www.kullhadd.com Il-Ħadd, 30 ta’ April, 2017
AZZOPARDI BI PRESSJONI DWAR IR-RUSSA •WARA D-DOKUMENTI FOLOZ, ISSA PERSUNA AKKUŻATA BI FRODI Mara li kienet deskritta bħala ‘whistleblower’ u li marret tixhed quddiem l-inkjesta li talab il-Prim Ministru qajmet paniku fil-Partit Nazzjonalista. Dan għax wara li l-Partit Nazzjonalista ħareġ jirkeb fuq il-karru ta’ Daphne Caruana Galizia li kkwotat lilha, beda jirriżulta b’mod ċar il-passat ta’ din il-mara. Fost oħrajn b’rapporti minn mezzi tax-xandir differenti. Minn tagħrif li għandha l-gazzetta KullĦadd jirriżulta li x-shadow minister Nazzjonalista Jason Azzopardi għamel telefonati sabiex jagħmel pressjoni bil-għan li ma tibqax ħierġa informazzjoni. Għalkemm meta mistoqsi dwar dan, Azzopardi ċaħad. Tkompli paġna 6
IT-TIFLA LI ‘GĦAMLET’ L-ARJA NADIFA Ara paġni 14 u 15
INVESTIGAZZJONI TAL-KULLĦADD
IL-PN B’IKTAR FRODI
Ħarġa Nru 1,242 Prezz €1
• JIEĦDU FLEJJES KBAR KONTRA R-REGOLI TAL-PARLAMENT EWROPEW • NIŻVELAW SKEMA OĦRA ILLEGALI TA’ FINANZJAMENT MILL-PN
Investigazzjoni esklussiva tal-gazzetta KullĦadd tiżvela kif skema mħaddma mill-Partit Nazzjonalista tuża flus tal-Parlament Ewropew biex ikunu ffinanzjati ħtiġijiet tal-Partit Nazzjonalista. Dan isir bi ksur sfaċċat tar-regolamenti tal-istess istituzzjoni. L-ewwel parti tal-investigazzjoni tal-KullĦadd tesponi kif dan huwa każ mill-aktar serju u ta’ nuqqas ta’ trasparenza. Każ li jsegwi dak tal-invoices foloz u li mhux l-aħħar wieħed. Aktar dettalji f’paġni 4 u 5.
02
30.04.2017
kullhadd.com
Editur ALEANDER BALZAN
L-Ogħla Temperatura: 21°C L-Inqas Temperatura: 13°C L-Indiċi UV: 7 Is-Sitwazzjoni ġenerali: Firxa ta’ pressjoni għolja testendi minn fuq l-Atlantiku sa fuq iċ-Ċentru tal-Mediterran. Temp: Xemxi. Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mill-Majjistral li jsir moderat għal ftit qawwi. Il-Viżibbiltà: Tajba. Il-Baħar: Moderat għal qawwi li jsir moderat. L-Imbatt: Baxx mill-Majjistral li jsir mill-Grigal. It-Temperatura tal-Baħar: 17°C
email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572
Disinn tal-Paġni LEANNE GRECH tel: (+356) 2568 2571
Kuntatt Ġenerali KullĦadd
It-Tnejn
email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
It-Tlieta
L-Erbgħa
Indirizz Postali KullĦadd
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
20°C
UV 8
14°C
Il-Ħamis
20°C
UV 8
15°C
20°C
Il-Ġimgħa
UV 8
14°C
Is-Sibt
Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
20°C
UV 8
14°C
21°C
UV 9
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
20/21, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21246051 Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21221512 Stampat Fatima Pharmacy, 82, Triq il-Ferrovija, Santa Venera – 21482856 Progress Press St. Paul’s, Triq Brared, Birkirkara – 21442135 Regal Pharmacy, 39B, Triq Antonio Bosio, L-Imsida – 21313115 Numri Importanti Mensija Pharmacy, 92, Triq il-Mensija, Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza San Ġwann – 21373275 112 Brown’s Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Tas-Sliema – 21313233 Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Il-Pulizija ta’ Malta Ħal Balzan – 21444035 2122 4001-9 Victory Pharmacy, 16, Pjazza il-Vitorja, In-Naxxar – 21412454 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Brown’s Village Pharmacy, Triq il-Kbira, 2393 0000 Il-Mellieħa – 21523536 Brown’s Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21821642 Il-Gwardjani Lokali Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, 2132 0202 Bormla – 21824720 Polymer, Triq ix-Xgħajra, L-Isptar ta’ Malta Ħaż-Żabbar – 21676263 Pompei Pharmacy, Xatt is-Sajjieda, 2545 0000 Marsaxlokk – 21651278 St. Andrew’s Pharmacy, 51, Triq Dun Pawl, L-Isptar ta’ Għawdex Ħal Luqa – 21820795 2156 1600 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 21467459 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat Malta – 21455479 5004 3888 Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Victoria Għawdex – 21566170 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku Tony’s Pharmacy, “Egret Court”, Triq il-Wied, 1182 Marsalforn Għawdex – 21563617
15°C
23°C
UV 9
16°C
SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU GĦADA L-1 TA’ MEJJU 20/21, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21246051 Trinity Pharmacy, 32 Triq il-Marsa, Il-Marsa – 21235595 St. George’s Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Ħal Qormi – 21443045 Mackie’s Pharmacy, Triq L. Casolani, Ta’ Paris, Birkirkara – 21496089 O’Hea Pharmacy, 128, Triq Manoel, Il-Gżira – 21330268 Mensija Pharmacy, 92-94, Triq il-Mensija, San Ġwann – 21373275 Remedies Pharmacy, 133, Triq Rudolfu, Tas-Sliema – 21344722 Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Ħal Balzan – 21445741 Sta. Margherita Pharmacy, Vjal il-Qalbiena Mostin, Santa Margherita Estate, Il-Mosta – 21416426 Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar – 21571764 Maddalena Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija – 21677037 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu – 21807529 St. Anne Pharmacy, Triq il-Qaliet, Marsaskala – 21637615 Brittania Pharmacy, 5 Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa – 21658622 Bronja Pharmacy, Sonata, Triq il-Bronja, Iż-Żurrieq – 21682251 Spiżerija Ħal Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Ħaż-Żebbuġ – 21461693 St. Anthony Pharmacy, 18 Triq il-Kbira, Ir-Rabat Malta – 21454187 Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Victoria Għawdex – 21557819 St. John Pharmacy, 85, Triq l-Indipendenza, Ix-Xewkija Għawdex – 21563052
03
30.04.2017
kullhadd.com
ERĠAJNA! FL-EWROPA JIŻDIED IL-PREZZ U F’MALTA JIBQA’ STABBLI B’kuntrast tul l-amministrazzjoni preċedenti, il-petrol kien għola b’36% u d-diesel b’35% f’pajjiżna, meta li fl-UE tul l-istess żmien, iż-żieda kienet ta’ 21% fil-petrol u ta’ 17% fid-diesel Għal darb’oħra l-prezz talfuel f ’Malta baqa’ stabbli u taħt il-medja Ewropea filwaqt li żdied fil-maġġoranza talpajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Tikkonferma dan statistika tal-Kummissjoni Ewropea li tikkonferma li fl-aħħar xahar il-prezz medju tal-petrol flUnjoni Ewropea żdied bi tliet ċenteżmi u minn €1.36 kull litru sar €1.39. Żdied ukoll b’żewġ ċenteżmi u nofs il-prezz tad-diesel li minn €1.215 tela’ għal €1.24. Filwaqt li kien hemm dawn iż-żidiet fl-Unjoni Ewropea, il-prezz f ’Malta baqa’ stabbli
b’€1.31 il-petrol u €1.18 id-diesel. B’hekk il-prezz tal-petrol f ’pajjiżna ilu taħt il-prezz medju tal-Unjoni Ewropea għal kważi sena sħiħa. Filfatt, l-istatistika Ewropea tindika li għajr għall-ewwel nofs ta’ Awwissu li għadda, il-prezz tal-petrol f ’Malta ilu taħt il-prezz medju madwar l-Unjoni Ewropea millġimgħa tat-18 t’April 2016. Fejn jidħol il-prezz tad-diesel, pajjiżna ilu bi prezz anqas mill-medja Ewropea millbidu ta’ Ottubru li għadda, jew aktar minn seba’ xhur.
MINN MARZU 2013 • ROĦS FIL-PETROL: €0.20ċ • ROĦS FID-DIESEL: €0.22ċ • IKTAR MINN KEMM RAĦAS FL-UE
Skont il-Kummissjoni Ewropea bħalissa hemm 14il pajjiz fl-Unjoni Ewropea bi prezz tal-petrol ogħla minn Malta. Il-prezz tal-petrol f ’pajjiżna huwa orħos minn dak imħallas minn 356 miljun Ewropew, jew 7 minn kull 10 Ewropej. Id-diesel huwa orħos minn 14-il pajjiż b’popolazzjoni ta’ 351 miljun, jew 7 minn kull 10 Ewropej. Il-prezz tal-petrol fl-Unjoni Ewropea jlaħħaq €1.39, 8ċ ogħla minn Malta, mentri d-diesel huwa €1.24, 6ċ aktar minn pajjiżna. L-ogħla prezz tal-petrol huwa €1.60 fl-Olanda, jew 29ċ ogħla minn Malta, mentri l-ogħla prezz tad-diesel huwa €1.44 fl-Iżvezja, jew 26ċ ogħla. Fil-fatt fi 8 minn kull 10 ġimgħat f ’din l-amministrazzjoni, il-prezz tal-petrol f ’Malta kien orħos mill-medja Ewropea. Fejn jidħol il-prezz tad-diesel, f ’Malta l-prezzijiet kienu taħt il-medja Ewropea f ’6 minn kull 10 ġimgħat tul din l-amministrazzjoni.
IL-FATTI DWAR IL-FUEL •REĠA’ ŻDIED FL-EWROPA U F’MALTA LE •PETROL MEDJU FL-UE: €0.08ċ OGĦLA MINN MALTA •DIESEL MEDJU FL-UE: €0.06ċ OGĦLA MINN MALTA L-istatistika tal-Kummissjoni tindika li mill-ewwel xahar sħiħ ta’ din l-amministrazzjoni l-petrol raħas b’20ċ u d-diesel raħas 22ċ f ’pajjizna. L-istess statistika tindika li minn April 2013 kien hemm tnaqqis ta’ 18ċ fil-petrol u 18ċ fid-diesel fl-Unjoni Ewropea, jew ferm anqas mir-roħs f ’Malta. B’kuntrast tul l-amministrazzjoni preċedenti, il-petrol kien għola b’36% u d-diesel b’35% f ’pajjiżna, meta li fl-UE tul l-istess żmien iż-żieda kienet ta’ 21% fil-petrol u ta’ 17% fid-diesel.
Filwaqt li l-Gvern preżenti raħħas il-prezzijiet tal-fuel aktar milli seħħ fl-Unjoni Ewropea, dak ta’ qabel kien impona żieda kważi doppja ta’ dik fl-Ewropa. Dan juri biċ-ċar li l-politika enerġetika tal-Kap tal-Oppożizzjoni – li l-prezzijiet f ’pajjiżna joqogħdu jixxejru mal-prezz internazzjonali – kienet twassal għal instabbiltà u piżijiet akbar għall-familji tagħna. Minkejja l-ostakli kollha tal-Oppożizzjoni, din l-amministrazzjoni baqgħet kommessa li tnaqqas il-pizijiet fuq il-familji tagħna.
04
30.04.2017
kullhadd.com
IL-PN BI SKEMA OĦRA TA’ FINANZJAMENT BIT-TBAŻWIR Il-Partit Nazzjonalista qed iħaddem skema oħra ta’ finanzjament illegali u din id-darba qed jiffroda lill-istituzzjonijiet Ewropej. Investigazzjoni esklussiva tal-gazzetta KullĦadd, li llum qed niżvelaw biss parti minnha, tikxef kif il-membri Parlamentari Ewropej qegħdin jużaw spazji fid-Dar Ċentrali u jħallsu għalihom minn flus li l-Parlament Ewropew jgħaddilhom għal għanijiet oħra. Il-Partit Nazzjonalista għandu tliet membri tal-Parlament Ewropew li biex iħaddmu din l-iskema qed jużaw parti mill-€4,299 li għandhom fix-xahar biex suppost jamministraw uffiċċju fil-kostitwenza. B’hekk il-Partit Nazzjonalista ta’ Simon Busuttil qed idaħħal kemxa tajba. Kemxa tajba li qed issir bi frodi bla preċedent minn partit politiku Malti. Għax din hi xi ħaġa li l-partiti politiċi ma jistgħux jagħmlu b’fondi tal-Parlament Ewropew u meta nqabdet tiġri minn membri parlamentari Ewropej f ’pajjiżi oħra, ittieħdu passi drastiċi. Saħansitra kienet involuta l-pulizija u ħarġet il-kundanna ta’ istituzzjonijiet internazzjonali fosthom Transparency International. Iżda, kif qed taħdem l-iskema ta’ frodi tal-Partit Nazzjonalista? Bħala parti mill-iskema mħaddma bl-approvazzjoni ta’ Simon Busuttil, David Casa, Therese Commodini Cachia u Roberta Metsola, m’għandhomx uffiċini fil-lokalitajiet. Iżda, huma kkonċentrati għalkollox fid-Dar Ċentrali. B’hekk il-ħaddiema tagħhom f ’Malta jirrapportaw għax-xogħol f ’Tal-Pietà. Bħala parti mill-iskema mħaddma, li l-KullĦadd għandha dettalji preċiżi tagħha, il-Partit Nazzjonalista jdaħħal eluf kbar ta’ fondi Ewropej kull sena li juża għal skopijiet speċifiċi. Nafu biċ-ċert li l-fondi għal dawn l-uffiċini qed jittieħdu minn dawk li jissejħu General Expenditure Allowance. Flus sostanzjali maħsuba li membri parlamentari Ewropej għandhom jużaw biex imexxu uffiċċju bħal kirjiet, kontijiet tad-dawl u stationery fost oħrajn. Ir-regoli tal-Parlament Ewropew dwar il-General Expenditure Allowance jgħidu b’mod ċar li japplikaw artiklu sebgħa u tmienja li jirregolaw il-partiti politiċi.
Meta nqabdet tiġri minn membri parlamentari f’pajjiżi oħra, ittieħdu passi drastiċi
B’mod ċar ħafna artiklu sebgħa ta’ wieħed mid-dokumenti li jirregolaw dawn il-flejjes jgħid: “Il-finanzjament tal-partiti politiċi f ’livell Ewropew mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u minn kull sors ieħor ma jistax jintuża biex jiffinanzja b’mod dirett jew indirett il-finanzjament ta’ partiti politiċi oħra b’mod partikolari partiti politiċi nazzjonali, li għandhom ikunu gvernati minn regoli nazzjonali,” jgħidu b’mod ċar ir-regoli. Iżda, dan mhux iżolat. Hemm ukoll artiklu tmienja tal-istess dokument. Dan jgħid li l-flus li jaslu millbaġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għandhom jintużaw biss għall-ispiża skont kif stabbilit mir-regoli Ewropej. Dawn mhumiex l-uniċi regoli stretti dwar dan. Artiklu 62 tal-istatut tal-membri tal-Parlament Ewropew jgħid b’mod ċar li l-ebda fondi minn tal-membri m’għandhom jintużaw għal donazzjonijiet ta’ natura politika u grupp fuq livell nazzjonali jew Ewropew. Din l-investigazzjoni hija mifruxa iktar minn hekk u l-gazzetta KullĦadd għandha f ’idha dokumenti li jikkonfermaw il-ksur ta’ regoli ċari tal-Parlament Ewropew. Bħalma għandna konfermi ċari wkoll ta’ kif jirrapportaw għax-xogħol fid-Dar Ċentrali l-ħaddiema talMEPs.
05
30.04.2017
kullhadd.com
In accordance with Article 7, these appropriations shall not be used for the direct or indirect funding of national political parties or candidates.
may not be used to cover personal expenses of to fund grants or donations of a political nature.
may not be used for the direct or indirect funding of other political parties and in particular national parties or candidates.
L-EWWEL BIĊ-ĊEDOLI Din hija t-tielet skema ta’ finanzjament dubjuża li qed jinkixef li jħaddem il-Partit Nazzjonalista. L-ewwel waħda kienet l-iskema ċedoli. Skema ta’ self sigriet li permezz tagħha persuni anonimi jintalbu jsellfu minn
tal-inqas €10,000 lill-Partit Nazzjonalista b’arranġament li jibqa’ biss bejn il-PN u min jislef il-flus. Din l-iskema tnediet wara li l-Parlament approva l-liġi tal-finanzjament tal-partiti u donazzjonijiet ta’ iktar minn €7,000 ma baqgħux permessi li jkunu anonimi. Il-moħħ wara din l-iskema hija Ann Fenech, magħżula mill-Kap tal-Oppożizzjoni biex tkun President tal-Kumitat Eżekuttiv. Bħala parti mill-iskema ċedoli kien hemm anke dejn li nbidel f ’ċedoli. Permezz ta’ Ann Fenech u Alex Perici Calascione, bagħat għal nies li l-Partit Nazz-
jonalista għandu jagħtihom eluf kbar ta’ ewro. Lil dawn talbuhom biex dak id-dejn jew parti minnu jibdluh f ’ċedola fejn jitħallsu tiegħu fuq medda ta’ snin b’imgħax ta’ 4%. Kull €10,000 tinbidel f ’ċedola. Jirriżulta li kien hemm numru ta’ kumpaniji li aċċettaw dan it-tip ta’ arranġament bil-għan li jibdew jieħdu xi ħaġa minn dak li ilhom biex jieħdu s-snin. Fid-dawl li din l-iskema hija mdawra bis-sigrieti, ittagħrif ta’ kemm hemm minnu self ġdid u ieħor dejn li nbidel f ’ċedoli mhux magħruf.
SKANDLU SKEMA PAGI PN Iżda, l-ikbar skandlu li kien faqqa’ sa dan li qed tiżvela l-KullĦadd illum, kienet l-iskema Pagi PN li permezz tagħha negozjanti kienu qed iħallsu pagi ta’ uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista bi ksur tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Bħala parti minn din l-iskema, li kienet qed tinżamm sigrieta sakemm inkixfet min-negozjanti, il-Partit Nazzjonalista ħa madwar €600,000. Meta nkixef Simon Busuttil kien qal li se jagħti lura “l-flus maħmuġin.” Iżda, imbagħad iddeċieda li jżommhom. Fuq kollox kien hu nnifsu li ħoloq din l-iskema. Biex jiddefendi l-pożizzjoni tiegħu l-Partit Nazzjonalista qal li din hija parti minn ftehim kummerċjali. Iżda, dan ma kienx il-każ. Għax kienu qed joħorġu invoices foloz fuq Sky Gourmet u Medical Health Care Services. Żewġ konsorzju
li bżonn reklami m’għandhomx għax waħda rebħet il-kuntratt tal-ikel fuq l-ajruplani u l-oħra fl-isptarijiet. Fuq kollox kienet il-kumpanija db Group li qalet ċar u tond fi stqarrija li ma ħadet l-ebda servizz kummerċjali għall-għotjiet tagħhom. Il-Kap Eżekuttiv ta’ db Group fil-fatt kien qal hekk: “Mhux veru li s-sena l-oħra d-db Group ħallas lill-kumpanija tal-PN Medialink is-somma ta’ €70,800 għal xi servizzi kummerċjali li xtrajna mingħandha. L-insinwazzjoni li għall-ammonti li għaddejna lill-PN ħadna lura l-valur tagħhom f ’reklami għall-grupp tagħna hija gidba totali.” Id-db Group saħansitra sfida lil “min hu kkonċernat fil-PN biex jgħid liema servizzi kummerċjali aħna (db Group) ħadna mingħand Medialink fl-2016 u kif dawn iwasslu għal €70,800.” Minkejja din l-isfida mill-kumpanija li suppost għandha relazzjoni kummerċjali mal-Medialink, Simon Busuttil baqa’ jirrifjuta li jippubblika dawn l-invoices foloz u prova ta’ x’servizzi kummerċjali ngħataw lura.
