www.kullhadd.com Il-Ħadd 1 ta’ Diċembru, 2019
Ħarġa Nru 1,377
Prezz €1
Ara paġni 3, 4 u 5
YORGEN FENECH IL-QORTI AKKUŻAT BIL-QTIL TA’ DCG • YORGEN FENECH WIEĠEB MHUX ĦATI U NŻAMM ARRESTAT FIL-ĦABS TA’ KORDIN • IKTAR QABEL IL-QORTI KIENET ĊAĦDET TALBIET TIEGĦU F’RIKORS BIEX JILMENTA MILL-ARREST • F’50 SENA, L-EWWEL KAŻ TA’ KAROZZA BOMBA LI ĦALLA PERSUNA MEJTA U L-PULIZIJA RESSQET IN-NIES DWARU
ID-DIFFERENZA FIL-PAGI L-EWWEL INIZJATTIVA TA’ DALLI BĦALA KUMMISSARJU EWROPEW... NINTERVISTAWHA LEJLET LI TIBDA
Ara paġna 11
ISAWWATHA U JSAKKARHA BIEX MA TIRRAPPURTAHX LILL-PULIZIJA...
Ara paġna 6
IR-REALTÀ KERHA TAL-VJOLENZA DOMESTIKA
02
01.12.2019
kullhadd.com
IT-TEMP GĦAL-LUM
L-Ogħla Temperatura: 20°C L-Inqas Temperatura: 14°C L-Indiċi UV: 3 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni għolja tiksi ċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif mill-Majjistral it-Tramuntana li jsir ħafif għal moderat mix-Xlokk Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Baxx mill-Majjistral li jsir ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 21°C
Editur ALEANDER BALZAN email: aleander.balzan@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR tel: (+356) 2568 2570
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
22°C
Indirizz Postali KullĦadd
UV 3
17°C
Il-Ħamis
22°C
UV 3
15°C
21°C
Il-Ġimgħa
UV 2
15°C
Is-Sibt
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
Sit Elettroniku KullĦadd
20°C
UV 3
13°C
19°C
UV 3
12°C
19°C
UV 3
13°C
kullhadd.com
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202
Vilhena Pharmacy, 3, Triq Sant’Anna, Il-Furjana – 21244114 Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21221512 Fatima Pharmacy, 82, Triq il-Ferrovija, Santa Venera – 21482856 St. Paul’s, Triq Brared, Birkirkara – 21442135 St. Matthew’s Pharmacy, Triq ix-Xatt, Il-Gżira – 21311797 Penny Lane Pharmacy, Triq is-Sejjieħ, Is-Swieqi – 21375373 Mrabat Pharmacy, Triq l-Imrabat, Tas-Sliema – 21313535 Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Ħal Balzan – 21444035 Brown’s Chemists, Triq San Pawl, In-Naxxar – 21417652 Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523554 Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien – 21802986 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 21821671 Medicor Pharmacy, 57, Triq Carmelo Ritchie, Ix-Xgħajra – 27032296 Pompei Pharmacy, Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk – 21651278 Prestige Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Ħal Kirkop – 21641328 De Rohan Pharmacy, Triq Sant’ Antnin, Ħaż-Żebbuġ – 21464128 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479 Għawdex
L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000
Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Il-Fontana – 21566979 St. John Pharmacy, 85, Triq l-Indipendenza, Ix-Xewkija – 21563052
L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888
Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
03
01.12.2019
kullhadd.com
FENECH IWIEĠEB MHUX ĦATI U JINŻAMM ARRESTAT
In-negozjant Yorgen Fenech, ta’ 38 sena residenti Portomaso, inżamm arrestat wara li s-Sibt filgħaxija tressaq il-Qorti akkużat b’kompliċità fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia fis-16 ta’ Ottubru, 2017. Il-Qorti fetħet b’urġenza biex Fenech tressaq quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli u huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi tal-qtil ta’ Caruana Galizia. Il-prosekuzzjoni tmexxiet millKap tal-Iskwadra tal-Omiċidji Keith Arnaud assistit mill-Ispettur Kurt Zahra. Fenech kien akkużat li ma terzi uża splussiv biex joqtol u jqiegħed ħajjet ħaddieħor f ’periklu. B’tonn baxx, huwa wieġeb il-mistoqsijiet tal-Qorti fosthom fejn qal li jaħdem bħala Direttur. Fenech kien arrestat għall-ewwel darba fl-20 ta’ Novembru u matul dawn l-aħħar jiem ingħata l-police bail erba’ darbiet sakemm kompla jiġi interrogat. L-Ispettur Arnaud qal li Fenech kien arrestat wara li l-Pulizija kienet ilha ssegwi l-pass ta’ Fenech, fejn arrestatu meta kien fuq il-jott tiegħu. Fil-Qorti kien ordnat li jkunu ssekwestrati l-assi tiegħu. Bl-Ispettur Keith Arnaud ilu sentejn jinvestiga dan l-omicidju bl-għajnuna tal-Europol u l-FBI. Il-Maġistrat Demicoli ordnat sa-
Quddiem il-Maġistrat, l-Ispettur Keith Arnaud ċaħad li Fenech inħeles għal erba’ sigħat biss hekk kif allegat mill-avukati tiegħu
biex Fenech jinżamm arrestat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Issa fil-jiem illi ġejjin ser tkun qiegħda tibda l-kumpilazzjoni tax-xhieda. Fl-awla numru disgħa kien hemm preżenti l-familja ta’ Daphne Caruana Galizia. Miċħuda t-talbiet ta’ Fenech Iktar kmieni matul il-jum il-Qorti kienet ċaħdet rikors li ppreżenta Yorgen Fenech biex jingħata rilaxx
effettiv wara li ilmenta li qiegħed jiġi arrestat diversi drabi. Hu kien arrestat is-Sibt fid-disgħa ta’ filgħodu biex ikomplu l-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan l-omiċidju. Is-Sibt l-Avukat Marion Camilleri, mill-uffiċċju ta’ Franco Debono, u l-Avukat Gianluca Caruana Curran, ressqu rikors fejn ilmentaw li Fenech mhux qed jiġi trattat tajjeb mill-Pulizija meta jingħata l-police bail. Fenech ingħata l-police bail ilġimgħa fil-ħdax ta’ filgħodu u reġa’ ssejjaħ mill-Pulizija s-Sibt fid-disgħa ta’ filgħodu sabiex ikompli jiġi investigat u jagħti stqarrija formali. Huwa ngħata l-police bail għal 22 siegħa bejn il-Ġimgħa u s-Sibt. Yorgen Fenech deher il-Qorti wkoll għax ma riedx lill-Ispettur Keith Arnaud jkompli jinvestiga l-każ. Quddiem il-Maġistrat, l-Ispettur Keith Arnaud ċaħad li Fenech inħeles għal erba’ sigħat biss hekk kif allegat mill-avukati tiegħu. Huwa ta wkoll bosta dettalji dwar in-numru ta’ drabi li Fenech ġie mitkellem mill-Pulizija u l-għoti tal-police bail. Huwa qal li kull darba li ġie mitkellem mill-Pulizija kellu aktar xi jżid. Qal li wara li ta l-ewwel żewġ stqarrijiet kien hemm il-proklama lil Melvin Theuma u wara tkellem darbtejn oħra.
L-Ispettur Keith Arnaud qal li sa dak il-ħin kienet saret stqarrija formali waħda ta’ kważi siegħa u nofs. L-Avukat Camilleri, mill-uffiċċju ta’ Franco Debono, qalet m’hemmx għaġla biex jiġi solvut il-każ għax ilu sentejn jiġi investigat. L-Avukat Camilleri, ilmentat ukoll li hija skumdità għall-avukati minħabba li jridu jkunu l-ħin kollu miegħu d-depot. Fil-fatt qalet li l-Avukat Caruana Curran bilkemm seta’ jmur tieġ is-Sibt minħabba li Fenech reġa’ ġie arrestat. Il-Maġistrat Audrey Demicoli ċaħdet it-talba tan-negozjant Yorgen Fenech u ddikjarat li l-arrest huwa skont il-liġi. Mill-Qorti Fenech baqa’ jinżamm arrestat u ttieħed lejn il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. Ittra minn Cardona lill-Ispeaker Illum ukoll id-Deputat Laburista Chris Cardona talab il-protezzjoni tal-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż wara rapporti ta’ allegat frame-up li sar fil-konfront tiegħu b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. F’ittra mibgħuta lill-Ispeaker Anġlu Farrugia, Cardona li t-Tlieta li għadda ssospenda lilu nnifsu mill-Kabinett, ġab għall-attenz-
joni tal-Ispeaker rapporti li dehru fil-mezzi tal-istampa b’rabta ma’ dettalji li ngħataw f ’laqgħa tal-kabinett li tlaqqa’ l-Ħamis li għadda. Qal li f ’dawn ir-rapporti, kuntrarjament għar-rapporti l-oħrajn ippubblikati b’rabta mal-istess laqgħa, ma kinux miċħuda. Cardona qal lil hinn mill-konsiderazzjonijiet legali b’rabta ma’ dan ir-reat ta’ kalunnja, it-tali reat huwa wkoll attentat fuq il-funzjoni kostituzzjonali tiegħu, li hu ħalef solennement li jaqdi b’lealtà lejn il-poplu u r-Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha. “Jien nemmen li kull attentat li jippreġudika u jattakka l-funzjoni kostituzzjonali ta’ Membru Parlamentari fil-qadi ta’ dmirijietu jirrikjedi azzjoni qawwija u effettiva, inkluż mill-Parlament innifsu, l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż,” qal Cardona. Fid-dawl ta’ dan huwa talab li tiġi ssalvagwardjata l-funzjoni kostituzzjonali tiegħu u jittieħdu l-passi kollha opportuni fiċ-ċirkostanzi. F’risposta uffiċjali l-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li wara li kkunsidra t-talba tiegħu u anke rrefera għall-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati, qal li ma setax jagħti forma ta’ rimedju lid-Deputat Cardona.
04
01.12.2019
kullhadd.com
ĠIMGĦA MOVIMENTATA • TMEXXIJA IMPEKKABBLI MINN PRIM MINISTRU LI JAĠIXXI F’ISEM IL-PAJJIŻ • IDDOMINAW IL-FAKE NEWS FUQ DIVERSI NEWS PORTALS U L-MIDJA SOĊJALI Reġgħet kienet ġimgħa movimentata b’rabta ma’ dik li l-Ħadd li għadda ddeskrivejna bħala l-ikbar investigazzjoni fl-istorja ta’ pajjiżna. Iżda, mhux biss kellna wkoll żvi-
25 nov
26 nov
luppi marbuta mal-investigazzjoni, kellna wkoll deċiżjonijiet importanti mill-Prim Ministru u l-eżekuttiv tal-pajjiż. Prim Ministru li baqa’ jipprovdi tmexxija impekkabbli f’mu-
ment meta fil-pajjiż irrenjat atmosfera iktar delikata mis-soltu. Delikata wkoll minħabba l-mod kif infirex ċertu fake news li żied it-tensjoni u t-temperatura.
• L-investigaturi jkomplu jiġbru evidenza kruċjali fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, jinterrogaw lin-negozjant Yorgen Fenech li l-Ħadd waranofsinhar reġa’ ġie arrestat mill-ġdid, għat-tielet darba f ’ħamest ijiem. • Waqt laqgħa fil-Berġa ta’ Kastilja, il-Prim Ministru Joseph Muscat jitlob li jittieħed vot ta’ fiduċja b’mod sigriet - bir-riżultat ta’ vot unanimu ta’ fiduċja fil-Prim Ministru. • Melvin Theuma ta’ 41 sena minn Birkirkara, il-middleman fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia jingħata l-Maħfra Presidenzjali biex jikxef dak kollu li jaf dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u reati oħrajn li kien involut fihom. • L-Avukat Joe Brincat isostni li huwa dmir tal-Gvern jew persuni f ’awtorità għolja li jinfurmaw lill-pubbliku, u li anki l-Prim Ministru għandu dritt jagħmel dan. Huwa kkwota sentenza tal-Qorti Ewropea dwar kummenti li jistgħu jgħad-
du uffiċjali pubbliċi biex jgħarrfu lill-pubbliku dwar investigazzjonijiet kriminali li jkunu għaddejjin. • L-Ispeaker tal-Kamra ma jilqax talba tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista biex tkun diskussa mozzjoni dwar l-aħħar żviluppi fl-investigazzjoni dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Jgħid li għalkemm il-materja hija ta’ interess pubbliku mhix urġenti minħabba li l-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja. • Occupy Justice u Repubblika bit-tielet protesta. Din id-darba quddiem il-bini tal-Parlament, bil-folla tibbuwja lill-Adrian Delia, imma ċċapċap lil Simon Busuttil. ll-protesta mill-folla ta’ Occupy Justice u Manuel Delia kienet ikkaratterizzata minn persuni li kienu jiffurmaw parti mill-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista taħt it-tmexxija ta’ Simon Busuttil.
• Matul il-lejl ta’ bejn it-Tnejn u t-Tlieta filgħodu l-investigaturi ewlenin ikomplu jinterrogaw aktar persuni fl-investigazzjoni dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. • Iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri jissejjaħ fid-Depot tal-Pulizija biex jgħin fl-investigazzjoni dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. • Il-Prim Ministru Joseph Muscat iħabbar li kien aċċetta r-riżenja ta’ Keith Schembri minn Chief of Staff. • Mark Farrugia huwa ċ-Chief of Staff il-ġdid fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. • Il-Prim Ministru jitkellem mal-ġurnalisti fid-daħla ta’ Kastilja – jgħid li fil-pajjiż ma teżisti l-ebda impunità u jtenni li qed iħares ’il quddiem biex malli tingħalaq l-investigazzjoni jagħti rendikont tad-deċiżjonijiet li ħa u refa’ waħdu fl-aħħar xhur u ġimgħat. • Jitħabbar li Melvin Theuma huwa mistenni li jagħti x-xhieda tiegħu l-Ġimgħa 29 ta’ Novembru. • Fi tmiem il-laqgħa tal-Kabinett, Konrad Mizzi jħabbar li kien irreżenja minn Ministru għat-Turiżmu. Huwa stqarr li kien qiegħed jirriżenja fiddawl tas-sitwazzjoni politika fil-pajjiż u fl-interess nazzjonali u tal-Partit Laburista. Jgħid li għamel dan b’sens ta’ dover politiku, ġaladarba ma jridx li l-pożizzjoni tiegħu fil-Gvern tkun ta’ xkiel għat-tmexxija effettiva u serena tal-pajjiż. • Chris Cardona jippubblika stqarrija li permezz tagħha jħabbar li kien is-
sospenda lilu nnifsu minn Ministru għall-Ekonomija sakemm tkun konkluża l-investigazzjoni dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Fi stqarrija jgħid li din id-deċiżjoni ttieħdet wara diskussjoni mal-Prim Ministru u ddikjara li m’għandu assolutament l-ebda rabta mal-każ. Madanakollu, għall-ġid tal-pajjiż, ladarba kien intalab jagħmel kjarifiċi mill-Pulizija, huwa ħassu fiddmir li jieħu dan il-pass. • Skont il-liġi, Yorgen Fenech jingħata libertà proviżorja għat-tielet darba, imma jibqa’ taħt sigurtà stretta tal-Pulizija. • Sessjoni mqanqla fil-Parlament – is-seduta sospiża, fil-Parlament ukoll battibekki bejn deputati tal-fazzjoni ta’ Adrian Delia u ta’ Simon Busuttil. • Il-Kap tal-Oppożizzjoni jerġa’ jsejjaħ għal dibattitu urġenti dwar is-sitwazzjoni politika. It-talba tiġi miċħuda. • Chris Cardona jissospendi lilu nnifsu minn Deputat Mexxej. Fi stqarrija jenfasizza li m’għandu assolutament l-ebda rabta mal-każ, u jgħid li qed jagħmel dan sakemm jintemmu l-investigazzjonijiet u l-proċeduri li għaddejjin bħalissa. Jgħid ukoll li ħa d-deċiżjoni biex f ’dan il-mument ma jkun hemm xejn li jxekkel lill-Partit Laburista milli jkompli l-ħidma tiegħu favur il-pajjiż. • L-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista, b’rappreżentanza tal-fergħat kollha tal-Partit Laburista, jagħti vot ta’ fiduċja unanimu lill-Prim Ministru. • Waqt protesta oħra tiġi vandalizzata l-karozza tal-Prim Ministru kif ukoll dawk tal-uffiċjali tas-sigurtà tiegħu.
kullhadd.com
27 nov
28 nov
05
01.12.2019
• In-negozjant Yorgen Fenech mill-ġdid arrestat biex ikompli jiġi interrogat mill-Pulizija b’rabta mal-investigazzjonijiet dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia - ir-raba’ arrest ta’ Yorgen Fenech f ’ġimgħa wara li l-Erbgħa 20 ta’ Novembru kien ġie arrestat għall-ewwel darba wara li deher ħiereġ bil-jott tiegħu minn Portomaso. • Ġurnata ddominata wkoll minn aħbarijiet foloz. Fosthom li kienu qed isiru tfittxijiet fil-villa ta’ Chris Cardona u ta’ James Piscopo, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet. • L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Pulizija u l-Police Officers Union jikkundannaw l-attakki fil-konfront tal-Pulizija waqt il-protesti ‘paċifiċi’ li qed isiru fit-toroq tal-Belt Valletta. Tgħid li aggressur li f ’filmat jidher iħebb għall-Pulizija se jitressaq il-Qorti. • Issir il-ħames protesta li minn waħda paċifika tispiċċa għal waħda vjolenti b’dimostranti jissuttaw bajd, fliexken u saħansitra ġebel lejn il-Membri Parlamentari u l-karozzi tagħhom. Għal darb’oħra ssir ħsara fil-karozza tal-Prim Ministru u wkoll issir ħsara f ’numru ta’ vetturi tal-Membri Parlamentari Laburisti kif ukoll karozza tal-Pulizija li kienet biswit il-Parlament.
• Wara l-vjolenza u l-ħsarat li ġarrbu l-karozzi tal-Membri Parlamentari l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia jgħid li wara konsultazzjoni mal-Pulizija kien meħtieġ li jirrevedi s-sigurtà għad-daħla tal-Parlament. Huwa jwissi wkoll li jkollu jaġġorna l-Kamra bl-istess aġenda kemm–il darba l-imġiba anki fil-plenarja ma tkunx waħda ċivili. • Il-Prim Ministru Joseph Muscat jisfida lill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia biex iressaq vot ta’ sfiduċja fih jekk jidhirlu li huwa għandu jirriżenja. Ifakkar lil Delia li dan għandu l-għodda istituzzjonali fejn jista’ jressaq vot ta’ sfiduċja u tkun il-Kamra tar-Rappreżentanti li tiddeċiedi bid-demokrazija sħiħa. Il-Prim Ministru jtenni li xogħlu hu li jassigura li l-istituzzjonijiet jaħdmu. Wara r-rimarki tal-Prim Ministru, l-Oppożizzjoni toħroġ ’il barra mill-Parlament. • Il-Pulizija tqis b’kawtela kbira dikjarazzjonijiet u allegazzjonijiet li qiegħed jagħmel in-negozjant Yorgen Fenech waqt l-interrogazzjoni li qiegħed ikollu. • Adrian Delia jdoqq l-irtirata dwar il-protesta u jikkanċellaha wara li n-nies ta’ Simon Busuttil, inkluż is-sieħba tiegħu Kristina Chetcuti jattakkaw bil-qawwa d-deċiżjoni li ħa li jorganizza protesta.
