KullĦadd_01.05.2022

Page 1

L-EFFETTI TA’ ŻEWĠ KRIŻIJIET FUQ IL-POPLU Il-Ħadd, 1 ta’ Mejju, 2022

Ħarġa Nru 1,503

Prezz €1

Ara paġni 6 u 7

L-Ewwel ta’ Mejju huwa jum sinifikattiv għall-Partit Laburista … u din is-sena mhux b’inqas! Frisk mir-rebħa storika tas-26 ta’ Marzu li għadda, il-PL immexxi minn Dr Robert Abela se jkun qed jiċċeleb­ra Jum il-Ħaddiem bil-kbir. Il-qofol jintlaħaq proprju llum waranofsinhar bil-mass meeting fi Pjazza Kastilja, indirizzat mill-Prim Ministru u Mexxej Laburista. Bi tħejjija għal dan il-jum għażiż, ilbiraħtlula Dr Abela stieden lil kulħadd biex jingħaqad fil-Belt Valletta ħalli, filwaqt li ssir l-akbar ċelebrazzjoni wara r-restrizzjonijiet tal-aħħar snin, jintbagħat messaġġ ċar li dan hu partit li jibqa’ joħloq l-opportunitajiet. Waqt li l-Ġimgħa kien qed jindirizza l-ftuħ tal-Konferenza Ġenerali, imsejħa skont l-istatut Laburista, hu tenna l-istedina biex wara tliet snin inkunu nistgħu niċċelebraw Jum il-Ħaddiem flimkien. “Se tkun l-ewwel darba minn meta fdajtuni bħala Mexxej tal-Partit Laburista li niċċelebraw kif jixraq Jum il-Ħaddiem,” esklama Dr Abela. Tkompli f’paġna 3

JAĦBI PARTI MID-DEJN BIEX JEĦEL TA’ QABLU Fid-dikjarazzjoni tiegħu dwar id-dejn ta’ €32 miljun li għandu l-PN, Grech nhar il-Ħadd ħalla barra apposta l-piż taċ-ċedoli li jammontaw mat-€8 miljun oħrajn Is-sitwazzjoni finanzjarja tal-Partit Nazz­ jonalista hi ferm agħar milli hu maħsub u jirriżulta li l-ġimgħa li għaddiet il-Kap Bernard Grech qarraq meta ppreżenta ċ-ċifra ta’ €32 miljun dejn. Fil-fatt, minn tagħrif li kisbet il-KullĦadd, jirriżulta li, meta indirizza lill-ogħla organu tal-Partit, Grech ma żiedx is-somma ta’ madwar €8 miljun oħra, li huma ċ-ċedoli mill-iskema mnedija fl-2017 u l-imgħax fuqhom. Jirriżulta li Grech għamel dan biex ifarfar mir-responsabbiltà tas-sitwazzjoni finanzjarja u tali nuqqasijiet jeħlu mat-tliet snin kemm dam fil-kariga l-predeċessur tiegħu, Adrian Delia, qabel tneħħa minn postu f’elezz­ joni għal Kap f ’Ottubru tal-2020.

Minkejja dan, Grech issa qed jiffaċċja pressjoni akbar interna wara din id-dikjarazzjoni mqarrqa li ta l-Ħadd li għadda. Waqt li ġriet il-kelma li ċ-ċifra mogħtija ta’ €32 miljun dejn ma kinitx veritiera, il-fazzjoni ta’ Delia, speċjalment dawk li jappoġġjaw il-ħidma li kien qed iwettaq il-Viċi Kap Robert Arrigo, irrimar­kaw kif il-ftit titjib finanzjarju li kien beda jseħħ sa sentejn ilu sfaxxa fix-xejn mindu feġġ fix-xena Grech, il-magħżul talestablishment. Bħal Simon Busuttil qablu, Grech, li hu mdawwar bl-istess klikka, jidher li ġab falliment to­tali fil-finanzi tal-Partit. L-istess sorsi jemmnu li, waqt li l-Kap tal-Partit ġimgħa ilu ried jagħti xi forma ta’ stampa tas-sitwazzjoni prekarja li jinsabu fiha bl-iskop li jnaffar kull kompetizzjoni fit-tellieqa għall-kariga ta’ Kap, ovvjament żamm misturin miljuni oħrajn biex jaħbi l-verità, jiġifieri li fi żmienu l-problemi finanzjarji splodew.

Nhar il-Ħadd Bernard Grech sar l-ewwel kap ta’ partit politiku Malti li ddikjara li mhux se jkun jista’ jwettaq kampanja elettorali futura minħabba li l-PN m’għandux finanzi biżżejjed. Dan filwaqt li sostna li, tant il-finanzi huma ħżiena, li anke l-eżistenza tal-Partit tinsab fiddubju issa. B’rabta mad-dejn taċ-ċedoli, jirriżultalna li l-ewwel sett minn din l-iskema ta’ self lill-Partit iridu jibdew jitħallsu proprju issa, wara li l-perjodu tagħhom skada x-xahar li għadda. Waqt li analisti finanzjarji jispjegaw kif is-sitwazzjoni finanzjarja tal-PN qab­ det in-niżla, jirriżulta li lanqas il-bejgħ tal-każini u d-Dar Ċentrali llum ma jservu biex ipoġġu lill-PN f’sitwazzjoni stabbli. Dan anke jekk fid-diskors tiegħu l-Kap Nazzjonalista ta l-impressjoni li hemm biżżejjed assi biex jagħmlu tajjeb. Tkompli f’paġna 4


02

01.05.2022

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 20°C L-Inqas Temperatura: 14°C L-Indiċi UV: 8 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Ċirkolazzjoni ta’ pressjoni baxxa fuq il-Libja ser tersaq lejn il-Lvant It-Temp: Pjuttost imsaħħab b’ħalbiet tax-xita iżolati Ir-Riħ: Moderat għal ftit qawwi mill-Grigal li jsir ftit qawwi Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif li jsir ħafif għal moderat L-Imbatt: Ftit li xejn li jsir baxx mil-Lvant It-Temperatura tal-Baħar: 17°C

KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

21°C UV 10

13°C

Il-Ħamis

KUNTATT ĠENERALI

22°C UV 10

14°C

Il-Ġimgħa

23°C UV 10

15°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

22°C UV 10

15°C

22°C UV 10

14°C

21°C UV 7

14°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21234567 Brown’s Pharmacy, 706, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238623 Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487311 Mint Care Pharmacy, 5B-71 Triq Brared, Birkirkara – 21442135 Regional Pharmacy, Triq E. H. Furse, L-Imsida – 21312449 St. Andrew’s Pharmacy, Triq il-Qasam, Tal-Ibraġġ – 21371062 Brown’s Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Tas-Sliema – 21313233 Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, L-Iklin – 21415499 Medicine Chest Pharmacy, Triq Demitriju Farrugia, Ħal Għargħur. – 21422204 St. Paul’s Bay Pharmacy, 504, Triq il-Kbira, San Pawl il-Baħar – 21575276 Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21693412 Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla – 21824720 MC Pharmacy, 303, Triq Ħaż-Żabbar, Il-Fgura – 21801962 Medicaid Pharmacy, 62, Vjal it-Torri, Il-Gudja – 21676294 Salus Pharmacy, 21, Misraħ ir-Repubblika, Iż-Żurrieq – 21680761 The Bypass Pharmacy, Triq Mikiel Azzopardi, Is-Siġġiewi – 21461681 White’s Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, L-Imtarfa – 21452833 Għawdex Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21551841 St. Joseph Pharmacy, 28, Pjazza San Ġużepp, Il-Qala – 21555348 L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

01.05.2022

ILKOLL FLIMKIEN FIL-BELT NIBAGĦTU MESSAĠĠ POŻITTIV Tkompli minn paġna 1 Il-Prim Ministru kompla jgħid: “Fil-Belt se nibagħtu messaġġ pożittiv. Messaġġ li dan jibqa’ l-partit tax-xogħol li jgħin lil min jaħdem u lil min joħloq l-opportunità biex wieħed jaħdem. Nibqgħu nibagħtu messaġġ li dan hu pajjiż fejn se nkomplu naħdmu flimkien għal futur sabiħ.” Dr Abela fakkar ukoll kif l-ottimiżmu se jkun ir-riċetta tal-futur u kif mill-bidu nett il-PL kien il-partit tal-progress, id-dawl li jiġġieled id-dlam. “Irridu li l-Partit Laburista jibqa’ b’saħħtu mhux biex niftaħru b’kemm ġibna maġġoranza, iżda biex fuq kollox intejbu għall-aħjar il-ħajja tal-Għawdxin u l-Maltin kollha. Jekk nibqgħu flimkien, xejn u ħadd ma jista’ jwaqqaf il-progress,” kompla l-Mexxej Laburista. Sadanittant, l-attivitajiet illum fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħaddiem se jiftħu għall-ħabta tal-10:30 ta’ dalgħodu meta jingħata bidu għall-maratona ġbir ta’ fondi bit-tema “Malta Flimkien” b’risq il-Partit Laburista. Din se tkun magħġuna b’logħob mad-deputati Laburisti, spettaklu, divertiment, diskussjoni u ħafna iżjed. Il-maratona miċ-Ċentru Nazzjonali Labu­rista se tkun qed tixxandar b’mod kontinwu u dirett mill-istazzjonijiet ONE. Il-qofol ta’ dan il-jum jintlaħaq fit-3:00 ta’ waranofsinhar waqt iċ-ċelebrazzjoni fi Pjazza Kastilja b’diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Dr Robert Abela. Wara ċ-ċelebrazzjoni titkompla l-maratona ġbir ta’ fondi u tibqa’ għaddejja sa tard filgħaxija.

Niċċelebraw

Jum il-Ħaddiem

IIllum, il-Ħadd

l-1 ta' Mejju 15:00

Pjazza Kastilja, il-Belt Valletta


04

01.05.2022

IRIDU JIKKONVINĊU LI ĊTkompli minn paġna 1 Il-ġimgħa l-oħra rrapportajna kif fil-ftuħ tal-Kunsill Ġenerali Nazzjonalista l-aktar li kienet qiegħda tiddomina kienet l-apatija kbira li teżisti u n-nuqqas ta’ interess ukoll minn ħafna dwar il-ġejjieni tal-Partit. Dawk li għandhom ideat ċari ta’ x’jemmnu li għandu jsir, qegħdin joqogħdu lura milli jesprimu fehemthom. Urtati mill-fatt li Grech innifsu qed joħnoq kull tip ta’ diskussjoni u l-uniku interess li għandu hu li jimmanuvra biex isalva postu fost membri prominenti tal-Grupp Parlamentari, sorsi mid-Dar Ċentrali saħqu li l-kliem komuni internament bħalissa hu “jagħmel hu!”, b’referenza għall-Kap. Differenti wkoll minn kif qed jindika l-Kap innifsu, jiġifieri li l-Partit għandu biżżejjed assi biex ikopri d-djun, jirriżultalna li dan assolutament mhuwiex il-każ. Skont sorsi interni, li tkellmu ma’ din il-gazzetta fuq il-kundizzjoni tal-anonimità, il-Partit fl-Oppożizzjoni laħaq akkumula kważi €40 miljun dejn, wara li tingħadd ukoll l-iskema ĊedoliPN imnedija fi żmien l-Eks Kap Simon Busuttil u tkompliet sal-lum mis-suċċessuri tiegħu. Mistoqsijin kemm qed jiġu kkwan­ tifikati l-assi li għandu b’kollox il-PN, is-sorsi semmew iċ-ċifra ta’ mhux

iżjed minn €13.7 miljun, inkluża l-binja tad-Dar Ċentrali. Jekk dan hu l-każ, allura l-PN xorta jifdallu mas-€26 miljun oħra f’dejn xi jħallas anke wara li jkun biegħ dak kollu li għandu titlu fuqu. Kif jixhdu dokumenti uffiċjali, fl-2015 il-kontijiet pubbliċi tal-PN kienu juru li dan kellu djun ta’ €7.5 miljun. Minn dawn kważi miljun kienu taxxi mhux imħallsin u aktar minn nofs miljun kienu kontijiet dovuti lil terzi persuni jew azjendi. Mal-€4 miljun kienu djun mal-banek b’ipote­ ki fuq il-proprjetajiet tal-Partit, kif ukoll ipoteka ġenerali fuq l-assi preżenti u futuri. Dawn id-djun mill-banek iridu jitħallsu lura fl-2024 u l-2025. Fl-2015 il-Partit kellu proprjetajiet jiswew €13.9 miljun, u depożiti mal-banek ta’ ftit inqas minn €1 miljun. Imma l-Medialink kellha assi negattivi ta’ €8.5 miljun, jiġifieri diġà dakinhar l-assi u d-djun tal-Partit kienu qrib ħafna ta’ xulxin. Sal-2018 il-kontijiet pubbliċi tal-PN kienu juru li d-djun kienu telgħu għal kważi €10 miljun. L-assi tal-Partit kienu telgħu għal €14.6 miljun fi proprjetà u d-depożiti kienu telgħu għal €1.8 miljun. Il-Medialink kellha assi negattivi ta’ €13.4 miljun. Dan ifisser li fuq medda ta’ tliet snin il-PN kien ra d-dejn tiegħu jiżdied bi €2.5 miljun, filwaqt li dawk tal-Medialink kienu marru għall-agħar b’€4.9 miljun, deterjorament ta’ €7.4 miljun b’kollox. Dan kien ifisser li minħabba li l-assi kienu żdiedu ferm inqas mid-djun, issa l-Partit kien spiċċa b’inqas assi milli għandu obbligi finanzjarji. Jekk wieħed iżid il-piż taċ-ċedoli maċ-ċifra tad-dejn imsemmija minn Grech il-Ħadd jidher li fuq medda ta’ tliet snin, bejn l-2018 u l-2021, id-dejn totali tela’ bi kważi €17-il miljun, li jfisser id-doppju taż-żieda osservata fittliet snin ta’ qabel. Quddiem l-ogħla organu tal-Partit, Grech ġimgħa ilu iżjed tefa’ piż fuq il-Medialink meta enfasizza li din qed tagħmel telf ta’ eluf kbar kull xahar. Analisti finanzjarji, li l-KullĦadd ikkonsultat magħhom, tennew li anke fil-kontijiet sottomessi fl2018 kien jidher ċar li l-PN kellu problemi finanzjarji kbar. Dan minħabba li l-assi finanzjarji li kellu bilkemm kienu jlaħħqu mal-obbligi finanzjarji kurrenti li kellu. “Ifisser li jekk (il-PN) kellu jħallas dak li kellu jagħti lil terzi persuni għal servizzi li tawh, kien jispiċċa bi ftit li xejn likwidità. Dan kien iwassal biex ma jkunx hemm flus biex jitħallsu d-djun malbanek. Biex (il-


05

01.05.2022

ĊEDOLI JINQALBU F’DONAZZJONIJIET PN) ikun jista’ jkopri l-iskadenzi tad-djun għandu żewġ alternattivi – jew jaqleb dejn f’għotja jew iħallas id-dejn billi jbigħ il-proprjetajiet tiegħu,” qalulna l-analisti, waqt li eskludew it-tielet għażla, dik li jonqos id-defiċit qawwi fil-finanzi talPN, ladarba kienet tidher impossibbli sakemm il-Medialink tkompli titlef daqstant flus. Ta’ min ifakkar ukoll li Chris Peregin, l-istra­te­ ġista ewlieni ta’ Bernard Grech fl-elezzjoni ġene­ rali li għaddiet, fetaħ kawża l-Qorti biex jagħlaq l-istazzjonijiet taż-żewġ partiti bl-iskuża li huma antikostituzzjonali. Hu mill-aktar evidenti li l-inqas wieħed li għandu x’jitlef minn din il-kawża hu biss il-PN innifsu. Filwaqt li taħt l-Eks Kap Delia, is-sitwazzjoni kienet bdiet tiġi għall-aħjar, tant li kien ġie rreġistrat surplus fi ħdan il-Partit, issa li d-dejn hu d-doppju tal-valur tal-proprjetà li għandu, anke l-bejgħ tal-każini ma jidhirx li hu biżżejjed biex jiġi finanzjarjament vijabbli. Dan ifisser li l-PN issa jrid isib mezz kif lil dawk li xtraw iċ-ċedoli jikkonvinċihom ħalli jaqilbuhom f’donazzjoni la m’għandux mezz kif iħallashom lura. Dan iżjed u iżjed meta fit-tliet snin li ġejjin jiskadulu djun oħrajn li għandu malbanek. Minħabba li dawn tal-aħħar għandhom il-proprjetajiet tal-Partit bħala garanzija, ifisser li m’hemmx alternattiva għajr dik li jinbiegħ persentaġġ qawwi tal-istess assi biex il-flus jidħlu l-bank u jkopru dak dovut. Issa li Grech ħareġ jgħid li l-Partit hu daqshekk midjun, hu ferm diffiċli li jsib xi bank li jestendi xi dejn ġdid. Fl-istess nifs se jkun diffiċli biex il-Partit jattira aktar nies li jixtru xi ċedoli ġodda meta hu ċar li dawk li diġà ħarġu u anke mmaturaw diffiċli li jiġu onorati. Din il-ġimgħa, Pierre Portelli, l-istrateġista tal-Eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia u li kien direttur editorjali tal-PN sal-2019, indika b’mod ċar li l-unika triq li fadallu l-Partit fl-Oppożizzjoni hi dik li jiddikjara falliment finanzjarju. Esperti finanzjarji jqisu li d-deċiżjoni, taħt it-tmexxija ta’ Simon Busuttil, li jinħarġu ċ-ċedoli kienet każ ċar ta’ immaniġġjar finanzjarju ħażin, anke jekk dakinhar kien sar diskors li kien hemm pjan ta’ konsolidament finanzjarju li, fuq medda ta’ numru ta’ snin, kien se jnaqqas id-defiċit

Filwaqt li taħt l-Eks Kap Adrian Delia s-sitwazzjoni finanzjarja kienet bdiet tiġi għall-aħjar, tant li kien irreġistrat surplus mill-Partit, issa li d-dejn hu d-doppju tal-valur tal-proprjetà li għandu, lanqas il-bejgħ tal-każini mhu biżżejjed biex il-Partit jiġi ddikjarat finanzjarjament vijabbli

Bernard Grech jindirizza lill-Kunsill Ġenerali bħal-lum ġimgħa fejn ta nofs stampa tas-sitwazzjoni finanzjarja bil-għan li jgħatti xturu

tal-Partit u tal-Medialink biex jinħolqu l-fondi ħalli jitħallsu ċ-ċedoli. Fil-verità, it-telf tal-Partit u tal-Medialink ma nbidilx, anzi saħansitra mar għall-agħar. Mill-għajdut li qed jiċċirkola fid-Dar Ċentrali, joħroġ li l-fazzjoni ta’ Delia hi determinata li tagħmel pass lura u tħalli kompletament f’idejn l-establishment biex issewwi l-ħsara finanzjarja li għamlet fi ftit xhur, ladarba żżattet u ħarbtet dak li kien laħaq inbeda, partikolarment bil-konġura sħiħa interna biex itajru liż-“żiemel” tagħhom mill-pożizzjoni u jieħdu lura f’idejhom it-tmexxija tal-Partit. “(Din hi) Raġuni oħra għaliex ħadd (minn din il-fazzjoni) mhu se jikkontestah (lil Bernard Grech),” qalulna b’determinazzjoni nies qrib ħafna l-Eks Kap li kien meqjus bħala l-għadu numru wieħed tal-establishment. Jidher li diġà hemm diversi Nazzjonalisti li mhux lesti jaċċettaw l-iskużi ta’ Grech li hemm bżonn is-sagrifiċċji li jinbiegħu l-każini, waqt li l-Medialink tkompli tiżżarma iżjed. Dawn qed jippontaw subgħajhom l-aktar għall-ispejjeż spettakolari li twettqu minn Peregin u mit-tim tiegħu fil-kampanja elettorali li għaddiet. Hemm min qed jistaqsi għaliex meta kienu jafu li l-Partit għandu daqshekk dejn, Grech u l-istrateġisti tiegħu xorta nefqu l-miljuni fil-kampanja u f’perkaċċi personali. Oħrajn qed jistaqsu għaliex Grech kien lest jonfoq daqshekk f’pagi u f’konsulenzi u jreġġa’ lura l-konsolidament tal-finanzi li kien beda taħt il-Kap preċedenti. Minbarra hekk, qed tiġri l-kelma kif jista’ jittieħed bis-serjetà xi ħadd li għamel kampanja jiftaħar li hu l-aħjar kandidat biex jaffronta lill-

Prim Ministru Robert Abela meta kien jaf li l-Partit, li qed imexxi kien mgħattan taħt muntanja dejn. Dwar il-kwistjoni taċ-ċedoli, kien hemm min staqsa għaliex dejjem ingħatat l-impressjoni li dawn ma kinux jiskadu qabel 10 snin, mentri l-ewwel sett ta’ ċedoli issa skadielhom il-perjodu tagħhom proprju x-xahar li għadda għax kienu għal ħames snin. Meta tnediet l-iskema taħt sħaba kbira ta’ kontroversji, inkluż li din tista’ tkun għodda ideali biex jinħaslu flus illeċiti ġejjin mill-kriminalità, kien maħsub li ċ-ċedoli ma kinux jibdew jimmaturaw qabel l-2027. Iżda issa li l-PN xorta m’għandux il-likwidità biżżejjed biex iħallashom, qed jitqanqlu dubji serji jekk hemmx saħansitra każi ta’ frodi kemmil darba daħlu fi ftehim ma’ terzi konxji li mhux ikunu f’pożizzjoni li jitħallsu lura. Hu anke għalhekk mifhum kif issa se tibda, jekk mhux diġà bdiet, issir pressjoni ma’ dawk li sellfu lill-Partit permezz taċ-ċedoli ħalli dawn b’mod “volontarju” jaqilbu wkoll dan is-self f’donazzjoni. Elezzjoni għal Kap Sadanittant, fi stqarrija l-PN ħabbar li, sal-bieraħ f’nofs­inhar, iż-żmien allokat għan-nominazzjonijiet minn dawk interessati li jikkontestaw il-kariga ta’ Kap, kien biss Bernard Grech li tefa’ ismu. Għaldaqstant, wara li werwer kull tip ta’ kompetizzjoni fl-aħħar jiem, issa l-Kap attwali se jkun qed itellaq waħdu għall-pożizzjoni, eżatt kif kien għamel Lawrence Gonzi f’nofs kriżi oħra fid-Dar Ċentrali. Grech jeħtieġ biss maġġoranza semp­ liċi mill-kunsillieri tal-Partit biex jibqa’ jmexxi.