ISSA L-PN JGĦID LI MA JAFX X’INHI L-AKKUŻA TAL-INVOICES FOLOZ Quddiem allegazzjonijiet ċari ta’ finanzjament illegali u invoices foloz bħala parti mill-iskema Pagi PN, il-Partit Nazzjonalista qed jgħid li ma jafx biex inhu akkużat mill-Kummissjoni Elettorali. Dan hu punt ċentrali fil-kawża kostituzzjonali li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista bit-tama li ma jkunx investigat mill-Kummissjoni Elettorali dwar ksur ċar tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Investigazzjoni li qed issir għax bħala parti minn arranġament b’invoices foloz, negozjanti kienu qed iħallsu l-pagi ta’ uffiċjali għolja tal-Partit Nazzjonalista bl-ammonti ta’ flejjes li għaddew ilaħħqu l-mijiet ta’ eluf ta’ ewro. Il-Partit Nazzjonalista qal li l-akkuża mhix magħrufa, f ’kawża ffirmata minn
Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia, li bħala waħda minn fost l-iktar fdati ta’ Simon Busuttil ingħatat ix-xogħol marbut mal-kawża li Rosette Thake, bħala Segretarju Ġenerali fetħet kontra l-Kummissjoni Elettorali. Din il-kawża saret anke jekk fil-bidu Simon Busuttil qal li ma kellux problema bl-investigazzjoni tal-Kummissjoni Elettorali. Il-Kummissjoni Elettorali għandha s-saħħa tinvestiga dan il-każ permezz tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti li kienet approvata unanimament f ’din il-leġiżlatura wara li l-Gvern imbotta ’l quddiem f ’passi bla preċedent favur it-trasparenza. Iżda, minkejja li vvota favurihom fil-Parlament, il-Partit Nazzjonalista għamel minn kollox biex ma josservahomx fittmexxija finanzjarja tiegħu. L-iskema tal-invoices sigrieti mhijiex l-unika waħda li ħaddem il-Partit Nazzjonalista bi ksur tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti jew l-ispirtu tagħha.
06
kullhadd.com
30.04.2017
IR-RUSSA LI REĠGĦET TEFGĦET IL-PN DAHRU MAL-ĦAJT Minn paġna 1 Il-mara ta’ nazzjonalità Russa li tgħix Tas-Sliema kienet taħdem Pilatus Bank u s-sena li għaddiet bdiet taffaċċja akkużi li frodat il-bank. Fil-fatt ix-xogħol tagħha mal-bank intemm f ’Marzu tas-sena l-oħra u l-bank fetaħ każ mal-pulizija fejn akkużaha li bdiet tiffroda l-kumpanija. Il-mara hija akkużata li użat il-flus tal-kumpanija biex tħallas vaganzi għall-Ġermanja u l-Greċja għall-familja tagħha meta suppost kienet qed tagħmel arranġamenti għall-ħaddiema tal-bank. Wara li l-pulizija investigat, ressqet lill-mara l-Qorti bil-prosekuzzjoni titmexxa
mill-ispetturi Jonathan Ferris u Lara Butters. Iktar minn hekk il-mara għandha wkoll akkużi li b’mod falz akkużat lis-Su-
pretendenti Denis Theuma u l-ispetturi Jonathan Ferris u Lara Butters b’imġiba mhux xierqa. Akkużi li fil-Qorti bdew
f ’Awwissu tas-sena l-oħra. Interessanti l-fatt li l-mara neħħiet l-avukat tagħha madwar tliet xhur ilu u minflok ħatret lid-ditta legali tal-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, Ann Fenech biex tiddefendiha. Din il-mara hija dik li Caruana Galizia qalet li bniet l-istejjer tagħha fuqhom. L-inkjesta ntalbet millPrim Ministru bil-għan li toħroġ il-verità dwar l-ikbar gidba fl-istorja politika ta’ pajjiżna. Il-PL jiddeskrivi lil Busuttil bħala perikoluż F’konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista l-Ħamrun, id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Chris Cardona u l-Ministru Edward Zammit Lewis ikkonfermaw li Simon Busuttil huwa perikoluż, iddisprat, irresponsabbli u qed jibbaża l-ġudizzju tiegħu fuq persuna akkużata bi frodi. Id-Deputat Mexxej Chris Cardona qal li llum iktar minn qatt qabel ġie kkonfermat li matul dawn l-aħħar ġimgħat u xhur sar frame-up illi huwa kkollaborat. Qal li minn mindu ħarġet l-istorja tal-Egrant, għaxart ijiem ilu, għad m’hemmx prova waħda. Filwaqt li qed naraw li għandna Kap tal-Oppożizzjoni li qed jipprova joħloq instabbiltà fil-pajjiż għaliex stejjer bħal dawn jaffettwaw l-ekonomija tal-pajjiż. Cardona enfasizza li Simon Busuttil qed jipprova joħloq instabbiltà fil-futur talpajjiż. Qal li l-fatt li Simon Busuttil qed jibbaża stejjer tiegħu fuq persuna estremista u frodista tal-verità, juri ħafna fuq il-ġudizzju politiku u l-karratru tiegħu. Qal li dan qed iwassal biex Simon Busuttil jitlef kull kredibilità li forsi kien bena matul dawn l-aħħar erba’ snin. Cardona sostna li din
il-persuna min-naħa tagħha qed tibbaża l-istejjer tagħha fuq suppost whistleblower li hija wkoll akkużata bi frodi quddiem il-Qorti. Min-naħa tiegħu l-Ministru Edward Zammit Lewis qal li hija ironika li nassistu għal Konferenza Stampa fejn il-mexxej ta’ din il-konferenza stampa tal-Partit Nazzjonalista kien l-Onorevoli Beppe Fenech Adami, li jgħid li l-Gvern qed jagħmel ħsara lis-Servizzi Finanzjarji meta hu stess reġa’ ġie affaċċjat bħala Direttur ta’ Baltimore Fiduciary Services, li tliet imħallfin qalu illi s-sejbiet tagħhom mhumiex konklużivi. Però ma jistgħux jgħidu li ma kienx jew kien involut u allura minn hemm il-Prim Ministru mar għand l-FIAU, l-Avukat Ġenerali u għand il-Kummissarju tal-Pulizija. Sostna li l-persuna li mexxiet il-konferenza stampa qiegħda hi stess taħt inkjesta. Zammit Lewis qal li t-tieni persuna li mexxiet din il-konferenza stampa kienet l-Onorevoli Jason Azzopardi li għandu rapport skjaċċanti kontra tiegħu mill-Awditur Ġenerali fuq il-każ tal-Löwenbräu. Filwaqt li għandu każ ieħor tal-Fekruna tax-Xemxija li qed jitlesta mill-Awditur Ġenerali. Il-Ministru Zammit Lewis sostna li flok qed nitkellmu fuq il-ġid ekonomiku li nħoloq, jew kif nistgħu nagħmlu l-ekonomija aħjar, Simon Busuttil moħħu f ’politika maħmuġa, moħħu biex ifajjar attakki bla bażi u fejn irid jiddisponi l-affarijiet u fejn irid jaħbihom. Bħall-każ tad-db li llum għaddew 54 ġurnata minn meta l-Partit Laburista sfidah biex jippubblika l-invoices. Zammit Lewis qal li Simon Busuttil jipperikola l-ġid li ħloqna, il-mod kif qed ngħixu u l-futur ta’ wliedna.
07
FTEHIM MILĦUQ DWAR BREXIT Laqgħa speċjali tal-Mexxejja Ewropej biex jiftiehmu dwar x’pożizzjoni se jieħdu fin-negozjati dwar Brexit kellha r-riżultat mixtieq; qbil unanimu. Il-qbil taħt ittmexxija tal-Presidenza Maltija kien li l-Unjoni Ewropea għandha tieħu pożizzjoni iebsa fin-negozjati li jibdew ladarba l-poplu Ingliż jiddeċiedi f ’elezzjoni nhar it-8 ta’ Ġunju.
Ritratt: DOI - OMAR CAMILLERI
30.04.2017
kullhadd.com
Il-qbil immedjat kien deskritt mill-Prim Ministru, Joseph Muscat, bħala ċertifikat għall-Presidenza Maltija li ħadmet mal-Kummissjoni Ewropea u man-negozjatur ewlieni Michele Barnier biex id-diffikultajiet li kien hemm kienu eliminati fil-ġimgħat li għaddew. “Ġejna hawn għall-formalità u minflok tkellimna dwar punti speċifiċi fid-dokumenti, tkellimna dwar kunsiderazzjonijiet politiċi,” qal il-Prim Ministru.
IL-CARITAS TINNOTA L-KISBIET TAL-FTEHIM DWAR IL-PAGA MINIMA
Caritas Malta nnotat aspetti pożittivi tal-ftehim dwar il-paga minima fl-ewwel reazzjoni uffiċjali tagħha. Fl-aħħar snin il-Caritas kienet fost l-iktar li kkampanjat għal żieda fil-paga minima u
r-reazzjoni tagħha kienet waħda mistennija. “F’kuntest li f ’dawn is-snin irrenjaw il-forzi xettiċi u ostakolaw kull forma ta’ kunsens, la wiesa’ u wisq anqas unanimu u f ’kunt-
est fejn Caritas Malta u s-soċjetà ċivili kienet vuċi kważi waħedha, il-qbil bejn l-imsieħba soċjali u l-Gvern li ġie ffirmat huwa ċaqliq pożittiv u fid-direzzjoni t-tajba, mix-xettiċiżmu għall-aċċettazjoni,” qalet il-Caritas. Intqal ukoll li huwa pożittiv ħafna li ser jidħol mekkaniżmu li jirrevedi b’mod regolari kull erba’ snin il-paga minima statutorja. Biss it-twaqqif ta’ Low Wage Commission għandu jkollha wkoll rikonixximent u rappreżentanza tas-soċjetà ċivili. Min-naħa l-oħra l-Caritas qalet li dan iċ-ċaqliq għandu jirrifletti f ’żieda fil-benefiċċji soċjali u anke biex ma jkunx hemm abbuż. “Ninnutaw li l-imsieħba soċjali stabbilixxew mekkaniżmu li tiġi mogħtija żieda mandatorja wara l-ewwel u t-tieni sena fl-impjieg u mhux b’mod immedjat; fiddawl tal-fatt li dawn il-ħaddiema li fil-maġġoranza assoluta mhumiex membri f ’xi unjin tal-ħaddiema; fid-dawl tal-fatt li dawn
il-ħaddiema jokkupaw impjiegi low skilled, hemm bżonn ta’ ħafna viġilanza kontra abbużi sabiex il-ħaddiema ma jgawdux direttament miz-żieda maqbula. Madankollu, il-Caritas tifhem li l-qbil bejn l-imsieħba soċjali qed jirrikonoxxi dan ir-riskju,” qalet
il-Caritas. Il-paga minima se tkun qed tiżdied bi tmien ewro fil-ġimgħa sal-2019. Din hija l-ewwel żieda f ’27 sena. Il-paga minima se tibqa’ mhux intaxxata skont il-politika tal-Gvern immexxi minn Joseph Muscat.
08
30.04.2017
kullhadd.com
AKTAR INVESTIMENT FL-INFRASTRUTTURA • SISTEMA TA’ DWAL ĠDIDA FIT-TRIQ TA’ ĦAL FARRUĠ F’dawn l-aħħar ġimgħat ilGvern lesta proġett ieħor sabiex toroq li qatt qabel ma kellhom sistemi ta’ bozoz, jinxtegħlu b’dawl adekwat. Wara li tlestew proġetti ta’ dwal ġodda fit-triq ewlenija li tagħti għall-Baħrija u t-triq ta’ taħt l-Imtarfa, issa kien imiss it-triq it-twila ta’ Ħal Farruġ. Fil-ġimgħat li għaddew ilGvern qabbad lil Enemalta plc. sabiex tagħmel sistema ta’ dwal f ’din it-triq twila 3.3 kilometri, u li qatt qabel ma kienet ġiet imdawla b’periklu kbir għas-sewwieqa u għal dawk li jkunu mexjin fiha billejl. Is-sistema ġdida tinkludi 110 bozoz fuq l-arbli, fi proġett stmat li jiswa mal-kwart ta’ miljun Ewro. L-inġiniera u t-tekniċi tal-Enemalta ddisinjaw sistema flessibbli maqsuma fi tliet sorsi differenti sabiex, meta jkun meħtieġ li jsiru xi manutenzjonijiet jew tiswjiet, it-triq qatt ma tkun kompletament fid-dlam. Sabiex tingħata l-provvista lil daqstant bozoz ġodda, kien jeħtieġ ukoll li jsir xi tisħiħ u apparat ġdid f ’substation fl-inħawi. Il-konnessjoni għal dawn il-lampi saret minn cables mgħoddija fi trinek mal-ġenb tat-triq, sabiex jonqos ir-riskju ta’ ħsarat ikkawżati mill-maltemp jew mill-irjiħat. Aktar kmieni din is-sena tlesta wkoll proġett simili fit-triq li tagħti għall-Baħrija. Hawnhekk, il-Gvern waħħal sistema ta’ 65 bozza fuq arbli ġodda, f ’medda ta’ triq twila kważi 2 kilometri.
FARRUGIA JIRRIŻENJA MINN WHIP
Il-Prim Ministru rċieva ittra ta’ riżenja ta’ Godfrey Farrugia minn Whip tal-Grupp Parlametari Laburista. Dr Farrugia informa lill-Prim Ministru li se jkompli jagħmel parti mill-Grupp Parlamentari Laburista. Il-Prim Ministru jirringrazzja lil Dr Farrugia tal-ħidma tiegħu. Tony Agius Decelis se jkun aġent Whip sakemm tiġi eletta persuna oħra fil-kariga.
09
30.04.2017
kullhadd.com
“IL-ĠURNATA T-TAJBA U NIBDA” • L-ESPERJENZA TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ FID-DINJA TAX-XOGĦOL • BIDLA OĦRA KBIRA FIS-SOĊJETÀ MALTIJA
L-iskop tal-Fondazzjoni Lino Spiteri huwa li jħarreġ lill-persuni b’diżabilità biex ikunu preparati għad-dinja tax-xogħol. Taħriġ li permezz tal-ħiliet tal-persuna, ikun stabbilit x’tip ta’ xogħol jagħmel sens għaliha
Antoine Borg
Edward Bugeja
Michael Borg
Karen Axisa
Kitba ta’ sostna li llum il-ġurnata qed ABRAHAM ABELA jgħix ferm aħjar: “iqabbduni kollox, nagħmel translators, u Il-Malti jgħid li x-xogħol huwa li jikkmandawni nagħmilhom. s-salmura tal-ġisem. Iżda mhux Illum il-ġurnata nħossni biss. Dan hekk kif jeżisti qbil komdu.” unanimu li x-xogħol jagħti Fil-passat, il-qraba talwkoll id-dinjità lill-persuna. persuni b’diżabilità kienu Dinjità li issa bdiet tinħass mħassba minħabba fihom, ukoll mill-persuni b’diżabilità. ġaladarba huma jiġu neqsin. Għax kif qalilna ħaddiem li Għaldaqstant, il-fatt li tkellimna miegħu, li filgħodu dawn il-persuni qed jaħdmu jsib min jgħidlu l-ġurnata daħħal fihom sens ikbar ta’ t-tajba u jibda jaħdem għalih indipendenza. u għal familtu, għalih tfisser Edward Bugeja, li sab l-impjieg kollox. grazzi għall-Fondazzjoni Lino Għal snin twal, il-familji ta’ Spiteri, qal li grazzi għaxpersuni b’diżabilità tkarrbu xogħol, qed igawdi iktar il-ħajja: mal-awtoritajiet biex it-tfal “Immur tajjeb, u ngħaddiha jew qraba tagħhom jingħataw l-ġurnata. Nagħmilha malimbuttatura ’l quddiem. Dan ħbieb, nitkellem u noħroġ ftit.” billi l-istess persuni jkunu Fil-jum tal-Ħamis, il-Prim inċentivati fil-ħajja tagħhom Ministru Joseph Muscat ħabbar grazzi għax-xogħol. Fuq kollox li mill-2012 sal-2016, in-numru talbu li jkun hemm liġi. ta’ persuni b’diżabilità fid-dinja Proprju fil-baġit imressaq tax-xogħol żdied b’elf. fl-2014, il-Gvern inforza liġi Filwaqt li dan huwa suċċess li kienet saret fis-sittinijiet u importanti ferm għal qasam li tħalliet fuq l-ixkaffa. Liġi li tad-diżabilità, il-Prim Ministru permezz tagħha, il-kumpaniji saħaq li n-nies mhumiex numri. li jħaddmu persuni b’diżabilità Sostna li dawn ir-riżultati huma ma jħallsux il-bolol tal-istess l-ħolma li tant xtaqu kemm ilpersuni. persuni b’diżabilità kif ukoll ilB’hekk, kumpaniji li jħaddmu qraba tagħhom. aktar minn 50 persuna jrid Janet Silvio, Direttur Eżekuttiv ikollhom minn tal-inqas ta’ ĦILA fi ħdan CareMalta, tnejn fil-mija tal-impjegati innutat kif grazzi għal din ilb’diżabilità. miżura, ingħata ċans ikbar lillLiġi li evidentament qed tħalli persuni b’diżabilità. l-frott mixtieq. Jixhdu dan il- “Hija skema importanti ħafna kummenti li għaddew magħna għal persuni b’diżabilità. Aħna diversi persuni b’diżabilità, bħala kumpanija dejjem konna meta tkellimna magħhom nimpjegaw persuni b’diżabilità, waqt ċelebrazzjoni li saret fis- però din, barra li qed tgħin Siġġiewi b’rabta maż-żieda ta’ kumpaniji biex jagħtu iktar persuni b’diżabilità li huma ċans lil persuni b’diżabilità f ’impjieg. jitrenjaw, għax fir-realtà forsi Antoine Borg, li llum jkollhom bżonn ftit iktar minn qed jaħdem mal-Ajruport ħaddieħor biex jidraw fil-post Internazzjonali ta’ Malta, tax-xogħol, qed toħloq iktar
għarfien.” Il-ħidma li saret u qed tkompli ssir biex il-persuni b’diżabilità jimxu iktar ’il quddiem fil-ħajja tagħhom qed tkun rikonoxxuta minnhom stess. Michael Borg, li qed jaħdem ma’ Transport Malta, qal li dal-Gvern “qed imexxi ħabba l-persuni b’diżabilità u jista’ kulħadd jagħmel id-dritt tiegħu. U jiena bħala persuna b’diżabilità, naħdem Transport Malta, nirranġa l-files u l-karti u ndaħħal fuq it-tickets. Fejn qiegħed kulħadd jgħidli l-ġurnata t-tajba, hemm wieħed idaħħakni, u kulħadd jagħmel ix-xogħol tiegħu.” U minkejja li t-titlu ‘persuni b’diżabilità’ jaf iqajjem sens li dawn għandhom nuqqasijiet ħdejn ħaddieħor, żgur li l-miżura li permezz tagħha iktar persuni daħlu jaħdmu wriet li dawn huma nies bħall-kumplament. Janet Silvio spjegat kif “filkaż tagħna, l-impjegati tagħna l-oħra fetħu iktar għajnejhom u rrealizzaw li għalkemm persuna għandha diżabilità, li forsi tista’ tidher jew ma tidhirx, fir-realtà m’hemmx differenza bejnhom u bejn dawn il-persuni, anzi qed iġibu ambjent iktar ta’ team fil-postijiet tax-xogħol tagħna.” Sfortunatament, l-istigma tibqa’. Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li din tista’ tingħeleb biss bl-edukazzjoni, li twassal għax-xogħol u għal iktar integrazzjoni. Tkellem ukoll dwar dik li tissejjaħ parzjalità inkonxja. Hawnhekk sostna li din mhix kwistjoni li nitħassru lil dawn il-persuni. Dan il-proċess irid jinqabeż għax hija kwistjoni ta’ persuni li huma ugwali.