• Rapporti fil-midja jgħidu li Yorgen Fenech ħallas €450,000 għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. • Jitlaqqa’ b’urgenza l-Kabinett biex jiddiskuti l-maħfra lil Yorgen Fenech. • Jinġemgħu n-nies fi protesta oħra quddiem il-Berġa ta’ Kastilja wara li sar magħruf li ssejħet laqgħa urġenti tal-Kabinett. • L-Eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri rrilaxxat mill-arrest wara investigazzjonijiet intensivi li saru fl-aħħar jiem dwar allegazz-
jonijiet li saru fil-konfront tiegħu b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. • Yorgen Fenech fil-Qorti biex jieħu ġurament b’rabta mal-każ ta’ Qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. • Yorgen Fenech jikteb ittra uffiċjali lill-Kummissarju Laurence Cutajar biex jitneħħa Keith Arnaud mill-investigazzjoni. Il-Pulizija tgħid li m’hemm l-ebda bażi għax l-Ispettur Arnaud għandu jitneħħa mill-investigazzjoni.
• Wara laqgħa ta’ seba’ sigħat, waqt konferenza tal-aħbarijiet fi tmiem laqgħa tal-Kabinett il-Prim Ministru jgħid li wara pariri mill-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija, il-Kabinett iddeċieda b’mod unanimu li ma jirrakkomandax il-Maħfra Presidenzjali li talab Yorgen Fenech.
• The Times of Malta tgħid li l-familja ta’ Daphne Caruana Galizia hija fost dawk li oġġezzjonaw għall-Maħfra Presidenzjali lin-negozjant Yorgen Fenech. • Il-Partit Laburista jipposponi l-attività politika tal-Ħadd minħabba l-atmosfera delikata fil-pajjiż.
• In-negozjant Yorgen Fenech jerġa’ jiġi arrestat biex ikomplu l-investigazzjonijiet b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. • Yorgen Fenech jippreżenta rikors il-Qorti wara li allega li mhux qiegħed jiġi trattat sew mill-Pulizija meta jingħata l-police bail u allega li l-arresti tiegħu qed
ikunu illegali. • Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Audrey Demicoli tiċħad it-talba tan-negozjant Yorgen Fenech u ddikjarat li l-arrest huwa skont il-liġi. • Chris Cardona jitlob protezzjoni tal-Parlament wara l-allegat frame-up fuqu.
29 nov
30 nov
06
01.12.2019
kullhadd.com
IL-PROĠETT TAL-MARSA JIBQA’ MIEXI ‘L QUDDIEM Infrastructure Malta poġġiet f ’posthom l-aħħar sett ta’ travi tat-tielet u l-itwal flyover talproġett tal-Marsa Junction. Fil-ġimgħat li ġejjin mistennija jitkomplew ix-xogħlijiet biex titlesta l-gverta tal-konkos fuq dawn it-travi u r-rampa li twassal għall-flyover min-naħa ta’ Vjal Santa Luċija. Ġaladar-
ba jitlestew dawn ix-xogħlijiet il-gverta se tinkesa bl-asfalt, isirulha l-korsiji u jitwaħħlu l-crash barriers mal-ġnub fost xogħlijiet oħrajn li jsiru flaħħar. Din l-itwal struttura sserraħ fuq 16–il kolonna u għall-pedamenti tagħha tpoġġew 66 pilastru tal-konkos taħt l-art. L-iżjed
parti għolja tal-gverta tagħha se tkun 16–il metru ’l fuq mit-triq li tgħaddi minn taħtha. Kif jitlesta dan ix-xogħol, il-flyover mistennija tinfetaħ għall-użu mill-pubbliku sa tmiem din is-sena. Din hija waħda miż-żewġ flyovers li oriġinarjament kienu maħsuba li jitlestew sal-aħħar
ta’ Jannar u għalhekk se tkun qed tinfetaħ xahar qabel iżżmien. L-erba’ flyovers l-oħrajn li jkun fadal jinfetħu matul l-ewwel nofs tas-sena d-dieħla. Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg sostna li kif titlesta din il-flyover sal-aħħar tas-sena se jkunu qed jitneħħew darba għal dejjem it-traffic lights tal-junction tal-Marsa. “Il-ħidma tal-Gvern ma tiqafx, u proprju anke fl-aħħar ġranet
bqajna għadejjin bl-investiment fl-infrastruttura tagħna. Infrastructure Malta fil-fatt qed taħdem sabiex sal-aħħar ta’ din is-sena tagħti lill-poplu Malti t-tielet flyover. It-tielet flyover li meta titlesta se niftħu darba għal dejjem il-lights taċ-Ċimiterju tal-Addolorata.” Dan l-investiment se jnaqqas drastikament il-ħin tal-ivvjaġġar għal aktar minn 100,000 persuna li ta’ kuljum jivvjaġġaw minn din il-junction.
ISAKKARHA BIEX MA TIRRAPPURTAHX LILL-PULIZIJA
F’perjodu meta ta’ kull sena titlaq kampanja biex titqajjem kuxjenza dwar il-vjolenza domestika, sentenza li ngħatat mill-Qorti tal-Familja tefgħet dawl fuq kif min ikun vittma ta’ dan l-att isibha difficli ferm joħroġ minnu. Mara rrakkontat fil-Qorti kif għamlet snin f ’dan iċ-ċirku li bdiet tipprova toħroġ b’passi żgħar li mbagħad kienet tispiċċa tagħmel passi lura minnhom. “Peress li l-Pulizija kienu jgħidula li jkun aħjar għall-minuri (it-tfal) li jkunu miġbura d-dar kienet terġa’ tmur lura,” jingħad fis-sentenza tal-Qorti fejn kien spjegat kif din il-mara sa minn stadju bikri tażżwieġ kienet taqla’ s-swat. Eventwalment spiċċa jsakkarha biex ma tirrappurtahx. “Kien isakkarha biex ma tmurx tirrappurtah għand il-Pulizija. L-istess kien għamlilha meta riedet tmur tara lil missierha li kien qed imut. Fil-fatt, kien miet u ma kinetx marret tarah,” qalet il-Qorti filwaqt li s-sentenza hi xhieda ta’ dak li jingħad ħafna drabi kif l-atti vjolenti ta’ ġenitur jispiċċaw jittieħdu minn ulied huwa saħansitra minnu. Fil-fatt, kien spjegat kif fil-familja twieled wild ieħor li kellu bżonnijiet speċjali u meta beda jikber beda jiġi msawwat minnhom meta prova jidħol fil-kamra tagħhom. Saħansitra l-aħwa bdew isawtu lil xulxin b’mod li wassal biex jitressqu l-Qorti. Eventwalment ilmara ma felħitx iktar u marret Dar Merħba Bik. Din id-darba, li kienet it-tielet darba li telqet, ma rritornatx lura d-dar. F’sentenza ta’ 37 paġna kienu diversi x-xhieda minn uffiċjali tal-iskejjel ta’ fejn kienu jattendu l-ulied għal social workers tal-Appoġġ li lkoll fehmu l-impatt devastanti tal-vjolenza domestika fuq il-familja.
07
01.12.2019
kullhadd.com
ISSIĠILLATI L-EWWEL ŻEWĠ PROĠETTI TA’ HOUSING SPEĊJALIZZAT • INVESTIMENT TA’ NOFS MILJUN EWRO SE JWASSAL GĦAL DAR TERRY U DAR BLA ĦITAN • L-NGOS BENEFIĊJARJI BI KLIEM TA’ TIFĦIR GĦAL DAN IL-PROĠETT L-Awtorità tad-Djar għaddiet iċ-ċwievet ta’ żewġ proprjetajiet tal-Gvern, f ’Bormla u fil-Birgu u li għal snin twal tħallew fi stat dilapidat, lill-Fondazzjoni Richmond u lill-Fondazzjoni mid-Dlam għadDawl. Dan biex isirulhom ix-xogħlijiet neċessarji biex minnhom jibdew joffru housing speċjalizzat. Xogħlijiet li se jiġu ffinanzjati millGvern, hekk kif ġew allokati nofs miljun ewro għal dawn il-proġetti, investiment li l-Awtorità tad-Djar għaddiet liż-żewġ fondazzjonijiet biex ikunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet. Xogħlijiet li se jsiru abbażi tal-pjanti u disinji li ġew magħżula wara li saret kompetizzjoni tad-disinn b’kollaborazzjoni mal-Kamra tal-Periti. Disinji li jirrelataw masservizz li se jkun qiegħed jingħata f ’Dar Terry u f ’Dar bla Ħitan. Bid-disinn ta’ Dar Terry huwa maħsub għal ommijiet bi sfidi ta’ saħħa mentali li għall-ewwel darba se jkollhom iċ-ċans li filwaqt li jkunu qegħdin jingħataw l-attenzjoni speċjalizzata li jeħtieġu, se jkunu qegħdin jibqgħu jgħixu ma’ wliedhom, servizz li se jingħata mill-Fondazzjoni Richmond. Dan filwaqt li d-disinn ta’ Dar bla Ħitan huwa maħsub għal priġunieri li jkunu waslu biex joħorġu mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, biex jerġgħu jinte-
graw mal-familja tagħhom qabel jiskontaw is-sentenza, integrazzjoni li se tiġi ffaċilitata mill-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl. Proġetti li ġew magħżula wara li nħarġet sejħa għall-interess minn bord speċjalizzat li twaqqaf fi ħdan l-Awtorità tad-Djar. Għażla li fi kliem il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar, Leonid McKay, se tkun qiegħda tibdel proġetti minn fuq il-karta għall-ewwel żewġ proġetti ta’ housing speċjalizzat. “Jiena li għext u esperjenzajt is-settur tal-entitajiet mhux governattivi, nifhem kemm dawn l-entitajiet jiddedikaw enerġija u ħin biex ifasslu proġetti u biex iressqu ’l quddiem proġetti biex iwieġbu għall-bżonnijiet tal-klijenti tagħhom. Proġetti li sfortunatament ħafna drabi jibqgħu fuq il-karta minħabba limitazzjonijiet differenti, fosthom dawk finanzjarji. B’dan l-investiment se jkun qiegħed jibdel dawn l-ideat fuq karta għal proġetti li se jagħmluha possibbli li dawn l-NGOs ikomplu jagħtu l-kontribut imprezzabbli tagħhom lis-soċjetà.” B’dan sostnewh ukoll iż-żewġ Fondazzjonijiet benefiċjarji ta’ dan l-investiment. Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl, George Busuttil sostna li “l-għan tal-Fondazzjoni tagħna huwa li naħdmu favur id-dinjità tal-priġunieri mhux biss waqt li jkunu qegħdin
Fil-politika soċjali inġenerali, iżda b’mod partikolari f’dik tal-housing, nemmen li llum m’għadniex naddottaw il-mudell tal-one-size-fits-all jiskontaw is-sentenza iżda anke wara. Dan filwaqt li noffru l-appoġġ lill-familjari tal-priġunieri u eks priġunieri. B’dan il-proġett se jwassal biex din il-viżjoni nirrealizzawha. Proġett li permezz tiegħu se nkunu nistgħu nipprovdu servizz terapewtiku lil dawn il-familji.” Min-naħa tagħha, il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Richmond, Stephania Dimech Sant, stqarret li “waħda mill-akbar sfidi li jaffaċċjaw l-entitajiet mhux governattivi meta jiġu biex joffru servizz ġdid hija li jsibu proprjetà addattata għall-proġett. B’diffikultà oħra tkun li ma jkollniex biżżejjed riżorsi finanzjarji biex nagħmlu x-xogħlijiet neċessarji fil-proprjetà li nsibu. Permezz ta’ dan l-investiment, l-Awtorità tad-Djar flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali qegħdin mhux biss jallokawlna proprjetà iżda qegħdin ukoll joffrulna r-riżorsi neċessarji biex nagħmlu x-xogħlijiet meħtieġa. Dan iffiser li permezz ta’ dan il-proġett, qegħdin jindirizzaw l-akbar żewġ sfidi
li naffaċċjaw. Bil-kompetizzjoni tad-disinn imbagħad assiguraw li b’dawn ir-riżorsi li għaddewlna niksbu l-aqwa riżultat u għalhekk qiegħed jagħti l-opportunità lilna bħala NGO biex ngħinu aktar persuni vulnerabbli.” Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar żied jgħid li dan il-proġett huwa mera tal-approċċ li qiegħda tadotta l-Awtorità tad-Djar fis-settur tal-housing f ’pajjiżna. “Il-politika tal-Awtorità tad-Djar llum hija li ma nibqgħux inpoġġu li kulħadd f ’keffa waħda. Fil-politika soċjali inġenerali, iżda b’mod partikolari f ’dik tal-housing, nemmen li llum m’għadniex naddottaw il-mudell tal-one-size-fits-all. Huwa għalhekk li għal sfidi differenti qegħdin insibu soluzzjoniet differenti. Bil-ħtieġa ta’ proġetti ta’ housing speċjalizzat proprju nibtet minn eżerċizzju ta’ profiling li qegħdin nagħmlu bħala Awtorità tal-applikanti kollha għall-housing soċjali. Riċerka li matula tkellimna u fehemna lill-faxxa ta’ persuni li jkun inutli. Tkel-
limna u fehemna lil dawn il-persuni li nagħtuhom biss saqaf fuq rashom għaliex jeħtieġu ukoll attenzjoni speċifika biex ikunu jistgħu jimxu ’l quddiem.” Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes tenna li din hija l-politika li l-Gvern se jkompli jaddotta fil-qasam tal-housing f ’Malta, biex dan is-settur verament jindirizza l-bżonnijiet ta’ kull familja b’mod ħolistiku. “Indikatur ewlieni għas-sens ta’ well-being jinħass meta l-individwu jħoss stabbiltà, sigurtà u trankwillità. Dawn huma aspetti li kollha ssibhom fl-ambjent ta’ dar. Għalhekk nara d-dar bħala l-qalba tas-soċjetà. Il-post li jifforma il-karattru tal-individwu, tal-familja, u konsegwentament tas-soċjetà. Il-missjoni tiegħi tibqa’ li noqorbu dejjem aktar lejn settur tal-housing li jkun verament sigur, stabbli u aċċessibbli għal kulħadd. Permezz ta’ programmi bħal dawn, bħala Gvern, qed nirrikonoxxu li biex dan l-għan jintlaħaq ma nistgħux nieqfu mal-akkomodazzjoni, iżda jeħtieġ li nindirizzaw ukoll l-ħtiġijiet tar-residenti għaliex nafu li dawn l-individwi jeħtieġu għajnuna oltre sabiex verament jimxu ’l quddiem.”
08
01.12.2019
kullhadd.com
ADULTI U ANZJANI L-IKTAR LI JĊEMPLU FUQ IL-179 Kontra l-impressjoni ta’ ħafna mhumiex it-tfal l-iktar li jċemplu fuq is-supportline 179. Fil-fatt, jirriżulta li huma l-adulti u l-anzjani l-iktar li jċemplu fuq dan in-numru maħsub għall-appoġġ. Fl-ewwel sitt xhur tas-sena kien hemm 6,359 telefonata. Svetlana Camilleri, uffiċjal fi ħdan l-aġenzija Appoġġ qalet: “ Meta nikkumpara dan in-numru mas-snin ta’ qabel ninduna li hemm żieda fit-telefonati. Il-fatt li ġew impjegati aktar operaturi għal fuq il-linja żgur għen sabiex il-pubbliku jsib il-linja aktar aċċessibbli f ’mument ta’ bżonn. Dawn l-operaturi kollha ġew mogħtija taħriġ intensiv sabiex ikunu jistgħu jgħinu lil min iċempel bl-aħjar mod possibbli.” Kien hawn li spjegat kif għalkemm ħafna jaħsbu li s-Supportline jiġi użat ħafna mit-tfal, l-istatistika turi mod ieħor. In-numru ta’ tfal li jċemplu fuq is-Supportline huwa vera baxx meta wieħed iqabblu mat-telefonati li s-Supportline jirċievi mingħand persuni adulti u anzjani.” Hawn spjegat kif ħafna persuni jċemplu biex xi ħadd jismagħhom u jiggwidahom rigward xi problema li għaddejjin minnha bħal problemi f ’relazzjonijiet, problemi
familjari, problemi ta’ saħħa mentali, problemi ta’ droga u alkoħol. “Dan filwaqt li oħrajn ikollhom bżonn għajnuna immedjata dak il-ħin bħal pereżempju persuna li spiċċat bla saqaf fuq rasha u għandha bżonn xelter, vittma ta’ vjolenza domestika li għandha bżonn assistenza dak il-ħin stess, persuna li għandha ħsibijiet li ttemm ħajjitha u jkollha bżonn l-għajnuna b’mod urġenti,” qalet Camilleri. L-ikbar ammont ta’ talbiet kien minn persuni li jbatu minn solitudni. “Mhux neċessarjament li dawn ikunu jgħixu weħidhom. Jista’
36 OFFIŻA MILL-ISTAZZJONIJIET MALTIN Is-sena li għaddiet l-Awtorità tax-Xandir ħarġet 36 offiża amministrattiva lill-istazzjonijiet Maltin. Dan minħabba diversi regoli li kisru. Kien l-istazzjon nazzjonali l-iktar li dabbar minn dawn it-twissijiet li jvarjaw minn twissijiet bil-miktub għal multi amministrattivi, għalkemm l-Awtorità tax-Xandir tista’ twaqqaf anke x-xandira. Bi 19–il offiża, TVM kien l-iktar imwiddeb b’ħafna mill-offiżi kienu marbuta ma’ reklami ta’ kumpanija tal-logħob. Żball komuni li għamlu l-istazzjonijiet kien ukoll dak tan-nuqqas ta’ separazzjoni bejn kontenut editorjali u kontenut ta’ reklamar. Wara TVM kien hemm ONE li dabbar erba’ twissijiet. L-XFM kien l-istazzjon tar-radju li qala’ l-iktar twissijiet bi 3. Interessanti, t-twiddiba tar-radju tal-komunità Trinitarji FM. Dan seħħ għax ħadu reklami minn entitajiet kummerċjali li huma fil-konfini tal-lokalità.
jkun li jkunu jgħixu f ’dar mimlija nies però ħadd m’għandu ċans li jismagħhom u jifhimhom. Hawn persuni oħrajn illi jippreferu ma jitkellmux ma’ tal-familja jew
ħbieb rigward xi problema personali għax forsi jistħu jew jibżgħu li jiġu ġġudikati. Dawn il-persuni jsibu komfort fis-Supportline. Il-fatt li s-Supportline hija linja anonima fejn wieħed jista’ jċempel u ma jgħidx min hu jew saħansitra jagħti isem fittizju, jagħmel lil dak li jkun aktar komdu biex iċempel għall-għajnuna.Ovvjament f ’każijiet illi wieħed ikun jixtieq li jiġi referut għal xi servizz ta’ social work biex jingħata aktar għajnuna, dan ikollu bżonn jagħtina d-dettalji tiegħu,” qalet Camilleri. Mistoqsija x’tip huma l-persuni li jċemplu b’talbiet ta’ informazzjoni ntqal li dawn ivarjaw minn persuni li għandhom bżonn xi numri tat-telefown ta’ xi servizzi soċjali, bħal ngħidu aħna n-numru tal-Aġenzija Appoġġ jew tal-Aġen-
zija Sedqa. “Oħrajn iċemplu għax ikollhom bżonn xi tagħrif dwar xi servizzi partikolari bħal ngħidu aħna persuna li tkun għadha kemm tilfet lil xi ħadd għażiż għaliha u trid tkun taf x’support groups tista’ tattendi,” kompliet tispjega Camilleri. Finalment, din il-ħidma kollha tkun imxekkla b’ħafna telefonati li mhumiex ġenwini. “Nagħmlu appell biex il-persuni li jċemplu fuq is-Supportline jagħmlu dan b’responsabbiltà u li ma jużawx il-linja għal xi ċajta. Is-Supportline qiegħed hemm għall-persuni li tassew għaddejjin minn żmien diffiċli f ’ħajjithom u li għandhom bżonn l-għajnuna. Ejjew inħallu din il-linja għal min vera għandu bżonnha,” qalet Camilleri.
