fl-amministrazzjoni. Minn 55.5% li fl-2013 ma kinux jifilħu jħallsu għal vaganza barra minn pajjiżna dawn illum niżlu għal 36.8%. Pajjiżna jinsab fin-nofs meta mqabbel ma’ pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea. Filwaqt li wieħed jieħu gost li hemm ħafna iktar persuni li jifilħu jħallsu għal ħaġa bħal din, hemm min jitħasseb kif għal wieħed minn kull tlieta xorta waħda din hi xi ħaġa li mhix possibbli. Il-mistoqsija li tqum hawn hi jekk din il-ġimgħa btala fuq kollox hix bżonn. Ma ngħaddux mingħajrha? Mhix kapriċċ? Attivisti soċjali ma jaqblux li btala hi kapriċċ. Charles Miceli mill-Alleanza Kontra l-Faqar jargumenta li “l-bniedem ikollu bżonn jaqta’ ġimgħa mqar darba fis-sena mill-istress tal-ħajja għaliex l-istress qiegħed jikkaġuna problemi.” Jgħid li għalhekk, għalkemm ma jidhirx li huwa bżonn u ħafna min-nies jarawh bħala kapriċċ, li mqar tmur ġimgħa xi mkien huwa bżonn spiritwalment u mentalment. Andrew Azzopardi, Dekan tal-Fakultà tas-Social Wellbeing fl-Università ta’ Malta, għandu ħsibijiet simili. “Vaganza illum il-ġurnata hija kkunsidrata bħala bżonn. Ma ninsewx li oriġinarjament meta kienet qed tiġi strutturata l-ġurnata tax-xogħol l-idea kienet ta’ tmien sigħat xogħol, tmien sigħat mistrieħ, jiġifieri rqad u tmien sigħat ta’ divertiment jew passatemp li inti tista’ tirrilassa bih. Jiġifieri l-kunċett ta’ mistrieħ huwa kunċett fundamentali fil-ħajja tax-xogħol,” jgħid Azzopardi li jinnota li l-istil ta’ ħajja llum ma tgħinx għaliex

An dr e

il-ħinijiet infirxu fejn bit-teknoloġija tista’ taħdem middar u allura saret diffiċli ħafna biex taqsam il-ġurnata fi tlieta. “Għalhekk, għall-mistoqsija tiegħek, iva l-mistrieħ, il-vaganza hija neċessarja, fundamentali għall-wellbeing tal-persuna,” jgħid Azzopardi. Orħos, iżda... Forsi argument li jsegwi hu dwar kif meta l-low cost saru parti minn ħajjitna għad hawn min isibha diffiċli jippakkja bagalja u jtir. “Vera li qabel biex tivvjaġġa, biex taqbad ajruplan, kien ikollok bżonn mill-inqas ħames mitt lira Maltin, kważi aktar minn elf ewro biex taqbad ajruplan. Illum il-ġurnata dik l-ispiża naqset ħafna, però l-ispiża tal-ivvjaġġar, l-ispiża tal-vaganza mhux dik biss, jiġifieri inti għandek koppja jixtiequ jivvjaġġaw bl-ajruplan, jaqbdu t-trejn, għandek il-hotel, mort tiekol, mort tixtri, jiġifieri l-ispiża titla’ anki jekk tagħmel vaganza normali biex ngħid hekk. Jiġifieri inti ma tonfoqx ħafna spejjeż imma għal vaganza ta’ ħamest ijiem għandek bżonn probabbli package ta’ madwar elf ewro jew ftit inqas kull persuna,” jgħid Azzopardi li jfisser kif illum sirna iktar sofistikati. “Il-benchmark tagħna ta’ x’inhi vaganza, anki bażika, jista’ jkun li hi ħafna iktar għolja milli kif kienet fl-imgħoddi,” kompla jargumenta. Quddiem dan kollu

Miceli jgħid li mhux faċli għal min m’għandux ħafna dħul. “Hemm ħafna fatturi għalfejn iżommu lura jiġifieri ħafna drabi huma fatturi ekonomiċi, finanzjarji. Jekk persuna għandha paga minima jew għandha pensjoni minima, din bilkemm tlaħħaq sal-aħħar tax-xahar aħseb u ara kemm se tfaddal biex tmur vaganza. Jiġifieri mbagħad hemmhekk il-prijoritajiet jiġu veru bażiċi jiġifieri tħallas ilkera, tiekol u tħallas id-dawl, u l-vaganza għalkemm hija bżonnjuża taqa’ lura fil-prijoritajiet tagħhom,” tenna Miceli. Mhux tfaddal?! Hemm min biex iġemmgħa biżżejjed jaqbeż sena u jsiefer kull sentejn. Oħrajn jagħżlu l-ġabra tax-xitwa biex joqogħdu ġewwa bil-għan li l-mawra barra minn xtutna fis-sajf jagħmluha dejjem. Jiġifieri jista’ jkun li min ma jagħmilx dan mhuwiex bilgħaqal. Charles Miceli jgħid: “Ma nistax neskludiha imma jekk inti għandek ħames mija pensjoni u għandek tliet mija biex tħallas il-kera, ma tantx hemm x’timmaniġġja. Jekk tmur is-supermarket minflok prodott tixtri ieħor u tiffranka ħames ċenteżmi imma jekk għandek 10 ewro, 10 ewro ħa jibqgħu mhux se jiġu mija. Iżda mhux qed neskludi li jkun hemm immaniġġjar ħażin ta’ flus. Imma ħafna drabi faċli ngħid immaniġġjar ħażin ta’ flus biex nis-

kolpa l-kuxjenza.” Tal-immaniġġjar ħażin Azzopardi ma jeskludihiex. Però jisħaq ukoll li llum hemm bżonn li nitgħallmu l-limitazzjonijiet tagħna. “Fl-imgħoddi qed ngħid 20, 30 sena ilu, dak li konna nagħmlu, kull kapriċċ kienx vaganza, kienx karozza, kienx tixtri dar għas-sajf, tikrix timeshare, dan kollu kien ibbażat fuq l-ewwel x’inġemma’ u mbagħad x’nonfoq. Illum il-ġurnata għandek il-plastic money, jiġifieri tuża l-Visa mbagħad meta tiġi lura mill-vaganza ssib ruħek b’kont tal-Visa mill-art sas-sema u forsi tibda tirrealizza u tgħid madoffi nfaqt iktar milli kont qed nimmaġina jew ma tirrealizzax li qed tonfoq,” jgħid Azzopardi li jirrifletti wkoll dwar dawk li btala jagħmluha iżda forsi kultant b’ewro minfuqa iżjed minn kemm jifilħu. Fejn qed imorru? Tkellimna wkoll ma’ persuni b’esperjenza fis-settur tal-ivvjaġġar biex nifhmu x’qed jagħżlu l-Maltin. M’hemmx dubju li ż-żgħażagħ fil-maġġoranza tagħhom qed ifittxu btajjel għal rashom b’taħlita bejn xi mawra low cost, popolari ħafna, u mawriet iktar eżotiċi. Pawlu Testa, minn Pawlu Testa Travel, tenna kif l-elezzjoni kienet tidher li kien se jkollha impatt din is-sena. “Għall-ewwel qisu kien kwiet anki minħabba l-elezzjoni imma mbagħad wara l-elezzjoni qisha n-nies

xorta ġiet,” qal Testa. Joe Borg, minn Hamilton Travel, qal li fl-aħħar ġimgħat ra li kien hemm żieda fil-btajjel mixtrija. Dan jirrifletti l-mod kif in-nies jagħżlu l-prijoritajiet tagħhom. “Għax in-nies illum qegħdin jemmnu fil-kwalità talħajja, jippreferu jgħidulek ħa mmorru vaganza darba fis-sena jew darbtejn fis-sena u jew inaqqsu minn ċertu affarijiet li jagħmlu matul is-sena jew inkella jkunu kapaċi jieħdu over and above din il-ġimgħa jew ġimagħtejn żejda vaganza kull sena,” qal Borg. Testa tenna li llum in-nies għandha għażla ikbar. “Tinsiex li ħafna nies illum jibbukkjaw huma minn fuq l-internet li dak ma tistax tikkalkula eżatt naqsux in-nies jew żdidux. Jien min-naħa tal-aġenzija tagħna ngħid li baqgħu l-istess, bqajna hemmhekk, però ma jfissirx li ma żdidux lanqas għax jista’ jkun li hemm min ibbukkja minn fuq l-internet,” qal Testa li tenna wkoll li n-nies illum vaganza tkun tridha. “Tagħmel sena taħdem u mbagħad tiġi dik il-ġimgħa li bażikament tkun ilek taħdem sena dejjem tkun f ’moħħok li ħa ssiefer,” sostna Testa li stqarr li l-pajjiżi Ewropej għadhom destinazzjonijiet popolari ħafna. Jidher li l-parti l-kbira ta’ dawk li jagħżlu aġenżija tal-ivvjaġġar jippreferu li jmorru destinazzjonijiet short-distance l-iktar ta’ sagħtejn, sagħtejn u nofs u preferibbilment ta’ siegħa, siegħa u nofs għaliex l-ewwel nett id-distanza tkun iqsar u t-tieni l-prezz ikun inqas peress li l-ajruplan ħa jtir inqas u allura jkollhom budget kemm għalihom u kemm għall-familja u għall-qraba tagħhom. “Il-parti l-kbira jibqgħu familji u allura jkollok familji fifty u over fifty u over sixty. Ħafna minnhom ukoll jiġu bil-familji u ħafna minnhom jiġu bil-qraba tagħhom u ħafna minnhom jiġu bil-ħbieb tagħhom,” qal Borg. Miegħu jaqbel Testa. “Jiġu wkoll ħafna familji. Familja għadha magħquda jiġifieri hemm ħafna li matul is-sena jaħdmu biex fis-sajf ikunu jistgħu jmorru vaganza mal-familja kollha. Il-familja matul is-sena ma tantx ikollha x-xorti kif inhi d-dinja llum li tiltaqa’ kollha u allura jkun hemm dik il-ġimgħa li jistennewha bil-ħerqa biex jieħdu vaganza flimkien,” temm jgħid anke b’esperjenza kbira tal-ivvjaġġar fl-isfond.


09

06.08.2017

kullhadd.com

L-AIR MALTA U L-MIA MILQUTA INQAS MINN REGOLI ĠODDA • KONTROLLI LI DDAĦĦLU MILL-UNJONI EWROPEA AFFETTWAW AGĦAR LILL-OĦRAJN Kitba ta’ KYLE MIFSUD Il-mijiet t’eluf ta’ passiġġieri li ta’ kuljum jgħaddu mill-ajruporti Ewropej qed jaffaċċjaw kjuwijiet twal ħafna minħabba żidiet fil-proċeduri ta’ sigurtà. Għalkemm jidher li l-linja nazzjonali tal-ajru u l-ajruport internazzjonali ta’ Malta m’għaddewx mill-esperjenzi ta’ linji tal-ajru oħra u ajruporti internazzjonali oħra. Dawn il-proċeduri ġew implimentati mill-Kummissjoni Ewropea fid-dawl tal-bosta attakki terroristiċi li saru tul dawn l-aħħar snin. Pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea ilhom jisħqu għal aktar sigurtà fl-ajruporti minn Settembru 2015. L-aktar proċedura li qed toħloq inkonvenjent hija dik li l-persuni kollha li se jkunu qed jivvjaġġaw minn pajjiżi li ma jinsabux fiż-żona Schengen, isimhom qed jiġi mqabbel ma’ databases internazzjonali ta’ persuni li jista’ jkollhom xi rabtiet ma’ gruppi terroristiċi. Dan kollu qed isir bil-għan li jwaqqaf

it-terroristi milli jidħlu f ’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Din il-proċedura ġiet imposta mil-Kummissjoni Ewropea fuq l-ajruporti minn April li għadda u f ’ċerti ajruporti ħalliet effetti negattivi. Filwaqt li laqgħet l-impenn tal-Kummissjoni sabiex jonqsu l-attakki terroristiċi, fi stqarrija li ħarget Airlines for

Europe esprimiet it-tħassib tagħha rigward il-fatt li f ’ċerti ajruporti l-ħin ta’ stennija qed jeċċedi l-erbgħa sigħat. Dan qed jirriżulta f ’dewmien fit-tluq ta’ għexieren ta’ titjiriet. Skont l-istess stqarrija f ’ċerti każi t-titjira kellha tiġi kkanċellata minħabba dewmien eċċessiv. Kelliem tal-Airmalta qalil-

na li l-linja nazzjonali tal-ajru topera lejn diversi ajruporti Ewropej affettwati minn dawn il-problemi. Meta tikkumpara mal-istess perjodu s-sena l-oħra, il-kumpanija rat zieda ta’ tlieta fil-mija fid-dewmien tat-titjiriet. L-istess kelliem qalilna li għalkemm l-Airmalta dejjem laqgħet miżuri aħjar ta’ sig-

urtà, il-kumpanija hija favur li jitħaddmu prattiċi effiċjenti sabiex dewmien simili jkun imminimizzat. Waħda mil-kawżi ta’ dan id-dewmien hija li minkejja li kien hemm żieda fil-proċeduri tal-operat, bosta ajruporti għażlu li jibqgħu jħaddmu l-istess ammont ta’ ħaddiema. Dan ukoll wassal għal azzjonijiet industrijali fl-ajruport ta’ Barċellona fi Spanja. F’Malta 35% tal-passiġġieri li għaddew mill-Ajruport Internazzjonali minn April sal-lum kienu ġejjin minn pajjiżi li ma jinsabux fiż-żona Schengen. Dan fisser sfida akbar għall-immaniġġjar tal-kjuwijiet fl-istess ajruport. F’kummenti li ħadna mingħand kelliema tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qaltilna li għalkemm din il-proċedura taqa’ taħt ir-responsabbiltà tad-Dipartiment tal-Immigrazzjoni, it-tmexxija tal-ajruport ħasbet biex jiġu żviluppati kjuwijiet apposta għal familji u nies bi bżonnijiet speċjali. Skont l-istess kelliema dawn in-nies jieħdu l-aktar ħin sabiex jiġu proċessati fiż-żoni interni tal-ajruport.

OĦRA FIL-GAMING MA’ TAL-AĦĦAR JIEM

Betting Gods lestiet ir-rilokazzjoni tal-uffiċini f ’Malta. Tant kien hemm kumpaniji tal-gaming li fl-aħħar jiem esprimew interess jew inawguraw kwartieri f ’Malta li wieħed jaħseb li qed nirrepetu. Iżda, m’aħniex għax Betting Gods hija kumpanija oħra li lestiet bi kburija r-rilokazzjoni lejn pajjiżna. “Wara xhur ta’ ppjanar u preparazzjoni fl-ewwel nofs tal-2017, ippakkjajna u mxejna minn Derby, fir-Renju Unit u morna għall-ħajja Mediterranja ta’ Malta,” jingħad fuq is-sit tal-kumpanija fejn kien spjegat li l-kumpanija hija bbażata fiż-żona pittoreska ta’ Portomaso. Betting Gods ftaħret li b’din il-mossa issa tinsab fost l-aqwa kumpaniji fis-settur tal-betting. Darren Moore, fundatur ta’ bettinggods.com u direttur ta’ Betting Gods Malta Ltd qal: “Wara xhur ta’ tħejjijiet ninsabu sodisfatti li qegħdin noperaw mija fil-mija mill-gżejjer Maltin, minn lokazzjoni mill-isbaħ,” qal Moore. Iddeskriva l-għażla ta’ Malta bħala “ovvja” u waħda li toffri “eċitament.” Il-kumpanija qalet li tħares ’il quddiem li tikber.


10

kullhadd.com

06.08.2017

KIEN L-ITALJA U ĠIE SA ĦDEJN MUSCAT

L-eks Prim Ministru Ingliż Tony Blair kien qiegħed l-Italja u għażel li jinżel ġurnata Malta biex fi kliemu jżur il-pajjiż iżda anke lill-Prim Ministru Joseph Muscat. Gabriel Cassar ġibed dan ir-ritratt meta lbieraħ Blair, flimkien ma’ martu kien qed iżur it-toroq tal-Belt, wara li żar ukoll il-Konkatidral ta’

San Ġwann. Fis-sħana li qed taħkem lill-pajjiżna liebes libsa ċara, Blair seta’ jammira l-Belt imżejna għall-festa ta’ San Duminku u filwaqt li tefa’ l-ġlekk fuq spalltu ssokta jimxi sal-Pjazza San Ġorġ fejn f ’ħinijiet differenti deher jikkummenta ma’ martu dwar dak li kien qed jara.