Illum il-ġurnata hawn għajnuna iktar minn qatt qabel biex il-persuni b’diżabilità joħorġu jaħdmu. Karen Axisa, li sabet impjieg f ’ħanut grazzi għall-Fondazzjoni Lino Spiteri, qalet li dan kollu “jfisser vantaġġ kbir għax kulħadd kapaċi jagħmel xi ħaġa fil-ħajja. Diżabbli u m’intix, kulħadd għandu l-kapaċità tiegħu. U min-naha tal-Fondazzjoni Lino Spiteri sibtha vera ta’ għajnuna għax jissapportjawk kontinwament, sabuli l-impjieg perfett għalija u viċin fejn noqgħod ukoll.” L-iskop tal-Fondazzjoni Lino Spiteri huwa li jħarreġ lill-persuni b’diżabilità biex ikunu preparati għad-dinja taxxogħol. Taħriġ li permezz talħiliet tal-persuna, ikun stabbilit x’tip ta’ xogħol jagħmel sens għaliha. U fid-dawl li bħalissa f ’pajjiżna hawn sitwazzjoni fejn hemm iktar kumpaniji li qed jimpjegaw persuni b’diżabilità milli dawk li qed iħallsu multa, iċ-Chairman ta’ Jobs+ Clyde Caruana esprima sodisfazzjon għall-ħidma li saret. “Ilkoll nafu kemm dan ilGvern ħadem qatigħ tul dawn l-aħħar xhur u snin sabiex dak li kien hemm qabel u li kien miktub fuq liġi u qatt ma kien jiġi implimentat, issa dan qed nagħmluh realtà. U għaldaqstant illum qegħdin nghidu grazzi lil min iħaddem, illi fehmu dan kollu, talgħajnuna wkoll li tawna u talopportunitajiet li pprovdew. Iżda aktar minn hekk, qegħdin ukoll nifirħu mal-familji u malpersuni li sabu impjieg għaliex aħna issa qegħdin nagħtu dinjità lil dawn il-familji kollha.”
10
30.04.2017
kullhadd.com
AVVIŻ LEGALI MISTENNI MILL-1983 Fr Hilary Tagliaferro, magħruf għas-sehem tiegħu fil-qasam sportiv, innota kif avviż legali li se jkun ippubblikat fil-jiem li ġejjin favur l-għaqdiet sportivi jtemm proċess li beda lura fl-1983. Fil-jiem li ġejjin se jiġi ppubblikat l-avviż legali li bih entitajiet sportivi rreġistrati ma' SportMalta li ngħataw siti pubbliċi, ikunu jistgħu jagħmlu użu kummerċjali minn dawn is-siti, bl-għan aħħari li d-dħul minn dawn il-faċilitajiet isostni lill-istess assoċjazzjonijiet u t-titjib tagħhom. B’hekk, għal Tagliaferro llum fl-aħħar qed jara din it-tama ssir realtà. U tenna l-isfida biex l-isportivi jagħtu r-riposta tal-fiduċja mogħtija lilhom bil-kisbiet sportivi tagħhom. F'konferenza tal-aħbarijiet kienu spjegati l-linji gwida, rekwiżiti u limitazzjonijiet li din il-bidla fil-liġi se tinkludi. Pereżempju mhux se jkunu
Ritratt - DOI - JEREMY WONNACOTT
• SE JKUN NIFS GĦALL-GĦAQDIET SPORTIVI
permessi nightclubs, ħwienet tal-logħob, lukandi u residenzi, imma fost oħrajn jista’ jingħata permess għall-hostel marbuta mal-attività sportiva. Barra minn hekk, spjega
l-Perit u Avukat Robert Musumeci, fl-applikazzjoni tagħhom, il-klabbs sportivi jridu jinkludu dettalji fostom it-tip t’attività kummerċjali, pjan ta’ negozju, u spjegazzjoni dettaljata ta’ kif
l-għaqda sportiva se tibbenefika minn tali kummerċjalizzazzjoni. Applikazzjoni li mbagħad tgħaddi minn għarbiel ta’ Kummissjoni apposta li ssegwi li kollox jimxi mar-regoli stabbiliti,
mingħajr abbużi. Min-naħa tagħha l-Awtorità tal-Artijiet tintalab biex jiġi kkalkulat iċ-ċens dovut fuq l-art, skont mekkaniżmu stabbilit. Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius saħaq li dan l-avviż legali se jġib titjib għall-assoċjazzjonijiet sportivi, li permezz tal-finanzjament ikunu jistgħu jżommu livell għoli, jew saħansitra jgħollu l-livell tal-faċilitajiet tagħhom, u joffru l-possibilità ta' qabża fil-livell tal-isportivi Maltin. Dan hekk kif l-għaqdiet sportivi għal snin twal irnexxielhom jgħixu permezz tad-dedikazzjoni tal-voluntiera, u xi benefatturi u sponsors. U ħafna drabi jaffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji. “U allura iva llum nemmnu li permezz tal-ligi se ngħinu lillklabbs, għaqdiet sportivi, assoċjazzjonijiet nazzjonali, li jsiru sostenibbli, ikollhom iktar dħul u allura jkunu jistgħu jagħmlu l-qabża ta’ kwalità li tant nixtiequ,” qal Chris Agius. Min-naħa tagħha s-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri nnutat il-kollaborazzjoni tajba ħafna bejn l-entitajiet involuti, biex jintlaħaq l-għan komuni ta’ titjib sportiv f ’pajjiżna. Tenniet li l-qofol tal-użu tal-art għandu jibqa' l-isport, u din hija kummerċjalizzazzjoni biex tgħin l-isport, u mhux viċi versa. Fl-aħħar nett is-Segretarju Parlamentari Chris Agius fakkar li dan ix-xogħol ilu għaddej żmien twil, u fl-aħħar qed joffri tamiet ġodda għall-isportivi Maltin u Għawdxin. Hu temm jgħid: “Dax-xogħol ilu għaddej ħafna, il-ħolm ilu għaddej ħafna, li xi darba l-għaqdiet sportivi jkunu jistgħu jikkummerċjalizzaw il-faċilitajiet tagħhom. Illum wasalna bi prodott finali sabiex fil-ġimgħat li ġejjin tidħol fis-seħħ u jekk il-bambin irid naraw l-ewwel proposti għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ faċilitajiet sportivi.”
11
kullhadd.com
BONNICI U BARBARA; KIF JAĦSBUHA?
30.04.2017
Fil-ġimgħat li ġejjin tkun deċiża l-elezzjoni għat-tmexxija tal-Unjin tal-Għallie- għall-ogħla kariga tagħha hija waħda taħraq ferm. Tkellimna mal-kontestanti dwar ma, l-MUT. Din hija waħda mill-iktar unjins importanti f ’pajjiżna u t-taqtigħa kif jaħsbuha. Kellna 10 mistoqsijiet u ridna tweġibiet diretti. Fuq liema aspetti trid li l-MUT tkun iżjed voċifera?
BONNICI MARIO Kemm ilek tifforma parti mill-MUT? Madwar 18-il sena. Kont delegat tal-Unjin u disa’ snin ilu kont elett għall-ewwel darba fil-kunsill tal-MUT. Sitt snin ilu kont elett bħala l-Viċi President Anzjan (Senior Vice President) filwaqt li tliet snin ilu erġajt ġejt elett fl-istess kariga permezz ta’ vot dirett mill-membri. Mill-ewwel ġranet li dħalt għalliem, fl-2000. Għalfejn fl-Unjin u mhux fi klassi? Meta ġejt elett l-ewwel darba bħala Viċi President Anzjan, kont għalliem malAġenzija Żgħażagħ u ma kelli l-ebda ħsieb li nkun full-time l-Unjin. Madanakollu l-ħtiġijiet tal-Unjin kibru fil-kuntest tannumru ta’ riformi u wasslu sabiex saret talba biex ftit ġimgħat wara li ġejt elett dħalt full-time l-Unjin. Biex ngħin lil min jaħdem fil-klassi. Irrid inkun aktar fl-iskejjel, fil-klassijiet maġenb l-edukaturi fil-mument tal-bżonn. Tliet kelmiet li jagħmluk President tajjeb. Nemmen bis-sħiħ fl-onestà, il-viżjoni u l-kompetenza bħala fatturi essenzjali fit-tmexxija. Dħuli, determinat, empowering X’inhi l-proposta ewlenija tiegħek? M’iniex ser insemmi proposta speċifika għax nemmen li l-50 proposta li qed nippreżenta jilħqu l-viżjoni li qed nipproponi li nwettaq. Madankollu l-għan ewlieni hu li nassiguraw l-għeluq u l-implimentazzjoni ta’ kull ftehim li għandna pendenti sabiex nibdew nindirizzaw il-kriżi li għandna fledukazzjoni fejn edukaturi qed jixbgħu u jħallu l-professjoni filwaqt li huma ftit wisq iż-żgħażagħ li qed jagħżlu l-professjoni. Pagi u kundizzjonijiet ta’ professjonisti lill-edukaturi.
F’dawn l-aħħar sitt snin kellna kemm kisbiet kif ukoll nuqqasijiet. Nemmen li sar ħafna xogħol fil-mod kif nindirizzaw il-każijiet individwali, il-mod kif inwasslu l-messaġġ lill-membri u l-infrastruttura tal-Unjin. Nemmen iżda li għandna naħdmu ħafna aktar fuq l-aspett kollettiv li jinkludi l-ħarsien tal-kundizzjonijiet tax-xogħol taledukaturi kollha u l-kumpens xieraq, il-protezzjoni minn sitwazzjonijiet abbużivi u ħolqien ta’ opportunitajiet flimpjiegi sabiex l-edukaturi jkollhom lejn xiex jaspiraw millat professjonali b’inċentivi finanzjarji. Fuq dan l-aħħar aspett li semmejt se nkun fuq kollox voċiferu.
BARBARA FRANKLIN
Fuq kollox! L-aktar li l-edukaturi jkunu stmati ta’ Ir-riforma edukattiva My Journey; professjonisti, ikollhom kundizzjonijiet u pagi aħjar u x’irwol se jkollok? jkunu fil-kontroll tal-professjoni tagħhom. Żdied ħafna Il-My Journey u il-Learning Outcomes x-xogħol u daħlu prattiċi ġodda u l-membri jħossu li qed Framework ser jidħlu biss jekk ikun hemm jiġu skapriċċati. ftehim mal-Unjin b’konsultazzjoni mal-membri. L-implimentazzjoni hi kumplessa ħafna u teħtieġ strutturi ċari li jirregolaw l-impatt fuq ix-xogħol. Dan filwaqt li jrid ikun hemm kumpens għal kull Din elezzjoni taħraq, tort tiegħek ħaġa li żdiedet mill-ftehim tal-2010 ’l hawn filwaqt jew ta’ Franklin Barbara? li għandna nieqfu sabiex ma jkunx hemm aktar żieda fl-ammont ta’ xogħol. Il-ħidma tiegħi fl-Unjin kienet estiża u konkreta. Din Inkun il-vuċi u l-idejn tal-membri – inwettaq wettaqtha matul is-snin permezz tat-tħaddin ta’ viżjoni ir-rieda tagħhom. Il-membri għandhom kollettiva bbażata fuq id-djalogu u l-fiduċja. Meta minflok jingħataw iċ-ċans li jesprimu l-fehmiet u id-djalogu jirrenjaw ir-rapporti, l-intimidazzjonijiet r-rakkomandazzjonijiet tagħhom u xogħli huwa u l-azzjonijiet legali, meta minflok il-viżjoni tirrenja li nara li dawn jitwettqu. L-Unjin qiegħda hemm l-medjokrità, it-teatrini u l-populiżmu, u meta minflok ilbiex tgħaqqad u sservi l-interessi tal-membri. fiduċja jkun hemm it-tradiment, tintilef kull sens ta’ għaqda li hi sinonima mal-MUT u li qed tkun ta’ dannu għall-Unjin Tqum il-kwistjoni tal-ftehim kollettiv, u għall-professjoni. kif se tara li d-diskussjonijiet jipprogressaw biex eventwalment jintlaħaq ftehim? Din elezzjoni taħraq, tort tiegħek jew ta’ Marco Bonnici? L-elezzjoni hija eżerċizzju fid-demokrazija u trid tirrispetta r-regoli tad-demokrazija. Mill-għada li ħabbart li ser nikkontesta ġejt insulentat u ntqalu allegazzjonijiet serji mill-kandidat l-ieħor tant li kelli nagħmel rapport lillpulizija. Filwaqt li jien iffukajt fuq kampanja pożittiva ta’ empowerment għall-membri tagħna jiddispjaċini ngħid li l-kandidat l-ieħor u xi nies li jappoġġjawh infexxew f ’forom differenti ta’ attakki u pressjoni fuqi biex nirtira r-rapport minflok ma talbu lilu jikkonsidra kemm kien idonju għallkariga. Anki meta qorob il-proċess elettorali talbiet biex jiġi assigurat proċess ġust bdew jiġu injorati jew redikolati u dan jagħti lok għal tħassib. Minfuq il-kandidat l-ieħor ħareġ stqarrija li ridt nagħmel hijack fuq il-proċess elettorali! Affarijiet li ma jitwemmnux! Il-membri issa jiġġudikaw min baqa’ jaħdem b’mod pożittiv fir-rigward tagħhom. Int kont involut fit-tmexxija tal-MUT fl-aħħar snin, liem kien l-aktar każ inkwetanti? L-aktar każ inkwetanti hu dejjem il-każ li tkun għadek ma solvejtx għaliex tibqa’ għaddej taħseb fuqu lejl u nhar sakemm issib soluzzjoni. Madanakollu, l-iktar mument diffiċli kien meta skola partikolari tterminat numru ta’ edukaturi u rajt f ’għajnejhom il-qtigħ il-qalb u t-tbatijiet li kienu ser jgħaddu minnhom huma flimkien mal-familji tagħhom. Kien hemm ħafna! L-aktar li baqgħu f ’moħħi każijiet ta’ akkuzi foloz u aggressjonijiet fuq l-edukaturi li ġabu tbatija kbira fuqhom u fuq l-għeżież tagħhom. Hemm bżonn li dawn l-abbużi jieqfu darba għal dejjem. Hemm bżonn li l-edukaturi jkunu fdati ta’ professjonisti u jkunu prottetti mija fil-mija fuq xogħolhom.
Għandna ftehim settorali miftuħ u li jeħtieġ li jiġi konkluż kemm jista’ jkun malajr. Kommess li jekk ningħata l-fiduċja nkomplu n-negozjati millewwel u b’mod intensiv u niftħu n-negozjati fuq il-ftehim kollettiv tal-iskejjel tal-knisja sabiex dan jiġi konkluż b’mod parallel. Iż-żmien ser ikun kruċjali għaliex irridu nagħmlu proċess wiesa’ ta’ konsultazzjoni sabiex il-ftehim jirrifletti l-ħtiġijiet kollha u fuq kollox dawk tal-membri. Dan filwaqt li rridu nikkonkludu l-ftehim tal-ITS u l-MCAST permezz tal-istess proċess. L-aktar ħaġa importanti li l-proposti li nressqu f ’isem il-membri jiġu aċċettati. Diġà bdejna bi żbilanċ għaliex l-edukaturi diġà żdiedilhom ħafna x-xogħol matul is-snin mingħajr kumpens u dan irridu nindirizzawh fil-ftehim. Irridu nieħdu pożizzjoni dwar dan u jekk hemm bżonn l-azzjonijiet neċessarji biex ikun hemm bilanċ. Hemm bżonn nassiguraw il-work-life balance taledukaturi u pagi diċenti. Jekk titlef, daqshekk MUT? L-MUT hi istituzzjoni akbar minn kull wieħed jew waħda minna u jiżbalja min jaħseb li għandu xi dritt divin li jmexxi l-Unjin akkost ta’ kollox. Sostnejt it-tmexxija tal-Unjin u ridt inservi flistrutturi tal-MUT mill-bidu tal-karriera tiegħi u ħadd u xejn mhu ser ibiddel il-mod kif inħares lejn l-Unjin. Dan filwaqt li mhux qiegħed fittiġrija biex nitlef. Jien konvint li l-membri jirrikonoxxu lil min verament qiegħed jaħdem għall-empowerment tagħhom u biex jitjiebu l-kundizzjonijiet taxxogħol. Finalment ir-rieda tal-membri għandha tiġi rispettata f ’elezzjoni ġusta u trasparenti.