06

01.05.2022

L-EFFETTI TA’ ŻEWĠ KRIŻIJIET FUQ MILL-KRIŻI FINANZJARJA TAL-2008 U DIK ATTWALI TAL-PANDEMIJA KIEN HEMM DIFFERENZA ENORMI GRAZZI Minn ċifri, li l-Uffiċċju Nazzjo­ na­li tal-Istatistika (NSO) għadu kemm ippubblika, dwar il-persentaġġ tal-popolazzjoni li fl-2021 kienu jħossuhom imċaħħdin severament mater­ jal­ment u soċjalment minn dawk meqjusin bħala affari­jiet bażiċi u essenzjali jirriżulta li 5.5% tal-Maltin u tal-Għawdxin sostnew li kienu f’din il-qagħda. Dan kien ifisser żieda marġinali ta’ inqas minn nofs punt perċentwali meta mqabbel mar-rata li kien hemm fl2019. Tajjeb li wieħed iqis li bejn l-2019 u l-2021 kien hemm żieda fil-popolazzjoni ta’ aktar minn 23,100 persuna. Kontra dan, iż-żieda ta’ dawk f’qagħda ta’ ċaħda materjali severa kienet ta’ ftit aktar minn 3,400. Li jfisser li minkejja pandemija llum għandna 19,700 persuna aktar milli kellna fl-2019 li jgħidu li mhumiex imċaħħdin materjalment b’mod sever. Il-kejl użat mill-Kummissjoni Ewropea hu bbażat fuq jekk persuna ma taffordjax li tħallas għal sebgħa minn 13-il

indikatur speċifiku. Dan hu kejl ferm aktar rigoruż minn dak li kien jintuża fi snin oħrajn, tant li qabel persuna kienet tkun mistoqsija rigward disa’ indikaturi biss u kienet titqies imċaħħda b’mod sever kemm-il darba ma tkunx taffordja erbgħa minnhom. Minkejja dan, bil-kejl l-antik, fl-2010 pajjiżna kellu 6.5% tal-popolazzjoni f’qagħda ta’ ċaħda materjali severa, min­ kej­ja li sa sentejn qabel il-per­ sentaġġ kien ta’ 4.3%. Fi kliem sempliċi, minkejja li l-kriżi ekonomika ta’ wara l-2008 kienet ferm inqas qawwija minn dik li ġabet magħha l-pan­demija, l-impatt soċjali tal-kriżi kien ferm agħar 12-il sena ilu milli llum. Fuq medda ta’ sentejn bejn l-2008 u l-2010 dawk imċaħħdin b’mod sever f’pajjiżna kienu żdiedu b’madwar 10,000, jew tliet darbiet aktar milli seħħ fl-aħħar sentejn. Agħar minn hekk, jekk wieħed iħares lejn aspetti speċifiċi ta’ ċaħda materjali u severa, jinnota wkoll kif l-am-

2010 Persuni

2021 %

Persuni

%

Ma jifilħux għal spejjeż finanzjarji mhux mistennija

109,943

27

79,530

16

Ma jifilħux għal vaganza annwali ta’ ġimgħa ’l bogħod mid-dar

245,918

60

168,150

33

Ma jifilħux għal ikla laħam, ħut, tiġieġ jew veġetarjana kull jumejn

41,219

10

31,445

6

Ma jifilħux isaħħnu djarhom b’mod adegwat fix-xitwa

55,608

14

39,821

8

mont ta’ dawk li llum huma mċaħħdin hu ferm u ferm inqas minn kemm kien fl-2010. Fost l-oħrajn dakinhar kien hemm kważi 40% aktar familji ma jaffordjawx spejjeż mhux mistennija, jiġifieri persuni bla ebda tifdil. Kien hemm kważi 50% aktar familji li ma jifilħux li jieħdu vaganza ta’ ġimgħa ’l bogħod minn djarhom. Fl-2010 kien hemm 30% aktar familji li m’għandhomx mezz li jieklu laħam jew ħut kull jumejn. Fi-

nalment, kien hemm 40% aktar familji li ma setgħux iżommu djarhom sħan fix-xitwa, minħabba l-għoli tal-kontijiet li kien impost mill-amministrazzjoni Nazzjonalista dak iżżmien immexxija minn Lawrence Gonzi. Jekk wieħed iqis ukoll li l-popolazzjoni dakinhar kienet ferm iżgħar milli hi llum, is-sitwazzjoni kienet anke agħar. Il-proporzjon ta’ dawk ma jaffordjawx vaganza qasira kien kważi d-doppju ta’ dak li hu

llum. L-istess jista’ jingħad għall-aspetti l-oħrajn ta’ ċaħda materjali severa. Dan kollu jindika kemm il-qagħda ta’ dawk l-aktar vulnerabbli hi ferm aħjar issa meta wieħed iqabbel ma’ kif kienu l-affarijiet diċennju ilu wara kriżi ekonomika li kienet ferm u ferm inqas qawwija mill-pandemija. Kuntrast daqstant qawwi hu primarjament dovut għallfatt li l-Gvern kien ta’ tarka waqt il-pandemija, waqt li wara


07

01.05.2022

IL-BANK ĊENTRALI MALTI JIKKONFERMA L-IRKUPRU QAWWI FL-EKONOMIJA

IL-POPLU GĦALL-PROTEZZJONI MILL-GVERN l-2008 GonziPN mhux talli ma għenx lill-familji, imma kien sab ix-xoqqa f’moxtha biex bliskuża tal-kriżi internazzjonali jżid il-prezzijiet tas-servizzi l-aktar essenzjali. Pereżempju dakinhar kien għolla d-dawl bid-doppju taż-żieda medja madwar l-Ewropa. B’hekk, filwaqt li llum f’Malta għandna l-inqas rata ta’ inflazzjoni fl-Ewropa, b’aktar minn punt perċentwali differenza fl-inflazzjoni, dakinhar pajjiżna kellu rata ta’ inflazzjoni b’aktar minn punt perċentwali akbar mill-medja Ewropea. Ta’ min jinnota li dawk imċaħħda materjalment komplew jikbru anke wara l-2010. Tant li fl-2013 dawk il-familji, li ma kellhomx l-possibbiltà finanzjarja li jieklu laħam jew ħut kull jumejn, żdiedu għal 63,403 jew aktar mid-doppju ta’ dawk f’din il-qagħda s-sena li għaddiet. Sal-2013 il-familji li ma setgħux iżommu darhom sħuna fix-xitwa, minħabba l-għoli tal-kontijiet, kienu telgħu għal ftit aktar minn 99,000, jew

Il-qagħda ta’ dawk l-aktar vulnerabbli hi ferm aħjar issa meta titqabbel ma’ kif kienu l-affarijiet diċennju ilu wara kriżi ekonomika li kienet ferm inqas qawwija mill-pandemija tal-COVID-19 kważi tliet darbiet aktar dawk li kellna s-sena l-oħra. Dan kollu jixhed kif, f’dawn l-aħħar disa’ snin, amministrazzjoni Laburista ġabet bidla pożittiva għal eluf ta’ familji l-aktar dawk vulnerabbli.

Waqt il-preżentazzjoni tar-rapport annwali tal-Bank Ċentrali, kien ikkonfermat kif is-sena li għaddiet l-ekonomija Maltija rkuprat b’rata ferm aktar qawwija minn dik osservata għall-ekonomija taż-Żona Ewro. Dan meta f’pajjiżna t-tkabbir kien ta’ 9.4%, jew aktar minn punt perċentwali aktar mit-tnaqqis li ġabet magħha l-pandemija fl-2020. B’kuntrast, fiż-Żona Ewro t-tkabbir ekonomiku kien ta’ 5.3% biss, jew aktar minn punt perċentwali inqas mit-tnaqqis li kien osservat sena qabel. B’hekk, waqt li sa tmiem is-sena li għaddiet l-ekonomija Maltija kienet diġà akbar milli kienet qabel il-pandemija, dik fiż-Żona Ewro kienet għadha tbati minn tnaqqis fl-attività relatata mal-COVID-19. Dan l-irkupru aktar b’saħħtu f’pajjiżna ma kienx mistenni, tant li f’rapporti preċedenti l-Bank Ċentrali kien ibassar li l-ekonomija Maltija terġa’ tirkupra sa Ġunju ta’ din is-sena. L-analiżi tal-Bank Ċentrali tindika li, waqt li numru ta’ setturi, fosthom dak turistiku, għadhom taħt il-livell ta’ attività tal-2019, hemm ħafna oħrajn fejn l-attività hija ferm aktar għolja minn dakinhar. Dan jirriżulta mill-fatt li l-livell ta’ investiment hu 10% akbar milli kien qabel bdiet il-pandemija. Skont l-esperti tal-Bank Ċentrali, il-konsum tal-Gvern aktar sostnut għamel taj­ jeb għall-fatt li d-domanda minn barra għadha ma rkupratx kompletament. Flistess ħin, filwaqt li l-konsum privat għadu inqas minn dak li kien fl-2019, ħafna mit-tnaqqis hu dovut għall-fatt li l-Maltin u l-Għawdxin qed isiefru inqas, tant li fl2021 nefqu barra minn pajjiżna n-nofs ta’ dak li kienu jonfqu qabel. Ir-rapport jinnota kif s-saħħa tal-irkupru ekonomiku wasslet biex l-impjiegi kom-

plew jikbru b’rata tajba, tant li din issa hi ferm aktar għolja mill-medja Ewropea. L-andament pożittiv fis-suq tax-xogħol fisser li, minflok iż-żieda mbassra meta faqqgħet il-pandemija, ir-rata tal-qgħad waqgħet għal minimu storiku. L-irkupru ekonomiku fisser ukoll li d-de­ fiċit tal-Gvern kien ferm inqas minn dak imbassar. Anke l-piż tad-dejn nazzjonali li kien imbassar li jaqbeż is-60% tal-ġid nazzjonali, fil-fatt baqa’ ferm taħt dan il-livell. It-titjib fil-finanzi tal-Gvern ma wasalx minħabba tnaqqis fl-ispiża, imma għax irkupra bis-saħħa d-dħul. Fejn jirrigwardjaw prezzijiet, il-Bank Ċen­ trali rrimarka li kemm il-prezzijiet tal-proprjetà kif ukoll dawk ta’ prodotti u servizzi ma tantx għolew matul is-sena li għaddiet. Imma lejn it-tieni nofs tas-sena r-rata li biha jogħlew il-prezzijiet bdiet taċċellera. Fil-fatt, fit-tbassir tagħhom, l-esperti talBank Ċentrali jantiċipaw li r-rata ta’ inflazz­ joni tkompli togħla sew din is-sena. Minkejja dan, l-ekono­mija ta’ pajjiżna mistennija tkompli tikber b’rata ogħla mill-medja Ewropea, minħabba li d-domanda domestika hi mbassra li tirranka u l-impjiegi mistennija jkomplu jiżdiedu b’rata akbar minn dik tas-sena li għaddiet. Is-saħħa tal-irkupru ekonomiku se tfisser li l-qagħda finanzjarja tal-Gvern se tkompli titjieb u r-rapport tal-Bank Ċentrali jsostni li dan ifisser li d-dejn nazzjonali se jibqa’ sostenibbli. Fir-rigward tal-impatt tal-gwerra fl-Uk­ rajna, intqal li filwaqt li din se twassal għal pressjoni fil-prezzijiet internazzjonali u tkabbir inqas fid-domanda barranija, il-prospetti għall-ekonomija Maltija xorta jibqgħu pożittivi aktar minn f’pajjiżi li huma aktar esposti għall-effetti tal-kriżi fil-Lvant tal-Ewropa. Il-qagħda finanzjarja tal-Gvern se tibqa’ titjieb u d-dejn nazzjonali se jibqa’ sostenibbli


08

01.05.2022

RATA TA’ TKABBIR EKONOMIKU AKBAR MILL-MEDJA F’rapport fuq l-andament tal-ekonomija Maltija sal-bidu ta’ April, il-Bank Ċentrali nnota li r-rata ta’ tkabbir ekonomiku għadha ’l fuq mill-medja storika għal pajjiżna. Fost l-aktar indikaturi li qed juru titjib sostanzjali, l-esperti tal-Bank indikaw it-turiżmu, is-sentiment ekonomiku, id-dħul tal-Gvern, ir-rata tal-qgħad kif ukoll il-Prodott Gross Domestiku (PGD). Is-sitwazzjoni tidher li hi simili għal dik fl-2017 u fl-2018 meta l-ekonomija Maltija kienet qed tikber b’rati qawwijin ħafna. Dan filwaqt li l-Bank Ċentrali rrimarka li l-livell ta’ restrizzjonijiet f’pajjiżna saż-żmien li nkiteb ir-rap-

port kienu għadhom aktar restrittivi minn dawk fl-Unjoni Ewropea, indikazzjoni li l-potenzjal li r-ritmu ekonomiku jirranka aktar meta dan ma jibqax il-każ ibda minn għada stess. Ir-rapport tal-Bank Ċentrali jindika li l-inċertezza naqset matul Marzu li għadda, speċjalment fis-settur tas-servizzi. Is-setturi kollha jidhru li għandhom livell ta’ fiduċja aqwa mill-medja storika, filwaqt li d-do­manda għall-ħaddiema se tkompli tirranka. Fost l-aqwa rati ta’ tkabbir fl-attività tal-Bank Ċentrali jinnutaw li l-ispiża tat-turisti hi erba’ darbiet aktar minn dik ta’ sena ilu, filwaqt li d-domanda domestika wkoll qed tikber. Fil-fatt, jirriżulta li l-be-

jgħ mill-ħwienet hu 7% ogħla. Kien hemm żieda wkoll fil-permessi tal-bini li ġew approvati u komplew jikbru d-depożiti mal-banek, tant li dawn kienu 8% akbar minn sena qabel. Fl-istess ħin ġie nnotat li, għall-ewwel darba f’sitt xhur, id-djun garantiti mill-Bank għall-Iżvilupp naqsu taħt in-nofs biljun ewro. Dan jindika li, l-istess bħalma ġara fil-każ tal-moratorju fuq is-self, issa l-qagħda tal-kumpaniji tant tjiebet li bdew iħallsu lura parti mid-dejn garantit mill-Gvern, bħala waħda mill-għadd ta’ miżuri ta’ għajnuna li ġew offruti lin-negozji u l-industriji fi żmien il-pandemija tal-COVID-19.

PROGRAMM RINOMAT GĦAL STARTUPS LOKALI Ritratt: JEREMY WONNACOTT/DOI

L-ACCELERATOR PROGRAMME TA’ FAMA DINJIJA PLUGANDPLAY JIFFIRMA FTEHIM MA’ QUANTUM FOUNDATION U MALTA ENTERPRISE

PlugAndPlay, l-accelerator programme wara Dropbox u PayPal, fost oħrajn, għadu kemm iffirma memorandum of understanding ma’ Quantum Foundation u Malta Enterprise biex jibda jopera minn Malta u jħeġġeġ aktar startups jinvestu f’pajjiżna. B’network ta’ aktar minn 30,000 startup u aktar minn 500 kumpanija magħrufa madwar d-dinja, PlugAndPlay isservi bħala Accelerator Programme għall-istartups u tgħinhom jikbru b’mod aktar spedit billi toffri programmi ta’ aċċellerazzjoni, b’konnessjoni ma’ ekosistemi ta’ innovazzjoni u investimenti. “Il-fatt li dan il-programm globali jinsab f’Malta huwa mira oħra importanti għal pajjiżna, u b’mod partikolari għall-proġett ‘Start In Malta’ li twaqqaf sena ilu”, sostniet il-Ministru għall-Am-

bjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli. Hi kompliet: “Il-fatt li nkomplu nattiraw start­ups lejn pajjiżna jibqa’ fattur importanti, fl-istess ħin li nassiguraw li l-istartups li huma diġà bbażati fostna jkollhom rwol importanti fl-iżvilupp tal-ekosistema relatata lokali. Għalhekk, dan l-accelerator se jkun qed jipprovdi l-appoġġ meħtieġ lill-istartups u scale-ups, inkluż aċċess għal programmi ta’ mentoring u klijenti potenzjali.” Il-Kap Eżekuttiv ta’ Malta Enterprise Kurt Farrugia wkoll enfasizza l-impenn lejn l-istartups. “Bħala Malta Enterprise ġeddidna waħda mil-iskemi finan­zjarji, Startup Finance, u għaddejjin b’diskussjonijiet biex naraw kif nistgħu naġġornawha. Dan il-ftehim ma’ Quantum Foundation u PlugAndPlay hu kruċjali biex nof-

fru aktar opportunitajiet lill-istartups.” Gareth Jenner, Kap Eżekuttiv ta’ TrustStamp, qal li Quantum Foundation twaqqfet biex tkun megħjuna din l-ekosistema f’Malta. “PlugAndPlay hi magħrufa madwar id-dinja, u d-deċiżjoni tagħhom li jiġu Malta hi importanti għall-imprendituri Maltin u għall-pajjiż.” Min-naħa tiegħu, id-Direttur Mani­ ġer­jali ta’ PlugAndPlay, Omeed Mehrinfar, qal li l-kumpanija se tagħti l-appoġġ tagħha lill-istartups biex joperaw minn hawn u lil hinn. “Nafu li Malta qed timmira li tkun hub fi strateġiji varji u b’dan il-mod irridu kumpaniji internazzjonali li jkollhom preżenza f’Malta u jaraw il-pajjiż bħala ċ-ċentru li jgħaqqadhom malEwropa u mal-kumplament tad-dinja,” qal Mehrinfar.