Illum jaħbat il-101 sena mit-twelid tal-eks Prim Ministru Duminku Mintoff. Fl-aħħar sigħat il-Prim Ministru Joseph Muscat sellem ilmemorja tiegħu billi għamel żjara fuq il-Monument tal-Ħelsien f ’Bormla u poġġa bukketti tal-fjuri. Mintoff jibqa’ jgħix fil-memorja ta’ ħafna u f ’għadd kbir ta’ proġetti li wettaq u għadhom jitgawdew sal-lum, fosthom l-istat soċjali. Kisba kbira oħra kienet il-Ħelsien, li nkiseb ftit tas-snin wara li nkisbet ir-Repubblika, mument ieħor storiku, li l-arkitett tagħha kien Mintoff.


11

06.08.2017

kullhadd.com

INTRIĊĊI TA’ BTAJJEL U TQALA • NIŻVELAW IKTAR DWAR DIK LI SIMON BUSUTTIL QAL LI HI “WHISTEBLOWER” LI JEMMEN Siefret mal-familja tagħha u ġabet Malta l-kunjatu. Fiż-żewġ okkażjonijiet użat flus il-bank li kienet taħdem miegħu. Din hi waħda mid-diversi kwistjonijiet li r-Russa Maria Efimova kienet

investigata dwarhom u mitluba tispjega meta kienet fil-kustodja tal-pulizija bħala parti minn investigazzjoni li fiha hemm involut ukoll l-eks spettur Jonathan Ferris u saħansitra tressqet

il-Qorti. Din il-ġimgħa r-Russa kellha tkompli tidher quddiem il-Qorti b’rabta mal-każ fejn hi akkużata li għamlet allegazzjonijiet foloz fuq numru ta’ pulizija li

kienu qed jinvestigawha. Iżda, għal darb’oħra ma dehritx u din id-darba rriżulta li saħansitra telqet minn Malta. Persuni qrib l-investigazzjoni tal-pulizija li tkellmu mal-gazzetta KullĦadd fissru kif Efimova għandha rekord li jqanqal id-dubji u saħansitra ma setgħux jifhmu kif bniedem b’kariga kostituzzjonali uża lilha bħala bażi ta’ ħafna mill-argumenti li għamel, meta nħolqot il-gidba dwar il-kumpanija Egrant u r-rabta li Daphne Caruana Galizia u Simon Busuttil allegaw li kellha mal-Prim Ministru u familtu. Saħansitra meta kienet taħdem ma’ Pilatus Bank xtrat fi €3,000 vjaġġi għaliha u għal familtha biex marru ħadu btala Tessaloniki, il-Greċja. Dan ma’ Enrico Travel fi tranżazzjoni bin-numru tal-fattura 118260. Il-kont tefgħetu fuq Pilatus Bank u skont xhieda li tat lill-pulizija għamlet dan għax kienet qed taħdem iktar. Però mkien ma kellha xi ftehim f ’dan is-sens. Bħallikieku l-btala tagħha ma kinetx biżżejjed, anke biex il-kunjatu ġie Malta ħalsitlu minn fuq dahar il-bank fejn kienet taħdem. Bħal filkaż tal-Greċja l-biljett xtratu mingħand Enrico Travel u tefgħetu fuq il-kont tal-kumpanija. Din id-darba l-valur kien inqas, ta’ €220, u qalet li dwaru għandha ftehim. Xi ħaġa li meta l-pulizija investigaw ma rriżultat b’ebda mod. Maria Efimova għandha kwistjoni ma’ Pilatus Bank għax tgħid li ma tawhiex is-salarju. Iżda, mbagħad tgħid li ftehmet biex dawn l-ispejjez jinqatgħu mis-salarju. Anke dwar jekk kellhiex mobile tal-kumpanija jew le jidher li ma qalitx il-verità. Fil-fatt meta mistoqsija x’kien in-numru tagħha tal-mobile meta kienet taħdem il-bank qalet li l-bank qatt ma taha mobile. Iżda, imbagħad kien hemm mobile tal-marka iPhone li kien mimli affarijiet personali tagħha f ’xhieda li ma tantx kienet qed tgħid il-verità. Fost oħrajn kien hemm dettalji u ritratti ta’ familtha. Gidbet fuq tqala Però ma kinux biss dawn li għokru l-għajnejn ta’ dawk li qed jinvestigaw. Jirriżulta li f ’każ li għamlet, kontra l-uffiċjali tal-pulizija li investigawha, ir-Russa qalet li kienet tqila meta fil-fatt ma kinetx. Efimova hi akkużata b’akkużi foloz fil-konfront tal-pulizija li investigaw meta allegat li stmawha ħażin. Fost oħrajn f ’Awwissu tas-sena l-oħra qalet li nżammet fil-kwartieri tal-pulizija l-Furjana u fi 11-il siegħa kielet darba. Allegat li dan kien se jaffettwala t-tqala. Tqala li

Saħansitra meta kienet taħdem ma’ Pilatus Bank xtrat fi €3,000 vjaġġi għaliha u għal familtha biex marru ħadu btala Tessaloniki, il-Greċja. Dan ma’ Enrico Travel fi tranżazzjoni bin-numru tal-fattura 118260

skont dawk li jafu sew l-investigazzjoni qatt ma kienet hemm. “Wanted” Kien iktar kmieni din il-ġimgħa li l-Maġistrat Joe Mifsud poġġa lil Efimova fuq il-lista ta’ persuni “wanted”. Dan wara li l-aħħar kuntatt li sar mal-avukat tagħha kien fix-xahar ta’ Ġunju u għalhekk reġgħet ma dehritx il-Qorti. Wara li l-Maġistrat għamel mandat ta’ arrest, meta fil-21 ta’ Lulju ma dehritx quddiem il-Qorti, saħansitra weħlet multa fuq disprezz lejn il-Qorti. Il-pulizija marru fir-residenza tagħha nhar it-Tlieta fejn hemm instab li l-post kien tbattal minn affarijiet personali. Skont xhieda tal-pulizija jirriżulta li waqfet mill-impjieg tagħha fis-27 ta’ Ġunju. Xi ħaġa kkonfermata minn informazzjoni miġbura minn Jobs+. U minkejja li suppost tiffirma l-għassa tal-pulizija, l-aħħar li għamlet dan kien f ’Ġunju li għadda. Sid il-post sostna li f ’email li bagħtitlu, Efimova qalet li minħabba s-sitwazzjoni li spiċċat fiha, hi kellha titlaq mill-pajjiż. Fil-komunikazzjoni tal-pulizija mad-Dipartiment tal-Immigrazzjoni intqal li jekk din ħarġet mill-pajjiż, probabbli ħarġet għal pajjiż fiż-żona Shengen hekk kif m’hemmx informazzjoni li ħarġet mill-pajjiż. Il-Maġistrat Joe Mifsud, qal li din il-mara għandha titpoġġa fuq il-“wanted list” u li l-mandat t’arrest li għamel fil-21 ta’ Lulju se jibqa’ validu. Il-kawża ġiet diferita għall-15 ta’ Novembru.


12

06.08.2017

kullhadd.com

PENSJONANTI SODISFATTI BIS-62+ • SE JTIHOM EWRO ŻEJDA IKTAR MILL-BANEK

Kitba ta’ jonanti li nnotaw kif dan jista’ jgħin lill-anzjani jżommu livell ta’ ħajja aħjar. “Il-miżura li tnediet aktar Il-miżura mħabbra iktar kmieni din il-ġimgħa, bil-għan li kmieni din il-ġimgħa dik imsel-pensjonanti jdaħħlu xi ħaġa jħa ‘62+ Government Bond’ iktar għal dak li ġemmgħu tul hija waħda fid-direzzjoni t-tais-snin, intlaqgħet tajjeb minn jba għaliex tnaqqas ir-riskju organizzazzjonijiet tal-pens- tal-faqar li jistgħu jidħlu fih NEIL AZZOPARDI FERRIGGI

il-pensjonanti,” stqarr is-Segretarju Internazzjonali tal-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Pensjonanti, Moses Azzopardi, li b’sodisfazzjon qal li din kienet proposta tal-istess assoċjazzjoni li l-Gvern laqa’ u ħadem fuqha. Tal-istess fehma hija l-Għaqda tal-Pensjonanti fi ħdan

il-General Workers Union fejn l-Assistent Segretarju tal-Għaqda, Joe Sapiano, qal li “ovvjament din hija xi ħaġa s n i n , fejn l-investitur ma pożittiva ħafna għall-anzjani u jistax jiġbed flusu qabel jgħadl-inċentiv li ta l-gvern ta’ tlie- du l-ħames snin jekk mhux għal ta fil-mija żgur li se jkompli raġuni valida u dokumentata ta’ javvanza lill-anzjani Maltin u mard. Għawdxin.” Din il-miżura se tidħol fisSapiano ddeskriva din il-miżura seħħ proprju fit-tieni nofs ta’ bħala waħda li se tolqot kemm din is-sena minkejja li kienet iż-żgħir u kemm il-kbir, għaliex imħabbra s-sena oħra, dan wieħed jista’ jinvesti kemm irid għaliex kellha bżonn tinbidel minn €500 sa €10,000 kull per- il-liġi dwar il-Bills tat-Teżor suna jiġifieri koppja tista tinves- ta’ Malta, liema liġi għaddiet ti sa €20,000. mill-Parlament ftit tal-jiem ilu. L-Għaqda tal-PensjonanL-Ekonomista Alfred Mifsud ti kienet imħassba għall-fatt li spjega iżjed dwar din il-miżura l-imgħax tul dawn l-aħħar snin li fiha l-Gvern qed jissussidja niżel drastikament, b’mod par- l-imgħax ta’ dan il-bond partikolari fuq il-kontijiet fissi of- tikolari bi kważi tnejn fil-mija. fruti mill-banek lokali, u għal- Dan għaliex li kieku l-Gvern hekk “din l-aħbar hija waħda joħroġ fis-suq dan il-bond kien sabiħa għall-anzjani kolljoħorġu b’wieħed fil-mija ha,” qal Sapiano. u ma jkollu l-ebda Din il-miżuproblemi li ma F’dan il-kuntest ra tħabbret jbigħux għax mill-Min- wieħed irid japprezza p r o b a b i s t r u bilment iżjed din il-miżura għall-Fik i e nu nanzi jkunu tal-Gvern li permezz Edward l-banek tagħha l-Gvern qed Sciclustess li na f ’ jixtru jonora l-obbligu k o n d a w n soċjali tiegħu lejn ferenza il-bonds. tal-aħbar“F’dan il-pensjonanti ijiet it-Tlieil-kuntest ta filgħodu wieħed irid japL-Ekonomista fejn huwa qal prezza iżjed din Alfred Mifsud il-miżura tal-Gvern li li din kienet miżura mħabbra fl-aħħar baġit li permezz tagħha l-Gvern qed permezz tagħha jinħareġ bond, jonora l-obbligu soċjali tiegħu b’rata t’imgħax ferm aħjar lejn il-pensjonanti minħabba li minn dak tas-suq immirati biss l-imgħaxijiet fl-Ewropa qegħgħall-pensjonanti, dan sabiex din daqstant baxxi,” sostna itejbu d-dħul tagħhom. l-Ekonomista Mifsud. Huwa esprima s-sodisfazzjon Huwa spjega kif il-livell baxx tiegħu li l-Gvern għal darb’oħra ta’ imgħax tul dawn l-aħħar ta inċentiv ieħor lill-pensjonanti. snin kien qed jitfa’ fi żvantaġġ “Kuntent li sa fl-aħħar il- lil għexieren ta’ pensjonanti li Gvern issa jista’ jimplimenta matul ħajjithom stinkaw sabiex miżura oħra biex tkompli ttejj- iġemmgħu somma flus sabiħa eb id-dħul tal-pensjonant,” u jibdew igawdu l-frott tagħha temm jgħid il-Ministru Scicluna wara l-irtirar tagħhom. fit-tneddija ta’ dan il-Bond. Il-problema tal-imgħax mhiL-imgħax ta’ dan il-Bond huwa jiex xi ħaġa ta’ pajjiżna biss ta’ tlieta fil-mija li jitħallas kull iżda tad-19-il membru taż-żona sitt xhur. L-investiment huwa ewro. Dan għaliex huwa l-Bank mifrux fuq perjodu ta’ ħames Ċentrali li jirregola r-rata.


13

06.08.2017

kullhadd.com

OTTIMIŻMU LI REĠA’ KIBER • IL-GVERN JIBQA’ JGAWDI FIDUĊJA QAWWIJA • IL-MALTIN IĦOSSU LI L-EKONOMIJA TAL-PAJJIŻ U TAGĦHOM SEJRA TAJJEB • JEMMNU LI SAĦANSITRA SE TITJIEB Fir-rebbiegħa, f ’mument ta’ kampanja elettorali, u negattiviżmu kbir mill-Oppożizzjoni f ’pajjiżna l-Maltin ħassewhom iktar ottimisti bir-riżultati li qed jikseb pajjiżna. Tant li 86% tal-Maltin qalu li l-ekonomija ta’ Malta sejra tajjeb. 5% iktar minn kemm qalu li l-ekonomija sejra tajjeb fil-ħarifa. Dan jikkuntrasta bil-kbir mal-medja Ewropea ta’ 46% fil-mija. Meta mistoqsija kif jevalwaw il-qagħda finanzjarja fid-dar tagħhom, 87% tal-Maltin qalu li hi waħda tajba u mistoqsija dwar is-sitwazzjoni fuq ix-xogħol, 62% qalu li tajba. Hawn ukoll jispikkaw ir-riżultati aħjar mill-medja fl-Unjoni Ewropea. Meta mitluba jgħidu kif jaħsbu li se tkun il-qagħda ekonomika ta’ Malta tul it12-il xahar li ġejjin, 40% talMaltin qalu li aħjar jew l-istess, jiġifieri tajba. 4% biss

qalu li ħażin filwaqt li oħrajn wieġbu li ma jafux. Il-qagħda tal-impjiegi wkoll mistennija tmur għall-aħjar għal 40% tal-Maltin, u filwaqt li 39% jemmnu li se tibqa’ l-istess, 4% biss jemmnu li se tmur għall-agħar. Il-Maltin im-

bagħad huma inqas ottimisti fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-Unjoni Ewropea b’dawn ir-riżultati jinżlu bin-nofs. Għall-Maltin l-iktar kwistjoni li tħasseb baqgħet l-immigrazzjoni bi 33%. Kwistjoni li tħasseb ukoll lill-Ewropej bi

22%. Però l-Ewropej huma mħassbin iktar bix-xogħol fejn 29% isemmuh bħala l-iktar biċċa wġigħ ta’ ras, rata li għall-Maltin hi ta’ 2% biss. Sinifikanti kif 19% tal-Maltin jgħidu li mħassba bl-ambjent u r-rata ta’ kriminalità.

“Is-sitwazzjoni f’Malta mqabbla ma’ dik fl-Unjoni Ewropea”

Intant, il-Gvern Malti baqa’ jgawdi l-fiduċja ta’ 58% talMaltin. Xi ħaġa li 30% biss ma jaqblux magħha. B’hekk il-fiduċja tal-Gvern Malti hi ferm iktar minn dik irreġistrata minn istituzzjonijiet oħra u l-Unjoni Ewropea fost oħrajn.