12
30.04.2017
kullhadd.com
INVESTIMENT F’MALTA U FL-ISPAZJU Kitba ta’ DINAH SEGUNA Il-potenzjal ta’ pajjiżna saħansitra jasal sal-ispazju. Fil-fatt il-pożizzjoni strateġika ta’ pajjiżna u l-eċċellenza fis-servizzi finanzjarji kienu raġunijiet biżżejjed li wasslu biex kumpanija ta’ fama mondjali fil-qasam tal-ispazju tħares lejn pajjiżna biex tinvesti. Il-gazzetta Kullħadd tkellmet ma’ Stuart McIntyre, l-investitur innifsu li fiż-żmien li ġej l-investiment tiegħu se jibda jieħu s-sura tiegħu kif ukoll ikattar għadd t’impjiegi f ’qasam li ftit li xejn konna għandha 80 sena ta’ storja. waqt se jkollha port tal-ispaz- izza f ’satelliti li jintużaw għal noħolmu dwaru. Il-kumpanija Orbital Access Hija bbażata fl-Iskozja u dal- ju fir-Renju Unit. Tispeċjal- użu kummerċjali. Għalhekk, il-politika nazzjonali dwar l-ispazju li nieda pajjiżna fl-aħħar jiem se ssaħħaħ ħidmiethom f ’dan il-qasam. Mal-gazzetta Kullħadd Stuart Mcintyre il-fundatur tal-istess kumpanija spjega x’ġiegħel lill-kumpanija titfa’ għajnejha fuq pajjiżna. “Hemm żewġ raġunijiet importanti. Malta għandha pożizzjoni ġeografika eċċel-
Il-ħsieb hu li matul iż-żmien l-investiment jikber tant li jista’ jlaħħaq l-400 miljun ewro
lenti, ftit ’l isfel mill-kontinent Ewropew u ftit ’il fuq mill-kontinent Afrikan. Dan ipoġġiha f ’pożizzjoni globali mill-aqwa. Mhux biss. Malta għandha settur finanzjarju innovattiv li se jkompli jikber fl-istess waqt li se jwassal biex iktar negozji jagħżlu lil Malta fiċ-ċentru tal-attività ekonomika tagħhom b’tali mod li l-istess negozju jimraħ f ’pajjiżi oħra.” X’inhu l-investiment? “Il-kumpanija se tkun qed tħares lejn tkabbir globali u operazzjonijiet u dan permezz ta’ satelliti kummerċjali. Malta hija l-post ideali biex nikkonċentraw ħidmietna hawnhekk u nimirħu iżjed. Qed naraw li dan jibda fix-xahar li ġej. Dan kollu jista’ jseħħ għaliex is-servizzi finanzjarji huma eċċellenti kif ukoll għaliex il-Gvern ħa atitudni li negozji jsibuha faċli biex jinvestu hawnhekk,” innota McIntyre. Il-ħsieb hu li matul iż-żmien l-investiment jikber tant li jista’ jlaħħaq l-400 miljun ewro. Kien aktar kmieni din ilġimgħa li tnediet il-politika nazzjonali dwar l-ispazju, l-ewwel politika tax-xorta tagħha li qatt kellu pajjiżna. Forsi dak li jkun iħares lejn l-ispazju bħala xi ħaġa irrelevanti, jew li huwa biss dak li nħarsu lejh meta jidlam. Mhuwiex il-każ anzi l-ispazju sar xi ħaġa li niddependu minnu fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, biex iċċempel, tibgħat messaġġ jew biex itella’ ritratt fuq il-midja soċjali. Il-politika tħares lejn erba’ dimensjonijiet – is-servizzi essenzjali, id-dimensjoni ekonomika, investimenti edukattivi u opportunitajiet. Politika li diġà ġibdet l-attenzjoni ta’ investituri barranin f ’dan il-qasam.
kullhadd.com
13
30.04.2017
DCG ILHA DISA’ XHUR TISFIDA LILL-KUMMISSARJU TAD-DATA • MA TNEĦĦIEX RITRATT TA’ WLIED DEPUTAT LABURISTA • SUPPOST TĦALLAS IKTAR MINN €7,000 F’MULTI Daphne Caruana Galizia ilha mis-sajf li għadda tikser deċiżjoni tal-Kummissarju tad-Data li kien ordna biex titgħatta l-identità ta’ iben id-Deputat Luciano Busuttil. Kien f ’Lulju tas-sena l-oħra li Caruana Galizia użat lit-tfal ta’ Luciano Busuttil biex tattakka lill-istess deputat Laburista. Dakinhar Busuttil għamel ilment mal-Kummissarju tad-Data u wara investigazzjoni tah raġun. Fil-fatt f ’deċiżjoni tal21 ta’ Lulju intqal li dan kien sfukat. Minn dakinhar għaddew disa’ xhur u Caruana Galizia baqgħet ma osservatx id-deċiżjoni li ngħatat. Mistoqsi mill-gazzetta KullĦadd il-Kummissarju tad-Data ma qalx jekk hux qiegħed jinforza l-multi li skont id-deċiżjoni tiegħu għandhom ikunu imposti fuq Caruana Galizia. Dan għaliex skont is-sentenza għal kull jum li jgħaddi u ma Caruana Galizia missa diġà dawn il-multi ħarġux u għaliex li ta s-sena li għaddiet, Caru- tkunx osservat is-sentenza. ħallset madwar €7,000. Mis- ma rax li s-sentenza tiegħu ana Galizia kellha tħallas €25 B’hekk skont kalkolu sempliċi toqsi minn din il-gazzetta jekk tkun osservata, il-Kummis-
sarju tad-Data qal: “B’referenza għall-email tiegħek, ninfurmak illi l-Kumimissarju, hekk kif ġie infurmat illi s-Sinjura Caruana Galizia ma segwietx mal-istruzzjonijiet tiegħu f ’dan il-każ speċifiku, ser jaġixxi skont il-liġi, b’mod independenti u mingħajr indħil, bħalma titlob l-istess liġi.” Din mhix l-ewwel darba li Caruana Galizia injorat ordnijiet ċari tal-awtoritajiet. Fost oħrajn injorat it-talba tal-Maġistrat Aaron Bugeja li qed imexxi inkjesta maġisterjali fuq talba tal-Prim Ministru biex jinvestiga l-allegazzjonijiet tagħha stess. Din mhix l-ewwel darba li ma weġbitx lanqas għal sejħiet tal-pulizija u anke l-qrati. Quddiem dan kollu tibqa’ ssib l-appoġġ tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, u l-magna tal-Partit Nazzjonalista.
14
30.04.2017
kullhadd.com
L
Illum ma’ Martina u Jake, żewġt itfal mill-inħawi, għalaqna darba għal dejjem il-vit fuq il-heavy fuel oil f’pajjiżna... issa pajjiżna qiegħed fuq produzzjoni tal-enerġija nadifa fl-istess jum li kellna l-aħbar li qed nirreġistraw mitt miljun ewro surplus... Illum qed inserrħu moħħ il-familji li wliedhom u wlied uliedhom se jkunu qed jgħixu f’ambjent aħjar u arja iktar nadifa... pajjiż bħal tagħna fejn qed isir tkabbir ekonom qed jitjiebu d-domanda tal-enerġija tikber malajr u n-nuqqas tal-avvanz fil-qasam tal-enerġija seta’ sta l-iżvilupp... Dan l-impjant kellna bżonnu u għandna bżonnu. Għandna bżonnu biex inħarsu ’l quddiem għal iktar tkabbir ta’ ġid. Għax l-enerġija hija l-punt li tgħaqqad it-tkabbir ekonomiku, il-ġustizzja soċja s-sostenibbiltà ambjentali flimkien... Din hija ħolma li ma kinetx ħrafa. Din hija ħolma li issa hija r-real pajjiżna għas-snin u d-deċennji li ġejjin
Joseph M Marsaxlokk, 24 ta’ Apr
kullhadd.com
15
30.04.2017
IT-TIFLA LI “GĦAMLET L-ARJA IKTAR NADIFA”
ali u ltà ta’
Muscat ril 2017
cat: “Qalilna x’jisimna kemm għandna żmien saqsiena affarijiet hekk.” L-għada li nkitbet l-istorja, Martina marret l-iskola u hawn qalgħet proset. Mingħand sħabha li f ’isimhom tfiet l-impjant li għal snin twal kien sors ta’ problema ta’ mard respiratorju: “Qaluli proset u li kont liebsa sabiħa,” qaltilna Martina. Spjegatilna kif fil-klassi ftit li xejn tgħallmu fuq il-proġett tal-enerġija u se tagħmel mezz li sħabha jkunu jafu. “Waqt l-istudji soċjali kienu jkellmuna fuq Marsaxlokk imma qatt ma semmewha l-power station, imma issa se nsemmihielhom.” U waqt li Martina kienet qed tikteb l-istorja, kien hemm xi ħadd li bid-dmugħ f ’għajnejh kien qed isegwi kollox mid-dar. In-nannu tagħha Maurice Bonnici li għex ħajtu kollha Marsaxlokk. Min qatt kellu jgħidlu li kienet se tkun in-neputija u l-fessuda tiegħu, li se titfi pjaga li għal snin twal ix-xlukkajri kienu vittmi tagħha. “Kburi ħafna,” qalilna Maurice Bonnici filwaqt li jħares lejn in-neputija b’rasu mistrieħa li għal kuntrarju ta’ li għex hu, Martina se tgawdi minn arja nadifa.
Rirtatt: DOI - JASON BORG
m miku aġna
Kitba ta’ biex tfiet il-valv li minnu għaddiet l-aħħar qatra talDINAH SEGUNA heavy fuel oil. Innutajna li hi tifla pjuttost kwieta u modesta, tant li Għad għandha biss tmien snin. Tattendi l-iskola pri- kellna nsaqsuha aħna dwar l-esperjenza li ħafna xtaqu marja ta’ Marsaxlokk u qiegħda fir-raba’ sena. li għexu. Din hi Martina Marducco, it-tifla li ħafna xtaqu li Bis-sempliċità tagħha u mingħajr tidwir mal-lewża jkunu minflokha; eżattament fil-mument meta flim- qaltilna x’għamlet eżatt dakinhar; fl-24 t’April, ftit kien ma’ Jake u l-Prim Ministru Joseph Muscat tfew wara s-sebgħa u sittax-il minuta “għamilt l-arja nadifa l-impjant li jaħdem bil-heavy fuel oil. Żejt li għal snin u issa l-pajjiż ġie iżjed nadif.” twal kien is-sors ta’ mard respiratorju fil-lokalità li Qabel dan il-mument, Martina qaltilna: “kont qed tgħix fiha. nħossni eċċitata ħafna u ferħana ħafna.” Iltqajna magħha x-xatt ta’ Marsaxlokk u sirna nafuha Iktar ma bdejna nitkellmu donnha għelbet il-mistħija iżjed mill-qrib. Qaltilna li tħobb toqgħod tilgħab fuq magħna. Iddeskrivitilna kif minn fuq il-bejt tad-dar il-kompjuter, tilgħab ma’ ħuha iżgħar minna fil-kam- tagħha f ’Marsaxlokk kienet tara l-mistkerrha ċumnija ra tagħha u tqis lilha nnifisha bħala ċajtiera. joħroġ id-duħħan minnha u kienet tipprova tifhem: L-aktar suġġett favorit tagħha huwa l-Matematika. “Kont ngħid għaliex joqgħod joħroġ?” “Inħobb naħdem is-somom,” qaltilna Martina, u Fehmet aħjar fil-mument li kienet protagonista sagħandha ħolma li meta tikber tixtieq issir dentista. biex l-aħħar sħabha sewda tgħib darba għal dejjem. Fil-ħin li għamilna flimkien, Martina ma kinitx Tant li d-darba li jmiss se jkollha rasha iżjed mistrieħa waħedha, kien hemm il-qraba tagħha fosthom Mau- meta titla’ fuq il-bejt: “Ħa nħossni aħjar għax issa rice Bonnici n-nannu tagħha li lil Martina jqisha bħala r-raħal ħa jkun iżjed nadif milli kien qabel.” l-fessuda tiegħu. Staqsejnieha x’ġara minn wara l-kwinti u l-konWaqt mixja żgħira max-xatt, urietna l-post fejn kienet verżazzjoni li kellha mal-Prim Ministru Joseph Mus-
16
30.04.2017
kullhadd.com
TIĠRI B’SAQAJK, IŻDA… Ma tantx hemm, għax għall-grazzja t’Alla ninsab imdawwar b’nies li jħobbuni u jirrispettawni kif jien, għal min jien. Forsi l-ikbar sfida personali li nsib fil-qasam tal-atletika hija jien stess. Għalkemm ħafna drabi nuri li minn barra jien persuna b’saħħitha u li ħadd u xejn ma hu kapaċi jkissirni, il-psikoloġija tiegħi kultant tilgħab bija u mhux dejjem inkun 100% fi stat li nikseb dak li nkun ippreparajt għalih wara sensiela ta’ ġimgħat u xhur ta’ taħriġ kostanti u intensiv. F’dawn l-aħħar xhur, l-affarijiet relatati mal-atletika ħadu żvolta kbira, li għalkemm kienu kollha esperjenzi jew pjanijiet pożittivi, naqqsuli ferm il-ħin biex nitħarreġ u ntejjeb lili nnifsi bħala atleta.
u li nirrappreżenta lill-għażiż pajjiżi fuq stadju internazzjonali, però kif qatt tista’ tagħmel dan meta l-ħajja tiegħek hija bbumbardjata u mimlija b’affarijiet li assolutament m’għandhom xejn x’jaqsmu mal-passjoni u l-karriera talatletika? Dawn it-tip ta’ skemi u inċentivi huma bħall-manna għalina l-atleti, speċjalment meta wieħed irid jifhem ir-raġuni li Malta baqgħet tant lura flisport. Il-ħajja tipika ta’ persuna Maltija hija ffurmata minn skola u studju għażżgħażagħ, u xogħol u familja għal dawk li jaqbżu l-istadju taż-żgħożija. U fejnu ċ-ċans biex wieħed jitħarreġ? U meta ngħid jitħarreġ, mhux lakemm atleta mar ġirja ta’ 10km, jew niżel sat-trakka darba jew tnejn fil-ġimgha. Qiegħed nirreferi għall-kultura ta’ wieħed jgħix X’inhu l-parir tiegħek għal dawk li għall-atletika, minn filgħodu sal-aħħar huma interessati iżda jibżgħu li ħaġa qabel jorqod. Ideat u pjanijiet jagħmlu dan minħabba li jaħsbu għall-futur ta’ Malta fl-isport għandi li ma jistgħux jaslu għal dan kemm trid, però m’għandi l-ebda poter it-tragward f ’ħajjithom? biex nintroduċi u nimplimenta dawn l-istrateġiji u l-progress li l-atletika Meta niġi mistoqsi mingħand in-nies Maltija kapaċi tagħmel! jew atleti lokali fuq kif irnexxieli nikseb ċerti ħinijiet minkejja li bid-diżabilità, Int li tieħu sehem ma’ atleti jien dejjem weġibt li jekk jien irnexxieli, meqjusin bħala normali tħoss li kulħadd kapaċi jagħmel dan. Meta atleti b’diżabilità għandhom jieħdu mort niġri l-ewwel darba, wara żewġ sehem f ’kompetizzjoni apposta kilometri waqaft bla nifs, u b’uġigħ għalihom jew għandhom jagħmlu fil-pxiexel, tant li kelli nimxiha lura dan ma’ atleti oħra meqjusin għad-dar. Jiddependi mill-individwu normali? biex iwettaq il-ħolm tiegħu u jikseb ixxewqat u t-tragwardi personali tiegħu, Atleti bħali u fil-kategorija tiegħi billi japplika ruħu b’konsistenza, tgħoddhom fuq id waħda, u ma tagħmilx dixxiplina u mħabba lejn l-isport.
DARREN VANDIT
Atleta li għalkemm għandu diżabilità għaliex għandu id waħda xejn ma jaqta’ qalbu milli jikseb suċċess fl-atletika, anzi din tixprunah biex jeċċella iktar f’dan l-isport li tant iħobb.
Il-fatt li tiġri b’id waħda joffrilek xi żvantaġġ partikolari f ’dak li għandu x’jaqsam ma’ ħinijiet miksuba?
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika?
sitwazzjoni li tkun fiha. L-imħabba, iddeterminazzjoni u l-passjoni li għandi lejn dan l-isport irnexxielhom jegħlbu kull tip ta’ ostaklu, kif ukoll episodji negattivi li ġieli ħabbatt wiċċi magħhom. Jien ninsab konxju b’dak li għandi, u l-iżjed ħaġa importanti li wieħed jista’ jagħmel hu li jaċċetta lilu nnifsu kif inhu, mingħajr ma joħloq stress jew dwejjaq personali li kapaċi jaffettwaw il-kuntentizza u l-imħabba lejn il-ħajja ta’ kuljum. Jien niġri mingħajr qatt ma nħares lura, ħlief ’il quddiem, bit-tir li nkun persuna aħjar milli kont ilbieraħ mhux biss fl-atletika, però anke fil-ħajja ta’ kuljum.
L-imħabba lejn l-atletika bdiet b’kumbinazzjoni lejn l-aħħar tal-2010 meta kont ġrejt it-tiġrija msejħa Mdina Spinola fuq sfida ma’ kollega tax-xogħol. Dak iż-żmien kont nilgħab ftit futbol 11 a-side, u 5-a side futsal. L-atletika qatt ma kienet xi ħaġa li kont inħobb nipprattika l-iskola, però llum il-ġurnata saret l-imħabba ta’ ħajti u waħda mirraġunijiet li jien bniedem dejjem ferrieħi u pożittiv għax minn kemm ili nigri, l-atletika dejjem tatni sodisfazzjon kbir, bħala atleta, bħala kowċ u riċentament bħala sid ta’ klabb. Apparti min hekk, dan l-isport laqqagħni ma’ ħafna persuni Iltqajt ma’ persuni li qatgħulek twajba u li llum il-ġurnata huma ħbieb qalbek mill-fatt li tkompli tal-qalb. bil-karriera tiegħek fl-atletika? Interessanti huwa l-fatt li int ittellaq b’id waħda. Int twelidt b’din il-kundizzjoni jew żviluppatlek matul is-snin?
Iva, u mhux ftit! Hemm ħafna elementi fiżjoloġiċi apparti dawk fiżiċi li huma affettwati ferm meta nkun qed niġri. Bosta jaħsbu li int b’saqajk tiġri (li huwa benfatt) però meta tkun atleta kompetittiv u li timmira biex tikseb ċerti ħinijiet, tinduna x’differenza id kapaċi tagħmel u l-kontribut li tagħti. Minħabba n-nuqqas li għandi, il-ġiri tiegħi (u hawn se nidħol f ’ċertu dettall tekniku) isofri konsiderevolment, fosthom żbilanċ enormi fin-naħa ta’ fuq tal-ġisem u moviment bla bżonn tal-ispalel. Ikolli bilfors inċekken il-ftuħ tal-pass (running stride) biex inkun nista’ niġri ekonomikament kif ukoll b’mod effiċjenti. Ħaġa oħra li taffettwani hija s-saħħa li tiġi ġġenerata minn sieq għall-oħra. Grazzi għall-avvanzi fitteknoloġija, illum il-ġurnata, nista’ nara u nanalizza sal-iċken dettall ittaħriġ tiegħi u l-istatistiċi miksuba. Bejn sieq u oħra nnutajt diskrepanza sostanzjali bejn kemm iddum mal-art (Ground Contact Balance %) fejn is-sieq ix-xellugija tirriżulta li tkun taħt iktar stress minn dik leminija. Dan peress li s-sieq qiegħda tikkumpensa n-nuqqas li għandi f ’idejja x-xellugija.