GĦALL-ĠID TAS-SOĊJETÀ F’KULL ETÀ Fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew tas-Solidarjetà Interġenerazzjonali, il-fergħa tal-Veterani Laburisti esprimiet ix-xewqa tagħha li titqajjem iżjed kuxjenza dwar il-ħtieġa li s-setturi kollha tas-soċjetà jkunu għalenija fl-isforz kollettiv favur il-ġid u l-protezzjoni tad-drittijiet ta’ persuni ta’ kull età fis-soċjetà Maltija. Fi stqarrija ngħad li solidarjetà interġenerazzjonali tfisser ferm aktar minn ġesti simboliċi ta’ tfal jew żgħażagħ li jiltaqgħu ma’ anzjani f’okkażjonijiet speċjali. “Tfisser il-ħolqien ta’ ekonomija li twieżen, flimkien ma’ politika ta’ ambjent soċjali li jrawwem b’mod naturali l-għajxien flimkien u l-koperazzjoni fost il-persuni ta’ kull età fil-ħajja ta’ kuljum. Tfisser ukoll għarfien tal-valur li għandu jingħata lill-kontribut ta’ kull faxxa ta’ età fis-soċjetà,” ingħad mill-Veterani Laburisti.

B’sodisfazzjon ninnotaw il-miżuri għall-benesseri tal-persuni ta’ kull età fil-programm tal-Gvern “Hu għalhekk li b’sodisfazzjon kbir ninnotaw il-ħidma Parlamentari talGvern favur l-ugwaljanza u kontra d-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ età, filwaqt li nħeġġu lir-rappreżentanti tal-poplu ħalli jippromulgaw l-istrumenti legali tant importanti kif pro­ posti fil-manifest elettorali Laburista, inklużi dawk dwar l-awtonomija u l-ħarsien ta’ adulti vulnerabbli,” kompliet l-istqarrija, li wkoll innotat b’sodisfazzjon il-miżuri favur il-benesseri tal-persuni ta’ kull età fil-programm tal-Gvern Laburista. Dawn il-miżuri jinkludu l-ħolqien ta’ programmi edukattivi interġenerazzjonali li jħeġġu persuni ta’ etajiet differenti jitgħallmu flimkien u jgħallmu lil xulxin.


09

01.05.2022

L-INDUSTRIJA LOKALI TAL-KANNABIS MEDIĊINALI TIBQA’ TIKBER B’SUĊĊESS F’industrija tal-kannabis medi­ ċi­nali li mistenni jkollha valur globali ta’ aktar minn €55 bil­jun sal-2028, Malta komp­ liet tirreġistra iżjed żviluppi importanti fl-aħħar ġranet, b’kumpanija oħra internazzjo­ nali tingħata l-approvazzjoni neċessarja mill-awtoritajiet kom­petenti biex tkun tista’ tipproduċi u tesporta l-prodotti tagħha. “Malta tipprovdi passaġġ stra­teġiku għas-swieq emer­ ġen­ti fl-Unjoni Ewropea u għandha wkoll livelli għolja ferm fis-settur farmaċewti­ku, apparti li għandha wkoll framework regolatorju b’saħħ­tu.” Dan kien il-mod kif ġie deskritt pajjiżna wara li MPX International Corp., kum­panija multinazzjonali bi sħab mal-Bortex Group Hold­ings Company Ltd, din il-ġimgħa ħabbret li l-kumpanija sussidjarja tagħha f’Malta, Alphafarma Operations Ltd., ingħatat mill-Awtorità Maltija għall-Mediċini l-liċenzja għall-produzzjoni u r-riċerka fis-settur tal-kannabis medi­ċi­ nali. Ftit aktar minn sentejn ilu, pajjiżna kien l-ewwel stat membru li illeġiżla qafas regolatorju ħolistiku biex ikun hawn produzzjoni tal-mediċina magħmula mill-kannabis. Mindu din il-liġi daħlet fis-seħħ, pajjiżna beda jgawdi minn aktar investimenti ta’ proġetti innovattivi u impjiegi ta’ kwalità. Dan il-pass wassal ukoll biex Malta tpoġġiet fuq il-mappa f’dan is-settur u ġibdet l-atten­ zjoni ta’ investituri ġodda, li qed jikkunsidraw lil Malta bħala l-bażi l-ġdida għan-negoz­ju tagħhom. Din in-niċċa speċja­ liz­zata twassal għal attività ekonomika importanti. Il-Gvern qed iħares lejn dawn il-proġetti minn żewġ aspetti: mil-lat ekonomiku u l-kontribuzzjoni ta’ investiment dirett barrani li jwassal għal ħolqien ta’ aktar xogħol; u li jiġi żgurat li prodotti manifatturati f’Malta jkunu tal-aqwa kwalità. Anke l-Forum Dinji tal-Kannabis Mediċinali qed jagħraf din l-importanza tant li fil-bidu ta’ April iltaqa’ għat-tielet darba f’pajjiżna. Il-Malta Enterprise pparteċipat f’dan l-avveniment fejn fakkret kif Malta qed issir ċentru tal-bijofarmaċewtika. L-iżvilupp ta’ MPX Interna­ tional Corporation din il-ġim­ għa kien il-pass li jmiss wara li f’Jannar li għadda nħarġilha ċ-ċertifikat European Union Good Manufacturing Practice certification (EU-GMP Certification) biex tibda l-produzzjoni

kummerċjali u l-esportazzjoni jar, MPXI saret waħda mill-ftit tal-miżuri finanzjarji varji u tal-prodotti tagħha mill-imp- kumpaniji li għandha ċ-ċer- wkoll assistenza prattika. “Din il-liċenzja hi mira imjant f’pajjiżna lejn swieq mad- tifikazzjoni EU-GMP u li hija wkoll faċilità bil-liċenzji kollha portanti ħafna għall-operazzwar l-Ewropa u lil hinn. MPXI Malta diġà kisbet f’posthom fis-suq Ewropew. jonijiet tal-MPXI fl-Ewropa u materjal minn sħab liċenzja­ Din il-kumpanija qed taħseb wkoll għall-istrateġija ta’ tkabti fil-kultivazzjoni permezz diġà u qed taħdem biex tapp­ bir fis-swieq internazzjonali. taċ-ċertifikazzjoni EU-GMP, qa- lika għal emenda fil-liċenzja It-tim tagħna f’Malta ħadem bel lejn tmiem l-2023 tiżdied biex tibda tipproċessa prodotti b’mod eċċezzjonali u issa ninsabu f’pożizzjoni tajba miegħu materja prima ferm biex immorru mill-faċilità ta’ kulti­ għall-pass li jmiss, l-esvazzjoni li għandha portazzjoni tal-kanbba­żata fl-Afrika t’Isfel. nabis,” stqarr W. Scott L-ewwel prodott tal-kumpanija diġà kien Alphafarma Operations Ltd Boyes, Ċermen, President u Kap Eżekuttiv ta’ irreġistrat b’suċċess f’Malta u se jkun im- din il-ġimgħa ngħatat liċenzja MPXI. Min-naħa tiegħu, niedi għad-distribuzzmill-awtoritajiet lokali biex Karl Bartolo, Maniġer joni fit-tielet kwart ta’ Ġenerali u Direttur ta’ din is-sena, permezz tirriċerka u tipproduċi MPXI Malta qal: “Ninstal-marka tal-produzzl-kannabis mediċinali abu kuntenti ferm joni ta’ MXPI, Salus bit-tim tagħna f’Malta BioPharma. Aktar tard din is-sena din il-kumpanija oħrajn li joħorġu mill-kanna- għal din il-kisba, speċjalment minħabba l-isfidi ppreżentase tidħol ukoll fi swieq oħrajn, bis, fosthom iż-żejt. Wara dan is-suċċess tal-in- ti mill-pandemija. Malta tipfosthom il-Ġermanja, ir-Repubblika Ċeka, il-Polonja u vestiment ta’ MPXI kien hemm provdi passaġġ strateġiku il-Malta Enterprise li tat l-ap- għas-swieq emerġenti fl-Unwkoll New Zealand. B’dan il-proċess tal-liċenz- poġġ kollu tagħha permezz joni Ewropea u għandha wkoll

livelli għolja ferm fis-settur farmaċewtiku, apparti li għandha wkoll framework regolatorju b’saħħtu.” Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise, Kurt Farrugia, qal li l-Malta Enterprise tinsab kburija li hi parti f’dan il-vjaġġ ta’ MPXI f’pajjiżna. “Qatt ma kellna dubju li MPXI se tkun waħda mill-ewwel kumpaniji li takkwista l-liċenzji kollha li hemm bżonn għall-produzzjoni tal-kannabis mediċinali f’Malta. Il-faċilità state-of-the-art tagħhom flimkien mal-kompetenza u l-għarfien tat-tim lokali tagħhom huma definittivament vetrina għall-industrija tal-kannabis mediċinali.” Din mhix storja ta’ suċċess iżolata. Il-viżjoni tal-Gvern għal din in-niċċa ekonomika ġdida qed tkompli tħalli l-frott hekk kif aktar kumpaniji internazzjonali tal-kannabis mediċinali qed jiftħu attività produttiva f’Malta. Ftit xhur ilu joint venture tal-kumpanija Kanadi­ża Zenabis, Zen­pharm, kisbet il-liċenzja mill-awtorita­jiet rego­latorji Maltin biex tipprodu­ċi l-kannabis mediċinali. Din issegwi ċ-ċertifikazzjoni preċedenti talEU GMP maħruġa mill-Awtorità Maltija għall-Mediċini f’Jannar 2021. ZenPharm għandha ftehim ta’ provvista ma’ klijent ibbażat fil-Ġermanja biex tipprovdi minn tal-inqas 500kg ta’ kannabis mediċinali fis-sena. Għal dan il-għan minn din is-sena, ZenPharm se tirċievi sa 300kg minn Zenabis fil-Kanada u se tvara wkoll prodotti tal-kannabis mediċinali għad-distribuzzjoni fis-suq Malti u dak Pollakk. L-ewwel liċenzja Maltija relatata mal-produzzjoni loka­li tal-kannabis għall-użu mediċi­ nali kienet inħar­ġet mill-Awtorità Maltija għall-Me­diċini lejn tmiem Di­ċem­bru tal-2020 lill-kumpanija Kanadiża Aphria, leader globali fis-settur. Hemm ukoll Evolve Ltd, kumpanija lokali tax-xjenza li qiegħda tikber b’rata mgħaġġla, li kienet ħabbret li ffirmat ftehim ta’ sħubija maġġuri biex tkompli tiżviluppa l-industrija tal-kannabis mediċinali kemm lokalment kif ukoll barra minn xtutna. Fil-fatt, Evolve ngħaqdet ma’ żewġ kumpaniji speċjalizzati, Cannalytica, li hi bbażata f’Malta u fir-Renju Unit, u Cannabreeze mill-Greċja, biex taqdi l-ħtiġijiet tal-klijenti u tipprovdi punt wieħed ta’ kuntatt għal dawk interessati li jinvestu f’din l-industrija emerġenti.


10 Ritratt: ANTHONY AXIAQ

01.05.2022

IŻJED MINN €720M F’WAGE SUPPLEMENT Titħabbar l-estensjoni finali sa tmiem ix-xahar, waqt li l-appoġġ jibqa’ jingħata bi skemi oħrajn

Minkejja li t-turiżmu għadu ferm inqas milli kien qabel il-pandemija, l-ekonomija Maltija issa laħqet livelli aqwa milli kellha fl-2019

ID-DEFIĊIT FIL-FOND KONSOLIDAT €158M AĦJAR FI TLIET XHUR TITJIB SINIFIKANTI FIL-FINANZI TAL-GVERN MINKEJJA L-ĦRUĠ TAĊ-ĊEKKIJIET TA’ STIMOLU U TAR-RIFUŻJONI TAT-TAXXA FL-EWWEL KWART TA’ DIN IS-SENA Fl-ewwel tliet xhur tal-2022 id-defiċit li kien fl-2019, jiġifieri qabel il-panfil-Fond Konsolidat naqas b’€158 mil- demija. jun, li jfisser titjib ta’ kważi 30% fuq Waqt li l-Oppożizzjoni Nazzjonalisid-defiċit li kien sar fl-istess perjodu ta kienet twissi li l-fatt li l-Gvern kien tal-2021. B’hekk id-defiċit kien biss se joħroġ €70 miljun f’ċekki­jiet ta’ €59 miljun aktar minn dak osservat rifużjoni ta’ taxxa u ta’ stimolu kien fl-2020, minkejja li fl-ewwel xahrejn se jwassal għal defiċit akbar, il-fatti ta’ dik is-sena pajjiżna kien għadu juru li mhux talli dan ma seħħx, mhux milqut mill-pandemiiżda d-defiċit naqas bi kważi ja. terz. Minbarra hekk ta’ It-titjib li seħħ min jinnota li l-Gvern fl-ewwel tliet xhur spiċċa għadda €74 tal-2022 ma kienx miljun, għax iċ-ċekjirrifletti xi tnKontra dak li bassret kijiet ingħataw lil aqqis fl-ispiża tal- l-Oppożizzjoni, id-defiċit aktar persuni fuq Gvern, tant li din benefiċċji soċjali, mhux biss ma żdiedx inkluż nisa li ma laħqet il-livell rekord ta’ €1.5 biljun, bil-ħruġ taċ-ċekkijiet, j i k ­k w a ­­l i ­f ­i k a w x jew 4% aktar millg ħ a l l - p e ­n s j o n i , iżda spiċċa naqas imma 2021. B’kuntrast kien jieħdu bonus bi kważi terz hemm żieda ta’ €218-il għax kienu ħallsu xi miljun fid-dħul tal-Gvern, bolol. jew kważi kwart aktar milli Kif kien qal il-Ministru kien hemm fl-2021. Dan minbarra li għall-Finanzi Clyde Caruana, dawn d-dħul kien €133 miljun aktar mil- il-pagamenti l-Gvern seta’ jagħmil-

hom għax id-dħul tiegħu qiegħed jilħaq livelli rekord. Fil-fatt, id-dħul mill-Income Tax fi tliet xhur kien kważi €350 miljun, jew kważi terz aħjar minn qabel il-pandemija. Id-dħul mill-bolla kien 20% aqwa mill-2019, waqt li l-istess żieda ġiet osservata għad-dħul mill-VAT. Dan jikkonferma li, minkejja li t-turiżmu għadu ferm inqas milli kien qabel il-pandemija, l-ekonomija Maltija issa laħqet livelli aqwa milli kellha fl-2019. Bit-tħabbira li saret li wara Mejju mhux se jibqa’ jitħallas il-Wage Supplement, il-finanzi tal-Gvern mistennija jkomplu jitjiebu biex il-Gvern jilħaq il-mira li d-defiċit jonqos binnofs din is-sena. Dan filwaqt li l-Gvern mistenni jkompli jinvesti bis-sħiħ fi proġetti kapitali, tant li diġà fl-ewwel tliet xhur tas-sena l-ispiża kapitali kienet 18% ogħla milli kienet qabel il-pandemija.

Matul dawn l-aħħar 26 xahar, l-intrapriżi u l-ħaddiema Maltin se jkunu rċevew aktar minn €720 miljun permezz tal-iskema tal-Wage Supplement, li salvat eluf kbar ta’ impjiegi u negozji matul il-kriżi tal-pandemija talCOVID-19. F’konferenza stampa, indirizzata mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli u l-Kap Eżekuttiv ta’ Malta Enterprise Kurt Farrugia, tħabbar li din l-iskema issa se tiġi estiża sa tmiem dan ix-xahar ta’ Mejju. Hekk kif feġġet il-pandemija f’Marzu tal-2020, din l-iske­ma kienet kruċjali biex jiġu ssalvagwardjati l-postijiet tax-xogħol u l-intrapriżi Maltin. Wara diversi konsultazzjonijiet saru xi tibdi­ liet biex jittejjeb l-appoġġ għal dawk li ġew milqutin l-aktar, in-negozji u s-self-employed. Aktar minn 17,000 negozju kien assistit biex ’il fuq minn 120,000 ħaddiem ibbenefika minn din l-iskema. B’dan ilmod, in-negozji żammew l-impjegati magħhom mingħajr il-bżonn li jitwaqqfu għal xi żmien u jerġgħu jiġu impjegati lura, hekk kif l-ekonomija kurrenti terġa’ tiġi lura għan-normal. Is-setturi li rċevew l-aktar appoġġ kienu dawk tal-ospitalità u l-ikel, il-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u l-industriji tas-servizzi. Fil-preżenza ta’ diversi msieħba soċjali u rappreżentanti ta’ trejdjunjins, il-Ministru Dalli spjegat li l-appoġġ lin-negozji mhux se jkun qed jintemm, iżda se tingħata għajnuna biex tissaħħaħ ir-riġenerazzjoni, b’mod speċjali għall-qabża sostenibbli u diġitali. “Il-Wage Supplement kien għodda importanti għan-negozji matul il-pandemija. Dan l-appoġġ li ngħata millGvern assigura li n-negozji tagħna jibqgħu għaddejjin. Biex dawn in-negozji jibqgħu jrendu, irridu naċċertaw li jingħata l-appoġġ li jwassalhom għal tranżizzjoni lejn operat ambjentalment sostenibbli, flimkien ma’ dak tad-diġitalizzazzjoni. B’din it-tranżizzjoni, filwaqt li l-ekonomija tiġġenera ruħha, in-negozji għandhom iċ-ċans jikbru u jiffjorixxu”, qalet il-Ministru. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Malta Enterprise rringrazzja lill-ħaddiema tal-entità, li ħadmu qatigħ biex din l-iskema tkun suċċess, kif ukoll lil dawk li bbenefikaw, li wkoll fehmu r-realtajiet li l-Gvern kellu jopera fihom.


11

01.05.2022

GĦAL SENA OĦRA INDIRIZZATI AKTAR INĠUSTIZZJI TAL-PASSAT tagħrif miġbur fis-snin ta’ qabel. F’każ ta’ mewt ta’ applikant eliġibbli, trid issir applikazzjoni mill-ġdid mill-armla jew mill-eredi awtorizzat/a. Applikazzjonijiet minn eredi jridu jiġu ppreżentati flimkien ma’ dikjarazzjoni magħmula quddiem nutar li fiha jitniżżlu min huma l-eredi u min hu jew hi l-eredi li qed jidher f’isimhom. Dan japplika wkoll f’każ ta’ mewt ta’ eredi awtorizzat/a. L-eredi l-oħrajn iridu jawtorizzaw min fosthom se jkun qed jirrappreżentahom billi jissottomettu applikazzjoni ġdida flimkien ma’ dikjarazzjoni magħmula quddiem nutar li fiha jniżżlu l-isem u d-dettalji tal-eredi awtorizzat/a. Applikanti jridu jimlew formola tal-applikazzjoni u jibagħtuha bil-posta, flimkien mad-dokumenti meħtieġa, lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jew bil-posta elettronika fuq social.security@gov.mt. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb fuq il-freephone 153 jew minn fuq il-website tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Eks ħaddiema tax-Xatt

Il-Ministru Falzon iħabbar skema oħra għal dawk vittmi ta’ inġustizzji Skemi li jaqgħu taħt il-Ministeru L-iskemi mħabbrin huma eliġibbli għal: 1. Persuni li daħlu fis-Servizz Pubbliku wara s-16 ta’ Jannar 1979 u li qabel din id-data għamlu xi żmien iservu f’dipartimenti tal-Gvern, iżda mhux bħala uffiċjali pubbliċi; 2. Persuni li kienu ● impjegati f’xi korporazzjoni jew entità fis-settur pubbliku wara li għamlu xi żmien iservu f’wieħed mill-korpi tax-xogħol imwaqqfa qabel l-1979; jew ● impjegati mal-Gas Board sakemm dan spiċċa u wara kienu impjegati mal-korporazzjoni Enemalta; inkella ● apprentisti mal-Malta Electrici-

ty Board sakemm dan spiċċa u wara kienu impjegati mal-Korporazzjoni Enemalta. Iż-żmien li persuna tkun għamlet isservi f’xi dipartiment tal-Gvern, iżda mhux bħala uffiċjal pubbliku, ma jkunx ikkalkulat għall-fini tal-iskema. Tħabbar li l-iskemi ma japplikawx għall-persuni li kienu f’wieħed mill-korpi mwaqqfa wara l-1979, u persuni li qed jirċievu, jew li għandhom iddritt li jir­ċievu, Pensjoni tas-Servizz. Il-Ministeru ħabbar li persuni li applikaw taħt l-istess skemi fis-snin ta’ qabel u għadhom eliġibbli m’għandhomx għalfejn jerġgħu japp­likaw. Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali se jipproċessa l-ħlas ta’ għotjiet skont it-

IL-PRESIDENT F’TAL-IBWAR Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinju­ra tiegħu Miriam Vella żaru ċ-Ċentru Terapewtiku Tal-Ibwar għall-adolexxenti li għandhom problema ta’ sustanzi u li bħalissa joffri s-servizzi offruti minn Caritas Malta lil 26 żagħżugħ/a. Fi tmiem laqgħa privata ma’ żgħażagħ, li qegħ­din isegwu l-programm residenzjali, il-President irrifletta dwar is-sens ta’ mħabba li qed jirċievu mingħand il-professjonisti li jsegwuhom. Irrimarka li kull min qed jieħu ħsiebhom l-ewwelnett qed jirrispetta d-din­ jità tagħhom u qed iġiegħelhom jirrealizzaw li m’għandhomx jitwarrbu. Iż-żgħażagħ, li l-età medja tagħhom hi 16-il sena u nofs, spjegaw lill-President li l-prog­ rammi li qed isegwu fiċ-Ċentru Tal-Ibwar biex

jegħlbu d-diffikultajiet li jgħaddu minnhom, ħafna drabi minħabba l-problema ta’ sustanzi. Il-President għaraf il-fatt li wħud miż-żgħa­ żagħ, minkejja l-età pjuttost żgħira, ħassew il-ħtieġa li jitolbu għall-għajnuna li sabu f’dan iċ-ċentru. Il-kordinatur tal-prog­ramm f’Tal-Ibwar, Dr Daniel Mercieca, qal li l-programm residenzjali hu mibni fuq pjan imsejjaħ “is-seba’ sfidi” li jinvolvi diversi interventi terapewtiċi u dawk edukattivi. Minn Mejju tas-sena li għaddiet sallum, 44 każ ġew riferuti għaċ-Ċentru Tal-Ibwar, b’25% minnhom ġejjin mill-Aġenzija Appoġġ. F’dan iċ-ċentru, il-Caritas toffri għajnuna ħolistika b’servizzi terapewtiċi, residenzjali u ta’ matul il-ġurnata bil-għan li ż-żgħażagħ jilħqu l-potenzjal kollu tagħhom.

