SENA OĦRA REKORD TA’ INVESTIMENTI INFRASTRUTTURALI Il-Ħadd, 2 ta’ Jannar, 2022
MILIED B’DANNI MINIMI Postijiet ta’ rikreazzjoni u ħwienet Maltin reġgħu sofrew l-inqas impatt fl-UE kollha f’Diċembru
Ħarġa Nru 1,486
Rapport f’paġni 14 u 15
JIBDEW JITQASSMU MAL-€24M F’ŻIDIET LILL-PENSJONANTI
Analiżi għall-KullĦadd fil-perjodu ta’ Diċembru turi li l-istabbilimenti Maltin tad-divertiment u l-ħwienet li mhumiex meqjusin essenzjali kienu l-inqas li ħassew l-effetti tal-pandemija fost il-pajjiżi kollha membri fl-Unjoni Ewropea. Ir-riċerka bbażata fuq statistika li l-kumpanija ġganteska Google tiġbor ta’ kuljum biex tqabbel il-moviment ta’ dawk li jużaw il-prodotti tagħha fi smartphones mal-moviment li kien hemm qabel bdiet il-pandemija, tixhed li, bħal Diċembru tas-sena 2020, dawn in-negozji f’pajjiżna reġgħu kienu l-inqas milqutin ħażin. Ta’ min jinnota li fid-definizzjoni ta’ “ħwienet”, Google ma tinkludix spiżeriji u lanqas supermarkets jew grocers, li ovvjament jaqgħu fil-kategorija ta’ stabbilimenti essenzjali fil-ħajja. L-informazzjoni tindika li, f’Di ċembru li għadu kemm spiċċa, ilMaltin u l-Għawdxin marru fi ħwienet u f’postijiet ta’ rikreazzjoni 13% aktar milli kienu marru qabel bdiet l-imxija, indikazzjoni wkoll tal-effett li kellhom bosta miżuri tal-Gvern. Tkompli f’paġna 6
Prezz €1
Minn din il-ġimgħa bdew jiġu attwati l-akbar miżuri soċjali mill-Baġit 2022 Minn din il-ġimgħa, bdew jitqassmu ż-żidiet annwali lil eluf ta’ pensjonanti li f’din is-sena l-ġdida se jkunu qed igawdu minn madwar €24 miljun aktar mill2021, minbarra miżuri oħrajn, bħala parti mill-akbar Baġit soċjali, dak tal-2022, kif imħabbar fil-Parlament f’Ottubru. Maqsumin f’erba’ kategoriji differenti, il-pensjonanti huma l-akbar faxxa ta’ benefiċjarji mill-miżuri soċjali li se jiġu attwati matul din is-sena mill-Ministeru għall-Ġustizzja Soċjali, is-Solidarjetà, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal. Tkompli f’paġna 3 Ritratt: GARETH DEGIORGIO
02
02.01.2022
DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 18°C L-Inqas Temperatura: 12°C L-Indiċi UV: 2 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ pressjoni għolja testendi minn fuq l-Alġerija sa fuq iċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Ftit imsaħħab Ir-Riħ: Tramuntana forza 3 għal 4 li jsir Punent Majjistru forza 3 Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif għal moderat L-Imbatt: Baxx mill-Grigal It-Temperatura tal-Baħar: 17°C
email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
16°C UV 3
KUNTATT ĠENERALI
12°C
Il-Ħamis
17°C UV 3
12°C
Il-Ġimgħa
17°C UV 3
11°C
Is-Sibt
KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI
16°C
KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
UV 3
11°C
16°C UV 3
10°C
15°C UV 3
10°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 2123 4567 National Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, Il-Ħamrun – 21225539 Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487311 The Local Dispensary, Triq Kan. K. Pirotta, Birkirkara – 21493549 Remedies Chemists, Marina Court, 49A, Triq l-Abate Rigord, Ta’ Xbiex – 21341649 J.V.’s Pharmacy, Wied is-Swieqi, Is-Swieqi – 21371062 Harley Pharmacy, 1, Triq Nathalie Poutiatin Tabone, Tas-Sliema – 21334635 St. Joseph Pharmacy, 164, Triq Annibale Preca, Ħal Lija – 21414051 Medicine Chest Pharamcy, Triq Demitriju Farrugia, Ħal Għargħur – 21422204 St. Paul’s Bay Pharmacy, 504, Triq il-Kbira, San Pawl il-Baħar – 21575276 Sta. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija – 21890111 Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, L-Isla – 21801698 Mediatrix Plus Pharmacy, 7, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 27826685 Gudja Pharmacy, Triq il-Kappillan k/m Triq William Baker, Il-Gudja – 21696422 Kirkop Pharmacy, 9, Triq il-Parroċċa, Ħal Kirkop – 21682028 Brown’s Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ – 21465411 St. Anthony Pharmacy, 18 Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21454187 Għawdex Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat – 21563233 Nadur Pharmacy, Pjazza it-28 t’April 1688, In-Nadur – 21563589 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
03
02.01.2022
SEBA’ BAĠITS B’ŻIDIET ABBUNDANTI Tkompli minn paġna 1 Waqt li sa tmiem Jannar se jidħlu fisseħħ seba’ miżuri mill-Baġit 2022, il-pensjonanti kollha se jkunu qed igawdu minn żieda ta’ €5 fil-ġimgħa fid-dħul tagħhom, li tinkludi l-€1.75 tal-għoli talħajja. Din hi l-ħames żieda konsekuttiva li se tkun qed tingħata lill-pensjonanti kollha mill-2018 lil hawn, b’żieda totali ta’ €25.25 fil-ġimgħa. Iż-żidiet kollha lill-pensjonanti din is-sena se jgħollu l-ħlas tal-Gvern fuq pensjonijiet tassigurtà soċjali biss għal kważi €1 biljun. Fl-aħħar jiem tal-2021, il-Ministeru, immexxi minn Michael Falzon, qassam l-ewwel żidiet lill-faxxa ta’ pensjonanti tal-età, li huma persuni li fl-età ta’ 60 sena jew akbar ma kellhomx biżżejjed kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali biex jikkwalifikaw għall-pensjoni kontributorja. Filwaqt li jridu jissodisfaw test talmezzi, minn dan il-Baġit il-pensjonanti tal-età, fost persuni oħrajn, qed igawdu wkoll minn titjib sostanzjali fir-rati ġodda tal-għajnuna supplimentari li wkoll bdew jitħallsu mix-xahar li għadda. Minbarra ż-żieda komplessiva ta’ iżjed minn €25 fil-ġimgħa mill-2018, il-benefiċjarji tal-pensjoni tal-età kienu wkoll gawdew minn żieda oħra ta’ €4 fil-Baġit tal-2017, flimkien ma’ dawk fuq pensjoni minima. Minn Frar, imbagħad, diversi anzjani li ma jiħdux pensjoni kontributorja wkoll se jgawdu minn żieda ta’ €150 fil-bonus annwali li jirċievu biex issa se jitla’ għal €400 għal dawk li kienu ħallsu bejn sena u erba’ snin bolol u €500 għal dawk li ħallsu ħames snin u jew aktar bolol. Ma’ dan se jidħol fis-seħħ ukoll twessigħ tal-limitu tal-kapital għal min ikun ilu mill-inqas ħames snin jieħu l-pensjoni tal-età mhux kontributorja u jkun wiret xi assi jew jagħti xi donazzjonijiet lil uliedu. Minn dawk li diġà bdew igawdu miż-żidiet fl-aħħar jiem tal-2021 kien hemm ukoll persuni li jieħdu l-assistenza għal diżabilità u għal dawk li jieħdu l-allowances għal carer. Sadanittant, minn tmiem il-ġimgħa li ġej se jirċievu ż-żidiet tagħhom dawk fl-akbar faxxa ta’ pensjonanti, dawk bil-pensjoni tal-irtirar, primarjament dawk bil-pensjoni taż-żewġ terzi. Miżura oħra li qed tiddaħħal minn din is-sena hi li l-ammont tal-pensjo
Il-pensjonanti kollha se jkunu żdiedu €25 fil-ġimgħa mill-2018, waqt li dawk fuq il-pensjoni minima se jkunu qed jirċievu żieda sa €50.50 fil-ġimgħa mill-2016 ni mhux taxxabbli, meta jiżdiedu wkoll il-bonusijiet b’kollox, se jitla’ għal €14,318 jew €17,318 fil-każ ta’ komputazzjonijiet tal-miżżewġin. Sussegwentement, f’dan ix-xahar se jiżdiedu l-pensjonijiet tar-romol, li se jkunu qed igawdu wkoll minn titjib fil-pensjoni u żidiet addizzjonali millBaġit ta’ din is-sena, minbarra ż-żieda ta’ €5 fil-ġimgħa. Din tista’ titla’ għal €5 oħra fil-ġimgħa, għal total ta’ €10, li se
tkun immirata għal dawk li s’issa ma jiħdux il-pensjoni sħiħa li kienu jirċievu l-għeżież tagħhom qabel mewthom. B’hekk minn din is-sena se jibda jsir l-aġġustament li jwassal biex, fuq medda ta’ snin, benefiċjarji tal-pensjoni tar-romol jibdew jirċievu l-pensjoni sħiħa li kellhom il-konjugi tagħhom meta ġew nieqsa. Min-naħa tagħhom, persuni bil-pensjoni tal-invalidità u pensjoni minima
6
SENA ĦIDMA TAL-GVERN 2021
se jkunu qed jieħdu żieda addizzjonali lejn tmiem dan ix-xahar. Għal dawk fuq il-pensjoni minima din se tkun is-seba’ żieda konsekuttiva, peress li l-ewwel żieda kienu rċevewha fl-2016. Dik ukoll kienet l-ewwel darba li, grazzi għallGvern Laburista, qatt żdiedu l-pensjonijiet wara għexieren ta’ snin. Iż-żieda tagħhom mill-2016 lil hawn se tkun tvarja bejn €33.40 fil-ġimgħa sa saħansitra €50.50 fil-ġimgħa. Persuni fuq il-pensjoni tal-invalidi tà, li għadhom jgħixu mal-ġenituri tagħhom, se jibdew jiġu trattati bħala li jgħixu għal rashom għall-fini tal-assistenza tal-mard. Minbarra hekk, se jitneħħew ukoll l-aħħar ftit testi jiet tal-mezzi biex wieħed jikkwalifika għall-assistenza għal diżabilità severa u assistenza għal diżabilità. Minn Frar li ġej se titħallas ukoll iż-żieda ta’ €200 għal total ta’ €500 fil-benefiċċju lill-ġenituri biex jieħdu ħsieb lil uliedhom adulti b’diżabilità severa li ma jistgħux jaħdmu. Ta’ min ifakkar ukoll li minn din is-sena se jidħol fis-seħħ mekkaniżmu li jwassal għal titjib fil-bonus tal-għoli tal-ħajja, li beda jitħallas mill-2008, iżda wassal għal żbilanċ bejn pensjonanti li rtiraw sa dak iż-żmien u oħrajn li rtiraw wara. B’mod gradwali issa se tkun qed togħla r-rata tal-bonus għal dawk li rtiraw wara l-2008 biex jilħqu l-istess livell tal-oħrajn. Dan l-aġġustament, li hu separat minn kull żieda oħra intitolata, ilaħħaq għal €2.50 oħra fil-ġimgħa, b’dawk l-aktar baxxi jieħdu l-aktar. Anzjani, li se jgawdu wkoll minn żidiet oħrajn minn Frar li ġej, huma dawk ta’ bejn il-75 u d-79 sena u dawk ’il fuq minn 80 sena li għadhom jgħixu fil-komunità. Dawn se jieħdu bejn €300 u €400 oħra fis-sena rispettivament. Dawk eliġibbli għall-pensjoni għal korriment fuq xogħol se jibdew jikkwalifikaw għal benefiċċji oħrajn kontributorji mix-xahar id-dieħel, bla ma jitnaqqsulhom benefiċċji oħrajn li jkunu intitolati għalihom. Bejn Frar u Marzu jkun imiss lil aktar minn 3,200 pensjonant tas-servizz li jirċievu żidiet dovuti lilhom bis-saħħa ta’ żewġ miżuri mħabbrin fid-diskors tal-Baġit 2022, waqt li hu ttamat li sa Ottubru li ġej jidħol fis-seħħ tibdil li jissalvagwardja d-drittijiet tal-pensjoni ta’ koppji li jisseparaw f’età kbira. F’Novembru, imbagħad, jerġgħu jsiru l-pagamenti għall-inġustizzji tal-passat.
JANNAR
04
02.01.2022
FL-2022 INKOMPLU NSOSTNU U NSAĦĦU DAK LI KSIBNA S’ISSA Fil-messaġġ t’awgurju tiegħu għall-bidu tas-sena l-ġdida, il-Prim Ministru Robert Abela esprima l-konvinzjoni tiegħu li l-poplu u l-pajjiż jistgħu jkomplu jtejbu fuq dak kollu li nkiseb matul l-2021, inkluż il-protezzjoni soċjali kontra l-pandemija, l-irkupru mill-effetti tagħha u t-tkabbir ekonomiku, l-indokrar tal-ambjent u l-mod kif nirrispettaw lil xulxin, anke jekk b’fehmiet differenti. Dr Abela, li dan ix-xahar se jagħlaq sentejn fit-tmexxija tal-Gvern, wera ruħu mill-aktar pożittiv li, ilkoll flimkien, nistgħu nkomplu nsostnu dak li nkiseb sal-lum u saħansitra jiġi mtejjeb għall-ġid ta’ kulħadd. Dan li ġej hu l-messaġġ sħiħ li wassal il-Prim Ministru lejlet l-Ewwel tas-Sena: “Qed intemmu sena oħra li matulha d-dinja baqgħet u għadha qed tiġġieled pandemija. Iżda, huwa minnu wkoll li tul is-sena 2021 kellna diversi mumenti fejn bdejna noħorġu mill-iktar effetti iebsa tal-pandemija. Bil-mod effettiv u effiċjenti li bih amministrajna l-vaċċin, fl-aħħar xhur kienu ħafna l-okkażjonijiet fejn għexna eqreb tan-normalità. Issa rridu naħdmu kemm nifilħu biex is-sena d-dieħla nkunu nistgħu nibnu fuq dak li ksibna. Minkejja l-isfidi li nistgħu niffaċċjaw. Iqawwilna qalbna l-fatt li f’diversi oqsma diġà ninsabu aqwa minn kif konna qabel bdiet il-pandemija. Għandna l-inqas rata ta’ qgħad flistorja u l-inqas numru ta’ nies dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali. Fl-istess ħin, f’Malta, illum għandna l-ikbar ammont ta’ nies sidien ta’ darhom. Dawn huma kisbiet soċjali kbar li ftit li xejn stajna nbassru madwar sentejn ilu. Anzi, mal-mument li faqqgħet il-pandemija t-tbassir kien bil-kontra. Imma għax ħdimna flimkien, wasalna. Rajna fl-aħħar xhur livelli ta’ investiment li qabżu dawk ta’ qabel il-pandemija, u ekonomija li reġgħet qed tikber bl-istess saħħa ta’ qabel feġġet il-COVID-19. L-esperti barranin ibassru li l-2022 l-ekonomija tagħna mistennija tkun l-iktar waħda li tikber fl-Ewropa. Fl-istess ħin, bqajna naħsbu f’dawk li l-iktar għandhom bżonn appoġġ – il-pensjonanti u l-persuni b’diżabilità fuq quddiem nett. Konvint li bir-rieda u l-enerġija tan-negozji ta’ pajjiżna u l-bżulija u l-ħila tal-ħaddiema tagħna, dan kollu nistgħu mhux biss insostnuh, iżda nsaħħuh u ntejbuh. Minkejja d-diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu minn żmien għal żmien. Biex nagħmlu dan possibbli, bħala Gvern, se nibqgħu nieħdu d-deċiżjonijiet. B’konsultazzjoni, iżda b’determinazzjoni. Għax id-deċiżjonijiet kuraġġużi u sodi, kif ħadna sal-lum, iridu jibqgħu jittieħdu u mhux ikunu posposti. Hekk għamilna fl-aħħar xhur, biex minkejja l-pressjoni internazzjonali ħallejna stabbli l-prezzijiet tal-enerġija, il-fuel u l-gass, fost oħrajn. Iżda, biex inżommu l-pass ta’ progress b’saħħtu, hu kruċjali li ma nkunux arroganti quddiem il-virus tal-COVID-19. Għalhekk, daqstant ieħor hu kruċjali
Għalhekk l-2022 trid tkun is-sena li s-sehem ta’ kull wieħed u waħda minna. Fuq quddiem nett, billi naċċettaw l-iste- matulha nsaħħu iktar ħidmietna biex dina biex inkomplu nitlaqqmu kontra intejbu l-ambjent li ngħixu fih. Arja iktar l-COVID-19, partikolarment issa, bid- nadifa u l-bżonn li nagħtu prijorità biex doża tal-booster. Inħeġġeġ ukoll lill-ġen- ikollna iktar spazji miftuħa u ppjanar ikituri biex ilaqqmu lil uliedhom skont tar intelliġenti. Mhux nieħdu l-iktar triq faċli, għax il-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa. Hekk inżommu b’saħħitna bħala ċit- hemm fejn neħtieġu wkoll bidla radikali fil-mentalità. Iżda, jekk tassew irtadini! Hekk ukoll inkunu nistgħu nħallu ridu nħallu lil uliedna pajjiż aħjar irridu nifhmu li lkoll irridu nieħgħaddejja r-rota ekonodu d-deċiżjonijiet minn mika u l-ħajja soċjali u issa. kulturali tagħna, li tant hi Urejna fl-aħħar snin kruċjali għall-kwalità ta’ bħala poplu kemm aħna ħajja aħjar u għas-saħħa Jien ottimist li lesti li nħaddnu l-bidla. U mentali tal-poplu tagħna. Filwaqt li bqajna u pajjiżna se jibqa’ hawn ukoll ċert li nistgħu naslu jekk naħdmu flimnibqgħu ffokati biex inmiexi b’saħħtu kien, Għawdxin u Maltin. naqqsu l-effetti tal-panGħax dan poplu li jesiġi demija, bħala pajjiż u bħa’l quddiem biex l-ogħla standards. U hekk la poplu, irridu nibqgħu jegħleb l-isfidi għandu jkun. naħsbu fil-prijorità l-ġdiF’bosta oqsma, bħada u kbira li għandna u anke joħloq la Prim Ministru rajt quddiemna: l-ambjent u opportunitajiet, li jkollna l-qafas legali l-kwalità tal-ħajja li qed biex nilħqu livelli ġodngħixu. f’soċjetà ġusta da. Iżda iktar minn hekk, Rajna madwarna fldaqskemm trid tikber f’kulħadd aħħar ġimgħat l-effetti ir-rieda li ngħixu dawn tal-bidla fil-klima. Id-dinambizzjuża l-istandards ogħla. Kulja qed tħoss tassew il-piż ta’ dan il-fenomenu. Għamilna commit- tant ikunu meħtieġa deċiżjonijiet ibsin ments ċari fil-COP26 li ltaqa’ fl-aħħar u li jweġġgħu. Però ħadthom u nibqa’ bl-interess nazzjonali xhur, u anke jekk aħna pajjiż żgħir, se neħodhom nieħdu l-miżuri kollha biex nagħtu l-ewwel u qabel kollox. Hemm punt ieħor fejn nixtieq li s-ses-sehem effettiv tagħna. Inħares ’il quddiem li nibdew naraw na d-dieħla tkun sena fejn tarana nġibu il-frott tal-ikbar inċentivi ambjentali bidla kbira. Dan huwa l-mod kif naġixxu li qatt tnedew. Dan, kemm biex nieħ- ma’ xulxin. Bqajna naraw wisq diskors du ħsieb il-kwalità tal-arja tagħna, kif ta’ mibegħda. Il-hate speech għadu ukoll biex nieħdu ħsieb aħjar il-qalba wisq preżenti speċjalment fid-dinja online. Jekk hemm riżoluzzjoni li għandna tal-irħula tagħna.
nagħmlu hi li niġġieldu dan il-fenomenu bil-mod kif inġibu ruħna u bl-eżempju li nagħtu. La f’qalbna, la f’dak li niktbu u wisq inqas fl-għemil tagħna m’għandu jkun hemm post għall-mibegħda. Nistgħu nibdlu l-liġijiet kif għamilna sa riċenti, jista’ jkollna forzi tal-ordni li jaġixxu fil-ħin, iżda l-ikbar arma għallfejqan tibqa’ l-attitudni ta’ kull persuna. Nenfasizza dan iktar minn qabel, għax mhux xi sigriet li s-sena d-dieħla jispiċċa l-mandat tal-Gvern. Għalhekk il-poplu se jkun mitlub li jagħmel l-għażla tiegħu. Din l-għażla trid issir f’dan l-ispirtu ta’ rispett fejn niddibattu l-ideat u l-ħsibijiet differenti u mhux nattakkaw il-persuni. Anzi, bid-diskors tagħna rridu li ngħaqqdu l-pajjiż, mhux nifirduh. Bit-tgħajjir jitlef kulħadd. Bl-ideat nibnu pajjiż isbaħ u aħjar. Jien ottimist li pajjiżna se jibqa’ miexi ’l quddiem b’saħħtu biex jegħleb l-isfidi u joħloq l-opportunitajiet, f’soċjetà ġusta daqskemm ambizzjuża. Naslu żgur, basta nkunu magħqudin. Il-pandemija wrietna kemm aħna aktar b’saħħitna meta naħdmu lkoll flimkien. Fuq kollox, il-kwalitajiet il-kbar tal-poplu Għawdxi u Malti huma dawk li tant naraw ħajjin f’dawn iż-żmini jiet; is-solidarjetà, l-imħabba u l-kburija b’dak kollu li jagħmilna Maltin u Ewropej. Ejjew flimkien inżommu dawn il-valuri ħajjin is-sena kollha. F’isem il-Gvern, f’isem Lydia u Giorgia Mae u f’ismi, nixtieq nawgura lill-Għawdxin u lill-Maltin kollha sena mill-aqwa.”