Għandi x-xorti li l-komunità tal-atletika Maltija laqgħatni b’mod ferm pożittiv kif ukoll sibt l-għajnuna u s-sapport morali mingħand diversi atleti Maltin tul is-snin. Niftakar li meta bdejt kien hemm min Teknikament, xorta żewġ idejn jibqgħu qalli li hemm ċans li niltaqa’ ma’ diversi però b’nuqqas li jiġi kklassifikat bħala probemi bħal żbilanċ fil-ġisem, kif ukoll upper limb deficiency/amputee. Din il- xi injuries li kapaċi niżviluppa maż- Tibbenefika minn xi skema kundizzjoni ġiet mit-twelid. żmien. Madankollu, id-determinazzjoni nazzjonali tal-isport? wasslitni biex nikseb riżultati li qatt ma Sfortunatament le, u anzi meta darba Kif jirnexxilek ittellaq b’id waħda? ħsibt li kont kapaċi nikseb. tlabt għall-iskema, ir-rikjesta tiegħi ġiet irrifjutata mingħajr raġuni jew risposta Fil-ħajja dejjem trid tipprova X’inhuma l-akbar sfidi li taffaċċja lura. Hija l-ħolma tiegħi li xi darba tagħmel l-aħjar li tista’, bil-mezzi li f ’ħajtek, fosthom fil-kamp nkun magħżul bħala atleta nazzjonali għandek u taddatta għal kwalunkwe tal-atletika?
Persuna hija diżabbli meta hi stess tgħid li mhix kapaċi tagħmel xi ħaġa jew tilħaq objettiv mingħajr ma tkun qatt pruvat - dik li taqta’ qalbha meta tiġi affaċċjata minn mumenti turbulenti minflok tiġġildilhom, jew dik li ċċedi l-ħolm tagħha mingħajr ma tkun pruvat tagħmel l-almu tagħha - u mhux meta persuna jkollha xi nuqqas fiżiku jew mentali
17
30.04.2017
kullhadd.com
jkun addattat għall-individwu. Hija ta’ importanza kbira li l-organizzaturi jkunu jafu l-istandards rekwiżiti, kif ukoll jipprovdu assistenza u aċċessibilità għal kull tip ta’ persuna li tkun tixtieq li tieħu sehem f ’attivitajiet organizzati minn dawn l-entitajiet. Fuq nota personali, nixtieq li kieku kont involut aktar f ’dan is-settur, wisq iżjed peress li konxjament nista’ nifhem dawn ilbnedmin speċjali ferm iżjed minn ħaddieħor li m’għandu l-ebda nuqqas fiżiku jew mentali. Fil-ħajja m’hawnx isbaħ mill-volontarjat, li tara persuna oħra fil-bżonn sempliċiment titbissem, u ferħana, grazzi għall-kontribut li tkun tajt minn qalbek. Dan qiegħed nipprova nagħmlu grazzi għall-atletika, fejn ħajti ddur esklussivament madwar l-isport li nipprattika sabiex nara iżjed persuni jinvolvu ruħhom f ’ħaġa li tagħti biss pjaċir, ferħ u sodisfazzjon personali, apparti l-isfidi u t-titjib personali li wieħed kapaċi jinnota meta l-individwu jieħu l-isport b’aktar serjetà u dedikazzjoni.
wisq sens li tikkompeti ma’ numri ferm baxxi meta għandek numru dejjem jikber fl-atletika lokali. Atleti bħali jistgħu jieħdu sehem fil-Paralympic Games, (Logħob Olimpiku għallpersuni b’diżabilità ta’ kull tip) u li kont diġà kkwalifikajt darbtejn għalihom - Londra 2012 (għall-maratona) kif ukoll Rio 2016 (għall-1,500m). L-IPC (International Paralympic Committee) riċentament bidel xi regoli u sfortunatament, għax għandi minkeb issa ġejt meqjus f ’kategorija ġdida li toffri biss sprinting jew field events events li assolutament mhumiex għalija u li personalment ma jogħġbunix. Dak huwa d-destin, m’hemmx x’tagħmel hux! Kif taħseb li atleti bħalek li għandhom diżabilità xi drabi jirnexxilhom jiksbu riżultati aħjar minn dawk li huma meqjusa bħala normali f ’kompetizzjonijiet li jieħdu sehem flimkien magħhom? Mhux kull tip ta’ diżabilità hija l-istess. Skont x’dixxiplina l-atleta jkun għażel. Kieku kelli nilgħab iċ-ċess, idejja ma kinitx se taffettwani, però tagħmel differenza fi sport fejn tidħol il-fiżika. Biex nagħti eżempju: Ir-rekord dinji fil-maratona għal atleta bħali huwa ta’ 2:25, 23 minuta ’l bogħod minn dak li hu stabbilit minn atleti ‘normali’. Jekk nieħdu l-każ famuż ta’ Oscar Pistorius (apparti li ġie ttestjat pożittiv għallPEDs jiġifieri performance enhancing drugs ġewwa daru), ix-xjenza kkonfermat li l-famużi blades kienu qegħdin jagħtuh vantaġġ ikkumparat ma’ atleti ‘normali’ għal numru ta’ raġunijiet fosthom li l-blade bdiet tagħtih return ferm qawwi kull meta beda jmiss mal-art minħabba li kien hemm forma ta’ molla li timbuttah ’il quddiem. It-tieni, meta atleta jegħja, jiltaqa’ ma’ dak li jgħidulu lactic acid build up. Pistorius ma setax jesperjenzaha din peress li hu kienu juża saqajn artifiċjali. Ovvjament, iktar ma atleta jitħarreġ, jieħu l-isport tiegħu b’ċerta professjonalità, kif ukoll ikun lest li jibqa’ motivat u ddixxiplinat f ’mumenti fejn l-affarijiet forsi ma jkunux sejrin wisq tajjeb, iktar is-suċċess u s-sodisfazzjon personali ikun wara l-bieb. Atleti bħali,
b’passat ikkaratterizzat minn esperjenzi ibsin, fejn kelli bżonn inżomm sod mentalment u emozzjonalment, jikbru b’ċerta saħħa u determinazzjoni li persuna komuni diffiċli biex ikollha jew tifhem.
Forsi l-ikbar sfida personali li nsib filqasam tal-atletika hija jien stess. Għalkemm ħafna drabi nuri li minn barra jien persuna b’saħħitha u li ħadd u xejn ma hu kapaċi jkissirni, ilpsikoloġija tiegħi kultant tilgħab bija u mhux dejjem inkun 100% fi stat li nikseb dak li nkun ippreparajt għalih wara sensiela ta’ ġimgħat u xhur ta’ taħriġ kostanti u intensiv
Tħoss li Malta hija attrezzata biżżejjed b’korsi tal-atletika ta’ ċertu livell? Għadna lura, u lura ferm sfortunatament meta kkumparati ma’ nazzjonijiet oħra. Nemmen li hawn ħafna atleti lokali promettenti kif ukoll atleti bħali li x-xewqa tagħhom hija li jkunu professjonisti u li lesti li jagħtu ħajjithom għall-atletika. Il-problema numru wieħed, u nemmen li hija l-unika, hija dik finanzjarja għax unuri ta’ ċerta età żgħira kapaċi nġibu, kowċis bravi u li jafu x’għandhom jagħmlu biex jisfruttaw it-talent tal-atleti individwali hawn ukoll, però finanzjarjament naħseb li bqajna lura. Għalfejn atleta ta’ ċertu livell għandu jħallas biex jiġri fuq it-trakka, biex jattendi għal sessjonijiet ta’ terapija jew inkella massages? Għaliex atleta nazzjonali għandu jixtri ż-żraben tal-ġiri minn butu sakemm mhux sponsorjat minn xi ħanut talisports (u minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja mill-qalb lil Teamsport tal-għajnuna u s-sapport kontinwu li qegħdin jagħtu lilli kif ukoll lir-running club tiegħi.) Jien min-naħa tiegħi ilni sentejn nistenna biex isir kors fuq l-atletika, sabiex inkun nista’ nġib illiċenzja tal-kowċis li taqa’ taħt l-IAAF, li hija l-organu tal-atletika internazzjonali. Ġejt mgħarraf li kien hemm xi tibdil fis-sillabu però nemmen li għażliet oħra hemm. Jekk irridu ntejbu l-kwalità fl-isport f ’pajjiżna hemm bżonn li nibagħtu persuni biex jitħarrġu u jitgħallmu barra min Malta, bħalma jsir fil- futbol, għall-liċenzji tal-kowċis. Ma narax għalfejn din is-sistema li qiegħda tagħmel tant suċċess m’għandhiex tiġi kkunsidrata mill-organizzazzjonijiet talatletika Maltija. Taħseb li atleti li għandhom diżabilità bħalek huma inkoraġġuti biżżejjed biex jieħdu sehem f ’xi sport? Jew dawn isibu diversi ostakli biex jagħmlu dan? Naħseb li NGOs Maltin qegħdin jagħmlu l-almu tagħhom kif ukoll qed joħolqu diversi attivitajiet fejn persuna b’diżabilità tkun inkorraġuta biex tkun preżenti u tagħmel xi tip ta’ sport li
Għaddi messaġġ speċjalment lil dawk il-ġenituri li għandhom tfal b’diżabilità biex ma jaqtgħu qalbhom qatt u jinkoraġġixxu lil uliedhom biex jipprattikaw xi sport partikolari. Nibda l-messaġġ tiegħi għal dawk ilġenituri li għandhom tfal bi bżonnijiet speċjali billi ngħidilhom biex jagħmlu kuraġġ, għaliex jien ukoll kont tarbija xi darba, u l-għeżież tiegħi qatt ma trattawni differenti milli kieku ma kelli xejn. Dejjem ħassejtni normali f ’għajnejhom u dan huwa l-messaġġ li intom il-ġenituri għandkom tittrażmettu lit-tfal tagħkom billi tkunu pożittivi u turu mħabba lejhom. It-tfal għandhom jikbru b’saħħithom, indipendenti (skont iċ-ċirkostanzi) u wisq iżjed mimlija mħabba lejn il-ħajja futura tagħhom. L-isport huwa wieħed mill-affarijiet li kapaċi jgħaqqad u jagħti sens ta’ involviment pożittiv lill-membri ta’ dik il-familja. It-tfal iħossuhom parteċipi u parti mill-familja, u hija ħaġa mill-isbaħ li tara familja magħquda irrispettivament middiżabilitajiet u d-diffikultajiet. L-isport jippromwovi l-inklużjoni sabiex it-tfal jiltaqgħu ma’ tfal oħra, jagħmlu ħbiberiji ġodda, jimlew il-ħajja b’persuni li jħobbuhom u jirrispettawhom kif ukoll jikbru b’saħħithom kemm fiżikament però wisq iżjed mentalment peress li huma qegħdin jitħarrġu u jitħalltu ma’ ħaddieħor. B’hekk tfal b’diżabilità qegħdin attwalment juru l-abbiltajiet tagħhom, joħolqu memorji sbieħ, ta’ tagħlim u jkattru esperjenzi ġodda li kapaċi joffri l-isport. Hawn ħafna postijiet fejn it-tfal jistgħu jitħalltu ma’ oħrajn, fejn jistgħu jiġu edukati b’mod professjonali u b’attenzjoni speċjali sabiex jieħdu l-frott min kull aspett, kemm sportiv kif ukoll edukattiv. Nagħlaq billi ngħid li fil-ħajja dejjem għandek tara l-pożittiv, biex tkun eżemplari fl-għemil u l-imġiba lejn u għal ħaddiehor, u tagħraf li l-ħajja hija wisq qasira biex tkun affettwat minn episodji ta’ niket li m’għandna l-ebda kontroll fuqhom. Persuna hija diżabbli meta hi stess tgħid li mhix kapaċi tagħmel xi ħaġa jew tilħaq objettiv mingħajr ma tkun qatt pruvat - dik li taqta’ qalbha meta tiġi affaċċjata minn mumenti turbulenti minflok tiġġildilhom, jew dik li ċċedi l-ħolm tagħha mingħajr ma tkun pruvat tagħmel l-almu tagħha - u mhux meta persuna jkollha xi nuqqas fiżiku jew mentali.
18
30.04.2017
kullhadd.com
META L-GĦIRA TIRKEB CATHERINE
FENECH Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL
Ħaġa tal-għaġeb x’tagħmel l-għira. Kollox tara bil-maqlub. Is-surplus qalu li hi ċuċata, iż-żidiet fil-pagi u t-tnaqqis fil-fuel qalu li huma bżar fl-għajnejn, iż-żieda fil-paga minima wara 27 sena sħaħ, hekk kif fl-2013 qalu li Joseph Muscat fil-gvern se jiffriżaha, issa qalu li qed jiftaħar b’rix ħaddieħor. Meta tlestiet u ġiet inawgurata il-power station tal-gass b’garanzija ta’ kontijiet orħos u arja aktar nadifa qalu li hi monument tal-korruzzjoni. Meta roħsu l-prezzijiet qalu li dan grazzi għalihom u issa saħansittra daret id-diska u qed jgħidu li mhux vera roħsu, anzi żdiedu. Għax iż-żieda fit-turisti f ’dawn l-erba’ snin ammontat daqs dik irreġistrata f ’20 sena sħaħ taħt il-PN, qalulna li kollu grazzi għall-inkwiet fil-pajjiżi ġirien. Meta jkollok il-Eurostat tiddikjara li l-faqar naqas bin-nofs, ilPN jgħidulek li mhux vera, anzi il-faqar żdied. Iż-żieda fil-pensjonijiet huma xiri ta’ voti għall-Oppożizzjoni. Garanzija għaż-żgħażagħ laqqmuha ga-
ranzija tal-washing machines. Fit-tnaqqis drastiku fir-rata talqgħad iridu jbellgħuha lill-poplu li l-Gvern daħħal lil kulħadd jaħdem maċ-ċivil. Insomma għall-PN dan il-Gvern m’għandu l-ebda mertu, m’għamel xejn, li għamel bi skop ħażin, hu biss gvern korrot, ħaqqu l-ħabs u l-forka. Kollox ta’ taħt fuq, aktar mill-mobile tal-Kap tal-Oppożizzjoni. Aktar minn hekk assistejna għal ġranet sħaħ ta’ allegazzjonijiet mingħajr prova waħda fuq il-Prim Ministru u l-familja tiegħu. Ħelwin tal-PN tafux, jitfgħulek it-tajn u mbagħad int trid tipprova li dak it-tajn mhux vera u li int innoċenti. Imma dan il-partit tal-avukati qed jaġixxi bil-kontra: jakkużak mingħajr ma jġib provi, jordna biex tiġi arrestat, interrogat, mitfugħ il-ħabs u mbagħad sta għalik biex iġġib il-provi ħalli tipprova l-innoċenza tiegħek. Tajba wkoll. Perikolużi dawn tal-PN jekk allaħares qatt ikunu fil-gvern. Lil min jidrilhom huma jakkużawh u jarrestawh bla provi u mbagħad miskin min ikun ikollu jara kif se jipprova l-innoċenza tiegħu. Bdejna bl-istorja redikola tassafe fil-kċina u l-bagalji. Imbagħad sibna li ma kien hemm l-ebda safe fil-kċina. Biex niddefendu dil-gidba qalulna li s-safe u l-evidenza tneħħiet xhur ilu. Mela għalfejn dak l-istorbju kollu fuq il-bagalji la l-evidenza
tneħħiet ilu? Imbagħad ipparkja l-ishredder quddiem Pilatu u ħarġu b’putiferju sħiħ li se tinqered l-evidenza. X’evidenza se tinqered? Mela ma qalux li l-evidenza kienet fil-bagalja jew ittieħdet snin ilu? X’taħwid. Jinqabdu fit-tgerfix, fil-ferneżiji u fil-fantasiji tagħhom stess. Sadanittant għadna nistennew il-provi. U tgħidli qalbi nistennew se nibqgħu, bliskuża tal-protezzjoni tas-sors. Nibqgħu fuq il-kelma tagħhom. Tajba hekk hux. Nemmnu lilhom għax qed jgħidu l-verità. Punto e basta. Lill-pulizija ma jridux jagħtuhom l-evidenza għax m’għandhomx fiduċja fil-Kummissarju u allura filkorp. Qalulna wkoll li l-inkjesta hi fażulla biex imbagħad kellhom fiduċja fl-inkjesta tant li marru jippreżentaw ‘il-provi’ lill-maġistrat inkwerenti dwar dak li qed isejħulu tal-korruzzjoni fis-sistema taċ-ċittadinanza. L-iskop wara dan kollu huwa li l-pajjiż jiġi distabbilizzat, tintilef il-kredibilità fl-istituzzjonijiet u tinħoloq atmosfera ta’ firda u provokazzjoni, tattika li ħadmet fit-tmeninijiet, imma l-Prim Ministru Joseph Muscat afferma li mhux se jħalli li tiġri. L-għatx, il-kilba għal poter u l-għira qed jirriduċu lillPN f ’partit perikoluż li lest li jagħmel minn kollox u jkisser ir-reputazzjoni tajba li jgawdi l-pajjiż bix-xogħol fejjiedi li sar
tul din il-leġiżlatura, imbasta jerġgħu jiksbu dak li jħossu li hu dritt divin għalihom: il-poter. Il-Prim Ministru li flimkien mal-familja tiegħu kien vittma ta’ frame up b’gideb faħxi, jagħtina eżempju ta’ kif il-poplu għandu jirreaġixxi għal dawn l-atti tal-Oppożizzjoni. Bil-kalma u bl-għaqda nimxu ’l quddiem u nkomplu nwettqu l-ġid. Aktar ma jattakkawna personali aktar nirrispondu b’ħolqien ta’ aktar ġid lejn il-poplu Malti u Għawdxi, aktar nagħmlu kuraġġ sabiex b’determinazzjoni nkomplu naħdmu u mbagħad b’wiċċu minn quddiem il-PL jitlob b’umiltà l-fiduċja millġdid tal-elettorat, mhux b’diskors u wegħdi fiergħa, mhux b’allegazzjonijiet foloz, ħmieġ u gideb, imma b’ħidma mwettqa u ġid maħluq għal kulħadd. Għandi fiduċja assoluta f ’Joseph Muscat għax il-PL huwa partit wieħed, moviment wieħed, b’mexxej sod u stabbli wieħed Dr. Joseph Muscat li ta lil pajjiżna serħan il-moħħ u stabilità. Ningħaqdu għada l-1 ta’ Mejju Pjazza Kastilja f ’manifestazzjoni qawwija u turija tal-fiduċja tagħna fil-ħidma ta’ dan il-Gvern u fil-Prim Ministru. Ippermettuli fl-aħħar nett nirringrazzja lid-delegati tal-PL li mill-ġdid għoġobhom jagħtuni l-fiduċja sabiex nirrappreżentahom fl-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL.