L-iskema tal-eks ħaddiema tax-Xatt qed titħaddem mill-Ministeru għatTras­port, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, skont ftehim milħuq bejn ilGvern u l-General Workers’ Union. Din hi s-sitt u l-aħħar sena ta’ din l-iskema li tapplika għal dawk il-ħaddiema jew l-eredi tagħhom li kienu msieħba filPort Pension and Contingency Fund bejn l-4 ta’ April 1973 u l-1 ta’ Ġunju 2007. Mill-iskema qed jibbenefikaw aktar minn 600 eks ħaddiem jew l-eredi tagħhom. Anke taħt din l-iskema, l-applikanti eliġibbli li tħallsu pagament fis-snin ta’ qabel m’għandhomx għalfejn jerġgħu japplikaw. F’każ ta’ mewt ta’ applikant eliġibbli jew tal-eredi awtorizzat/a, trid issir applikazzjoni ġdida.

Ritratt: OPR

Il-gvern kompla jindirizza l-inġustizzji tal-passat għas-sitt sena konsekuttiva, u l-iskema ta’ din is-sena se tkun applikabbli għall-eks membri tal-korpi mwaqqfa qabel l-1979, oħrajn li wara daħlu jaħdmu fis-Servizz Pubbliku u għall-eks ħaddiema tax-Xatt. Ma’ dawn l-iskemi qed tiġi varata skema oħra li bdiet fl-2019 għall-eks impjegati talGas Board u għal grupp żgħir ta’ eks apprentisti tal-Malta Electricity Board li ġew trasferiti mal-korporazzjoni Enemalta. Dawn id-dettalji tħabbru mill-Minis­ tru għall-Politika Soċjali Michael Falzon nhar il-Ġim­għa li għadda waqt kon­ ferenza tal-aħbarijiet fejn ħabbar ukoll li s’issa tqassmu mas-€66 miljun minn meta dan il-gvern beda jagħti dawn l-għotjiet lil dawk li ġarrbu inġustizz­ji fil-passat. “Dan il-Gvern fl-aħħar snin wera li dejjem kien hemm għan-nies, dejjem irsista sabiex jgħin lill-familji tagħna, lill-pensjonanti tagħna. Se nkomplu nidħlu għall-persuni li għandhom bżonn għajnuna addizzjonali, tant li għal darb’oħra, għal din il-leġiżlatura inkludejna l-wegħda fil-manifest elettorali li nżommu kelmtna ma’ dawk kollha milquta b’xi mod jew ieħor”, stqarr il-Ministru Falzon. Is-Segretarju Permanenti fi ħdan l-istess Ministeru, Mark Musù, qal li aktar minn 5,000 persuna se jkunu intitolati għall-għotjiet li jitħallsu skont it-tliet skemi mfasslin mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tatTfal u mill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, bi qbil mal-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol. B’kollox se jitħallsu madwar €10 miljun. It-termini u l-kundizzjonijiet taliske­mi se jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern, waqt li ż-żmien biex wieħed japp­lika jagħlaq fl-aħħar ta’ Lulju. Il-ħlasijiet isiru aktar tard matul din is-sena wara proċess ta’ verifika.

Ritratt: JEREMY WONNACOTT/DOI

SAL-LUM IL-ĠURNATA GVERNIJIET LABURISTI DIĠÀ QASSMU MAS-€66 MILJUN LIL DAWK LI KIENU MILQUTIN


12

01.05.2022

L-1 TA’ MEJJU

OWEN BONNICI Ministru

L-1 ta’ Mejju reġa’ magħna. Ġurnata għal qalb il-persuni kollha li ta’ kuljum imorru għax-xogħol. Dan ifisser iċ-ċelebrazzjoni tal-ħaddiem u ta’ dawk in-nies li jikkontribwixxu direttament għall-avvanz ta’ dan il-pajjiż. Din il-ġurnata hija sinifikanti ħafna għall-familja tiegħi, li sa minn età żgħira dejjem niftakarha titla’ bi ħġarha għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-1 ta’ Mejju, fil-Belt Valletta. Ħlief matul

is-sentejn li għaddew minħabba l-pandemija. L-impenn tagħna favur il-familji, in-negozji u x-xogħol dejjem baqa’ wieħed b’saħħtu. F’disa’ snin, Malta rreġistrat tkabbir ekonomiku kbir, pandemija u mhix, liema tkabbir issarraf f’żieda reali ta’ aktar minn 90,000 ħaddiem ġdid fissuq tax-xogħol lokali. Dan kollu ma seħħx b’kumbinazzjoni, seħħ għaliex kien hemm Gvern li dejjem ħadem kemm felaħ biex fil-bnazzi u fil-maltemp ikollna tkabbir ekonomiku. Dan ġie rifless f’rapport maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, fejn wera li f’Marzu li għadda, l-ammont ta’ nies jirreġistraw niżel għal 1,008 persuni. Dan ifisser kważi 1,400 persuna inqas qiegħda meta kkumparat mas-sena ta’ qabel. Ifisser ukoll li bħalissa għandna l-ikbar ammont ta’ nies jaħdmu fl-istorja ta’ pajjiżna. Għandna ħafna x’niċċelebraw f’dan l-1 ta’ Mejju. Dmirna huwa li nkomp-

lu nagħtu serħan il-moħħ lill-ħaddiema u lin-negozji. Dan il-Gvern wera li huwa jista’ jsarraf il-fiduċja f’suċċess ekonomiku li jwassal għal titjib fil-kwalità tal-ħajja għal kulħadd. U dan iwassalna għall-argument l-iktar kruċjali tal-ħiliet tal-ħaddiema li rriduhom ikomplu jimxu ’l quddiem u jissaħħu f’soċjetà dejjem tinbidel u f’dinja kompetittiva ħafna. Spiss ngħidu li l-aqwa riżorsa li għandna f’pajjiżna hi dik umana, u hekk hu, u għalhekk din l-aqwa riżorsa rridu nsaħħuha u ninvestu fiha kemm nifilħu. Dan iġibna mbagħad fuq l-argument ta’ edukazzjoni għal kulħadd u l-bżonn li kull persuna verament tingħata l-opportunità li tirnexxi fuq ilbank tal-iskola – kemm jekk tieħu r-rotta akkademika u kemm jekk tieħu r-rotta applikata/vokazzjonali – sabiex imbagħad tkun tista’ tirnexxi iktar fid-dinja tax-xogħol. Hawnhekk irrid ngħid ukoll kelma dwar is-settur kulturali

u l-ekonomija kreattiva. Il-kultura hija wkoll il-post tax-xogħol ta’ eluf ta’ ħaddiema li mill-kultura jgħixu u jaqilgħu l-għajxien tagħhom. L-artisti u l-ħaddiema fil-qasam tal-kultura huma fost dawk li l-aktar li ġew milquta mill-pandemija. L-avvenimenti sbieħ li ttellgħu dan l-aħħar – bħal Mużika Mużika – u l-investimenti li qed jagħmel is-settur privat fil-kamp kulturali juru li l-artisti huma, kif jgħidu l-Ingliżi, “raring to go”. Aħna bħala Gvern “raring to go” daqs l-artisti nfushom u se noħolqu s-sostenn u l-ekosistema li hemm bżonn biex inkomplu nitilqu niġru u nesperjenzaw flimkien ilġid tal-kultura u nsaħħu dan is-settur ekonomiku tant importanti. L-artisti ser ikomplu jsibu l-appoġġ tagħna sabiex iwessgħu wkoll l-orizzonti tagħhom f’pajjiżna u barra minn xtutna. Dan filwaqt li nkomplu ngħożżu u ngħinu bis-sħiħ lill-komunitajiet u l-kultura

“grassroot” li tiġi direttament minn fost in-nies frott il-passjonijiet tagħhom u hawn qed nirreferi għall-eluf ta’ dilettanti tal-festi, tal-piroteknika, tal-armar u tant u tant setturi oħra. Kif dejjem għamilna, se nkomplu nagħmlu: se nkunu hemm, se nkunu preżenti u se nkomplu nkunu ta’ sostenn biex il-ġid li joħroġ mill-kultura jitgawda minn kemm jista’ jkun nies għal pajjiż aħjar u iktar b’saħħtu. Fl-aħħar nett, iżda żgur mhux l-inqas, irrid insellem lil żewġ kategoriji oħra ta’ ħaddiema: l-ewwel nett lill-ħaddiema kollha fi ħdan ix-Xandir Nazzjonali li jagħmlu xogħol eċċellenti bi mħabba u b’passjoni kbira u t-tieni nett lill-ħaddiema kollha li jaħdmu biex jippriservaw u jinterpretaw bl-aqwa mod il-patrimonju nazzjonali ta’ pajjiżna. Kburin b’kull wieħed u waħda minnhom. L-ewwel ta’ Mejju t-tajjeb lil kulħadd!

NIĊĊELEBRAW JUM IL-ĦADDIEM

ROMILDA B. ZARB Membru Parlamentari

Illum l-1 ta’ Mejju, huwa l-jum li fih niċċelebraw Jum il-Ħaddiem u din is-sena ser inkunu qed niċċelebraw il-kisba tal-anqas rata ta’ qgħad li qatt irreġistra dan il-pajjiż, l-anqas rata ta’ qgħad wara żmien ta’ kriżi ekonomika globali kawża tal-pandemija, kriżi ekonomika li hija ferm akbar minn dik tal-2009. U xi ngħidu wkoll għażżmien ta’ instabilità li qed iġib miegħu l-kunflitt bejn ir-Russja u l-Ukrajna, kunflitt li qed iġib ukoll destabilizzazzjoni fil-prezzijiet minħabba sanzjonijiet imposti, sanzjonijiet li qed iwasslu għal prezzijiet ogħla tal-affarijiet essenzjali li nużaw fil-

ħajja ta’ kuljum. Lura fl-2009, dak iż-żmien tmexxija ta’ Gvern Nazzjonalista kienet tħaddmet il-politika tal-awsterità, politika ta’ ssikkar taċ-ċintorin. B’kuntrast, Gvern Laburista, waqt żmien il-pandemija għaraf li jinvesti fil-ħaddiema u fiċ-ċittadini tagħna, għaraf li jħaddem politika ta’ assistenza u sussidjarjetà biex il-ħaddiema tagħna ma jitilfux il-ħobża ta’ kuljum. Il-Gvern għalhekk investa f’diversi inċentivi fosthom is-suppliment tal-pagi tal-ħaddiema, investiment globali ta’ €720 miljun, skema li huwa stmat li minn meta bdiet topera lura f’Marzu 2020 salvat 50,000 impjieg li kienu f’riskju li jintilfu. Din il-ġimgħa fakkarna l-64 anniversarju taljum hekk importanti tat-28 t’April, jum li jibqa’ mfakkar bħala wieħed mill-agħar ġranet li qatt ra pajjiżna, fejn strajk imsejjaħ mill-General Workers’ Union u l-Partit Laburista minħabba t-theddida tas-sensji, theddida li tiġi magħluqa Tarzna li dak iż-żmien kienet pilastru ekonomiku importanti ferm għall-Gżejjer Maltin u li kienet tħaddem 12,000 ħad-

diem. Din hija l-ġrajja li tat bidu għat-talba tal-Indipendenza mill-Gvern Ingliż, li nkisbet fl-1964 u kienet id-determinazzjoni tal-Prim Ministru Dom Mintoff li wasslet għalljum tal-31 ta’ Marzu 1979, il-ġurnata li tibqa’ mnaqqxa fl-istorja ta’ dan il-pajjiż, hekk kif il-bażi Ingliża ħalliet darba għal dejjem lil pajjiżna wara kważi 180 sena. Jekk inħarsu lura lejn il-Partit Laburista u l-istorja tat-twaqqif u l-ħidma tiegħu f’aktar minn 100 sena nsibu l-għeruq soċjalisti, l-għeruq ta’ ħidma bla waqfien biex dejjem jipprova joffri kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji Maltin u Għawdxin. Dak li aħna drajna ngħixu bih, paga minima, 40 siegħa xogħol, sick leave, leave, bonus, pensjonijiet, children’s allowance fost benefiċċji oħrajn, qegħdin jiġu offruti lilna grazzi għal dawn il-ġrajjiet, grazzi għal missirijietna li għarfu jaħdmu biex aħna jista’ jkollna kwalità ta’ ħajja aħjar. Id-dikjarazzjoni ta’ Mintoff tibqa’ mfakkra: “Quddiem Alla għandna raġun. Issa sta għalina li dan ir-raġun neħduh ukoll mingħand in-nies ta’ din

id-dinja. Jekk inkunu ġwejda aħna, jisħtuna wliedna u wlied uliedna. Illum waslet is-siegħa meta kull Malti jrid bil-fatti juri li Malta, għalina, tiġi l-ewwel u qabel kollox.” Għalhekk Mintoff u t-tmexxija tas-sebgħinijiet kellha viżjoni ta’ pjan ekonomiku, pjan li l-ekonomija tiegħu ma tibqax tiddependi fuq il-ġid li kien jinħoloq minn gwerra f’nazzjon ieħor. Kien għalhekk li Gvern Laburista beda jħares lejn niċeċ ekonomiċi ġodda: Turiżmu, Manifattura li wħud mill-kumpaniji li ġew fi żmien Mintoff għadhom hawn sal-ġurnata tal-lum. Dawn il-kisbiet fuq lat ekonomiku li komplew jissawru matul iż-żmien, ma waqfux hawn, imma issa ridna li niksbu tragwardi oħrajn f’din il-mixja progressiva, tragwardi ta’ ġustizzja soċjali, ugwaljanza vera bejn kull ġeneru sesswali. Ir-rwol tal-mara sar vitali għat-tkabbir tal-ekonomija u b’hekk naraw u napprezzaw il-viżjoni ta’ Gvern Laburista meta introduċa childcares b’xejn, meta introduċa inċentivi fiskali meta l-mara tmur lura x-xogħol u perkaċċi oħrajn li jiffaċilitaw l-im-

mersjoni tal-mara fil-ħidma lavorattiva. Il-mara llum saret tmexxi azjendi, tokkupa karigi li qabel lanqas biss kienet toħlom li tokkupa, allura saret pilastru għall-ekonomija daqs ir-raġel, fejn anke l-ġeneru femminili jista’ jesprimi ruħu permezz tax-xogħol. Xi jsir fadal u kif, għax il-Partit Laburista qatt ma jieqaf jimpenja ruħu biex iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin ikollhom ħajja u mhux eżistenza. Ħajja li tkun ta’ kwalità, ħajja li tkun ekwa u l-Gvern Laburista biss hu ta’ garanzija għal ħajja ta’ kwalità aħjar bla diskriminazzjoni bejn min jiflaħ u min ma jiflaħx, u lil min ma jistax ilaħħaq, il-Gvern Laburista jgħinu bissħiħ kif dejjem għamel. Għalhekk illum, hekk kif Gvern Laburista ħadem biex dejjem jinvesti fina ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin biex joffrilna kwalità ta’ ħajja aħjar, issa huwa essenzjali li aħna nagħrfu ninvestu fih u nagħtu donazzjoni lill-Partit Laburista biex ikompli jwassal il-messaġġ tiegħu dak li fuq quddiem tal-aġenda tiegħu dejjem insibu l-interess lejn kull wieħed u waħda minna.


13

01.05.2022

IL-ĦIDMA TKOMPLI

IAN BORG Ministru

Mill-aħħar darba li ltqajna fuq din il-gazzetta tagħna, ilPrim Ministru Robert Abela assenjali Ministeru għalkollox differenti minn dak li kelli. Però, għalkemm differenti, xorta waħda hemm ħaġa komuni bejniethom li fl-aħħar mill-aħħar torbothom flimkien. Lili kontu tafuni bħala l-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u dmiri kien li naħseb biex pajjiżna jkollu infrastruttura moderna u effikaċi li tixraq lil pajjiż modern b’ekonomija vibranti li għandha bżonn infrastruttura aġġornata għal żminijietna. U sa fejn naf jien, dan jien

għamiltu u r-riżultati tal-ħidma li għamilna tużawhom kuljum. Illum, għandi r-responsabbiltà li nieħu ħsieb infrastruttura oħra, iżjed diffiċli, iżjed komplikata, iżjed sottili, u iżjed trid finezza. Qed ngħid għall-infrastruttura tal-politika barranija. F’dik li kelli qabel kien jeħtieġli nibni triqat u pontijiet u flyovers biex iċ-ċittadini jikkomunikaw bejn belt u oħra, raħal u ieħor tal-gżejjer tagħna. Illum, xorta jeħtieġli nibni pontijiet u triqat, mhux interni, imma esterni. Bejn pajjiżna u pajjiżi oħrajn, bejn il-poplu tagħna u popli oħrajn, bejni u bejn Ministri barranin kollegi tiegħi f’dan il-qasam diffiċli. Il-pontijiet materjali huma diffiċli biex tibnihom, imma, nassigurakom li l-pontijiet bejn il-bnedmin huma ferm iktar diffiċli biex tagħmilhom. Għax dawn ma jirrikjedux ġebel, ħadid u konkos, imma paċenzja, bini ta’ fiduċja reċiproka, spirtu ta’ kompromess, li tifhem dak li qed jinkwieta lin-naħa l-oħra u interessi nazzjonali diverġenti. Iżda ftit jiem qabel dħalt f’din id-dinja, li kienet qab-

det tistejqer mill-pandemija tal-COVID-19, u allura bdejna naraw ftit dawl flaħħar tal-mina, minħabba li l-ekonomija dinjija tat l-ewwel passi ta’ rkupru, faqqgħet bħal sajjetta l-invażjoni tal-Ukrajna. Id-data tal-24 ta’ Frar 2022 kienet purtiera li meta nfetħet tatna sitwazzjoni internazzjonali ġdida mhux biss mimlija perikli li konna naħsbu li qatt mhuma se jiġru aktar fl-Ewropa wara l-Gwerra Kbira tal-1939-1945, iżda talli xxukkjat lid-dinja b’mod ġenerali u lill-Ewropa b’mod partikulari li xejn m’għadu l-istess. Illum dak li kien qal

l-istoriku Francis Fukuyama li invażjonijiet bħal dawn minn pajjiż Ewropew għal pajjiż Ewropew ieħor ma kinux se jerġgħu jsiru wara l-waqa’ tal-ħajt ta’ Berlin, m’għadhomx jagħmlu sens. Il-fatt hu li din l-invażjoni seħħet u l-gwerra, milli jidher, mhux se tispiċċa malajr. Din il-gwerra mhux talli avvelenat ir-relazzjonijiet bejn tant pajjiżi, iżda talli qed ikollha impatt negattiv għall-aħħar fuq l-ekonomija mondjali u fuq il-prezzijiet tat-trasport, fuel, ikel u kull mhu importanti għad-dinja tal-lum. Dan kollu jfisser li l-ħidma trid tkompli b’ik-

Imtlejt b’iżjed kuraġġ u impenn biex naffronta din is-sitwazzjoni ġdida li magħha se ġġib problemi ġodda, sfidi ġodda li jeħtieġ nirrispondu għalihom b’risposti ġodda u produttivi

tar ħeġġa, iktar impenn, iktar bini ta’ pontijiet bejn il-bnedmin u b’iktar spirtu ta’ sagrifiċċju. Iżda, intom tafuni sewwa u għalhekk tafu li jien dejjem emmint fil-ħidma u fl-azzjoni. Dejjem imxejt mal-prinċipju sagrosant ta’ Lord Acton li “Il-Ħajja hija azzjoni jew inkella mhi xejn”. U proprju għalhekk din il-kriżi perikoluża lili mhux talli ma naqsitlix l-għatx għall-azzjoni, iżda talli żidituli. Imtlejt b’iżjed kuraġġ u impenn biex naffronta din is-sitwazzjoni ġdida li magħha se ġġib problemi ġodda, sfidi ġodda li jeħtieġ nirrispondu għalihom b’risposti ġodda u produttivi. Inutli nħarsu lejn is-sitwazzjoni pjuttost plaċida li kellna qabel Frar. Jekk inħarsu lura u noqogħdu niffilosofizzaw ma naslu mkien. Il-bidla kontinwa hija parti essenzjali kemm fid-dinja tan-natura, kif ukoll fil-mixja tal-bniedem fi triqtu lejn iċ-ċiviltà. Naċċettaw din il-bidla kontinwa u nieħdu kull azzjoni li hemm bżonn biex inkomplu fit-triq tal-progress. Il-ħidma tkompli.