14

06.08.2017

kullhadd.com

IL-BIDLA FUQ IR-RA

• IĦALLU EFFETT L-AZZJONIJIET TAL-

• FL-GĦADIRA L-AWTORITAJIET IDEJHOM MARBUTA, IŻ

mier

l-Ar ajja ta

Il-B

Ritratti li kisbet din il-gazzetta juru xeni minn bajjiet madwar Malta, qabel u wara l-ħidma mwettqa mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), b’kollaborazzjoni mal-Awtorità tal-Artijiet. F’dawn l-aħħar ġimgħat sar eżerċizzju minn dawn iż-żewġ entitajiet fuq bajjiet prominenti biex jiġi żgurat li l-operaturi qed jimxu mal-permessi mogħtijin lilhom, kif ukoll biex jiġi żgurat li dawk li kienu qed jikru jew ipoġġu sunbeds u umbrelel fuq bajjiet pubbliċi kellhom fil-fatt il-permessi neċessarji. Ta’ min wieħed jinnota li qabel beda dan l-eżerċizzju, l-uffiċjali talMTA kienu diġà bdew jagħmlu spezzjonijiet fuq il-bajjiet tal-Armier u tal-Għadira biex jaraw x’kien fil-fatt qiegħed jiġri, fejn fl-istess ħin innotifikaw lill-operaturi biex jimxu mal-permessi tagħhom. Fil-fatt, l-ewwel miżura ta’ azzjoni ta’ infurzar ittieħdet fil-bajjiet popolari tal-Armier u Little Armier minn fejn ġew ikkonfiskati numru kbir ta’ sodod u umbrelel. Numru kbir ta’ sodod u umbrelel ġew ikkonfiskati wkoll mill-Bajja Ta’ Fra Ben ġewwa l-Qawra. Hawnhekk, l-operatur ġie ordnat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex jagħlaq l-operat tiegħu permezz ta’ Avviż ta’ Infurzar, wara li deher li kompla jisfida lill-awtoritajiet minkejja l-azzjonijiet ta’ infurzar li kienu diġà ttieħdu ġurnata qabel. Aktar minn hekk, l-MTA wettqet eżerċizzju partikulari fuq il-Bajja tal-Għadira. Kull sena, fil-bidu ta l-istaġun, l-Awtorità jkollha s-survey-

ers tagħha sabiex jiġu mmarkati per għu jitpoġġew id-deckchairs u l-um vojt. F’nofs is-sajf jiġu spezzjonat minnhom ma kellux il-bolards fejn lards tressqu mill-MTA stess għalldawn il-bolards. Jirriżulta li qed jittieħdu pariri jekk ir-rigward. Għax hawn qed jittieħd ffirma gvern preċedenti fl-2012 fej rabat idejn l-awtoritajiet għal bosta Matul dawn l-azzjonjiet, l-MTA kif spezzjonijiet oħra fil-Bajja ta’ Golde Bay, il-Bajja tal-Ġnejna, f ’żewġ bajj il-lukandi Seashells Resort and Sunc Pretty Bay u fil-Bajja ta’ San Tumas Permezz ta’ dawn l-ispezzjonijiet l entitajiet, l-operaturi ġew konform ġew imġiegħla jneħħu s-sunbeds u lil-permessi meħtieġa. Hawnhekk, l-e konfiskati minħabba li l-operaturi m tal-entitajiet konċernati b’mod imm Madankollu, l-MTA ma waqfitx

It-tneħħija tal-bolard

Parad

ise Ba

y

It-tneħħija ta’ deck


15

06.08.2017

kullhadd.com

AMEL DAN IS-SAJF

-MTA U TAL-AWTORITÀ TAL-ARTIJIET

ŻDA JINFURZAW FIL-PARAMETRI TA’ FTEHIM TAL-2012

rmezz ta’ bolards, l-ispazji fejn jistmbrelel, u fejn għandu jibqa’ spazju ti u din is-sena nnutajna li operatur n kien allokat u għaldaqstant il-bo-post fejn suppost kienu mwaħħlin

k jistgħux jittieħdu passi legali f ’dan du azzjonijiet fil-qafas ta’ ftehim li jn ta konċessjoni għal bosta snin u snin. f ukoll l-Awtorità tal-Artijiet, wettqu en Bay, Riviera Martinique, Paradise jiet oħra ġewwa l-Qawra (quddiem crest u Qawra Palace), Tas-Sliema , s f ’Wied il-Għajn. li saru mill-uffiċjali ta’ dawn iż-żewġ mi mal-permessi tagħhom, u oħrajn -umbrelel minħabba li ma kellhomx ebda sunbed u umbrella ma ġew ikmxew eżattament mal-istruzzjonijiet medjat. x hawn. L-ispezzjonjiet fuq dawn

il-bajjiet qed isiru b’mod regolari u konsistenti mill-uffiċjali tad-Direttorat tal-Infurzar fi ħdan l-MTA stess biex jiġi żgurat li l-operaturi konċernati jibqgħu joperaw mal-kundizzjonjiet tal-permessi tagħhom. Fi kliem Andre Zammit, mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu: “Bi pjaċir ninnota li hemm bosta operaturi li qed jieħdu azzjoni minn jeddhom. Il-messaġġ qed jasal ċar; li operatur aktar jaqbillu jirregolarizza ruħu b’mod volontarju biex b’hekk jevita li tittieħed xi forma ta’ infurzar fuqu.” Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità – Paul Bugeja żied jgħid li “huwa importanti li kontinwament inkomplu nsibu l-bilanċ bejn id-domanda tat-turist li jiġi Malta u dak li għandu bi dritt li jkollu ċ-ċittadin Malti. Qed isir ħafna xogħol ta’ fejda minn kulħadd, inżidu l-Blue Flag beaches, inżidu passaġġi u apparat għal min ikollu xi diffikultà sabiex jinżel jgħum, life guards f ’ħafna bajjiet sabiex nagħmlu l-bajjiet sikuri kemm jista’ jkun u bosta xogħol ieħor. Ma rridux inħallu dan ix-xogħol siewi ta’ ħafna u ħafna ħaddiema, li nixtieq li nirringrazzja għaliex mhux faċli fl-eqqel tas-sajf, jintilef minħabba xi wħud.’’ Tant hu hekk li f ’dawn ir-ritratti, tista’ tara bajjiet bħall-Armier u l-Bajja Ta’ Fra Ben fejn sar infurzar, iżda wkoll bajjiet fejn l-operaturi rregolarizzaw irwieħhom wara li ġew notifikati bin-nuqqasijiet tagħhom mill-uffiċjali tal-entitajiet konċernati, bħal f ’Paradise Bay u r-Riviera Martinique.

Il-Bajj

a tar-

Rivier

a

mill-bajja tal-Għadira

k chairs u umbrelel

Il-B

’ Fra ajja ta

Ben


16

06.08.2017

1

MADWAR kullhadd.com

L-ISTATI UNITI

FIL-QOSOR

3 1

TRUMP JIDDETTA DIKJARAZZJONIJIET Il-President Amerikan Donald Trump innifsu ddetta personalment dikjarazzjoni li ibnu ta waqt it-taħdidiet malavukat Russa waqt il-kampanja elettorali. Id-dikjarazzjoni kienet tgħid li Donald Trump Junior u l-avukat iddiskutew l-aktar l-adozzjoni ta’ tfal Russi f ’Ġunju tal-2016. Aktar tard, Trump Junior żvela li qabel li jiltaqa’ mal-avukat wara li kien hemm l-għajdut li jista’ jirċievi materjal fuq Hillary Clinton. Intant, dan kien żvelat wara li tkeċċa d-direttur talkomunikazzjoni fil-White House, Anthony Scaramucci. Dan wara biss ftit anqas minn għaxart ijiem fil-kariga. Il-ħatra tiegħu ġabet magħha żewġ riżenji ewlenin mill-White House, dik tas-Segretarju tal-Istampa, Sean Spicer u ċ-Chief of Staff tiegħu, Reince Priebus. Id-deċiżjoni li Scaramucci jitkeċċa ttieħdet miċ-Chief of Staff il-ġdid, John Kelly. Barra minn hekk, jidher li anke l-President ma kienx kuntent bil-prestazzjoni ta’ Scaramucci, skont kif ikkonfermat ilWhite House u kien għalhekk li keċċieh.

2

2

IL-VENEZWELA

3

IR-RENJU UNIT

L-ELEZZJONI KONTROVERSJALI Il-kummissjoni elettorali tal-Venezwela qalet li 41.5% talelettorat ħareġ jivvota għall-elezzjoni kontroversjali fuq l-assemblea kostitwenti. L-elezzjoni ta’ bħal-lum ġimgħa kienet ikkaratterizzata minn vjolenza, bi protesti mifruxa mal-pajjiż kollu u li ħallew minn tal-inqas 10 persuni mejta. L-oppożizzjoni qalet li kienu 12% biss tan-nies li ħarġu jivvutaw tant li ma tridx tirrikonoxxi l-elezzjoni u appellat għal iktar protesti fil-jum tat-Tnejn. Il-President tal-pajjiż Nicolas Maduro iddeskriva l-elezzjoni bħala l-ikbar vot qatt meħud għar-rivoluzzjoni. Intant il-kumpanija li mexxiet il-votazzjoni fil-Venezwela allegat li n-numru ta’ kemm ħarġu nies jivvutaw fl-elezzjoni tal-Ħadd kien imbagħbas. L-Istati Uniti qed iżżomm lill-President tal-Venezwela Nicolas Maduro responsabbli għas-sigurtà ta’ żewġ mexxejja tal-oppożizzjoni li ġew arrestati. Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump appella wkoll għall-ħelsien immedjat u bla kundizzjonijiet tal-priġunieri politiċi kollha. Leopoldo Lopez u Antonio Ledezma, li nżammu arrestati fir-residenza tagħhom, ittieħdu f ’ħabs militari.

INTEMMU L-IMPENJI GĦALL-PRINĊEP FILIPPU Nhar l-Erbgħa l-Prinċep Filippu temm l-impenji tiegħu, dan hekk kif id-Duka ta’ Edinburgh iltaqa’ mar-Royal Marines fl-aħħar impenn pubbliku tiegħu qabel ma jirtira mid-dmirijiet irjali. Il-Prinċep Filippu, li għandu 96 sena, ħabbar l-irtirata tiegħu lura f ’Mejju, wara deċennji sħaħ jappoġġja lir-Reġina. Mill-1952 ’l hawn, huwa wettaq b’kollox 22,219-il impenn. Fil-jum tal-Erbgħa, huwa wkoll iltaqa’ ma’ nies tas-servizz li kienu qed jieħdu sehem f ’mixja ta’ iktar minn 1,600 mil għall-karità. Min-naħa tagħha il-Prim Ministru tal-Ingilterra Theresa May irringrazzjat lill-Prinċep Filippu filwaqt li awguratlu għall-irtirar tiegħu. Id-Duka ilu miżewweġ lir-Reġina Eliżabetta 70 sena, u minkejja li issa huwa rtirat jista’ jkun li jibqa’ jidher mar-Reġina f ’xi attivitajiet uffiċjali.


R ID-DINJA

17

06.08.2017

kullhadd.com

6

NEW ZEALAND

5 4

MISTOQSIJIET INAĊĊETTABBLI

6

Il-Mexxejja l-ġdida tal-Oppożizzjoni fi New Zealand qalet li huwa inaċċettabbli li nisa fuq il-post tax-xogħol ikunu mistoqsija fuq jekk hux se jkollhom tfal. Dan wara li Jacinda Ardern kienet mistoqsija fuq stazzjon televiżiv jekk xtaqtix li jkollha wild. Ardern, li għandha 37 sena, kienet eletta mexxejja tal-Partit Laburista fil-jum tat-Tlieta wara li Andrew Little irriżenja. Hija l-iżgħar persuna li qatt mexxiet lill-istess partit u t-tieni mara f ’din il-kariga. Il-Prim Ministru Bill English qal li dawn it-tip ta’ mistoqsijiet ma kinux aċċettabbli, u li filwaqt li fil-politika huwa mistenni li jkun hemm indħil minimu fil-ħajja personali, il-pjanijiet ta’ Ardern kienu affari tagħha biss.

5 4

IR-RUSSJA

FRANZA

KUNTRATT REKORD Il-plejer Neymar se jkun qed jitħallas €865,000 fil-ġimgħa. Dan hekk kif il-plejer ta’ nazzjonalità Brażiljana ffirma l-kuntratt deskritt bħala rekord biex jibda jilgħab ma’ Paris St-Germain fi Franza minflok ma’ Barċellona. Il-plejer ta’ fama internazzjoni li għandu 25 sena se jkun qed jitħallas madwar 45 miljun ewro fis-sena, mingħajr it-taxxa mnaqqsa. Hu mifhum li Barċellona qalu lill-klabb Franċiż li jridu jħallsu s-somma ta’ 222 miljun ewro f ’daqqa fejn hu mifhum li l-klabb lest li jagħmel dan. Neymar mar għat-taħriġ l-Erbgħa filgħodu flimkien ma’ missieru u r-rappreżentant tiegħu, fejn qal lill-klabb Spanjol li jrid jitlaq. Hu ngħata permess mill-maniġer ta’ Barċellona Ernesto Valverde biex ma jkomplix bit-taħriġ u jara dak li jixtieq jagħmel fil-futur tiegħu. Intant ftit wara li ffirma l-kuntratt Neymar stqarr li din id-deċiżjoni ma kinitx abbażi ta’ flus.

QTIL FIL-QORTI TA’ MOSKA Tliet membri tad-difiża Russa nqatlu f ’qorti f ’Moska wara li ppruvaw jieħdu l-armi minn uffiċjali tas-sigurtà. L-inċident seħħ hekk kif ħames persuni attakkaw l-aġenti li kienu qed jeskortawhom f ’lift għas-smigħ tal-kawża. It-tliet persuni li nqatlu kienu qed jippruvaw jaħarbu filwaqt li ż-żewġ suspettati l-oħra u t-tliet uffiċjali tas-sigurtà sfaw feruti. Il-grupp, li huwa miċ-ċentru tal-Asja, kien suspettat li qatel 17-il persuna f ’Moska bejn l-2012 u l-2014. Avukat li kien fil-binja meta seħħ l-inċident qal li nstemgħu minn tal-inqas 20 sparatura.


18

06.08.2017

kullhadd.com

L-IMĦABBA LEJN IL-LOGĦBA Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Malta dan l-aħħar qed tagħmel ħoss ġmielha f ’suċċessi fejn jidħlu passatempi bħal kant, żfin, sports u affarijiet oħra simili. Naturalment dan ikun unur kbir għal min jirrappreżenta lil pajjiżna u fuq kollox għal Malta stess. Dan l-aħħar sirt naf b’żagħżugħa li ilha tibrilla fil-basketball u fi ftit jiem oħra ser tkun qed terġa’ tirrappreżenta lil pajjiżna barra minn xtutna. Qed nirreferi għal Josephine Grima, magħrufa aktar ma’ sħabha bħala Joey. Għandha 33 sena, toqgħod Birkirkara u taħdem il-gym ta’ Ta’ Qali bħala gym/fitness instructor. Bħala passa-

Mill-esperjenza tiegħi nista’ ngħid li lili l-basketball bidilli ħajti, tani kultura sportiva u barra minn hekk għeni biex noħroġ minn dik ilmistħija kbira li kelli meta kont għadni tifla

tempi għandha għal qalbha l-fitness u ż-żfin. Josephine tiddeskrivi lilha nnifisha bħala tfajla ferriħija u happy go lucky u taħseb li xi kultant xi ftit naive, imma pożittiva ħafna, tieħu l-ħajja kif tiġi u taddatta għaċ-ċirkustanzi.

Fil-ħajja b’mod ġenerali ddejjaqha n-negattività, tħobb tħares lejn it-tazza nofsha mimlija u mhux lejn it-tazza nofsha vojta. Tħobb issib it-tajjeb f ’kulħadd u f ’kollox għax temmen li anke f ’sitwazzjonijiet diffiċli

u forsi ma tantx sbieħ nistgħu nsibu xi ħaġa pożittiva. Tilgħab il-basketball b’mod professjonali Josephine ilha tilgħab il-basketball b’mod professjonali għal 11-il sena. Kont naf ukoll li kienet tilgħab u tgħix barra minn Malta. Fil-fatt lagħbet l-Italja, is-Slovakkja, l-Iżvezja u Franza. “Fl-2015 ġejt lura Malta bil-ħsieb li nissetilja. Kelli ċans nerġa’ mmur jekk irrid, imma moħħi kien issetiljat hawnhekk. Din id-darba sabuni f ’burdata tajba - waqt illogħob tal-pajjiżi ż-żgħar fejn kont qed nieħu gost

ħafna nilgħab, u f ’mument fejn ma kelli xejn li jżommni lura milli mmur. Dan jaf nagħmel sena u niġi lura, jew jaf inkarkar xi ħames snin oħra. Ma nistax ngħid, imma għalissa l-bambin tani saħħti u naħseb li huwa dnub ma napprofittax minn dawn l-opportunitajiet. Qatt ma bsart li ser nerġa’ mmur lura għax dejjem kont naħseb li ladarba niġi lura ma nerġax immur lura żgur, u b’hekk ma nista’ nipprevedi xejn iktar għax jien tip ta’ bniedma li dejjem għandi bżonn bidla u meta tkun għamilt karriera twila bħal tiegħi, diffiċli tadatta għal ħajja normali. In-nuqqas dejjem tħossu xi ftit jew wisq,” bdiet tgħidli dwar il-karriera tagħha bħala sportiva. Ilha nvoluta fil-basketball minn mindu kellha 13-il sena. “Għażilt il-basketball bis-saħħa tal-għalliema tal-PE li kelli li baqgħet tisfurzani biex immur ma’ klabb u ladarba bdejt qatt ma naf jew niftakar li fallejt sessjoni waħda,” kompliet tgħidli Josephine dwar il-bidu tal-konnessjoni tagħha mal-basketball. Ta’ min jgħid li Josephine hija l-captain tat-Tim Nazzjonali tal-basketball tan-nisa. Fil-fatt ilha captain ta’ dan it-tim għal dawn l-aħħar seba’ snin. “Ovvjament meta tkun captain trid tipprova żżomm lit-tim dejjem magħqud u jekk ikun hemm bżonn xi kultant jista jkun anke li tgħin lill-coach meta tiġi mistoqsija x’taħseb li l-players jippreferu f ’sitwazzjonijiet bħal ħinijiet tat-taħriġ, waqt li nkunu msifrin ħinijiet tal-ikel, biex kulħadd ikun l-iktar kuntent possibbli,” sostniet miegħi. Ftit xhur oħra, Josephine ser tkun qed tilgħab fi Fran za mal-klabb ta’ Tregueux fin-National Feminine 2, proprju mill-istaġun li ġej. Fil-fatt iffirmat kuntratt li jorbotha għal 10 xhur, preċiżament sal-aħħar talistaġun. B’hekk ridt inkun naf meta ser tkun qed tibda tilgħab magħhom, kemm ser tqatta’ żmien tgħix fi Franza u kif taħseb li ser ikun l-andament tagħha hemmhekk. Naturalment kienet deċiżjoni tagħha li terġa’ tħalli lil Malta, u tista’ tgħid li tinsab entużjasta immensament. “Meta ġietni l-opportunità ħtaftha, ma ħsibthiex darbtejn. Mill-ewwel għedt li kont interessata. Bażikament ser nitlaq minn Malta fis-7 ta’ Awwissu, tlett ijiem wara li jibda l-pre-season u fis-16 ta’ Settembru jibda l-kampjonat li qed nimmaġina jispiċċa lejn l-aħħar ta’ Mejju. Għandi entużjażmu