09
01.12.2019
kullhadd.com
IL-MALTIN GAWDEW MILL-AKBAR ROĦS FIL-PREZZ TAL-ELETTRIKU Għal darb’oħra l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea kkonferma kif mill-bidla filGvern, f ’Marzu 2013, il-prezz tal-elettriku f ’Malta naqas drastikament u sar wieħed mill-orħos fl-Ewropa. Dan meta qabel kien fost l-ogħla. Fl-ewwel nofs tal-2019 il-prezz għall-familji kien ta’ €0.131 kull kilowatt fis-siegħa. Dan meta fiż-żona ewro l-prezz hu €0.229 kull kilowatt fis-siegħa, jew 75% aktar minn dak li jħallsu l-familji Maltin u Għawdxin. Dan ifisser li l-familji tagħna għandhom ir-raba’ l-orħos kontijiet fl-Unjoni Ewropea u t-tieni l-orħos fiż-żona ewro, wara l-Litwanja. Fl-2013, l-elettriku kien jiswa €0.166 kull kilowatt fis-siegħa. Dakinhar il-prezz f ’pajjiżna kien it-13 l-ogħla madwar l-UE. Dan ifisser li pajjiżna f ’ħames snin rebaħ disa’ postijiet fil-klassifika tal-orħos prezzijiet tal-elettriku. L-istatistika tal-Eurostat tindika li fil-ħames snin qabel il-bidla fil-Gvern il-kontijiet tad-dawl għolew bi 68% f ’pajjiżna. Fl-istess żmien, madwar l-Unjoni Ewropea, kien hemm żieda ta’ 26% biss. Dan jikkonferma li l-Gvern preċedenti kien għolla d-dawl bi kważi tliet darbiet aktar mill-medja Ewropea. B’kuntrast, il-Gvern preżenti raħħas l-elettriku bi 22% meta fil-bqija tal-Ewropa f ’dawn l-aħħar ħames snin id-dawl għola b’9%. Ta’ min jinnota li matul l-2019, filwaqt li l-prezzijiet f ’Malta baqgħu stabbli, dawk fl-Unjoni Ewropea żdiedu b’5%. L-akbar żieda, ta’ 20%, kienet fl-Olanda;
segwita minn żieda ta’ 16% f ’Ċipru, 12% fir-Renju Unit u 11% fl-Italja u fir-Repubblika Ċeka. Bejn l-2008 u l-2013 Malta kellha l-ogħla żieda fil-prezz tal-elettriku għall-familji fl-Unjoni Ewropea. Bejn l-2013 u l-2018 Malta kellha l-akbar tnaqqis fil-prezz tal-elettriku fl-Unjoni Ewropea. L-istatistika Ewropea tindika li flaħħar ħames snin filwaqt li f ’Malta l-prezz tal-elettriku għall-industrija raħas bi 22%, il-prezz medju madwar l-Unjoni Ewropea żdied b’5%. B’kuntrast, fil-ħames snin qabel il-bidla fil-Gvern, il-prezz tal-enerġija għall-industrija f ’Malta kien għola b’47%, waqt li fl-UE kien hemm żieda ta’ 24%. Waqt li fl-2013 il-prezz tal-elettriku għall-industrija kien 28% ogħla mill-prezz medju madwar l-UE, fl-2019 il-prezz f ’Malta huwa 5% orħos mill-medja fl-UE u 9% anqas mill-medja fiż-żona ewro. Filwaqt li bejn l-2008 u l-2013 il-kumpaniji f ’pajjiżna kienu raw it-tmien l-ogħla żieda fil-prezzijiet tal-elettriku minn fost il-pajjiżi Ewropej, mill-2013 sal-lum huma raw it-tielet l-ogħla tnaqqis. Id-differenza fil-politika enerġetika qed tħalli impatt qawwi fuq l-ekonomija ta’ pajjiżna. Ir-roħs fl-elettriku huwa wieħed millkawżi ewlenin tat-tnaqqis fir-rata ta’ inflazzjoni f ’pajjiżna. Fl-istess ħin il-kumpaniji f ’pajjiżna llum m’għadhomx ikollhom piż akbar minn kumpaniji Ewropej fejn jidħol il-prezz tal-enerġija. Din l-amministrazzjoni tibqa’ kommessa biex tkompli tagħmel differenza reali għall-familji u n-negozji f ’pajjiżna.
10
01.12.2019
kullhadd.com
“PILATU” JSUQ L-AJRUPLANI! • MIR-RAPPORT DWAR L-IŻBALJI FL-O LEVEL TAL-MALTI Rapport ippubblikat fl-aħħar jiem dwar il-mod kif marru l-istudenti fl-O Level tal-Malti juri li filwaqt li kien hemm taħlita ta’ riżultati jkun hemm dawk l-episodji li jħalluk xi ftit b’ħalqek miftuħ. Kif joħroġ mir-rapport tal-eżaminaturi nnifsu jingħad hekk: “Dan l-eżami juri wkoll il-livell ta’ kultura li xi wħud għandhom speċjalment dawk li sinonimu għal “bdot” jagħtu “pilatu” u dawk li jsemmu lil min iweġġa’ f ’inċident jittieħed “l-isptar ta’ Mothers Day.” Għalkemm hawn l-eżaminaturi jagħmluha ċara kif dan ir-rapport jagħti eżempji ta’ tweġibiet tajbin li għandhom jagħtu ħjiel ta’ x’nifhmu b’Malti tajjeb f ’dan il-livell. Takkumpanja r-rapport kienet ippubblikata wkoll tabella li turi r-riżultati. 78.3% tal-kandidati li qagħdu għall-eżami kienu ċertifikabbli (ġabu minn grad 1 sa 7) u 65.6% ġabu dak il-grad li hu meqjus validu li jintuża biex wieħed jibqa’ javvanza akkademikament, jiġfieri minn grad 1 sa 5. Iżda, l-eżaminaturi esprimew it-tħassib tagħhom kif il-Malti miktub ma kien xejn tajjeb u idjomatiku kif titlob il-karta tal-eżami. “Il-komponimenti kienu miżgħudin bi kliem spellut ħażin u minn sena għalloħra l-għadd ta’ kliem żbaljat ortografikament mhux qed jonqos. Nuqqas ta’ punteġġjatura tajba jtellef il-marki,” jgħid ir-rapport li jinnota kif ħafna lanqas it-tikek fuq ittri bħaċ-ċ, ġ u ż m’għamlu. Jibqgħu jiġbdu l-iktar l-għajn però dawk meqjusa bħala żbalji lessikali bħal meta jingħad serrieq minflok ħalliel jew bħal meta nkiteb li ħafna nies huma ta’ tqala żejda minflok tqal iżżejjed. Ma’ dawn jingħaqdu espressjonijiet xejn xierqa bħal min kiteb li kellu bżonn par żarbun tal-futbol ġdid għax li kellu kienu anzjani. Ma naqsux lanqas l-influwenzi ta’ lingwi oħra bħat-Taljan bi studenti jiktbu li kienet “ġurnata bellissima” jew li “kien jabita kavallier.” Oħrajn użaw l-Ingliż bħal “nixxemmex fuq is-sand” jew “ried joqtolni bil-fear.” “Dan kollu juri n-nuqqas serju ta’ qari bil-Malti u ta’ smigħ xieraq bil-Malti,” qalu l-eżaminaturi.
11
01.12.2019
kullhadd.com
FIL-BERLAYMONT MINN GĦADA Għada Helena Dalli tibda l-irwol tagħha bħala Kummissarju Ewropew responsabbli mill-ugwaljanza. Sfida ġdida għall-politikanta ta’ esperjenza li issa hija fdata b’dekasteru ġdid u importanti għall-Unjoni Ewropea. Il-gazzetta KullĦadd tkellmet f’dawn l-aħħar jiem. X’kienet il-ħidma tiegħek fl-aħħar ġimgħat hekk kif kien għadu għaddej il-proċess biex tkun approvata l-Kummissjoni Ewropea l-ġdida?
L-ewwel impressjoni tiegħek tal-President von der Leyen?
Ewropea għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Jien u ngħid dan, importanti ngħid ukoll li se tkun qed tibda l-ħidma fuq elementi oħra tal-portafoll u li f ’kulma nagħmel se nkun qed nindirizza l-kwistjoni tal-intersezzjonalità, jiġifieri d-diskriminazzjoni multipla li persuni b’aktar minn karatteristika waħda li hija diskriminata jsofru minnha.
Il-President von der Leyen hija mara dħulija ħafna li laqgħatni mill-ewwel. F’kull okkażjoni qaltli li tara fija mutur importanti Fil-ġimgħat qabel il-hearing li għandu jwassal sabiex l-Untiegħi ħadt ħsieb li niltaqa’ ma joni Ewropea tagħmel kisbiet Parlamentari Ewropej ġejjin b’saħħithom fil-qasam tal-ugwalmill-gruppi politiċi kollha li janza. Napprezza ħafna kemm hi injeżisti fuq livell Ewropew. Smajt mingħandhom diversi proposti sistiet għall-qasam u kemm qed importanti u rajt ħafna volontà timbotta sabiex il-bibien li qa- Qed jingħad li l-ugwaljanza ta’ ħidma id f ’id mal-Kum- bel setgħu kienu magħluqin jin- se tkun fuq livelli li qatt ma kienet qabel. X’inhuma missjoni sabiex insaħħu l-qa- fetħu. l-isfidi ta’ ugwaljanza f ’sens sam tal-ugwaljanza fuq livell Ewropew? Ewropew. Iltqajt ukoll ma’ rap- Kif sejra mat-tim preżentanti tas-soċjetà ċivili tal-Kummissarju L-isfidi fuq livell Ewropew fosthom ta’ kontra r-razziżmu, Von Der Leyen? huma bosta. Filwaqt li sar ħafna drittijiet għall-persuni b’diżabilità, persuni LGBTIQ, drittijiet Hemm sens ta’ solidarjetà bejn xogħol tajjeb mill-predeċessutaż-żgħażagħ u persuni avvanza- il-Kummissarji u nemmen li se ri tiegħi u filwaqt li hemm bażi nkunu tim tajjeb flimkien. Fl-ist- leġiżlattiva b’saħħitha, hu minnu ti fl-età u drittijiet tan-nisa. Studjajt ukoll il-portafoll tiegħi ess waqt għadu kmieni biex nik- wkoll li ħafna inizjattivi reċenti fl-ambitu tal-liġi Ewropea u kummenta wisq fid-dettall għax ma sabux is-sapport tal-Istatal-parametri li fihom taħdem l-ewwel laqgħa tal-Kulleġġ se ti Membri. Xogħli allura hu li sseħħ nhar l-Erbgħa. niżblokka dik ir-reżistenza u l-Unjoni Ewropea. naħdem sabiex il-miżuri li kienu Wara l-hearing, li mar tajjmressqa jkunu addottati. eb ħafna grazzi għall-ħidma li X’se jkunu l-ewwel Bħala l-ewwel Kummissarju rreferejtek għaliha, bdiet ħid- prijoritajiet tiegħek ladarba tal-Ugwaljanza, xogħli hu li nelma oħra. Ħdimt biex bnejt tim tidħol fil-kariga nhar eva d-diskussjoni dwar l-ugwalta’ nies kompetenti, inklussiv it-Tnejn? janza fuq livell ferm aktar għou rappreżentattiv tad-diversità. Dan sabiex l-uffiċċju tiegħi jkun Diġà ħdimt sabiex titwaqqaf li milli qatt kienet fih. Hekk mudell tad-diversità li se nkun it-Task Force tal-Ugwaljanza u għamilt hawn Malta kemm domt fil-fatt, diġà sar Ministru, u hekk se nkun qed qed naħdem biex navvanza. sem- nagħmel fi Brussell. Sabiex nilħaq dan se naħdem Kienet biss ħidma fi ħdan fil-viċin mas-soċjetà ċivili, il-Kummissjoni Ewropea Minħabba mal-Parlamentari u mal-Istati jew kien hemm l-irwol Membri. L-intenzjoni hi dik ta’ istituzzjonijiet f’hekk li nikkonviċi lil min għanoħra f ’dawn l-ewwel inizjattiva du bżonn ikun konvint, il-mumenti? waqt li nsaħħaħ dak li hu leġiżlattiva tiegħi se tkun diġà b’saħħtu. Iva, il-ħidma proprju sabiex nindirizza f i l - Ku m m i s s j o n i d-diskrepanza fil-pagi u Fl-Unjoni Ewropea seħħet ukoll allateżisti l-bżonn ta’ volja teknikament niżguraw li n-nisa u l-irġiel bidla fil-kultura ma konniex għadkollha jirċievu l-paga li biex naslu għal na bdejna. Saru diugwaljanza? versi laqgħat bejn ħaqqhom mingħajr il-Kummissarji desindiskrepanzi jew Il-bżonn ta’ bidla fil-kultura jati, bl-intenzjoni li nsihu wieħed kontinwu. F’dan ru nafu lil xulxin, anke lil diskriminazzjoni is-sens l-ugwaljanza hi traghinn mill-uffiċċju, kif ukoll ward li ma jista’ jintlaħaq qatt nibnu qafas sabiex fl-1 ta’ i n a r minħabba li s-soċjetà qiegħda Diċembru tibda l-ħidma bla mal-membri tagħha fejn iddi- kontinwament tinbidel u tirdiffikultà. Fost l-oħrajn kellna laqgħat skutejna l-metodu tal-ħidma u riġenera ruħha, u kontinwaimportanti fuq portafolli li x’qed nistennew li navvanzaw. ment tiżviluppa oqsma ġodda. għandhom impatt transversali It-twaqqif uffiċjali ta’ din it-Task Aħseb pereżempju fuq dak kollu li għandu x’jaqsam mat-teu ddiskutejniehom minn pers- Force huwa prijorità. pettiva differenti sabiex niżguFl-istess waqt se nkun qed knoloġija, l-algorithms, l-impatt raw li l-politika aħħarija tind- naħdem sabiex ikunu preżentati tal-intelliġenza artifiċjali u affaririzza l-interessi tal-Ewropej miżuri dwar trasparenza fil-pa- ijiet relatati oħra. Eżempju ieħor bl-aħjar mod. gi u tkun imnedija strateġija jirrigwarda l-politika ambjentali
u ekonomika permezz tal-European Green Deal. Fi ċkuniti lanqas qatt ma konna nimmaġinaw li se jkollna dak li għandna llum, aħseb u ara kemm dawn it-temi kienu fi ħsibijietna meta konna nitkellmu dwar ugwaljanza. Illum, diskussjoni dwar l-ugwaljanza mhix kompluta jekk ma nindirizzahomx. Lura għall-bidla fil-kultura, nista’ ngħid li qed insib ħafna appoġġ għall-ħidma li se nkun qiegħda nwettaq, iżda konvinta li bħal kullimkien fadal xi jsir sabiex dan l-appoġġ jinfirex ma’ kulħadd, u sabiex l-ugwaljanza tkun verament integrata f ’kulma jsir. Kwistjoni ta’ ugwaljanza hija d-differenza fil-pagi bejn nisa u rġiel. Se tagħmlu miri kemm trid tonqos din id-differenza? Il-mira hi dik ta’ paga ndaqs għal xogħol ta’ valur ugwali. Din il-mira ilha snin fit-trattati u fil-liġijiet Ewropej bħalma ilha fil-Kostituzzjoni ta’ Malta. Hu ċar madanakollu li dan mhux biżżejjed. Minħabba f ’hekk l-ewwel inizjattiva leġiżlattiva tiegħi se tkun proprju sabiex nindirizza d-diskrepanza fil-pagi u niżguraw li n-nisa u l-irġiel kollha jirċievu l-paga li ħaqqhom mingħajr diskrepanzi jew diskriminazzjoni.
Fuq nota differenti minn dak li għamilt bħala Ministru f ’Malta fl-aħħar snin liema kisba tibqa’ l-iktar għal qalbek? L-aktar kisba importanti u li konvinta li se tkun dejjiema hija l-fatt li issa l-ugwaljanza daħlet fil-mod li bih jopera l-Gvern. Sħabi fil-Kabinett meta kont Ministru kienu integraw dan ilkunċett fil-mod li kienu joperaw bih. Din hi qabża kruċjali. L-aktar ħidma f ’qalbi se tibqa’ x-xogħol sabiex ikun hemm pakkett ta’ liġijiet għat-twaqqif ta’ Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza u liġi b’saħħitha tal-ugwaljanza. Din kienet l-aħħar biċċa xogħol li ressaqt il-Parlament għall-ewwel qari ftit qabel kont nominata sabiex insir Kummissarju. Permezz ta’ dawn iż-żewġ liġijiet iċ-ċittadini kollha se jkollhom id-drittijiet tagħhom imħarsa, huma min huma, twieldu kif twieldu. Kuntenta ħafna nara lill-kollega Dr Edward Zammit Lewis javvanza dawn iż-żewġ abbozzi u ċerta li ladarba jsiru liġi se jagħmlu qabża kbira għad-drittijiet ta’ kulħadd. Nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lill-Prim Ministru Joseph Muscat għall-fiduċja li wera fija u għall-appoġġ li dejjem tani biex stajna nwettqu u flimkien inġibu l-bidla li ġibna.