IL-ĠIMGĦA TAL-‘PROVI’ SARAH
AGIUS FŻL
L-attiviżmu politiku u l-għażla tagħna biex niffurmaw parti minn dan il-partit politiku, il-moviment li illum qed iservi l-mandat ta’ Gvern li l-poplu wera fiduċja fih, iġegħelna naħsbu u nistaqsu mistoqsijiet lilna nfusna. Din il-ġimgħa bla dubju kienet imżewqa b’ħafna stejjer u episodji li xtaqt nagħmel ftit analiżi qasira fuqhom. Fid-dagħdigħa li għandhom biex ikomplu jħammġu lillGvern, il-Partit Nazzjonalista nfexx f ’sensiela ta’ attakki b’rabta mal-każ Egrant biex forsi xi darba tiġihom tajba. Kif jgħidu, min ma jilgħabx iħassar u hekk qed jagħmel il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil! Għax il-paladini tal-politika nadifa jridu jgħallmuna huma kif għandna mmexxu l-pajjiż.
Imma ejja nippruvaw nifhmu din il-kwistjoni ftit aktar millqrib u nħalli lilkom biex tiġġudikaw. Wara sensiela ta’ attakki oħra, il-blogger Daphne Caruana Galizia tikteb li Egrant hi tal-mara tal-Prim Ministru. IlPrim Ministru jisfida lill-Partit Nazzjonalista u lill-blogger Daphne Caruana Galizia biex jippubblikaw provi tal-gideb li qed jintqal għax dejjem ċaħad kategorikament li din la hi tiegħu u lanqas tal-familja tiegħu. Mhux talli ma kellux x’jaħbi talli mar għand il-Maġistrat tal-Għassa, li kien imissu fuq l-iskeda, biex jinvestiga dak li kellu jinvestiga. Il-Prim Ministru saħansitra sfida lill-Kap tal-Oppożizzjoni għad-dibattitu fuq il-Programm Xarabank fejn kompla jisħaq li l-allegazzjonijiet li qed isiru fuq dokumenti li setgħu tqattgħu ma jagħmlux sens għax transfers bankarji huma reġistrati internazzjonalment bi swift u iban. Għalhekk, hu faċli ħafna li jkun ikkonfermat jekk seħħux dawn it-trasferimenti. F’siegħa u nofs dibattitu Simon Busuttil ma ġab ebda prova biex jissostanzja l-allegazzjonijiet. L-unika ‘provi’ li ġab kienu l-famużi bagalji bil-provi fihom li skont
huma nħarġu minn ġo safe li kien hemm fil-kċina tal-bank Pilatus, u d-dokument fabrikat. Malli sar magħruf li s-safe ma jeżistix, il-verżjoni nbidlet u beda jingħad li s-suppost provi tneħħew sena ilu. Imbagħad qalu li kien hemm shredder 50 metru ’l bogħod minn Pilatus Bank, liema shredder kienet ilha hemm żmien. Iva eżatt, proprju qisek qed tara xi teledramm. Imma wara dawn l-allegazzjonijiet kollha li qed isiru, il-mistoqsija tibqa’ jekk il-Kap tal-Oppożizzjoni huwiex lest li jerfa’ r-responsabbiltà politika jekk jirriżulta li dawn l-allegazzjonijiet huma infondati. Jibqa’ d-dubju dwar min hu l-establishment u min hemm wara dan il-pjan maħmuġ u kkordinat. M’għandix dubju li n-nies hemm barra ser jibgħatu l-messaġġ tagħhom dalwaqt. U dan għaliex il-Gvern preżenti jwettaq, u jwettaq bil-fatti! Kellna ġimgħa storika għall-pajjiżna hekk kif bdejna nħaddmu enerġija bil-gass għall-ewwel darba, naqqasna l-faqar bin-nofs filwaqt li Malta kważi laħqet il-mira tal-impjiegi li suppost kellha tilħaq fl-2020. Pajjiżna rnexxielu jdawwar defiċit ta’
€261 miljun f ’surplus ta’ aktar minn €100 miljun. Komplejna nikkonfermaw, u bil-provi, kif dan hu gvern tal-ħaddiem u tax-xogħol hekk kif ġiet maqbula, mal-imsieħba soċjali, żieda fil-paga minima; żieda li kienet ilha ma ssir ’il fuq minn 27 sena u li skont GonziPN fl-2013 “Muscat kien ser jifriża l-paga minima,” jekk ikun fil-Gvern. Dan huwa sinjal ċar ieħor li Malta verament miexja fid-direzzjoni t-tajba u bl-aqwa mod li tista’ taħdem. Riżultati li jikkonfermaw li Malta hi pajjiż b’saħħtu, stabbli, b’integrità u bi kredibbiltà. Dawn huma l-vera provi li pajjiżna għandu Prim Ministru b’viżjoni, seren u kompetenti flimkien mallaqwa tim ekonomiku li qatt kellu dan il-pajjiż biex ikompli jagħmel lil Malta verament l-aqwa fl-Ewropa. Għalhekk ejja lkoll ningħaqdu bi ħġarna biex nhar it-Tnejn l-1 ta’ Mejju 2017 niltaqgħu fi Pjazza Kastilja, il-Belt Valletta sabiex inkomplu nagħtu s-sapport mistħoqq lill-Prim Ministru Joseph Muscat. Intant, għaddew ’il fuq minn 50 ġurnata u għadna qed nistennew li jinħarġu l-invoices ta’ db Group!
19
30.04.2017
kullhadd.com
X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI
24.04 Ġiet irreġistrata żieda ta’ 7% fin-numru ta’ passiġġieri li għamlu użu mit-trasport pubbliku.
25.04 Ġie deċiż li jinfetħu ħames skejjel ġodda fil-pajjiż: f’Ħal Kirkop, ĦadDingli, f’Wied ilGħajn, f’San Pawl il-Baħar u fir-Rabat, Għawdex.
26.04 Beda x-xogħol fuq il-Junction tal-Kappara.
Mid-Djarju ta’
Nazju n-Nazzjonalist
Il-Ħamis, 20 ta’ April Xejn ma niżlitli dik li qalet tal-Bidnija dwar il-files fil-kċina tal-bank ta’ Pilatu, jew xi xjafek jismu! Jien naħseb li kieku kien hemm xi files li jimplikaw lil Joseph Muscat f ’xi ħaġa, kieku ilhom li qerduhom, u mela jaħbuhom fil-kċina, kif qalet hi! Imma jien x’jimpurtani jekk hux qed tgħid il-verità jew le. L-importanti għalina li mhux biss tappoġġja lil Simon tagħna, imma li tipprova tgħinu. Ngħiduha kif inhi. Li kieku ma jkunux l-invenzjonijiet jew il-gideb tagħha kieku Simon tagħna, ma tantx ikollu xi jgħid, għax kull nhar ta’ Ħadd ikellimna fuq il-Panama, Keith Schembri u Konrad Mizzi. Il-Ġimgħa, 21 ta’ April
27.04 Sena wara li ġiet mitfija l-power station tal-Marsa... l-ammont ta’ emissjonijiet SO2 fl-arja fl-inħawi tal-Marsa naqsu b’ madwar 80%.
28.04 F’din id-data tħabbar li 76% tax-xogħol tal-manifest elettorali tal-Partit Laburista beda jitwettaq.
29.04 Ġiet inawgurata t-tielet dar fil-komunità għal persuni b’diżabilità fiż-Żurrieq.
30.04 Fit-trasport pubbliku, ilkumpanija Spanjola li qed tmexxi dan is-servizz, irċeviet 63% inqas ilmenti milli kienet tirċievi l-Arriva.
Donnu li Claudio Grech ma jridx jidher spalla ma’ spalla ma’ Simon tagħna għax lanqas rajtu fil-konferenza stampa tal-kap ta’ dalgħodu. Aktar ma jgħaddi żmien, aktar qed nikkonvinċi ruħi li Claudio Grech huwa wieħed minn dawk li skont dik talBidnija qegħdin jagħmlu minn kollox biex nitilfu l-elezzjoni, u mbagħad jaqilbuha lil Simon. Ma nafx kemm se ddum biex tgħidilna min huma meta l-elezzjoni, kulma tmur qiegħda toqrob. Nispera li tgħidilna u ma tħallix għal wara l-elezzjoni, għax imbagħad ikun tard wisq. U x’jien ngħid, ikun tard wisq?! Mela b’Marlene u b’Salvu Mallia spalla ma’ spalla ma’ Simon, nistgħu nitilfuha l-elezzjoni! Lanqas biss jgħaddili minn moħħi man! Is-Sibt, 22 ta’ April Min jaf x’inhi r-raġuni għaliex dik talBidnija ma tridx titla’ tixhed, hux! Ngħid jien la għandha l-provi u d-dokumenti f ’idejha, mhux aħjar telgħet tixhed, aktar u aktar wara li ma tat l-ebda dokument lil Simon tagħna biex iċappsu ma’ wiċċ Joseph waqt Xarabank? Ma nafx, qed naraha mħawda dil-biċċa, u qed nitħawwad jien ukoll. Jien ħsibt li d-dokumenti millbank ta’ Pilatu ħariġhom dak ir-raġel li ġabuh ħiereġ mill-uffiċċju l-Ħamis filgħaxija, u llum dik tal-Bidnija qaltilna li ilhom li nħarġu. Nispera li ma naslux f ’sitwazzjoni fejn ngħidu li kien ikun aħjar li Simon tagħna ħasel idu bħal Pilatu minn dil-biċċa! Il-Ħadd, 23 ta’ April Bla nifs ħallieni llum. Filgħodu s-Siġġiewi, imbagħad ġirja d-dar għal biċċa lasagna, u tlaqt lejn il-Belt għax bżajt li ma nilħaqx post fi Pjazza San Ġorġ. Ngħid id-dritt
kien hemm xi affarijiet li dejquni. L-ewwel u qabel kollox ma stajtx nifhem kif spalla ma’ spalla ma’ Simon tagħna, ma kienx hemm Salvu Mallia, kif kien hemm Marlene u saħansitra Michael Birguglio li għadu ġej ilbieraħ. Dejjaqni wkoll it-tifħir ta’ Marlene lil dik tal-Bidnija, għax lili mhi togħġobni xejn il-biċċa li ma tridx titla’ tixhed. Anke Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna qalli li ma jistax jifhem għaliex ma tridx titla’ tixhed! It-Tnejn, 24 ta’ April Qed tinkwetani dik tal-Bidnija. Illum reġgħet ma resqitx lejn l-għatba tal-Qorti biex tgħidilna x’għamel Chris Cardona filĠermanja. Ma nistax nifhem għaliex ma tridx tersaq lejn l-għatba tal-Qorti. Anzi jien kont qed nistenna li se titlob hi wkoll biex kull libell jinstema’ b’urġenza biex li għandha x’tikxef, tikxfu. Għax aktar ma jgħaddi żmien, aktar qiegħed nibża’ li fil-verità m’għandha xejn x’tikxef. Imma l-aktar li qed tinkwetani hija dil-biċċa tassurplus, għax milli jidher huwa minnu li Joseph Muscat irnexxielu jagħmel dak li lanqas Eddie l-kbir ma kien kapaċi jagħmel! It-Tlieta, 25 ta’ April Ara veru qiegħed jagħmel minn kollox Simon tagħna biex jagħmel ġid lil pajjiżna. Miskin illejla kellu jsejjaħ lill-ġurnalisti billejl biex jikxef skandlu ieħor. U din iddarba mhux se jagħmel bħal dik tal-Bidnija u ma jersaqx lejn l-għatba tal-Qorti, imma għada stess se jagħti l-provi lill-Maġistrat. U din id-darba Simon tagħna m’għandu l-ebda dubju li se jingħata raġun għax diġà qalilna li huwa m’għandu l-ebda dubju li l-Maġistrat se jasal għall-istess konklużjoni tiegħu. Kellu bżonn il-Maġistrat ma jdumx ikaxkar saqajh biex jasal għall-istess konklużjoni ta’ Simon tagħna. Viva Simon! Viva Simon, ħej! L-Erbgħa, 26 ta’ April Kemm ħadt gost nisma’ lil dik il-mara tgħid kemm hu gustuż Simon tagħna. Gustuż, ħelu, imma fuq kollox kapaċi r-raġel. Kapaċi, pereżempju biex jinvestiga. Veru li ma rnexxilux fil-każ tal-Egrant, fil-każ ta’ Beppe Fenech Adami, u fil-każ ta’ Jason Azzopardi, imma rnexxielu fil-każ ta’ Keith Schembri, tant li se jmur bil-provi quddiem il-Maġistrat. U tant investiga tajjeb li diġà qal li l-Maġistrat, meta se jara r-riżultati tal-investigazzjonijiet tiegħu, se jasal għall-istess konklużjoni li wasal għaliha hu. U t-tbassir ta’ Simon, apparti t-tbassira tal-bailout, kollu jsir realtà.
20
30.04.2017
1
MADWAR kullhadd.com
L-ISTATI UNITI
FIL-QOSOR
2
1
INGĦATA ĦLAS WARA ESPERJENZA KERHA It-tabib minn Kentucky li spiċċa tneħħa bi vjolenza minn fuq titjira tal-United Airlines irċieva kumpens finanzjarju mill-kumpanija tal-ajru. L-avukati ta’ David Dao, li għandu 69 sena, qalu li kundizzjoni tal-ħlas tiegħu kienet li l-ammont jibqa’ kunfidenzjali. Dao għadda mill-esperjenza kerha wara li rrifjuta li jċedi postu biex minfloku jpoġġu membri tal-ekwipaġġ. Filmati tal-inċidenti nxterdu mal-internet kollu u ġabu magħhom rabja kbira. Il-vittma sofra konkussjoni, imnieħer miksur u tilef żewġ sinniet. Wara dan l-inċident, United Airlines ħabbret li se tkun qed toffri $10,000 lil min iċedi postu f ’sitwazzjonijiet simili.
2
L-INGILTERRA
3
FRANZA
SIR ELTON JOHN SETA’ JITLEF ĦAJTU Il-kantant Ingliż Sir Elton John sofra minn infezzjoni potenzjalment fatali waqt li kien fuq tour. Minħabba f ’hekk, huwa kellu jqatta’ żewġt iljieli fit-taqsima tal-kura intensiva u kellu jikkanċella l-kunċerti li kellu fl-Istati Uniti. Sir Elton John spiċċa marid serjament fi tmiem it-tour li kien qed jagħmel fl-Amerka t’Isfel, u għaldaqstant kellu jirritorna lejn ir-Renju Unit biex ikun ikkurat mill-ewwel. B’kollox tħassru disa’ kunċerti li kellhom isiru f ’Las Vegas u Kalifornja fuq medda ta’ gimagħtejn. Huwa qed jieħu l-mistrieħ fid-dar tiegħu. Stqarrija talmaniġment tiegħu qalet li l-infezzjoni kienet rari u b’xorta tajba kienet ikkurata mill-ewwel.
MACRON U LE PEN IL-KANDIDATI FINALI
Il-kandidat ċentrali Emmanuel Macron u l-mexxejja leminija estrema Marine Le Pen se jikkontestaw l-elezzjoni għall-Presidenza Franċiża nhar is-7 ta’ Mejju. Ir-riżultati tal-votazzjoni li saret il-Ħadd 23 ta’ Mejju wrew li Macron rebaħ madwar 24% talvoti, filwaqt li Le Pen kisbet 22%. Isegwuhom ġew il-kandidat ċentru-lemini Francois Fillon u dak xellugi Jean-Luc Melenchon. Sigħat wara r-riżultat, Le Pen ħabbret li m’għadhiex il-mexxejja tal-partit National Front. Hija qalet li ħadet din id-deċiżjoni għax konvinta li l-President għandu jgħaqqad lill-poplu kollu Franċiż. Min jirbaħ bejn iż-żewġ kandidati se jġib fi tmiem dominanza twila tax-xellug u ċ-ċentru lemini fil-politika Franċiża.
3
R ID-DINJA
3
21
30.04.2017
kullhadd.com
6
IL-KOREA T’ISFEL
4 5
6
TIBDA TITWAĦĦAL SISTEMA KONTRA L-KOREA TA’ FUQ Il-militar tal-Istati Uniti beda jwaħħal sistema difensiva kontroversjali għal kontra l-missili fil-Korea t’ Isfel, hekk kif qed tkompli tiżdied it-tensjoni fuq l-ambizzjonijiet nukleari tal-pajjiż ġar tagħha l-Korea ta’ Fuq. Fil-fatt, is-sistema bl-isem ta’ Terminal High-Altitude Area Defense, hija ddisinjata biex tipproteġi kontra t-theddid mill-Korea ta’ Fuq. Din tinterċetta u teqred missili ballistiċi li huma kapaċi jivvjaġġaw distanzi qosra jew medji. Is-sistema, li kienet miftiehma fl-2016 taħt l-amministrazzjoni ta’ Obama, mhux mistennija li tkun qed topera qabel l-aħħar tal-2017. Dan l-iżvilupp jaħbat mal-varar ta’ bastiment Ċiniż ġdid li jġorr l-ajruplani. L-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu li nbena fil-pajjiż.
5 4
IS-SIRJA
IL-MAĊEDONJA
SPLUŻJONI VIĊIN L-AJRUPORT TA’ DAMASKU KAOS FIL-PARLAMENT TAL-MAĊEDONJA Dimostranti daħlu fil-Parlament tal-Maċedonja wara li kien elett Albaniż bħala speaker. Waqt il-ġlied li nqala’ weġġgħu numru ta’ nies, fosthom il-mexxej Demokratiku Soċjali Zoran Zaev, li spiċċa bid-demm iċarċar ma’ wiċċu. Id-dimostranti, li huma partitarji tal-partit tal-eks Prim Ministru Nikola Gruevski, qed jitolbu li jsiru elezzjonijiet ġodda. Il-politika fl-eks repubblika Jugoslava ilhom fi stat ta’ imblokk mindu saret elezzjoni inkonklussiva f ’Diċembru. Iżda l-kriżi tmur iktar lura għal skandlu li seħħ sentejn ilu fuq interċezzjoni telefonika. Zaev ħoloq koalizzjoni ma’ partiti etniċi Albaniżi, iżda l-isforzi tiegħu biex jifforma gvern kienu imblokkati mill-President.
Il-midja tal-istat Sirjan irrappurtat li attakk Iżraeljan b’missila kkawża splużjoni kbira u nirien f ’sit militari viċin l-ajruport internazzjonali ta’ Damasku. L-aġenzija tal-aħbarijiet qalet li tank tal-fuel u maħżen spiċċaw meqruda. Iżda r-ribelli Sirjani qalu li ntlaqat maħżen tal-armamenti mmexxi mill-moviment Hezbollah, li qed jiġġieled fis-Sirja bħala alleat tal-Gvern. L-Iżrael qal li l-isplużjonijiet kienu skont il-politika tiegħu li jwaqqaf lill-Iran milli jgħaddi l-armi lill-Hezbollah bil-kutrabandu. Iżda ma kkonfermax min kien responsabbli. L-Iżrael jirrikonoxxi lill-Hezbollah, u l-alleat tiegħu Iran, bħala l-ikbar theddida. L-istess pajjiż daħal fi gwerra kontra l-Hezbollah fl-2006, u l-grupp kiber konsiderevolment minn dakinhar ’l hawn.