05
02.01.2022
L-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi se jkunu qed jiftħu l-bibien tagħhom għat-tieni term skolastiku b’mod online fid-data rispettiva tagħhom u fiżikament fuq il-bankijiet tal-iskola minn bħal għada ġimgħa, it-Tnejn l-10 ta’ Jannar. Childcare centres se jiftħu wkoll fl-istess jum. Dan ġie deċiż wara laqgħa li saret bejn il-Minis tru l-ġdid għall-Edukazzjoni u l-Isport Clifton Grima u grupp ta’ ħidma, magħmul minn rappreżentanti mill-iskejjel tal-Gvern, tal-Knisja u indipendenti, flimkien mal-Union tal-Għalliema (MUT) u l-awtori tajiet tas-saħħa. Fi stqarrija, il-Gvern qal li saret laqgħa wkoll fost oħrajn mar-Rettur tal-Università ta’ Malta, fejn ġie maqbul li l-Università tiftaħ il-bibien tagħha b’mod normali għas-sessjonijiet tat-tagħlim prattiku minn għada t-Tnejn. Imbagħad mill-10 ta’ Jannar it-tagħlim se jkun b’mod fiżiku jew online skont id-diskrezzjoni tal-fakultajiet rispettivi. Ġie spjegat ukoll li l-eżamijiet fl-Università huma ppjanati li jsiru kif diġà stabbilit. Fil-każ li studenti jinqabdu b’każ mediku relatat mal-COVID-19, dawn se jingħataw l-opportunità li jiġu assessjati f’temp ta’ ftit ġimgħat wara, minflok f’Settembru. Il-grupp ta’ ħidma wkoll wasal għal ftehim li s-sitwazzjoni fl-iskejjel għandha tibqa’ tiġi evalwata minn jum għal ieħor, skont il-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa. Il-Ministru Grima rringrazzja kemm lil dawk involuti f’dawn il-laqgħat kordjali kif ukoll lill-edukaturi għall-impenn, id-dedikazzjoni u x-xogħol fil-missjoni tagħhom għall-ġid tal-istudenti kollha.
Is-sitwazzjoni fl-iskejjel se tibqa’ tiġi evalwata minn jum għal ieħor, skont il-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa
Ritratt: CLIFTON FENECH / DOI
LURA FL-ISKEJJEL BĦAL GĦADA ĠIMGĦA
06
02.01.2022
Diċ ’21 MALTA
13%
Diċ ’20 MALTA
-14%
L-Ungerija
6%
L-Estonja
-16%
Il-Portugall
3%
Id-Danimarka
-17%
Id-Danimarka
2%
L-Irlanda
-19%
Il-Kroazja
2%
Il-Finlandja
-21%
L-Irlanda
-1%
Il-Polonja
-23%
Il-Polonja
-2%
L-Iżvezja
-24%
Il-Belġju
-4%
Il-Portugall
-26%
Franza
-4%
Ir-Rep. Ċeka
-29%
L-Estonja
-5%
L-Ungerija
-29%
Is-Slovenja
-6%
Spanja
-30%
Il-Ġreċja
-6%
Franza
-30%
L-Iżvezja
-6%
Ir-Rumanija
-31%
L-Italja
-8%
Il-Latvja
-31%
Il-Lussemburgu
-9%
L-Italja
-35%
Il-Finlandja
-12%
Is-Slovakkja
-38%
Spanja
-12%
Il-Belġju
-39%
Ir-Rumanija
-13%
L-Olanda
-40%
Ir-Rep. Ċeka
-13%
Il-Ġermanja
-43%
Il-Ġermanja
-14%
Il-Bulgarija
-44%
Il-Litwanja
-14%
Il-Lussemburgu
-45%
Il-Latvja
-20%
Il-Kroazja
-46%
Il-Bulgarija
-23%
L-Awstrija
-50%
L-Olanda
-28%
Il-Litwanja
-52%
Is-Slovakkja
-30%
Il-Ġreċja
-56%
L-Awstrija
-38%
Is-Slovenja
-60%
REŻILJENZA B’RIŻULTAT TAL-APPOĠĠ TAL-GVERN Tkompli minn paġna 1 Kien biss fl-Ungerija, fil-Portugall, fid-Danimarka u fil-Kroazja li kien hemm aktar attività f’Diċembru li għadda milli kien hemm f’Diċembru 2019, qabel il-pandemija. Mill-istess statistika joħroġ li f’pajjiżi, bħall-Ġermanja, kien hemm tnaqqis ta’ 14%, mentri l-agħar li marru kienu n-negozji fl-Awstrija fejn kien hemm tnaqqis ta’ 38%. F’Diċembru tal-2020 l-azjendi Maltin kienu wkoll fl-aħjar sitwazzjoni fl-UE, imma dakinhar l-attività kienet 14% inqas milli kienet qabel bdiet il-pandemija. Madwar l-Ewropa kollha Diċembru tas-sena 2020 kien ferm agħar mis-sitwazzjoni preżenti u dik fix-xahar li għadu kemm spiċċa. Pereżempju fis-Slovenja kien hemm 60% inqas moviment milli kien hemm qabel bdiet l-imxija, mentri din is-sena t-tnaqqis hu ta’ 6% biss. L-aktar pajjiż fejn is-sitwazzjoni f’Diċembru 2021 kienet simili għal dik f’Diċembru 2020 kien is-Slovakkja. Ir-reżiljenza tal-ekonomija Maltija u s-saħħa tal-irkupru fil-konsum privat huma riżul-
tat tal-għajnuna li ngħatat mill-Gvern Malti lill-familji u lin-negozji biex jibqgħu fuq saqajhom. Minbarra li l-Gvern kompla jnaqqas it-taxxi u jżid il-benefiċċji, filwaqt li ta għajnuna rekord lin-negozji permezz tal-Wage Supplement u sussidji oħrajn, il-politika enerġetika tal-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela hi ferm differenti minn dik tal-bqija tal-Ewropa. Filwaqt li madwar l-Ewropa l-familji qed jaffrontaw żieda medja ta’ 18% fil-prezz tal-elettriku, b’pajjiżi bħal Spanja jkollhom żieda ta’ xejn inqas minn 48%, f’Malta l-prezz baqa’ stabbli. L-istess fejn jidħol il-prezz tal-fuel, f’Malta dan baqa’ stabbli. Madwar l-UE ġew irreġistrati żidiet anke ta’ 28 ċenteżmu fil-litru jew aktar minn 20%. Fil-fatt, tant issaħħet is-sitwazzjoni finanzjarja tal-familji f’pajjiżna li fi tmiem l-2021 laħqu livell rekord ta’ depożiti mal-banek, li qabeż il-€15-il biljun għall-ewwel darba fl-istorja. Dan hu kważi d-doppju tal-livell ta’ depożiti li kien hemm f’Marzu tal-2013 taħt l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista.
02.01.2022
07
IL-BIDU TAT-TMIEM TAL-PLASTIK TA’ DARBA
Mill-bieraħ bdiet tgħodd il-projbizzjoni mis-suq Malti tal-bejgħ ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. Din hi waħda mill-akbar miżuri favur l-ambjent lokali li se jkunu qed jitwettqu minn pajjiżna f’din is-sena l-ġdida wkoll bħala parti mill-impenn nazzjonali biex nilħqu l-miri relatati stabbiliti. Din il-ġimgħa, il-KullĦadd kellha l-opportunità tintervista lill-Ministru INTERVISTA MAL-MINISTRU AARON FARRUGIA DWAR WIEĦED MILL-PASSI KBAR għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia dwar dan il-pass U AMBIZZJUŻI LI PAJJIŻNA SE JKUN QED JIEĦU FAVUR L-AMBJENT MATUL L-2022 ieħor lejn ekonomija sostenibbli. Din id-deċiżjoni kienet tħabbret lejn l-aħħar jagħmel ukoll ħsara lill-ħajja tal-baħar, portazzjoni tal-2021 qed nirriaffermaw tal-2020, meta dakinhar il-Ministru single-use plastics se jkunu qed jiġu u b’hekk iwassal ukoll għal akkumulazz- ir-rieda tagħna li nfasslu l-ekonomija ta’ kien ħabbar ukoll li mill-1 ta’ Jannar projbiti milli jinbiegħu mill-2022? joni ta’ plastics fl-ambjent. pajjiżna fuq sisien moderni u sostenibb2021 kienet se titwaqqaf l-importazzjoni Il-liġi hi speċifika ħafna fuq il-prodotli. Ma kellna bżonn lil ħadd biex jimbutta’ dawn il-prodotti, kif fil-fatt ġara. ti li m’għandhomx jibqgħu jinbiegħu. Fis-suq jeżistu wkoll prodotti li jkunu tana nieħdu dan il-pass, imma nistgħu Tapplika għall-istess lista ta’ prodotti magħmulin mill-karti u jkunu wkoll ngħidu li pajjiżna huwa leader f’dan X’inhuma single-use plastics u x’inhi il-qasam. d-differenza bejn single-use u prodotti li tagħhom ġiet projbita l-importazz- għal użu ta’ darba, iżda jkollhom kisja joni din is-sena u tinkludi: cotton bud ta’ plastik fuqhom. Dawn ukoll se Wasal iż-żmien li nagħtu t-tweġibiet li jistgħu jintużaw aktar minn darba? sticks; pożati tal-plastik bħal frieket, jkunu qed jitwaqqfu milli jinbiegħu lit-tfal tagħna billi nieħdu azzjoni għalliskart fuq il-bajjiet tagħna, għall-gawwi Prodotti meqjusa bħala single-use ma skieken, mgħaref u chopsticks; plat- fiż-żmien li ġej? mejjet fuq ix-xtajtiet kaġun ta’ plastik li jiġux iddisinjati mill-manifattur biex ti; straws; stirrers; Dawn ir-regolamenti jkun kiel u għall-fkieren tal-baħar majiġu użati aktar minn darba tul il-ħajja stikek tal-plastik li jitmal-bżieżaq ma jgħoddux fil-każ qbudin f’basktijiet tal-plastik. tagħhom. Kuntrarju ta’ prodotti li jin- poġġew ta’ tazzi u kontenitutużaw aktar minn darba, dawn ma jir- tat-tfal; u kontejners magħmulin ri tal-ikel magħmulin Semmejna ħafna tibdiliet u dettalji ritornawx għand il-produttur għall-mili tal-ikel fejn mill-kartun miksijin minn din ir-riforma. Il-ħidma se tieqaf mill-ġdid, tagħbija mill-ġdid, eċċ., u ik- mill-polystyrene bil-plastik. hawn? tar importanti għandhom ħajja qasira u jitpoġġa ikel li jkun Jekk hemm xi lest għall-konsum u Dawn il-prodotallura ħela ta’ riżorsi. ħaġa li tiddistingwi ti huma bbażati fuq Le. Jekk hemm xi ħaġa li tiddistingwi Min-naħa l-oħra, prodotti li jist- m’għandux bżonn jiġi b’kisja lil dan il-Gvern minn oħrajn, hija progħu jerġgħu jintużaw huma ddisinja- msajjar jew preparat lil dan il-Gvern minn il-kartun ti speċifikament mill-manifattur biex aktar. oħrajn hija proprju tal-plastik applikata prju r-rieda li jbiddel u li ma jaqtax qamal-wiċċ biex tippro- lbu milli jieħu deċiżjonijiet diffiċli. Se jerġgħu jintużaw diversi drabi għall-istr-rieda li vdi protezzjoni kontra nkomplu bil-ħidma tagħna biex innaqqess skop li għalih ġew ikkonċepi- Prodotti ilma jew xaħam. F’dan su t-tniġġis, nimplimentaw l-istrateġiti, filwaqt li dejjem ikunu konformi bijodegradabbli jew jbiddel u li ma kompostabbli huma il-każ, il-prodott finali ja tagħna għat-tibdil fil-klima, intejbu mal-istandards rilevanti tal-prodott. jaqtax qalbu milli eżenti minn din jitqies li mhuwiex pri- l-kwalità tal-ħajja, l-ekosistema u l-bijieħu deċiżjonijiet il-projbizzjoni? marjament magħmul jodiversità b’iktar miżuri, azzjonijiet u Din il-bidla se tkun qed issir mill-plastik. riżultati tanġibbli. Qed nagħmlu dan bi permezz ta’ Liġi Sussidjarja 549.140. Din diffiċli Le. Sal-lum, il-prodotti trasparenza biex nagħtu ċertezza lill-inil-liġi tagħmel xi distinzjonijiet bejn tal-plastik immarkati bħala “bijode- Din il-bidla hija waħda importanti u li dustrija. materjali u oħrajn li kollha jitqiesu gradabbli” jew “kompostabbli” huma tolqot firxa wiesgħa ta’ setturi u li se Ftit tal-ġimgħat ilu ħabbarna s-Sinbħala plastics? ddisinjati bijodegradabbli biss taħt ċerti tkun qed tħalli ħafna ġid lill-ambjent. gle-Use Plastics Strategy for Malta għassnin 2021-2030, li tinkludi miżuri konkL-uniċi polimeri tal-plastik li ma jaqgħux kundizzjonijiet, bħal temperatura, um- Pajjiżna hu wieħed minn tal-ewwel li reti li se jiġu implimentati fiż-żmien li taħt din il-liġi huma polimeri naturali li dità, eċċ. Dawn il-kundizzjonijiet diffiċli qed imexxi din il-bidla? ġej. Din ibbażata fuq l-ambizzjoni talma ġewx modifikati kimikament, bħal ħafna li ssibhom fin-natura, u proprju għalhekk, jekk dawn il-prodotti jkunu Malta hija waħda mill-ewwel pajjiżi li Gvern li nimxu lejn ekonomija li hija lyocell. mormijin ħażin, ma jiddegradawx. Al- ħadu dan il-pass ambizzjuż. Permezz tassew ċirkolari, b’soċjetà aktar konxja lura dan ifisser li dan it-tip ta’ plastik ta’ din il-bidla u l-projbizzjoni fuq l-im- u responsabbli. Liema prodotti magħmula minn
08
02.01.2022
MALTA L-EWWEL Il-mudell adottat minn pajjiżna għal-liġi dwar l-użu personali tal-kannabis deskritt bħala ideali biex oħrajn jimxu warajh … ħarsa lejn mudelli differenti li diġà jeżistu madwar id-dinja
€683M F’GĦAJNUNA DIRETTA LIN-NEGOZJI TUL IL-PANDEMIJA IL-POLITIKA TAL-GVERN IPPROTEĠIET AKTAR MINN 17,500 NEGOZJU U 105,000 ĦADDIEM SAL-LUM In-negozji Maltin u Għawdxin, li ntlaqtu b’riżultat tal-pandemija, s’issa gawdew minn għajnuna diretta ta’ €653 miljun f’Wage Supplement, flimkien ma’ €30 miljun f’għajnuniet oħrajn biex itaffu t-tbatijiet u l-ispejjeż li r-restrizzjonijiet ġabu fl-aħħar sentejn. Il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli (inset) ikkonfermat li l-għajnuna tal-Wage Supplement se tkun qed tiġi estiża kif inhi salaħħar ta’ dan ix-xahar, waqt li l-Gvern se jkompli bid-diskussjonijiet mal-imsieħba soċjali biex jassigura għajnuna f’waqtha lill-intrapriżi fi żminijiet ta’ sfida. Hi ħabbret ukoll li l-estensjoni tal-Wage Supplement se tibqa’ titħaddem bl-istess mod, b’dawk li sa Diċembru kienu qed jieħdu €800 se jibqgħu jieħdu l-massimu tal-għajnuna għall-ħaddiema tagħhom. Flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia, il-Ministru Dalli spjegat kif l-assistenza lin-negozji direttament marbuta mal-COVID-19 inkludiet ukoll l-għajnuna fuq il-kirjiet, il-kontijiet tad-dawl, il-leave tal-kwa rantina u t-teleworking, b’investiment addizzjonali ta’ €30 miljun. “Bil-politika ekonomika li ħaddem dan il-Gvern, irnexxielna nipproteġu aktar minn 105,000 impjieg u għenna aktar minn 17,500 negozju. Tul dawn ix-xhur, ħdimna biex nagħtu għajnuna direttament marbuta mal-COVID-19, biex nistimulaw it-tkabbir ekonomiku, nattiraw l-investiment u ntejbu l-ħiliet tal-ħaddiema tagħna,” spjegat il-Ministru. Il-Ministru qalet li, fl-istess ħin, ilGvern ħadem biex jassigura li l-piżijiet
tal-prezzijiet internazzjonali tal-elettriku, tal-gass u tal-fuel ma jġorruhomx il-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin. Ċifri tal-Eurostat juru kif madwar iż-Żona Ewro l-prezz tal-elettriku sa tmiem Novembru żdied b’medja ta’ 18%, b’żidiet li telgħu sa 47% fi Spanja. “F’Malta u Għawdex in-negozji u l-ħaddiema għandhom serħan il-moħħ ta’ kontijiet irħas u Gvern li hu garan zija ta’ sieħeb li ma jħallihom qatt waħedhom,” qalet Dalli. Min-naħa tiegħu, Kurt Farrugia spjega li “l-Malta Enterprise kienet essen zjali matul il-pandemija. Filwaqt li ħadmet biex tattira investimenti ġodda lejn Malta, assigurat li eluf ta’ impjiegi jiġu mħarsa permezz tal-miżuri diffe renti li kienet qed timbotta ’l quddiem, bħall-Wage Supplement u l-leave tal-kwarantina. Il-Malta Enterprise qed tgħin ukoll fl-isforzi biex tirriġenera l-ekonomija ta’ Malta u toħloq opportu nitajiet ġodda biex in-negozji jikbru.”