19

06.08.2017

kullhadd.com

kbir għal din l-esperjenza li qed tistennieni u nemmen li ser tkun waħda pożittiva minn ħafna aspetti ta’ ħajti. Issa sejra hemm wara li diġà għandi 11-il sena esperjenza u l-fatt li diġà nitkellem il-Franċiż għax diġà kont għamilt sentejn hemm ser jgħinni ħafna,” sostniet miegħi. Ma stajtx ma nistaqsihiex, s’ser jiġri mit-tim Nazzjonali Malti tal-basketball tan-nisa fin-nuqqas tagħha waqt li tkun Franza. Weġbitni, li l-fatt li ser tkun Franza,

mhux ser jaffettwa lit-tim Nazzjonali tal-basketball, għax matul is-sena ma jkollhomx kompetizzjonijiet nazzjonali, iżda jkun hemm biss il-kampjonat. Josephine hija wkoll eks player ta’ Starlites u fost l-aqwa plejers tal-basketball li għandna f ’Malta fil-preżent. Ridt nieħu l-kummenti tagħha f ’dan ir-rigward. “Iva dan l-aħħar staġun lgħabt ma’ Starlites Basketball Club, u kienet esperjenza mill-isbaħ u naħseb li kien anke bis-saħħa ta’ dan

l-aħħar staġun li erġajt sibt dik l-imħabba lejn il-logħba u l-pjaċir li nilgħab. Jekk inhix waħda mill-aħjar players fix-xena tal-basketball lokali, nippreferi nħalli lil ħaddieħor jiġġudika, u jien nipprova naħdem kemm nista’,” tbissmet tgħidli Josephine. Il-moħħ huwa fattur kbir speċjalment fil-basketball Ta’ min jgħid ukoll li Josephine kienet għenet littim Nazzjonali Malti jirbaħ il-midalja tad-deheb fl-aħħar edizzjoni tal-logħob għallpajjiżi ż-żgħar li saru f ’San Marino. Ħallejt f ’idejha sabiex telabora aktar. “Il-midalja tad-deheb li rbaħna f ’San Marino hija waħda mill-isbaħ. Jien fil-verità kelli injury li ma ħallitnix nittrenja mat-tim kemm suppost, imma għamilt minn kollox biex nagħmel li nista’ u kif nista’ u speċjalment biex nipprepara ruħi mentalment għal dawn il-logħob. Meta tasal f ’ċertu età tal-karriera, il-mod ta’ kif taffaċċja ċertu kompetizzjoniet huwa importanti daqskemm huwa importanti li tkun fiżikament u teknikament pronta. Il-moħħ huwa fattur kbir speċjalment fil-basketball,” stqarret miegħi Josephine. Josephine tgħid li l-basketball, bħal kull sport ieħor, jista’ jkun ta’ benefiċċju kbir. “Mill-esperjenza tiegħi nista’ ngħid li lili l-basketball bidilli ħajjti, tani kultura sportiva u barra minn hekk għeni biex noħroġ minn dik

Meta ġietni l-opportunità ħtaftha, ma ħsibthiex darbtejn. Mill-ewwel għedt li kont interessata

il-mistħija kbira li kelli meta kont għadni tifla. Illum nemmen b’qalbi kollha, u din dejjem ngħidha speċjalment meta niltaqa’ ma’ ġenituri ta’ tfal li nista’ ngħid nara lili nnifsi żgħira fihom, li l-isport huwa terapija”. Matul din l-intervista, qbadt is-suġġett dwar it-tip ta’ sagrifiċċji u eżerċizzji li jġib miegħu t-taħriġ tal-basketball. Fi kliemha, Josephine spjegatli li, “meta tagħmel dan l-isport fuq livell professjonali importanti li ħajtek tkun waħda kalma. Is-sagrifiċċji jekk trid li nsejħulhom hekk huma t-taħriġ ta’ kuljum, mhux mat-tim biss, imma individwali wkoll bħal dawk fiżiċi. Tispiċċa taqta’ lura minn ħafna af-

farijiet bħal ħruġ u hekk, speċjalment minħabba li l-mistrieħ huwa importanti ħafna,” sostniet miegħi. Mistoqsija jekk il-basketball hux l-unika sosteniment tagħha fil-ħajja, Josephine sostniet miegħi li meta tkun barra minn Malta, dak ikun l-uniku xogħol tagħha. Min-naħa l-oħra meta tkun hawn Malta mhux possibbli li tgħix mill-basketball biss, minħabba li m’hawnx dawk il-finanzi u sponsors li hemm barra minn Malta. Fl-aħħar nett stedint lil Josephine tgħaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din ilgazzetta. “Il-messaġġ tiegħi huwa speċjalment għal dawk il-ġenituri li għandhom it-tfal biex iħeġġuhom lejn l-isport kemm jista’ jkun u jgħinuhom jiskopru dak l-isport li jkun adattat għalihom, mhux għax ma jkunux tajbin fl-ewwel sport li jippruvaw iħalluhom jaqtgħu qalbhom. Jien kont tifla mistħija ħafna, nimxi u naqa’ u l-basketball bidilli ħajti minn kull aspett. Meta nitkellem man-nies llum il-ġurnata, ħadd ma jemminni meta nibda nirrakkonta ċerti affarijiet. Jien dejjem kont oħt Manuela, li hija oħti l-kbira, għax dejjem kont qisni d-dell tagħha. Illum il-ġurnata jien kburija bija nnifsi li ngħid jien Josephine Grima l-Captain tat-Tim Nazzjonali tal-basketball ta’ Malta, u kull fejn inkun barra minn Malta ċerta li dejjem ġibt isem Malta ’l quddiem,” temmet tgħidli Josephine.


20

06.08.2017

kullhadd.com

KONTINWITÀ

Mid-Djarju ta’

Nazju n-Nazzjonalist

Il-Ħamis, 27 ta’ Lulju Naqbel mija fil-mija ma’ Robert Arrigo li l-mentalità tal-klikek ma tagħmel l-ebda ġid lill-partit glorjuż tagħna. Kienet din il-mentalità li tellfitna l-aħħar elezzjoni u se ttelfilna wkoll lil Simon (s‘issa) tagħna minn kap. Nispera li Robert ma jagħmilx bħal dik tal-Bidnija, ipaċpaċ biss bla ma jieħu azzjoni. Dik tal-Bidnija kienet taf bil-klikka li kienet qiegħda taħdem biex nitilfu l-elezzjoni biex iqaċċtu lil Simon tagħna, imma għadha sallum qatt ma qaltilna min kienu tal-klikka. Biex imbagħad ara x’ġaralna: ħadna tkaxkira nobis u bqajna bil-klikka ma’ saqajna. Il-Ġimgħa, 28 ta’ Lulju Iżżejjed kollu żejjed, man! Dak Frank Portelli qiegħed ipaċpaċ iżjed qisu Simon (s’issa) tagħna jew qatt ma għamel xejn, jew għamel kollox ħażin. Ma nafx x’fettillu jerġa’ jsemmi lid-DB Group biex reġa’ fetaħ il-ferita, biex ma ngħidx tefa’ l-melħ fuq il-ferita. Fuq kollox kulma għamel Simon kien li akkwista s-salarji tas-Segretarju Ġenerali u tas-Ceo, mhux biex idaħħal xi ħaġa fil-but huwa. Jien nixtieq inkun naf x’se jagħmel min se jieħu post Simon biex iġib dawn is-salarji għax mingħajr salarji, la jkollna segretarju ġenerali u lanqas ikollna Ceo. Kultant nibża’ li mittaġen se mmorru għal ġon-nar! Is-Sibt, 29 ta’ Lulju Sewwa qalet Marlene li għandna nissospendu l-elezzjoni għall-kap u nħallu lil Simon imexxina, ladarba ħadd mill-erba’ kontestanti mhu kapaċi daqsu. Min hu dal-miġnun li jneħħi kap biex minfloku jaħtar kap agħar minnu!? U għandna nibdlu wkoll ir-regolamenti biex ikunu jistgħu jikkontestaw nies oħrajn li huma kapaċi aktar minn dawn l-erba’, li dik tal-Bidnija sejħitilhom ‘non starters’. Irridu nibdlu r-regolamenti biex fost l-oħrajn tkun tista’ tikkontesta Marlene nnifisha, u forsi jitħajjar anke Salvu Mallia. Xejn xejn ikollna ċans li fl-istorja tad-dinja kollha jkollna lil xi ħadd li jkun kap ta’ żewġ partiti fl-istess ħin. Il-Ħadd, 30 ta’ Lulju Mhux Frank Portelli biss qiegħed ipaċpaċ fil-vojt, issa anke dak Adrian Delia. Tant qiegħed ipaċpaċ fil-vojt li issa anke polemika mal-partit glorjuż tagħna u ma’ tatTimes għandu. X’jaħseb li hu dan biex jgħid li Simon (s’issa) tagħna ma kienx jaf x’inhu jagħmel meta għamel id-dokument tas-self employed u wegħedhom li jnaqqsilhom ittaxxa għal 10% biss!? Jien m’għandi l-ebda dubju li Simon fuq dan id-dokument ikkon-

sulta ma’ ħafna avukati, ma’ ħafna tobba, ma’ ħafna periti, insomma kkonsulta mas-self employed kollha. Aktar ma nisma’ lill-kandidati għat-tmexxija tal-partit glorjuż tagħna, aktar qiegħed nikkonvinċi ruħi li minnhom l-erbgħa, l-aħjar wiegħed huwa Alex Perici Calascione. Mhux għax mhux jgħid ċuċati, imma mill-ħazin tieħu li tista’. It-Tnejn, 31 ta’ Lulju Dawn x’jaħsbu li huma tal-Kamra tal-Avukati?! X’jiġifieri jakkużaw lil Simon (s’issa) tagħna b’nuqqas ta’ prudenza u b’nuqqas ta’ responsabbiltà?! Lanqas li Simon ma kienx avukat bħalhom u aħjar minnhom?! Tgħid mhux se jieħu l-lezzjonijiet mingħandhom, x’kull waħda?! U bil-wiċċ tost kollu appellawlu biex jirtira l-kummenti li għamel fil-konfront tal-Imħallef Antonio Mizzi. Tgħid mhux hekk nibqgħu! Keep it up Simon! U jaħasra erġa’ aħsibha għax bniedem kapaċi u kuraġġuż bħalek m’hawnx. Mhux biss fil-partit glorjuż tagħna. Mhux biss f ’pajjiżna. Imma bħalek m’hawnx fid-dinja kollha! It-Tlieta, 1 ta’ Awwissu Kont żbaljat, man! Marlene m’għandhiex f ’moħħha li tkun il-kap tal-partit glorjuż tagħna u fl-istess ħin tibqa’ kap tal-Partit Demokratiku. Qalet li jekk tingħażel biex tkun is-suċċessur ta’ Simon (s’issa) tagħna, hija tirriżenja minn kap tal-Partit Demokratiku. Imma naħseb li xorta waħda jkollna sitwazzjoni unika fl-istorja tad-dinja għax safejn naf jien qatt ma kien hawn mara tmexxi partit – u l-partner tagħha jkun imexxi partit oppost. Għax jien qiegħed nassumi li jekk Marlene ma tibqax kap tal-Partit Demokratiku – postha jieħdu Godfrey – ovvjament dejjem bil-kunsens tagħha! Għax jekk le, m’għandux ċans! L-Erbgħa, 2 ta’ Awwissu Uff xi dwejjaq ta’ lejla! Ma nafx kemm kien għaqli li ddeċidejna li nħallu sa Settembru biex naħtru kap ġdid. Ara x’inhu jiġri. Il-kontestanti mhux biss lil xulxin qegħdin jattakkaw, imma qegħdin jinfexxu f ’attakk kontinwu kontra Simon (s’issa) tagħna. Qabbadni dwejjaq kbar illejla Frank Portelli jattakka lil Simon quddiem kulħadd fuq it-television. Jien naqbel ma’ Marlene li għandna nwaqqfu l-proċess immedjatament biex ma tibqax issir din il-ħsara kollha lill-partit glorjuż tagħna. Fuq kollox l-erba’ kontestanti huma non-starters ħdejn Simon tagħna, allura il-probabbiltà hija li meta ssir il-bidla, mit-taġen se mmorru għal ġon-nar. Dan kollu ma jixraqx lill-partit glorjuż tagħna, man!

għand iktar nies u fl-istess waqt nassiguraw illi kull min huwa legalment intitolat għal MICHAEL FALZON xi benefiċċju jew ieħor, jieħdu. Mira ewlenija oħra tagħna Ministru se tkun li nkomplu nindirizgħall-familja, drittijiet tat-tfal zaw il-faqar. Kien il-Gvern u solidarjeta’ Laburista li għall-ewwel darsoċjali ba naqqas il-faqar bin-nofs. Dan ma ngħiduhx aħna biss iżda anki statistika uffiċjali li toħroġ mill-Eurostat. Matul Waħda mill-kelmiet li smajna din il-leġiżlatura se nkomplu ħafna waqt il-kampanja elet- mmexxu ’l quddiem il-politika torali li għaddiet kienet il-kel- ta’ kontra l-faqar u nassiguraw ma ‘kontinwità’ – Kelma li illi l-familji bit-tfal ikollhom baqgħet tidwi f ’widnejn ħafna dhul diċenti. Miżuri bħall-innies għaliex għażlu li jkomplu work benefit u t-tapering of jibnu fuq dak li kien beda jib- benefits se jkomplu jissaħħu ni l-Gvern Laburista mmexxi sabiex ikomplu jonqsu n-nies minn fuq il-lista tal-benefiċċji minn Joseph Muscat. Hekk kif gejt maħtur biex im- soċjali u fl-istess waqt inżidu mexxi l-Ministeru għall-Famil- n-nies fuq il-lista tal-impjiegi. Ta’ min jinnota li matul din ja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali mill-ewwel ħassejt is-sena bdew jintemmu l-arir-responsabilità importanti li ranġamenti ta’ dawk li tliet biha ġejt fdat. Huwa ta’ unur snin ilu għażlu li jidħlu fuq illi l-Prim Ministru wera l-fi- is-sistema tat-tapering of duċja tieghu fija meta tani benefits waqt li daħlu fid-dindekasteru daqstant importan- ja tax-xogħol. 91% ta’ dawn ti. Dekasteru li jmiss il-ħajja in-nies għażlu li jkomplu tan-nies minn meta jitwieldu fl-impjieg taghhom mingħajr l-ebda ghajnuna mingħand sakemm iħallu din id-dinja. Matul l-aħħar erba’ snin il-Gvern. Dan huwa riżultat li irnexxielna nersqu qrib ħafna jimlieni bil-kuraġġ għaliex juri lejn il-kunċett ta’ soċjetà ġusta. li l-politika tagħna qed tħalli Issa wasal iż-żmien li nimxu r-riżultati mixtieqa. Qabel ma nagħlaq xtaqt aktar ’il quddiem u nsarrfu l-miraklu ekonomiku li nkiseb li nsemmi ftit il-ħidma li se sabiex nagħtu aktar vuċi lil jkollna fil-qasam tad-drittijidawk li jiġu bżonn is-servizzi et tat-tfal. Dan huwa suġġett għal qalbi ħafna u se nkun qed tagħna. Dan it-tkabbir ekonomiku ir- nara li jissaħħu l-istrutturi u ridu nkomplu nwassluh għand s-servizzi bil-ħsieb illi l-interkulħadd. Fil-fatt matul ix-xhur ess tat-tfal ikun salvagwardjat u s-snin li ġejjin il-Ministeru bl-aħjar mod possibbli. Bħagħall-Familja, Drittijiet tat- lissa qed issir ħidma intensiva mal-Fondazzjoni Tfal u Solidarjetà Soċjali se flimkien jkun iffukat biex ikompli l-ħid- għall-Ħarsien Soċjali sabiex ma għaż-żieda fil-paga mini- f ’Malta jkollna l-ewwel Conma kif ukoll għal aktar tisħiħ tained Therapeutic Unit. Dan fil-pensjonijiet. Il-Gvern La- il-Unit se jkun qed jindirizza burista kien l-ewwel gvern li l-anomalija li jiffaċċjaw il-qrażied il-pensjonijiet għall-eww- ti tagħna meta jkunu jridu jieħdu deċiżjoni fir-rigward ta’ el darba wara 25 sena. Waħda mill-affarijiet li nixti- minorenni. Fi żmien li ġej se eq li nara sseħħ hija li l-pop- nkunu qed nagħtu aktar informazzjoni dwar lu jkun aktar dan is-suġġett infurmat dwar u kif se nkunu is-servizzi soċqed nimxu ’l jali. Minkejja li Kien il-Gvern quddiem. jsiru kampanji Il-Ministeru t’infor mazzLaburista illi g ħ a l l - Fa m i l joni kontinwi, ja, Drittijixorta jibqa’ għall-ewwel et tat-Tfal u l-fatt illi numru darba naqqas Solidarjetà ta’ persuni ma’ Soċjali għanjkunux jafu il-faqar bindu responsjekk jistgħux nofs. Dan ma abilità vasta japplikaw għal anki fil-qasam xi servizz jew ngħiduhx tal-anzjaieħor. Huwa aħna biss iżda ni, persuni għalhekk illi b ’ d i ż a bilità flimkien ma anki statistika u l-akkomoħidma konġunta mal-uffiċċju uffiċjali li toħroġ dazzjoni affordabbli. tas-Segretarju mill-Eurostat Żgur li se Permanenti fi jkolli ċ-ċans ħdan il-Minisli nitkellem terugħall-Familja dwar dawn se nkunu qed is-suġġetti fiżnaħdmu fuq aktar kampanji t’informazz- żmien li ġej sabiex inkomplu joni bil-għan li l-messaġġ jasal nsaħħu l-familji tagħna.