14

01.05.2022

L-AĦĦAR JUM L-VALLETTA GR L-erbat ijiem tal-avveniment annwali fil-kalendarju kulturali lokali, il-Valletta Green Festival, se jaslu fi tmiemhom illum il-Ħadd l-1 ta’ Mejju. It-tema għall-edizzjoni ta’ din is-sena hi l-importanza tal-ispazji pubbliċi, il-protezzjoni tal-ħabitats naturali u l-effett li dawn għandhom fuq il-flora u l-fawna tal-gżejjer tagħna. L-attrazzjoni prinċipali tal-festival, l-infjorata, ġiet iddisinjata mid-Disinjatur Grafiku tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Clint Spiteri u tista’ titgawda fi Pjazza San Ġorġ. Hawnhekk aktar minn 50,000 pjanta, inklużi ħwawar, joħolqu din l-infjorata li tittratta d-disinn ta’ żrinġ fi spazju ta’ 500 metru kwadru u hi intiża biex tqajjem kuxjenza dwar il-qerda tal-ħabitat taż-Żrinġ Malti (Painted Frog), l-uniku anfibju li għandna f’Malta. Kull min iżur dan l-ispettaklu jista’ wkoll jesperjenza x-xogħol li jagħmlu entitajiet differenti għall-protezzjoni ambjentali u naturali, filwaqt li jikseb aktar informazzjoni dwar il-widien f’pajjiżna, il-bijodiversità, il-ħabitats nat-


01.05.2022

BIEX TGAWDI REEN FESTIVAL urali u s-separazzjoni tal-iskart, fost oħrajn. Wara l-inizjattiva tas-sena l-oħra, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta se tkompli bil-kontribut tagħha favur it-tħaddir urban u se tħalli warajha legat ta’ 15% ta’ diversi pjanti u siġar fi Triq il-Gendus u Triq San Karlu, il-Belt Valletta. Minbarra hekk, pjanti u ħwawar li ntużaw fid-disinn issa se jkunu mqassmin fost il-kunsilli lokali biex isebbħu l-ispazji pubbliċi tagħhom. Iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef innota li “dan il-festival juri biċ-ċar l-impenn tal-aġenzija li toħloq kuxjenza dwar l-ambjent mhux biss fil-proġetti u l-binjiet tagħha, iżda lil hinn.” Il-festival ta’ din is-sena inkluda wkoll il-korsa ta’ ostakoli Ruff Mudder għall-klieb fi Ġnien Laparelli, li saret ilbieraħ. Il-Valletta Green Festival ġie inawgurat nhar il-Ħamis fil-preżenza tal-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u l-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli.

15


16

01.05.2022

IS-SINDKI GĦANDHOM IKUNU PROTETTI

MARIO FAVA

President Sezzjoni Kunsilliera PL

Fl-aħħar jiem seħħ inċident fil-gżira t’Għawdex fejn Sindku ġie aggredit għaliex huwa magħruf li jitkellem b’mod qawwi dwar il-biża’ ta’ żvilupp fil-bajja tal-Ħondoq. Kien allegat li ħaddiem ta’ wieħed mill-kuntratturi Għawdxin, aggredixxieh għaliex talbu jimxi mad-direzzjoni tat-traffiku u s-sewwieq tat-trakk deherlu li għandu jinżel mit-trakk u jkellmu ħażin filwaqt li imbuttah fl-art. Dan mhux każ iżolat. Fil-passat riċenti, kuntrattur ieħor f’Malta, fil-lokalità tal-Gżira, kien saq fuq is-Sindku tal-lokalità għaliex dan kellmu biex jagħmel l-affarijiet sew. Kien hemm rapporti oħra simili anki f’lokalitajiet oħra fejn kuntratturi jaħdmu bla rispett u meta tinġibed l-attenzjoni jkun hemm arroganza fil-konfront tal-Kunsilliera jew Sindki. Filwaqt li ma tistax titfa’ lil kulħadd f’keffa waħda u l-kuntratturi mhux kollha huma l-istess, sfortunatament, bħalma jiġri dejjem, mal-ħażin jeħel it-tajjeb. Li hu żgur, dawk il-kuntratturi li huma magħrufa li jaħdmu b’ dan il-mod, m’għandhom isibu l-ebda kenn mill-ebda politiku u mill-ebda għaqda li tista’ tkun tirrappreżentahom. Dan l-aġir għandu jiġi kkundannat minn kulħadd. Min għandu rasu fuq għonqu kulħadd jaf u jifhem li l-iżvilupp ma tistax twaqqfu. Id-dritt tal-persuna li tiżviluppa skont il-policies eżistenti, għandu jiġi salvagwardjat ukoll. In-nies jiddejqu meta jkun hemm l-abbuż jew meta jsiru l-eċċezzjonijiet għal policies eżistenti biex jibdew jinħolqu preċedenti li mbagħad ikunu jridu jibdew isiru għal kulħadd. L-iżviluppaturi jridu jifhmu li aktar ma jaħdmu viċin il-Kunsill Lokali, aktar ma jikkoperaw u aktar ma jaslu fi ftehim kif se jkunu qed jaħdmu mal-istess Kunsill, anqas se jkollhom oppożizzjoni għal dak l-iżvilupp li jkunu se jwettqu. Dan għandu jsir mill-ewwel fażijiet. X’se jitlef kuntrattur jew żviluppatur billi jitkellem u jikkonsulta mal-Kunsill Lokali dwar il-pjanta tal-proġett? Mhux għall-avvanz tiegħu stess jekk imur għand l-Awtorità tal-Ippjanar, bil-Kunsill qed jaqbel miegħu fuq l-iżvilupp li se jwettaq? X’hemm ħażin li l-iżviluppatur jattendi seduta tal-Kunsill mal-Perit tiegħu sabiex jagħti d-dettalji kollha tal-proġett ħalli l-Kunsilliera jkunu kapaċi jispjegaw lir-residenti tagħhom x’se jsir fil-lokalità tagħhom? X’hemm ħażin li l-kuntrattur jagħmel ftehim mal-Kunsill Lokali fuq il-

mod kif se jkun qed jaħdem, bħal; il-ħinijiet li fihom se jkun qed jagħmel skavar, ir-rotta li minnha se jgħaddu t-trakkijiet bil-materjal biex jintużaw toroq li jħallu l-inqas impatt fuq it-traffiku fil-lokal, il-ħinijiet li se jkunu qed joħrogu mis-sit u aktar? Hija daqshekk problema biex f’dan il-ftehim il-kuntrattur jintrabat li jnaddaf it-toroq li se jgħaddi minnhom u jara li jagħmel l-istess fuq is-sit tal-kostruzzjoni? Dwar il-parametru tas-sit, kif se jingħalaq. Dwar it-toroq li hemm bżonn jingħalqu minn żmien għal żmien u l-ħin li dan isir biex iħalli mill-inqas impatt fuq id-dħul u l-ħruġ tar-residenti mil-lokalità. Dan għandu jiġi mill-kuntratturi nfushom jekk verament jinteressahom mir-residenti u jridu jgawdu lura l-istess rispett. Imbagħad dwar il-proġett innifsu. Possibbli se tagħmel wisq differenza lill-but tal-kuntrattur jekk fl-ippjanar tal-proġett jara li jagħti spazji pubbliċi lir-residenti, mill-proġett tiegħu, tas-snin ta’ inkonvenjent li jkun ikkawża? U jekk dan jiddisinja l-iżvilupp tiegħu b’mod li jagħti lok lir-residenti jiltaqgħu u jissoċjalizzaw f’żona filproġett, mhux aktar hemm ċans li negozji oħra jikru spazju fil-proġett tiegħu? U meta qed ngħid spazji pubbliċi u aċċess liberu, dawn iridu jkun b’ xejn u mhux bilfors trid tpoġġi ma’ mejda u tħallas. L-ispazju huwa limitat u m’għandix ċans nidħol fil-fond ta’ dan kollu imma min irid jisma’ u jifhem, għandu jifhem. L-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali ser tkun qed titlob laqgħa mal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi sabiex naraw kif tal-inqas il-membri tagħhom, jibdew jersqu aktar għand il-Kunsilli Lokali u jiġi stabbilit ftehim bħal dak li qed insemmi. Bl-istess mod, l-istess Assoċjazzjoni għandha tkun fuq quddiem nett li tiċħad lil dawk il-kuntratturi li huma jew il-ħaddiema tagħhom b’ xi mod jew ieħor juru disprezz lejn il-membri eletti lokali, li wara kollox qed jirrappreżentaw mhux lilhom infushom imma lil eluf ta’ residenti li eleġġewhom.

L-iżviluppaturi jridu jifhmu li aktar ma jaħdmu viċin il-Kunsill Lokali, aktar ma jikkoperaw u aktar ma jaslu fi ftehim kif se jkunu qed jaħdmu mal-istess Kunsill, anqas se jkollhom oppożizzjoni għal dak l-iżvilupp li jkunu se jwettqu

Sur Editur, Ġurnata wara l-oħra u bin-nelħ, diġà ili aktar minn sena nibgħatlek il-ħsibijiet tiegħi. Niftakar qisu lbieraħ li kont smajt li l-Kap tagħhom kien qal li l-PeNe dejjem offra direzzjoni li tgħannaq lill-bniedem. U niftakar ukoll li kif smajtu kont se nifga fl-ożbreċ towst li kont qed niekol. U f ’għeluq is-sena u fuqhom, balleċ ma kontx se nerġa’ nifga f ’towst! Ara ħaqq kemm insibhom jien. Issa jew għax inħobb nissawwat jew ma nafx, imma jien xorta naqra l-gazzetta tagħhom. Irrid ngħid lil Melda tiegħi li meta jkolli l-Beano f ’idi, kif kien jgħidilha sieħbi l-mibki Lino Cassar, ma ġġiblix aktar ikel, għax se nispiċċa mmut bil-komik f ’idi, God forbid. Paġna tlieta, fejn dak il-famuż ġurnal Ingliż kien iġib dawk ilvari nofshom għarwenin. Naqra li l-Kap tagħhom qal li se jieħu deċiżjonijiet fl-aħjar interess tal-PeNe u ta’ Malta. Taf x’qalilna l-Grech? Dan ara: “Illum nafu fejn qegħdin, għandi ċ-ċans inkompli nieħu dawk id-deċiżjonijiet biex fl-aħjar interess tal-partit u tal-pajjiż, nara li l-PN ikun jista’ jerġa’ jaqbad it-triq li terġa’ tagħmlu partit li jġib maġġoranza”. Sentenza għarwiena aktar minn Suzanne Mizzi li kienet turina l-preġju kollu tagħha fuq paġna tlieta, il-Mulej dejjem jaħfrilha dnubietha, jekk kellha. Ħa ngħidlu jien, Sur Editur. Qiegħed f ’Oppożizzjoni li qalgħet damdima kbira u m’għandha l-ebda rieda li titgħallem mill-iżbalji tagħha ta’ politika ta’ gideb, antikalji, twerwir u ħidma kontra pajjiżna. X’deċiżjonijiet fl-aħjar interess talpajjiż! U jrid jagħmel id-differenza fil-partit tagħhom, qal. My foot, imma, bil-vericlose veins b’kollox. Taf kemm iħobbu l-partit tiegħu stess dan! L-aktar meta qal li huma n-Nazzjonalisti li jridu jerfgħu r-responsabbiltà tas-sitwazzjoni mwiegħra fil-Partit Nazzjonalista, li huwa mifni bi problemi interni u finanzjarji. Hu m’għandux tort qal, għax ilu biss fil-partit sena u erba’ xhur. Ċissss, kemm jaf jagħmel is-somom u bħala riżultat jiskolpa lilu nnifsu u jwaħħal f ’ta’ madwaru kollha. Ifakkarni f ’dik id-diska ma nafx min il-mniegħel kien ikantaha, dik ta’ mhux jien, mhux jien, mhux jien mamà. Ħaġa oħra li ltqajt magħha din il-ġimgħa, Sur Editur, hija l-gidba tax-Xitnews fuq l-Arċisqof. Għax dawn iridu jdawruha li kienet insistenza tal-partit tagħna li l-Papa Franġisku ġie Malta ġimgħa biss wara l-elezzjoni. U qalu wkoll li anki l-Arċisqof kien kontra li ż-żjara ta’ Franġisk tagħna ssir f ’dak iż-żmien. Imma l-Kurja giddbithom. Dawn jaħsbu li huma l-allat tal-ġurnaliżmu. Lanqas se jarawh wiċċ Alla dawn. Kollha qdusija u kak­ka u ż-żjara tal-Papa qed jarawha dimonju. Qed jgħidu li ż-żjara kienet biss infiq ta’ flus bla bżonn. Qabel ninsa, nawguralek il-Jum il-Ħaddiem it-tajjeb, Sur Editur. Lilek u lill-ħaddiema kollha. U meta ngħid ħaddiema kollha qed ninkludi lil Melda tiegħi u n-nisa kollha li jaħdmu fid-dar. Issa la ktibtha neħħejtha minn fuq moħħi din, għax ma nixtiqx nerġa’ nara l-mopp ma’ wiċċi. Kif rajtu ċar daqs il-kristall dilġimgħa. Kont qed nisma’ r-radju fl-avviżi tal-mejtin u semma li miet wieħed li naf li fiż-żmien kien jittanta lil Melda tiegħi. U fettilli nfakkarha li dan it-tali kellu rasu ikbar minn dik tar-Randan, u mnalla ħadet lili minħabba t-toqol fuqha. U ma kinitx kelma ħaqq l-ożbreċ, għax urietni l-mopp mill-viċin. U nixtieq nawgura wkoll lill-ħaddiema kollha tal-midja tal-partit tagħhom, jekk tippermettili, Sur Editur. Dawk li jin­ sabu mdendla għax il-Kap tagħhom, il-Grech, pinġiehom bħala mażżra m’għonqu. Weġġagħhom sew e! Mela qanna l-ewwel użahom għall-kampanja elettorali u issa jrid jitfa’ fuqhom kull ħtija għall-problemi finanzjarji li għandu l-Partit Nazzjonalista. Issa nittama li llum f ’Jum il-Ħaddiem ma jiġix jgħid li l-partit tagħhom jadura lill-ħaddiema. Ma neħodhiex bi kbira ta, għax Alla għad irid joħloq qabar imbajjad akbar. Għad-dieħla!


17

01.05.2022

CARITAS MALTA NNOMINATA GĦALL-PREMJU TAĊ-ĊITTADINI EWROPEJ 2022 MILL-MPE TAL-PL Il-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Laburista nnominaw flimkien il-proġett taċ-Ċentru Terapewtiku għall-Adolexxenti tal-Ibwar, li hu mmexxi mill-Fondazzjoni Caritas Malta, għall-Premju taċ-Ċittadini Ewropej 2022. Kull sena, il-Parlament Ewropew jirrikonoxxi individwi u organizzazzjonijiet fl-Istati Membri tal-UE għall-kontribut eċċezzjonali tagħhom lejn is-soċjetà. Din is-sena, peress li hi s-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ, ġew imħeġġa n-nominazzjonijiet għal proġetti mwettqa minn żgħażagħ Ewropej jew proġetti relatati maż-żgħażagħ. Il-Membri Parlamentari Ewropej Alfred Sant, Alex Agius Saliba, Josianne Cutajar u Cyrus Engerer innominaw dan il-proġett bħala mudell rappreżentattiv tal-isforzi li tagħmel is-soċjetà tagħna sabiex tgħin lil dawk l-adolexxenti li jkunu qegħdin jesperjenzaw diversi tbatijiet f’ħajjithom. Fl2017, il-Caritas daħlet fi ftehim mal-Gvern biex tiżviluppa programm speċjalizzat u tissorvelja l-bini taċ-ċentru. Miftuħ uffiċjalment fl-2021, dan iċ-ċentru joffri programmi speċjalizzati kemm residenzjali kif ukoll oħrajn ta’ matul il-jum għal dawk l-adolexxenti li jabbużaw mid-droga li tħalli impatt negattiv fuq ħajjithom. Dawn il-programmi kienu bżonjużi minħabba l-fatt li

l-programmi maħsuba għalladulti ma kinux addattati biex jindirizzaw il-bżonnijiet tal-adolexxenti u jkunu ta’ suċċess f’ħajjithom. Iċ-ċentru joffri wkoll numru ta’ servizzi psikoloġiċi b’kollaborazzjoni mal-familji tal-adolexxenti kif ukoll ta’ dawk li jieħdu ħsiebhom. Il-binja għandha kapaċità li tilqa’ 14-il adolexxent bħala residenti filwaqt li tilqa’ oħrajn li jkunu qed isegwu programmi ta’ matul iljum. Iċ-ċentru, b’investiment ta’ €4 miljun, kien inawgurat mill-Prim Ministru Robert Abela f’Novembru tas-sena li għaddiet. F’messaġġ tal-okkażjoni hu kien fisser dan ilproġett bħala l-punt tat-tluq għaż-żgħażagħ kollha li jsegwu programm f’dan iċ-ċentru, bilpunt tal-wasla jkun kull meta żagħżugħ jew żagħżugħa jtemmu b’suċċess wieħed mill-programmi u joħorġu bħala persuni riformati lesti li jwettqu l-ħolm tagħhom. Il-missjoni tal-Caritas hi li taħdem lejn il-qerda tal-faqar u tippromwovi l-ġustizzja soċjali u l-iżvilupp uman. F’dan ir-rigward, hija toffri firxa ta’ servizzi lil dawk in-nies l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna fosthom li tipprovdi kenn u ikel għal dawk il-persuni bla dar u servizzi ta’ counselling għal persuni li qed jissieltu mal-problema tal-konsum talalkoħol b’mod eċċessiv u l-vizz-

ju tal-logħob. F’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, il-Caritas tagħmel sforzi kbar sabiex timmobilizza r-riżorsi meħtieġa biex tassisti lin-nies

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

vulnerabbli kif għamlet matul il-pandemija fejn ikkordinat it-tqassim ta’ 800 ikla kuljum. Minbarra hekk, minħabba l-gwerra fl-Ukrajna, il-Cari-

tas organizzat ġbir ta’ fondi sabiex tkun tista’ tagħti appoġġ għall-proġetti fl-Ukrajna kif ukoll lir-refuġjati fil-pajjiżi ġirien.