Is-sit awtorevoli Amerikan Forbes semma b’distinzjoni lil Malta bħala pajjiż li kien l-ewwel wieħed fl-Unjoni Ewropea li illegalizza l-pussess personali tal-kannabis u qal li, warajna, il-Gvern ġdid tal-Ġermanja ddikjara li se jkun qed jibdel il-liġijiet tiegħu biex jaċċetta l-bejgħ ikkontrollat tal-kannabis lill-adulti għall-użu personali minn ħwienet liċenzjati. Is-sit Forbes jispjega li l-għan tar-riforma li se jwettaq il-Gvern Ġermaniż hu li toħloq suq regolat għall-bejgħ u għall-konsum sigur li tinkludi wkoll ħwienet regolati u intaxxati li se jkollhom kontrolli fuqhom biex jassiguraw kwalità tajba. Se jkun il-Gvern tas-Soċjo-Demokratiku Olaf Scholz li jwettaq din ir-riforma f’pajjiżu wara li l-Gvern predeċessur immexxi mid-Demokristjana Angela Merkel dejjem irreżista din ir-riforma. F’kumment lil din il-gazzetta, il-Ministru Malti għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici spjega li hi xi ħaġa pożittiva li pajjiżna qed jitqies minn ġurnali awtorevoli, bħal Forbes, bħala mudell li wieħed irid jimxi warajh fejn jidħol il-kontinent Ewropew. Forbes jispjega b’mod ċar għaliex pajjiżna huwa mudell fil-kontinent Ewropew, għax, kif anke jgħid l-analista internazzjonali Steve Rolles, Malta rriproduċiet f’liġi formali u komprensiva dak li f’xi pajjiżi oħrajn Ewropej jeżisti b’mod mhux organizzat b’ħafna “żoni griżi”. Dr Bonnici sostna li għadu kmieni biex wieħed janalizza x’se tkun qed twettaq il-Ġermanja, anke għax mill-istqarrijiet li ħarġu jidher li se ssir riforma simili bħal dik Maltija bid-differenza li se jkun hemm element ta’ kummerċjalizzazzjoni tant li se tigi imposta wkoll taxxa. “Aħna ma morniex għal dak ilmudell u ma rajniex li l-kannabis titqies bħala prodott li jiġi kkummerċjalizzat u intaxxat. Aħna l-mudell tagħna hu wieħed ta’ harm reduction fejn qed ngħidu lin-nies biex ma jagħmlux użu mis-sustanzi, imma jekk, minkejja dan il-parir, xorta waħda jagħżlu li jagħmlu użu mill-kannabis, allura għandu jkun hemm rotta sigura u regolarizzata minn fejn wieħed jikseb il-kannabis,” kompla l-Ministru Bonnici. Hu sostna wkoll li bħalissa għaddejja ħidma kbira biex tibda topera bla dewmien l-Awtorità l-ġdida dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis u spjega li għandu fiduċja kbira li din ir-riforma se tagħmel ġid kbir u differenza kbira, għax se tieqaf milli tikkriminalizza nies
li mhumiex kriminali, se tagħti daqqa lis-suq illeċitu (black market), waqt li tipproteġi lit-tfal u lill-persuni vulnerabbli. Ħames mudelli differenti Riċerka li għamilna dwar is-sistemi varji li jeżistu madwar id-dinja u li b’xi mod jippermettu l-użu personali tal-kannabis laqqagħna ma’ tliet mudelli oħrajn, minbarra dak Malti, imqabblin ma’ postijiet fejn mhux permess la l-pussess u wisq inqas il-kultivazzjoni. Il-varjazzjoni fir-restrizzjonijiet jew fil-liġijiet mhux applikati, għall-mod kif il-kannabis tista’ tinxtara u minn fejn, sal-kummerċjalizzazzjoni mill-Istat, hi kbira. Il-mudell Brittaniku – Illegalità sħiħa Dan hu l-mudell klassiku fejn il-pussess u l-kultivazzjoni huma kompletament illegali. It-terminoloġija li spiss tintuża hi gwerra kontra d-droga. Il-kritika ewlenija hi li ħafna drabi din il-gwerra kontra d-droga tispiċċa tkun gwerra kontra min jagħmel użu mid-droga. Il-mudell Olandiż
09
02.01.2022
FL-UE … IL-ĠERMANJA SE SSEGWI Ewropea għax jipprovdi b’mod definit għal-legalizzazzjoni ta’ pussess ta’ kannabis f’ammonti żgħar, għall-kisba ta’ kannabis f’ammonti siguri u regolarizzati minn sorsi regolati minn awtorità regolatorja u għat-tkabbir ta’ massimu ta’ erba’ pjanti f’kull dar. F’Jannar tal-2020 il-parti żgħira ta’ territorju Awstraljan, imsejħa Australia Capital Territory, ghamlet legali l-pussess ta’ 50 gramma mnixxfa ta’ kannabis, 150 gramma ta’ kannabis mhux imnixxfa u l-kultivazzjoni sa erba’ pjanti f’kull dar. Kuntrarjament għal Malta, f’dan it-territorju Awstraljan ma nħolqitx rotta regolarizzata u sigura minn fejn adult jista’ jikseb il-kannabis. Fl-Urugwaj lura għall-2013 ġie lega lizzat il-pussess tal-kannabis b’mod ikkontrollat fl-istess waqt li nħolqot awtorità regolatorja. Kull min għandu 18-il sena jew aktar jista’ jkabbar sa sitt pjanti f’kull dar, sakemm ma jipproduċix aktar minn 480 gramma, waqt li jista’ jixtri sa 10 grammi fil-ġimgħa jew 40 gramma fix-xahar mingħand spiżerija. Il-mudell Kanadiż – Legali u kummerċjalizzata
– Illegali imma tollerata
kemm ilhom li għamlu din is-sistema, ma kienx hemm effett differenti fost l-Olandiżi meta mqabblin ma’ pajjiżi oħrajn Ewropej. In-numru ta’ nies li jużaw jew għamlu użu mill-kannabis fl-Olanda huma fl-istess ilma tal-medja Ewropea u l-Olanda għandha l-inqas livell ta’ problema ta’ użu ta’ droga fl-Unjoni Ewropea kollha. Bħalissa għaddej eżerċizzju ta’ riċerka u ta’ prova sas-sena 2025 bilgħan li titwaqqaf sistema regolatorja.
Fl-Olanda hu ttollerat li wieħed jixtri ammonti żgħar ta’ kannabis minn ħwienet tal-kafè (sa 5 grammi kuljum) u li jkollok fil-pussess tiegħek ammonti żgħar ta’ kannabis. Tintuża l-kelma ttollerat għax fis-sebgħinijiet tfasslet policy miktuba fejn dawn l-atti ġew ittollerati, iżda formalment il-liġi tgħid li l-pussess sempliċi hu reat depenalizzat (teħel multa) u x-xiri hu illegali. Fil-verità l-ammont ta’ nies li jitressqu l-Qorti marbutin ma’ reati ta’ kannabis għallIl-mudell Spanjol użu personali hu – Illegali imma Ma rajniex li l-kannabis minimu ħafna. dekriminalizzat Kritika qawgħandha titqies prodott wija hi li taħt Fi Spanja mis-seli jiġi kummerċjalizzat u din is-sistema bgħinijiet, fetħu allura intaxxat. Il-mudell hemm loopsocial clubs li jiphole kbira fuq produċu l-kannatagħna hu wieħed ta’ kif il-ħwienet bis biex ibiegħuharm reduction, b‘rotta jiksbu l-kannaha lill-membri ta’ sigura u regolarizzata bis biex imbagħad għaqdiet mingħajr tinbiegħ. profitt. Biss dawn minn fejn tista’ Studji bħal dawk huma teknikament iltinkiseb ta’ MacCoun, “What legali, mhumiex regolarCan We Learn from the izzati waqt li l-liġijiet baqgħu Dutch Cannabis Coffeeshop Sysjgħidu li l-bejgħ tal-kannabis hu iltem?, Addiction 106, no. 11 (2011)” juru li legali. Fil-prattika però ma jittiħdux
passi kontra s-social clubs u l-klijenti tagħhom. Il-pussess tal-kannabis f’ammonti żgħar hu dekriminalizzat kompletament. Fil-Portugall ġie dekriminalizzat il-pussess sempliċi tad-drogi kollha, inkluż il-kannabis, u dak li jkun jeħel biss multa jekk jinstab fil-pussess ta’ kwalunkwe droga f’ammonti żgħar. Biss il-kisba u l-bejgħ tal-kannabis huma illegali, u għalkemm hemm ħwienet li jbigħu l-kannabis dawn huma illegali. Fil-pajjiż Ewropew ta’ Georgia, waqt li l-pussess u l-użu tal-kannabis hu illegali, b’sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali ġie permess li wieħed ikollu fil-pussess tiegħu u jikkonsma ammonti żgħar ta’ kannabis. L-istess ħaġa ġara fl-Afrika t’Isfel. Waqt li l-liġi tgħid li l-pussess u l-użu hu illegali, il-Qorti Kostituzzjonali f’sentenza ppermettiet li wieħed ikollu fil-pussess tiegħu u jikkonsma ammonti żgħar ta’ kannabis. Il-mudell Malti – Legali mhux kummerċjalizzata Il-mudell f’pajjiżna hu wieħed ta’ tnaq qis tad-danni (harm reduction) u l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fl-Unjoni
Fil-Kanada sar eżerċizzju fejn il-kannabis mhux biss ġiet legalizzata, imma ġie wkoll introdott mudell kummerċjali kkontrollat fejn il-produzzjoni tiġi liċenzjata f’livell federali (uħud minnhom fuq mudell kummerċjali) u l-provinċji huma responsabbli għad-distribuzzjoni u l-kontrolli. F’uħud mill-provinċji wieħed jista’ jixtri l-kannabis minn ħwienet privati u f’oħrajn minn postijiet propjetà talGvern. Wieħed jista’ saħansitra jixtri online. B’kollox wieħed jista’ jkollu f’idejh massimu ta’ 30 gramma ta’ kannabis fil-pubbliku u jista’ jkabbar sa erba’ pjanti f’kull dar. Biex wieħed jikseb il-kannabis irid ikollu minimu ta’ 18-il sena fil-ġurisdizzjonijiet kollha, għajr fejn l-età biex wieħed jixtri l-alkoħol hi ta’ 19-il sena. Titħallas it-taxxa fuq il-prodotti li jinxtraw. Fi 18-il stat u 3 entitajiet oħrajn differenti tal-Istati Uniti tal-Amerka ġie adottat mudell ta’ legalizzazzjoni u kummerċjalizzazzjoni tal-kannabis. L-ewwel li bdew kienu Colorado u Washington fl-2012. Il-kannabis f’ħafna minn dawn il-postijiet tista’ tinxtara mill-ħwienet privati b’mod liberu. B’mod individwali kull stat jintaxxa l-kannabis u l-età minima biex wieħed jixtriha hi ekwivalenti għal dik tal-alkoħol. L-ammont li wieħed jista’ jżomm fuqu jvarja minn 28 gramma għal 71 gramma f’diversi Stati. Ivarja wkoll l-ammont ta’ pjanti li jistgħu jiġu kkultivati fid-djar – hemm minnhom jitilgħu sa anke 15-il pjanta kull residenza u jidħlu fid-dettall jekk il-pjanti jkunux maturi jew le.
10
02.01.2022
L-EDUKAZZJONI U L-ISPORT: ID F’ID GĦAT-TISĦIĦ TAS-SOĊJETÀ Dr Grima jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala l-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport
Ritratt: KEVIN ABELA / DOI
Il-KullĦadd tkellmet ma’ Clifton Grima ftit wara li l-Erbgħa li għadda ħa l-ġurament bħala l-Ministru responsabbli għallEdukazzjoni u l-Isport. Grima hu avukat u ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament f’Ottubru tal-2016 permezz ta’ elezzjoni każwali wara li kien irriżenja Leo Brincat minħabba li sar membru fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Wara li ġie elett fl-Elezzjoni Ġenerali ta’ Ġunju 2017, bl-akbar ammont ta’ voti fuq id-Disa’ Distrett, Grima ġie fdat b’portafoll fil-Kabinett tal-Gvern. Huwa kien diġà serva bħala Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għall-Edukazzjoni għal kważi tliet snin, responsabbli miż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Organizzazzjonijiet Volontarji. Qabel inħatar bħala Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport kien qed iservi bħala Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Organizzazzjonijiet Volontarji u responsabbli wkoll miż-Żgħażagħ. Clifton Grima ħadem ħafna fil-qasam sportiv, ħidma li wasslet għal investiment bla preċedent kemm fl-infrastruttura kif ukoll fl-atleti nfushom. Dan sar bi djalogu u kunsens flimkien ma’ stakeholders f’dan is-settur. Taħtu l-Aġenzija Żgħażagħ saret waħda proattiva, tant li llum hija meqjusa bħala added value għaż-żgħażagħ. Bit-tmexxija tiegħu fil-qasam tal-volontarjat ingħatat dimensjoni ġdida u aktar demokratika lill-Kunsill Malti responsabbli mis-settur. Issaħħaħ ukoll l-uffiċju talKummissarju responsabbli minn dan is-settur u rajna t-tnedija ta’ diversi strateġiji fl-oqsma kollha involuti. Dr Grima mill-ewwel qalilna li huwa kommess li mal-bqija tal-Kabinett, immexxi millPrim Ministru Robert Abela, kif ukoll b’ħidma mal-partijiet kollha f’dan il-qasam ikompli jaħdem biex jinkisbu l-aqwa riżultati fis-settur edukattiv, filwaqt li tkompli għaddejja l-ħidma fil-kamp sportiv. Il-Ministru Grima qalilna li jinsab onorat li l-Prim Ministru fdah imexxi żewġ oqsma tant importanti għas-soċjetà Maltija u Għawdxija. Żewġ setturi li jmorru id f’id, għax huma l-bażi ta’ ħajja sana għal uliedna: l-edukazzjoni li minnha jiddependi l-preżent u l-futur tal-istudenti, u l-isport li jgħin bil-kbir lit-tfal mhux biss għallgħan sportiv u għal saħħithom, imma wkoll fl-interazzjoni soċ-
jali. L-isport mhuwiex biss arma li biha jingħelbu d-diffikultajiet ta’ saħħa fiżika, imma għandu jkun parti integrali mill-ħajja tagħna, waqt li l-edukazzjoni hija ċ-ċavetta li tiftaħ l-għarfien dwar l-importanza tiegħu. Hawnhekk għamlilna wkoll enfasi oħra, dik li uliedna jkollhom edukazzjoni sħiħa u ħolistika. Il-Ministru Grima qalilna li b’edukazzjoni sħiħa biss ilpajjiż jista’ jipprepara lil uliedna għall-ħajja reali. Qalilna li filwaqt li l-edukazzjoni f’dak li huwa kurrikulu hija importanti u meħtieġa, irridu li lit-tfal inwassluhom biex ikollhom tranżizzjoni mingħajr skossi minn fuq il-bankijiet tal-iskola, għad-dinja tax-xogħol, u wkoll għad-dinja li hija l-ħajja ta’ kuljum tagħna. “Dan mhux biss nemmen fih, imma huwa wkoll dak li rrid għal uliedi stess. Qabel kollox, jien missier ta’ żewġ ulied, u għalhekk naf xi rrid għall-ġid tagħhom u dak li rrid għal uliedi se nestendih mill-qalb għal ulied il-poplu kollu,” qalilna l-Ministru Grima. Kulħadd jaf il-ħidma tal-Mi nistru Grima fis-settur tal-isport, u għalhekk f’dawn l-ewwel kummenti tiegħu, enfasizzajna ftit dwar is-settur edukattiv. Huwa qalilna li jirrikonoxxi li kemm ilu jmexxi lil pajjiżna l-Gvern Laburista sar progress kbir f’dan il-qasam, u ta’ dan irringrazzja lill-Ministri li kienu responsabbli minn dan is-settur. Dr Grima kompla jgħidilna li għalhekk b’ħidma mal-istake-
Huwa qalilna li din hija pri- turi jingħataw l-importanza holders kollha involuti, fosthom l-edukaturi, l-istudenti jorità assoluta. Dik li tissokta mistħoqqa”. Il-Ministru Grima qalilna li u anke l-ġenituri, se jkompli l-ħidma biex ikomplu jinkisbu jaħdem bla heda biex jinkisbu r-riżultati f’dan is-settur. U fejn jrid aktar djalogu mal-edukariżultati importanti fis-settur hemm bżonn issir aktar ħidma, turi. Huma jinsabu hands on fl-iskejjel u fl-entitajiet eduedukattiv. Mhux biss, imma kif din issir ukoll. Il-Ministru Clifton Grima kattivi tal-pajjiż u għalhekk irid qalilna l-Ministru Grima: “Se nibqgħu naħdmu wkoll biex qalilna li din hija ħidma kollet- jisma’ mingħandhom ukoll kif inkomplu niksbu riżultati im- tiva, li ssir mill-amministrazz- dan is-settur irid ikompli jisportanti fis-settur sportiv li joni tal-Ministeru, imma li fiha saħħaħ u jittejjeb. Huwa fakkarna fl-imporissa ġie elevat għal-livell mintanza li jagħti l-Gvern lil isterjali”. dan is-settur, kif huwa riDin kienet apprezzata fless fil-miżuri mħabbra ferm ukoll mill-għaqdiet fl-aħħar Baġit. “Għalhekk u mill-entitajiet li jaħdse nara li mmexxi ’l qudmu f’dan is-settur. Irridu li lit-tfal diem dawn il-miżuri li L-impenji tal-Ministru minnhom se jibbenefika Grima bdew mill-ewwel, inwassluhom biex l-pajjiż kollu”. tant li fl-ewwel sigħat kif ikollhom tranżizzjoni “Jekk ma jkollokx settħabbret il-ħatra tiegħu, tur edukattiv b’saħħtu, fost id-diversi laqgħat li mingħajr skossi minn jekk ma jkollokx settur kellu, kien hemm dawk fuq il-bankijiet tal-iskola, edukattiv li qed jaqdi mal-unions, il-Malta l-ħtiġijiet ekonomiċi li għad-dinja tax-xogħol, u Union of Teachers (MUT) għandu bżonn il-pajjiż, se u l-Union of Professional wkoll għad-dinja li hija jbati mhux biss il-pajjiż, Educators (UPE). “Ħassel-ħajja ta’ kuljum imma l-ekonomija kollha jt li kelli niltaqa’ b’mod kemm hi,” saħaq il-Minisimmedjat mal-unions, tagħna tru Clifton Grima. saħansitra qabel il-ġuraU l-ftuħ tal-iskejjel wara ment, għax nemmen u għandi fiduċja fil-professjonisti l-edukaturi għandhom impor- l-festi tal-Milied? “Ara, il-pożizzjoni hi ċara. L-iskejjel huma tanza massima. tas-settur,” qalilna l-Ministru. “L-edukatur hu l-qofol kruċjali għall-iżvilupp sħiħ Laqgħat li kienu ferm importanti u kordjali ħafna u saret di- tas-settur edukattiv. Ma rridux tat-tfal tagħna u nemmen li skussjoni b’mod ġenerali dwar ninsew li aħna l-ġenituri naf- l-attendenza fiżika tat-tfal hija is-settur u l-isfidi immedjati u daw lil uliedna f’idejhom. Għal- kruċjali fl-iżvilupp tagħhom hekk, l-edukaturi huma figura u għalhekk qed inħarsu f’dik futuri tiegħu. “Jien nemmen li b’rieda ta- ċentrali fl-iżvilupp ta’ wliedna, id-direzzjoni”. Il-Ministru Grima komjba u b’diskussjoni miftuħa, li b’tant dedikazzjoni u għożża bil-karti kollha fuq il-mejda, qed jagħtuhom l-edukazzjoni pla jispjega li “meta reġgħu inkunu kapaċi negħlbu l-isfidi li tagħhom. Għalhekk, nirrikon- fetħu l-iskejjel wara li kienet minn żmien għal żmien jinqal- oxxi li l-edukaturi kollha huma faqqgħet il-pandemija, studji għu. Jekk hemm rieda li l-affar- pedina wisq importanti fil-ħid- li saru wrew li kemm damu ’l ijiet jibqgħu mexjin ’il quddiem, ma tagħna f’dan is-settur,” bogħod mill-attendenza fiżika, iva, se jimxu ’l quddiem,” qalil- enfasizza l-Ministru Grima, “u uliedna ħassew l-effett ta’ dan. għalhekk se nara li l-eduka- Effett li jmur lil hinn mill-eduna l-Ministru Grima.
11
02.01.2022
INVESTIMENT KONTINWU FIL-PROTEZZJONI ĊIVILI Ritratt: JASON BORG / DOI
FL-2021 BISS INXTRAW 26 VETTURA JEW INĠENJI ĠODDA
kazzjoni tagħhom. Qed nirreferi għall-ħajja skolastika, li hija importanti ferm għal uliedna, qed nirreferi wkoll għas-saħħa mentali tat-tfal. Tant li l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) kienet għamlitha ċara li l-aqwa edukazzjoni li tista’ tingħata hija dik fil-klassi”. Ovvjament filwaqt li għaddejja ħidma biex wara l-festi jerġgħu jinfetħu l-iskejjel fosthom b’laqgħat ma’ rappreżentanti prinċipali tal-imsieħba fis-settur, u huma f’posthom il-protokolli kollha li hemm bżonn biex jipproteġu s-saħħa tal-istudenti u tal-edukaturi, wieħed irid joqgħod ukoll għallparir li jagħtu l-esperti fil-qasam tas-saħħa. Tlabna kumment tal-aħħar. Kumment li l-Ministru Grima indirizzah lil-edukaturi. “Jien wieħed minnkom. Qiegħed hemm biex nismagħkom. Qiegħed hemm biex nara li flimkien naħdmu id f’id għallġid tal-iktar ġojjell prezzjuż li għandna lkoll kemm aħna: uliedna”. Reazzjonijiet Sadanittant, fost l-ewwel stqarrijiet uffiċjali, l-Malta Union of Teachers ferħet lill-Ministru Clifton Grima u qalet li qed tistenna bil-ħerqa li taħdem miegħu b’risq l-edukaturi u l-istudenti. Fil-fatt, qabel il-ġurament, diġà kien hemm laqgħa ta’ introduzzjoni bejn iż-żewġ naħat. Anki l-UPE laqgħet il-ħatra ta’ Clifton Grima bħala Minist-
ru għall-Edukazzjoni u l-Isport, filwaqt li wriet t-tama li l-ħatra tiegħu tawgura relazzjoni qawwija ta’ djalogu soċjali u sens komun fir-relazzjonijiet industrijali. Anki din l-union kellha laqgħa ta’ introduzzjoni mal-Ministru Grima qabel il-ġurament ta’ nhar l-Erbgħa. Il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar fl-ewwel kummenti tiegħu qal li d-deċiżjoni li l-isport ġie elevat għal livell ministerjali u li dan ingħaqad mal-edukazzjoni se twassal biex tingħata aktar spinta lill-isport. Cutajar qal “bla dubju ta’ xejn il-Gvern kien ilu jindika sena wara sena li l-isport huwa importanti, l-investiment kien bla preċedent, SportMalta kibret ukoll bla preċedent. Il-Gvern reġa’ investa wkoll fl-atleti allura din kienet it-timbru, is-siġill li l-Gvern ta direzzjoni li l-isport huwa settur importanti billi elevah f’Ministeru.” Il-President tal-Għaqda Ġurnalisti tal-Isport, Sandro Micallef spjega kif hu u l-kollegi tiegħu kienu ilhom jaħdmu għal dan il-mument ħafna snin. “Dejjem għamilna l-argument li l-isport għandu jitla’ fuq livell ta’ Ministeru u naħseb li d-deċiżjoni tal-Gvern qed tibgħat messaġġ qawwi f’pajjiżna li l-isport sa fl-aħħar ħa jibqa’ tiela ’l fuq fuq l-aġenda talGvern,” tenna Micallef, waqt li indika li dan hu l-pass li għandha bżonn Malta biex tagħmel qabża ’l quddiem fid-dixxiplini sportivi u l-atleti lokali jiksbu riżultati mistħoqqa.