12
01.12.2019
kullhadd.com
STUDJU FUQ IL-KRIMINOLOĠIJA F’PAJJIŻNA
Il-bniedem li intervistajt illum mhu ħadd għajr il-Professur William Zammit, li studja u hu l-Kap tad-Dipartiment għall-Istudju talBibljotekonomija u l-Arkivistika fi ħdan il-Fakultà tal-Midja u l-Għarfien tax-Xjenzi fl-Università ta’ Malta. Kif jirrakkonta hu stess, waqt it-tiftix tiegħu, iltaqa’ ma’ suġġett li affaxxinah u spiċċa ppubblika ktieb li għamel furur. Dan jittratta l-kriminoloġija f’Malta bejn l-1600 u l-1798. Minn CHARLES B. SPITERI
Prof, xi nfissru bi kriminoloġija?
dejjem kont interessat f ’dawn l-affarijiet ta’ kriminoloġija?
Bażikament infissru l-istudju tad-delitti, mhux biss qtil, iżda kull ħaġa li tikser il-liġi. Għalhekk it-tip ta’ delitti li jseħħu u l-proċess li jsir min-naħa tal-Istat, għax waħda mill-funzjonijiet talIstat hi li jissalvagwardja s-sigurtà tagħna personali. U allura għandek lill-akkużat fuq naħa u lill-Istat fuq in-naħa l-oħra, li dmiru hu li jara li titwettaq il-ġustizzja.
Le, mhux minn dejjem. Jien il-proprja linja ta’ riċerka tiegħi hi l-istorja tal-komunikazzjoni u tal-istampar, speċjalment fil-kuntest Malti.
Issa int ħriġt il-ktieb Kissing the Gallows. Fih tittratta dan kollu? Iva, l-istudju jittratta dawk iżżewġ aspetti ewlenin. Hemm il-proċess kif dawn iż-żewġ partijiet jintegraw flimkien. Essenzjalment qed nitkellmu fuq dik li nirreferu għaliha bħala r-rule of law, fejn fil-pajjiż ikollok l-ordni u l-liġijiet ikunu osservati. Il-bniedem minn dejjem kien dak li hu. In-natura umana ma nbidlitx u għalhekk dejjem ikun hemm min jipprova jmur oltre mir-regoli li jkun stabbilixxa l-pajjiż li jgħix fih. U għalhekk hemm l-Istat, li jrid jiggarantixxi li dawn l-affarijiet ma jsirux, u meta jsiru, wieħed irid iħallas prezz ta’ dak li jkun wettaq. Naturalment dan l-istudju li għamilt beda minn xi ħaġa li interessatek. X’kienet? U
U meta ngħidu komunikazzjoni, x’nifhmu? Primarjament fl-antik kellek il-komunikazzjoni tad-diskors; għandek il-komunikazzjoni miktuba; manuskritta, jew permezz tal-istampa. L-istampa hi invenzjoni li tmur lura għal nofs is-seklu 15 u għalhekk il-ktieb ilu magħna ’l fuq minn 500 sena. Hemm forma oħra ta’ komunikazzjoni; bħalma huma l-ispettaklu u l-festi, il-Karnival u l-festi tal-irħula. Dawn ukoll huma mezzi ta’ komunikazzjoni, għax xi ħadd qed iwassal messaġġ. Insemmi l-eżempju tal-Karnival fil-passat. Fi żmien il-Kavallieri f ’Malta, kien użat mill-Istat, jiġifieri mill-Gran Mastru, biex juri kemm kien potenti u biex juri kemm kien iħobb lill-poplu – fissens li l-Gran Mastru jipprovdilu d-divertiment, għax kien jinkludi l-kukkanja, iż-żfin, jitqassam l-ikel, eċċ. Dawn huma kollha forom ta’ komunikazzjoni, għax il-komunikazzjoni mhix biss li nitkellmu, jew li noħorġu ktieb. Għandek ukoll it-teatru. Meta tattendi għalih, jista’ jkollok mezz
effettiv ferm ta’ kritika politika jew soċjali. U dawn l-affarijiet ma bdewx illum. Fir-riċerka tiegħi, u jien dħalt iktar fl-istorja tal-istampar – filfatt, għandi pubblikazzjoni ewlenija fuq l-istampar f ’Malta – bdejt niltaqa’ ma’ ħafna materjal li għandu x’jaqsam ma’ delitti li seħħew f ’Malta. Ir-riċerka għamiltha kemm f ’Malta kif ukoll barra u ħafna drabi, riċerkatur irid joqgħod attent, għax fil-proċess tat-tiftix jiltaqa’ ma’ materjal li m’għandux x’jaqsam strettament massuġġett tiegħu. Iżda jkun tagħrif interessanti. U meta dak li jkun isir jaf li dak l-aspett tal-istorja ta’ pajjiżu qatt ma jkun studjat, jieħu l-interess. Jien ġrali l-istess bl-istorja tal-kriminalità f ’Malta. Bdejt insib każ wara l-ieħor. Il-maġġoranza tal-każi fil-pubblikazzjoni tiegħi sibthom f ’Ruma, għax f ’Malta kellna l-Inkwiżizzjoni u l-Inkwiżitur kien ukoll delegat appostoliku, jiġifieri rappreżentant tal-Papa, u għalhekk kellu d-dmir li jżomm
lis-Santa Sede infurmata b’dak li jkun qed iseħħ f ’Malta. Dan m’għandniex għaliex narawh bi kbir, għax anki llum għandna lill-Ambaxxaturi, li qegħdin hemm biex jinfurmaw lill-Gvern tagħhom b’li jkun għaddej f ’pajjiżna. L-Inkwiżitur, li kien speċi ta’ ambaxxatur, kien iżomm lil Ruma infurmata anki b’delitti, ħafna drabi ta’ ċerta portata jew li mhumiex normali. Jiġifieri jirrapporta dwellijiet u każi simili? Anki dwellijiet, għax id-dwell kien kontra l-liġi u għalhekk delitt. Avolja bil-parrini? Le, le. Id-dwell ma setax isir. Iżda ħa ngħidu hekk: f ’Malta, il-maġġoranza kważi assoluta talkażi tad-dwellijiet – u ma kellniex kwantitajiet kbar – kienu jsiru bejn il-Kavallieri, jiġifieri jkollok membri tal-Ordni u jiddwellaw bejniethom.
13
01.12.2019
kullhadd.com
Fil-ktieb Kissing the Gallows għandi każi ta’ dwellijiet. Id-dwell kien projbit u jikser il-liġi. Kavallieri li jinqabdu jiddwellaw kienu jispiċċaw maqfulin f ’xi kastell jew fortizza. Issa l-ktieb tiegħi ikopri bejn issnin 1600 sal-1798, jiġifieri minn 70 sena wara l-wasla tal-Kavallieri f ’Malta. Bdejt insib ħafna każi li anki llum iqabbduk il-bard. Ħafna drabi l-poplu hemm barra jgħidlek: “U fiex wasalna” u “għax qabel ma konniex hekk.” Dan mhu minnu xejn.
Każi gravi ħafna kienu jkunu meta anki jinsteraq is-Sagrament. Kellna serq ta’ kull tip; delitti ta’ natura sesswali, frodi u l-ispettru kollu ta’ kulma bniedem seta’ jagħmel biex jikser il-liġi
Iżda fiex kien jkunu tal-biża’? Fl-intensità u l-vjolenza li fihom kienu jsiru. Bħat-tortura fi żmien l-Inkwiżitur? It-tortura hi aspett wieħed, għax int ikollok l-aspett ta’ x’għamel, jiġifieri d-delitt li wettaq. Ħafna drabi d-delitt innifsu, ikun ta’ ċerta vjolenza. Jien fil-ktieb għandi każi ta’ nies li f ’pajjiżna, litteralment jiġu mqattgħin b’daqqiet ta’ stallett f ’nofs ta’ triq. B’hekk naraw li s-soċjetà antika fostna, kienet vjolenti. Iżda ma naħsbux li dawn l-affarijiet kienu taż-żminijiet mgħoddija biss, għax illum jintużaw mezzi oħra. Iżda rridu niftakru li dak iż-żmien is-soċjetà Maltija ma kinitx biss Maltija, iżda mħallta. Punt importanti dan. Illum kulħadd jaf li f ’Malta għandna soċjetà mħallta ħafna. Għandna influss qawwi ta’ barranin fostna, iżda mhix xi ħaġa li bdiet illum. Fil-perjodu li studjajt jien; żmien l-Ordni, f ’Malta kien hawn soċjetà kożmopolitana kemm trid. Biss biss kien hawn il-mijiet ta’ Kavallieri jgħixu magħna, kellna ħafna barranin fis-servizz tal-Ordni, fosthom Taljani, Franċiżi, Spanjoli, eċċ. Kellna barranin, bħal baħrin, li kienu jiġu hawn biex jaqilgħu l-għajxien tagħhom u kellna wkoll, għax ħafna drabi ma nagħtux kas u ninsew, komunità ta’ eluf ta’ skjavi Misilmin, li kienu fostna b’mod permanenti. U dan qed nitkellmu fuq aktar minn 200 sena fejn f ’Malta kellna komunità ta’ 2,000 ruħ Misilma f ’popolazzjoni ta’ taħt il-100,000. B’hekk il-preżenza barranija fi żmien l-Ordni kienet qawwija u mħallta sew għax kellna l-element tal-Misilmin f ’Malta. Issa l-iskjavi Misilmin ma kinux obbligati jsiru Nsara. Ħadd ma kien jobbligahom jaqilbu twemminhom. Tant, li fi żmien l-Ordni, f ’Malta kien hawn moskea u ċimiterju fil-Marsa, li kien jintuża għall-iskjavi Misilmin li jmutu fostna. Allura x’tip ta’ delitti sibt?
Kien hawn minn kull kwalità. Sibt diversi qtil u numru sew ta’ serq minn knejjes. Każi gravi ħafna kienu jkunu meta anki jinsteraq is-Sagrament. Kellna serq ta’ kull tip; delitti ta’ natura sesswali, frodi u l-ispettru kollu ta’ kulma bniedem seta’ jagħmel biex jikser il-liġi. Jiġifieri int ġbart kollox kronoloġikament? Le, qsamtu fi tliet kategoriji. Hemm id-delitti li twettqu mill-Kavallieri mill-Maltin u mill-barranin li kienu jgħixu f ’Malta, jew aħjar is-soċjetà libera, li ma kinux skjavi. Imbagħad hemm is-sezzjoni tad-delitti li kienu mwettqa mill-iskjavi. X’delitti kienu jagħmlu l-aktar l-iskjavi? L-aktar delitt komuni kien li jippruvaw jaħarbu, biex jiksbu l-libertà. Dan kien meqjus b’delitt. Il-ktieb tiegħi miżgħud b’każi ta’ skjavi li ppruvaw jaħarbu. Ġieli rnexxielhom, għax Malta hi gżira u biex taħrab, bilfors trid tirrikorri għall-baħar. Ħafna drabi, l-iskjavi kienu jisirqu xi dgħajsa jew bastiment żgħir u jippruvaw jaslu l-Afrika ta’ Fuq. Sibt każ fejn kien hemm madwar 50 sa 60 skjav li ppruvaw jaħarbu. Issa fejn ikollok każi ta’ ħarba li ma rnexxietx u l-ħatja jinqabdu jisirqu biss xi qoxra, il-piena tagħhom kienet tkun li jintbagħtu bil-ktajjen fuq ix-xwieni. Bosta drabi l-iskjavi ma kinux jinqatlu, għax kull skjav kellu valur għal sidu. Iżda kien hemm każi fejn fil-proċess tal-ħarba ferew gravament jew qatlu lil xi sajjied biex jeħdulu d-dgħajsa. F’dak il-każ, id-delitt kien ikun doppju: il-ħarba u l-feriment gravi jew qtil. B’hekk, il-piena kienet tkun il-mewt.
joni ma kellhiex il-qorti tagħha, bħalma kellu l-Isqof, għax kellna l-Qorti tal-Kavallieri, il-Kastellanija u l-Qorti tal-Inkwiżitur. U lanqas qed ngħid li l-Qorti tal-Inkwiżitur ma tatx sentenzi tal-mewt u ma użatx it-tortura. Iżda biex nieħdu idea, f ’madwar 250 sena ta’ Inkwiżizzjoni f ’Malta, każi aċċertati fejn tat il-piena tal-mewt, forsi nsibu erbgħa jew ħamsa. U jekk tqabbel mas-sentenzi mogħtija fl-istess żmien mill-Istat, m’hemmx paragun. L-Istat ta mijiet ta’ sentenzi talmewt u l-istess fejn tidħol it-tortura, li kienet parti mill-proċess ġudizzjarju. Għax dak iż-żmien ma kienx hemm forensika, DNA u marki tas-swaba’.
Importanti nfakkru f ’dak li nlissnu llum, li l-Liġi hi ugwali għal kulħadd. Meta tmur għażżmien l-antik, qabel l-Ordni u r-Rivoluzzjoni Franċiża, ilkunċett li l-Liġi kienet l-istess għal kulħadd ma kienx jeżisti. Kienu jemmnu biss f ’ġustizzja retta, iżda mhux l-istess għal L-eżekuzzjoni kienet kulħadd. tgħalliq? Tassew, għax il-Kavallieri Fil-perjodu li qed nitkellmu fuqu ma tantx kienu jingħataw kienet it-tgħalliq. Dan kien isir sentenzi ta’ mewt. eżatt barra l-bieb tal-Belt; bejn Hekk hu, għalkemm insibu każi wieħed u ieħor fejn illum hemm fejn anki l-Kavallieri ngħataw il- il-Monument tal-Gwerra. Kienu mewt, għax ma kinitx xi ħaġa im- jinġabru eluf ta’ nies biex jaraw possibbli li ssir. Iżda l-Kavallier, l-eżekuzzjonijiet. Issa t-tgħalliq kien isir fuq li kien bniedem privileġġjat, ħafna drabi ma kienx ikun ikkastigat il-forka, u fi żmien il-Kavallieri bl-istess mod aħrax bħall-Malti u ma kinitx dik li mdorrijin naraw aktar u aktar l-ilsir. Allura kien illum. Ma kinitx sofistikata. Kien ikun hemm il-lasti u trahawn Qorti għall-Kavallieri. Il-Qorti ta’ Malta, il-Kastellani- versa fl-għoli. Il-vittma jkun lest ja, kienet il-Qorti għall-Maltin. bil-ħabel; ikun hemm sellum fuq Jekk Kavallier qatel jew seraq, naħa tal-forka biex il-bojja jtella’ l-Ordni kellu l-qorti tiegħu li fuqu lill-kriminal u sellum ieħor tiġġudikah u l-penalitajiet kienu in-naħa l-oħra għas-saċerdot, li jvarjaw. U l-aktar li kien ilaqqa- jassisti lill-moribond sal-aħħar u tha kien l-iskjav, għax kien fl-is- ħafna drabi jagħmillu ma’ wiċċu kurċifiss jew paletta tal-injam trata t’isfel nett tas-soċjetà. b’immaġini sagra. Meta jkunu fl-għoli, il-bojja jorbot il-ħabel Tissemma wkoll it-tortura. Dik kienet marbuta biss mal- mat-traversa, idendel lill-kriminal u jaqbiżlu fuq spallejh biex Inkwiżizzjoni? tinqasamlu l-għadma tal-għonq Lanqas xejn. Waħda mir-raġuni- u jmut istantanjament. jiet li ktibt dan il-ktieb hi biex forsi nneħħu l-idea li t-tortura Il-każi kienu jdumu biex kienet marbuta biss mal-Ink- jinqatgħu? wiżizzjoni. Le, forsi ftit ġimgħat l-iżjed. Ilproċess ġudizzjarju ma kienx fih Iżda kif bdiet din l-idea? dawk l-elementi li jħarsu d-dritDin bdiet fis-Seklu 19 meta tijiet tal-akkużat bħalma għadna l-Inkwiżizzjoni kienet spiċċat llum. minn Malta u beda jkollna rumanzieri Maltin li ttrasformaw Sibt li xi mgħallaq baqa’ ħaj? lill-Inkwiżizzjoni f ’xi ħaġa li twaħħax u toqtol lin-nies bl-ad- Fil-ktieb semmejt żewġ każi doċċ. Ħafna minnhom huma in- li jwaħħxu. Darba, il-bojja ma kienx jiflaħ u kien sostitwit b’xi venzjonijiet. M’iniex ngħid li l-Inkwiżizz- ħadd ieħor. Dan ma kellux espe-
rjenza u meta saret il-qabża fuq l-ispallejn, ma qasamx l-għadma tal-għonq tal-kriminali, għax kienu tnejn fl-istess ħin. Damu xi kwarta jew għoxrin minuta biex mietu. Kemm huma importanti dawn l-arkivji talInkwiżizzjoni? Huma ewlenin għal kull aspett tal-istorja soċjali ta’ pajjiżna. Xogħol l-Inkwiżizzjoni kien li tibgħat rapport bil-miktub lis-Santa Sede ta’ dak li kien qed jiġri fil-pajjiż. Kieku ma kinux dawn l-ittri imprezzabbli, ma konna nkunu nafu xejn x’ġara. Kellna wkoll min kien iżomm xi djarju. Fosthom insibu tal-qassis Ignazio Saverio Mifsud, patrijott u bniedem rett, li d-djarji tiegħu jkopru medda ta’ xi għaxar snin u jinsabu fil-Bibljoteka. Huma dettaljatissimi. Jiġifieri jien naf li jekk l-Inkwiżitur jgħid li fit-tali data saret eżekuzzjoni, probabbilment li Mifsud se jitkellem fuqha. U hekk hu. Semmejtli l-Qorti tal-Istat. Dik mhux mill-Ordni wkoll kienet immexxija? Kollox kien immexxi mill-Kavallieri għax Malta kienet tal-Ordni. Biss, ħafna drabi l-Ġudikatura tal-Istat kienet tkun Maltija. Insemmi lill-famuż Imħallef Gulio Cumbo, li bagħat għall-eżekuzzjoni ’l fuq minn 100 ruħ fil-karriera twila tiegħu, għax għex fuq id-90 sena. Hu kien meqjus bħala t-terrur għall-kriminali f ’Malta. Miegħu ħadd ma kien jiċċajta. U nsibu wkoll li f ’numru ta’ każi, wara l-mewt kienet issir il-mutilazzjoni tal-ġisem. Kienu jħobbu jsemmu l-frażi Per terrore del Popolo, biex tiddaħħal il-biża’ fil-poplu. Insibu każ hekk ta’ żagħżugħ Malti, li kellu madwar 20 sena. Hu kien instab ħati li qatel lil martu tqila billi għarraqha filPort u l-katavru tagħha nstab fil-Ponta tal-Isla. Għalhekk ġie akkużat bi qtil doppju. Ingħata s-sentenza tal-mewt u ġie mgħallaq fil-Ponta tal-Isla. Ġismu nqasam f ’erba’ biċċiet u partijiet minnhom kienu esposti masswar għal numru ta’ jiem biex il-poplu jibża’ u joqgħod lura milli jagħmel atti bħal dawk.