18

01.05.2022

Id-dħul għall-Port il-Kbir fl-1750. Fuq ix-xellug jidher il-Forti ta’ Rikasli u fuq il-lemin il-Forti Sant’Iermu

IL-PROVVISTI FUQ IX-XWIENI TAL-KORS Fl-intervista li kellna ma’ Liam Gauci, Kuratur tal-Mużew Marittimu, nhar il-Ħadd 9 ta’ Jannar, 2022 ittrattajna l-armamenti u l-proviżjonijiet fuq ix-xwieni tal-kursari li joħorġu mill-ibħra Maltin. Illum se nkomplu naraw x’kien ikun hemm maħżun fuq l-istess xwieni. Dan insiru nafuh mill-istess Liam Gauci, studjuż fuq dak kollu li għandu x’jaqsam mal-marittimu. Minn CHARLES B. SPITERI

Liam, il-provvisti mnejn kienu jinxtraw? Parti kbira minnhom kienu jittellgħu abbord minn Malta u kienu jinxtraw mingħand negozjanti fil-gżira. Rosaria Cassar kienet tbigħ il-ħobż mill-forn tagħha lil ċertu Vincenzo Spataro, kursar armatore. Oġġetti oħrajn kienu jinxtraw ukoll minn Malta: Giuseppe Camilleri ikkonsenja l-ġobon Olandiz, il-ġobon komuni, żewġ btieti sardin, żebbuġ u numru ta’ btieti b’bottarga lill-vapur ta’ Leopoldo Desira. Il-bottarga kienet delikatezza komuni ħafna f ’Malta fis-seklu 18: kien bajd tat-tonn immellaħ u mnixxef, li kien jittiekel filjiem ta’ sawm. Kien popolari wkoll fi Sqallija, għalkemm illum jiswa ħafna flus. Insibu li anke l-għaġin inxtara minn Malta. Fl-1778, Giacomo Potesta wassal kunsinna ta’ għaġin lill-frejgata ta’ Leopoldo Desira. Dan l-għaġin kien jikkonsisti f ’żewġt iqfief imqarrun,

żewġt iqfief vermiċelli, qoffa puki, ħobż tas-smid, tadam, tagliolini u qoffa tarja. pepperoni, brokkoli, bżar, ravanell u grappa (magħrKif kienu jitwasslu ufa bħala aquavitae) għalll-provvisti fuq ix-xwieni? baħrin tiegħu. Ftit snin wara, waqt li kien Lazzarett, il-galKull oġġett kien ikun konsen- jotta tal-Kaptan Gaetano jat b’dgħajsa tal-pass minn Cavasso għabbiet frawli, ġoqrib il-Funtana tal-Iġgant, bon minn Ruma, zalzett, port qrib bieb Del Monte sal-fre- wine u sapun. jgata, li kienet tkun ankraFl-1795 il-Kaptan Giorgio ta f ’Lazzarett. Proviżjoniji- Mitrovich xtara ikel abbunet oħra għal fuq ix-xwieni, danti għall-Kavallieri li kienu kienu jitwasslu bl-istess mod ngħaqdu miegħu għall-kors. mill-Port il-Kbir għal Mar- Meta mar lura Lazzarett għal samxett. Frejgata bħal din fil- aktar proviżjon, Mitrovich port, kienet toħloq kummerċ xtara sitt ħamimiet, imħuħ tajjeb fl-ekonomija Maltija u laħam tal-majjal, tadam, u bosta stabbilimenti u in- frawli, nagħniegħ, klamdividwi li ma kinux involuti ari, bażugi u ħut għall-aldirettament mal-kors, kienu jotta. Mitrovich ma nesiex qed jagħmlu qligħ mill-vapu- lill-ekwipaġġ tiegħu: għari tal-kursari li jaħdmu minn lihom akkwista pixxispad, Malta. tursin, kaboċċi u salami Għalkemm xi xwieni kienu minn Firenze. Anke t-tabakk jkunu barra fuq il-baħar, ġieli kien meqjus bħala dispożizzkienu jirritornaw biex jgħab- joni importanti li kaptan kelbu provvisti ġodda. Kienu lu jipprovdi. jankraw f ’Lazzarett u jixtru Fl-1796 il-Kaptan Geralol-provvisti minn hemm. mo Ricardi xtara t-tabakk Nafu li fl-1782 il-Kaptan għall-baħrin tiegħu u wkoll Leopoldo Desira xtara lam- għall-iskjavi li kien qabad

u li daħħal f ’Lazzarett. L-iskrivan tax-xini għamel distinzjoni fil-kotba tal-kontijiet tiegħu bejn l-ekwipaġġ u l-iskjavi. Meta reġa’ daħal Lazzarett fl-1777, il-Kaptan Stafrag xtara wkoll qasab għall-awrina tal-baħrin tiegħu. Jiġifieri għall-provvisti u biex iżiduhom, ix-xwieni kienu jerġgħu jiġu Malta kull darba? Fuq il-baħar, il-ħin kollu kienu jittieħdu provvedimenti biex jiżdiedu l-provvisti li jitgħabbew abbord minn Malta. L-iktar waqfa importanti għal kull xini tal-kursari mbagħad kienet Lampedusa. Insibu li fl-1792 il-Kaptan Benedetto Valentini wasal Lampedusa fil-ħamsa ta’ filgħaxija. Mill-ewwel xtara muntun sħiħ għall-ekwipaġġ tiegħu, li l-kok kien uża biex iħejji stuffat fuq l-art, qrib fejn kien hemm ankrata l-fe-

luka. Għawdex ta sehem u gawda mill-ikel mixtri għax-xwieni? Minn Għawdex ukoll kienu jkunu akkwistati l-provvisti. Jeżistu każi ta’ vapuri li waqfu Għawdex għal ftit sigħat wara li telqu mill-Port il-Kbir u wkoll meta temmew il-vjaġġ. Fit-12 ta’ Mejju 1778, il-feluka ta’ 18-il kursar, tal-Kaptan German, waqfet għal ftit sigħat wara li kienet telqet mill-Port il-Kbir. Hu xtara provvisti mingħand ċertu Michele Di Batista u kiseb qaqoċċ, tabakk u pipi għall-ekwipaġġ. German reġa’ żar ix-Xlendi fit-tieni kors tiegħu fl-istess sena; din id-darba xtara ħobż, ġobon, erba’ btieti nbid, barmil sardin u laħam talmuntun. Kull darba li German


19

01.05.2022 waqaf ix-Xlendi, akkwista s-servizzi ta’ raġel tal-lokal biex jittrasporta l-oġġetti li xtara għal fuq il-feluka tiegħu, prova oħra tal-impatt ekonomiku li kellu l-kors fuq postijiet remoti bħax-Xlendi f’Għawdex. Il-Kaptan Valentini wkoll għamel użu minn Għawdex fl1792. Din id-darba, għall-kuntrarju ta’ German, Valentini kien qed jirritorna Malta wara mawra. Hu ma ppjanax li jieqaf Għawdex; madankollu, minħabba l-maltemp, kellu jgħaġġel għall-Bajja tal-Ġebla tal-Ġeneral, fid-Dwejra. Meta Valentini induna li kellu jqatta’ l-lejl fil-bajja, talab ftit ħobż u nbid lit-Torri tad-Dwejra. Din it-talba ntlaqgħet mit-torri bla telf ta’ żmien. Iżda f’Lulju tal-1781, għal raġuni mhix magħrufa, it-torri ċaħad lil Leopoldo Desira d-dħul fil-bajja tax-Xlendi. Lanqas ma tħalla jimla l-ilma mill-bir tat-torri. Dan wassal lil Desira biex jirritorna Malta, bla ma kellu xejn x’juri għall-kruċiera tiegħu ta’ dik is-sena. Semmejna lil Malta, Għawdex u Lampedusa għaxxiri tal-provvisti. Insibu xi postijiet oħrajn? Insibu miktub li nxtraw ukoll provvisti minn gżejjer filLvant. Jirriżulta li l-Kaptan Giuseppe Grech xtara tliet ħnieżer f’Ottubru 1794 minn Zerricotto, illum magħrufa bħala Antikytheria, gżira qrib Kreta. Hu kellu l-intenzjoni li jmellaħ il-laħam u jippriservah għall-konsum aktar tard waqt il-kruċiera. Din hi proċedura interessanti li tirrifletti b’mod pożittiv fuq id-diliġenza u l-ħila tal-mastro-di-sala tal-vapur korsarju. Il-bniedem inkarigat min-nies abbord, kien jaf li Ottubru kien iż-żmien perfett biex jinqatel il-laħam tal-majjal u jkun ippriservat fil-melħ. Din kienet proċedura prattikata madwar l-Ewropa kollha: iċ-ċanga u speċjalment il-majjal kienu jitmellħu għall-użu ġenerali fid-dar u l-aktar għan-nies tal-baħar. Fl-Ingilterra dejjem kienu jqattgħu l-bhejjem tagħhom għall-imluħa fil-ħarifa u kienu jmellħuh biss fil-bidu tax-xitwa, preferibbilment meta t-temp kien aktar kiesaħ. L-iskrivan tal-vapur ta’ Giuseppe Grech, Michele Orsini, ħallas 18-il pjastra għall-ħnieżer maħsuba għattmelliħ. Meta l-biscotto kien qed jonqos, kif ġara fit-12 ta’ Diċembru 1794, l-istess Kaptan Giuseppe Grech, waqqaf xini Venezjan u xtara ftit qamħ mingħandu. Imbagħad Grech salpa lejn il-gżira ta’ Sira fejn ħallas lin-nies tal-

post biex jgħaffġu l-qamħ u jaħmu l-biskotti. Il-proċedura kollha swiet lill-Kaptan 80 pjastra.

li kien ġej biha Malta, abbanduna l-ewwel xini, u bl-ekwipaġġ salpa lejn gżira Griega. Din il-bidla fil-pjan kompliet tnaqqas il-provvisti diġà limitati. Roretti talab lill-ġurnali lokali tal-gżira għall-provvisti. Fortunatament laqgħu t-talba tiegħu u lill-ekwipaġġ tawh ħobż, inbid, żejt taż-żebbuġa u xi dulliegħ. Apparti l-proċedura tassoltu ta’ tpartit jew xiri, xi kaptani kursari akkwistaw provvisti permezz tal-qbid legali ta’ xini tal-għadu. F’Lulju 1788, ix-xambekk ta’ Giovanni Gera, ħataf vapur tal-għadu, iżda għad-diżappunt tiegħu sab li kien mgħobbi biss bilħatab, li għalih, ma kellu ebda valur. Dak li l-kaptan kien verament interessat fih kienu l-provvisti tal-ikel, ikkonfiskati għall-ħtieġa tal-ekwipaġġ tiegħu. Meta fl-1785 il-Kaptan Pietro Zelalich qabad londra tal-għadu, iddecieda li jittrasferixxi l-bhejjem kollha mix-xini maqbud għal fuq il-vaxxell tiegħu u jitma’ lill-ekwipaġġ b’muntun frisk. Proċedura bħal din tniżżlet fil-ktieb tal-vapur. Ladarba l-oġġetti maqbuda kienu jiġu kkunsmati, ma kienu jgħaddu ebda profitti lill-kaptan u lill-armatori. Għalhekk l-iskrivan u l-kaptan kellhom jagħtu raġunijiet validi għall-konsum ta’ oġġett, li teknikament kien jappartjeni lis-sidien u lill-investituri tax-xini korsarju.

ftit jiem, filwaqt li l-bombli kienu żgħar wisq biex iżommu ammonti kbar ta’ ilma. Għalhekk kull ftit jiem, ix-xwieni kellhom jidħlu l-art u jieħdu l-ilma minn diversi għejun ta’ ilma ħelu madwar il-Mediterran. Matul il-perjodu nkitbu diversi portolani li jindikaw fejn kien jinstab ilma ħelu madwar il-bajjiet, daħliet u gżejjer tal-Mediterran. Kultant, kaptani tal-kors użaw daħliet li l-Kavallieri ta’ San Ġwann kienu mdorrijin jiffrekwentaw. Fl-1797 il-Kaptan Ġużeppi Camilleri għamel użu minn bajja f’Lampedusa li s-soltu kienu jiffrekwentaw il-galeri tal-Ordni. F’okkażjonijiet oħrajn, il-postijiet tal-inżul li għażlu l-kaptani ma kinux daqshekk familjari u setgħu spiċċaw f’diżastru.

maraschino u port wine. L-inbid kien l-aktar xarba popolari u kien ikkunsmat f’ammonti kbar, f’kull ikla. Mhux l-inbid kollu kien dejjKien hemm xi xwieni em ta’ livell għoli. tal-kursari li spiċċaw bi Fl-1777 lill-Kaptan Desira provista fqira abbord? bigħulu inbid ħażin. Desira rrifjuta li jħallas, u sostna Matul il-perjodu kien hemm li l-maestro di sala tiegħu, diversi xwieni tal-kursari li inkarigat mid-dispożizzjonispiċċaw hekk. Fl-aħħar taljiet abbord, qies li l-inbid 1776 il-Kaptan Giuseppe Estakien ta’ kwalità ħażina ħafden sab ruħu f’qagħda terribna. Giuseppe Aquilina, baħri bli; għal jiem sħaħ, il-galjotta abbord ix-xini, kompla jgħid tiegħu baħħret f’maltempati li l-inbid tant kien ħażin li terribbli. Bit-tama li jsalva lanqas seta’ jissejjaħ ħall. x-xini, Estaden tefa’ l-proviżBit-tama li jagħmel gwadann, jon li kellu l-baħar. Għalkemm Desira kien iddeċieda li jixtri din id-deċiżjoni salvat lix-xini l-inbid bil-prezz ta’ skud kull minn nawfraġju, il-provvisti barmil. Iżda rriżulta li kif li kellu tnaqqsu immens. għedna, l-inbid kien ħażin Nieqes mill-inbid, waqqaf ħafna, tant li kien deċiż li xini Grieg mgħobbi bil-bhejjjinżamm barmil wieħed biss em. B’sinjal ta’ karità, il-kapfilwaqt li l-kumplament jintan tal-vapur Grieg ta mingħatrema l-baħar. Minkejja xhiejr ħlas, ftit inbid lill-vapur da daqshekk qawwija li l-inMalti. Minkejja dan, il-galGħaliex, għax l-ilma bid kien ħażin, Desira xorta jotta qajla kellha provvisti kien ’il bogħod? kellu jħallas lil sid il-ħanut, u minħabba l-maltempata Giuseppe Busietta, peress ma setgħetx tivvjaġġa. GħalMhux biss, iżda wkoll għal li rriżulta li Desira kien jaf hekk, il-kaptan għamel talba raġunijiet oħrajn. minn qabel, bil-kwalità ħażiddisprata biex jasal f’Zerrico, Pereżempju fid-19 ta’ na tiegħu. illum Kytheria. Hemm, il-galSettembru 1779 il-Kaptan jotta ankrat qrib it-torri ta’ Giovanni Andrea Preziosi Bħala l-aktar xorb favorit San Nikola. Immedjatament, rama feluka bi 23 raġel taħt fuq xini, liema kien? il-bniedem inkarigat minil-kmand tal-ewwel tenent nies, talab lill-kaptan tat-tortiegħu Domenico Pastorfi- Il-grappa u r-rum kienu ri lokali għal xi ikel, iżda b’difdo. Għall-ħabta tal-erbgħa x’aktarx ix-xarba favorita ferenza mill-kaptan Grieg, ta’ filgħodu il-feluka anċil- tal-kursari. Wieħed seta’ jixit-torri talab il-ħlas. Billi ma lari salpat lejn xatt mhux tri l-grappa minn butu waqt kellhomx flus, il-Kaptan Esmagħruf fit-tfittxija tal-il- li kien abbord xini. Hekk kif taden spiċċa kellu jagħti ma u l-provvisti. Il-kursari għamel Pietro Trippocovich l-arloġġ tal-fidda personali ma setgħu jsibu l-ebda ilma meta kien abbord il-brigantal-but u sitt xkopi koperti ħelu u għalhekk iddeċidew li tin tal-Kaptan Lorenzi. Qabel (blunderbusses) mill-armajimxu ’l ġewwa. Wara tmien ma miet kien għamel djun menti tiegħu bħala ħlas. mili waslu f’raħal żgħir ta’ ma’ Francesco Angeli, il-MasSemmejna l-provvisti madwar 30 dar. F’daqqa waħ- tro di Sala, meta kien xtara Ngħid sew allura li tal-ikel. L-ilma kien meħtieġ? da, daqs 60 Għarbi attakkaw l-grappa mingħandu. Trippot-tpartit, kien sistema użata lill-kursari bil-ġebel u sparar covich elenka dawn id-djun komunement biex jinkisbu Skont Leopoldo Desira, l-ilma tal-azzarini. Pastorfido ordna fit-testment tiegħu biex jara l-provvisti? kien oġġett importanti ħafna irtir ġenerali u wasal ix-xatt li titħallas. abbord kwalunkwe xini, għax mal-irġiel tiegħu għall-ħabIl-grappa kienet tittieħed Ma kienx hemm mod ieħor, wieħed seta’ jaffaċċja am- ta tas-sagħtejn ta’ waranof- abbord fi kwantitajiet kbar. tant li nsibu li waqt li t-te- mutinament u diżastru totali sinhar, fejn wassal l-aħbar Fl-1785 il-Kaptan Zelalich ħa nent Domenico Roretti, iben meta jonqos. lill-kaptan tiegħu u spje- miegħu tmien btieti minnha Marco mill-Montenegro, kien Abbord, l-ilma kien jinġarr ga għaliex kienu rritornaw għall-kruċiera fatali li kienet qed ibaħħar b’xini maqbud, l-aktar fi btieti tal-injam, bħal b’idejhom vojta. se tispiċċa f’rewwixta. mgħobbi bit-tabakk lura lejn dawk mibjugħin minn ċertu B’differenza mill-ilma, Il-Griegi li rvellaw naddfu Malta, waqqaf xini Franċiż u Girolomo Cassar, inkella kien ix-xorb alkoħoliku kien l-istiva u żguraw li jieħdu partat ftit mit-tagħbija li kel- jinżamm f’kontenitur tat-ta- jinżamm aħjar fil-btieti l-grappa li kien fadal. lu, ma’ ħobż, tewm, inbid u fal, imsejjaħ bomblu. Iż-żewġ tal-injam. Id-dokumenti juru Ir-rum kien popolari wkoll legumi. Sadanittant, fi triqtu kontenituri wrew li ma kinux firxa sħiħa ta’ xorb alkoħo- u jinsab elenkat f’numru ta’ lejn gżiritna, qabad checcio li ideali. L-ilma fi btieti tal-in- liku li jinxtorob abbord: in- listi ta’ provvisti. Ma kienx kien meqjus aqwa mill-priża jam ma setax jinxtorob wara bid, aquavitae (grappa), rum, popolari daqs il-grappa, u possibbilment ingħata biss lill-uffiċjali, peress li Felice Micallef għabba biss 15-il flixkun rum meta mqabbel mal1.024 litru grappa li ħa abbord il-korvetta tiegħu fl-1795. Abbord kien ipprovdut ukoll xorb sħun, speċjalment il-kafè, li ġeneralment kien imħallat ma’ ammonti Fuq il-baħar, il-ħin kollu kienu jittieħdu provvedimenti kbar ta’ zokkor. Xi drabi, ilkafè kien elenkat flimkien biex jiżdiedu l-provvisti li jitgħabbew abbord minn Malta. maz-zokkor. Fl-1787 il-Kaptan Gaetano Cavasso ħa abbord L-iktar waqfa importanti għal kull xini tal-kursari 3.2 kilogrammi ta’ kafè u zokmbagħad kienet Lampedusa kor għal 60 raġel filwaqt li fl1785 il-Kaptan Zelalich ħa abbord 4.8 kilogrammi ta’ kafè pur, bi tmien kilogrammi ta’ zokkor għal 150 baħri.