Insalvaw u nipproteġu hu l-motto tal-Protezzjoni Ċivili, forza tal-ordni li, bħall-oħ rajn, tkun minn ta’ quddiem biex tgħin, issalva u tħares lin-nies. Fl-aħħar snin id-Dipartiment tal-Protez zjoni Ċivili mbarka fuq sensiela ta’ investimenti bla preċedent intiżi biex isaħħu kemm ir-riżorsa umana, inkluż bi ftehim kollettiv ġdid, kif ukoll l-apparat, l-inġenji u l-vetturi li jridu jkunu tal-ogħla livell. B’hekk is-servizz offrut lill-poplu u lill-pajjiż ikun l-aħjar possibbli u sigur kemm jista’ jkun għal min se jirċievi l-assistenza u anke għal min se jagħtiha u allura l-ħaddiema tad-dipartiment. Ħarsa lejn dawn l-investimenti tul is-sena li għadna kif temmejna żgur tagħti garanzija li l-futur tal-Protezzjoni Ċivili jibqa’ wieħed aġġornat u fuq kollox ferm aktar b’saħħtu. Minkejja dan, l-investiment tal-Gvern f’din il-forza fl-aħħar disa’ snin laħħaq is-€17-il miljun li ssarrfu fi kważi 100 vettura, apparat u inġenji ġodda li jir riflettu l-ħtiġijiet tal-pajjiż. Fil-fatt, saru investimenti f’fire engines żgħar li jistgħu joperaw f’lokalitajiet fejn hemm toroq dojoq, iżda anke investiment f’inġenji biex bini għoli ħafna wkoll ikun moqdi f’każ ta’ bżonn. Tul l-2021, il-Protezzjoni Ċivili investiet: ● F’dinghy ġdid biex jassisti emerġenzi fuq il-baħar flimkien ma’ drone ta’ taħt ilbaħar b’investiment ta’ xejn inqas minn €105,000; ● Aktar minn 26 vettura jew inġenji ġodda li jvarjaw minn turn table ladders, hydraulic platform li jlaħħaq għoli ta’ 70 metru, żewġ diver vans u għad ta’ fire-engines li fihom l-aħħar u l-aqwa apparat u teknoloġija; ● Għaddejjin xogħlijiet jew manutenzjoni f’numru ta’ stazzjonijiet tat-tifi tan-nar; Fost l-inġenji ġodda li nxtraw is-sena li għaddiet mill-Protezzjoni Ċivili
u
● Sar investiment ta’ €2 miljun, fosthom b’Fondi Ewropej, fil-control room talProtezzjoni Ċivili, fejn permezz ta’ sistema ġdida li taħdem bl-Intelliġenza Artifiċjali, il-pumpieri fil-vetturi tagħhom se jkunu qed jaċċessaw informazzjoni utli diretta permezz ta’ tablet. Sa mill-ewwel ġurnata l-Gvern ta importanza kbira lis-settur tas-sigurtà f’pajjiżna tant li żied l-allokazzjonijiet finanzjarji għal xejn inqas minn sitt darbiet aktar dak li Gvern Nazzjonalista kien jivvota għalih fl-2012. Kull forza tal-ordni f’pajjiżna ingħatat żidiet biex taħdem, tant li minn €5 miljun fl-2012, is-sena li għaddiet irċevew €30miljun. Il-Protezzjoni Ċivili waħedha se tkun irċeviet mat-€8 miljun li ġew investiti kif indikat aktar ’il fuq. Kontra x’kien jiġri fl-imgħoddi, il-Protezzjoni Ċivili m’għadhiex reċipjent ta’ apparat diġà użat u li mhux neċessarjament tajjeb għal pajjiżna. Minflok qed tinvesti f’apparat ġdid li jirrifletti l-ħtiġijiet u r-realtajiet tal-pajjiż. Fl-aħħar konferenza tal-aħbarijiet din il-ġimgħa fejn tħabbru aktar investimenti, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri tenna li dan l-investiment hu parti mill-pjan tal-Gvern biex kull entità li hi responsabbli mis-sigurtà nazzjonali tkun imħejjija bl-aħjar mod possibbli ħalli flimkien ikunu kapaċi jiffaċċjaw l-isfidi li jinqalgħu. Min-naħa tiegħu, id-Direttur Ġenera li tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Emanuel Psaila spjega li l-investimenti li qed isiru huma maħsubin biex jimmoder nizzaw ir-riżorsi u b’hekk din il-forza tkompli ssaħħaħ l-operat tagħha u tasal b’effiċjenza għand in-nies 24 siegħa kuljum, is-sena kollha.
12
02.01.2022
NIBNU FUQ LI KSIBNA FL-2021
CHRIS AGIUS Segretarju Parlamentari
Is-sena 2021 għaddiet ukoll u ħalliet warajha ħafna tifkiriet Tifkiriet sbieħ u oħrajn anqas sbieħ, jew xi oħrajn koroh. U kif isir wara li tintemm sena, wieħed jagħti ħarsa lura lejn dak li għaddejna minnu kif ukoll lejn miri li rridu nilħqu fis-sena li tkun ġejja. Is-sena 2021 bdiet kif spiċċat is-sena ta’ qabel, bi programm ta’ tilqim kontra l-COVID-19. Filfatt, pajjiżna kien fost l-ewwel pajjiżi fid-dinja li beda jagħti l-vaċċin lill-popolazzjoni tagħna. L-ewwel tilqima ngħatat fis27 ta’ Diċembru 2020 u sal-lum, sena wara, ingħataw kważi miljun u mitt elf tilqima fejn mal-220,000 minnhom huma d-doża tal-booster.
L-aħbar ewlenija li biha spiċċat is-sena 2021 reġgħet kienet il-Covid, din id-darba mhux il-varjant Delta, iżda varjant ieħor li jinfirex aktar bl-isem Omicron. Aħna bħala pajjiż komplejna bl-impenn biex inkomplu bi programm aggressiv ta’ tilqim, l-unika arma li għandna sa issa kontra dan il-varjant. L-appell tagħna huwa sabiex kulħadd jieħu t-tilqima biex inkomplu nipproteġu lilna nfusna kif ukoll lil ta’ madwarna. Matul din is-sena l-Gvern baqa’ għaddej bis-sapport u bl-għajnuna lin-negozji tagħna sabiex mhux biss jibqgħu għaddejjin, iżda biex ħadd ma jitlef il-post tax-xogħol tiegħu. Filfatt, matul din is-sena komplejna naraw tnaqqis fin-numru ta’ nies ifittxu impjieg. Minn informazzjoni li ħarġet JobsPlus insibu li f’Ottubru li għadda kien hemm 1,254 persuna tirreġistra għax-xogħol fuq l-ewwel Parti tar-Reġistru, u dan ifisser tnaqqis ta’ 1,860 mill-istess xahar sena qabel. Erġajna għamilna Baġit bla ebda taxxa u mifqugħ b’ħafna miżuri soċjali intiżi biex inkomplu ngħinu liż-żgħir u lill-vulnerabbli. Fejn jidħol bejgħ ta’ proprjetà, il-Gvern kompla jgħin
sabiex aktar familji Maltin u Għawdxin isiru sidien ta’ djarhom. Ħafna skemi differenti għenu anke lis-settur jibqa’ għaddej saħansitra fl-aktar żminijiet diffiċli. Skemi bħal dawk tal-first-time buyers, tassecond-time buyers, għal dawk li jixtru propjetà f’Għawdex jew f’UCA. Għajnuna għal dawk li ma jkollhomx biex joħorġu l-10% li jkunu jridu biex jitħallsu fuq quddiem, għajnuna bħal equity sharing. Insomma għajnuniet ma jispiċċaw qatt. Dan wassal sabiex kellna żieda ta’ bejgħ xahar fuq ieħor. Il-valur ta’ bejgħ tal-propjetà f’Lulju li għadda kien ta’ 36.4% aktar mill-bejgħ li sar fl-istess xahar sena qabel. Minn 1,356 kuntratt ta’ bejgħ li saru f’Lulju li għadda, 1,267 minnhom jew 93% kienu kuntratti li saru ma’ individwi u allura l-akbar probabbiltà hija biex jintużaw bħala residenza privata.
Fl-istess xahar saru wkoll 1,105 konvenji fejn anke hawn 989 minn dawn il-konvenji saru minn individwi. Kienet sena wkoll fejn għamilna bidliet kbar, b’liġijiet ġodda sabiex ikollna oqsma u setturi regolati aħjar. Fejn jidħol il-qasam tal-bejgħ tal-propjetà, daħħalna liġi li tirregola lil min jaħdem fis-settur. Illum kull min irid jagħmel xogħol li jbigħ il-propjetà jrid ikollu liċenzja valida. Dan jagħti aktar serħan ilmoħħ lil min ikun ser jidħol probabilment, għall-akbar investiment ta’ ħajtu. Bla dubju li dawn in-nies jistħoqqilhom li jingħataw il-pariri u l-gwida mingħand nies imħarrġa u kwalifikati, għalkemm jien konvint li fil-maġġoranza tagħhom kollha jingħataw taħriġ mill-kumpaniji li jaħdmu magħhom. Daħħalna liġi li permezz
Fejn jidħol il-qasam tal-bejgħ tal-propjetà, daħħalna liġi li tirregola lil min jaħdem fis-settur. Illum kull min irid jagħmel xogħol li jbigħ il-propjetà jrid ikollu liċenzja valida
tagħha twaqqfet l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni. Issa din l-Awtorità qed tingħata l-għodda sabiex tkun tista’ żżid u ttejjeb l-operat tagħha. Fost dawn b’żieda ta’ nies ġodda biex l-Awtorità żżid is-sorveljanza u l-infurzar. Minbarra dan daħħalna regolamenti ġodda f’dan is-settur fosthom bidla fil-ħinijiet meta jista’ jsir l-iskavar u t-twaqqigħ, kif ukoll regolament ieħor li jassisti lill-ġirien sabiex isibu perit tal-għażla tagħhom meta jridu jikkontestaw u joġġezzjonaw għall-mod kif isiru x-xogħlijiet (Method Statement) kif ukoll il-Condition Report. Fiż-żmien li ġej ser inkomplu naraw aktar bidliet fosthom liċenzjar tal-kuntratti, kif ukoll il-ħtiġijiet bażiċi għal kull ħaddiem. Ma’ dawn imbagħad hemm dokument tekniku dwar kif isir ix-xogol, dak li jissejjaħ in-National Building Codes. Dokument ħaj li jiġi aġġornat, imtejjeb, imkabbar maż-żmien u skont il-ħtieġa. Il-ħidma ta’ dan il-Gvern ma tieqaf qatt. Hekk għamilna u hekk ser inkomplu nagħmlu għax aħna rridu l-aħjar affari jiet għall-poplu tagħna. Nawgura lil kulħadd Sena 2022 mimlija saħħa, paċi u kuntentizza.
COVID-19… NGĦIDHA KIF NAĦSIBHA
JO ETIENNE ABELA Kandidat fl-10 u 13-il Distrett
Fil-bidu tal-2020, il-COVID-19 ġiet fuqna bħal sajjetta. Ġejna attakkati b’aħbarijiet xokkanti ta’ sptarijiet kbar falluti, dipartimenti tal-ITU mifluġin u twiebet kull fejn tħares. Mhux ta’ b’xejn li bosta gvernijiet irrispondew b’lockdowns u circuit-breakers. U bir-raġun, għax l-ewwel varjanti għamlu ħerba. F’Malta konna xxurtjati u għaqlin u tista’ tgħid għaddejnieha aħjar mill-oħrajn. Testijiet bla heda żviluppaw stampa veritiera tas-sitwazzjoni f’kull ħin, il-programm ta’
tilqim kien tassew impressjonanti, il-Gvern injetta miljuni fl-ekonomija, il-qgħad sar kważi ineżistenti, it-turiżmu għolla rasu… insomma r-rota ħażin ħażin daret. Allura, nistħajjilkom tistaqsu (u jien magħkom), għaliex meta qisna wasalna fil-quċċata ħadna din it-tisbita ta’ numri bla preċedent. Qed nikteb meta r-rekords juru mal-10,000 każ attiv fi xtutna. U donnu nqbadna b’ferneżija ta’ aktar testijiet u l-paniku jinfirex! Jiena naħseb li dan paniku żejjed għax il-folja tidher illi nqalbet! Ix-xjenza turi li minkejja dawn in-numri allarmanti, l-impatt fuq saħħet il-poplu m’għandux ikun serju. Fil-fehma inesperta tiegħi, il-virus qed jilħaq l-għan naturali tiegħu li biex ikun suċċess irid jinfirex bil-goff mingħajr ma joqtolna. Sa issa minn 10,000 każ attiv, 6 pazjenti biss jinsabu l-ITU. Dan il-fenomenu li qed naraw bil-miġja tal-varjant Omicron diġà seħħ fl-Afrika t’Isfel u fl-Ingilterra. F’dawn ilpajjiżi ġew irreġistrati rekords enormi, però mingħajr danni serji. Issa nispera li f’Malta ser
jiġri l-istess. Dawn il-ħmistax li ġejjin għandhom jipprovaw illi l-pandemija qed tidħol f’fażi staġjonali. Bħall-“common colds” (l-irjiħat) hu pproġettat li tinfirex sew fil-ksieħ tax-xitwa mingħajr ma tħalli ħafna mwiet. Il-Gvern għamel ħiltu kollha sabiex saħħitna jħarisha b’sistema eċċellenti ta’ tilqim. Il-vaċċin huwa effettiv sa ca.80% kontra l-Omicron. Il-vaċċin jidher ġeneralment sigur, għalkemm nammetti li analiżi bir-reqqa u fit-tul (speċjalment fit-tfal) ovvjament qatt ma saret. Ma hemmx dubju li, minkejja n-numri rekord ta’ bħalissa, ilvaċċin jifforma tarka kontra mard serju li għandu bżonn kura fl-isptar u li jwassal għallmewt. Ejjew mela nserrħu ras-
na minflok nitilfuha! Lanqas għandi dubju li hemm bżonn li nkomplu naħslu jdejna kull ħin, inżommu d-distanza soċjali u nilbsu l-maskri. U għaliex le? Dawn huma prattiċi sempliċi ta’ iġjene u korteżija li anke t-tfal kapaċi josservawhom. Ma naħsibx li għandna nif fissaw fit-testijiet u l-kwarantini żejda. Jekk xi ħadd ikollu d-deni, is-sogħla, il-flissjoni jew sintomi oħra, għandu b’res ponsabbiltà joqgħod bi kwie tu d-dar. Naħseb li t-testijiet għandhom isiru biss f’min ma jiflaħx sew jew inkella meta hemm bżonn li xi ħadd ikun fi sptar, għal raġuni jew oħra. Jiena naħseb li sakemm nitlaqqmu u nieħdu l-prekawzjonijiet li semmejt, għandna nibqgħu ngawdu l-ħajja prez-
Jiena naħseb li sakemm nitlaqqmu u nieħdu l-prekawzjonijiet li semmejt, għandna nibqgħu ngawdu l-ħajja prezzjuża tagħna u s-saħħa mentali tagħna
zjuża tagħna u s-saħħa mentali tagħna. Nispera li lockdowns saru ħaġa tal-passat. Il-ħsara li diġà għamlet il-pandemija fl-edukazzjoni, fissaħħa mentali u fl-ekonomija mhix faċli ssewwiha. Illum il-ġurnata s-saħħa, l-ekonomija, it-turiżmu u l-edukazzjoni saru lkoll uċuħ tal-istess munita. Djalogu b’saħħtu u kontinwu bejniethom huwa essenzjali għal proġetti robusti u sabiex jiġi evitat dak li ngħidlu start/ stop. Nixtieq li nixprunaw il-kunfidenza fis-soċjetà li twassal għat-tgawdija tas-safar, ir-ristoranti, il-bars u l-lukandi, iċ-ċinema u t-teatru. Mingħajr ekonomija b’saħħitha, isservizzi l-oħra kollha (inkluż is-saħħa) ibatu serjament. Nagħlaq billi ntenni bla tlaqliq dak li esponejt ftit tal-ġimgħat ilu. Sakemm ikollna kontroll fuq in-numri pożittivi, ma naqbilx li jsiru attivitajiet tal-massa, huma x’inhuma! Għaliex akkost ta’ kollox, l-attivitajiet li semmejt qabel għandhom ikunu protetti. Awguri sinċiera għas-Sena l-Ġdida!
13
02.01.2022
2022
OWEN BONNICI Ministru
Meta wieħed iħares lejn sena ġdida, dak li jkun jidħol għaliha b’sens ta’ aspettattiva li dan se jkun kapitlu ieħor, frisk u ġdid, distint minn dak ta’ qablu. Hu għalhekk li niċċelebraw ta’ kull sena s-sena l-ġdida u hu għalhekk li l-familji jinġabru flimkien biex jieħdu pjaċir f’dawn l-avvenimenti tant ħelwin. L-1 ta’ Jannar mhuwiex sempliċement il-jum li jsegwi l-aħħar ta’ Diċembru, imma iktar minn hekk. L-1 ta’ Jannar
iġib miegħu “a fresh start”, iġib miegħu t-twemmin li se jkun hemm bidliet għall-aħjar. Min jippjana b’għaqal l-affarijiet tal-familja tiegħu diġà jaf x’se jkunu l-iktar avvenimenti importanti għas-sena d-dieħla u jkun ipprepara kif jersaq lejhom bl-aqwa mod. Madanakollu, ikun hemm ġrajjiet - il-famużi “events” kif kien sejħilhom Harold Wilson - li jiġu bla mistenni u li trid tilqa’ għalihom. Ilpajjiż mhux wisq differenti. Ikun hemm appuntamenti li nkunu nafu bihom minn qabel u avvenimenti li jiġu fuqna bla mistenni. Li hu żgur hu li l-kaptan tal-vapur tal-pajjiż tagħna Dr Robert Abela hu bniedem li jaf fejn irid jasal, impenjat biex jagħmel suċċess minn din Malta tagħna u determinat biex ikompli joħloq il-ġid biex jitqassam b’ġustizzja. Hu fatt li kemm ilu Prim Ministru Dr Robert Abela nqala’ ftit minn kollox, inkluż pandemija li l-aħħar li rajna xi ħaġa tixbahha kien mal-100 sena ilu.
Hawn qbil f ’dan il-pajjiż li Dr Abela ħareġ bl-unuri minn kull test li tpoġġa quddiemu u dan iserrħilna moħħna li fis-sena li ġejja u fis-snin ta’ wara għandna jmexxina kaptan mhux biss tal-bnazzi imma anke tal-maltemp. Jien kburi li nifforma parti minn tim magħqud li jaħdem kontinwament fid-diversi sferi biex pajjiżna jkompli jmur għall-aħjar. Qatt m’għedna li aħna perfetti u rridu b’umiltà naċċettaw li dejjem irridu nitgħallmu, imma żgur li l-ħidma tagħna hija waħda li qed tagħmel
differenza għall-aħjar filħajja ta’ ħafna u ħafna nies. Fil-kamp tal-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, is-sena li għadna kif temmejna kienet waħda ippakkjata bix-xogħol u r-riżultati u s-sena li ġejja mhijiex se tkun b’inqas. Iżżewġ temi li jikkaratterizzaw il-ħidma tagħna, jiġifieri l-bżonn li pajjiżna jkun l-art tal-opportunitajiet indaqs u tal-innovazzjoni bbażata fuq it-talent u x-xjenza, mexxejniehom ’il quddiem b’mod b’saħħtu immens u se nibqgħu nagħmlu hekk.