21

06.08.2017

kullhadd.com

M’AĦNIEX TA’ 10 JEW 35 ELF MIRIAM

DALLI MEP

Miżuri ġodda li introduċa Gvern Laburista fl-aħħar leġiżlatura wasslu biex il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol tilħaq livelli ġodda. Minkejja li f ’dan ir-rigward għad fadal xi jsir biex nilħqu l-medja Ewropea, nemmen li qbadna l-pass biex aktar nisa jkomplu jikkontribwixxu fit-tkabbir ekonomiku. Ma jistax jingħad l-istess għall-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika. Is-sehem talmara Maltija f ’istituzzjonijiet politiċi fuq livelli Nazzjonali u Ewropej – fejn jittieħdu deċiżjonijiet li jaffettwaw direttament il-ħajja ta’ kull individwu, inkluż lin-nisa nfushom - għadu baxx ħafna. Mit-43 kandidata mara li kkontestaw l-aħħar elezzjoni ġenerali, 10 biss kisbu siġġu parlamentari. Dan ifisser li fit-13-il Parlament mill-Indipendenza kważi 15% biss tad-deputati huma nisa minn

67 membru Parlamentari. Barra minn hekk, iż-żieda ta’ 17-il kandidata mara fuq l-aħħar elezzjoni ġenerali, ma kinitx riflessa fuq l-ammont tal-kandidati eletti għax dan kien l-istess bħal dak talaħħar leġiżlatura. Kien hawnhekk li l-Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat żamm mat-tradizzjoni Laburista, dik li mill-kliem għall-fatti jpoġġi l-importanza ta’ sehem il-mara fis-soċjetà u l-politika fuq quddiem tal-Partit Laburista bit-tama li dan iservi ta’ eżempju għall-ħaddieħor u jsegwi f ’ġieħ il-ġid komuni. B’umiltà, ilqajt il-fiduċja tal-mexxej Laburista biex nimplimenta pjan ambizzjuż ħalli naslu negħlbu l-ostakli li jtellfu lin-nisa milli joffru l-ħin biex iservu fil-lokalitajiet, fuq livell Nazzjonali jew Ewropew. Iż-żieda fin-numru mhix mira unika jew iżolata. Flimkien ma’ tim dinamiku b’membri minn kull oqsma tal-ħajja, ser naħdem fuq proġett ħolistiku, ibbażat fuq tul ta’ żmien li jattira u jħarreġ nisa ta’ ’l fuq minn 16-il sena biex jidħlu għal responsabbilitajiet politiċi f ’kull livell. Il-pedamenti tal-proġett huma t-taħriġ u l-attenz-

BUDEBBUS LORNA

VASSALLO Opinjonista

Fil-ġirja għall-elezzjoni ta’ kap ġdid tal-PN din ilġimgħa smajna b’dikjarazzjonijiet mill-kandidat Frank Portelli li jfakkruna ħafna iktar fis-suċċessur ta’ Norman Lowell milli f ’dak ta’ Busuttil. Min-naħa l-oħra Marlene Farrugia, issa anke msaħħa minn appoġġ ta’ Gejtu Vella, qed titlob sabiex l-elezzjoni ta’ kap ġdid tiġi posposta. Il-fatt li minn erba’ kontestanti huwa wieħed biss li huwa Membru Parlamentari mal-ewwel jolqot l-għajn. Iżda hemm fatturi oħra li jistgħu joħorġu minn din l-elezzjoni li huma anqas ovvji. Kulħadd jaf li s-sitwazzjoni tal-PN hija waħda mwiegħra – politikament u finanzjarjament. Naqbel li fost il-kandidati li hemm ħadd

mhu b’saħħtu biżżejjed biex jiġġieled mexxej ta’ suċċess bħal Joseph Muscat u li kollha kemm huma għandhom imgħoddi politikament inkwetanti b’intriċċi ta’ fallimenti politiċi u finanzjarji. Però, id-differenza tal-mod ta’ ħsieb bejn il-kandidati xi kultant hija tant kbira li tistona. Tant tistona li tappella biss għal sezzjonijiet tal-partit u mhux il-PN sħiħ kif nafuh illum. Bla ebda dubju, Frank Portelli jispikka l-iktar. Iżda mhux hu biss qed jiddistingwi ruħu ideoloġikament. Il-moralità qed tingħata importanza kbira fil-kampanja. Forsi għaliex sejrin wisq tajjeb politikament u ekonomikament. Iżda wkoll minħabba l-fatt illi l-Gvern qed jitfa’ kwistjonijiet morali fuq quddiem tal-aġenda. Dawn qegħdin direttament jolqtu x-xewka tad-dahar talPN liema pedamenti tiegħu huma msejsa fuq ir-reliġjon Kristjana. F’din l-elezzjoni qed nara jinbet il-budebbus - pjanta bi fjuri vjola li toqtol lix-xitla tal-ful u teħdilha postha. Sa minn qabel l-elezzjoni

joni li tingħata kull parteċipanta biex kemm jista’ jkun ma nitilfu lil ħadd tul ittriq. It-taħriġ, li ser jingħata minn politiċi li fl-aħħar snin messew mal-polz tal-politika, iwassal għal formazzjoni ta’ kandidati li jaslu jgawdu appoġġ iżjed mifrux mill-kostitwenti, inkluż min-nisa nfushom. Għalkemm il-votanti nisa huma prattikament daqs l-irġiel, f ’din l-elezzjoni ġenerali l-kandidati nisa ġabu anqas minn 12% tal-voti fl-ewwel għadd meta 43 kandidata mara bejniethom ġabu ftit aktar minn 35,000 vot. In-nisa ser ikollhom l-opportunità li jitlaqqgħu f ’attivitajiet formali u drabi oħra f ’ambjent iktar rilassat biex jittrattaw suġġetti varji, inkluż id-drittijiet umani, id-djalogu interkulturali, il-politika lokali u Ewropea, kwistjonijiet ta’ ugwaljanza, iċ-ċittadinanza, l-attiviżmu, id-demokrazija, il-midja u l-mezzi soċjali, il-komunikazzjoni, il-ħiliet ta’ tmexxija u l-ikkampanjar. Ser ikollhom l-opportunità li jpoġġu fil-prattika t-teorija f ’esperjenzi ta’ laqgħat ma’ kostitwenti, parteċipazzjoni f ’konferenzi u dibattiti u assistenza f ’kampanji politiċi tal-Partit Laburista. Nifhmu l-impenji ta’ kull mara, inkluż ta’ nisa bit-tfal. Għaldaqstant,

il-proġett jaħseb f ’servizz ta’ mal-mandat politiku. Il-pjan huwa mifrux fuq childcare waqt il-programm ta’ taħriġ, il-kampanji elet- 10 snin għaliex ir-realtà turi torali u l-attivitajiet marbuta li bidla maħsbua bħal din li tħalli riżultat dejjiemi ma sseħħx f ’leġiżlatura waħda. Programm bħal dan għandu jkun eventwalment mifrux sew għan-nisa u anke għallirġiel, imma r-realtà llum il-ġurnata hi li r-rappreżentanza femminili fil-politika hija waħda baxxa ħafna u jekk din mhux se tkun indirizzata kif suppost l-affarijiet mhuma se jinbidlu qatt. Dan il-pjan ambizzjuż għanIt-taħriġ, li du jsegwi proposti mressqa ser jingħata lill-Parlament inkluż li jibda jitlaqqa’ f ’ħinijiet li jaċċertaw minn politiċi li bilanċ bejn il-ħajja tax-xogfl-aħħar snin ħol u tal-familja u mhux wara s-sitta ta’ filgħaxija, filwaqt li messew maljingħata servizz ta’ childcare fil-binja tal-Parlament jew polz tal-politika, qrib tagħha. iwassal għal Il-pjan għandu jimxi id f ’id mal-implimentazzjoni ta’ formazzjoni ta’ miżuri pożittivi li l-Partit Lakandidati li jaslu burista għandu mandat biex iwettaq. Filwaqt li għall-ewjgawdu appoġġ wel esprimejt ix-xettiċiżmu iżjed mifrux tiegħi dwar dan, illum nirrealizza li jeħtieġ li fl-isfond mill-kostitwenti, tat-taħriġ u l-għajnuna individwali lil kull min jersaq inkluż min-nisa ’il quddiem, nimplimentaw nfushom miżuri pożittivi jekk tassew irridu nindirizzaw in-nuqqas tan-nisa fl-ispettru politiku.

tal-2017, il-PN aċċetta partit żgħir li uffiċjalment twieled u jaf l-għajxien tiegħu lill-istess PN. Dan kien l-ewwel budebbus li qed jirgħa mill-eżistenza tal-PN s’issa. Iżda fi Frank Portelli qed nara ħolqien ta’ partit ċkejken ieħor. Frank Portelli mhux xi pjanta solitarja tixxejjer mar-riħ. Bħall-Patrijotti Maltin, qed jipperpetwa l-legat ta’ Norman Lowell – il-lemin estrem. Dak li fuq livell dinji qed jgħolli rasu b’suċċessi għal Trump u Le Pen. Marlene u Portelli qed jiftħu xquq beraħ fil-PN li jistgħu jwasslu għal partiti żgħar ġodda jew għat-tisħiħ ta’ partiti żgħar eżistenti. Militanti ta’ partiti żgħar li qed jirkbu fuq il-karru talPN biex jitimgħu lill-partiti tagħhom. Dan jista’ jwassal għal tifrik ulterjuri għall-PN li diġà ċkien iżżejjed. Jista’ jkun ukoll, li partit żgħir/sezzjoni żgħira minn partit j/tibla’ lill-kbir jew j/toqtlu – bħalma jagħmel il-budebbus. Dan diġà seħħ fl-istorja politika Maltija. Meta l-Partit Laburista filgvern inqasam f ’żewġ par-

titi, il-mexxej tiegħu Pawlu Boffa, spiċċa kellu jwaqqaf partit ġdid (il-Malta Workers’ Party). Minħabba dan

Marlene u Portelli qed jiftħu xquq beraħ fil-PN li jistgħu jwasslu għal partiti żgħar ġodda jew għat-tisħiħ ta’ partiti żgħar eżistenti

l-MWP tilef l-elezzjoni tal1950. Mintoff, b’ideoloġija li tmur kontra dik tal-mexxej tal-partit tiegħu, ħa l-MLP f ’idejh. Wara l-elezzjoni l-MWP ngħaqad mal-PN. Iżda eventwalment spiċċa miet il-partit ta’ Boffa u kiber il-MLP. Id-differenza bejn dik is-sitwazzjoni tal-MLP u talPN illum mhix kbira. L-unika differenza hija li l-PN mhux fil-gvern (m’għandux minn fejn jitteħdulu l-voti) u li l-Gvern Laburista jiflaħ għal elezzjoni mhux biss kull ħames snin imma wkoll kull erba’ jew tlieta. Il-PN qed jimxi b’pass ta’ nemlu u hemm l-għajta sabiex jimxi b’pass iktar meqjus, il-PL miexi b’saħħa ta’ riefnu. F’dal-każ ma nafx kemm tapplika l-istorja tal-fenek u l-fekruna. Naħseb iktar joqgħod tajjeb il-qawl ‘ilħmar il-magħkus idur għalih d-dubbien’. Tista’ l-istorja tirrepeti ruħha? Treġġa’ lura l-arloġġ? Minn ħafna partiti wara t-tieni gwerra dinjija għal żewġ partiti kbar, u issa minn żewġ partiti kbar għal għadd ta’ partiti żgħar leminin?


22

06.08.2017

kullhadd.com

ID-DIFFERENZA FIT-TIĠDID CATHERINE

FENECH Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL

Partit li jkompli jiġġedded huwa partit b’saħħtu u progressiv. Dan reġa’ seħħ fil-Partit Laburista f ’dawn il-ġranet li għaddew fil-fergħat tal-partit. Ingħata nifs frisk lill-fergħa tal-Equality Labour filwaqt li saret il-Konferenza Ġenerali fi ħdan il-Forum Żgħazagħ Laburisti fejn nawgura minn qalbi l-eżekuttiv il-ġdid li għadu kif inħatar. Ippermettuli nifraħ lil Naomi Cachia, il-President talFZL il-ġdida. Naomi kitbet l-istorja. Hija l-ewwel mara li qed tokkupa din il-kariga f ’fergħa taż-żgħazagħ ta’ partit politiku Malti. Nawgura li l-eżempju jkaxkar f ’partiti oħra u għax le, anki fi ħdan strutturi oħra fil-PL stess. Nawgura lil sieħbi Alex Saliba, il-President tal-FZL. Lil

Alex nammirah għall-passjoni u l-ħeġġa tiegħu fil-politika għax jipprattika t-twemmin politiku tiegħu mingħajr kantunieri u biża’. Grazzi Alex, u nawguralek għal aktar ħidma fi ħdan il-PL. Li tiġġedded huwa tajjeb. Imma skont xi jsarraf dan it-tiġdid. Jekk inħarsu lejn in-naħa l-oħra tal-pendlu politiku Malti għandna stampa differenti għalkollox. Il-farsa nazzjonali donnha qed tikkarga aktar b’tiġdid imqanżaħ u mhux mixtieq. Fl-għażla għallkap ġdid tal-PN diġà hemm falliment intern fejn bosta qed jesprimu xettiċiżmu fl-għażla li għandhom quddiemhom. Saħansitra hemm l-għajta għal posponiment għax il-kandidati mhumiex ta’ stoffa. Nifhem din l-iskola ta’ ħsieb fost l-attivisti Nazzjonalisti, nifhem li diġà jħarsu lejn din il-kontestazzjoni bħala waħda falluta meta tqis li kull kontestant falla fil-missjoni pubblika tiegħu dan l-aħħar jew fil-passat. U l-borma tkompli titkewwes bl-indħil, u bir-raġun, talKap tal-Partit Demokratiku li donnha tixtieq li tkun hi l-kap tal-PN. Ħeqq, id-deputati tal-