14
01.12.2019
kullhadd.com
Proġett li kelli waqt li kont fuq Erasmus rani naqbad letteratura Afro-Amerikana fejn bnejt serje ta’ collages ta’ stampi li sibt online. Imbagħad ġbart kollox, kemm il-letteratura u l-istampi, ġo magazine. Avolja għandi storja twila mal-arti viżiva, ma niddejjaq xejn nissellef minn forom artistiċi oħrajn li jispirawni
MIT-TRADIZZJONAL
L-arti diffiċli tiddefinixxiha kelma b’kelma, iżda huwa dan l-element stess li kulħadd jaqbel fuqu lokali li bħalissa qed jieħu kors tal-Fine Arts ġewwa l-Università ta’ Malta, u għalkemm kiber b x-xogħol li jinvolvi ruħu fih u l-istil tal-arti tiegħu fejn jehmeż u jagħġen it-teknoloġija mat-trad
Fiex tinstab involut bħalissa, kemm akkademikament u artistikament? Min-naħa artistika bħalissa qiegħed ninvolvi ruħi mal-kumpanija Arthaus, speċjalment f ’dak li għandu x’jaqsam mal-produzzjoni li jmiss tagħhom ta’ The Addams Family. Qiegħed ngħinhom kemm fl-irtokk u kemm fid-disinn tas-sett. Qiegħed nagħmel ukoll internship ma’ Te fit-Tazza, fejn qed nassisti lid-disinjatur prinċipali. F’dan il-mument ma tantx għandi proġetti personali fuq xiex naħdem minħabba dawn l-impenji. L-arti għalik, x’tagħmilha arti? Għalija, l-għanijiet ewlenin tal-arti dejjem se jibqgħu l-espressjoni u l-komunikazzjoni. Fil-fehma tiegħi, li jkollok teknika b’saħħitha u li biha tista’ tikkomunika l-messaġġ li trid twassal huma tnejn mill-aktar affarijiet importanti li jista’ jkollok. Sintendi, it-teknika tiġi mill-esperjenza, allura aktar ma tipprattika aktar ikollok kunċett tajjeb ta’ x’qed tagħmel u ta’ kif tista’ timmanipula l-arti skont kif tixtieqha. Però, li jkollok xi ħaġa interessanti x’tgħid naraha importanti daqs it-teknika, jekk mhux aktar. Dan dejjem inżommu f ’moħħna li l-arti mhijiex biss tpenġija u pittura imma tkopri medda sħiħa ta’ forom. Li tkun kapaċi tqanqal ilħsus f ’ħaddieħor għalija hija l-aktar ħaġa fundamentali. Fl-esperjenza tiegħek, x’inhuma wħud mill-midja li esperimentajt bihom l-aktar? Jiena bdejt nistudja l-arti meta kont fil-primarja meta kelli madwar 7-8 snin bil-midja tradizzjonali, ċoè lapes, kuluri u żebgħa. Però, issa li qiegħed nistudja l-arti diġitali, qed nesperimenta ħafna wkoll bil-fotografija u l-manipulazzjoni tar-ritratti permezz tal-applikazzjonijiet. Naħseb li l-isbaħ ħaġa li qed nara sseħħ bħalissa hija meta ngħaqqadhom it-tnejn: xi kultant nib-
da b’xi ħaġa ‘tradizzjonali’, imbagħad inkompli naħdem fuqha diġitalment, u viċiversa meta nibda bil-fotografija u nżidilha xi daqqiet tal-lapes jew pinzell. Kif tavviċinahom b’mod differenti l-fotografija u l-pittura? Dak li għalija huwa aktar tradizzjonali, jiġifieri l-pittura, inqisu proċess itwal. Is-soltu naqbad it-tema jew il-mistoqsija li jkolli, nistħarrġu u nagħmel ir-riċerka dwar is-suġġett. Wara dan ilproċess, li jieħu naqra ħin mhux ħażin iżda li jagħtini idea aktar ċara tad-direzzjoni li nixtieq nieħu, nibda nħares aktar lejn l-aspett viżiv. Bil-fotografija nħoss li l-proċess huwa l-oppost. Xorta waħda jikkonsisti minn proċess ta’ riċerka, fejn inħares lejn stili, angoli u kompożizzjonijiet differenti li nista’ nesperimenta bihom, imma naħseb li fuq kollox huwa wieħed li jeħtieġ inqas dewmien. Infatti s-soltu naqbad il-kamera u nibda nesperimenta b’dak li għandi, u minn hemm jibdew joħorġu l-affarijiet li nkun irrid. Jekk xi affarijiet li jkolli f ’moħħi ma joħorġux fil-ġbid tar-ritratti, dejjem inkun nista’ nipprintja x-xogħol u nilgħab bl-elementi li nista’ nżid b’idejja stess. Kif tħoss li l-arti vizwali hija utli għalik fl-espressjoni personali, speċjalment meta tikkumparaha ma’ forom oħrajn bħall-mużika jew il-letteratura? Kif semmejt, jien minn dejjem kont imrobbi bl-arti viżiva madwari: kbirt magħha, u ilni nrawwem din l-imħabba minn meta kont żgħir. Madanakollu, avolja ma ninqalax wisq fil-kitba, fil-mużika jew fit-teatru, xorta napprezzahom ħafna, tant li ġieli nipprova nislet minnhom xi elementi li nista’ nittraduċi viżwalment. Proġett li kelli waqt li kont fuq Erasmus rani naqbad letteratura Afro-Amerikana fejn bnejt serje ta’ collages ta’ stampi li sibt online. Imbagħad ġbart kollox, kemm il-letteratura u l-istampi, ġo magazine. Avolja għandi storja twila mal-arti viżiva, ma niddejjaq xejn nissellef minn forom artistiċi oħrajn li jispirawni.
X’taħseb li huma wħud mill-akba magħhom bħala artisti?
Personalment, il-ħin huwa wieħed l-arti tikkonsisti minn proċess twil, sħaħ biex jiġi komplut, u apparti r-r dedikat għat-tlestija tal-prodott aħħ dan il-proċess drajtu u sar parti reg ċar li l-ħin għandu impatt qawwi fu Mill-esperjenza ninduna mill-ewwel u liema ma jkunx. Apparti l-ħin, naħseb li l-aspett fin L-għodod kollha, speċjalment me knoloġija u s-software, mhumiex i dawn l-isfidi nsib mod negħlibhom aktar tedjanti għalija hija kif l-arti, lo ta. Naħseb li fejn tidħol il-mużika jk aktar nies, però min-naħa ta’ disinn lura biex napprezzaw it-talent lokali
Taħseb li dan li tgħid jgħodd għa l-arti viżiva kollha?
Mill-esperjenza tiegħi naħseb li l-arti aktar apprezzament. Bil-mod il-mod l-ammont ta’ nies ġodda li deħlin fi naħseb li għadna lura fejn jidħol l-aħħar qed naraw aktar kollabora disinjaturi u kumpaniji. Nieħu l-każ l-abbiltajiet artistiċi tiegħi lid-dinja zzjoni ta’ Te fit-Tazza mal-fotografij l-arti viżiva qed tiġi rikonoxxuta akt X’inhuma xi wħud mill-ispirazzj Jiddependi ħafna mill-midja. Jekk
15
01.12.2019
kullhadd.com
LI GĦAT-TEKNOLOĠIKU
u: kif l-arti mhijiex biss ristretta għal ħaġa waħda u għal definizzjoni singulari. Andrew Inguanez huwa artist emerġenti b’lapes u b’pinzell f’idejh jinstab jimraħ lejn dinjiet artistiċi lil hinn minn dawk tas-soltu. Hawnhekk, Andrew jiddiskuti dizzjonali, kif ukoll jaqsam magħna diversi perspettivi tiegħu dwar id-dinja kreattiva b’mod aktar ġenerali.
ar diffikultajiet li tiltaqa’
mill-akbar sfidi. Kif għedt, li kultant jista’ jdum ġimgħat iċerka trid tqis ukoll il-ħin idħari. Min-naħa l-oħra ngħid li olari minn xogħli. Jidher biċuq il-kwalità tal-prodott finali. l liema jkun xogħol mgħaġġel
nanzjarju huwa wkoll ta’ sfida. eta qed nitkellmu fuq it-terħas. B’mod jew ieħor però, m. Aktar minn hekk, diffikultà okalment, ma tantx hija stmakollok spazju fejn tista’ tolqot n u pittura, għadna daqsxejn i.
aktar lejn artisti viżivi li ħadmu bl-istess stil. Nispira ruħi kemm mit-teknika li jużaw u kemm mis-suġġett u t-tematika li jinvolvi x-xogħol, iżda minħabba t-teżi li qed naħdem fuqha bħalissa qed inħares ħafna lejn ix-xogħol ta’ diversi fotografi differenti. Semmejt li għalkemm tiffoka fuq l-arti viżiva, xorta waħda tispira ruħek minn forom differenti tal-arti. X’inhuma l-affarijiet li jispirawk allura? Biex insemmi pereżempju s-serje ta’ collages li ħdimt fuqhom bħala parti mill-proġett tiegħi, hemmhekk ħadt siltiet differenti ta’ lirika biex noħroġ ix-xogħol kemm jista’ jkun. Meta tiġi għall-mużika però, din aktar insibha utli biex nidħol fiż-żifna u nipprepara ruħi għax-xogħol, saħansitra anki biex nikkalma u naħdem bil-galbu. Min-naħa tal-letteratura, ġejt ispirat minn kittieba bħal Maya Angelou u Toni Morrison, kittieba Afro-Amerikani, li kellhom x’jaqsmu mas-suġġett li kont qed niddiskuti. Nixtieq naħdem aktar ma’ poeti Maltin, speċjalment fuq proġetti li jiddiskutu l-kwistjoni tal-lingwa Maltija.
al ċerti ġeneri biss, jew
X’inhuma xi esperjenzi li tħoss li kienu kruċjali fl-iżvilupp artistiku tiegħek?
i viżiva b’mod ġenerali teħtieġ d qed nimxu, anki meta nqisu fix-xena, tinnota. Għalkemm apprezzament ġenwin, dan azzjonijiet bejn, pereżempju, ż tiegħi stess, fejn qed nislef a tat-teatru, jew il-kollaboraja ta’ Malta Doors. Naħseb li tar. onijiet fix-xogħol tiegħek?
Biex inkun onest, nemmen li l-kors li qed insegwi hawnhekk l-Università fetaħli l-bibien għal dinja artistika kompletament ġdida, għaliex kienet l-ewwel darba li qatt bdejt nesperimenta b’arti diġitali u mezzi aktar teknoloġiċi. Appartli li wittiet it-triq għal direzzjoni artistika differenti, bl-istess mod kienet opportunità ġdida fejn stajt nagħġen it-tradizzjonali mal-ġdid. L-internship li għandi wkoll qed jgħinni ħafna. Bdejt nitgħallem aktar dwar id-dinja tax-xogħol tal-arti, kemm għaliex għenitni nrawwem teknika aħjar u kemm għaliex esponietni aktar għall-industrija artistika lokali. L-istess nista’ ngħid għat-teatru, li barra mill-opportunità ġdida tani apprezzament ġdid lejn id-dinja tat-teatru.
qed nuża midja tradizzjonali mela ndur
Diġà missejna magħha, iżda f ’xogħol artistiku xi tqis li huwa aktar importanti: il-messaġġ jew it-teknika?
Kitba ta’ KURT GABRIEL MELI
Fl-aħħar mill-aħħar ikolli ngħid li t-tnejn. L-estetika tal-arti, hijiex viżiva jew oltre, trid tkun kompluta u sħiħa. Trid tagħmel sens għal min qed jaraha, u għalhekk, warajha jrid ikun hemm ċertu ħsieb ta’ sugu li jiġi rifless f ’dak li tikkonsma. Jekk nibqgħu fuq l-arti viżiva, nafu biċ-ċar kif l-ewwel li tiekol hija l-għajn, allura naħseb li minn dak il-lat it-teknika hija importantissima. Però ovvjament, li jkollok messaġġ wara dak li qed tagħmel jagħti sens ta’ profondità: mhux biss toħloq xogħol biex titħarreġ, imma biex tesprimi ruħek jew tikkummenta. Taħseb li l-arti tista’ teżisti mingħajr messaġġ? Fil-fehma tiegħi t-teknika u l-messaġġ imorru flimkien mija fil-mija, u ma nħossx li tista’ tisseparahom. Il-messaġġ jista’ jkun wieħed minimu iżda effettiv daqs l-aktar xogħol mirqum. Anki jekk wieħed jirrekordja lilu nnifsu u jtellgħu online, hemmhekk ukoll naraw komunikazzjoni bejn l-udjenza u l-artist. Biex tikkomunika xi ħaġa, bilfors trid toħloq xi ħaġa. Hemm xi proġetti li tixtieq tesegwixxi fil-futur qrib li għandek f ’moħħok? Nixtieq nerġa’ naqbad il-pittura, li minħabba n-natura tal-kors m’għandix wisq ħin għaliha. Minn dak il-lat nixtieq nesperimenta bit-teknika fejn toħloq inka minn ħwejjeġ naturali bħal petali u weraq: hekk inħoss ukoll li nkun qed ngħaqqad ix-xjenza mal-arti. Wara li niggradwa nixtieq nieħu nqatta’ sena libera biex naħdem fuq proġetti li verament nixtieq naħdem fuqhom, mhux biss proġetti li niġi mitlub inlesti. Fil-futur għandi l-ħsieb li nkompli ngħaqqad il-letteratura mal-arti viżiva biex nara x’jista’ joħroġ minnhom. Kif semmejt, nixtieq nikkollabora ma’ poeti Maltin sabiex noħolqu proġett komplut u siewi. Għandi ħafna kollaborazzjonijiet f ’moħħi, kemm ma’ kittieba, kemm ma’ mudelli, u l-bqija. Kulħadd għandu xi ħaġa li jista’ joffri, u meta ngħaqqad dan kollu flimkien naħseb li l-prodott aħħari jkun wieħed interessanti.
16
01.12.2019
kullhadd.com
SENA OĦRA TA’ ĦIDMA GĦALL-ĠID KOMUNI
Ian Borg Ministru
Minn Jannar sa Diċembru, jekk xemx u jekk xita, il-ħidma talGvern għall-ġid komuni tibqa’ ma taqtax. Huwa fuq kollox iddmir ewlieni tagħna li niżguraw li ta’ kuljum inwettqu ħidma favur pajjiż li aktar ma jmur aktar qiegħed jara titjib, biex fl-aħħar il-komunitajiet tagħna qed igawdu minn kwalità ta’ ħajja kif jixirqilhom u s-serħan tal-moħħ li se jħallu pajjiż aħjar għall-ġenerazzjonijiet futuri. Għalhekk ta’ kuljum naraw tibdil u moviment fit-toroq tagħna, proġetti li jvarjaw minn interven-
ti żgħar sa oħrajn fuq skala nazzjonali, mill-iqsar triq residenzjali sal-proġett maġġuri tal-Marsa Junction b’investiment ta’ €70 miljun, għax nemmnu li l-uniku mod kif nistgħu niżguraw li kulħadd igawdi mis-suċċess huwa li niżguraw li nkunu qed inwettqu ħidma li tilħaq lil kulħadd. Għalhekk, minbarra dawn l-interventi u oħrajn bħal dak li għadu kif beda fil-junction bejn High Ridge u Pembroke, qed naraw ukoll impenn sħiħ favur mezzi alternattivi tat-trasport. Qed nitkellem fuq id-diversi faċilitajiet li introduċejna fin-network tat-toroq tagħna matul din is-sena – it-trakka segregata għall-mixi u għaċ-ċikliżmu f ’Taċ-Ċawsli, bankina ġdida fitTriq tal-Balal, u l-korsiji segregati għaċ-ċiklisti fi Triq Buqana fost oħrajn. U l-ħidma f ’dan l-aspett għadha għaddejja wkoll. Bħalissa għaddej ix-xogħol favur l-implimentazzjoni ta’ pont pedonali u għaċ-ċiklisti fi Vjal l-Avjazzjoni fil-Gudja, filwaqt li għaddejja l-manifattura biex jinbena ieħor
simili fi Triq San Ġorġ Preca fil-Blata l-Bajda. Mhumiex se jkunu l-uniċi pontijiet ta’ dan ittip f ’pajjiżna. Bħalissa b’kollox għandna pjanijiet għal disa’ minn dawn il-faċilitajiet għal mezzi alternattivi, u qed inħarsu ’l quddiem biex naraw aktar u aktar inklużjoni ta’ dan it-tip fin-network tat-toroq tagħna. Fuq kollox, għaddejja wkoll ħidma sfiqa fis-settur tat-trasport, li tvarja minn inizjattivi favur aktar sigurtà fit-toroq u mġiba aktar responsabbli għal inċentivi finanzjarji biex in-nies jinvestu f ’mezzi tat-trasport privati iżgħar u aktar sostenibbli għal trasport pubbliku b’xejn li ġie mogħti liż-żgħażagħ kollha minn 14 sa 20 sena u lill-istudenti kollha full-time minn 21 sena ’l fuq, u li issa se jiġi estiż ukoll għall-persuni b’diżabilità u għall-anzjani minn 75 sena ’l fuq. Dan apparti s-suċċessi li qed naraw ta’ kuljum fis-settur marittimu u tal-avjazzjoni, fejn mhux talli għandna reġistru b’saħħtu f ’kull settur iżda talli aktar ma jmur aktar qed naraw investi-
menti anke mill-industrija privata u interess minn investituri barranin li qed ikomplu jsostnu l-ġid li qed irendu dawn iż-żewġ setturi. U l-ħidma tagħna tifrex aktar fil-wisa’ minn hekk. Qed inħarsu lejn l-ispazji miftuħa, b’varjetà ta’ inizjattivi fuq skali żgħar u lokali u oħrajn fuq skali kemxejn akbar. M’aħniex qed nieqfu mal-inizjattivi li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi jwettaq ta’ kuljum fuq ġonna u faċilitajiet pubbliċi fl-ibliet u fl-irħula tagħna, interventi li wkoll għandhom l-importanza tagħhom. Imma qed nimirħu aktar fil-wisa’ u impenjati li nwasslu lill-Maltin u l-Għawdxin l-akbar proġett ħadrani ta’ żminijietna – il-Malta National Park li se jagħti pulmun ġdid liċ-ċentru ta’ Malta, li se jirriġenera parti mill-pajjiż li tara ħafna u ħafna nies speċjalment f ’dawn ix-xhur xitwin, u se naraw li nagħtu lin-nies faċilità ta’ park nazzjonali bħalma naraw barra minn pajjiżna, b’faċilitajiet u esperjenzi ġodda, għax nemmnu li l-kwalità tal-ħajja tiddependi fuq
dan ukoll. Pajjiżna llum qiegħed igawdi minn ġid li kien biss joħlom bih sa ftit snin ilu. Sabna lesti u impenjati li naffaċċjaw din il-leġiżlatura b’ħidma li ma taqtax, ħidma għan-nies u bl-għan aħħari talġid komuni, u se nkomplu nirsistu biex is-suċċess ta’ pajjiżna verament jintlaħaq minn kull wieħed u waħda minna, kull persuna li jgħix jew tgħix f ’dan il-pajjiż, għax din hija l-ħolma tagħna għal Malta.