Li hu żgur hu li l-kaptan tal-vapur tal-pajjiż tagħna Dr Robert Abela hu bniedem li jaf fejn irid jasal, impenjat biex jagħmel suċċess minn din Malta tagħna u determinat biex ikompli joħloq il-ġid biex jitqassam b’ġustizzja
Aħna nemmnu li dak li qed nagħmlu jagħmel ġid kbir kemm fil-preżent kif ukoll fil-futur. Fl-istess waqt anke se nkomplu nbiddlu, nirriformaw u mmexxu ’l quddiem bidliet importanti f ’dan il-pajjiż biex nagħtu dinjità lill-minoranzi tagħna. Ħaddieħor ibeżża’, kif dejjem beżża’ meta kellna appuntamenti importanti li għamlu d-differenza. Aħna nkomplu nbiddlu u ntejbu lil dan il-pajjiż li tant inħobbu! Hu Gvern Laburista, mmexxi minn Dr Robert Abela, l-unika forza ta’ bidla, ta’ riforma u ta’ progress f ’pajjiżna. Huwa Gvern Laburista li jista’ jkompli jmexxi ’l quddiem ħidma bla preċedent għal Malta iktar ugwali, iktar innovattiva li ma tibżax tbiddel u tirriforma. Nieħu l-opportunità biex nawgura lill-Editur, lill-ħaddiema u lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta l-isbaħ xewqat għal sena ġdida mimlija, risq, hena u barka.
KULL MINUTA GĦANDHA VALUR!
RODRICK ZERAFA
Il-Malti jgħid iż-żmien itir u ma jistenna lil ħadd. U hekk hu. Niftakarni għadna ser nibdew is-sena 2021 u lkoll nittamaw li kienet se tkun is-sena li matula tispiċċa l-pandemija tal-COVID-19, iżda dwar din arralna, għaliex ilkoll nafu kif id-dinja kollha reġgħet qed tiġi affettwata minn numri rekord ta’ każijiet ġodda. Iżda, ejjew inħarsu lejn it-tazza nofsha mimlija flok nofsha vojta u naraw kif pajjiżna għadu minn ta’ quddiem madwar id-dinja kollha fejn jidħol it-tilqim u anke l-booster, b’aktar minn nofs il-popolazzjoni tieħu din id-
doża addizzjonali wkoll. Dan huwa kollu frott l-għaqal. Fil-fehma tiegħi l-kelma għaqal tiddeskrivi s-sentejn tal-Amministrazzjoni talPrim Ministru Robert Abela. Primarjament rajna l-għaqal fejn tidħol il-pandemija, għaliex li kieku ma kinux għall-miżuri li ħa dan il-Gvern in-negozji tagħna jinsabu f’riċessjoni kbira u l-familji tagħna mifnijin fil-qgħad. Minflok matul l-2021 rajna l-inqas rata ta’ qgħad li qatt kellu pajjiżna u għal darb’oħra l-akbar tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea. Però, il-ħidma ta’ Gvern Laburista ma kinitx biss iddur mal-pandemija għaliex apparti x-xogħol li jirrifletti l-manifest elettorali tal2017 bħat-tlestija tal-Marsa Junction Project, il-proġett tas-Central Link, mijiet ta’ toroq residenzjali ġodda u aktar, ir-riformi baqgħu fiċ-ċentru tal-ħidma. Biss biss matul din is-sena għaddew 40 liġi ġdida mill-Parlament Malti. Konferma oħra ta’ Gvern riformista li jrid jagħmel il-bidla sabiex kull ħin u kull mument jibqa’ jtejjeb il-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi. Riformi bla preċe-
dent bħal dik ta’ rappreżentanza aktar ugwali fil-Parlament, riforma fil-liġi tal-kera ta’ qabel l-1995 u ftit tal-jiem ilu l-liġi li rregolarizzat l-użu responsabbli tal-kannabis, b’din tal-aħħar terġa’ turi kuntrast assolut bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni. L-2021 reġgħet uriet kemm sfortunatament pajjiżna għad għandu Oppożizzjoni dgħajfa. Dan minkejja li fi ftit snin inbidlu erba’ kapijiet. Fuq kollox l-Oppożizzjoni tal-lum apparti li baqgħet waħda ta’ double standards, saret waħda li tagħmel il-politika tagħha minn fuq il-Facebook u aħjar minn hekk waħda li tiddeċiedi li ma tiddeċidix. Al-
lura mhux ta’ b’xejn sondaġġ wieħed wara l-ieħor il-fiduċja fil-Prim Ministru Robert Abela tkompli tilħaq livelli ġodda tajba u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech jibqa’ ma jsibx saqajh. Iżda, issa li dħalna għas-sena 2022 ma nistax ma nfakkarx kif din is-sena se tkun waħda importanti ħafna għall-politika Maltija. Fil-fehma tiegħi, din l-Elezzjoni Ġenerali li ġejja se tkun waħda fejn il-poplu se juri l-fiduċja tiegħu f’min anke fl-aktar żminijiet diffiċli li qatt għaddiet minnhom id-dinja baqa’ jagħti prijorità lill-kwalità talħajja tal-poplu tiegħu u allura mhux ta’ b’xejn li meta tara
Fuq kollox l-Oppożizzjoni tal-lum apparti li baqgħet waħda ta’ double standards, saret waħda li tagħmel il-politika tagħha minn fuq il-Facebook u aħjar minn hekk waħda li tiddeċiedi li ma tiddeċidix
ċerti rapporti internazzjonali jgħidulek li l-poplu tagħna huwa wieħed mill-aktar ottimisti! Però jekk tistaqsini x’qed tistenna iżjed fl-2022 naħseb li t-tweġiba tiegħi tkun waħda simili għal tal-maġġoranza tal-popli kollha madwar id-dinja: it-tmiem tal-pandemija, li kif jaf kulħadd xekklet ħafna l-ħajja li konna ngħixu sal-2019. Illum nirrealizzaw kemm is-saħħa hija verament il-prijorità tagħna lkoll u għandna nagħmlu minn kollox sabiex nibqgħu niżguraw li hekk jibqa’ jiġri u allura ma nistax ma nirringrazzjax lill-front liners kollha li fil-fehma tiegħi din is-sena huma reġgħu kienu l-protagonisti u l-eroj siekta. Grazzi! B’ottimiżu nħares ’il quddiem għal sena oħra aħjar minn dik li kellna u minn qalbi f’ismi, f’isem marti u l-bqija tal-familji tagħna nixtieq nawgura s-Sena t-Tajba lill-qarrejja tal-gazzetta KullĦadd u nittama li kulħadd jirnexxilu jikseb l-aspirazzjonijiet u x-xewqat tiegħu matul l-2022. Saħħiet u ħudu ħsieb lil xulxin!
14
02.01.2022
SENA OĦRA REKOR TA’ €200 MILJUN FL
Triq rurali, Delimara
L-2021 kienet sena oħra rekord fl-investiment infrastrutturali li reġa’ sar f’pajjiżna kemm fit-toroq, proġetti marittimi kif ukoll proġetti ta’ tisbiħ u afforestazzjoni. Dan l-investiment ammonta għal kważi €200 miljun f’sena waħda biss u żieda ta’ €50 miljun fuq l-investiment li sar is-sena ta’ qabel. Ifisser madwar erba’ darbiet aktar minn kemm pajjiżna kien jinvesti fl-infrastruttura pubblika qabel twaqqfet Infrastructure Malta. L-ewwel perjodu tas-sena li għadha kemm intemmet, it-tielet waħda kemm ilha teżisti l-aġenzija, ġab miegħu t-tlestija ta’ wħud mill-akbar proġetti infrastrutturali li qatt saru f’pajjiżna. Dawn kienu primarjament il-Marsa Junction Project u l-proġett tal-mini ta’ Santa Luċija li tlestew fl-ewwel kwart tal-2021, u aktar tard mas-sena tlesta wkoll Central Link Project li issa qed ikompli jiġi kkumplimentat bil-proġett tal-mina fl-Imrieħel. Fl-istess waqt, Infrastructure Malta bdiet ittejjeb rotta oħra importanti ferm għal pajjiżna, dik tal-Ajruport, b’żewġ proġetti li se jitlestew f’din is-sena l-ġdida. Dawn huma l-Kirkop Tunnels & Airport Intersection Project (KTAIP), li bih ir-roundabout tal-Gudja ser tinbidel f’junction ġdida bi tliet livelli, u l-Luqa Junction Project biex titneħħa r-roundabout ta’ Ħal Luqa u minflokha jinbnew mini u flyover. B’hekk, wara li tejbet ir-rotta ewlenija lejn in-Nofsinhar ta’ Malta, l-aġenzija issa qed tiffoka fuq rotta importanti oħra li twassal għal Ħal Luqa, il-Gudja, Birżebbuġa, Ħal Kirkop, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-Port Ħieles. Il-ħidma fit-toroq arterjali matul l-2021 issoktat ukoll bit-tlestija ta’ diversi proġetti oħrajn li jinkludu l-bini mill-ġdid ta’ Triq Għeriexem u l-belveder, dak tal-Bypass
tal-Imġarr bejn il-Mosta u l-I f’Ħal Kirkop, Santa Venera, T nbeda x-xogħol fuq il-Mina t’G Toroq prinċipali oħrajn li tensiva fihom biex ġew imt s-sigurtà tagħhom sakemm i roq jinbnew mill-ġdid, jinklu De Lys, f’Birkirkara, Triq il-M f’Ħaż-Żebbuġ, it-triq bejn ltal-Ħemsija, Triq Ħaż-Żabbar ra u Ħaż-Żabbar, it-Telgħa ta sistema ġdida ta’ dwal, Triq l u l-Furjana, u Telgħet il-Kurċi
Medja ta’ erba’ toroq residen
F’din it-tielet sena tal-progra toroq residenzjali, Infrastruc ġdid ta’ madwar 220 triq res għolliet il-medja tat-toroq res ġimgħa – triq aktar kull ġimg ukoll il-ħidma tagħha fit-tor triq oħra qalb il-kampanja. Bħalma sar fis-sentejn pr nbnew mill-ġdid fl-2021 hum nin li jwasslu minn lokalità g Santa Marija fl-Imqabba, Tri ma, Triq Paola f’Ħal Tarxien, Vjal il-Ħamsa u Għoxrin ta’ Abate Rigord f’Ta’ Xbiex, Triq Triq il-Belt Valletta fl-Imqabb
Tħawwil ta’ siġar fil-Manikata
Fast Ferry, l-Imġarr Għawdex
Port tal-Imġarr Għawdex
15
02.01.2022
RD B’INVESTIMENT L-INFRASTRUTTURA
Imġarr, u r-rinnovar tal-mini Tal-Qroqq u Ta’ Giorni waqt li ’Għajn Dwieli. saritilhom manutenzjoni estejba l-kwalità, l-effiċjenza u ikun il-waqt biex dawn it-toudu Triq il-Wied u Triq Fleur Mosta f’Ħal Lija, Triq l-Imdina -Imtarfa u r-Rabat fl-inħawi u Triq Hompesch bejn il-Fguas-Saqqajja li saritilha wkoll l-Indipendenza bejn Tal-Pietà ifiss, fil-Furjana wkoll.
nzjali kull ġimgħa
amm nazzjonali għat-titjib ta’ cture Malta lestiet il-bini millsidenzjali oħra. Dan ifisser li sidenzjali għal erba’ toroq filgħa mis-sena 2020. Kompliet roq rurali fejn tejbet mal-100
reċedenti, uħud mit-toroq li ma wkoll toroq arterjali ewlegħal oħra – Triq il-Konvoj ta’ q Manwel Dimech f’Tas-Slie, Triq Taż-Żwejt f’San Ġwann, Novembru fiż-Żejtun u Triq q Anton Buttigieg fiż-Żejtun u ba.
Is-sena li għaddiet, Infrastructure Malta tat ukoll spinta kbira lit-tieni l-akbar proġett ambjentali li qatt se jkun sar fiż-żona tal-Port il-Kbir – il-Grand Harbour Clean Air Project. Bdiet taħdem biex is-sistemi tal-elettriku mix-xatt għall-vapuri ma jsirux biss għall-vapuri tal-passiġġieri u tal-merkanzija, imma anke għal dawk li jkunu qed isirulhom xogħlijiet fit-tarzna. Proġetti marittimi oħrajn li l-aġenzija kompliet taħdem fuqhom u lestiethom fl-2021 jinkludu l-bini mill-ġdid talmoll taċ-Ċirkewwa u l-bini tat-terminals tas-servizz talfast ferry bejn Malta u Għawdex, max-Xatt Ta’ Liesse, ilBelt Valletta u fl-Imġarr, Għawdex. Bniet ukoll mill-ġdid diversi mollijiet madwar il-kosta u tejbet il-faċilitajiet għas-sajjieda fil-Port tal-Imġarr Għawdex. Bħalissa għaddejja bil-bini mill-ġdid tal-Breakwater tal-Marfa, bil-bini ta’ mollijiet u faċilitajiet ġodda f’Tas-Sliema u Bormla għas-servizz tal-laneċ talpassiġġieri lejn il-Belt Valletta, bl-irranġar tal-breakwater tal-Port il-Kbir u l-bini ta’ promenade f’Sally Port, il-Birgu. Fl-2021 Infrastructure Malta kompliet ukoll bl-impenn tagħha għal ambjent aħjar, fejn għal sena oħra ħawlet eluf ta’ siġar ġodda f’ħafna lokalitajiet. Din is-sena, għall-ewwel darba, ħawlet anke siġar f’Għawdex. Din il-ħidma ambjentali kienet tinkludi wkoll proġetti ta’ tisbiħ li saru mill-aġenzija din is-sena f’żoni amministrati partikolarment mill-Knisja li kienu jinkludu ġnien fuq wieħed mill-bjut tas-Seminarju tal-Arċisqof, iz-zuntier tal-Bażilika ta’ San Pawl fir-Rabat, ‘Bosk it-Tama’ f’sit li kien abbandunat ħdejn id-dar tal-Komunità Terapewtika Residenzjali San Blas, immexxiija mill-Caritas, u tħawwil ta’ aktar siġar fil-ġonna tad-Dar tal-Kleru, f’Birkirkara.
Santa Luċija underpass
Il-proġett ta’ Central Link
Grand Harbour breakwater
16
02.01.2022
BLA KREDIBBILTÀ MA TISTAX TMEXXI
MARIO FAVA
President Sezzjoni Kunsillier PL
Meta jkun hemm affarijiet li ma jkunux sejrin tajjeb, huwa obbligu ta’ kulħadd li jikkritika dak li jkun sejjer ħażin, mhux b’inqas l-Oppożizzjoni. Huwa wkoll dritt li ssemma’ leħnek u tispjega dak li taħseb int. Dan l-obbligu trid iġġorru dejjem u kullimkien, hi x’inhi s-sitwazzjoni u hi min hi l-persuna involuta. Għax jekk ma tagħmilx dan, id-dritt li ssemma’ leħnek jintilef. Jintilef mhux għax xi ħadd ikun qed iwaqqfek milli tagħmel dan imma għaliex ma tibqax kredibbli. Waħda mir-raġunijiet ewlenin għaliex Bernard Grech baqa’ jnaqqas il-fiduċja tan-nies hija li mhuwiex kredibbli f ’dak li jgħid. In-nies ma temmnux. Ma temmnux mhux biss għaliex illum jgħid ħaġa u għada jgħid oħra imma wkoll għaliex dak li jgħodd għal Joe ma jgħoddx għal Pawlu. Fuq każijiet li jolqtu membri talGvern, f ’inqas minn siegħa jkollu l-podium lest u jagħmel sejħa għall-midja u erħilu jgħid kemm isem pajjiżna jinsab ’l isfel fejn tidħol Governanza tajba. Iżda, meta jkun xi wieħed minn tiegħu, ikun irid jistenna l-eżodu u l-konklużjonijiet ta’ rapporti maħruġa mill-bordijiet tad-dixxiplina tal-partit tiegħu stess. Però lanqas hawn ma jaf ikun ġust jew konsistenti. Fuq każijiet pertinenti li kienu jirrigwardaw uħud minn dawk li qaċċtu lil Adrian Delia biex jidħol hu, hemm iva, nistennew ir-rapporti u naraw xi jkunu qed jirrakkomandaw. Però, meta kien hemm il-każ tas-Sindku tan-Naxxar, is-Sinjura Anne Marie Fenech Adami, dan mexa mod ieħor. Ma kelli l-ebda ħsieb nidħol fil-każ tas-Sindku tan-Naxxar, anki minħabba l-kariga tiegħi fl-Assoċjazzjoni. Imma meta ħareġ fil-beraħ issa l-każ ta’ David Thake, ma tistax ma tagħmilx referenza għal mod li bih imxew mas-Sinjura Fenech Adami. Anki fir-rwol tiegħi, inħoss obbligu li nitkellem meta ssir inġustizzja ma’ xi kunsillier jew kunsilliera. Fil-każ tas-Sinjura Fenech Adami, il-Partit Nazzjonalista, bla ma sema’ l-veduta tagħha, taha 24 siegħa biex tirreżenja mill-kariga ta’ Sindku inkella jgħadduha Bord tad-Dixxiplina. Huwa hawn li ma nifhimx it-tmexxija tal-Partit, għax jew qed nitolbok tirreżenja għaliex diġà ħati jew inkella se ninvestiga l-każ bil-Bord tad-Dixxiplina. Jidher li f ’dan il-każ id-deċiżjoni kienu diġà ħadu-
ha u allura kull investigazzjoni hija fittizja u ser isservi biss bħala ġustifikazzjoni tad-deċiżjoni diġà meħuda bla ma s-Sinjura Anne Marie ngħatat iċ-ċans tgħid tagħha. Dwar dan il-każ se nillimita ruħi u qed insemmih biss proprju għaliex jagħti prova ta’ dak li għadni kemm għidt, li Bernard Grech, lanqas kapaċi jimxi b’mod ġust u l-istess mal-kunsilliera u membri tiegħu aħseb u ara ma’ min ma jaqbilx miegħu. Imma dan huwa kopja wkoll ta’ dak li seħħ fil-konfront tal-President Reġjonali t’Għawdex, l-Avukat Samuel Azzopardi, li bit-tmexxija u bl-istrateġija ta’ Bernard Grech, spiċċa jikkontesta bħala indipendenti l-elezzjoni tar-Reġjun Għawdex wara li falliet strateġija interna li mexxiet it-tmexxija tal-Partit kontra tiegħu. Riċentement kellna każ ieħor fejn Bernard Grech wera d-dgħufija tiegħu meta fi ftit sigħat bidel il-verżjoni tiegħu fuq il-liġi tal-kannabis. Wara li pprova jidher progressiv ma’ sezzjoni tal-poplu, ftit sigħat wara kellu jdawwar il-verżjoni tiegħu u jċedi għall-pressjoni tal-klikka li tant jiddefendi, u ħareġ jikkritika lillGvern fuq il-liġi mressqa. In-nuqqas ta’ kredibbiltà u n-nuqqas ta’ turija serja li hu verament qed imexxi l-partit, huma r-raġunijiet ewlenin li Bernard Grech ma jistax jieħu ruħ fissondaġġi li jsiru. Bernard Grech u l-Partit immexxi minnu, ma jaspiraw l-ebda fiduċja u l-ebda kredibbiltà f ’dak li jgħid u jagħmel. Dan kollu huwa distinzjoni netta bejn Robert Abela u Bernard Grech, fejn tal-ewwel qatt ma qagħad lura milli jieħu d-deċiżjonijiet, anki li jweġġgħu, jekk ikunu fl-interess nazzjonali. Dan jispjega d-differenza fil-livell ta’ fiduċja bejn it-tnejn. Dan hu l-messaġġ li qed jibgħat il-poplu. Nieħu din l-okkażjoni sabiex fl-ewwel jum tas-sena, nagħti l-awguri tiegħi lilkom il-qarrejja ta’ din il-gazzetta u lill-familji Maltin u Għawdxin. Sena mimlija saħħa u tama li l-affarijiet jibdew jirritornaw għal kif konna nafuhom sentejn ilu.