PD kienu fuq il-lista tal-PN, taħt l-istess arma u telgħu u saru parti mill-istess grupp Parlamentari. Għajtu tant flaħħar elezzjoni li m’hemmx PN imma hemm Forza Nazzjonali. Il-Kap tal-PN ta l-barka għażżwieġ bejn dawn iż-żewġ partiti. Fil-qorti ntqal li l-Onor. Farrugia kienet telgħet bħala deputata Nazzjonalista u xi darba ħallset it-tessera tal-PN għal għomorha. Erħilu li s-Segretarja Ġenerali tal-PN stqarret fl-istess qorti li l-Onor. Farrugia mhix tesserata mal-PN. X’taħwid! Saħansitra f ’laqgħa bejn dawn iż-żewġ partiti wara l-elezzjoni qablu li d-deputati tal-PD jkunu soġġetti għall-Whip tal-Oppożizzjoni, jigifieri l-whip tal-PN, ftehim li l-PD mhux lest li jonora hekk kif ftit ġranet ilu fil-Parlament l-Onor. Godfrey Farrugia qal li d-deputati tal-PD m’għandhomx whip. Tajba wkoll. Imma l-arroganza u l-opportuniżmu li jispikka bħala don dehbi kemm fi ħdan il-PN u kemm fil-PD wasslu għal dawn il-battibekki bejniethom li jnisslu tbissima forsi, imma naħseb huwa ta’ min jitħassar din is-sit-

wazzjoni li waslet fiha l-Oppozizzjoni f ’pajjiżna. Pajjiżna jixraqlu oppożizzjoni b’saħħitha imma fuq kollox serja. Dawn irnexxielhom idaħħlu l-oppozizzjoni ġo ħajt. Il-Kap tal-Oppożizzjoni, caretaker, qalilna li m’hemmx bżonn rapport tat-telfa. Mur obsor. Nibdew biex ngħidu li huwa hu l-personifikazzjoni tar-rapport tat-telfa. Biex forsi jipprova jiġbor ġieħu ma niesu reġa’ mar sal-qorti u talab inkjesta oħra. Issa fil-proċess intalab appell. Imma l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni caretaker ma ħax gost għax se jintilef il-ħin qal. Qas mal-imħallef li tela’ bix-xorti biex jisma’ dan l-appell m’għandu grazzja. Oġġezzjona wkoll. Saħansitra injora u warrab it-twiddib tal-Kamra ta’ l-Avukati. Min jitwieled tond ma jmutx kwadru. Id-deni tal-għatx għall-poter jitla’ wisq għar-ras fil-PN. Dan hu l-PN li jippretendi li jiddetta meta l-unuri li kisbu dan l-aħħar kienu li għandhom kap li għandu l-unur jgħid li hu l-ewwel kap li qatt ma sar prim ministru u l-aktar

wieħed li dabbar l-akbar tkaxkira papali elettorali fl-istorja politika Maltija. Imma xorta jippretendu li jiddettaw. Iridu li l-appell jinstema’ malajr malajr għax donnu mgħaġġel il-kap caretaker. Iridu li jagħżlu l-maġistrat huma, jibda jinstema’ l-każ meta jridu huma, jispiċċa meta jridu huma u s-sentenza taqra dak li jridu huma. Tassew kif jgħid il-Malti, wiċċhom u l-għatba tal-qorti l-istess. Nixtieq nagħlaq din l-opinjoni billi f ’isem il-Kumitat Lokali talPL ta’ Ħal Lija nawgura l-festa t-tajba lil poplu ta’ Ħal Lija hekk kif illum qegħdin jiċċelebraw il-festa ta’ Kristu Salvatur. Irrid insellem il-memorja tal-mibki ħabib tiegħi Salvu Seychell, pijunier silenzjuż fi ħdan il-Partit Laburista u ikona tal-partit ġewwa Ħal Lija. Fil-ftit snin qosra li ħdimt ma’ Salvu tgħallimt ħafna u bis-saħħa tal-pariri tiegħu llum inkompli nitħeġġeġ u nħares ’il quddiem għal aktar ħidma fi ħdan il-partit u biex inxerrdu aktar it-twemmin soċjal-demokratiku f ’pajjiżna. Għażiż Salvu, m’inti qatt minsi. Strieħ fis-sliem, ħabib.

SFIDI DWAR IL-ĠBIR U L-IMMANIĠĠJAR TAL-ISKART MARIO

FAVA President Sezzjoni Kunsilliera PL

Bla dubju ta’ xejn li l-ikbar sfida li qed u se jkun qed jaffaċċja pajjiżna fix-xhur li ġejjin, hija dik tal-ġbir u l-immaniġġjar taliskart. Din hija sfida li ilha fuq ix-xefaq ta’ pajjiżna għal dawn l-aħħar 50 sena, konna ċassi u ħsibna li s-sitwazzjoni li ninsabu fiha llum, mhi se tasal qatt. Illum għadna sitwazzjoni fejn pajjiżna qed jonfoq miljuni ta’ ewro sabiex jiġbor minn wara djarna, tunnellati ta’ skart kuljum. Servizz li għalih, ir-resident mhu jħallas xejn (sa ċertu punt). Qed ngħid dan għaliex ftit huma dawk li jirrealizzaw li parti kbira mit-taxxa tagħhom, tmur proprju biex jiġi trattat l-iskart li huma stess jarmu. Dan isir b’diversi modi, fosthom, b’investiment ta’ miljuni kbar sabiex ikollna impjanti li jkunu kapaċi jisseparaw u jittrattaw l-iskart li narmu ta’ kuljum. Miljuni oħra ta’ flus jintefqu fuq ikel li ma jiġix ikkonsmat u jispiċċa jintrema. Dan hu l-ik-

tar skart li jħammeġ u diffiċli biex jiġi trattat biex imbagħad jispiċċa fil-miżbliet tagħna. Din hija waħda mill-ikbar problemi li għandu pajjiżna; li l-miżbla nazzjonali tagħna issa kważi faret u fi żmien sena għal sena u nofs oħra, ma jkunx fadal fejn titfa’ borża waħda. Ifisser li jekk mhux se jsir pjan issa, fi żmien ftit xhur, pajjiżna se jkun qed jaffaċċja waħda mil-ikbar problemi li qatt kellu quddiemu. Naf u konvint li l-Gvern għandu pjanijiet dwar dan. Pjanijiet li rridu nammettu, se jkunu qed jitħaddmu tard minħabba n-nuqqas li kien hemm f ’dan il-qasam tul dawn l-aħħar 40 – 50 sena. Imma dan mhux biżżejjed. Biex il-pjan u l-istrateġija talGvern jaħdmu, hemm bżonn koperazzjoni minn kulħadd. Hemm bżonn li l-iskart jiġi separat fl-oriġini tiegħu. Hemm bżonn li kull qasam jew settur, ikollu l-mezzi biex jagħmel dan. Hemm bżonn li jkun hemm min jinforza u jara li dak li suppost qed isir, effettivament ikun qiegħed isir. U proprju għal dan irrid nasal. Irridu nitilqu mill-punt tat-tluq billi nammettu li f ’pajjiżna għad hawn Maltin li qajla jimpurtahom minn x’se jħallu warajhom f ’sens ambjentali għal uliedhom. Għad għadna Maltin li jinteresshom biss mill-għatba ’l ġewwa.

Dawn huma nies li l-ebda kampanja edukattiva, twila kemm hi twila, mhi se tibdilhom. Multi drastiċi biss jistgħu jwasslu sabiex jedukaw din il-faxxa ta’ nies u dan mhux isir. Dan in-nuqqas qed iwassal sabiex dawk li għandhom sens ċiviku u jagħmlu d-dover tagħhom, jibdew jirraġunaw li l-impenn tagħhom mhu jwassal għal xejn għax ħaddiehor qed jiġi jaqa’ u jqum minn kull sens ċiviku u allura għaliex għandi nkun jien biss li nagħmel is-sagrifiċċji? Min qed ibati minn dan kollu? Min qed jiġi akkużat li mhu jagħmel xejn? Min qed jiġi attakkat fil-midja soċjali li m’għandux snien ma’ nies smili? Min qed jiġi attribwit b’din ir-responsabbiltà? Ħadd ħlief il-Kunsilli Lokali, u dan mhux ġust! Hu proprju għalhekk li bħala Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali qed inressqu dokument bi proposti konkreti dwar kif din l-isfida għandha tiġi megħluba. Biex issolvi problema trid l-ewwel temmen li teżisti. Mhux biss, trid tistaqsi dwarha lil min qed iġarrabha u jgħixha kuljum. Dan trid tagħmlu għax ħadd ħliefu ma jista’ jgħidlek x’qed jikkawżaha u allura x’inhuma s-soluzzjonijiet. Jibqa’ biss imbagħad li wara li tisma’, tifhem dak li qed jiġi propost u tara li jiġi attwat. Din hi l-fażi imbgħad li jrid iwettaqha l-Gvern

tal-ġurnata. Ejja nibdew billi naraw x’ inhi s-sitwazzjoni preżenti fil-maġġoranza tal-lokalitajiet. Jekk wieħed ifettilu darba s-Sibt waranofsinhar (wara li sa sagħtejn qabel ikun għadda l-kuntrattur tal-ġbir), imur f ’lokalitajiet bħas-Swieqi, San Pawl il-Baħar, San Ġiljan, Paceville, il-Ħamrun, Tas-Sliema, Ħal Kirkop, il-Qawra, Marsaxlokk, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Marsaskala, il-Mellieħa, biex insemmi ftit, isib diġà ruxxmata boroż suwed jistennew lil kollettur sat-Tnejn filgħodu sabiex jinġabru. Dan sagħtejn biss wara li jgħaddi l-kollettur. Immaġinaw ftit wieħed x’isib il-Ħadd waranofsinhar u t-Tnejn filgħodu. Din il-problema tkompli tikber jekk Kunsill partikolari ma jiġborx il-borża s-sewda t-Tnejn għax jiġbor il-borża organika, li fiha suppost ikun hemm fdalijiet ta’ ikel u skart organiku ieħor. Dan ikun ifisser li jekk ir-resident ma jkunx issepara l-iskart tiegħu u fil-borża s-sewda jitfa’ skart organiku, din il-borża, mis-Sibt waranofsinhar tibqa’ fuq il-bankina sal-Erbgħa ta’ wara, għaliex imbgħad it-Tlieta wkoll ma tinġabarx il-borza s-sewda għax jinġabar biss l-iskart riċiklabbli. Mela immaġinaw ftit ix-xenarju li qed ikollna; boroż suwed jiġru barra mis-Sibt waranofsinhar sal-Er-

bgħa filgħodu! Dan għax uħud jiddeċiedu li jiġu jaqgħu u jqumu mill-obbligi li huma għandhom lejn il-lokalità tagħhom, lejn pajjiżhom. Dan iwassalni għal konklużjoni waħda; żmien li nedukaw għadda, spiċċa. M’hemmx x’ teduka. Kulħadd jaf li għandu jissepara. L-unika soluzzjoni hija infurzar. Il-proposti iwasslu sabiex minnhom stess wieħed jiduna minn fejn ġejja l-problema. Nibdew narawhom waħda waħda u nagħtu s-soluzzjonijiet għalihom. X’inhuma dawn il-proposti? • Separazzjoni tal-iskart fl-oriġini tiegħu - Obbligatorju • Sistema aktar faċli kif ċittadin jista’ jirrapporta xi abbuż • Multi li jitħallsu immedjatament fuq il-post • Aċċess għal Kunsilli Lokali tal-amministraturi tal-blokok – Reġistrazzjoni • Leġiżlazzjoni fuq is-sidien tal-appartamenti • Reġistrazzjoni tal-barranin li jgħixu fil-lokalità • Spot checks fuq il-kolletturi • Kamra tal-iskart f ’kumplessi ta’ iktar minn 4 appartamenti • Leġiżlazzjoni ġdida fuq id-dominju pubbliku • Ħinijiet tal-ġbir Dan l-artiklu jkompli d-darba li ġejja.


23

06.08.2017

kullhadd.com

“WARA ALLAH, JIĠI SRUGI” Imwieled fl-istess art li nisslet lis-Sinjur Ġesù Kristu minn familja Palestinjana li stabbilixxiet ruħha fl-Art Imqaddsa min-nofsinhar tas-Sirja fis-sena 1550, Simàan Srugi twieled Nazaret fil-15 ta’ April 1877. Ta’ tliet snin tilef il-ġenituri tiegħu u trabba għaldaqstant min-nanna. Kien żmien li fih il-Palestina kienu miżgħuda bi tfal orfni bħalu, iduru mat-toroq tal-bliet u l-irħula tal-pajjiż. L-Imperu Ottoman, li taħtu kien jaqa’ sa dik il-ħabta l-pajjiż, ftit li xejn kien juri interess fihom. Dik il-ħabta ġara li qassis Taljan preżenti f ’Ġerusalemm, ċertu Dun Antonio Belloni, ħabib u imitatur ta’ San Ġwann Bosco, li f ’età avvanzata ssieħeb mas-Salesjani mwaqqfa minnu fil-Palestina, fejn kien jgħallem l-Iskrittura Mqaddsa fis-Seminarju Patrijarkali ta’ Ġerusalemm, li tiegħu kien iservi wkoll ta’ direttur spiritwali, ħass li għandu jagħmel xi ħaġa biex jiġbor mit-toroq lil dawn it-tfal, li m’għandniex xi ngħidu kienu esposti għal dak kollu li jiġi għal idejhom u kienu spiss allura, jispiċċaw vittmi ta’ min ried jinqeda bihom għal skopijiet diversi. Imnebbaħ mill-istil ta’ ħajja Salesjana, Belloni, illum magħruf min-nies tal-post bħala “Abuliatama” - “missier l-orfni” - seħħlu jiftaħ diversi djar li fihom fittex li jiġbor it-tfal mit-toroq, biex hekk isibu mhux biss saqaf fuq rashom, imma jitgħallmu sew l-iskola, kif ukoll ilkatekiżmu u s-snajja’. Ta’ 11-il sena, iċ-ċkejken Simone daħal f ’waħda minn dawn id-djar tal-“Abuliatama”. Simone Srugi Is-sengħa li Simone tgħallem fid-dar li fiha daħal ġewwa Betlehem kienet dik ta’ furnar. Issa ġara fl-1891 seħħet okkażjoni li kellha tkun tassew deċiżiva f ’ħajjet iż-żagħżugħ: Dun Antonio, flimkien mas-saċerdoti kollha li kienu jgħinuh fil-ħidmiet tiegħu b’riżq l-orfni, issieħbu uffiċjalment fil-familja Salesjana ta’ Dun Bosco. Dan kien ifisser li l-istess Simone, li aktar kmieni dik is-sena wera x-xewqa tiegħu lil Dun Antonio li jibqa’ jgħix fl-orfanatrofju ta’ Beit Gemàl sabiex jgħin fit-trobbija tal-iltiema, sab ruħu huwa wkoll membru ta’ din il-familja li kulma jmur kienet qiegħda tinxtered minn pajjiż għall-ieħor. Meqjus għaldaqstant bħala aspirant Salesjan, huwa beda n-novizzjat tiegħu fl-1895 u ta’ dsatax-il sena pprofessa l-wegħdiet tiegħu. Id-dar ta’ Beit Gemàl, li sal-lum għadha mmexxi-