Qed inħarsu lejn l-ispazji miftuħa, b’varjetà ta’ inizjattivi fuq skali żgħar u lokali u oħrajn fuq skali kemxejn akbar
17
kullhadd.com
ĦSIEB PROGRESSIV Josè Herrera Ministru
Wieħed mill-elementi ewlenin li sa minn dejjem sawru lil dan l-partit kien il-ħsieb progressiv. Ħsieb li huwa mibni fuq it-titjib tas-soċjetà tagħna f ’oqsma differenti, liema titjib huwa intiż li jiġi mkejjel mill-progress tal-familji u tas-soċjetajiet tagħna b’mod kollettiv.
Illum il-Partit Laburista li aħna lkoll nemmnu fil-prinċipji tiegħu, jinsab f ’punt ta’ tiġdid. Mument fl-istorja tagħna li rridu nuru li m’aħniex suldati tal-bnazzi imma lesti naffrontaw il-maltemp magħqudin bħala forza waħda. Sa mill-2013 bit-tmexxija ta’ Joseph Muscat bħala mexxej ta’ dan il-partit, il-poplu tana l-fiduċja b’mandat b’saħħtu wieħed wara l-ieħor. Irridu nkomplu l-kumplament tal-mandat, f ’dan il-mument quddiemna għandha għażla, jew naqtgħu qalbna jew inkella nkomplu naħdmu u niggarantixxu futur aħjar għal dan il-pajjiż. Nistgħu f ’mumenti partikolari nagħżlu li nitħawdu jew nieqfu niffukaw biss fuq l-aspett nostalġiku. Dan huwa mument li nħarsu ’l quddiem, nieħdu d-deċiżjonijiet u nimxu. Irridu nkunu progressivi
u nemmnu li għada iva ser ikun aħjar. Proprju sena qabel ma effettivament il-Partit Laburista jiċċelebra għeluq il-100 sena mit-twaqqif tiegħu rridu nsaħħu lilna nfusna billi nieħdu l-opportunità li nbiddlu fejn dawn l-aħħar snin ħadna “for granted”, fejn ma tajniex biżżejjed każ, jew ma smajniex biżżejjed individwi li l-għajta tagħħom ma kinetx daqstant kbira. Matul dawn il-100 sena tal-istorja glorjuża tal-partit għaddejna min episodji differenti. Episodji li xħin tgħaqqadhom flimkien toħloq sors ta’ enerġija b’saħħitha. Il-poplu fl-2013 mhux biss ried bidla kożmetika. Tul il-mandat li għandna u mandati oħra li poplu għad irid jagħtina l-fiduċja, irridu naraw li jiddomina s-sens ta’ ġustizzja.
L-istess ġustizzja li sħaqna matul is-snin irridu nkunu aħna stess li naraw li titwettaq. Fuq kollox bħala Gvern irridu matul iż-żmien li ġej inkomplu l-ħidma l-kbira bla preċedent fit-tkabbir tax-xogħol, l-ekonomija, l-investiment fis-saħħa, ambjent u edukazzjoni. Biex naslu għal dan irridu akkost ta’ kollox niksbu l-fiduċja. Il-fiduċja hija element importanti li rridu nerġgħu niksbu u filwaqt li nagħrfu li għandna l-mandatt b’saħħtu tal-poplu irridu nassiguraw li għandna warajna wkoll il-qalb tal-poplu, il-ħeġġa tal-poplu. Irridu nifhmu li hija din il-fiduċja li terġa’ twassal għall-istabilità tal-pajjiż u b’hekk nerġgħu naraw it-tkabbir ikompli jseħħ b’mod sostenibbli u relevanti. Għaldaqstant, irridu f ’nofs din il-leġiżlatura mhux nieqfu minħab-
01.12.2019
ba ċ-ċirkostanzi imma nirriflettu, nissaħħu u nkomplu naħdmu fil-futur b’saħħa akbar. Ejjew flimkien magħqudin bħal aħwa nħarsu ’l quddiem u nibdew kapitlu ġdid. Ejjew inkunu aħna li nkomplu niktbu l-paġni tal-istorja ta’ dan il-partit b’mumenti oħra glorjużi li jfissru ġid u prosperità għall-familji Maltin u Għawdxin.
Mument fl-istorja tagħna li rridu nuru li m’aħniex suldati tal-bnazzi imma lesti naffrontaw il-maltemp magħqudin bħala forza waħda
ĠRANET DELIKATI U TA’ KAWTELA
Catherine Fenech Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL
L-Istatut tal-Partit Laburista f ’Kap II, vers 7 jiddikjara li: “L-PL jemmen f ’demokrazija sħiħa u fit-tisħiħ tal-komunitajiet bħala mezz għall-progress fis-soċjetà.’’ Abraham Lincoln jgħid li: “Id-demokrazija hija l-gvern tal-poplu, magħmul mill-poplu u għall-poplu.’’ Id-demokrazjija mhix biss eżerċizzju ta’ kif tapponta gvern li jmexxi l-pajjiż għal tul tas-snin, però tinkludi wkoll is-saħħa tal-liġijiet, is-saħħa tal-minoranzi, l-awtoritajiet, l-istituzzjonijiet, pressure groups, trade unjins u NGOs li jżommu checks and balances fuq l-Eżekuttiv u l-Leġiżlattiv u wkoll il-forza taż-żamma tal-ordni, li kollox flimkien jifformolaw dik l-imsejħa rule of law u fejn il-poter ikun maqsum u mhux imponut minn forza waħdanija u jaraw li l-liġijiet u d-drittijiet partikolarment id-drittijiet fundamentali tal-bniedem ikunu mħarsa u mħaddma.
Għalfejn qed ngħid dan kollu? Għaliex f ’pajjiżna din is-sistema governattiva taħdem u taħdem bis-sħiħ. Uħud iħossu li hu dritt divin li d-demokrazija tapplika meta fil-pilastru tal-Eżekuttiv ikun hemm huma. Imma mhux il-każ għaliex flaħħar mill-aħħar id-demokrazija tiġi mħaddma mill-poplu. Forsi din l-attitudni kienet taħdem meta l-poplu kien għadu inqas edukat milli hu llum u stajt tbeżżgħu u tbellagħlu r-ross bil-labra. Franklin Roosevelt jgħid li: “Id-demokrazija ma tistax tirnexxi jekk dawk li jesprimu l-għażla tagħhom ma jkunux preparati biex jagħmlu dan b’għarfien. Il-vera tarka għad-demokrazija hija allura l-edukazzjoni.’’ Kien Gvern Laburista wara l-gwerra li ħalef li jeqred l-illitteriżmu u l-injorananza billi introduċa l-edukazzjoni obbligatorja għat-tfal kollha. Din hija xhieda ħajja li l-adulti tal-lum huma mgħarrfa aktar u jagħmlu l-għażliet tagħhom mhux frott li jbellgħalhom ħaddieħor u frott il-beżgħat li kien jiżrgħalhom f ’moħħom ħaddieħor imma issa jafu jgħarblu u jafu jgħoddu sal-mija. Il-poplu għażel lil Gvern Laburista b’saħħa ta’ maġġoranza bla preċedent sabiex imexxi dan il-pajjiż tul din il-leġiżlatura kollha. Għamel dan b’konvinzjoni akbar mill-2013. U dan għaliex? Għax għaraf u kellu prova tal-ġid kbir li qed joħloq
dan il-Gvern u s-serjetà ta’ kif imexxi u jqassam dan il-ġid maħluq. Din is-sitwazzjoni ta’ sħaba sewda li għaddej minnha pajjiżna għandha tkun ta’ tagħlima għal kullħadd. M’għandniex nafdaw iżżejjed u fuq kollox ħadd mhu akbar mill-partit u wisq iktar mill-pajjiż. U dak li qed jagħmel bla preċedent il-Prim Ministru Joseph Muscat fejn bil-kalma qed iżomm mal-wegħda li għamel rigward it-tfittxija għall-ġustizzja wara l-assassinju ta’ Daphne Caruna Galizia. Qalilna li mhu se jħares lejn wiċċ ħadd u mhu se jħalli l-ebda ġebla mhux imqallba sabiex jissolva l-każ. Bir-rieda tiegħu u tal-kumplament talGvern ittieħdu inizjattivi bla preċedent fejn intalbet l-għajnuna tal-Europol sabiex dan il-każ jinġieb għall-ġustizzja. Kien hawn qtil brutali oħrajn li għadhom fl-ombra u l-poplu u l-familjari għadhom jistennew ġustizzja allavolja kien hawn individwu li laħaq Prim Ministru bl-għajta li se jikxef min għamel id-delitti ta’ Karen Grech u Raymond Caruana. Nittewbu għadna. Fi żmien fejn il-midja tfajjar stejjer bl-addoċċ u tikkwota sorsi li mhux identifikati u forsi b’aġenda politika fuq wara ta’ moħħhom, fi sfond fejn qed isiru protesti pjuttost vjolenti, nappella għall-kalma u għall-perseveranza. Id-dritt ta’ protesta huwa sagrosant imma
li tweġġa’ lil ħaddieħor u aktar minn hekk titfa’ lil kulħadd f ’keffa waħda mhux ġust u mhux uman. Jingħad x’jingħad għandna prova li l-istituzzjonijiet qegħdin tassew jaħdmu u jagħmlu xogħolhom. Ċerti oqsma mis-soċjetà ta’ pajjiżna ma tikkuntentahom qatt. Dawn bħal ħafna kienu jiddubitaw li qatt mhu se jkun hemm żviluppi fuq dan il-każ. Issa għax l-investigazzjoni qed timxi jridu jiddettaw kif issir huma. Filli jgħidu li l-Prim Ministru rieqed fuq il-każ u ma jridx jitkellem, filli xlewh li qed jindaħal fl-investigazzjoni u m’għandux jagħti briefings fuq il-każ. Filli jridu l-każ li jingħalaq illum qabel għada u jingħataw fuq platt l-irjus li jidhrilhom huma u filli jistaqsu għalfejn il-każ se jingħalaq fi ftit ġranet biss. Ma tistax tifhem. U għalhekk irid ikun hawn kawtela u toqgħod attent x’temmen x’ħiereġ fuq il-midja. Irridu nistennew għax biex tagħraf tagħmel ġustizzja mhux lok għall-għaġla u wisq anqas lok għad-diċeriji imma lok għall-kalma, kawtela u verità tal-fatti minn sorsi li l-identità tagħhom tkun ikkonfermata. Bħala Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista flimkien ma’ sħabi fl-istess Eżekuttiv iddikjarajna fiduċja unanima u sħiħa fil-Prim Ministru li jien konvinta li mhu se jħares lejn wiċċ ħadd. Il-fatt li impenja ruħu serjament sabiex dan il-
qtil jiġi solvut huwa diġà xhieda ta’ dan. L-ebda Prim Minstru qablu ma rnexxielu jasal sa fejn wasal Joseph Muscat minkejja l-paroli li bellgħu lill-poplu dak iż-żmien. Madanakollu, nemmen li lkoll għandna nammettu b’umiltà u nitgħallmu mill-iżbalji, li nagħrfu niġġeddu fil-konkret u aktar minn hekk inkunu lesti nikkundannaw ilħażin li għamlilna ħafna ħsara u nħaddnu tassew l-idejali soċjal-demokratiċi li jsawruna u li ħaddanna ħafna minna minn ġuf ommna, u nibqgħu kburin li aħna nifformaw parti mill-Partit Laburista.
Fi żmien fejn il-midja tfajjar stejjer bl-addoċċ u tikkwota sorsi li mhux identifikati u forsi b’aġenda politika fuq wara ta’ moħħhom, fi sfond fejn qed isiru protesti pjuttost vjolenti, nappella għall-kalma u l-perseveranza
18
01.12.2019
kullhadd.com
KURAĠĠ U GĦAQDA
Mid-Djarju ta’
Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 21 ta’ Novembru kontra Joseph Muscat għax qiegħed jagħti tagħrif dwar Ikolli ngħid li sieħbi tal-Ista- l-investigazzjonijiet li qegħmperija mhux jifhem dak li din isiru b’rabta mal-qtil qiegħed jgħid il-Kap tagħna ta’ Daphne Caruana GalAdrian Delia dwar il-leġittim- izia, u fl-istess ħin irriduh ità u t-tenebilità tal-Gvern ta’ jiġi fil-Parlament u jwieġeb kollha Joseph Muscat. Skont sieħbi għall-mistoqsijiet tal-Istamperija dan bl-ebda tad-Deputati tagħna. Qegħmod ma jfisser li jista’ jaqa’ din neħduha kontra Joseph l-Gvern u ssir elezzjoni ġen- Muscat għax qiegħed iwieġeb tal-ġurerali llum qabel għada. Imma għall-mistoqsijiet allura, ngħid jien, għalfejn nalisti, imbagħad jekk ma il-Kap Adrian Delia qiegħed jweġibx, ngħidu li qiegħed jirrepeti li l-Gvern mhux jaħrab. Taħwid li ma nistax leġittimu u li l-pożizzjoni ta’ nifhmu, imma l-importanti Joseph Muscat mhix tenibb- mhux li nifhem jien. L-imli? Xi skop f ’moħħu bilfors portanti huwa li lil Joseph li għandu. Insomma, jista’ Muscat nagħtuh hard time, jkun li qiegħed jirrepeti dan kif jgħidu l-Ingliżi. għax hekk qegħdin jgħidu wkoll Simon Busuttil u l-bel- Il-Ħadd, 24 ta’ Novembru la kumpanija. Li kieku dan iwassal biex xi darba nerġgħu Isa tgħid xejn, fl-aħħar sibnkunu magħqudin wara Kap na mod kif ningħaqdu. Jew wieħed, ma jimpurtax, imma aħjar ngħid li l-Kap tagħna Adrian Delia ġietu idea d-dubji tiegħi huma kbar. tassew sublimi fit-tentattiv Il-Ġimgħa, 22 ta’ Novembru tiegħu biex Simon Busuttil u l-bella kumpanija ma Dawn il-protesti, minkejja li jibqgħux jagħtuh il-gambetti. qiegħed nattendihom kon- Qalilhom ċar u tond illum li tra qalbi, qegħdin ifakkruni għandhom jinsew dak li jiffil-ġlieda qaddisa li kien ridna għax pajjiżna qiegħed għamel il-kbir Eddie wara isejħilna. Naħseb li dan l-elezzjoni tal-1981. Kemm kien l-iskop ukoll tal-ftaħir konna noħorġu nipprotest- li faħħar lil Simon Busuttil, aw! X’diskori kienu jagħmlu għalkemm ikolli nammetEddie l-kbir u l-mibki Guido ti li qabeż ftit il-linja wara Demarco! Jien u ħafna minn daż-żmien kollu jsib il-bsasħabi, dak iż-żmien konna ten fir-roti. U jkolli ngħid li nittamaw minn gimgħa għall- se jċedilu aktar u se nibdew oħra li l-Gvern, dak iż-żmien norganizzaw il-protesti aħna ta’ Dom Mintoff, kien wasal wkoll, biex ma jibqgħux jieħbiex jaqa’. Eventwalment du l-mertu ta’ Manuel Delia. kellna nistennew sa tmiem Nispera li ma nagħmlux xi il-leġiżlatura biex saret l-elez- Mass Meeting fuq il-Fosos zjoni, imma tal-inqas konna għax wisq nibża’ li naqgħu rbaħnieha. Konna rbaħnieha għaċ-ċajt. għax konna magħqudin. Illum mod ieħor, man! Anke It-Tnejn, 25 ta’ Novembru l-istess protesti qegħdin ikomplu jikxfu kemm aħna Ara veru ma jafux jistħu dawk li qegħdin jappoġġjaw mifrudin. lil Manuel (mhux Adrian) Is-Sibt, 23 ta’ Novembru Delia li għandu wkoll l-appoġġ ta’ Simon Busuttil, DaDan x’taħwid hu, man! L-ew- vid Casa, Jason Azzopardi u wel tlaqna ’l barra mill-Parla- l-bella kumpanija. Minflok ment, u llum tlabna li l-Par- jieħdu gost li l-Kap tagħna lament jiltaqa’ b’urġenża! Adrian (mhux Manuel) DeMhux biss, qegħdin neħduha lia qiegħed jappoġġjahom
u saħanistra jħeġġeġ lilna n-Nazzjonalisti biex nattendu għall-protesti li qegħdin jorganizzaw huma, bdew jibbujjaw lill-Kap tagħna. Mhux sew, hux veru! Mil-lum ’il quddiem, jgħidulna x’jgħidulna l-Kap Adrian Delia u Clyde Puli mhux se mmur iżjed għal dawn il-protesti għax ma niflaħx l-ipokresija ta’ min jorganizzahom. It-Tlieta, 26 ta’ Novembru Le, le. Illum żammejtha kelmti u ma ersaqtx lejn il-Belt għall-protesta organizzata minn dawk li qegħdin jagħmlu l-bsaten fir-roti lill-Kap tagħna Adrian (mhux Manuel) Delia. Ippreferejt li noqgħod iddar insegwi dak kollu li kien qiegħed jiġri matul il-ġurnata. L-istazzjon tagħna ma qata’ xejn. Ġabulna lill-Kap, ġabulna lis-Segretarju Ġenerali, u ma nafx kemm opinjonisti jgħidulna l-istess ħaġa li Joseph Muscat għandu jirriżenja, imma ma nafx kemm se jisma’ minnhom! Li kien jaħasra jsejjaħ elezzjoni issa, għax bħalissa żgur li niġru bihom. Insomma hekk kont ħsibt sentejn u nofs ilu, u spiċċajna ħadna l-akbar tkaxira! L-Erbgħa, 27 ta’ Novembru Ma tatinix tort li filli nagħmel kuraġġ ta’ sur, u filli nibda naqta’ qalbi. Fraħt fuq li fraħt meta smajt li konna se nagħmlu protesta nazzjonali nhar ilĦadd li ġej. Dlonk moħħi mar fuq il-protesti kbar li kien jorganizza l-partit darba glorjuż tagħna fi żmien Eddie l-kbir. Imma mbagħad sewwidt qalbi meta smajt li ħassarna kollox. Sewwidt qalbi mhux għax ħassarna l-protesta, imma għax dlonk moħħi mar fuq l-inkwiet li għandna. Ċempilt lil sieħbi tal-Istamperija li qalli li ta’ Simon għamluha ċara li huma ma kinux se jattendu u li l-Kap Adrian Delia reġa’ ċedielhom biex mingħalih l-inkwiet ma jkomplix joħroġ fil-beraħ. Ma nistgħux nieħdu ruħ, man!