22
30.04.2017
kullhadd.com
IL-KANADIŻA F’GĦAWDEX Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Malta m’għandha xejn inqas minn pajjiżi oħra, fil-fatt anke fejn jidħlu kotba, dawn dejjem qed jiżdiedu u b’hekk ikollna aktar għażla ta’ qari varjat. Dan l-aħħar anke jiena personalment, ippubblikajt l-ewwel ktieb tiegħi – Għatx. Minkejja dan, xorta nosserva awturi u talenti oħra madwari. Fil-fatt dan l-aħħar sirt naf b’awtrici bħali li iżda ħarġet ittieni ktieb tagħha. Interessajt ruħi fil-kitba tagħha u proprju offrejtilha intervista fuq din il-paġna. Qed nirreferi għal Sharon Calleja. Għandha 38 sena, miżżewġa, u tgħix flimkien mar-raġel tagħha Mark u ż-żewġt itfal tagħhom. Joqgħodu x-Xagħra Għawdex, taħdem bħala deputat reġistratur fi ħdan il-Qorti ta’ Malta u l-aktar passatemp li għandha għal qalbha wara l-qari huwa s-safar bil-karavan u l-avventuri. Tqis lilha nfisha bħala persuna dħulija, tħobb tiltaqa’ ma’ nies ġodda, tagħmel ħbieb malajr u tħoss li t-tifla ta’ ġo fiha ma kibret qatt. Tħobb tgħin ħafna lil dawk in-nies li tarahom qed ibatu jew ikunu għaddejjin minn mumenti diffiċli. Sharon trabbiet ilKanada, iżda iktar tard marret tgħix Għawdex. Fil-fatt tgħid li għalkemm hija tip ta’ persuna li taddatta malajr, ma kien faċli xejn għaliha li tidra l-istil tal-ħajja ta’ Għawdex. “Meta kont il-Kanada kelli l-ħbieb l-iskola hemm, li filfatt għadni nikkuntattja minn żmien għal żmien, il-familja kienet hemm ukoll bħal zijiet li trabbejt magħhom u li llum ilni xi ftit ma nara. Ma kienx faċli nibdel kollox; il-lingwa, ilħbieb, l-iskola. Però maż-żmien drajt. U llum il-ġurnata naħseb li hawn f ’Għawdex u Malta għandna stil ta’ ħajja aktar rilassanti minn dik ta’ barra, fis-sens li hawn hawn iżjed libertà. L-istil ta’ ħajja ta’ hawn jogħġobni”, bdiet tgħidli. Ta’ min jgħid li ta’ tmien snin kienet diġà bdiet tħarbex xi poeżiji u stejjer. Kienet ittihom lil sħabha tal-klassi, għax issostni li permezz tagħhom kienet tħossha qed tesprimi ruħha. “Minn meta kont żgħira, l-ħolma tiegħi kienet li naqsam l-istejjer li kienu jiġu f ’moħħi ma’ ħaddieħor, allura kont nikteb poeżiji u stejjer u nqassamhom lil sħabi ħalli nara xi jħossu meta jaqrawhom. Kont inħobb inpinġi komiks ukoll bil-lapes u nagħmilhom f ’forma ta’ storja. Il-ġeneru li kont inħobb nikteb kien dejjem
ifissru mewt għal Lorenza, li tiltaqa’ mal-imħabba u tiġġieled għaliha. Friefet għadu kemm ħareġ m’ilux u ppubblikat ukoll minn BDL Publishers. Ħsibt li forsi l-Maltin b’mod in ġenerali m a
ikun fih xi element ta’ misteru jew biża’. Imma l-istejjer tal-imħabba kienu jogħġbuni wkoll. L-hena tiegħi kienet meta kienu jgħiduli x’għoġobhom fl-istejjer u kont narahom eċċitati biex nagħtihom iżjed stejjer ħalli jaqraw,” tbissmet tgħidli. Sharon għandha taħlita ta’ rwoli f ’ħajjitha – fil-fatt hija awtriċi, pubblikatriċi, direttriċi u attriċi. Proprjament l-ewwel bdiet tikteb. “Niftakar l-istorja ta’ Rubini, li kienet dehret fuq televixin lokali, kont ktibtha meta kelli xi 12-il sena. Imbagħad addattajtha għal skript għal televixin. Peress li meta konna ser nagħmluha fuq it-televixin, kont ilni nieħu xi korsijiet tad-drama, kont intgħażilt biex nagħmel il-parti prinċipali għaliex id-direttur kien qalli li peress li ktibtha jien u kien fiha ħafna emozzjonijiet, kont ser nidħol fl-istorja żgur. Kont ninteressa ruħi wkoll fid-direzzjoni u tgħallimt waqt il-ġbid tal-istess serje, fejn imbagħad komplejt insaħħaħ it-tagħlim fid-direzzjoni waqt drama oħra li dderiġejt flimkien mal-mibki u bravu Lino Grech. It-tielet serje li kont ħdimt
fuqha; Eklissi, kien fiha ħafna effetti speċjali u ħadt gost nidderiġiha wkoll,” spjegatli. S’issa ppubblikat żewg kotba S’issa bħala awtriċi, Sharon ippubblikat żewġ kotba. Fissena 2016 Ċagħaq u din is-sena 2017 Friefet. Il-ktieb Ċagħaq fih storja li tinbet kurżità fl-ewwel żewġ paġni u tibqa’ mal-qarrej sal-aħħar. Dan ir-rumanz huwa thriller drammatiku b’element sopranaturali li jdaħħal lillqarrej f ’dinja ta’ intriċċi li jaqtgħulek nifsek sal-aħħar paġna. S’issa Ċagħaq niżel tajjeb ħafna ma’ dawk kollha li qrawh, għaliex fih element uniku li tarah fil-films. Friefet huwa ktieb bi storja ambjentata fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija f ’Malta. Lorenza titlef dak kollu li kien jagħmel parti minn ħajjitha. Peress li ommha kienet tkantalha għanja talfriefet u hi tara lil ommha stess tmut quddiem għajnejha, tmur tgħannaqha magħha waqt li kienet qiegħda tmut u tkantalha l-għanja. Minn dakinhar, il-friefet jibdew
l-ħajja, hija sensazzjoni unika, li ma tantx tista’ ssib kliem biex tiddeskrivi. L-emozzjonijiet huma uniċi. Illum il-ġurnata qed javviċinawni ħafna nies biex naħdem Ċagħaq għaċċinema jew għal serje wkoll, u ngħidlek il-verita, nitħajjar”, kompliet telabora miegħi. Magħha ddiskutejt ukoll minn dak li tinnota lokalment, dwar ir-rispons fil-kitba u qari, jew jekk għadx fadlilna fejn naqdfu rigward vantaġġi, opportunitajiet u skemi. “Naħseb f ’dan il-lat għad fadal x’naqdfu mhux ħażin. Jien nixtieq li tasal dik il-ġurnata li kittieb jista’ jkollu d-dħul kollu tiegħu mill-kitba u mhux jikteb bħala passatemp biss, bħalma qegħdin ħafna mill-pajjiżi barra minn Malta, ħalli persuna tkun tista’ tagħmel dak li tħobb il-ħin kollu.” Għall-futur Sharon għandha ħafna proġetti oħra, fosthom tixtieq tikteb aktar stejjer u taqsamhom ma’ dawk kollha li jħobbu jaqraw. Tixtieq ukoll taħdem xi ħaġa ġdida għal fuq it-televixin jew iċ-ċinema. Finalment xtaqet tgħaddi messaġġ għall-qarrejja. “Filħajja trid dejjem tkun pożittiv, temmen fik innifsek u taqta’ qalbek qatt. Il-ħajja tant hija sabiħa u qasira, li wieħed għandu jsib mezz biex ikun pożittiv f ’kull minuta għaliex il-ħajja tgħaddi malajr wisq. tantx għadhom Nagħlaq billi ngħid li kull ktieb iħobbu jaqraw kotba. B’hekk huwa dinja differenti li tinfetaħ lil Sharon staqsejtha minn eżatt mal-ewwel paġna,” lenti ta’ awtriċi kif taħseb fuq temmet tgħid. dan il-punt.. “Personalment naħseb li għad hawn ħafna min għadu jħobb jaqra. Kont naħseb li l-midja soċjali ħadet post ħafna mill-qari, però wara li ktibt Ċagħaq u rajt x’rispons qawwi kien hemm, illum biddilt il-ħsieb u naħseb li sew Malta u anke Għawdex għad hawn ħafna persuni li jħobbu jaqraw il-kotba, speċjalment Jien nixtieq li bil-lingwa tagħna; il-lingwa tasal dik Maltija,” sostniet miegħi. Stejjer tagħha maqluba għal teledrammi Qlibt id-diskors dwar xi stejjer tagħha li ġew trasformati f ’teledrammi. Fil-fatt kienet semgħet li kien hawn bżonn xi stejjer għal fuq it-televixin u qalet, u iva tbiddel l-istorja ta’ Rubini għal serje fuq it-televixin u timxi minn hemm. “L-istorja ntgħoġbot ħafna u għamlitli ħafna kuraġġ biex inkompli nikteb. Meta tara l-karattri li tkun ħloqt inti stess jieħdu
il-ġurnata li kittieb jista’ jkollu d-dħul kollu tiegħu mill-kitba u mhux jikteb bħala passatemp biss
23
kullhadd.com
ANGKOR WAT – BELT IT-TEMPJI
MARY ISTORJA CHETCUTI MILL-
Angkor Wat jirrappreżenta universalment lill-Kambodjani bħala l-poplu li bena l-akbar tempju li qatt deher fuq ilqoxra tad-dinja. Dan it-tempju ilu s-simbolu nazzjonali fuq il-baniera Kambodjana sa mill-1850 u tarah ukoll fuq ir-Riel, il-munita ta’ dal-pajjiż meraviljuż. Kif toħroġ mill-ajruport ta’ Siem Reap trid tivvjaġġa madwar sitt kilometri lejn it-Tramuntana ta’ dil-belt turistika biex issib ruħek quddiem il-parti t’isfel talbelt it-tempji jew kif inhi magħrufa bl-ilsien Khmer (illingwa antika Kambodjana) Angkor Wat; il-belt li skont leġġenda popolari inbniet f ’lejl wieħed biss minn divinità Ħindu. Fil-verità dalkapolavur li llum jinsab taħt il-protettorat tal-UNESCO bħala wirt mondjali, beda jinbena mill-Imperatur Khmer Suryavarman II lejn l-ewwel nofs tat-tnax –il seklu meta d-dinja tal-Punent kienet mgħaddsa fil-Medjuevu. L-użurpatur Suryavarman II sar imperatur fl-1113 wara li qatel lil zijuh biex ħa t-tmexxija f ’idejh u reġa’ saħħaħ l-imperu
li kien tilef ħafna mill-poter tiegħu. Suryavarman II mexxa għadd ta’ battalji sabiex ikompli jkabbar l-imperu tiegħu, madankollu, qatt ma rnexxielu jinvadi r-reġjun talġirien Vjetnamiżi li min-naħa tagħhom irritaljaw b’qilla kbira sabiex ipproteġew arthom. Fejn ma wasalx bil-gwerer, l-Imperatur Khmer irnexxielu bid-diplomazija kif għamel mal-Imperu Ċiniż sabiex iż-żewġ naħat sabu tarf talproblemi li kienu ilhom is-snin ifixklu l-kummerċ bilaterali. Bis-saħħa t’hekk l-ekonomija ssudat u l-ġid kiber. Għaldaqstant Suryavarman II seta’ jibda proġett arkitettoniku ambizzjuż li kien ilu fuq moħħu; ried jibni tempju enormi għall-qima ta’ Vixnu, id-divinità Ħindu tal-mewt. Barra minn hekk l-imperatur ried ukoll li dattempju jservih ta’ musulew meta huwa jħalli din id-dinja. Il-bini beda fil-qalba tal-belt antika ta’ Angkor li kienet twaqqfet minn imperatur Khmer preċedenti fis-sena 800 wara Kristu. L-Imperatur Suryavarman II ma laħaqx ra l-proġett ta’
Angkor Wat komplut li filfatt tlesta ħafna snin wara mewtu. Skont skrizzjoni minquxa fuq parti millkilometri ta’ bassi riljevi ta’ dat-tempju l-Imperatur Suryavarman II ingħata t-titlu ta’ Paramavixnuloka wara mewtu li tfisser ‘Dak li daħal fid-Dinja Ċelestjali ta’ Vixnu’. Maż-żmien imperaturi suċċessuri ġew u marru sakemm wasal iż-żmien li l-poplu Khmer qaleb il-fidi tiegħu mill-Ħinduwiżmu għall-Buddiżmu u Angkor Wat inbidel f ’tempju Buddista kif għadu sal-lum. Mibni f ’forma rettangolari mifrux fuq medda ta’ madwar żewġ kilometri kwadri ta’ art, Angkor Wat kien mogħni b’sistemi ta’ irrigazzjoni sofistikati għall-għelieqi tarross fil-periferija tiegħu, riservi tal-ilma għall-popolazzjoni, palazzi u aktar tempji iżgħar. Il-kumpless prinċipali huwa mdawwar b’foss enormi mimli bl-ilma li b’danakollu ma ħelsux mill-ħbit kontinwu tat-truppi tar-Renju ta’ Siam (it-Tajlandja l-antika) u kien fl1431 li waqa’ f ’idejn l-għadu; il-poplu Khmer ħarab u waqqaf belt ġdida bl-isem ta’ Phnom Penh aktar minn 300 kilometru fin-Nofsinhar ta’ Angkor Wat. Angkor u Angkor Wat ġew issakkeġġati u vvandalizzati mill-għadu imma qatt ma ġew abbundanati kompletament.
Esperti u xjentisti illum qed jibdew jifhmu li l-abbandun ta’ Angkor Wat ma ġiex konsegwenza tal-gwerer biss imma seta’ ġie saħansitra millistess progress u popolazzjoni dejjem tikber (jingħad li l-popolazzjoni kienet telgħet sa 500,000 ruħ) li ħtieġet aktar għelieqi tar-ross u għaldaqstant aktar qirda ta’ ġungla li normalment tassorbi ilma tax-xita żejjed sabiex iżżomm ekwilibriju naturali. Diżastri fis-sistemi ta’ irrigazzjoni li sikwit ikkaġunaw għargħar seta’ kien fattur importanti li Angkor Wat ma baqax abitat. Konsegwenza ta’ dan, il-ġungla reġgħet bdiet titkattar, toħnoq u tgħatti bilfriegħi tagħha dil-belt u l-akbar tempju ta’qima fid-dinja. L-ewwel Ewropew li żar Angkor Wat kien patri Kapuċċin Portugiż Antonio da Madalena fl-1586. Tliet snin wara stqarr mal-istoriku Portugiż Diogo do Couto li : “Tant hi binja straordinarja li mhux possibbli tiddeskriviha bil-kitba, iktar u iktar meta tqis li ma hawnx binja oħra bħalha fid-dinja.” Tliet sekli wara da Madalena, esploratur żagħżugħ Franċiż Henri Mouhout żar Angkor u Angkor Wat; tant baqa’ affaxxinat b’dak li ra li kiteb: “Wieħed minn dawn ittempji li jħabbatha ma’ dak ta’ Salamun u mibni minn xi Michelangelo tal-qedem
30.04.2017
jista’ jitqabbel mal-aktar binjiet sbieħ tagħna........huwa majestuż aktar minn kwalunwe sit li ħallew warajhom ilGreċja u Ruma....” Il-kitbiet ta’ Henri Mouhout qanqlu interess kbir filpoplu tal-Punent għal dan il-kapolavur arkitettoniku uniku u żaruh mijiet li llum saru mijiet ta’ eluf ta’ turisti li jżuruh kull sena. Angkor u Angkor Wat jinħtieġu restawr u konservazzjoni kontinwa sabiex il-ġmiel tagħhom ma jinqeridx mill-mases li jżuruh u mill-istess natura. Fil-fatt l-ewwel ċentru ta’ konservazzjoni twaqqaf lura fl-1908 mill-Ecole Francaise d’Extreme Orient meta l-Kambodja kienet għadha kolonja Franċiża; minn dakinhar ’l hawn ix-xogħol ta’ konservazzjoni waqaf biss matul is-snin sebgħin u tmenin meta l-Kambodja nħakmet mit-tirann Pol Pot mexxej tal-Khmer Rouge. Fl-2007 żewġ arkeologi Damian Evans u Jean Baptiste Chevance wettqu studju importanti ħafna meta permezz ta’ radar tanNASA għamlu sensiela ta’ fotografija forensika mill-ajru fuq Angkor Wat u l-ġungla tal-madwar; ir-riżultat kien skoperta sorprendenti li Belt it-Tempji hija biss iċ-ċentru ta’ belt ħafna ikbar li biż-żmien tgħattiet min-natura selvaġġa u saret parti minnha.