20

01.05.2022

IL-ĦADDIEMA HUMA ĊENTRALI FIL-ĦIDMA TAGĦNA Kitba ta’ CLIFFORD GALEA President tar-Reġjun Tramuntana

Illum huwa Jum il-Ħaddiem. Ġurnata li tfakkar u tirrispetta d-dinjità tal-ħaddiema kollha madwar id-dinja. Ix-xogħol huwa s-salmura tal-ġisem, jgħid il-Malti, iżda mhux kulħadd ikollu l-possibbilità li jaħdem minħabba diversi raġunijiet, saħansitra dawk ta’ saħħa. Fir-rigward ta’ qgħad f’pajjiżna, għandna x-xorti ngħidu li f’Malta ġiet irreġistrata l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja grazzi għall-Gvern Laburista u l-ħidma sfiqa tiegħu. Tkellimt mal-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer dwar il-ħidma tiegħu fl-isfera Ewropea favur il-ħaddiem. X’qed isir fil-Parlament Ewropew favur il-ħaddiem? Bħala MPE tal-Partit Laburista u tal-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi, id-drittijiet tal-ħaddiema dejjem kienu qrib tiegħi. Il-ħaddiema huma ċentrali fis-soċjetà u l-ekonomija tagħna, u jekk inħalluhom jaqgħu lura, ma nistgħux navvanzaw ’il quddiem. Storikament, kienu l-Partiti tax-xellug li dejjem qabżu għal dawn id-drittijiet tal-ħaddiema u assiguraw li jkunu rappreżentati blaqwa mod possibbli. Fil-fatt, fil-politika tagħna nassiguraw li f’kull riżoluzzjoni li napprovaw, u f’kull leġiżlazzjoni li niktbu fil-Parlament Ewropew, il-ħaddiema mhumiex se jintlaqtu ħażin, anzi, nesiġu li nagħtuhom aktar opportunitajiet biex jikbru u javvanzaw, grazzi għal dawn ir-rapporti li niddiskutu u nivvutaw fuqhom. Kif jaffettwaw lill-ħaddiem, il-bidla u l-progress li qed isiru fuq livell dinji u anke f ’pajjiżna? Id-dinja qed tinbidel b’rata mgħaġġla, u l-focus qed jimxi minn ekonomija ta’ manifattura lejn waħda bbażata fuq is-servizzi - għall-inqas

fl-ekonomija Maltija u f’dik Bħalissa wkoll, qed is- ħadra (Green transition). Fil- tunitajiet ta’ Malta fil-Green Ewropea. Madankollu, ma sir enfasi favur tranżizzjoni fatt, waħda mill-akbar oppor- Deal hija l-ekoloġizzazzjoni nistgħux inħallu l-ħaddiema tagħna jaqgħu lura minħabba din il-bidla fit-teknoloġija. Anzi, l-innovazzjoni għandha żżomm lill-ħaddiema fiċ-ċentru tagħha filwaqt li nassiguraw li dawn ikollhom l-aqwa taħriġ possibli għal dawn ilħiliet ġodda. B’hekk, lill-ħadStorikament, kienu l-Partiti tax-xellug li dejjem qabżu diem qed inżidulu l-valur għal dawn id-drittijiet tal-ħaddiema u assiguraw li jkunu personali billi nagħtuh aktar kwalifikazzjonijiet. B’dan ilrappreżentati bl-aqwa mod possibbli. Fil-fatt, fil-politika mod, nimxu lejn ekonomija b’saħħitha u diversifikata tagħna nassiguraw li f’kull riżoluzzjoni li napprovaw, u f’kull b’workforce versatili. Loleġiżlazzjoni li niktbu fil-Parlament Ewropew, il-ħaddiema kalment, il-Gvern jenfasizza ħafna dwar dan u ta’ min mhumiex se jintlaqtu ħażin ninnutaw dan l-isforz ġenwin u favur il-ħaddiema Maltin u Għawdxin.


21

01.05.2022

u d-demokratiċi li l-klassi tal-ħaddiema ma tintlaqatx ħażin minn miżuri li ser jgħinu biex ikollna ambjent aktar nadif u kontroll fil-klima, anzi rridu ngħinuhom biex ikollna tranżizzjoni ambjentali ġusta li minnha jgawdi kulħadd.

tas-settur tal-kostruzzjoni li jibqa’ kontributur sinifikanti għat-tkabbir ekonomiku. L-UE fl-2021, nediet The New European Bauhaus u, fi stqarrija, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen qalet li dan huwa dwar kif ngħixu aħjar flimkien wara l-pandemija filwaqt li nirrispettaw il-pjaneta u nipproteġu l-ambjent tagħna b’mod aktar għaqli. Jittratta l-kwistjoni dwar l-għoti tas-setgħa lil dawk li għandhom is-soluzzjonijiet għall-kriżi tal-klima, fejn tqabbel is-sostenibbiltà mal-istil. Hija prijorità tas-soċjalisti

Kemm qed isiru inċentivi lokalment favur il-ħaddiema li anke intom bħala Membri Parlamentari qed tissapportjaw? Dan bla dubju huwa viżibbli, jinħass u qed narawh iseħħ sew f’Malta, hekk kif Gvern Laburista naqqas il-qgħad biex illum għandna l-aktar numri għoljin ta’ nies jaħdmu, u l aktar persentaġġ baxx ta’ qgħad fl-Ewropa, u anke fl-istorja ta’ Malta. Irridu nsemmu l-fatt li Gvern Laburista dejjem ħadem favur li n-nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol, eżempju bl-għajnuna wkoll taċ-childcare fost oħrajn u bla dubju, ser ikompli jaħdem biex dawn jaqilgħu dak mistħoqq lilhom eżatt l-istess daqs l-irġiel.

Irridu nsemmu l-fatt li Gvern Laburista dejjem ħadem favur li n-nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol, eżempju bl-għajnuna wkoll taċ-childcare fost oħrajn u bla dubju, ser ikompli jaħdem biex dawn jaqilgħu dak mistħoqq lilhom ezatt l-istess daqs l-irġiel

Dan nenfasizza fuqu jien ukoll fejn kulħadd għandu jkollu ambjent u dinja tax-xogħol ugwali għal kulħadd. Il-Partit Laburista ser isaħħaħ ukoll l-Unions fejn fl-aħħar kampanja elettorali li għadha kif għaddiet, saret il-proposta elettorali tal-Unionisation. Irridu nassiguraw li l-ħaddiema jkollhom l-aqwa rappreżentanza possibbli. Ħaddiema kuntenti jfissru produttività aħjar, saħħa mentali aħjar, kuntentizza u finalment, tibbenefika wkoll l- ekonomija. Fis-sena 2021, ġejt maħtur

bħala n-negozjatur tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew fuq il-protezzjoni tal-ħaddiema mill-asbestos fil-Kumitat għall-Ambjent u s-Saħħa Pubblika. Hija sfortuna li l-Gżejjer Maltin ippreżentaw l-ogħla rata ta’ mard fl-Unjoni Ewropea relatat mal-asbestos. Il-Gvern fl-aġenda tiegħu ħadem u qed ikompli jara li mhux biss jitneħħa l-asbestos mill-postijiet tax-xogħol imma wkoll li jingħata kumpens lill-ħaddiema tat-tarzna li kienu fost l-iktar affettwati.

Tajjeb jingħad li l-asbestosfuq il-postijiet tax-xogħol ma kienx biss realtà f’Malta iżda wkoll f’diversi pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Il-ħidma kif tara, ma tiqafx. Hemm bosta suġġetti marbuta mal-ħaddiema u l-għan tiegħi huwa li bil-vuċi li għandi fil-Parlament Ewropew, inkompli naħdem biex nissalvagwardja u ngħin biex il-ħaddiem jkomplu jelevaw u jieħdu dak li ħaqqhom. Nieħu l-okkażjoni biex nawgura Jum il-Ħaddiem it-tajjeb lill-ħaddiema kollha f’pajjiżna.


22

01.05.2022

KIM MUGLIETT GĦAQQDET F’PUBBLIKAZZJONI L-EWWEL KTIEB TAGĦHA WAQT IL-PANDEMIJA Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Dan l-aħħar sirt naf b’żagħżugħa li waqt il-pandemija tal-Covid, ħassitha ispirata biex tirrifletti u tgħaqqad f’publikazzjoni l-ewwel ktieb tagħha. Qed nirreferi għal Kim Mugliett. Fi kliemha stess, il-fatt li ppubblikat ktieb, tgħid li għaliha dan ma jagħmilhiex awtriċi, iżda persuna li kapaċi tesprimi ruħha bil-kitba. “Jiena nikteb biss meta tiġini l-muża u fuq affarijiet li jemozzjonawni, bħala mezz ta’ żvog u terapija,” stqarret miegħi. Għandha 32 sena, nofsha Maltija, u nofsha Għawdxija, u meta ma tkunx qed tivvjaġġa tqatta’ l-ġranet bejn dawn iż-żewġ gżejjer uniċi. Tħobb taqra, tapprezza l-arti u tħossha l-iktar fil-paċi viċin il-baħar u waqt inżul ix-xemx. Kellha l-opportunità li taħdem f’diversi oqsma u f’pajjiżi differenti, fosthom fil-qasam tal-ospitalità u xogħol fl-uffiċċji ta’ kumpaniji varji. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala persuna tad-demm u l-laħam bħal ħaddieħor. Ċajtiera, tħobb l-ordni u minn dejjem kienet l-hena tagħha tosserva kif spazji differenti jiġu ddisinjati u ddekorati. Tħossha komda kemm f’ambjent internazzjonali, kif ukoll f’dak ta’ raħal żgħir. Bniedma sensittiva, taħseb fil-fond u tipprova li dak li ma tridx li ħaddieħor jagħmel lilha, ma tagħmlux lil ħaddieħor. “Mażżmien titgħallem li kulħadd għandu karattru u lenti differenti, allura ma tistax tibbaża ħajtek li tintgħoġob minn kulħadd. L-importanti li l-intenzjonijiet tiegħek ikunu ġejjin minn post ġenwin. Nemmen ħafna fl-apoloġija f’waqtha u anke f’komunikazzjoni onesta,” bdiet tgħidli Kim. Proprju ftit xhur ilu, Kim ippubblikat l-ewwel ktieb tagħha – Fernweh. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar dwar dan. “Fis-sena 2020, meta konna għadna qed nipprovaw naddattaw ruħna għar-realtà tal-pandemija talCovid, jiena ħassejtni ispirata biex nirrifletti, niftakar u ngħaqqad paġni bil-kitba, bl-esperjenzi u bil-ħsibijiet personali tal-għoxrinijiet

tiegħi. Dan kien primarjament mod sabiex jien ikolli timeline ta’ ħajti għax kull meta xi ħadd jistaqsini x’nagħmel fil-ħajja, neħel. Kien ukoll mezz biex nevalwa ħajti u nara kif nista nimxi ’l quddiem b’mod iktar kostruttiv. Finalment, kien eżerċizzju ta’ ħelsien. Il-ktieb Fernweh ippubblikajtu waħdi permezz ta’ Amazon, fis-27 ta’ Diċembru 2020. Għalija kien importanti li din is-sena tkun relatata ma’ dan il-ktieb bħala tfakkira li minn sitwazzjoni kerha dejjem tista’ toħroġ xi ħaġa pożittiva,” bdiet tgħidli. Mistoqsija hemmx xi raġuni partikolari għaliex ippubblikat l-ewwel ktieb tagħha bil-lingwa Ingliża u mhux bilMalti, Kim weġbitni: “Imdorrija naqra bl-Ingliż u nħossni iktar komda nikteb u nesprimi ruħi b’din il-lingwa”. Is-safar huwa mod kif bniedem jitgħallem isir iktar umli Ta’ min jgħid li Kim hija persuna li tħobb tivvjaġġa. Is-safar waħedha huwa mezz ta’ kif tesplora kulturi, pajsaġġi u

tiltaqa’ ma’ nies li jgħallmuha li dak li skont hi huwa n-norma, jaf mhux hekk għal ħaddieħor. “Inħoss li dan huwa l-mod kif bniedem jitgħallem isir iktar umli, iħaddan kompassjoni u japprezza d-diversità. Meta mmur vaganza mbagħad nippreferi nkun mal-ħbieb jew mal-familja – dejjem isbaħ tmur f’restoranti u taqsam memorji sbieħ ma’ dawk qrib tiegħek,” tbissmet tgħidli. Peress li kont naf li l-istess ktieb ippubblikatu waħedha permezz ta’ Amazon, assumejt li kellha taħsiblu għalkollox hija stess mill-bidu sal-aħħar. B’hekk ħallejt f’idejha sabiex tispjegali l-proċess kollu li kellha tieħu. “Biex nesprimi ruħi, jiena nikteb manwalment fuq il-karti. Wara kelli nittajpja kollox u nara kif irrid li jiġu jidhru l-paġni. Qrajt ħafna informazzjoni fuq is-sit ta’ Amazon iddedikat għall-awturi, fittixt ukoll fuq l-internet u segwejt vidjows ħalli nipprova nifhem kif, minn dokument, dawn ilpaġni nista’ nġibhom ktieb. Imbagħad hemm il-qoxra li trid tiddisinjaha u tirranġaha biex

toqgħod fil-marġni tal-ktieb fiżiku. Domt nilgħab b’dan ilproċess għax jinqalgħu intoppi li ma tkunx ħsibt fihom, imma b’determinazzjoni wasalt fejn xtaqt”, stqarret miegħi Kim. Kompliet tgħidli li ma kinitx daqshekk faċli li tippubblikah waħedha, imma kienet ukoll qed tesperimenta u għalhekk setgħet tapprezza l-proċess, speċjalment għax huwa ktieb personali u miktub mill-qalb. “Minħabba l-pandemija, kelli nagħmel ordnijiet varji online minn pajjiżi differenti, għax bdew jiġu kkanċellati, u domt ġimgħat twal nistenna biex immiss ir-riżultat b’idejja. Tlift kemxa flus ukoll għax xtaqt nippubblika verżjoni talktieb bl-istampi, iżda dawn ma ħarġux ċari – għalkemm malli rċevejthom kelli aptit naħraqhom bid-diżappunt li ħassejt, poġġejt dawn il-kotba fejn jidhru bħala tifkira li meta tiżbalja dan huwa biss sinjal li qed tipprova,” sostniet miegħi. Il-ktieb jirrappreżenta l-vjaġġ personali tagħha, u ħajjitha waqt l-ivvjaġġar. Filfatt, il-ktieb huwa ħafna af-

farijiet. “Kull min ser jaqrah ser jifhmu bin-nuċċali tiegħu. Jien għaqqadt xi poeżiji, ħsibijiet u ittri li kont ktibt matul is-snin u mlejt il-kumplament b’rakkonti u kontemplazzjonijiet mill-perspettiva tiegħi, waqt l-ivvjaġġar u anke f’art twelidi. Dan il-ktieb beda bħala eżerċizzju introspettiv għalija nnifsi, imma ddeċidejt li naqsmu ma’ ħaddieħor meta rrealizzajt li jista’ jkun ta’ kuraġġ, ispirazzjoni, kif ukoll divertiment għal xi wħud hemm barra”. Matul din l-intervista, sirt naf ukoll li Kim issofri millIBS u l-attakki ta’ paniku. Filfatt, tiddedika l-istess ktieb lil min ibati bħalha. Bdiet tgħidli li s-sintomi tal-IBS (Irritable Bowel Syndrome) huma differenti għal kulħadd. “Biż-żmien tgħallimt li d-dieta, il-klima u n-nies li ndawwar lili nnifsi bihom iħallu impatt fuq kemm taffettwani. L-ansjetà b’mod ġenerali ma tgħinx, u tmur id f’id ma’ din il-kundizzjoni. Inbati bl-attakki tal-paniku, imma sirt inħares lejn dawn l-episodji bħala l-mod kif ġismi jgħarrafni li hemm bżonn


08.11.2020 01.05.2022

23

SKEDA ONE 12:30 12:35 13:00 15:30 15:35 15:58 16:00 16:25 17:30 18:30

ONE News Liquorish Kalamita ONE News Popcorn Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime Preview Better Living Flimkien ma’ Nancy Pjazza

19:20 19:30 20:10 20:35 22:20 22:50 23:30

ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime Liquorish Popcorn Music Legends ONE News

06:30 ONE News 06:45 Liquorish 07:00 Ħabrikt 07:30 ONE News 07:50 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:33 Telebejgħ 09:05 PrimeTime 09:30 Ieqaf 20 Minuta 10:00 Espresso

12:30 12:35 12:45 13:00 15:30 15:35 15:58 16:00 16:25 16:55

ONE News Liquorish Step Up Kalamita ONE News What’s Cooking Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime Preview Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari

17:30 18:30 19:18 19:30 20:10 20:35 21:10 22:15 22:50 23:30

Dak Li Jgħodd Pjazza ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime Reboot Flip the Venue Il-Willy The Local Traveller ONE News

06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:33 09:05 09:30 10:00

12:30 12:35 13:00 15:30 15:35 15:57 16:05 16:28 17:15 18:00

ONE News Liquorish Kalamita ONE News Żona Sport Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime Preview Pink Panther Mqades l-Istorja What’s Cooking

18:30 19:20 19:30 20:10 20:30 21:10 22:30 23:30

Pjazza 04-05 ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime The Local Traveller Cash Ride Flip the Venue ONE News

06:30 ONE News 06:45 Liquorish 07:00 What’s Cooking 07:30 ONE News 07:50 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:33 Telebejgħ 09:05 PrimeTime 09:30 Ieqaf 20 Minuta 10:00 Espresso

12:30 12:35 13:00 15:30 15:35 16:05 16:26 17:00 17:30 18:30

ONE News Liquorish Kalamita ONE News Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime Preview Popcorn Żona Sport Mhux Kemm Taf Pjazza

19:20 19:30 20:10 20:40 21:45 22:45 23:30

ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime Ibgħathieli bil-posta Eko Djar Reboot ONE News

06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:33 09:05 09:30 10:00

12:30 12:35 15:30 15:35 16:00 16:20 16:50 17:30 18:30 19:13

ONE News Liquorish ONE News Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime Preview What’s Cooking Music Legends Indhouse Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari

19:20

ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime Brillanti Popcorn Żona Sport ONE News

06:30 ONE News 06:45 Music Legends 07:20 Reboot 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:33 Ftuħ tal-Parlament 12:30 ONE News

12:35 13:10

19:30 20:10 20:30

19:20

Telebejgħ Maratona Trust Foundation ONE News Maratona Trust Foundation ONE Sport & Temp

06:30 06:45 07:15 07:40 08:00 08:40 10:00 10:30 11:30

12:30 12:35 13:10 15:30 15:35 16:00 16:35 17:05 18:15

ONE News Telebejgħ Arani Issa ONE News Arani Issa What’s Cooking Music Legends Imqades l-Istorja Eko Djar

19:25

TLIETA 03-05

xi tibdil f’ħajti. Meta jkolli ġur- u l-kultura tagħhom. Il-bini nata ħażina, naf li l-ġurnata li bla karattru li qed jitfaċċa jmiss tista’ biss tkun aħjar”. kullimkien, u jdum snin vojt jeqred il-veduti tan-nies loM’għandha rabta ma’ ħadd kali, għalija huwa disrispett u ma’ xejn inaċċettabbli. Inħoss li Malta u dak kollu li jagħtina l-idenMill-ktieb, tkellimna ftit dwar- tità Maltija qed jiġi meqrud ha stess, u skoprejt li bħala u għalhekk meta ma niflaħx persuna taħseb u tħoss ħafna. nissaporti iktar, ma jkollix M’għandha rabta ma’ ħadd għażla oħra ħlief li nitlaq. u f’Malta tħossha li trid tit- Madanakollu, immur fejn imlaq. Tħoss li trid tkun ’il bar- mur, Malta tibqa’ l-pajjiż li bi ra miż-żona komda tagħha tbissima fuq l-ajruplan, nirribiex issib aktar lilha nnifisha. torna lejha. Għawdex huwa ilĦallejt f’idejha sabiex telab- pajjiż li bi tbissima ikbar, fuq ora aktar dwar dan. “Il-ħajja il-vapur, nasal id-dar”. għallmitni li l-persuna li l-iktar Fil-ħajja jdejquha ħafna tista’ tiddependi fuqha, jiġri nies li juru wiċċ b’ieħor; inx’jiġri, hija int innifsek. Jekk nuqqas ta’ rispett; l-għama tkun imdawra b’nies li vera tal-flus; il-qerda tal-ambjent; jridulek il-ġid, dawn tagħmel il-moħqrija fuq l-annimali; u x’tagħmel, u tmur fejn tmur, l-politika maħmuġa. qegħdin hemm għalik, Meta staqsejtha jekk hix mingħajr irbit u kundizzjoni- biħsiebha tippubblika aktar jiet. Meta kont iżgħar kont kotba, jew taħsibx li kienet inħoss li dejjem hemm post avventura ta’ darba biss, Kim jew sitwazzjoni aħjar minn weġbitni: “Ta’ 40 sena nippubfejn qiegħda, u kont nassoċ- blika t-tieni ktieb fuq l-10 snin ja s-sens ta’ libertà ma’ kull li jmiss – dan jimmotivani darba li jirnexxili nilħaq dak biex ngħix ħajja ta’ min jikteb “l-istat aħjar” li nkun ħlomt dwarha. U jekk alla jrid, ta’ 50, bih. Illum il-ġurnata nħoss 60”. li l-istabbiltà wkoll tista’ tilFl-aħħar nett, spiċċat liberak, ladarba jkun xenarju b’messaġġ għall-qarrejja ta’ li tagħżlu int għar-raġuniji- din il-gazzetta. “Tibżax tkun et it-tajba. Iktar ma jgħaddi int. Kun qalbek tajba. Uża żmien, u iktar ma ndur, iktar ż-żminijiet koroh bħala spinta Malta, u speċjalment Għaw- għal rimonta saħansitra akdex, saru pajjiżi tant għal qa- bar u isbaħ. Ħobb, bla kundizlbi. U għalhekk jiddispjaċini zjoni, u aħfer bla eċċezzjoni, iktar meta nara d-distruzz- lilek nnifsek u lil kull min joni sfaċċata ta’ dawn il-gżejj- għandu l-privileġġ li jaqsam er inkomparabbli fil-pajsaġġ triqtek”.