In-nuqqas ta’ kredibbiltà u n-nuqqas ta’ turija serja li hu verament qed imexxi l-partit, huma r-raġunijiet ewlenin li Bernard Grech ma jistax jieħu ruħ fis-sondaġġi li jsiru
Sur Editur, Dik hi, bdejna sena ġdida jekk Alla jrid. Ħa naraw x’se toffri! Nittama li, kif jittama kulħadd, tkun sena aħjar minn ta’ qabilha. Ifhem, żgur li se tkun ta, għax se nkomplu ngawdu minn dak li ħabbar il-Gvern tagħna fil-Baġit għal din is-sena. Jiġifieri l-poplu żgur li se jgawdi. Iridu jkunu dawk il-ftit intamati li jaraw sal-ponta ta’ mneħirhom, li jagħmel x’jagħmel dan il-Gvern, igergru. Imma dawn ikunu twieldu hekk, Sur Editur. M’hemmx fejqan għalihom. Bħal oħt Melda tiegħi. Marija tal-Ħniena, tista’ mhux tiksiha bid-djamanti minn fuq s’isfel, għax xi ħaġa fuq xiex tgerger xorta ssib, ja mherrija li hi. Li nittama huwa li din is-sena l-Oppożizzjoni tbiddel naqra l-attitudni tagħha. Hawn, ħa ngħidlek, qed nara kbir naf. Għax ma jinbidlux dawn in-nies. Imma dejjem tibqa’ dik in-naqra tama li dawn ixiddu naqra l-moffa li għandhom u jiġġeddu ftit. L-ewwel pass naħseb huwa li jkunu ftit aktar kredibbli. U konsistenti. Għax ngħiduha kif inhi, pajjiżna jixraqlu Oppożizzjoni aħjar. U issa li taw is-sena t-tajba lil kulħadd, nittama li jibdew huma stess, jagħmluha sena tajba għal kulħadd, u ma jkunux awguri mill-Milied sa San Stiefnu. Ifhem, ma tantx jidher li se naqta’ xewqti. Għax iddur dawra ma’ dak li jgħidu u ma’ dak li jiktbu, tibda trodd is-slaleb bil-maqlub! Għax trid tkun fjakk biex tikteb aħbar kif kitbu tan-NET. Isma’ din, Sur Editur. Mela ftit qabel l-aħħar tas-sena l-Awtorità tax-Xandir ħarġet l-istħarriġ ta’ liema stazzjonijiet huma popolari u liema programmi huma l-aktar popolari u x’naf jien. U jekk tiġi fil-qiegħ, trid tara kif tbenġilha, hux! Mela, l-aħbarijiet tagħna dejjem iżidu fil-popolarità. L-aħbarijiet tagħhom lanqas biss jibdew ma’ tagħna. Imma tan-NET taf x’paragun għamlu? Vera taċ-ċajt eh! Imma dik hi. Qalu li t-teleserje “Ulied il-Lejl” hija aktar popolari mill-aħbarijiet tal-midja Laburista. Kif qrajtha kont qed indeffes f’ħalqi ftit imbuljuta għal naqra ma mortx għand Alla, għax xraqt u weħlitli biċċa tal-qastan fi griżmejja. Imnalla kienet Melda tiegħi li ġiet tagħtini fuq dahri. Issa ħalliha li wara qgħadt nirrealizza li d-daqqiet li tatni kienu naqra esaġerati. Probabbli ftakret f’xi ħaġa li riedet tpattili u sabet ix-xoqqa f’moxta. Inkompli fejn ħallejt. Kemm huma tan-nelħ, qaddisa! Dak paragun! U żgur! Għax jaqgħu waħda għaċ-ċajt jekk jgħidu li l-bullettin prinċipali ta’ ONE huwa segwit b’aktar mid-doppju mill-medjokrità tal-aħbarijiet tan-NET. Li meta tisimgħu taħseb li dawn qed jgħixu f’univers differenti! U isma’ din, ukoll, Sur Editur. Mela fil-jiem li għaddew dawn li suppost jirrapportaw dak li verament ikun qed jiġri fil-pajjiż, għamlu rendikont tas-sena. Ovvja r-rendikont kien ibbażat fuq dak li jagħmel il-Gvern. Ifhem, ma tantx setgħu jagħmlu rendikont ta’ x’jagħmlu huma, għax m’għamlu kazz ta’ xejn ħlief imminaw il-ġid tal-pajjiż. Imma ‘qq l-ożbreċ, taf li fir-rendikont li għamlu, daru lill-Ministri tagħna u ma sabu xejn tajjeb fihom! Xejn ta! Skont huma, il-kabinett kollu tal-Prim tagħna għandu jwarrab min-nofs. Aħjar ma nikkummentax aktar, għax nibda s-sena bir-ragħwa ma’ ħalqi. Jibqgħu hekk dawn. Ma jinbidlux. Tagħhom kollox ifuħ. U tgħidlix li għax imqabbad miegħu, imma l-aktar li jfuħ ta’ Jason l-Azzopardi. Iva, qanna, irid jgħajjar lil ħaddieħor u ma jarax ittravu li għandu mdaħħal, f’għajnu. Irid jiddetta x’jagħmel lil ħaddieħor, minn fuq! Għandhom jieħdu l-parir tal-awtoritajiet dawn. Jieħdu booster. Dirett fil-vini ta’ moħħhom, forsi ma tafx kif din is-sena jibdew jaħsbu qabel jiftħu ħalqhom. Jien nawguralhom kieku. Forsi jiftħu għajnejhom dis-sena u ma tafx kif, jibdew jgħidu l-verità. Għax trid tkun vili bil-pedigree biex tgħid li quddiem l-isfida tal-pandemija, il-Prim tagħna baqa’ ċass! Ħallini, ara. Għad-dieħla.
17
02.01.2022
AKTAR KLIJENTI JMEXXU L-FINANZI PERMEZZ TAL-BOV MOBILE Il-bidla ġenerazzjonali u ż-żieda fl-innovazzjoni qed imexxu bidliet ta’ trasformazzjoni f’diversi setturi, speċjalment fl-industrija bankarja. Hekk kif il-klijenti qed isiru aktar dipendenti fuq it-teknoloġija, huma qed ifittxu sens ta’ flessibilità u sigurtà ċibernetika fil-mod kif imexxu l-finanzi tagħhom. Iż-żieda fl-użu tal-BOV Mobile Banking qed issir aktar evidenti hekk kif il-klijenti qed igawdu minn mod flessibbli u faċli biex imexxu l-finanzi tagħhom, f’kull ħin u minn kull post li jridu. Din l-app toffri lill-klijenti sensiela ta’ karatteristiċi bħall-ġestjoni finanzjarja, il-ħlasijiet tal-kontijiet u top-ups tal-mobile. “Fl-2017, iċċelebrajna l-mument li lħaqna 10 miljun login tal-mobile banking f’perjodu ta’ 5 snin, filwaqt li llum il-ġurnata, qed naraw madwar 2 miljun login kull xahar,” qal Kenneth Farrugia, Chief Retail Banking Officer fil-Bank of Valletta. Mezzi bankarji diġitali qed jiġu ppreferuti mill-metodi bbażati fuq flus kontanti u ċ-ċekkijiet. Fil-fatt, il-BOV kellu tnaqqis ta’ 34% fl-użu taċ-ċekkijiet mill-bidu tal-2021. Il-karatteristika tal-pagamenti mobile to mobile hija waħda li ġiet użata minn ħafna klijenti tal-BOV Mobile Banking. Dan jippermetti lill-klijenti biex jibagħtu sa €1000 kuljum lil kwalunkwe klijent ieħor tal-BOV Mobile. Jekk ikunu meħtieġa trasferimenti bl-IBAN, wieħed jista’ juża l-għażla ta’ third party payments waqt li juża l-istess app. Dawn il-karatteristiċi joffru lill-individwi u lin-negozji flessibbiltà finanzjarja kuljum. Il-ħlas tal-kontijiet tiegħek sar ukoll ħafna aktar sempliċi. B’diversi entitajiet disponibbli fuq applikazzjoni waħda, tista’ tħallas il-kontijiet kollha tiegħek faċilment mingħajr
ma taħli l-ħin tiegħek fil-kju. Mhuwiex meħtieġ li żżur diversi websites u li jkollok tiftakar diversi kredenzjali ta’ login. Il-funzjoni ‘Pay a Bill’ fuq ilBOV Mobile tippermettilek li tħallas il-kontijiet tiegħek ma’ diversi entitajiet bħal kumpaniji tal-assigurazzjoni, kontijiet tal-ilma u elettriku, skejjel u kumpaniji tat-telekomunikazzjoni, mingħajr ma jkollok għalfejn tidħol f’xi spejjeż addizzjonali. L-għażla li żżid il-kreditu tal-mobile tiegħek permezz tal-BOV Mobile qed
ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.
issir funzjoni dejjem aktar popolari. Dejjem jikber in-numru ta’ klijenti tal-BOV li jabbandunaw it-top-up cards peress li għandhom l-għażla li jżidu l-kreditu fil-mobile tagħhom bi kwalunkwe ammont sa €50 mingħajr ma jkollhom għalfejn iniżżlu xi app oħra jew jistabbilixxu l-karta ta’ kreditu tagħhom. “Mis-sena li għaddiet, rajna żieda ta’ 20% fit-tranżazzjonijiet bankarji diġitali, li l-biċċa l-kbira minnhom jirrappreżentaw tranżazz-
jonijiet mill-mobile,” qal is-Sur Farrugia. “L-ispeċjalisti tal-electronic banking tagħna dejjem qed ifittxu modi ġodda biex jirfinaw dan il-prodott biex jissodisfaw aħjar it-talbiet tal-klijenti, u iktar ma jkun għoli l-użu, aktar nistgħu niġbru informazzjoni biex nipprovdu soluzzjonijiet ibbażati fuq il-bżonnijiet tal-klijenti.” Għal aktar informazzjoni rigward il-BOV Mobile Banking tista’ żżur https://www.bov.com/content/ bov-mobile-banking.
18
02.01.2022
Il-Bażilika ta’ Sant’Eustorgio, Milan
IT-TRE RE - GASPAR, MELKJOR U BALTASAR Kitba ta’ CLIFFORD GALEA L-istorja ta’ min kienu s-Slaten Maġi hija leġġenda li toriġina ’l bogħod, f’artijiet orjentali rikki fi tradizzjonijiet antiki, ispirati mill-oraklu ta’ Balaam, li ħabbar li għad tiddi kewkba minn Ġakobb u xettru minn Iżrael. It-tliet karattri misterjużi jissemmew biss fil-Vanġelu ta’ Mattew li jitkellem dwar il-Maġi li mil-Lvant waslu Ġerusalemm fi żmien Erodi fit-tfittxija tagħhom għarRe tal-Lhud li kien għadu kif twieled. L-informazzjoni kollha li għandna dwar il-Maġi ġejja mill-Evanġelji Apokrifi u minn stejjer u leġġendi li żviluppaw wara. Fil-Vanġelu ta’ Mattew insibu biss referenza għat-tliet rigali, deheb, inċens u mirra; in-numru tlieta għandu valur simboliku qawwi, għal xi wħud jindika t-tliet razez umani, dixxendenti tat-tliet ulied ta’ Noè - Sem, Ħam u Ġafet. L-ismijiet tas-Slaten Maġi Aspett partikolari mill-istorja tal-Maġi huwa isimhom. It-tradizzjoni Nisranija tattribwixxi l-ismijiet ta’ Gaspar, Melkjor u Baltasar lill-Maġi,
iżda mhux is-sorsi kollha jaqblu fuq dan. Fil-kumpless monastiku ta’ Kellia, fl-Eġittu, instabu miktuba l-ismijiet ta’ Gaspar, Melkjor u Baltasar. Melkjor jitqies bħala l-kbir u ismu stess ikun ġej minn Melek, li jfisser Re. Baltasar ġej minn Balthazar, is-Sultan mitiku Babiloniż, bħallikieku jissuġġerixxi r-reġjun tal-oriġini tiegħu. Gaspar, għall-Griegi Galgalath, ifisser sid ta’ Sheba. Referenza għal dawn is-slaten mitiċi nsibuha wkoll f’kitbiet ta’ Marco Polo, fejn jgħid: “... fil-Persja hemm
il-belt li tissejjaħ Saba li minnha telqu tliet slaten li marru jaduraw lil Alla meta twieled...” Skont bosta leġġendi, ittliet maġi waslu Betlehem 13il jum wara t-twelid ta’ Kristu. Minn fejn kienu s-Slaten Maġi? Oriġinarjament kienu millart Iranjana. Il-Maġi kienu studjużi marbuta mal-kult tal-kwiekeb u, sussegwentement, qassisin tal-alla Ahura Mazda, il-protettur tal-kreaturi kollha. Dawn l-istudjużi tal-as-
tronomija, wara li qraw is-sinjali tal-kwiekeb fis-sema, għarfu fi Kristu wieħed mis-“Saosayansh” tagħhom, is-salvatur universali, u b’hekk saru huma stess, “ir-rabta ta’ konnessjoni” bejn ir-reliġjon ġdida li kienet għadha kif twieldet, il-Kristjaneżmu, u l-kulti tal-Lvant, bħal dawk tal-Mażdaiżmu u l-Buddiżmu. Il-kult lejn is-slaten Maġi li bdew jitqiesu bħala qaddisa mit-tradizzjoni Nisranija qatt ma ntesa. Il-leġġenda tgħid li l-fdalijiet tal-iġsma tal-Maġi nstabu fl-Indja minn Sant’Elena li ttrasportathom
It-tliet karattri misterjużi jissemmew biss fil-Vanġelu ta’ Mattew li jitkellem dwar il-Maġi li mil-Lvant waslu Ġerusalemm fi żmien Erodi fit-tfittxija tagħhom għar-Re tal-Lhud li kien għadu kif twieled. L-informazzjoni kollha li għandna dwar il-Maġi ġejja mill-Evanġelji Apokrifi u minn stejjer u leġġendi li żviluppaw wara
lejn Kostantinopli. Fl-1034 jidher li dawn ir-relikwi ttieħdu lejn Milan f’arka u ddepożitati fil-knisja ta’ Sant’Eustorgio, mimlija simboliżmu marbuta mat-tliet rejiet u li għadha post ta’ pellegrinaġġ sal-lum. It-tifsira tar-rigali tas-Slaten Maġi Ir-rigali tal-Maġi għandhom tifsira partikolari għax jirreferu għan-natura doppja ta’ Ġesù, dik umana u dik divina. Fit-tifsira tad-deheb, l-inċens u l-mirra għalhekk id-deheb huwa r-rigal riservat għas-slaten u Ġesù huwa s-sultan tas-slaten. L-inċens huwa xhieda ta’ adorazzjoni għad-divinità, għax Ġesù huwa Alla. Fl-aħħar nett il-mirra, użata fil-kult u l-qima lejn il-mejtin, hija simbolu ta’ Ġesù li huwa bniedem u għalhekk bħala bniedem, mortali wkoll. Mir-rigali tal-Maġi lil Ġesù, twieldet it-tradizzjoni li jingħata ħelu u ġugarelli lit-tfal fi żmien il-Milied. Din it-tradizzjoni hija marbuta wkoll mal-leġġenda tal-Befana li tirrakkonta kif il-Maġi, waqt il-vjaġġ lejn Betlehem, waqfu fid-dar ta’ mara anz-
19
02.01.2022
Adorazzjoni tal-Maġi (Beato Angelico)
jana u stednuha tingħaqad magħhom biex imorru jaduraw it-tarbija li kienet għadha kif twieldet. Il-Befana rrifjutat l-istedina u ħalliet lill-Maġi jmorru waħedhom. Iżda reġà bdielha u ddeċidiet li timxi warajhom. Iżda billi ma setgħetx issibhom fid-dlam tal-lejl, minn dak iż-żmien sal-lum, kull sena fil-festa tal-Epifanija tħalli rigal lit-tfal kollha, bit-tama fost dawk it-tfal tkun ħalliet rigal lil Ġesù wkoll. Il-Qabar tas-Slaten Maġi Mhux magħruf eżatt x’kien id-destin tal-Maġi wara mewthom. Kronaka tar-raba’ seklu wara Kristu tgħid li r-relikwi sagri, imqiegħda f’kaxxa tal-injam u mgeżwrin fi drappijiet imxarrba bi fwejjaħ u mirra, ittieħdu f’Milan fil-knisja ta’ Sant’Eustorgio wara li rritornaw minn vjaġġ minn Kostantinopli. Jingħad li l-iġsma talMaġi kienu intatti, wara li ġew ittrattati bil-balzmi u l-ħwawar, u kienu juru l-etajiet differenti tagħhom millwiċċ u x-xagħar. L-iżgħar wieħed kien jidher li kellu madwar 15-il sena, it-tieni mat-30 sena u l-ixjeħ wieħed mas-60 sena. Il-knisja antika fejn it-tradizzjoni tgħid li tgħammed San Barnaba, l-ewwel isqof tal-belt ta’ Milan, ġiet mibnija mill-Isqof Sant’Eustorgio proprju biex tilqa’ r-relikwi tal-Maġi li tpoġġew f’arka Rumana tal-irħam b’simbolu tal-kewkba u tliet kuruni u bil-kitba: “Sepulcrum trium Magorum”. L-avventuri tar-relikwi tas-Slaten Maġi
Ix-xhieda tal-qabar fil-Knisja ta’ Sant’Eustorgio f’Milan insibuha dokumentata fi skrizzjoni antika ħafna, fuq in-naħa tax-xellug tal-bieb ewlieni tal-bażilika li tgħid: “Basilica Eustorgiana titulo Regibus Magis”. Din hija prova tal-preżenza ta’ dak li huwa maħsub li huma l-iġsma tal-Maġi. Barra minn hekk, fil-knisja Ambrosjana (il-knisja fid-djoċesi ta’ Milan), fil-kalendarju u fil-kotba liturġiċi ta’ qabel l-10 seklu, il-knisja ta’ Sant’Eustorgio tissejjaħ il-Bażilika tar-Rejiet. Fl-1164 waqt l-assedju ta’ Federico Barbarossa, il-fdalijiet tal-Maġi nsterqu u ttieħdu Cologne fil-Ġermanja, fejn inbniet Bażilika sabiħa f’ġieħhom u fejn għadhom meqjuma sal-lum. Id-dispjaċir u r-rabja taċ-ċittadini ta’ Milan għal dak li ġara kien kbir ħafna u ppruvaw diversi drabi jġibuhom lura. Fl-1434 Ludovico il Moro pprova minn kollox biex jarahom lura Milan, iżda għalxejn. Il-Kardinal Ferrari biss, fil-bidu tas-seklu 20, irnexxielu jikseb parti żgħira mill-għadam meqjuma f’Cologne li tqiegħdu f’tabernaklu prezzjuż fuq l-artal talMaġi fil-Bażilika f’Milan.
Adorazzjoni tal-Maġi (Albert Durer) - 1504
Adorazzjoni tal-Maġi (Correggio) - 1516
Is-Slaten Maġi fl-arti Kwadri u pitturi tal-Maġi li jwasslu r-rigali jew jaduraw lil Ġesù tarbija huma ħafna u nsibuhom impittra f’kull seklu, mill-Medjuevu sal-lum. Ix-xena ħafna drabi rappreżentata hija simili ħafna għal dik tal-adorazzjoni tarragħajja, iżda b’tifsira differenti.