24
30.04.2017
kullhadd.com
IL-BOV IĦABBAR IR-RIŻULTATI GĦALL-EWWEL SITT XHUR TAS-SENA Il-Grupp Bank of Valletta ħabbar profitt qabel it-taxxa ta’ €74.0 miljun għall-ewwel sitt xhur tas-sena li jagħlqu fil-31 ta’ Marzu 2017, żieda ta’ 8% fuq it€68.5 miljuni rrappurtati għallistess perjodu s-sena l-oħra. Dan jirrappreżenta redditu fuq l-ekwità (ROE) qabel it-taxxa ta’ 20%. Waqt li ppreżenta r-riżultati lillġurnalisti, iċ-Ċermen tal-BOV Deo Scerri spjega li l-operat tal-Grupp għandu jkun evalwat f ’kuntest ta’ ekonomija lokali bi prestazzjoni tajba ħafna, imma wkoll f ’xenarju internazzjonali diffiċli, ikkaratterizzat minn rati ta’ imgħax persistentement baxxi. L-ambjent attwali ta’ rati tal-interessi qed jippreżenta sfida lill-banek Ewropej. Ilmarġini tal-imgħax tal-BOV għal dan il-perjodu, li ammonta għal €72.7 miljuni, wera tnaqqis ta’ 3% meta mqabbel ma’ Marzu 2016. Madankollu, it-tnaqqis filmarġini tal-interessi kien ikkumpensat, fil-parti l-kbira minnu, minn żieda mill-introjtu nett mill-imposti, li tela’ għal 6% u laħaq it-€33.8 miljuni. Il-
Bank qed jimplimenta strateġija biex jissupplimenta d-dħul ewlieni tiegħu mill-marġini talinteressi bi dħul minn sorsi alternattivi. Ir-riżultati interim juri li din l-istrateġija bdiet tħalli l-frott. Il-Grupp irreġistra wkoll it-treġġigħ lura ta’ spejjeż tal-indeboliment (impairment charges) ta’ €5.3 miljuni, riżultat tal-isforzi kontinwi tal-Bank biex jirkupra d-dejn. Dan wassal biex numru ta’ nonperforming loans ġew imħalsa. Kien hemm ukoll titjib ġenerali fil-kwalità tal-kreditu tal-loan book tal-Bank. Is-Sur Scerri spjega kif ilpożizzjoni finanzjarja talGrupp fl-aħħar ta’ Marzu 2017 tirrifletti l-kundizzjonijiet lokali attwali, fejn attività ekonomika pożittiva u livell għoli ta’ fiduċja fost l-investituri u l-konsumaturi qed iwasslu għal livelli għolja ta’ likwidità flekonomija. Dan imbagħad qed ikun rifless f ’livelli għolja ta’ depożiti fis-settur bankarju. Matul dan il-perjodu, iddepożiti tal-klijenti mal-BOV telgħu b’€487 miljun, biex
b’hekk id-depożiti qed ilaħħqu d-€9.7 biljuni, u jkopju 86% tal-karta tal-bilanċ tal-Grupp. Fl-istess waqt, is-self nett talGrupp tela’ b’€102 miljuni, u qiegħed fil-livell ta’ €4.1 biljuni. L-eċċess ta’ depożiti ġodda fuq self ġdid ġie mqassam bejn likwidità u assi ta’ investiment. Preżentement, il-likwidità u l-assi ta’ investiment tal-Grupp jammontaw għal €6.9 biljuni, jew 61% tal-karta tal-bilanċ. L-assi totali jammontaw għal €11.3 biljuni, żieda ta’ €583 miljun fuq Settembru 2016, waqt li l-ekwità tammonta għal €753 miljun, żieda ta’ €24 miljun. Il-proporzjon ta’ Core Equity Tier 1 hija ta’ 13.1%, ’il fuq minn 12.8% f ’Settembru 2016. Iċ-Ċermen għamel referenza għall-programm “Nibdlu l-Bank” li l-BOV qed jimplimenta attwalment. Huwa spjega li dan il-programm, li huwa mifrux fuq medda ta’ tliet snin, ser isaħħaħ is-sisien talGrupp, u jwassal għal mudell ta’ negozju robust, li jiżgura l-fattibbiltà u l-profittabbiltà tal-BOV sal-2020 u lil hinn.
“L-għan aħħari tiegħu huwa s-sostenibbiltà u l-istabbiltà tal-Grupp fit-tul. Il-programm ser jiġi implimentat f ’ambjent finanzjarju u regolatorju diffiċli ħafna, ikkaratterizzat minn rekwiżiti prudenzjali li kulma jmur qed isiru aktar onerużi u spejjeż dejjem ogħla tal-compliance. Il-Grupp jagħraf li jrid ikompli jlaħħaq mal-aspettattivi leġittimi talazzjonisti għal dħul raġonevoli mill-investiment tagħhom. Huwa għalhekk kruċjali li l-BOV mhux sempliċiment inaqqas ir-riskju tal-mudell ta’ negozju tiegħu, imma jagħmel tajjeb għad-dħul mitluf minn dan billi jesplora u jiżgura sorsi ġodda u ddiversifikati ta’ dħul,” qal is-Sur Scerri. Iċ-Ċermen aċċenna wkoll għall-programm ta’ ħruġ ta’ ishma li l-BOV ser iniedi aktar tard din is-sena. Is-Sur Scerri spjega li llum il-Grupp huwa kkapitalizzat b’mod adegwat u jista’ jqassam dividends lillazzjonisti tiegħu. Huwa kkummenta li, “sal-lum, biex iżid il-bażi kapitali, il-BOV jiddependi b’mod esklussiv
QLIGĦ STABBLI PERMEZZ TAL-APS KAPITAL PLUS ACCOUNT
fuq li jżomm parti mill-profitti lura. Madankollu, minħabba r-rekwiżiti kapitali superviżorji, li kulma jmur dejjem qed isiru aktar onorużi, kif ukoll minħabba l-investiment sinifikanti ppjanat fis-sistema ewlenija tal-IT, il-Grupp qed jantiċipa sitwazzjoni fejn iżżamma tal-profitt mhux ser tkun biżżejjed. Għalhekk, ilBOV qed jippjana li jsaħħaħ il-bażi tal-kapital tiegħu billi joħroġ €150 miljun f ’kapital azzjonarju ġdid fuq perjodu ta’ madwar sena.” Iċ-Ċermen ikkonkluda billi saħaq li l-Grupp huwa ħerqan għall-ħruġ ta’ ishma li ser ikunu suċċess. Din ser tippermetti lill-Grupp iżomm il-pożizzjoni tiegħu ta’ tmexxija tas-suq f ’ambjent ta’ tkabbir. “Il-Bord tad-Diretturi qed jikkommetti lilu nnifsu li jsostni l-profittabbiltà filwaqt li jipproteġi l-kwalità tal-assi fil-qafas tal-aptit għar-riskju talBord, biex b’hekk l-azzjonisti jkunu jistgħu jkomplu jgawdu ritorn raġonevoli fuq l-ekwità u livell sodisfaċenti ta’ dividends fis-snin li ġejjin.”
Għal żmien limitat biss, l-APS Bank qed joffri kont ġdid ta’ depożitu b’terminu fiss lill-pubbliku. Il-Kapital Plus Account iwaħħad l-istabbiltà ta’ kont ta’ depożitu b’terminu fiss ta’ tmien snin, b’rata ta’ imgħax iggarantita ta’ 0.70% fis-sena, flimkien ma’ bonus potenzjali li jista’ jlaħħaq sa massimu ta’ 32%. Dan il-bonus hu marbut mal-andament tal-Finvex Ethical Efficient Europe 30 Index. Dawk li jiftħu dan it-tip ta’ kont jistgħu jagħmlu depożitu minimu ta’ €2,000 u ma jkollhomx spejjeż inizjali jew rikorrenti. Termini u kundizzjonijiet japplikaw. Il-kontijiet tal-Kapital Plus huma koperti mill-Iskema ta’ Kumpens għad-Depożitatur. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb permezz ta’ imejl lil invest@apsbank.com.mt, mis-sit tal-Bank www.apsbank.com.mt/kapitalplus jew permezz tat-telefon fuq 21226644. Dan il-prodott finanzjarju hu maħruġ mill-APS Bank Ltd, li hu liċenzjat bħala Istitut ta’ Kreditu mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji.
25
30.04.2017
kullhadd.com
reċensjoni tal-
KTIEB
4 board books f ’sensiela ideali bħala l-ewwel kotba għat-trabi:
• L-ewwel OPPOSTI • L-ewwel ANNIMALI • L-ewwel KLIEM • L-ewwel KULURI U FOROM
Mistoqsija: X’inhu l-annimal li jidher fuq il-qoxra tal-Ewwel Opposti?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-kotba: L-EWWEL Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 7 ta’ Mejju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-kotba NISA LI QATLU huwa: A.CAUCHI - is-Swieqi
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
02
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000
Meta saret il-qalba għall-elettriku ġġenerat mill-gass? It-tweġiba:
Rebbieħ:
Isem:
Indirizz:
Numru tat-telefown:
26
30.04.2017
kullhadd.com
AVVIŻI AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ malħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għall-ilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ arloġġ. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www.expresswatchrepairs. com jew irrikorru 110, Triq il-Kungress Ewkaristiku, ilMosta. Ċempel 2141 7235. XOGĦOL U MANUTENZJONI Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, membrane, katusi u gypsum boards ċempel 7928 5444. Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason binnumru 2143 2352 jew 9947 7167. AVVIŻI OĦRAJN Nixtru fajjenza, arloġġi, figurini, muniti, midalji u kull ħaġa oħra tad-dar. Ċemplu fuq 9922 3541. Pożizzjoni tax-xogħol: waiter / waitress. Ħtiġijiet tax-xogħol: full-time jew part-time. Jitkellmu fluwenti bl-Ingliż u kapaċi jaħdmu b’shift. Biex japplika wieħed jista’ jibgħat c.v bl-email lil careers@ozogroup. com jew bil-posta lil OzoGroup Head Office, No6, Triq l-Iskultur, Ħal Qormi . AVVIŻI KULTURALI L-Għaqda tan-Nar fi ħdan isSoċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser tieħu sehem waqt il-Festa ta’ Nar Tradizzjonali Malti organizzata mir-Reġjun Nofsinhar b’kollaborazzjoni mal-Awtorita’ Maltija tatTuriżmu u s-Segretarjat parlamentari għall-Gvern Lokali. Din l-attivita’ ser tkun bil-parteċipazzjoni t’ 20 kamra
tan-nar min-naħa t’isfel ta’ Malta u ser issir nhar is-Sibt 6 ta’ Mejju 2017 fid-9:00pm filBypass tal-Qrendi. L-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju ser tkun qegħda tippreżenta xogħol pirotekniku tal-ajru li jikkonsisti minn diversi blalen, sfejjer, murtali tal-beraq u tal-kulur u kif ukoll logħob tan-nar tal-art. Aktar dettalji jinkisbu fuq is-sit elettroniku tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com. ITS Dinner b’risq The Malta Community Chest Fund nhar it-12 ta’ Mejju, fit-8.30pm, ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Prezz €50 li jikkonsisti f ’4 course dinner. Biljetti jistgħu jinxtraw mill-Palazz ta’ San Anton, l-uffiċini tal-MCCFF jew l-ITS. Għal aktar informazzjoni kkuntattjana fuq 21 226 226 jew 23 793 255 jew fittixna fuq Facebook. Nhar il-Ħadd, 14 ta’ Mejju, proprju f ’Jum l-Omm qed nistednukom tingħaqdu magħna għal ġurnata ta’ divertiment ġewwa l-Palazz Verdala, il-Buskett. Għal min jixtieq jattendi, l-attività tibda b’quddiesa fl10 ta’ filgħodu u wara jibdew numru ta’ attivitajiet b’tema Medjevali għall-familja kollha, fosthom archery, pottery u zip line għat-tfal. Id-dħul huwa b’xejn. Din l-attività qed tiġi organizzata b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation. Wara suċċessi matul is-snin, għas-6 sena konsekuttiva ser tittella’ Żabbar Autofest b’risq Puttinu Cares. Nhar is-7 ta’ Mejju, mis-7.00am ’il quddiem. Il-prezz għall-parteċipanti huwa ta €5. Dan l-autofest m’għandux restrizzjonijiet fuq il-vetturi li jieħdu sehem. Karozza tista’ tkun klassika, sportiva, karozza tal-wiri eċċ. Heavy vehicles u muturi huma milqugħa wkoll. Il-biljetti jistgħu jinxtraw mill-isponsor ewlieni tagħna 88 Automotive Għaxaq. Id-dħul biex wieħed ikun jista’ jara l-wirja huwa b’xejn. Il-Kumitat Amministrattiv fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba jinforma li l-lotterija li bħala premju kellha statwa ta’ Marija Addolorata telgħet nhar Ħadd il-Għid 16 t’April 2017 u ntrebħet mis-Sur Ġilju Grech mill-Imqabba. Il-biljett rebbieħ kien b’numru 09070. IlKumitat jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li ħadu sehem f ’din il-lotterija. Aktar informazzjoni tinkiseb fuq www.talgilju.com.
27
30.04.2017
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
C.CALLEJA - ir-Rabat
TISLIBA 172 Mimdudin:
Bi 3 Numri 041 107 174 191 194 315 419 715 752 763 782 812 891 B’4 Numri 0020 0577 0658
0836 0988 2098 2116 2218 2567 2990 3457 3471 3583 3594 3701 4516 4690 4767 4883 5119 5300 5318 6067 6343
6843 7284 7342 7729 8313 8575 8711 8962 9145 9396 9434 9491 9871 9995 B’5 Numri 06500 08854 15119 17797
21416 27997 29851 30466 34814 45399 48202 48440 51140 58227 58551 63315 65297 68973 72879 75269 78891 79409 79980 83291 83473
85033 96259 B’6 Numri
149964 490717 740626 900569
025610 113019 IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA
1. Kompli l-qawl: Biex tixrob l-ilma safi mur f ’ras il-......... (5) 4. Biċċiet żgħar (4) 7. Tony Sammut (1,1) 9. Ħares (3) 10. Jibgħat ’l hemm? (6) 12. Ħafna nofs in-nofs! (6) 16,22. Mela sax-xifer (6) 18,21W. Ħelsien? (5) 19. Kbir imma zopp (3) 20. Sieq (5) 21. Mediċina bla tmiem! (3) 23. Ara 12 wieqfa 24. Jiġu mix-xemx (5)
Weqfin: 1. 2,3. 3. 5,14. 6,15. 8. 11,17. 12,23. 13. 15. 17. 21. 22.
Għaqli (6) Tlaqna a la Taljana (6) Ara 2 Terġa’ tuża? (9) Ħaqqhom il-ħabs (9) Skartar? (9) Żiedu fit-tul (5) Il-ġnub kollha ndaqs (6) X’jifdal mill-Afrika jekk tneħħilha RKA (3) 14. Ara 5 Ara 6 Ara 11 Ara 18 Ara 16
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Tibża’, 4.Bajd, 7,23.Rċieva, 9.Eku, 10.Tistad, 12.Niskot, 16.Ama, 18.Tu, 20.Selli
Weqfin: 1.Tferra, 2,12W. Bluna, 3.Art, 5,21M. Attard, 6.Dud, 8.Ċirkulari, 11,15.Miraturi, 13,19.Stenna, 14.Tnixxi, 17.Mar, 21.Ali, 22,24. Diviżivi
28
30.04.2017
kullhadd.com
IR-RIŻULTATI LI NKISBU EDITORJAL
Importanti li nżommu f’moħħna x’wiret dan il-Gvern, biex nifhmu sew is-suċċessi li nkisbu f’dawn l-aħħar erba’ snin
Ftit tal-jiem ilu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li n-nies riżultati jridu, u mhux paroli. Ovvjament kulħadd jaqbel miegħu. U huwa proprju għalhekk li Simon Busuttil u l-erba’ ta’ madwaru qegħdin jirrikorru għall-attakki personali, qegħdin jirrikorru għall-gideb, u qegħdin jirrikorru għat-tfigħ ta’ tajn. Għax jafu li meta jasal il-jum tal-ġudizzju u l-poplu jħares lejn ir-riżultati, l-istess poplu mhu se jsib l-ebda raġuni għala għandu jibdel it-tmexxija tal-pajjiż. U aktar ma jgħaddi żmien, aktar qegħdin jidhru r-riżultati. Proprju f ’dawn l-aħħar jiem kellna diversi aħbarijiet li juru li l-pedamenti li bena l-Gvern Laburista fil-bidu tal-leġiżlatura huma pedamenti fis-sod. Għax dak li kien imwiegħed mill-Partit Laburista erba’ snin ilu, ma kienx paroli, imma roadmap li kellha tpoġġi lil pajjiżna fittriq tal-progress. Progress li minnu jgawdi kulħadd, l-aktar dawk fil-bżonn. Mill-progress miksub f ’dawn l-aħħar erba’ snin gawdew il-familji kollha Maltin u Għawdxin. Gawdew
permezz tar-roħs ta’ 25% fit-tariffi tad-dawl u tal-ilma. Gawdew bit-tnaqqis fit-taxxa. Gawdew b’żidiet fis-salarji. Gawdew b’żidiet fil-pensjonijiet. Gawdew b’żidiet fl-istipendji. Gawdew b’ħafna mizuri li ttieħdu sa mill-bidu tal-leġiżlatura, għax il-Gvern Laburista ma qagħadx jistenna l-elezzjoni biex iroxx il-bżar. Huwa proprju għalhekk li l-maġġoranza assoluta tal-poplu Malti u Għawdxi qiegħda tħares ’il quddiem. Qiegħda tħares lejn il-ġejjieni b’fiduċja. Kif jistgħu ma jħarsux lejn il-ġejjieni b’fiduċja dawk l-20,000 li, grazzi għall-miżuri li ttieħdu minn dan il-Gvern, illum qegħdin jgħixu ħajja diċenti, meta erba’ snin ilu kienu jgħixu fil-faqar jew f ’riskju ta’ faqar? Kif jistgħu ma jħarsux lejn il-ġejjieni b’fiduċja l-eluf ta’ pensjonanti li kienu minsija għal aktar minn 20 sena u llum qegħdin igawdu minn żidiet fil-pensjoni tagħhom, u wkoll mill-fatt li ħafna minnhom ġew eżentati milli jħallsu it-taxxa fuq id-dħul? Nistgħu nibqgħu għaddejjin
b’din il-litanija, imma importanti l-ewwel u qabel kollox niftakru minn fejn tlaqna. Importanti li nżommu f ’moħħna x’wiret dan il-Gvern, biex nifhmu sew is-suċċessi li nkisbu f ’dawn l-aħħar erba’ snin. Tlaqna minn pajjiż fallut. Pajjiż fi kriżi politika. Pajjiż b’ekonomija staġnata. Pajjiż bid-dejn jiżdied ma’ kull jum li jgħaddi. B’pajjiż bil-qgħad, ukoll jiżdied ma’ kull jum li jgħaddi. Il-Gvern Laburista wiret Enemalta f ’xifer irdum u mazzra ma’ għonq il-banek. Kif inbidlet is-sitwazzjoni? Kif inbidlet it-triq? Sempliċiment għax kellna Gvern li kellu roadmap. Għax kellna Gvern li kellu pjan. Iżda mhux biss. Kellna, u għandna Gvern li kien kapaċi jirbaħ il-fiduċja tal-korpi kostitwiti li għandhom sehem importanti x’jagħtu biex il-pajjiż ikompli jimxi ’l quddiem. U meta ngħidu l-pajjiż, l-ewwel u qabel kollox nifhmu dawk l-aktar fil-bżonn. Eżempju tipiku huwa l-ftehim milħuq bejn l-imsieħba soċjali dwar iż-żieda fil-paga minima. Il-Prim
Ministru Joseph Muscat ma għamilx bħall-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil u pprova jirkeb minn fuq l-appelli li saru biex tiżdied il-paga minima nazzjonali. Simon Busuttil qabad u ddikjara li kien favur li tiżdied il-paga minima. Bla ma qies xejn. Sempliċiment għax mingħalih li b’dik il-wegħda kien se jikseb il-voti. Mhux hekk għamel il-Prim Ministru Joseph Muscat. Għamilha ċara li din il-kwistjoni kellha tkun diskussa bejn dawk kollha involuti. Kellha tkun deċiza mill-imsieħba soċjali. Minn dawk li jħaddmu u mir-rappreżantanti tal-ħaddiema. Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien wiegħed li se jagħmel ħiltu biex dawn jiltaqgħu u jaslu għal soluzzjoni. U rnexxielu. Però, irnexxielu biss għax ir-roadmap tiegħu ħalliet ilfrott. Għax il-pajjiz kien jiflaħ għal din il-bidla. Irnexxielu għax illum kulħadd, anke dawk li jħaddmu, qegħdin iħarsu lejn il-ġejjieni b’fiduċja. Fiduċja li qiegħda, u se tkompli tissarraf f ’aktar ġid għall-familji Maltin u Għawdxin.