TNEJN 02-05

ONE News Liquorish Niftakru ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ PrimeTime Ieqaf 20 Minuta Espresso

06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:30 09:05 09:30 10:00

ONE News Liquorish Popcorn ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ PrimeTime Ieqaf 20 Minuta Espresso

ĦAMIS 05-05

SIBT 06-05

ONE News Liquorish Żona Sport ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ PrimeTime Ieqaf 20 Minuta Espresso

ONE News Niftakru Żona Sport Ħabrikt Quddiesa tal-Jum Paper Scan Ieqaf 20 Minuta Mhux Kemm Taf Flip the Venue

15:30 15:35

19:30 20:10 20:30 22:30 23:00 23:30

00:00

19:30 20:10 20:35 21:15 23:30

ERBGĦA

ĠIMGĦA 06-05

ONE News Ieqaf 20 Minuta Maratona Trust Foundation ONE News

One Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Il-Willy Brillanti ONE News

ĦADD 07-05


24

01.05.2022

reċensjoni tal-ktieb

AMSTERDAM

U RAKKONTI OĦRA F’dil-ġabra ta’ novelli qosra l-awtur idur mal-ħajja ta’ kuljum bilproblemi tagħha: l-Alzheimer u l-ewtanasja, l-istupru u l-arroganza, l-awtorità tar‑reliġjon u l-ambizzjoni tal-ġenituri, il-pedofilja u l-liġi, l-omosesswalità u ż-żwieġ. Liese ħa tmut u għandha l-Alzheimer. Żewġha Mario jsir jaf jekk kinitx veru tħobbu matul ħajjitha? Il-Ministru jgħid lil Silvana li dawn l-affarijiet jiġru, imma żgur ma kienx bil-kunsens ta’ Amy. Kif ħa jħallas għall-arroganza tiegħu? Kif il-prostituta li ġiet fil-kamra ta’ Paul meta kien l-Awstralja kienet fula maqsuma ma’ bintu? U lil dik is‑soru kif kien jafha? Il-pittur Cauchi ried li xi ħadd joqtlu u fl-aħħar sab ir‑Raġel taxXadina. Sadattant jiltaqa’ ma’ mara sabiħa li kien pinġieha meta kien famuż u hi wkoll trid li r-Raġel tax-Xadina joqtolha… Mara Maltija tinnamra ma’ mara Irlandiża, allura l-irġiel tagħhom x’ħa jagħmlu? Jekk raġel li kien għama għal żmien twil jibda jara, xi jkun jixtieq li jara l-aktar? U l-pappagall veru ħa joqtluh? Mingħajr ma jnaqqas mill-gravità ta’ dawn is-suġġetti, l-awtur iżomm stil ħafif, mexxej, u kultant umoristiku.

Mistoqsija: Lil min kienet tixbah il-prostituta li daħlet fil-kamra ta’ Paul? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb AMSTERDAM U RAKKONTI OĦRA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 8 ta’ Mejju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb IBEN IL-QUISLING hija:

M. GATT - MOSTA

04 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm kien il-persentaġġ ta’ tkabbir tal-ekonomija Maltija s-sena li għaddiet?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

01.05.2022

ID-DELITTI TA’ SOHAM Ian Huntley joqtol żewġt ibniet “bi żball” IT-TIENI PARTI

Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

Is-sejba tal-katavri Fis-17 ta’ Awwissu, għall-ħabta tan12.30 p.m., Keith Pryer sab il-katavri tal-bniet f’gandott qrib ir-Royal Air Force Lakenheath f’Suffolk, li kien madwar 10 mili ’l bogħod mil-Lvant ta’ Soham. Pryer qal li induna bihom wara li xamm riħa stramba u tinten ftit jiem qabel u ddeċieda li jinvestiga fil-jum tas-sejba flimkien ma’ tnejn minn sħabu. Hekk kif instabu l-katavri, huma għarrfu lill-pulizija. Il-katavri kienu fi stat ta’ dekompożizzjoni u kienu maħruqin bl-għan li tinqered xi evidenza forensika. L-investigaturi ma sabux passi iżda waslu għall-konklużjoni li l-bniet ma nqatlux hemm iżda tpoġġew hemm. L-għada tas-sejba, il-pulizija xandret l-aħbar fuq l-aħbarijiet u qalet li minkejja li l-identifikazzjoni kienet se tieħu ftit jiem minħabba l-istat tal-katavri, hi kienet konvinta li dawn kienu ta’ Wells u Chapman. Filfatt, kif saret l-analiżi forensika, sar magħruf li l-katavri kienu taż-żewġt ibniet. Il-funeral tal-bniet sar f’Settembru tal-2002 filwaqt li l-pulizija baqgħet għaddejja bl-investigazzjoni biex jinqabad il-qattiel jew qattiela.

Ian Huntley waqt intervista minnhom Il-flokkijiet tal-bniet instabu fuq il-post tax-xogħol ta’ Huntley

Maxine Carr turi l-kartolina li pinġitilha Wells waqt intervista

Tkompli l-investigazzjoni Waqt it-tkomplija tal-investigazzjoni, il-pulizija nnotat kif Huntley kien qed jidher f’diversi intervisti fejn beda jgħid li ma jistax jemmen li hu kien l-aħħar persuna li tkellem mal-bniet qabel ma għebu u li kien fiduċjuż li l-bniet kienu se jinsabu qawwijin u sħaħ. Maxine Carr, l-għarusa tiegħu, ukoll dehret f’intervista fejn bdiet tkompli mal-istorja ta’ Huntley u żiedet tgħid li xtaqet kieku staqsewhom fejn kienu sejrin. Hi wriet kartolina li pinġitilha Wells fl-aħħar ġurnata tal-iskola u qalet li t-tifla “kienet ħelwa, ħelwa ħafna.” Carr għalqet l-intervista billi appellat lil min ħatafhom biex iħallihom jitilqu jew biex iċemplu jekk ħarbu. Kien ġie nnotat li Carr irreferiet għal Wells fil-perfett minflok fl-imperfett, iżda qalet li m’għamlitx hekk intenzjonalment. Fis-16 ta’ Awwissu, Huntley u Carr ġew interrogati mill-pulizija iżda dawn bdew jgħidu li kienu d-dar flimkien dakinhar tal-għejbien tattfal. Sadanittant, il-pulizija bdiet tirċievi informazzjoni mir-residenti ta’ Grimsby fejn qalu li Huntley kien ġie akkużat bi stupru ftit snin qabel u li Carr kienet fi Grimsby meta għebu t-tfal u mhux f’Soham kif qalet fuq it-televixin. Waranofsinhar, il-pulizija marret tfittex fl-iskola fejn kien jaħdem Huntley u hemmhekk

sabu mormija diversi affarijiet li kienu tal-bniet, fosthom il-flokkijiet li kienu lebsin. Il-pulizija rnexxielha wkoll iġġib il-marki tas-swaba’ ta’ Huntley minn fuq il-landa taż-żibel fejn instabu mormija l-affarijiet. Wara dawn is-sejbiet, il-pulizija arrestat lil Huntley u lil Carr fissigħat bikrin tas-17 ta’ Awwissu. Huma ġew akkużati bil-ħtif u l-qtil ta’ Wells u Chapman. Huntley ma bediex iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-pulizija filwaqt li Carr ammettiet mill-ewwel li kienet gidbet. Carr qalet li gidbet għax Huntley ċemplilha inkwetat li kien se jeħel hu fuq l-għejbien tattfal minħabba l-każ passat ta’ attentat ta’ stupru li kellu. Kien għalhekk li hi aċċettat li tgħid li kienet miegħu dakinhar tal-għejbien tat-tfal għax hi kienet ċerta li Huntley ma kienx responsabbli għall-għejbien u l-qtil tagħhom. Saħqet li Huntley qalilha li waħda mill-bniet infarġet u b’hekk daħħalhom fid-dar biex inaddfilha

wiċċha. Kif għenhom, hu qalilha li l-bniet telqu mid-dar. Meta l-pulizija semmewlha li d-dar kienet tnaddfet sew, li sa anke l-lożor inbidlu, hi qaltilhom li ħasbet li Huntley daħħal mara oħra fid-dar u b’hekk naddaf sew biex ma tindunax. Il-pulizija mbagħad qalulha kif huma sabu evidenza li torbot lil Huntley mal-qtil tal-bniet iżda hi baqgħet tiċħad li hu kellu x’jaqsam mad-delitti. Min-naħa l-oħra, Huntley intbagħat fi sptar mentali biex issir evalwazzjoni fuq is-saħħa mentali tiegħu. Mir-riżultati sar magħruf li Huntley ma kellux mard mentali u b’hekk seta’ jitressaq il-qorti bl-akkużi miġjuba kontrih. Huntley xehed u qal li l-bniet kienu għaddejjin minn quddiem id-dar tiegħu u ra li Wells kellha d-demm ħiereġ minn imneħirha. Hu qalilhom biex jidħlu ġewwa ħalli jgħinhom u tellagħhom fil-kamra tal-banju. Kompla jirrakkonta li l-banju kien bl-ilma peress li ħasel

il-kelb u qal li żelaq u qeleb lil Wells fil-banju u din tal-aħħar għerqet. Saħaq li Chapman bdiet tgħajjat u prova jsikkitha billi żammilha ħalqha u qal li bi żball fgaha xħin għamel hekk. Meta ġie mistoqsi għalfejn ma ċempilx għall-għajnuna, Huntley qal li beża’ li ma jiġix emmnut u b’hekk prova jeħles mill-evidenza li setgħet tintuża kontrih. Fis-17 ta’ Diċembru tal-2002, Huntley instab ħati biż-żewġ omiċidji u weħel żewġ sentenzi ta’ għomor ilħabs. Huntley seta’ japplika għall-parole wara li jkun serva minn tal-inqas 40 sena ħabs. Min-naħa l-oħra, Carr instabet ħatja li kienet ta’ xkiel fl-investigazzjoni iżda ċaħdet li għenet lil Huntley fil-qtil għax kienet temmen li hu kien innoċenti. Kien għalhekk li Carr weħlet tliet snin u nofs ħabs biss. Kif skontat is-sentenza u ħarġet mill-ħabs, Carr ingħatat identità ġdida u sigrieta biex tkun tista’ tkompli b’ħajjitha.

TMIEM


26

01.05.2022

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

01.05.2022

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 431

A. VELLA - MELLIEĦA

Bi 3 NUMRI 140 170 237 257 359 395 426 464 497 780 888 896 B’4 NUMRI

0000 0060 0737 0820 1118 1564 3328 3769 3782 4104 4405 4691 4907 5169 5688

5747 6323 6606 6608 6881 6883 7156 7241 7481 7847 7888 8844 8860 8898 8982

9051 9301 9361 9464 9504 9688 B’5 NUMRI 04026 07590 07600 07675 08866 09013

14787 17047 19047 21576 29991 38794 40517 43079 44743 52685 58737 60649 66220 66794 74575

94736 B’6 NUMRI 088111 131224 178921 185034 330408 385657 471011 665101 686649 781721 786972 804467

MIMDUDIN: 1. Din ġeneralment9. tkun fin-nofs! (5) 10. 4. Kompli l-qawl: 12. Għajn ma tara 16. .......ma tuġa’ (4) 18,19. 7,9. Werqa li mal-ikel 19. tagħmel tajjeb 20. WEQFIN: 1. Annimal (6) 2. Kunjom (3) 3. Ħares (3) 5.11. Serja (5) 6, 21W. Annimali (6)

ħafna (5) 21. Ara 7 Żbalja (6) 23. Ix-xitan 6) Mhux din (3) Iżżomm vapur (5) 24. Ara 18 Tost (5)

8. 11. 12,22. 13. 14. 15.

Telaq? (9) Ara 5 Silenzju (5) Siefer? (3) Probabbli (6) Inqalleb

L-ewwel nofs ta’ btieħi (3) Kienet tingħata lill-għarusa qabel tiżżewweġ (4) Paxxut bla ras (5)

17. 21. 22.

il-ħamrija (6) Mhux jien (3) Ara 6 Ara 12 wieqfa

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Ħatab, 4.Ħabs, 7,15.Asperina, 10.Raħħal, 12.Silvan, 16,22.Trapan, 18,19.Latte, 20.Idtlu, 21.App, 23.Ibni, 24.Ittra

WEQFIN: 1.Ħarbat, 2,12 wieqfa.Tinsa, 3,9. Barrin, 5,21W. Aħħari, 6,11.Silfi, 8.Salvaturi, 13.LLD, 14.Ntużat, 17.RIP


28

01.05.2022

IT-TMEXXIJA HI L-PROBLEMA Editorjal

F’Jum il-Ħaddiem – imma wkoll f’kull ġurnata oħra li għad trid tiġi – ħsibijietna u s-solidarjetà tagħna jmorru lejn l-impjegati tal-PN li aktarx jispiċċaw iġorru l-piż intortament

F’wiċċ is-saltna tad-dritt u l-go­ ver­nanza t-tajba, il-Kap fallut Nazzjonalista Bernard Grech qal lill-ogħla organu tiegħu li ma jaħti xejn għall-problemi fis-sitwazzjoni li jinsabu fiha. F’wiċċ dawk kollha li għal dawn l-aħħar mijiet ta’ snin ġew fdati b’xi tip ta’ tmexxija f’kull qasam tal-ħajja u ħassew li għandhom ikunu huma l-ewwel li jġorru r-responsabbiltà wara disfatta enormi, bil-prużunzjoni u l-ar­ ro­ganza tiegħu, Grech kisrilhom it-“tradizzjoni”. Wara l-akbar telfa elettorali tas-26 ta’ Marzu l-Kap talPN ġie jfarfar kollox fuq dawk ta’ madwaru. Ma ħalliex farka waħda fuq spallejh. Iżda aktar milli jrid jistabbilixxi thresholds ġodda għal dawk fit-tmexxija, ovvju li f’inqas minn sentejn iddakkar sew minn dawk tal-establishment li terġa’ huma direttament responsabbli għalih stess. Dawn, li reġgħu ġew irriġet­ tati en bloc mill-poplu, inkluż il-prietki tagħhom, iqi­su li kull regola u liġi qegħdin hemm għal kulħadd, ħlief għalihom jew għal dawk qribhom. Bħal-

ma dejjem ġabu ruħhom, il-lasti jċaqilquhom kif jaqbel lilhom fit-tali ċirkostanza. Issa l-Kap tal-Oppożizzjoni, li gawda mill-protezzjoni ta’ kull Blue Hero, ta’ kull Repubblika, ta’ kull Civil Society Network, ta’ kull Occupy Justice u anke ta’ kull midja forċina, bħal-lum ġimgħa ġie jgħid li l-PN huwa maqsum f’biċċiet u qal li qed jitkellm “kif dejjem għamel bl-akbar umiltà”. Issa jew sa xahar ilu ma kellux nitfa umiltà tiġri fih inkella kien jigdeb meta jgħid li, mindu ħa t-tmexxija tal-Partit f’idejh, irnexxielu jgħaq­­qad lil kulħadd u ma fadalx fazzjonijiet. Fil-verità, ir-risposta għandha mit-tnejn f’daqqa. U dan anke l-elettorat għarfu tajjeb minn qabel seħħet il-konġura li stabbilixxiet mill-ġdid il-kisba tal-poter intern f’idejn l-akbar fazzjoni dominanti. L-establishment xorta jidhirlu li xejn m’għandu jiċċaqlaq minn kif inhu fil-Partit, avolja r-riżultat elettorali ta’ xahar ilu kompla jikkarga r-riħa ta’ mewt li ilha tinxtamm is-snin minn kullimkien. Grech qiegħed jap-

profitta mis-sitwazzjoni u qed jagħmel ħiltu wkoll biex iwer­ wer lil kull tip ta’ kompetizzjoni – anke dik mill-establishment – għax jaħseb li se jsalva ġildu. Meta jiddikjara li l-ħuta ma tintinx minn rasha u/jew li bih inkella b’ħaddieħor ir-riżultati xorta devastanti baqgħu massnin, qed jippretendi li jgħatti x-xemx bl-għarbiel. Anke jekk ma kienx qed jirreferi għallpre­­deċessur tiegħu, li l-estab­ lish­ment mank tah iċ-ċans li jiddamdam darba f’elezzjoni ġenerali, kull Nazzjo­nalist u Nazz­jonalista jafu li, almenu, Lawrence Gonzi u Simon Busut­ til kellhom id-diċenza li jwarrbu appena ġew skreditati. Mhux għax dawn ma daħħ­ lux ukoll rashom fir-ramel qud­­­ diem problemi kbar, bħalma hu d-dejn multi-miljunarju. Sa­kemm il-vit tal-Gvern kien miftuħ u mqabbad dirett madDar Ċentrali u miljuni oħrajn illeċti kienu jinbelgħu mill-Partit bl-iskemi tal-estensjoni taż-żoni ta’ żvilupp jew il-JS List, it-tmexxija tal-PN ħasset li ma kellhiex iċċaqlaq suba’ wieħed. Wara l-2013, imbagħad,

kienu pronti joħor­ġu l-minġel u jqaċċ­tu minn kull naħa … bdew bil-ħaddiema tal-Istamperija u komplew bil-ka­żini. Li ma qaċċ­ tux – anzi żiduhom – kienu biss il-konsulenti u l-istrateġisti, li f’ċirkostanzi normali suppost l-ewwel ma jingħataw it-tort. Illum li l-establishment u anke Grech, b’mod konvenjen­ti, jirrepetu l-istess mantra hu redikolu. Il-manuvri u d-diskorsi li qed iressqu assolutament ma jgħoddu għall-ebda analiżi post-mortem, wisq inqas wara l-akbar disfatta storika. Min jixtieq jitgħallem minn dak li għa­mel ħażin ħalli jqis lilu iżjed għaref bis-saħħa tal-esper­ jenza u min qed jittama li jerġa’ jqum fuq saqajh ħalli jibda jir­ kup­ra minn dak mitluf, żgur ma jagħmilx dak li qed naraw illum fil-PN. It-tmexxija Nazzjonalista se tib­qa’ l-problema! Illum fil-festa tal-ħaddiema kollha – imma wkoll f’kull jum ieħor li għad irid jiġi – ħsibijietna u s-solidarjetà tagħna jmorru lejn dawk li, sfortunatament, aktarx se jispiċċaw iġorru l-piż intor­tament.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.