Alex Agius Saliba Membru Parlamentari Ewropew
Għaqda u kuraġġ... dawn huma ż-żewġ kwalitajiet illi bħalissa kemm bħala Maltin iżda wkoll bħala attivisti fi ħdan il-Partit Laburista għandna nżommu f ’moħħna u f ’qalbna. Żewġ kwalitajiet illi f ’mument bħal dan huma ferm bżonjużi sabiex dak illi rnexxielna niksbu bħala pajjiż u partit ma nħalluhx jintilef għalkollox. Kuraġġ Il-kuraġġ illi nagħrfu fejn żbaljajna. Il-kuraġġ illi ma nħallux il-problemi taħt it-tapit, iżda nagħrfu li naffaċċjawhom u naraw illi dawn l-isfidi illi llum għandna quddiemna negħlbuhom billi nħaddnu l-verità. Inutli li llum noqogħdu nippuntaw is-swaba’, inutli illi llum nħarsu banda oħra, illum irridu naffaċċjaw ir-realtà u niskużaw ruħna għall-iżbalji li dawk illi kienu maġenbna matul is-snin illi għaddew setgħu għamlu fil-passat. Imma mhux niskużaw ruħna biss, irridu naċċertaw ruħna illi dawk l-istess żbalji li tefgħu dell fuqna lkoll ma jerġgħux jirrepetu ruħhom. Għamilna wisq ġid sabiex inħallu li jintilef kollox. Il-programm elettorali li bih fdana l-poplu Malti u Għawdxi rridu nkomplu nimplimentawh sal-aħħar kelma. Dan huwa dmir tagħna lkoll, dmir illi nkomplu niggvernaw, dmir illi nkomplu nħaddnu l-politika nadifa u onesta, politika illi għaliha twaqqaf il-Partit Laburista 100 sena ilu. L-iżbalji tal-ftit ma jistgħu qatt ikissru l-mixja li bdejna flimkien sabiex nibdlu wiċċ pajjiżna, mixja sabiex ngħinu liż-żgħir u lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna. Il-kuraġġ illi noħorġu minn din il-maltempata aktar b’saħħitna milli konna dħalna fiha. Il-kuraġġ illi niddeċiedu. Niddeċiedu illi nieħdu deċiżjonijiet illi forsi anke jweġġgħuna jew narawhom ftit goffi bħalissa. Deċiżjonijiet,
illi però għada pitgħada wliedna jgħidu, iva missirijietna kienu kuraġġużi li f ’dak il-mument daqstant diffiċli għażlu li jiddeċiedu. Dan ikun il-punt illi jiddistingwina minn ħaddieħor, jiddistingwina minn Gvernijiet Nazzjonalisti li tant ħallew problemi jakkumulaw taħt it-tapit illi spiċċaw tgerrbu fuq l-istess tapit illi kienu ilhom tant snin komdi fuqu. L-Għaqda L-għaqda li sal-lum tiddistingwina minn ħaddieħor. L-għaqda illi tant ftaħarna u għadna niftaħru biha. Inħarsu biss ftit ’il bogħod minna u naraw is-sitwazzjoni miskina li l-Partit Nazzjonalista ilu tant imwaħħal fiha. Ma nistgħu qatt naċċetaw illi nispiċċaw f ’dik is-sitwazzjoni, jekk nagħżlu dik it-triq inkunu qed niddestinaw lill-Partrit tagħna sabiex fil-futur qrib jerġa’ jidħol f ’oppożizzjoni twila – u magħna jbatu dawk illi l-unika vuċi li qatt jista’ jkollhom tibqa’ Gvern Laburista! Dan mhuwiex il-mument illi nilbsu l-għamad u nibnu l-fortizzi madwarna sabiex inħossuna protetti. Dan huwa l-mument illi b’sens ta’ solidarjetà nħaddnu lil xulxin, nirrabjaw għal dak illi ġara u naċċettaw ir-rabja illi kull wieħed u waħda minna, b’mod mill-aktar ġenwin għandu kull dritt illi jesprimi. Mhuwiex il-mument illi noqogħdu nippuntaw is-swaba’, mhuwiex il-mument illi nerġgħu nibdew inlibbsu t-tiketti lil xulxin – il-legat ta’ moviment ta’ għaqda nazzjonali li rregalalna Joseph Muscat għandna nkomplu ngħożżuh ma qalbna f ’kull kelma li nlissnu. Nifhem ir-rabja, nifhem id-delużjoni ta’ ħafna, nifhem dan kollu għaliex f ’qalbi għandi l-istess sentimenti. Però l-agħar ħaġa li nistgħu nagħmlu f ’dan il-mument daqstant diffiċli hija li nħallu r-rabja tagħna toħloq ix-xquq bejnietna. Jien irrid u nixtieq illi l-kuraġġ u l-għaqda illi welled fina Joseph Muscat sa mill-2008 jibqgħu l-valuri illi jiddistingwuna minn ħaddieħor. Jibqgħu l-valuri li jgħinuna nimxu lejn il-verità. Jibqgħu l-valuri li jkomplu jagħmlu minn pajjiżna, pajjiż b’saħħtu, b’saħħtu ekonomikament, b’saħħtu soċjalment, b’saħħtu anka fil-valur tal-korrettezza politika. Jien lest sabiex dawn il-valuri nkompli nagħti l-enerġija tiegħi kollha sabiex jibqgħu fuq nett tal-aġenda tal-Partit Laburista.
19
01.12.2019
kullhadd.com
ĠUSTIZZJA Editorjal
Illum huwa kkonfermat li s-Saltna tad-Dritt f’Malta hija waħda li taħdem u l-ġustizzja f’Malta ma tħares lejn wiċċ ħadd
Din il-ġimgħa kellna żviluppi importanti ħafna fil-każ talqtil ta’ Daphne Caruana Galizia hekk kif ingħatat Maħfra Presidenzjali għal persuna li lesta tixhed u tagħti l-provi fil-konfront ta’ persuna oħra li tinsab taħt arrest. Bla dubju l-qtil tat-tkexkix ta’ Caruana Galizia u allura d-dettalji li bdew ħerġin matul il-ġimgħa qajmu furur u rabja fost in-nies. Però llum nistgħu nibdew nagħmlu ċerti riflessjonijiet. Sentejn ilu, meta seħħ il-qtil ta’ Caruana Galizia, il-Prim Ministru kien qal sa mill-bidu li se jagħmel ħiltu kollha biex dan il-każ jissolva. Niftakru li mill-ewwel kienu ddaħħlu l-FBI u l-Europol fl-investigazzjonijiet u saħansitra fl-ewwel 50 jum inqabdu dawk li allegatament wettqu d-delitt permezz tal-bomba. L-investigazzjonijiet ma waqfux dakinhar u daħlu f ’fażi oħra. Pajjiżna qatt
ma ra investigazzjoni metikoluża ta’ dan it-tip u saħansitra kien hemm investigaturi jaħdmu fuq dan il-każ b’mod kontinwu għal sentejn sħaħ. Magħhom ħadmu sal-aħħar esperti internazzjonali. Ftit tal-jiem ilu ġiet arrestata persuna ta’ interess f ’każ ta’ ħasil tal-flus. Fil-kors tal-interrogazzjoni din il-persuna, Melvin Theuma, li kienet ilha tiġi segwita għal żmien twil qalet illi lesta titkellem jekk tieħu Maħfra Presidenzjali. Il-Prim Ministru mexa b’mod korrett u offra li jekk Theuma jgħid il-verità u jagħti l-informazzjoni kollha, allura fuq parir tal-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija hu jagħti parir lill-President biex jingħata l-maħfra. Kien hemm l-arrest ukoll ta’ persuna oħra, in-negozjant Yorgen Fenech li wkoll talab il-proklama. F’dan l-istadju, il-Prim Ministru reġa’ mexa b’mod korrett
u talab lill-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija jagħtu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom dwar il-maħfra. Peress li semma liċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Prim Ministru għażel li mhux biss jitlob ilparir tal-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju, iżda wkoll tal-Kabinett. Il-maħfra ma ngħatatx. Fenech issa, permezz tal-avukati tiegħu, qed jagħmel kawża wara l-oħra biex jipproteġi d-drittijiet tiegħu qabel jibdew il-proċeduri formali. Dan kollu juri li l-ġustizzja, mill-Pulizija sal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, sal-Qrati tagħna qed jaħdmu bl-iktar mod korrett. Illum huwa kkonfermat li s-Saltna tad-Dritt f ’Malta hija waħda li taħdem u l-ġustizzja f ’Malta ma tħares lejn wiċċ ħadd. L-attakk tal-aħħar snin li s-Saltna tad-Dritt f ’Malta
ma teżistix u li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija ma huma se jwasslu mkien fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia llum sar diskors li sfaxxa fix-xejn. Ladarba dan l-attakk sfaxxa, issa l-attakk dar fuq il-persuna li rrappreżentat dan kollu u dawru l-kanuni fuq il-Prim Ministru. Madanakollu, kull min għandu ftit sens komun jaf li llum il-ġustizzja ħadmet bis-sħiħ fil-każ ta’ Caruana Galizia, b’differenza għal dak li seħħ f ’każijiet passati ta’ Karin Grech u Raymond Caruana. Dakinhar kien hemm min qalilna li se jgħidilna min se jsolvi dawn il-każi la jsir Prim Ministru. Iżda, ma ġarax hekk. Issa li wasalna sa hawn, il-poplu jrid li l-ġustizzja ssir, u ssir bis-sħiħ. Dan għandu jwassal sabiex pajjiżna jibda jistejqer minn dan id-delitt li mhux biss qatel persuna, imma wassal għal riperkussjonijiet serji għal pajjiżna.
22
01.12.2019
kullhadd.com
IVVINTAW APP BIEX JOĦOLQU SISTEMA ĠDIDA TA’ EDUKAZZJONI Kitba ta’ minn 18–il sena biss jista’ jgħallem RAMONA PORTELLI u biex titgħallem ta’ età ta’ taħt is-16 irid ikollok parent account abbonat Żmien ilu konna niskantaw bil-bar- ma’ tiegħek,” spjegali tajjeb Jake. Fil-fatt, tajjeb li ngħid li din l-app ranin, kemm huma bravi u kemm huma kapaċi joħolqu innovazzjoni- qed isservi wkoll bħala lira żejda jiet ġodda u ta’ bżonn inġenerali. Il- għal kull min jixtieq joffri s-servizzi lum din l-affari spiċċat, għax il-Malti tiegħu ta’ tagħlim lejn studenti oħra. sar kapaċi daqs kull barrani ieħor. Ikkonferma miegħi li r-rispons minDan l-aħħar sirt naf b’żgħażagħ li naħa ta’ min jixtieq jgħallem kien ħolqu application ġdida għal fuq tajjeb ħafna. “Issa qed naħdmu il-mobile sabiex joħolqu sistema ġdi- biex min għandu bżonn l-għajnuna da ta’ edukazzjoni f ’Malta. Tkellimt jsir jaf bina,” stqarr miegħi Jake. Fi ma’ wieħed minnhom - Jake Xuereb kliem ieħor, min jaħseb li jista’ jofsabiex insir naf aktar dwar din l-in- fri s-servizzi tiegħu ta’ tagħlim jista’ jilloggja fuq l-app u japplika. “Biss novazzjoni ġdida lokali. Għandu 20 sena u minn dejjem ikollu jagħtina xi informazzjoni u jgħix Wied il-Għajn. Iħobb jaħseb dokumenti (karta tal-identità, konfuq l-affarijiet, fuq in-natura tan-na- dotta, ċertifikati tal-marki) sabiex tura jew fuq kif l-affarijiet jistgħu jsi- inkunu nistgħu nivverifikaw dak ru aħjar. Huwa student l-Università li jixtieq jippromovi,” ikkonferma fil-kors tal-Baċellerat fil-Matematika miegħi Jake. u l-Fiżika u b’hekk qed jolqot il-mira li jaħseb fuq in-natura, ta’ kuljum. L-app hija totalment bla Is-suġġett li l-iktar iqatta’ ħin fuqu ħlas għal min irid iniżżilha huwa dak li jinstab bħala Quantum Mechanics li huwa l-istudju fuq Tajjeb li wieħed ikun jaf li kull min oġġetti ta’ ċokon immens li jirriżul- iniżżel l-app ma jħallasx. “L-app idta fil-fatt li l-karatteristiċi ta’ dawn dawwar lira billi tirrikjedi somma ta’ l-oġġetti huwa differenti ħafna minn flus (10 euro) fix-xahar mingħand dawk li naraw kuljum. L-istudju ta’ min qiegħed jippromovi ruħu bħala dawn l-oġġetti qed jagħtih ħiliet tutor fuq l-app, iżda peress li għadġodda fid-dinja tal-kompjutazzjoni na fi stadju bikri, dan għadu mhux u tagħrif ġdid dwar in-natura. Min- qed iseħħ u qed naħsbu li jibda jseħħ naħa l-oħra l-edukazzjoni f ’pajjiżna f ’Diċembru li ġej,” stqarr miegħi hija dik li jħobb jaħseb fuqha, kif tis- Jake. Mistoqsi xi kemm damu jaħdta’ tkun aħjar u infatti għalhekk saret mu fuq din l-app u xi kriterji għal LearnD. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala bnie- hawn Malta riedu sabiex jibnu u dem li dejjem jaħseb, determinat u jgħaqqdu din l-app, Jake weġibni, “S’issa ilna kważi sentejn. Kriterji kreattiv. Jake flimkien ma’ kollega tiegħu m’hemmx, iżda hemm ammont ta’ Luke Collins, ħolqu app ġdida biex riżorsi li wieħed għandu bżonn sastudenti jgħallmu studenti oħra biex ikun jista’ jibda app bħal kull suġġetti varji. B’hekk interessajt business. Fil-każ tagħna ninsabu ruħi nkun naf aktar dwar din l-app grati ħafna lit-Take Off Seed Fund ġdida. “Din l-app ilna naħdmu fuq Award li tawna xi flus wara li rbaħna l-idea tagħha mis-sena 2017 u l-għan l-kompetizzjoni annwali tagħhom,” tagħha huwa sabiex l-istudent Malti weġibni sodisfatt. L-għan ta’ din l-app huwa li jkollu aċċess għal attenzjoni individwali u edukazzjoni maħsuba jinħoloq ċentru ta’ skambju ta’ speċifikament għalih. Fl-istess ħin tagħlim. Kollox ma’ kollox l-app qed noħolqu mod ta’ kif l-istudent inħolqot sabiex jinħoloq mod difta’ l-Università jagħmel il-flus,” beda ferenti ta’ tagħlim. Iktar milli hekk sabiex joħolqu sistema ġdida ta’ edujgħidli. kazzjoni f ’Malta. “Dik ta’ bejn l-istudenti, tagħlim mingħand studenti Is-suġġetti ta’ tagħlim għal studenti oħrajn. Kemm hu huma varji ħafna sabiħ li jekk wieħed jixtieq isir stuMistoqsi x’tip ta’ suġġetti varji jistgħu dent tal-mediċina, jgħinu fl-A level jiġu mgħallma minn fuq din l-app, tal-Bijoloġija student li diġà qiegħed Jake kkonferma miegħi li minn kol- fil-mediċina. Aħna nemmnu f ’din lox, saħansitra għandhom min jgħal- ir-relazzjoni. Li student kbir jaf ikun lem l-insiġ u ċerti ħiliet tal-ħajja bħal ta’ wens u spirazzjoni għal student żgħir.” tiswija ta’ ħwejjeġ u mużika. Ridt inkun naf kemm verament Fl-aħħar nett, Jake għadda messaġġ din l-app hija effettiva. Fil-fatt, Jake għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Jekk stqarr miegħi hekk: “Kemm hi ef- għandkom xi idea, iġru warajha u fettiva mhux lili trid tistaqsi iżda lil araw li tagħmluha realtà. Tgħallmu min jużaha. L-istudenti kollha jist- għal għan tat-tagħlim u mhux għal għu jużawha, biss min għandu ’l fuq skop ta’ xogħol,” temm jgħid.