Kitba ta’ EMAN BONNICI

ja mis-Salesjani, tinsab fuq għolja ftit ’il barra mill-belt ta’ Beit Shemesh. Mibnija fuq quċċata ta’ għolja daqslikieku kienet xi abbazija tal-irħieb, kienet awtonoma minn kull dar jew entità oħra, fis-sens li kellha kollox tagħha: mitħna għad-dris tal-qamħ, forn, tagħmir għall-għasir taż-żejt, imħażen u fosos tal-qamħ. Il-Musulmani tal-post kienu jieħdu huma wkoll iż-żebbuġ u l-qamħ tagħhom għall-għasir u d-dris u spiss, ringieli twal miżgħudin għajjat kienu joħonqu d-dar minn ġurnata għal oħra. Iż-żagħżugħ Simone, għal 45 sena ssokta jaqdi minn jum għal ieħor, lil dawk kollha li xirfu fid-dar biex jagħsru ż-żebbuġ tagħhom u jidirsu l-qamħ. Barra minn hekk, fl-istess perjodu min jaf kemm-il ħobża ħema għat-tfal li tul dak iż-żmien kollu abitaw fid-dar, kif ukoll għas-superjuri u l-membri l-oħra tagħha u l-viżitaturi. Barra dan kien assenjat b’diversi ħidmiet oħra. Il-ġurnata kienet tibda bi Srugi janima l-meditazzjoni lis-Salesjani ħutu, imbagħad billi jiġbor it-tfal, l-ewwel għall-quddies u mbagħad fil-bitħa għat-tagħlim. Wara kien imiss il-bejgħ ta’ oġġetti differenti minn daqsxejn ta’ ħanut b’riżq l-ispejjeż tad-dar u f ’każ li jimrad xi ħadd, kien imiss lilu wkoll jassistih bħala infermier. Ma’ dan kien responsabbli wkoll kif għedna mill-forn, mid-dris u mill-għa-

sir taż-żebbuġ, mhux biss għall-membri tad-dar, imma wkoll għal dawk kollha li kienu jżuruha għal dan il-għan. Il-Gwerra l-Kbira Fis-sena 1915, l-Italja ssieħbet fil-Gwerra l-Kbira kontra l-Awstrija, il-Ġermanja u l-Imperu Ottoman. Dan wassal biex is-Salesjani Taljani preżenti fil-Palestina - allura parti mill-imperu msemmi - jiġu internati fit-23 ta’ Awwissu ta’ dik is-sena. It-tfal tal-orfanatrofji mmexxija minnhom kienu mill-banda l-oħra mibgħutin mill-awtoritajiet fi djar Musulmani. Mirbuħa mill-Ingliżi fl-1917, is-Salesjani dlonk issuktaw ħidmiethom fil-Palestina. Simone kien assenjat jieħu ħsieb il-mitħna tad-dar. Dan kien ifisser li l-ġranet tiegħu kellhom jiġu mgħoddija jaqdi wieħed wara l-ieħor, serbut ma jaqta’ xejn ta’ nies minn 50 villaġġ tal-madwar, li abbord dahar l-iġmla jew il-ħmir tagħhom, kienu jieħdu l-qamħ għaddris għall-għajxien tal-ħajja ta’ kuljum. Il-bitħa tad-dar, iffrekwentata ta’ kuljum minn tant raħħala Iżlamiċi, kienet għaldaqstant lok ta’ storbju ma jaqta’ xejn, ta’ argumenti u ta’ negozji. Huwa u jitħan, Srugi kien jitħaddet ma’ kulħadd. F’mumenti ta’ ġlied, arah joħroġ b’idejh bojod silġ biddqiq u jferraq lil min ikun qed jargumenta. Mhux darba u tnejn issogra jaqla’ xi daqqa ta’

sejf meta ndaħal bejn xi tnejn rashom sħuna naqra żżejjed. Imma wkoll jekk Musulmani, kienu jafdaw fih b’għajnejhom magħluqa. Anzi, kienu u għadhom jgħidu, meta xi ħadd jitkellem dwaru, li “wara Allah, jiġi Srugi”. Oħrajn kienu jsejħulu “Muàllem” - l-imgħallem. Dan għaliex mhux biss kien permezz tad-dris, jgħinhom fl-għajxien għall-ħajja ta’ kuljum tagħhom u ta’ nieshom, imma permezz tal-ħidmiet tiegħu ta’ infermier, assista mijiet matul is-snin permezz ta’ tant mediċini magħmula mill-ħxejjex, ingwenti u injezzjonijiet. Nies milquta mill-malarja, feriti miftuħa, vittmi ta’ inċidenti, ta’ nuqqas ta’ nutriment u tant ħwejjeġ oħra kienu jfittxu lil Srugi fil-mitħna tiegħu. Għalhekk barra l-kju ta’ dawk li kienu jitilgħu fid-dar ta’ Beit Gemàl għad-dris, kellek ieħor, miexi b’passi aktar kajman, tiela’ huwa wkoll biex ifittex l-għajnuna mingħand il-“Muàllem”. Tant kien kbir in-numru ta’ morda li kienu jżuru d-dar, xi wħud kuntenti mqar billi jaraw it-twajjeb Srugi jqiegħed idu fuq ġbin il-marid u jlissen talba minn taħt l-ilsien, li s-superjuri ħadu ħsieb jibnu daqsxejn ta’ kamra biex isservi ta’ klinika. Meta mbagħad kien ikun hemm morda li għalihom ma kienx possibbli jitilgħu fuq l-għolja biex iżuru l-klinika, Srugi kien imur iżurhom hu fi djarhom.

It-Tieni Gwerra Fl-1936, l-Għarab irribellaw kontra l-Ingliżi u dan wassal biex sa sentejn wara, id-dar ta’ Beit Gemàl ukoll tiġi affettwata mill-ġdid. Bir-ribelli Għarab suspettużi li s-superjur Salesjan tad-dar kellu kuntatt mal-Ingliżi, jum fost l-oħrajn, ħatfuh u qatluh. Issa ġara li fl-istess waqt li seħħ is-sekwestru, wieħed mir-ribelli, ferut b’tir t’arma tan-nar, ittieħed fil-klinika ta’ Srugi mir-ribelli sħabu. Soru li nzertat qiegħda tassisti lill-fratell kooperatur ħaditha magħhom iżda Srugi dlonk qalilha: “Swor, Ġesù qal: ‘Missier aħfrilhom, għax ma jafux x’inhuma jagħmlu’. Hekk ukoll jeħtieġ inġibu rwieħna aħna.” U dewwa lill-ferut. Meta l-kumplament tas-Salesjani preżenti fid-dar sfaw internati sforz tad-dħul tal-Italja fl-attività bellika, prattikament ix-xogħol kollu tagħha waqa’ fuq Srugi, li mifni mill-malarja u minn pnewmonja doppja li laqqat is-sena ta’ qabel, żgur ma kienx faċli għalih jaqdi daqstant uffiċċji. Is-sogħla u l-ażma madankollu ssuktaw iħalluh, minn ħin għal ieħor, bla nifs. Miet waħdu, fil-kamra ċkejkna tiegħu, fil-lejl ta’ bejn is-26 u s-27 ta’ Novembru 1943. Biddmugħ f ’għajnejhom, kienu l-Musulmani li ħadu ħsieb tad-difna tiegħu. Wara kollox, “Wara Allah, jiġi Srugi. Kien baħar ta’ karità!” Hekk lissnu dawk preżenti f ’dak il-mument. U ma kinux qed jesaġeraw.


24

06.08.2017

kullhadd.com

MINN PARIĠI GĦAL ISTANBUL FUQ L-ORIENT EXPRESS

MARY ISTORJA CHETCUTI MILL-

“It-tisfira tas-suffara tfisser li saru s-sitta u nofs ta’ filgħaxija u allura kulħadd sab postu fil-vaguni lussużi tal-ewwel klassi fuq it-tren għal vjaġġ storiku ta’ madwar 60 siegħa li jitlaq mill-istazzjon tal-ferrovija fil-Lvant ta’ Pariġi bid-destinazzjoni aħħarija tkun Kostantinopli (illum Istanbul) fit-Turkija; rotta twila 2,000 kilometru. Fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu nibdew noqorbu lejn ilfruntiera Franko-Ġermaniża u nagħmlu waqfa qasira fil-belt ta’ Strasburgu. Ftit wara dħalna f ’territorju Ġermaniż iżda ma nagħmlu l-ebda waqfa qabel is-sebħ meta nidħlu fl-istazzjoni ta’ Karlsruhe, l-akbar belt fl-istat ta’ Baden-Wurttemberg fin-Nofsinhar tal-Ġermanja. Wara ftit li tlaqna minn dan l-istazzjoni naslu Struttgart, il-belt kapitali ta’ dan l-istat. F’dal-istazzjon isseħħ xi ħaġa li għadna qatt ma rajna bħalha għax it-tren tagħna jitwaħħal ma’ lokomottiv ġdid fjamant jaħdem bl-elettriku – enerġija ta’ 15,000 volt elettriku alternattiv permezz ta’ wajers mgħoddija ’l fuq mit-tren. Ġejna infurmati li dil-magna innovattiva u ma tniġġisx

għandha twassalna l-Awstrija, xi 393 kilometru bogħod. Fi triqitna lejn il-fruntiera Awstrijaka nesperjenzaw xenarji tal-Foresta s-Sewda li jaqtgħulek nifsek bil-ġmiel tagħhom. Ngħaddu mill-belt ta’ Ulm u naqsmu x-xmara Danubju biex nidħlu fir-Renju tal-Bavarja. Il-waqfa li jmiss hija l-istazzjon ta’ Munich. Qbiżna Rosenheim u qed noqorbu lejn il-fruntiera Awstrijaka. Hawnhekk il-ġmiel naturali ta’ muntanji u widien ma jagħmilx għajb lil dak Bavarjan. Missejna t-Tirol Awstrijak eżattament qabel il-belt ta’ Freilassing. Kif naslu fl-istazzjoni talbelt mużikali Saliżburgu, ittren tagħna jiġi maħlul minn mal-lokomottiv elettriku u jintrabat ma’ wieħed konvenzjonali jiġifieri jaħdem bil-faħam. Sakemm issir din l-operazzjoni, uffiċjali tad-dwana qed iduru vagun vagun jivverifikaw id-dokumenti u biljetti tagħna qabel jissokta l-vjaġġ. Waqt li ninsabu mal-mejda nitpaxxew bl-ikla delizzjuża ta’ nofsinhar fil-vagun-ristorant, it-tren jasal Linz biex jagħmel waqfa qasira oħra qabel ikompli triqtu għal Vjenna, il-kapitali tal-Imperu Awstro-Un-

geriż. Sagħtejn wara diġà ninsabu ġewwa pajjiż ieħor u belt oħra; Bratislava – li għalkemm Ċeka tagħmel parti mir-Renju Unġeriż. Kif dħalna fil-kapitali Ungeriża, Budapest, laħaq dalam imma ma nistgħux ma ninnutawx li hawnhekk ixxmara Danubju aktar tixbah baħar b’kurrenti qliel li jifirdu dil-belt meraviljuża fi tnejn. Nieqfu għal madwar 20 minuta u nkomplu l-vjaġġ lejn il-fruntiera Rumena. Kmieni filgħodu ngħaddu mill-bejt ta’ Arad u naqsmu l-widien ta’ Maros. Waqt il-kolazzjon ta’ filgħodu nidħlu Kopsa Mika u nibdew telgħin qajl qajl lejn il-muntanji ta’ Transilvanja. Wasalna fil-belt ta’ Brasov u jkolli nammetti li hawnhekk ix-xenarju jikkuntrasta b’mod drammatiku ma’ dak kollu li huwa Ewropew – bdejna noqorbu lejn l-Orjent! Nagħmlu tliet waqfiet żgħar fi Predeal, Sinaja u Ploesti biex fl-aħħar wara nofsinhar nidħlu Bukaresk. Hawnhekk ninżlu mmattru ftit saqajna u b’diqa ninnutaw li l-faqar f ’dilbelt jiċċassa lura lejk kull fejn tħares. Nitilgħu lura fil-vaguni mgħammra b’sodod komdi, faċilitajiet sanitarji privati u saħansitra spazju biżżejjed għall-bagalji fejn ma jidhrux. Minn hawn inkomplu fuq ir-rotta lejn il-kosta tal-Baħar l-Iswed biex nagħmlu vjaġġ fuq bastiment tal-passiġġieri li jieħu lejl u nofstanhar

(għalkemm diġà qed jippjanaw pont biex it-tren jibqa’ għaddej) għall-aħħar waqfa tagħna fil-belt multi-kulturali li tgħaqqad il-Punent mal-Lvant - Kostantinopli fit-Turkija.” Dan li għadni kemm irrakkuntajtlek kien l-itinerarju tal-Orient Express minn meta għamlet il-vjaġġ inawgurali tagħha fit-3 ta’ Ottubru 1883; li mas-snin inbidel u drabi oħra saru waqfiet f ’Belgrad u Sofia fost bliet oħrajn. L-idea oriġinat minn Georges Nagelmackers, bin bankier Belġjan, madwar sena qabel u appena waqqaf il-Compagnie Internationale des Wagons-Lits (CIWL) beda servizz ta’ vjaġġar bit-tren komplut b’tant lussu li ġie mlaqqam it-tren tar-rejiet; u bir-raġun għax kemm renjanti kif ukoll persunaġġi famużi vvjaġġaw fuq l-Orient Express. Ma setax jonqos li nibtu kumpaniji rivali joffru l-istess servizz b’Pariġi u Kostantinopli jibqgħu d-destinazzjonijiet prominenti. Iż-żewġ gwerer kbar tas-seklu 20 issospendew temporanjament das-servizz; madankollu l-Orient Express oriġinali qatgħet Istanbul mill-itinerarju tagħha fl-1977 u temmet l-operat kollu fl-2009. Ilum għadha topera kumpanija waħda biss, il-Venice-Simplon Orient Express, li tuża l-vaguni lussużi ta’ 80 u 90 sena ilu biex iġġorr passiġġieri li lesti jħallsu madwar €3,000 (l-ikel inkluż) fuq vjaġġ nostalġiku ta’ 24 siegħa.

Kif għidt fuq l-Orient Express ivjaġġat il-krema tas-soċjetà Ewropea għalkemm praspar u stejjer strambi seħħew ukoll bħal meta r-Re Ferdinandu tal-Bulgarija qatta’ l-vjaġġ kollu maqful fil-kamra tal-banju privata tiegħu imwerwer li kien espost wisq għal attentat fuq ħajtu. Re Bulgaru ieħor li kien jiddiletta fl-inġinerija mekkanika insista li jsuq it-tren hu waqt li jkunu għaddejjin minn fuq artu; b’danakollu werwer lill-passiġġieri kollha daqs kemm saq b’veloċità qawwija. Jingħad li xibka sħiħa ta’ spjuni kienu jsibu l-Orient Express konvenjenti sabiex jaqbżu minn pajjiż għal ieħor f ’qasir żmien, mhux ta’ b’xejn minn taħt l-ilsien tlaqqmet ittren tal-ispjuni! L-aktar storja li tispikka u tlissen tbissima hija dik tal-President Franċiż eċċentriku Paul Deschanel li fil-lejl tal-24 ta’ Mejju 1920 għal raġuni mhux magħrufa għeleb minn fuq l-Orient Express għal isfel wara li kien ħa pilloli tal-irqad u spiċċa jdur u jagħqad. Liebes b’piġama biss wasal ħdejn stazzjoni tal-ferrovija viċin raħal zgħir fejn sab uffiċjal qed jagħmel ir-ronda ta’ billejl. Deschanel spjegalu li hu kien il-President ta’ Franza u ried jitla’ lura fuq l-Orient Express. Dan tal-aħħar ma emmnux u pront wieġbu: “Jiena Napuljun Bonaparte u ħriġt nagħmel passiġġata!” Ftit żmien wara dal-inċident Paul Deschanel irreżenja.


25

06.08.2017

kullhadd.com

reċensjoni tal-

KTIEB

ANNA TAL-ESSENI Anna tal-Esseni hija l-omm li welldet wild straordinarju għax minn dan l-istess wild twieled il-Messija. Għalkemm miljuni ta’ kattoliċi jħarsu lejn din l-omm bħala n-nanna ta’ Ġesù u jiċċelebrawha, ftit huma dawk li jafu dwarha. Biex wieħed isir jaf fuq Sant’Anna jrid jara l-ħajja tagħha fi ħdan l-Esseni, mhux biss, iżda jsegwi dak li qalu fuqha qaddisin kbar u Dutturi tal-Knisja. Meta l-Verġni Mbierka Marija bdiet titqies bħala Medjatriċi, l-irwol ta’ Sant’Anna bħala omm il-Medjatriċi sar iktar sensittiv fid-drama tal-Inkarnazzjoni. Minn ġuf Sant’Anna, il-Verġni Marija kienet protetta mill-Ispirtu s-Santu, b’hekk bil-patt il-ġdid Marija saret il-Ministru tar-Rikonċiljazzjoni. Hekk Anna kellha sa minn ġo ġufha l-Qdusija tar-Rikonċiljazzjoni. Bla dubju r-rigal ta’ Alla lill-bnedmin kien il-wild li Hu stess ta lil Anna, imwielda biex tipprepara t-triq tas-salvazzjoni tal-bniedem. Dan il-wild kien wild prezzjuż għax kien l-iktar wild qaddis qrib Alla. Għalkemm il-ħajja qaddisa ta’ Ġwakkin u Anna hija misteru moħbi fl-istorja, għaliex ma nafux fid-dettall l-avvenimenti bil-preċiż kif ġraw madwarhom, fiż-żgur nafu li huma bħala ġenituri ta’ Marija kienu fdati minn Alla biex jipproteġu din il-ġawhra rregalata lilhom. San Damaxxen jiddeskrivi lil dawn il-ġenituri b’dan il-mod: “Kbar u glorjużi Patrijarki San Ġwakkin u Sant’Anna, għax intom bħala l-magħżula qaddisa ta’ Alla ħejjejtu t-triq tal-Misteri ta’ Alla u b’hekk id-dinja permezz ta’ bintkom il-Verġni Mbierka ġabet il-Feddej tal-umanità. B’dan l-att tagħkom intom fost l-aqwa fir-renju ta’ Alla ma’ bintkom Marija u iben Alla l-ħaj.”