Ir-relikwarju tal-iġsma tas-Slaten Maġi f’Cologne, il-Ġermanja
20
02.01.2022
It-tpinġija tat-tfajjel quddiem l-Għar li għamel George Angas fl-1842
L-Għar ta’ Kalipso
L-GĦAR TA’ KALIPSO TAL-MELLIEĦA L-Odissea tirrakkonta kif Ulisse rnexxielu jaħrab minn ġganti b’għajn waħda u sħaħar li ppruvaw jagħmlulu l-bsaten firroti u jbaħħar f’ibħra mqallbin, mimlija kreaturi tal-biża’, bl-allat tal-Olimpu jagħmlu minn kollox biex ma jħalluhx jasal f’art twelidu Itaka wara r-rebħa tal-assedju ta’ Trojja. Kellhom jgħaddu 10 snin biex irnexxielu jasal hemmhekk. Sebgħa minnhom qattagħhom fil-gżira ta’ Oġiġja. Wara li l-ġifen tiegħu tfarrak f’maltempata tal-biża’, irnexxielu jasal fuq ix-xatt ta’ din il-gżira, iggranfat ma’ bċejjeċ tal-injam. Kienet in-ninfa Kalipso li sabitu kważi mejjet u daret bih sakemm ħa saħħtu lura. In-ninfa riditu jiżżewwiġha. Wegħditu li tagħmlu immortali. Minkejja li sar il-maħbub tagħha, Ulisse dejjem baqa’ jittama li jmur lura, fejn kellu lil martu Penelope tistennieh. Dan it-tagħrif ksibtu mingħand Jeffrey Sammut, studjuż li jgħix il-Mellieħa. Minn CHARLES B. SPITERI Jeffrey, allura fejn kienu l-gżira bħala Fénelon. F’Les Avanta’ Oġiġja u l-Għar ta’ Kalipso? tures de Télémaque, Fénelon jiddeskrivi kif Telemachus, Fl-1647, Ġan Franġisk Abela, it-tifel ta’ Ulisse, jispiċċa hu semma lil Malta bħala l-gżi- wkoll fil-gżira ta’ Kalipso. ra ta’ Kalipso. Kiteb li “ħafna L-awtur jagħti deskrizzjoni takittieba wrew biċ-ċar li Ulisse jba tal-gżira kif ukoll tal-għar żar Malta, li hi magħrufa wkoll tan-ninfa u l-inħawi tal-madbħala l-gżira ta’ Oġiġja jew Ka- war, u minkejja li Fénelon qatt lipso.” Ikompli: “fil-manuskritt ma żar il-Gżejjer Maltin, ħaftiegħu, P. Manduca, jid- na vjaġġaturi li qraw dan ildeskrivi wkoll bini qadim, ktieb, ġew Malta jfittxu l-għar qrib l-Għar tal-Madonna. Dan, tan-ninfa Kalipso. mibni b’ġebel enormi, jinsIn-numri tal-vjaġġatuab qrib il-baħar, viċin il-port ri żdiedu immens minħabtas-salini. Dan kien id-dar ta’ ba l-Grand Tour. Bejn l-1660 Kalipso.” B’hekk fil-ktieb ta’ u l-1900, żgħażagħ sinjuri Abela tissemma għall-ewwel Ewropej, bdew iżuru l-Italja, darba l-Mellieħa bħala l-post Franza, u pajjiżi oħra biex jitfejn kienet tgħammar in-nin- għallmu fuq il-kultura, l-arti u fa Kalipso. Il-bini megalitiku ċ-ċiviltà tal-Punent. Peress li msemmi, seta’ kien it-tempju kellhom il-flus u konnessjonijita’ Għajn Żejtuna. Fl-1934 in- et ma’ familji aristokratiċi, setstabu fdalijiet tiegħu tefgħa ta’ għu jqattgħu xhur u snin iduru ġebla ’l bogħod mill-baħar. ’l hemm u ’l hawn, jitgħallmu Id-diskussjoni fuq fejn kien lingwi differenti, jitħalltu ma’ jinsab eżatt l-Għar ta’ Kalip- familji importanti Ewropej u so kibret fl-1699, wara l-pub- jżuru lokalitajiet li kienu qraw blikazzjoni tal-ktieb tal-Is- dwarhom fil-kotba. qof ta’ Cambrai, François de Huma bdew jiltaqgħu manSalignac de la Mothe, magħruf nies tal-post u jibbumbard-
jawhom b’mistoqsijiet dwar Polifemu, Ċirċe, Kalipso u karattri oħrajn mill-Odissea. Ir-risposta, b’xi mod jew ieħor, dejjem kienet tkun lesta, ukoll jekk ivvintata dak il-ħin. Kif jispjega Bradford, “in-nies tal-Mediterran, dejjem lesti jirrakkuntawlek kulma tixtieq... kieku kelli mmur Trapani nistaqsi fuq l-Għar ta’ Polifemu, m’għandix dubju li kienu juruni numru ta’ għerien, kulħadd jaħlef li dan il-ġgant kien jgħammar fihom. Il-gwidi li kienu juruni l-post, kienu jindunaw x’mostru kont qed nimmaġina u jitgħallmu l-istorja ta’ ħajtu kollha. B’hekk, meta jasal il-vjaġġatur li jmiss u jistaqsi fuq l-istess mostru, il-gwidi kien ikollhom l-istorja lesta mid-darba ta’ qabel, imżewqa bl-evidenza kollha li tipprova li xi darba, Polifemu kien jgħix hemm.” Il-vjaġġatur kien jaħseb li dawn huma infurmati daqshekk minħabba tradizzjoni lokali li kienet ilha teżisti fil-post għal mijiet ta’ snin u aktar jaċċerta ruħu li
kien jinsab fil-post it-tajjeb. Insibu xi deskrizzjonijiet antiki tal-Għar? Jean Pierre Lauren Houël, pittur Franċiż li bejn l-1776 u l-1779 żar ukoll Malta, fil-ktieb tiegħu Voyage Pittoresque des Isles de Sicile, de Lipari et de Malte ta xhieda ħajja ta’ li ra. Hu ħalla deskrizzjoni dettaljata tal-Għar ta’ Kalipso fil-Mellieħa. Pitter l-għar u l-inħawi tiegħu u għamel pjanta tal-post. Houël kiteb: “Il-Blata fejn hemm l-għar tinsab fit-Tramuntana tal-gżira. Minn hawn tista’ tgawdi l-arja friska u l-veduta tal-baħar u saħansitra tara l-gżira ta’ Għawdex u Kemmuna. M’hemm xejn li jtellef mill-veduta. Hemm żewġ livelli ta’ għerien, sular fuq ieħor. In-naħa t’isfel tal-Blata hemm għar li jservi bħala speċi ta’ terran. Imbagħad jibda sqaq li jterraq ’il fuq u jwassal għall-għerien. Biex tasal, titla’ xi turġien maqtugħin fil-blat... hemm ukoll xi
oqbra antiki f’xi wħud mill-għerien... issib żewġ turġien differenti li jwassluk mill-ewwel livell għat-tieni. Tista’ tara bir tond imqatta’ fil-blat. Dan jibqa’ dieħel sa taħt it-taraġ. Ħdejh hemm ċisterna kwadra, imqattgħa fl-istess blat. Issib kanali mħaffrin biex jilqgħu l-ilma tax-xita, li jispiċċa fil-bir. Xi ħitan tat-tieni sular, li kienu jiffurmaw parti mill-blat, iġġarrfu minħabba li huma antiki ferm. L-għerien huma xotti u komdi biex tgħix fihom. Taħt l-irdum hemm għar naturali li minnu toħroġ nixxiegħa tal-ilma. Mingħajr dubju, dan l-ilma għamilha possibbli biex ir-raba’ tal-madwar jinbidel f’ġonna. Tant kemm l-inħawi huma fertili li ħafna nies jaqilgħu l-għajxien tagħhom minnhom. Dawn żgurawni li kien hawn xi eremiti jgħixu fl-għerien fil-bidu ta’ dan is-seklu u żgur li sa mill-eqdem żminijiet kienu jgħixu n-nies fihom. Il-port li hawn fil-qrib hu magħruf ferm għall-kummerċ.”
21
02.01.2022
It-tpinġija tal-Għar li għamel Jean Pierre Lauren Houël li żar Malta bejn l-1776 u l-1779
Houël ikkummenta: “Qrajt il-versi 57 sa 73 tal-Ħames Ktieb tal-Odissea ta’ Omeru u jkolli nammetti li dan il-post (il-Mellieħa) jixbah ħafna dak li ddeskriva Omeru.” Innota wkoll: “Mill-għerien għandek veduta interessanti ħafna. F’arja ċara, mhux biss tara Sqallija, iżda saħansitra l-Etna li qiegħda mal-50 mil bogħod millkosta Maltija. Jiena stess rajt Sqallija u l-Etna xi tliet darbiet.” L-għar fih xi tiżjin jew irfinar? Fil-fatt, sena wara, Vivant Denon, artist, arkeologu, awtur u diplomatiku Franċiż żar l-għerien. Tela’ t-taraġ twil imqatta’ fix-xifer u sab ruħu fi tliet kmamar imħaffrin fil-blat. Dawn ma kellhom l-ebda ornament. Denon qal li ma ra xejn li kien jixbah lill-banjijiet, bjar jew appartamenti li wieħed jistenna li jsib f’palazz ta’ ninfa. Il-post kien aktar jixbah ħabs. Interessanti li t-taraġ imħaffer fil-blat kien jibda minn taħt ix-xifer, minn ġol-wied ta’ Ġnien Ingraw u jibqa’ sejjer sal-għerien. Hu msemmi minn ħafna viżitaturi, iżda mid-dehra llum m’għadux jeżisti. Fl-1839 MacGill kiteb: “Qrib il-kappella tal-Madonna tal-Mellieħa hemm għar sabiħ u fil-qrib, nixxiegħa ta’ ilma frisk u pur. Ħafna jinsistu li dan hu l-għar famuż ta’ Kalipso, filwaqt li oħrajn isostnu li l-Għar ta’ Kalipso jinsab Għawdex. L-unika spjegazzjoni tista’ tkun li s-Sinjura Kalipso kellha dar fil-belt u oħra tal-villeġġjatura. Dik it-toqba miżerabbli magħrufa bħala l-grotta tagħha f’Għawdex kienet tirtira fiha fis-sajf – dan seta’ ta bidu għal drawwa li għadha teżisti sal-lum.” Peress li l-inħawi tal-għar huma fertili ħafna, fl-għerien kienu jgħixu l-bdiewa Melliħin,
kif jiddeskrivi Badger fl-1838: “Daqs nofs mil fil-Punent tal-knisja tal-Mellieħa hemm l-imsejħa grotta ta’ Kalipso, dak l-għar tant imfaħħar minn Omeru u li tant kiteb dwaru Fénelon fl-Aventures de Télémaque. Jinsab taħt għolja, imdawwar b’għerien oħra ta’ kull daqs, ħafna minnhom abitati mill-bdiewa tal-inħawi. Nixxiegħa ta’ ilma ġieri tnixxi minn ġol-għar tan-ninfa u tibqa’ sejra f’għajn kbira, biex l-ilma jintuża għall-ġnien li hemm’l isfel.”
din l-alla tal-imħabba kienet tqatta’ ħin twil titgħaxxaq bihom? M’hawn l-ebda funtani u lanqas ilma ġieri li seta’ jnixxi fihom kieku xi darba kienu mibnijin. La hawn siġar, lanqas ħamrija. Kollox inbidel. Daħla mudlama qrib il-kosta ta’ Malta, illum imsejħa l-Għar ta’ Kalipso! Biżżejjed tara l-grotta minn barra. Xi nies li jaslu sal-bokka tal-għar jiddeċiedu jidħlu. Jaf hemm tradizzjoni antika marbuta ma’ dan ilpost iżda ma jistax ikun li din il-grotta maħmuġa qrib il-bajja Insibu nies li baqgħu tal-Mellieħa, hi dik li ddeskriva diżappuntati b’dak li raw? Omeru!” Aktarx li Winthrop qed jirreferi għall-għolja fejn Kienu bosta l-vjaġġaturi, li ġral- hemm l-għar, li hi xagħri u hom hekk b’dak li jaraw qud- maħkuma mir-riħ. diemhom. L-Ispanjol Lacroix, fl-1840, ikkummenta: “Aħna Id-diżappunti kienu biss u sejrin lejn il-Port tal-Mell- għall-Għar tal-Mellieħa? ieħa, fil-Grigal ta’ Malta, naslu ħdejn il-Palazz ta’ Kalipso. Jid- Le. Winthrop lanqas l-għar her palazz fqir u tad-dwejjaq, f’Għawdex ma laqtu. Jgħid: għall-inqas dak li għadu jeżis- “Calimachus kiteb li Għawdex ti minnu. Ftit għerien umdi u jew kif kien magħruf fl-anmudlama, imqassmin f’żewġ tik Gaulos, li jinsab biss tlieta sulari, miftuħin għall-elemen- jew erba’ mili ’l bogħod minn ti, jiffurmaw parti minn għol- Malta, hu l-gżira ta’ Kalipso ja ppuntata, mingħajr ebda u li dak l-għar għeri u fqir li tiżjin, simetrija jew ordni. jinsab iħares fuq il-baħar hu Il-kamra tal-banju tan-ninfa; l-post fejn l-alla Kalipso kienet waħda mill-allat, timmaġina li tgħix. Aktarx li din l-idea ġejja tkun post seduċenti, santwar- mill-fantasija poetika ta’ dan ju ta’ mħabba, post li jilqgħek – l-awtur u fil-verità, m’hemm iżda xejn minn dan! Differenti l-ebda prova li dan seta’ kien biss mill-għerien l-oħrajn għax l-Għar ta’ Kalipso.” għandha fetħa għolja seba’ Evans, fil-ktieb tiegħu Guide piedi.” to the islands of Malta and Fl-1830, wara li żar bosta Gozo, isemmi: “Il-Melliħin dejjgħerien fil-Mellieħa kif ukoll em lesti jdawruk mal-post għal dak t’Għawdex, Borzesi stqa- ftit flus... l-għerien ta’ Kalipso rr: “Naħseb li kienu biss dawk jinsabu fuq in-naħa ta’ wara in-ninfi li għandhom xi ħaġa tar-raħal. Tasal għalihom billi x’jinħafrilhom, li kellhom pen- titla’ minn waħda mit-toroq itenza twila x’jagħmlu, li kienu laterali fuq ix-xellug tat-triq jmorru jgħixu f’postijiet bħal prinċipali. Imbagħad taqbad dawn.” passaġġ li jaqsam il-wied u Winthrop ukoll baqa’ timxi miegħu sakemm iddur ddiżappuntat b’li ra fl-1851 u ma’ blata għolja ’l fuq millkiteb: “Fejnhom iċ-ċipress u għar. Xi blat iġġarraf mix-xifer, l-luq, imdawrin mal-għar, li għalaq l-aċċess u kisser uħud
mill-għerien. Iżda t-turġien għad-daħla u xi tnejn jew tliet għerien, għadhom sħaħ. Filwied, hemm xi ġonna u siġar tal-frott. Billi Għawdex tradizzjonalment hu magħruf bħala l-gżira ta’ Kalipso, jagħmel sens li dawn l-għerien, li żgur huma antiki ħafna, jingħataw l-isem ta’ din l-alla.” Ir-raġuni tal-eżistenza ta’ postijiet mitiċi bħall-Għar ta’ Kalipso fil-Mediterran feġġet fil-kitba ta’ Evans. Ħafna nies f’dak iż-żmien kienu foqra. Ir-raba’ u s-sajd ftit kienu jħallu flus; allura ħafna kienu jdawru ’l-barranin, forsi jaqilgħu dik il-munita żejda. Din tidher ukoll meta fl-1842, Angas żar il-Mellieħa u l-Għar ta’ Kalipso. Jirrakkonta li: “Irħejnielha lejn l-Għar ta’ Kalipso. Tliet subien imċerċrin offrew joqogħdu magħna bħala gwidi u wara li għaddewna minn passaġġ wieqaf u mħarbat, wasalna qrib xi għerien żgħar fil-ġenb tal-għolja. Minn hemm tara veduta sabiħa tal-baħar u l-inħawi tal-Marfa. Toqba fit-tarf tax-xifer hija msejħa l-Għar ta’ Kalipso. Tistgħu taħsbu kif bqajt b’ħalqi miftuħ meta l-għar maġiku tal-alla, dak li Omeru tant faħħar, kien aktar jixbah maqjel tal-annimali, toqba fil-blat mimlija ħmieġ! Biex aktar tikber il-ferita, hekk kif wasalna quddiem il-bokka, tlieta jew erba’ ħnieżer u ħmara sewda ħarġu mill-għar. Minkejja li b’qalbi mnikkta, meta rajt għal xiex kien qed jintuża l-għar, ħriġt il-lapes u l-ktejjeb tat-tpinġija u bdejt inħażżeż. Qabbadt wieħed mis-subien ipoġġi fuq ġebla u daħħaltu fit-tpinġija li għamilt tal-għar. Tgħidx kemm daħak meta induna x’kont qed nagħmel. Meta lestejt, tajtu sold u t-tnejn l-oħra ġew u bdew jinsistu li kelli npinġi
lilhom ukoll. Minfok, tajthom sold kull wieħed u malajr nesew it-tpinġija! Tlaqna lura biex insib karozzin li jwassalni d-dar.” Oħroġ il-għaġeb, it-tpinġija tat-tifel quddiem l-Għar ta’ Kalipso għadha teżisti sal-lum, fil-Librerija Nazzjonali tal-Awstralja. Albert Mayr, arkeologu Ġermaniż, ukoll esplora l-għar u fil-ktieb li ppubblika fl-1909, ikkonkluda li “dawn l-għerien fix-xifer fuq ir-riħ tal-Bajja tal-Mellieħa, magħrufa bħala ta’ Kalipso kienu jintużaw fi żmien il-Biżantini. Houël kien diġà ddeskriviehom iżda issa jidher li ftit baqa’ minn dak li kien ra u wħud minnhom saħansitra nqerdu. L-aktar biċċa importanti li fadal hi żewġ terazzini, man-naħa ta’ fuq tal-għolja... dawn il-fetħiet huma magħqudin flimkien permezz ta’ taraġ, eżatt kif kien semma Houël. Hemm ukoll erba’ spazji rettangulari, tnejn minnhom li fihom niċeċ b’arkati. Dawn l-għerien żgur li xi darba ffurmaw raħal żgħir, li żviluppa sew, peress li kien perikoluż tgħix mal-kosta.” Għaliex l-għar baqa’ aktar marbut ma’ Għawdex? Minkejja din it-tradizzjoni antika tal-Għar ta’ Kalipso fil-Mellieħa, jekk tfittex f’xi sit elettroniku, l-għar fix-xifer tax-Xagħra jitfaċċa fil-paġna. Għaliex seħħ dan? L-Għawdxin sostnew it-tradizzjoni billi komplew jirreklamaw l-għar, waħħlu tabelli li juru kif tasal għalih u saħansitra jirreferu għal Għawdex bħala l-Gżira ta’ Kalipso. Fil-Mellieħa, kulma għamilna kien li semmejna triq għal din in-ninfa. Hi ħasra li tradizzjoni li ilha ġejja mill-inqas minn żmien il-Kavallieri tista’ tispiċċa darba għal dejjem.