L-għan ta’ din l-app huwa li jinħoloq ċentru ta’ skambju ta’ tagħlim
23
01.12.2019
kullhadd.com
reċensjoni tal-ktieb
KOTBA GĦAT-TFAL TAQBILIET TIKK TOKK UŻA JDEJK FIL-KĊINA UĊUĦ ANNIMALI ĦSEJJES L-EWWEL KELMIET
Bis-sehem tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu
Mistoqsija: Kemm–il ktieb hawn imsemmi hawn fuq? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu sett ta’ KOTBA GĦAT-TFAL. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 8 ta’ Diċembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb ITTRI MILL-MITĦNA TIEGĦI huwa: J. MIFSUD - IL-ĦAMRUN
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
03
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Fl-ewwel nofs tal-2019 kemm ħallsu l-familji għal kull kilowatt fis-siegħa?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
24
01.12.2019
kullhadd.com
Stejjer Qosra
MINN MARY CHETCUTI
ĠANMARI “Jekk niskenn ftit hawn ma’għandux ċans isibni dak il-kurnut. Hekk jew b’hekk f ’dan l-isqaq min tridu jidħol? Ħlief imħażen żdingati ma hawnx u mdallam biżżejjed biex ma jarani ħadd sakemm inġib nifsi lura...kif qatagħli nifsi biex naħarbu. Għalfejn qed inross idi fuq żokorti? X’inhu dal-lidwidu sħun iċarċar mal-pala t’idi... dan demm? Alla tiegħi! Din biċċa musrana li qed tiżloq f ’idi! Iż-żobb, imma kif ma indunajtx li kellu mus f ’idu... ħsibtu ħa jxejjirli daqqa ta’ ponn fuq kirxti mhux daqqa ta’ mus, kemm hu żibel, ja demel! Ħa nserraħ ftit mal-ħajt. Anzi ħa niżżerżaq mal-ħajt sakemm niġi bilqiegħda fl-art u nistrieħ naqra sakemm tgħaddili l-ħasda...anki għaraq qed ixoqq għalija. Noqgħod kalm u jgħaddili mbagħad niżgiċċa nkiss inkiss lejn id-dar. Sewwa qaluli x-Xaqru kien qed jgħarrex għalija. X’fettilli ssellift mingħandu? Fejn hu l-istonku ta’ bagħal li kelli? Qed nixjieħ...bdejt naqta’ qalbi minn kollox. Imma jekk nerġa’ nagħtiha għas-serq mill-ewwel ninqabad. Ma għadnix ħafif kif kont u f ’ħakka ta’ għajn nerġa’ nispiċċa maqful...aħ-
jar maqful milli hawn barra nżomm imsarni f ’idejja. Issa ħa noqgħod inbewwel għajnejja wkoll...ġifa! Mank jerġa’ jiġi dak iż-żmien meta n-nies kienu jibżgħu minni: “Ara hemm ġej Ġanmari!” u jiena kont iktar nintefaħ u nistira. Illum jgħidu: “Warrablu għax dalwaqt jeħodha għal wiċċu
ħajtek f ’dirgħajja. Jaħasra kif kellek tispiċċa. Kemm saqqaft wiċċek għalija miskin ma’ dak l-imherri ta’ mgħallem tiegħek biex jagħtini ċans naħdem miegħu: “Ħalli nrabbi l-għaqal” kont għidtli. Mur obsor li ftit ġimgħat wara inti kellek tmur id-dinja l-oħra u jien bqajt hawn fl-infern ta’ dinja misħuta. Aħjar kont jien
Dħalt bil-ġirja fuq raġel żagħżugħ li dak il-ħin inzerta kien waħdu wara l-bank. Urejtu l-arma u għidtlu biex ma jitkessaħx għax in-nar fuqu niftħu. U twerwer
bis-sakra li għandu.” Ħasbu li ma nkunx qed nismagħhom għax inkun ħara bl-inbid. Mur għidilhom dal-qatta ħodor li nixrob biex ninsa... nixrob u nibla’ l-pilloli imma moħħi ma jridx inessini; ma jridx iħallini bi kwieti... ...kif nagħlaq għajnejja nara ħarstek fissa lejja għażiż ħija inti u tieħu l-aħħar nifs ta’
li ħadtha minn hemm fuq dakinhar. Kieku llum għadek ma’ familtek. Imma pattejthielu tafx. Il-karozza jien sraqthielu u tfajthielu minn fuq l-irdum. Għamiltha għalik! Kellu bokka ta’ għajn biha. Li ma kienx żibel qed nisimgħu b’widnejja stess jgħid lill-pulizija li tort tiegħek li waqajt minn fuq
il-fallakka għax ma kontx trid tintrabat. Dak il-ħin niżel għamad fuq għajnejja. Ma niftakar xejn. Naf li arrestawni għax kont sa noqtlu...u kont nagħmillu sew! Xejn xejn kont neħles minn dit-toqla li nġorr f ’qalbi lejl u nhar. Ma nistax inneħħi minn moħħi li tlift ħajtek minħabba dak il-ħanżir. Taf li lanqas lira mġiddma ma taha lil martek. Lanqas ħasra mit-tliet uliedek ma ġietu. Nirrah jifga fi flusu! Kuljum nibkik ħija...bħalma qed nagħmel issa. Kont aċċettajt li naqbad naħdem biex nikkuntentak għax dejjem irrispettajtek. Kont għadni ħiereġ minn ħames snin ħabs u int biss ħadt ħsiebi. Ħames snin maqful biex ħaddieħor baqa’ barra u ma kien jafuli xejn. Lonzu żibel ieħor li x-xitan laqqagħni miegħu. Ħafna paroli u wegħdi u jiena waqajt għalih qisni mazzun. Lanqas xammejtu li kien qed jużani biex nagħmillu xogħlu. “Issa tara x’qabda flus ħa nagħmlu, Ġanmari!” Ippjana kollox hu u lili tefagħli arma tan-nar f ’idi. Jien ma ridthiex imma hu qalli li dik biex inbeżża’ biha biss mhux biex nużaha. Morna ħdejn banka tal-lottu
daqsxejn imwarrba. Lonzu qalli: “Agħmillu l-arma ma’ rasu ħa jbattal il-kexxun tal-flus. Jiena ħa nistenniek hawn bil-magna mixgħula.” Jiena pprotestajt: “X’jiġifieri tistenna hawn? Int mhux hekk għidtli lili. Aħna flimkien kellna nagħmluha...” “Ħaqq rasek! Imma kemm int injurant! Dil-karrakka sraqtha jien u jiena ħa nsuqha. Int għamel li qed ngħidlek.” Imbuttani ’l barra mill-karozza u ma kellix għażla oħra, mort nagħmel is-serqa waħdi. Dħalt bil-ġirja fuq raġel żagħżugħ li dak il-ħin inzerta kien waħdu wara l-bank. Urejtu l-arma u għidtlu biex ma jitkessaħx għax in-nar fuqu niftħu. U twerwer. Ħriġt xkora żgħira minn ħżiemi u ġegħeltu jwaddab il-flus kollha fiha. Dak obda avolja mriegħex kif kien beda jwaqqa’ nofshom mal-art. Għamiltlu l-arma ma’ rasu kif qalli Lonzu u widdibtu biex jagħmel xogħlu sew u jiġbor il-flus li waqqa’ mal-art. Reġa’ obdieni u tbaxxa biex jiġbor il-flus. Ta’ ċuċ li jien ma ntbaħtx li dak il-ħin tajtu ċans tad-deheb. Waqt li b’id waħda beda jiġbor xi karti tal-flus, f ’idu l-oħra qabad kanna tal-ħadid
25
01.12.2019
kullhadd.com
li kienet moħbija taħt il-bank. F’daqqa waħda beda jxejjirha f ’wiċċi qisu miġnun u ħasadni. Tlaqt il-pistola minn idi biex nilqa’ għad-daqqiet u ħriġt niġri ’l barra. Dak l-imherri Lonzu rani niġri lejh b’sid il-banka jiġri warajja. Dawwar il-karozza u saq bis-saħħa fid-direzzjoni opposta u lili ħallieni l-art. Dak il-ħin stess tinżel daqqa b’saħħitha fuq wara ta’ rasi li għaxxietni u niżżlitni għarkuptejja mal-art sturdut. Minn imkien tfaċċat karozza tal-pulizija u sibt ruħi għallfrisk. Dawn jafuni sew u rassewni u wrewni l-ponn biex nikxef min kelli kompliċi miegħi. Meta rajthom daqshekk maħruqin iktar inkejthom u ma ftaħtx ħalqi. Blajt it-tort kollu waħdi u qafluni fuq “attentat ta’ serq aggravvat b’arma tan-nar.” Kull darba li jiġini Lonzu f ’moħħi nobżoq għal wiċċu. Biex inkompli nindanna, kemm domt il-ħabs sabni wieħed li kien jafu sew u qalli li dik il-karozza mhux veru kien seraqha . Kien issellifha
mingħand l-imbruljun ħatnu. Minn dakinhar bdejt nobżoq għal wiċċi u għall-baħnaniżmu tiegħi talli ma xammejtux x’kien. Forsi dejjem baħnan kont anki meta kont mingħalija nbeżża’ għax fini raġel. Ngħix mis-serq u ġlieda nidħlilha bir-ras. Imma qatt ma ħadtha mad-dgħajjef. Ġlieda dejjem qlajtha ma’ min jiflaħ għaliha. Lanqas ngħoddhom id-daqqiet ta’ ponn li tajt...u li qlajt. Imma bl-armi qatt ma tajt... ara x’għamilli dak l-aħdar. Avolja qisu qed inaqqas iddemm u m’iniex muġugħ... sinjal li ma għandi xejn gravi. Qed taqbadni l-ħedla imma ma rridx norqod. Issa nissaporti ftit ieħor hawn u kif jibda jżernaq immur id-dar. Id-dar...dik dar! Kamra waħda bil-loki barra. Mela jiena xi darba kelli dar?! Lanqas familja qatt ma kelli...mhux għax ma kienx hemm żmien li xtaqt li kelli t-tfal. Le, aħjar hekk, imnalla qatt ma kelli wlied. Ma ħaqqhomx lili bħala missier...ma rridhomx jispiċċaw bħali. Kemm kelli meta miet mis-
sieri...tlettax...erbatax...? Insejt. Ara s-swat li kont naqla’, dak ma nsejtux. Kemm kien iballatli dak il-bagħal. Jisker u jinfexx fija l-indannat. Lanqas ngħoddhom id-drabi
Qatt ma qalli nofs ta’ kelma biex ifaħħarni...jekk niġu f ’dan qatt ma qalli nofs ta’ kelma mingħajr ma jgħajjat. Kemm kont nobogħdu...kont nadurah...
Imma kif ma nistax inżommhom miftuħin għajnejja x’għeja qed taqbadni. X’qed jiġrili? Ftit ilu kien qed ixoqq l-għaraq għalija, issa qed nitriegħed bil-kesħa
li tefagħni f ’rokna u jfaqqagħli biċ-ċinturin...kemm kien ifaqqagħli...qatt ma bkejt, qatt ma paxxejtu. Ħuti ż-żgħar marru aħjar minni għax trabbew ma’ nannti imma lili riedni miegħu biex ikollu min iġiblu l-flus għall-inbid. Murli ’l hemm, ġibli dik, agħmilli hekk...qisni kelb. Naqdih mill-koxxa u ħallih jinbaħ f ’wiċċi u jgħajjarni.
...issa ħa jerġgħu jbewlu għajnejja?! Dak iż-żmien għadda. Kollox għadda. Imma kif ma nistax inżommhom miftuħin għajnejja x’għeja qed taqbadni. X’qed jiġrili? Ftit ilu kien qed ixoqq l-għaraq għalija, issa qed nitriegħed bil-kesħa. Għażiża omm għinni! Kemm kont tħobbni ma. Kemm kont inħabbtek jaħasra...qatt ma
rfajt idek fuqi ħlief biex tmellisli xagħri ħalli nikkalma meta ma kontx inkun irrid norqod. Qatt ma nsejtek ma. Sitt snin biss kelli imma niftakarha ċara l-ġurnata meta missieri ġie mill-isptar u qal lil nannti li inti mitt. Jiena ma bkejtx...ma emmintux lil missieri u kuljum kont nistenniek ġejja lura. U issa ġejt! Qed tara kif kelli raġun. Erġajt ġejt. Erġajt ġejt għalija ma. Ħa nserraħ ftit rasi fuq ħoġrok ma...kemm nistrieħ ftit ħa ntajjar dan in-ngħas kbir li ħakimni...mellisli xagħri għażiża ommi ħa norqod. La nqum nieħdok lura d-dar miegħi u nibda nieħu ħsiebek jien...ma terġax timrad...ma jkollokx għalfejn tmur l-isptar u...” Mas-sebħ żewġt irġiel jaħdmu x-xatt waslu bla nifs fuq l-għatba tal-għassa tar-raħal u bdew iħabbtu fuq il-ħġieġ tal-antiporta qishom raw ix-xjaten. Il-kuntistabbli pront fetħilhom u staqsa, “Xi tridu? X’ġara? Flimkien weġbuh, “Qatlu lil Ġanmari!”
26
01.12.2019
kullhadd.com
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
01.12.2019
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 305
D. FARRUGIA - SIĠĠIEWI
Bi 3 Numri 016 259 526 601 684 716 754 850 877 890 B’4 Numri 0299 0434
0440 0515 1069 1343 1371 1378 1411 1555 1606 2215 2286 2387 2698 2704 2849
2866 3465 4126 4288 4466 4687 4728 4881 5112 5160 5229 5383 6846 6910 8076
8165 8226 8382 9016 9076 9299 9622 9752 B’5 Numri 02665 05275 06195 08984 12251 21920
32517 32678 33157 34053 56625 56986 57951 59284 67037 72545 73998 81198 84954 85040 85449
90655 93605 93751 B’6 Numri 038177 212375 339015 432609 437069 566719 598634 625974 745355 774188
1. 4. 7,15. 9. 10. 12. 16,18.
Mimdudin: Kompli l-qawl: Ir-rimi talberwieq u t-tewm, safi f ’..............(5) Jagħmel bħar-rota (4) Xogħolhom jistudjaw (8) Inħall (3) Jilagħbu fuqhom it-tfal(6) Wieħed mill-allat antiki tal-Griegi(6) Ma tibqax isfel(5)
18. 19. 20. 21. 23. 24.
Ara 16 L-ewwel nofs ta’ sellum Ingliż(3) Jipproduċu l-ħalib(5) British Broadcasting Corporation (1,1,1) Ara 1 wieqfa Ħares lejja(5)
Bus(1,1,1) 5. Jagħmlu festa bina wara li mmutu!(3) 6. Tv Taljan(3) 8. Pajjiż (9) 11. Associated Press (1,1) 12. Ara2 13. Il-Maniġer tal-United(3) Weqfin: 14. Pajjiż(6) 1,17,23. Il-pjanta 15. Ara7 nazzjonali (6,2-5) 17. Ara 1 wieqfa 2,12W. Raħal qrib 21. Jilbsuh in-nisa(3) l-Imdina (5) 22. Pulizija 3. Universal Serial Amerikana?(1,1,1)
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Beraq, 4.Mans, 7,21 mimduda. April, 10.Qrendi, 12.Seddaq, 16.Iva, 19.Ark, 20. Votes, 23.Ivan, 24.Remiġ
Weqfin: 1.Bżonni, 2,15.Riċiklaġġ, 3,9.Qaqoċċ, 5.Ann, 6,18.Spiru, 8.Produttur, 11,21W. Serbi, 12,22.Salla, 13.Dro, 14.Qassam, 17.VMI
28
01.12.2019
kullhadd.com
AKTAR INVESTIMENT FIT-TOROQ F’GĦAWDEX
Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ħabbret xogħol f ’diversi toroq f ’Għawdex li jammonta għal €2.5 miljun. Il-Ministru Caruana qalet li permezz ta’ ‘Proġett Għawdex – toroq fil-lokalità tiegħek’, Għawdex qed jara titjib sostanzjali fl-infrastruttura. Fakkret li fil-baġit tas-sena d-dieħla, Għawdex ingħatalu vot ta’ €10 miljun u li dan il-vot hu żieda qawwija meta mqabbel mal-vot li kien jingħata Għawdex fil-passat. “Il-programm ta’ xogħlijiet li qed inħabbru llum hu parti minn programm
ta’ xogħlijiet biex tiġi indirizzata l-isfida tal-infrastruttura f ’Għawdex,” qalet il-Ministru Caruana. “Din id-darba wkoll adottajna l-istess proċess fejn it-toroq magħżula ġew identifikati wara laqgħat li saru mal-Kunsilli Lokali Għawdxin biex verament nindirizzaw il-bżonnijiet tar-residenti,” qalet il-Ministru. “Dan l-investiment ta’ €2.5 miljun hu sinjal ċar tal-impenn tal-Gvern biex jinbnew mill-ġdid toroq li ilhom snin abbandunati u dan qed nagħmluh biex f ’Għawdex ikollna toroq siguri u ta’
kwalità li jitgawdew kemm mir-residenti kif ukoll minn dawk li jżuru gżiritna.” Dan flimkien ma’ xogħlijiet oħra li l-Ministeru għal Għawdex se jimbarka fuqhom fix-xhur li ġejjin. Dawn jinkludu l-bini mill-ġdid ta’ Triq l-Imġarr fin-Nadur u ta’ Triq Sant’Antnin f ’Għajnsielem, liema proġett hu wieħed maġġuri, kif ukoll it-triq li mir-Rabat twassal sa Marsalforn, liema triq għandha tul ta’ madwar 4 kilometri. Dan flimkien ma’ xogħol ieħor imħabbar diġà fuq iktar toroq u pjazez bħala parti minn ‘Proġett Għawdex -toroq fil-lokalità tiegħek’.
Dan l-investiment ta’ €2.5 miljun hu sinjal ċar tal-impenn tal-Gvern biex jinbnew mill-ġdid toroq li ilhom snin abbandunati
MIET TUNEŻIN LI QATEL JINSTAB MEJJET ERBGĦA F’PAJJIŻNA B’DAQQIET TA’ SIKKINA Raġel li x’aktarx huwa barrani nstab mejjet fi Triq Diċembru Tlettax il-Marsa tard il-Ġimgħa billejl. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-katavru nstab fil-ħdax u nofs ta’ billejl u jidher li kellu feriti f ’sidru li saru permezz ta’ arma li taqta’ u bil-ponta. Is-Sibt filgħodu saret l-awtopsja fuq il-katavru, u b’riżultat tagħha l-Pulizija issa qed tqis dan il-każ bħala omiċidju. Bil-każ ġie infurmat il-Magistrat Miet it-Tuneżin Ben Ali Wahid Ben Hassine, l-aktar priġunier li kien ilu l-ħabs b’piena ta’ għomor il-ħabs wara li flimkien ma’ Ben Brahim Mosbah kienu nstabu ħatja li fi Frar tal-1988 qatlu erbat irġiel, żewġ xufiera tat-taxi u żewġ barranin: Franċiż u Ingliż. Huwa kien ilu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin għal dawn l-aħħar 31 sena. Ali Wahid Ben Hassine miet wara li kien ilu għal dawn l-aħħar tmint ijiem rikoverat fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei. ONE NEWS irrapporta li l-ġimgħa l-oħra ttieħed l-Isptar Mater Dei b’urġenza wara li ħassu ħażin fil-bini talħabs. Ben Ali qatel l-ewwel vittma b’mod
mill-aktar brutali b’sikkina sabiex seraqlu Lm47. Huwa qatel lit-tieni u littielet vittmi b’tiri f ’rashom. Kien hawn li minn fuq il-katavri tagħhom Ben Ali serqilhom Lm60 jew l-ekwivalenti ta’ €140. Vittma ieħor ta’ Ali nqatel b’daqqa ta’ sikkina iżda wara l-omiċidju kissirlu wiċċu b’ġebla biex ma jingħarafx wara li ma rnexxilux jaqtagħlu rasu barra. Huwa kien wettaq dawn ir-reati kollha ma’ Tuneżin ieħor li wkoll qiegħed jiskonta sentenza ta’ għomor il-ħabs. Huma kienu ammettew l-akkużi kollha miġjuba kontrihom fl-1992 u baqgħu jinżammu arrestati sal-lum. Sentejn ilu Ben Ali deher quddiem il-bord tal-parole, madankollu t-talba tiegħu ma ntlaqgħetx.
tal-Għassa Victor Axiaq li ordna inkjesta u ħatar diversi esperti biex jgħinuh. Filwaqt li l-identità tal-vittma għadha ma ġietx stabbilita, il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni biex ikun identifikat l-allegat aggressur. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija qed jitmexxew ukoll mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali u tad-Distrett.