SILTA MILL-KTIEB L-istorja tagħna ddur ma’ dik magħrufa bħala omm il-Verġni Mbierka, il-qaddisa li l-isem tagħha huwa Anna, li ġej mill-kelma Hen li bil-Lhudi tissejjaħ Hanna, li tfisser Grazzja. Mil-letteratura tal-kittieba għorrief insibu li din l-omm mimlija bil-grazzja kellha twelled tifla li aktar tard minnha kellu jitwieled il-Feddej tad-dinja. Il-Protovanġelu ta’ Ġakbu tista’ tgħid li huwa l-ewwel dokument li jfornina bit-tagħrif dwar il-ġenituri ta’ Marija, u din il-kitba, kif

għedna, teħodna lura sat-tieni seklu tal-kristjaneżmu. Il-Knisja, għalkemm ma daħħlitx dan ittagħrif fil-Kanoni tagħha ħadet ħafna ġid minnu. Meta fis-seklu sitta reġa’ feġġ dan id-dokument, il-Knisja kellha l-kotba liturġiċi tagħha kif ukoll partijiet kbar minn omeliji tas-Santi Padri, li kienu jirrigwardaw innijiet ibbażati fuq storja. F’dawk iż-żminijiet wieħed kellu wkoll stampa ċara meħuda mill-ikoni li kienu jkunu qed jagħtu stampa reali minn stejjer partkolari. Mistoqsija: Liema huwa l-ewwel dokument li jfornina bit-tagħrif dwar il-ġenituri ta’ Marija?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb ANNA TAL-ESSENI. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 13 ta’ Awwissu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb ROKIT huwa: J.GALEA - Il-Mosta

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

01

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

X’jisimha l-miżura mħabbra iktar kmieni din il-ġimgħa bil-għan li l-pensjonanti jdaħħlu xi ħaġa iktar? It-tweġiba:

Ir-Rebbieħ: F.VELLA - il-Mosta

Isem:

Indirizz:

Numru tat-telefown:


26

06.08.2017

kullhadd.com

TINGĦATA ĦAJJA ĠDIDA LIT-TORRI L-ABJAD Min iħobb l-istorja ta’ Malta ser ikollu ġawhra oħra x’jesplora hekk kif inbeda x-xogħol ta’ restawr u riabilitazzjoni fuq it-Torri l-Abjad (White Tower) fl-Aħrax tal-Mellieħa. Il-Fondazzjoni HSBC Malta u Din l-Art Ħelwa organizzaw ċerimonja fis-sit, fil-preżenza tas-Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa John Buttigieg, biex jingħata bidu għall-proġett ta’ tliet snin. Oriġinarjament it-torri inbena fl-1658 u kien modifikat matul il-perjodu tal-Kavallieri madwar l-1716. It-torri ikoniku qed ikun riabilitat bħal parti mill-proġett ta’ Din l-Art Ħelwa biex ikun restawrat issit kollu. Dan jinkludi l-fortifikazzjoni bil-batterija tal-artillerija u l-foss. Il-proġett jinkludi wkoll it-tlestija ta’ dormitorji u faċilitajiet oħra, kif ukoll ċentru tal-viżitaturi u faċilitajiet edukattivi. Il-Fondazzjoni HSBC Malta qed tiffinanzja r-restawr, il-konservazzjoni u r-riabilitazzjoni tat-Torri kif ukoll il-fortifika-

zzjoni ta’ barra. Meta r-restawr jitlesta, it-torri mistenni jipprovdi faċilitajiet edukattivi u jgħolli l-valur storiku, kulturali u ambjentali tas-sit u l-inħawi tal-madwar għall-istudenti tal-livelli kollha. Il-Kap Eżekuttiv ta’ HSBC Malta Andrew Beane qal: “It-Torri l-Abjad jirrappreżenta ġawhra oħra ta’ storja, arkitettura u kultura f ’Malta. L-appoġġ tal-Fondazzjoni ta’ HSBC Malta għal dan il-proġett hu konformi mal-miri tagħna favur l-ambjent, l-edukazzjoni u l-wirt storiku.” “Din l-Art Ħelwa hi grata lejn il-Fondazzjoni HSBC Malta, li emmnet f ’dan il-proġett, u fil-viżjoni tagħna li noħolqu ċentru fejn il-viżitaturi jiskopru mhux biss dan is-sit storiku, iżda wkoll jitgħallmu dwar l-ambjent naturali tal-inħawi. Qed nippjanaw li nipprovdu wkoll faċilitajiet fejn gruppi jkunu jistgħu jorqdu lejl biex b’hekk jingħata servizz li bħalissa hawn tant bżonnu,” qalet il-President Eżekuttiv ta’ Din l-Art Ħelwa, Maria Grazia Cassar.

EL CAMINO CHALLENGE Din is-sena 68 partecipant ħadu sehem fil-pellegrinaġġ ta’ Santiago magħruf bħala l-Camino de Santiago fi Spanja. Dan ġie organizzat mill-grupp Camini...amo. Il-pellegrini kellhom jimxu madwar 30 kilometru kuljum sa ma jaslu sal-Katidral ta’ Santiago de Compostela u Finisterra. Il-pellegrini mxew total ta’ 240km fi tmint

ijiem. Qabel din l-avventura l-parteċipanti ddedikaw l-ħin tagħhom jgħinu lil ħaddieħor u joffru għajnuna fil-komunitá. Numru ta’ attivitajiet ġew organizzati fejn flimkien qasmu esperjenzi pożittivi. Camini... amo u l-pellegrini ġabru wkoll is-somma ta €6,000 għar-RISE Foundation bħala parti mill-El Camino Challenge 2017.

AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ

XOGĦOL U MANUTENZJONI

Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ malħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għallilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ arloġġ. Ittiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www.expresswatchrepairs. com jew irrikorru 110, Triq il-Kungress Ewkaristiku, ilMosta. Ċempel 2141 7235.

Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, membrane, katusi u gypsum boards ċempel 7928 5444. Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason fuq in-numru 2143 2352 jew 9947 7167. AVVIŻI KULTURALI

mfakkar tul is-sena 2018. Dan il-logo għandu jkun preżentat f ’format diġitali 300 DPI Resolution u għandu jinkorpora l-kliem “Sezzjoni Żgħażagħ Madonna talĠilju Mqabba” u n-numru 25 b’użu ta’ kuluri adekwati. Il-Kumitat għandu kull dritt jaċċetta jew ma jaċċettax iddisinn sottomess jew li jsejjaħ lill-artist/a għal spjegar jew tibdil neċessarju. Il-logos għandhom jiġu sottomessi sa mhux aktar tard mill-Ħamis 31 t’Awwissu 2017 u l-għażla finali ssir minn ġurija t’esperti maħtura mill-istess Kumitat. Jingħata l-premju ta’ €100 lill-artist/a tal-Logo rebbieħ. Aktar informazzjoni tinkiseb fuq 77406720 u 79685091 jew fuq is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com.

Il-Kumitat Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser iniedi kompetizzjoni biex jiġi fformulat Logo uffiċjali li jfakkar il-25 sena mit-twaqqif tas-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna talĠilju, anniversarju li ser jiġi Ġita

oħra

għal

mill-Ħbieb tal-Gћaqda Soċjo-Mużikali Anici bilkollaborazzjoni ta’ Micallef Joe Travel nhar is-Sibt 16 ta’ Settembru 2017 bi prezz speċjali. Ser inżuru, s-suq ta’ Catania, ikla buffett, Taormina u wara mmorru ċentru kummerċjali b’150 ħanut tadditta mqassam fuq żewġ sulari Auchan Porte di Catania. Aktar dettalji, programm u booking, tista’ ċċempel lil John M. Spiteri fuq 79702874. Il-booking jista jsir sal-5 ta’ Settembru, 2017. Tħallux aktar żmien u ċemplu issa. Narawkom.

Il-Kumitat Amministrattiv fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser jorganizza s-Seduta Ġenerali ta’ Nofs is-Sena nhar il-Ħadd 13 t’ Awwissu, 2017 ġewwa l-Każin tas-Soċjetà, filSqallija Pjazza ewlenija tal-Imqabba

mill-10:00am il-quddiem. Is-seduta se tikkonsisti minn rapporti amministrattivi u finanzjarji mħejjija mid-diversi fergħat tas-Soċjetà. Ser ikun hemm ukoll ħin allokat għal diskussjoni li tittratta l-Festa tal-Madonna tal-Ġilju li ser tiġi ċċelebrata nhar il-Ħadd 24 ta’ Settembru, 2017 kif ukoll il-proġetti varji li s-Soċjetà qiegħda preżentament tagħmel, fosthom il-proġett tar-rikostruzzjoni tas-sede talKażin, flimkien mal-attivitajiet futuri tas-Soċjetà. Is-Soċi, Partitarji u Ammiraturi tasSoċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju huma mħeġġa jattendu bi ħġarhom għal din il-laqgħa hekk importanti u jagħtu l-veduti tagħhom dwar dak kollu diskuss. Aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċjali tasSoċjetà Mużikali Madonna talĠilju www.talgilju.com.


27

06.08.2017

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

E.MIZZI - il-Gżira

TISLIBA 186

Mimdudin:

Bi 3 Numri 021 026 189 296 334 435 437 548 572 655 725 818 832 835 870 B’4 Numri 0473

0759 0907 1238 2082 2767 3024 3081 3231 3507 3645 4276 4283 4769 5259 5265 6453 6590 6633 7332 7415 7628

7756 7837 8188 8210 8253 8275 8551 8613 8694 8840 9293 9485 9878 9937 B’5 Numri 08968 09340 11784 20752

32567 38880 43673 45363 48525 55353 59396 61747 65453 68317 71873 78596 80945 82657 83068 83748 83888 87300 90457 93096 94315

B’6 Numri 295158 472597 493382

519050 531605 545553 634203 959250

IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA

23. 24.

Ara 5 Hekk jagħmlu t-tiġieġ (5)

1. Kompli l-qawl: Bil- pont tas-sahra ................... (5) Weqfin: 4. Dan jispara l-vleġeġ (4) 1. Jintlibes fir-riġlejn (6) 7,14. Premji? (8) 2. Ġnien (3) 9,11. Tal-linja jagħmlu 3,6. Nadif (6) ħafna minnhom (5) 5,23. Qed jikser ir-regoli (7) 10. Gerfex (6) 6. Ara 3 12. Ħadd ma daħal 8. Taħt l-art dawn (9) xogħol! (6) 11. Ara 9 16,21w. Nirranġaw (6) 12,19. Raqqa’ (5) 18. Ir-Renju Unit bl- 13,22. Fil-kampanja (6) Ingliż!! (1,1) 14. Ara 7 19. Ara 12 wieqfa 15. Jissemma fil-kredu (6) 20. Ipoġġu l-irjali fuqhom 17. Hekk għamel meta (5) fittex (3) 21. Tim tal-Premier Ingliż 21. Ara 16 (1,1,1) 22. Ara 13 SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin:

Weqfin:

1.Ħabba, 4.Ħabs, 7,19.Kċina, 10.Kennel, 12.Festun, 16.SLO, 18,24.Sunnara, 20.Karus, 21.Blu

1.Ħallas, 2,21 wieqfa. Bambin, 3,22.Akkuża, 5.Ann, 6,9.Sellem, 8.Ċenturjun, 11,23. Sensar, 12,13.Fossa, 14.Nisfia, 15.Panama, 17.Lol


28

06.08.2017

kullhadd.com

KIF WISSEJNA! EDITORJAL

Immaġinaw x’kien jiġri kieku l-’Forza Nazzjonali’ rebħet l-aħħar elezzjoni b’maġġoranza ta’ siġġu wieħed!

Tul il-kampanja elettorali li għaddiet, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat kien ta’ spiss jagħmel mistoqsija lill-elettorat: Lil min tridu jmexxi lil pajjiżna, lill-Partit Laburista bir-riżultati tant pożittivi li nkisbu f ’dawn l-aħħar erba’ snin, jew lil dik li qiegħda ssejjaħ lilha nnifisha Forza Nazzjonali, imma li fil-verità mhi xejn għajr koalizzjoni ta’ konfużjoni? Illum, qegħdin naraw kemm Joseph Muscat kellu raġun. Anzi ngħidu li qegħdin naraw li, kif jgħid il-Malti, Joseph Muscat kellu raġun biex ibigħ. Għax qiegħed jirriżulta bl-aktar mod ċar li kienet biss koalizzjoni ta’ konvenjenza bla ebda ftehim jew pjan ta’ kif din il-koalizzjoni kienet se taħdem fil-futur. Tant hu hekk li l-konfużjoni qiegħda tirriżulta, minkejja li l-‘Forza Nazzjonali’ spiċċat fl-Oppożizzjoni, ovvjament għaliex il-maġġoranza tal-Maltin u l-Għawdxin, xahrejn ilu, għażlu lill-Partit Laburista. Għandna lil Marlene Farrugia, Kap tal-Partit Demokratiku, li trid tindaħal kif għandha ssir

l-għażla tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, u allura Kap tal-Oppożizzjoni bl-eventwalità li xi darba wkoll ikun prim ministru. Qiegħda tindaħal bil-kbir. Trid li jieqaf il-proċess li qiegħed jitmexxa skont l-istatut tal-Partit Nazzjonalista. U tafu għaliex? Għas-sempliċi raġuni li l-erba’ kontestanti għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, jiġifieri Frank Portelli, Chris Said, Adrian Delia u Alex Perici Calascione, huma ‘non-starters’. Fi ftit kliem, għal Marlene Farrugia, l-erba’ kontestanti huma ċwieċ fil-politika. Mhux bħalha. Għax hi kapaċissima. Tant tqis lilha nnifisha bħala kapaċi ferm aktar mill-erba’ kontestanti, anzi kapaċi aktar minn kulħadd fil-Partit Nazzjonalista, li jidher ċar li l-għan tat-talbiet tagħha huwa li eventwalment tkun hi li tieħu t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. Immaġinaw x’kien jiġri kieku l-‘Forza Nazzjonali’ rebħet l-aħħar elezzjoni b’maġġoranza ta’ siġġu wieħed! Forsi jkun hawn min jirraġuna, li s-sitwazzjoni kienet tkun differenti, għax ma kienx ikun

hemm ir-riżenja ta’ Simon Busuttil minn Kap tal-Partit. Anzi bil-kuntrarju, Simon Busuttil kien ikun prim ministru. Ovvjament, Simon Busuttil kien jagħżel lil Chris Said, li skont Marlene Farrugia huwa ‘non starter’, bħala membru tal-kabinett, u ma jagħżilx lilha u/jew lill-partner tagħha, Godfrey Farrugia. M’hemmx l-iċken dubju li l-mistoqsija li kien jagħmel Joseph Muscat kienet mistoqsija validissima, għax kieku r-riżultat kien il-kontra, kieku pajjiżna kien jerġa’ jsib ruħu fi krizi politika enormi, bil-konsegwenzi li tali kriżi ġġib magħha. Dan m’aħniex ngħiduh aħna biss. Qegħdin jgħiduh, anke jekk mhux bi kliem daqshekk ċar, l-erba’ kontestanti għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. L-erba’ li huma qegħdin jgħidu li jridu jaraw kemm kien għaqli li Simon Busuttil, minn wara dahar kulħadd, għamel ftehim ma’ Marlene Farrugia. Qegħdin jgħidu li jridu jirrevedu l-istess ftehim, jekk fil-verità, hemm xi ħaġa bil-miktub. Biex ma ngħidux li qegħdin jgħidu li lil

Marlene Farrugia jibagħtuha tixxejjer għax kien żball kbir min-naħa ta’ Simon Busuttil li ħolom b’din il-‘Forza Nazzjonali’, biex mingħalih jippreżenta alternattiva għall-moviment li kien irnexxielu jwaqqaf Joseph Muscat sa erba’ snin ilu. Imma ejja ngħiduha kif inhi. Il-konfużjoni fil-Partit Nazzjonalista, mhux Marlene Farrugia biss qiegħda toħloqha. Tant hemm konfużjoni li l-istess partit, b’xi mod jew ieħor, kellu jwieġeb pubblikament dwar dak li qiegħed jgħid Frank Portelli, fost oħrajn dwar l-immigranti, kif kellu jwieġeb ukoll pubblikament għal dak li qal Adrian Delia dwar il-wegħda tal-Partit Nazzjonalista li jnaqqas it-taxxa tad-dħul għal dawk li jaħdmu għal rashom, għal 10%. Il-konfużjoni hija riżultat ta’ partit li qiegħed jegħreq u allura jipprova jaqbad ma’ kull tibna. Qiegħed jegħreq għax għadu maħkum mill-arroganza u għax m’għandux alternattiva għat-tmexxija ta’ Joseph Muscat, tmexxija li qiegħda dejjem twassalna għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.