22
02.01.2022
RONALD BUGEJA
IL-KITBA SARET PARTI MINN ĦAJTU Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Il-personalità tal-lum ma sirtx nafha issa, anzi ili nafha b’mod personali peress li hija awtur bħali. Qed nirreferi għal Ronald Bugeja. Għandu 43 sena, joqgħod is-Siġġiewi u jaħdem bħala Spettur Korrettiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Bħala passatemp iħobb joħloq, jikteb u jirriċerka. Jiddeskrivi ruħu bħala bniedem kalm, iħobb il-kwiet. Jiddejjaq ħafna jfittex u jistenna. Iqis ruħu bħala patrijott u jħobb dak kollu li huwa ta’ pajjiżu, tradizzjonijiet, drawwiet, kultura u reliġjon Nisranija. Dak kollu li writtna minn missirijietna Maltin mhux barranin. Mhux xi wieħed iħobb jissoċjalizza ma’ ħafna nies, imma jippreferi jkun ħafna qrib ma’ dawk li b’rispett ikollhom ħin għalih bħalma huwa jiddedika għalihom. Ronald huwa awtur ta’ diversi kotba. Fil-fatt, s’issa ppubblika erba’ kotba li huma Mill-Glorious sal-Vitoria, Id-Djarju L-Iswed, Moonstone - Triangolu Kriminali, Il-Forka ta’ Malta u l-Piena Kapitali barra minn Xtutna. Ippubblika ktieb ġdid: Il-Forka ta’ Malta u l-Piena Kapitali barra minn Xtutna Dan l-aħħar ippubblika il-ktieb Il-Forka ta’ Malta u l-Piena Kapitali barra minn Xtutna. Dan il-ktieb jittratta l-forka fil-Ħabs ta’ Kordin, il-bini tal-ħabs, kif ukoll il-Prison Industry li huwa proġett li tnieda fis-sena 2018 mid-Direttur tal-Ħabs il-Kurunell Alexander Dalli u l-Kap tal-Amministrazzjoni u l-Operat Randolph Spiteri. Il-Prison Industry jagħti l-opportunità lill-priġunieri fil-Ħabs li jaħdmu u jagħmlu xogħol siewi fil-ħabs, jitgħallmu s-snajja’, kif ukoll jippreparaw ruħhom għal ħajja ġdida fis-soċjetà. Immaġinajt li ispira ruħu sabiex jikteb dan l-aħħar ktieb tiegħu peress li jaħdem bħala Spettur Korrettiv fis-sezzjoni teknika tal-elettriku. Fil-fatt, stqarr miegħi li minn dejjem kienet tinteressah il-piena kapitali u l-fatt li kien iktar viċin l-uniku makkinarju li jeżisti f’pajjiżna tal-forka tal-ħabs fejn mietu 14-il ruħ ispirah biex jibda jistudja u jirriċerka biex jikteb dan il-ktieb. Fil-fatt, l-istess ktieb jittratta dak kollu li kien isir bil-liġi tal-forka u dak li kellu jwet-
taq il-bojja waqt li jesegwixxi l-kundanna skont il-famuża teorija ta’ Sir William Marwood u l-liġi li kienet tittratta l-forka. Fil-ktieb Ronald jiżvela għall-ewwel darba affarijiet li qatt ma ħarġu fil-beraħ fejn tidħol il-forka. Fosthom kif kienet taħdem il-forka bħala struttura u makkinarju; il-ħidma siewja tal-konfratellanza fil-ħabs u mal-ikkundannat; u informazzjoni fuq il-Perit Sir William Arrowsmith li kellu l-inkarigu mir-Reġina biex jibni l-ewwel ħabs f’Malta. Filfatt, il-kelma forka għal ħafna min-nies tqanqal ċerta biża’, interess u kurżità. Mistoqsi jekk hu personali jaqbilx mal-forka, weġibni: “Jien personalment ma naqbel xejn mal-forka. Illum iż-żminijiet inbidlu u l-liġijiet magħhom. Fil-fatt, waħda mill-affarijiet li sibt waqt ir-riċerka tiegħi kienet li l-Istat ta’ Texas fl-Amerka ħareġ dokument b’risposta meta ntalbu biex jirrevedu l-liġi tal-piena kapitali, iżda dawn fir-rapport tagħhom qalu li qed jagħmlu ħażin dawk il-pajjiżi li jżommu l-ikkundannat għomru l-ħabs li ddeskrivewha bħala tortura bil-pulit! F’kelma waħda dawn
jirraġunaw li bniedem ħati ta’ omiċidju aggravat, aħjar jingħata l-forka milli jinżamm għomru l-ħabs. Fil-fatt, fil-ktieb wieħed jista’ jaqra fid-dettall dak li kien kwota San Tumas t’Akwinu meta kiteb fuq il-piena kapitali,” stqarr miegħi. Kompla jgħidli li r-riċerka wasslitu biex isib dak kollu li kien jiġri vera waqt l-eżekuzzjonijiet fil-ħabs. “Fil-passat dejjem smajna fuq kif kienu jingħataw il-forka meta kienet għadha ssir barra mill-ħabs, iżda jien preferejt niffoka l-ktieb tiegħi fuq il-forka wara l-ħitani tal-ħabs. Permezz ta’ riċerka awtentika rnexxieli nsib informazzjoni li poplu ftit li xejn kellu jew inkella kienu biss stejjer fittizji li kienu jinstemgħu minn ġenerazzjoni għall-oħra. Fil-fatt, hemm ħafna affarijiet li qabel qatt ma ħarġu fil-beraħ jew ħadd qatt ma kiteb dwarhom. Waħda mir-raġunijiet kienet innuqqas kbir ta’ informazzjoni fuq kif kienet taħdem l-istruttura tal-forka fil-verità. Il-bojja kien dak li kien jesegwixxi f’eżekuzzjoni, skont teorija ta’ William Marwood u skont il-liġi inposta fuq pajjiżna mill-ħak-
kiema Ingliżi”. Skopra wkoll l-aċċessorji li bojja kien juża, x’kien jiġri vera waqt eżekuzzjoni fil-Ħabs ta’ Kordin. “Niftakru li fiż-żmien li fil-liġi kienet għadha teżisti l-piena kapitali f’pajjiżna l-poplu Malti kien tħalla bil-ġuħ, bla xogħol u mingħajr edukazzjoni xierqa. Din kienet strateġija tal-ħakkiema Ingliżi biex lill-poplu Malti jżommuh dejjem taħt il-kmand tagħhom. Niftakru wkoll li Malta kienet maqsuma fi tnejn. Kellek dawk li kienu jaraw biss l-Ingliżi fit-tajjeb li kienu favur l-Ingliżi u kellek dawk li sa minn qabel il-Gwerra kienu jaraw lil Malta bħala parti mill-Italja u ħielsa mill-ħakma Ingliża li kienu pro-Taljani. Iżda, jekk kien hemm xi ħaġa li l-Maltin kienu jaqblu fuqha kienet il-forka. Però, f’dak iż-żmien il-forka kienet parti mil-liġi tal-pajjiż u n-nies ma kienu xejn interessati fil-makkinarju li jaħsad il-ħajja ta’ persuna anke li wieħed jeħel il-ħabs kienet xi ħaġa kerha fis-soċjetà, aħseb u ara li wieħed jieħu l-forka kemm kienet xi ħaġa kerha u tqila
għall-familji Maltin.” L-għan ta’ dan il-ktieb huwa proprju biex jeduka u jinforma lill-qarrejja fuq parti mill-istorja ta’ pajjiżna u li llum qiegħda ppriservata tajjeb fil-ħabs ta’ Malta. B’unur Ronald jista’ jgħid li dan huwa l-ewwel ktieb tax-xorta tiegħu li ġie ppubblikat mill-Aġenzija għasServizzi Korrettivi. “Jien għamilt ir-riċerka kollha u ktibt il-kontenut tal-ktieb. Inħossni kburi li dawk kollha li se jaqraw dan il-ktieb se jinfurmaw ruħhom b’affarijiet li qabel qatt ma ngħata dettall siewi dwarhom. Dan il-ktieb se jeduka wkoll għaliex bl-istudju u r-riċerka awtentika li għamilt jien, illum wieħed jista’ jkun jaf il-verità dwar dak kollu li għandu x’jaqsam mal-forka f’pajjiżna.” Kellu talent moħbi Mistoqsi x’sodisfazzjon personali tagħtih il-kitba, Ronald stqarr miegħi li kienet talent moħbi, iżda meta skopra dak li vera kapaċi joħloq u jikteb, il-kitba saret parti minn ħajtu daqskemm bniedem għandu
08.11.2020 02.01.2022
23
SKEDA ONE 15:30 15:35 15:58 16:00 16:20 17:30 18:30 19:15 19:20
ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Better Living Flimkien ma’ Nancy Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp
19:30 20:10 20:30 21:15 22:50 23:30 23:45 23:50
TNEJN ONE News Primetime 03-01 Reboot Min Imissu Niftakru ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Kalamita
06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Espresso 12:30 ONE News 12:40 Telebejgħ
13:00 15:30 15:35 15:55 16:00 16:25 16:55 17:30 18:30
Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari Dak li Jgħodd Pjazza
19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 21:00 22:15 22:50 23:30
Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Revved Taf X’qed Jgħidu? Niftakru Country Jamboree ONE News
06:30 06:45 07:55 08:00 08:33 09:05 09:30 12:30 12:35 13:00
15:30 15:40 15:57 16:05 16:28 17:15 18:00 18:30 19:14
ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Pink Panther Imqades l-Istorja What’s Cooking Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari
19:20 19:30 20:10 20:30 21:07 23:04 23:30
ONE Sports ERBGĦA 05-01 & Temp ONE News Primetime The Local Traveller Drama Ħabrikt ONE News
06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:56 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt
13:00 15:30 15:45 16:00 16:05 16:26 17:00 17:30 18:30
Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Popcorn Żona Sport Mhux kemm taf Pjazza
19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 22:30 23:03 23:30
Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Awla Country Jamboree Mill-Chcina ta’ Dari ONE News
06:30 06:45 07:54 08:00 08:33 09:05 09:30 12:30 12:45 13:00
ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Telebejgħ Kalamita
15:30 15:35 15:55 16:00 16:25 16:50 17:30 18:15 19:13 19:18
ONE News Kalamita Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview What’s Cooking Country Jamboree Indhouse Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports
19:30 20:10 20:30 21:00 22:30 23:00 23:30
& Temp ONE News Primetime Niftakru Min Imissu Popcorn Żona Sport One News
06:30 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:25 Reboot 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:33 Better Living 09:30 Żona Sport 10:14 Dak li Jgħodd
11:57 12:30 12:35 13:15 14:15 15:30 15:35 16:30 17:22
Popcorn ONE News Telebejgħ Indhouse Taf X’Qed Jgħidu ONE News Mhux Kemm Taf Flimkien ma’ Nancy Sabiħa l-Ħajja
18:00 18:45 19:20 19:30 20:10 20:30 23:36
Pink Panther Ondroad ONE Sports & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News
06:30 06:45 07:12 07:43 08:00 08:40 10:00 10:30 11:10
11:50 12:30 12:40 13:15 15:30 15:35 16:30 17:06 17:50
Mill-Chcina ta’ Dari ONE News Telebejgħ Arani Issa ONE News Arani Issa - Ikompli Country Jamboree Mqades L-Istorja L-Argument
19:25 19:30 20:10 20:35 21:20 22:55 00:00
One Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Reboot Awla Ħabrikt ONE News
06:30 06:45 07:55 08:00 08:33 09:05 09:30 12:30 12:35 13:00
ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita
TLIETA 04-01
ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita
ĦAMIS 06-01
bżonn jiekol u jixrob. Il-kitba hija serħan il-moħħ, għalija hija xi ħaġa li nieħu gost nagħmel kull ċans li jkolli. Fil-kitba insib it-trankwillità tiegħi. Il-kitba hija taħlita ta’ fantasija u kreazzjoni li jiġu mill-qalb u l-moħħ li jeħduk f’univers li ma jintemm qatt.” Min jixtieq jakkwista kopja tal-ktieb jista’ jagħmel dan permezz tal-ħwienet kollha ewlenin f’Malta u f’Għawdex mingħand BDL Books, San Ġwann, kif ukoll għal min irid jista’ jmur fil-GateHouse talĦabs ta’ Kordin u jixtri ktieb minn hemm ukoll. Hemm il-probabbiltà li l-awtur ikun hemm u jkun jista’ jiffirma l-kotba li jinxtraw. Min irid jista’ wkoll jitħol fuq is-sit ronaldbugeja.com. Mistoqsi jekk hux biħsiebu jkompli jikteb u jippubblika aktar kotba, Ronald weġibni li jkompli jikteb sakemm il-Mulej isejjaħlu. “Il-kitba hija ħajti u hija dik li jien illum, Ronald Bugeja l-kittieb Malti. Moħħi ma jorqod qatt u sakemm Alla jibqa’ jagħtini s-saħħa, jien ser nibqa’ nikteb u nagħmel proġetti ġodda. Nixtieq ukoll niżvela li s-se-
na d-dieħla, l-2022, hemm ippjanati żewġ pubblikazzjonijiet li jinkludu bijografija fuq politiku kbir li persważ li ser inqajjem interess qawwi u naf li ħafna ser jieħdu ġost jaqraw fuqu bil-lingwa Maltija, kif ukoll rumanz li jittratta qassis u l-misteru kbir tal-passat tiegħu, li naf ukoll li ser jinteressa lil ħafna, speċjalment dawk li jħobbu jaqraw ir-rumanzi. Fl-aħħar ta’ din l-intervista stedintu jgħaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Il-messaġġ huwa wieħed, nixtieq ngħid grazzi lil dawk kollha li jixtru u jaqraw il-kitbiet tal-awturi Maltin. Grazzi wkoll għal dawk is-sors ta’ informazzjoni ta’ kuljum, il-ġurnali fejn ta’ kuljum jinkitbu artikli, intervisti, jwasslu l-aħbarijiet u l-messaġġ f’kull kantuniera talpajjiż. Il-gazzetta hija mezz ta’ komunikazzjoni u mezz edukattiv għax permezz tagħha wieħed jista’ jitgħallem iktar, jinforma ruħu u fl-istess ħin qed iġedded it-tradizzjoni unika tal-ġurnal li mill-passat sal-lum għadu mezz ta’ informazzjoni u kreattività”.
SIBT 08-01
ONE News Niftakru Żona Sport Ħabrikt Il-Quddiesa tal-jum Paperscan Ieqaf 20 Minuta The Local Traveller Sabiħa l-Ħajja
ĠIMGĦA 07-01
ĦADD 09-01
24
02.01.2022
reċensjoni tal-ktieb
SBEJĦA: ĦMARA ŻGĦIRA B’QALB KBIRA L-istorja li hi l-qofol tal-festi tal-Milied – l-istorja tat-twelid ta’ Ġesù Bambin – jafha kulħadd. Iżda din l-istorja tafha wkoll ħmara ċkejkna, Sbejħa … U minn fommha żgur li qatt ma smajtuha l-istorja tal-Milied! Din kienet l-idea ħelwa immens tal-awtur Michael Cini, li fir-rumanz ġdid għat-tfal, Sbejħa: ħmara żgħira b’qalb kbira, iwasslilna l-istorja klassika tat-twelid ta’ Ġesù rrakkontata mill-ħmara li kienet ġarret lil Marija sa Betlehem. Il-ħmara tirrakkonta kif mingħand bidwi kattiv, spiċċat għand sid ġdid – Ġużeppi – li kien jieħu ħsiebha u jkellimha bil-ħlewwa. Anki l-għarusa ta’ Ġużeppi, Marija, kienet tmur maġenb il-ħmara Sbejħa biex toqgħod tfissidha magħha, u teħdilha xi bettieħa friska jew xi tuffieħa tfuħ … u tgħarraxha ħelu ħelu bejn widnejha. F’dan il-ktieb, Cini jirrakkonta wkoll l-avventuri eċitanti u xi drabi anki perikolużi li għaddew minnhom, mat-tarbija l-ġdida li l-koppja kellhom f’nofs ta’ lejl xitwi, u anki malħmar l-Imqarqaċ li Sbejħa veru kienet tħobb. Il-ħsieb wara dan ir-rakkont ta’ Cini huwa biex juri lit-tfal li l-qofol tal-festi tal-Milied huwa t-twelid ta’ Ġesù Bambin. Ir-rakkont kompla ġie mogħni minn illustrazzjonijiet effikaċi tal-artist José Luís Ocaña, li għadu kif rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-aqwa illustrazzjonijiet ta’ ktieb għat-tfal. Tul l-istorja hemm ukoll xi għanjiet tal-Milied, tant li fl-aħħar paġni tal-ktieb it-tfal jistgħu jsibu n-noti tal-mużika biex ikunu jistgħu jdoqqu u jkantaw magħhom. Michael Cini huwa awtur magħruf għar-rumanzi tiegħu għall-adulti, kif ukoll għall-kitbiet fir-rivista Sagħtar. Dan huwa l-ewwel rumanz tiegħu għat-tfal, u huwa maħsub għal tfal minn 7 snin ’il fuq, għad li anki tfal ikbar minn hekk se jieħdu gost jintilfu fl-istorja tal-ħmara Sbejħa. Sbejħa: ħmara żgħira b’qalb kbira jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha kif ukoll online minn merlinpublishers.com.
Mistoqsija: Minn min hija rrakkontata l-istorja klassika tat-twelid ta’ Ġesù? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb SBEJĦA: ĦMARA ŻGĦIRA B’QALB KBIRA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 9 ta’ Jannar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb IS-SUSPETTI TA’ DOLLY FENTON hija:
M. FARRUGIA - IŻ-ŻURRIEQ
02 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Mill-2018 lil hawn, kemm-il darba se jkunu ngħataw żidiet il-pensjonanti?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
Rebbieħ: C. MUSCAT - IL-GŻIRA
25
02.01.2022
“THE TRUCK STOP KILLER” Robert Ben Rhoades u l-ħtif tal-vittmi tiegħu Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
Min kien Robert Rhoades? Robert Benjamin Rhoades twieled fit-22 ta’ Novembru tal-1945 f’Council Bluffs f’Iowa fl-Istati Uniti. Peress li missieru kien fl-armata u kien stazzjonat barra mill-kontinent Amerikan, Rhoades qatta’ iktar ħin ma’ ommu fis-snin bikrin ta’ ħajtu. Meta Rhoades kien għadu fil-primarja, missieru rritorna u beda jaħdem bħala uffiċjal tat-tifi tan-nar. It-trobbija ta’ Rhoades kienet waħda normali u kien anke jipparteċipa f’diversi attivitajiet skolastiċi. L-inkwiet beda f’żgħożitu hekk kif Rhoades ġie arrestat għall-ewwel darba meta kellu biss 16-il sena talli prova jiftaħ karozza. Sena wara, Rhoades reġa’ ġie arrestat wara li ġġieled fil-pubbliku. Minkejja dawn l-arresti, Rhoades iggradwa mit-Thomas Jefferson High School fl-1964 u ngħaqad mal-Marine Corps. Fl-istess sena li beda jaħdem, missieru nstab ħati li bagħbas tfajla ta’ 12-il sena u neħħa ruħu b’idu qabel ma sar il-ġuri. Din l-esperjenza jaf ħalliet impatt fuqu hekk kif ftit snin wara, Rhoades wettaq serqa u spiċċa tkeċċa mill-armata. Minħabba li kellu kondotta ħażina, Rhoades beda jsibha diffiċli biex isib xogħol. Hu spiċċa jaħdem fi ħwienet tal-merċa, fl-imħażen u fir-ristoranti. L-aħħar xogħol li baqa’ jagħmel kien dak li jsuq it-trakkijiet il-kbar, li tah lok għall-ħtif, it-torturar, l-istuprar u l-qtil tal-vittmi tiegħu. L-omiċidji Rhoades kien ilu jsuq it-trakkijiet missnin 70 u kull fejn kien imur kienu jgħosfru n-nies. Minkejja dan, l-ewwel żewġ vittmi uffiċjali ta’ Rhoades kienu Patricia Candace Walsh u żewġha Douglas Zyskowski. F’Jannar tal-1990, il-koppja talbet lil Rhoades biex iwassalhom iżda dan tal-aħħar kellu pjan differenti. L-ewwel ma għamel kien li qatel lil Zyskowski u rema l-katavru tiegħu f’Sutton County f’Texas. Lil Walsh żammha fittrakk għal ġimgħa sħiħa fejn ittorturaha u stupraha kemm-il darba qabel ma rema l-ġisem bla ħajja tagħha f’Millard County f’Utah. Il-katavru ta’ Zyskowski nstab wara ftit iżda ġie identifikat wara sentejn, filwaqt li dak ta’ Walsh instab
f’Ottubru tal-1990. Xahar wara l-qtil ta’ Walsh, Rhoades ħataf lil tfajla ta’ 18-il sena iżda din irnexxielha taħrab u marret għand il-pulizija. Rhoades ġie arrestat iżda t-tfajla ma riditx tfittxu bil-qorti minħabba li ma kellhiex biżżejjed ‘evidenza’ ta’ dak li għamlilha fil-ġimagħtejn li għamlet maqfula fit-trakk tiegħu. Ftit jiem wara, Regina Kay Walters ta’ 14-il sena u l-għarus tagħha Ricky Lee Jones ta’ 18-il sena għebu. Huwa maħsub li Rhoades waqaf biex irikkibhom u għamel l-istess kif għamel lill-koppja Walsh u Zyskowski, jiġifieri li ħeles millgħarus u żamm lill-għarusa fit-trakk. Ir-ritratti ta’ Walters li nstabu fid-dar ta’ Rhoades kienu evidenza li ġara hekk. Jidher li Rhoades żamm lil Walters għal żmien twil għax mir-ritratti kienu jidhru diversi tbenġil u anke xagħarha kien differenti. Huwa mifhum li Rhoades qatel lil Walters ftit wara li ħadilha r-ritratti fil-binja li nstab il-katavru tagħha f’Settembru tal-1990. Xahar wara nstab il-katavru ta’ Jones f’Lamar County f’Mississippi iżda ġie identifikat f’Lulju tal-2008. Fl-1 ta’ April tal-1990, uffiċjal tal-pulizija ra trakk fil-ġenb tat-triq bid-dwal mixgħulin. Hu waqaf biex jara jekk is-sewwieq kellux bżonn xi għajnuna iżda minflok sab tfajla għarwiena fuq wara tat-trakk. It-tfajla, Kathleen Vine, bdiet tgħajjat għall-ajjut u fil-pront ħareġ Rhoades, li ma kienx e jaf x’ħa jaqbad jgħid ad o lill-pulizija. Kien għalRh Ro b ert B nja m in hekk li ġie arrestat fuq ħtif u e abbuż sesswali. Waqt l-investigazzjoni, il-pulizija fittxew fid-dar ta’ Rhoades u sabu ritratti ta’ Walters u ta’ Walsh, li kienu evidenza biżżejjed biex jiġi mixli bil-qtil tagħhom. Fl-1994, Rhoades instab ħati biss għallqtil tal-ewwel grad ta’ Regina Kay Walters u weħel sentenza ta’ għomor ilħabs. Wara 11-il sena, Rhoades ittieħed f’Utah mixli bil-qtil ta’ Walsh u Zyskowski iżda l-każ twaqqaf wara li l-familji tagħhom qalu li ma jixtiqux jibqgħu għaddejjin bil-każ. Wara ftit, Rhoades ittieħed f’Texas mixli bil-qtil ta’ Walters u Jones fejn ammetta li qatilhom bilpatt u l-kundizzjoni li ma jeħilx il-piena kapitali. Fil-fatt, Rhoades weħel sentenza oħra ta’ għomor il-ħabs. Hu qed jiskonta ż-żewġ sentenzi ta’ għomor il-ħabs fil-Menard Correctional Center f’Chester f’Illinois. Il-pulizija jaħsbu li Rhoades qatel ’il fuq minn 50 mara hekk kif għosfru ħafna nisa minn diversi postijiet li vjaġġa minnhom hu fl-istess żmien tal-għejbien tagħhom.
Regina Kay Walters qabel ma Rhoades qatgħalha xagħarha
s
Robert Benjamin Rhoades huwa qattiel tal-massa u stupratur Amerikan. Rhoades huwa magħruf bħala “The Truck Stop Killer” minħabba l-fatt li kien irikkeb lill-vittmi tiegħu waqt li jkun qiegħed jivvjaġġa bit-trakk tax-xogħol. Għall-bidu ġie mixli bi tliet omiċidji iżda nstab ħati għal wieħed minnhom hekk kif il-qraba taż-żewġ vittmi l-oħrajn ma xtaqux ikomplu għaddejjin bil-każ. Wara nstab ħati wkoll għall-qtil ta’ koppja oħra. Apparti dawn it-tliet każi, il-pulizija jemmnu li Rhoades ittortura, stupra u qatel ’il fuq minn 50 mara bejn l-1975 u l-1990.
Wieħed mir-ritratti li ħa Rhoades lil Walters qabel qatilha
26
02.01.2022
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
02.01.2022
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 414
L. BRIFFA - MARSA
MIMDUDIN: 9. 1. Kompli l-qawl: 10. Fuq .......... waħ 12. da jibni sur (5) 16. 4. ......... ta’ fondi (4) 18. 7,9. Kontijiet? (5) 19. Bi 3 NUMRI 078 090 102 118 225 226 245 285 298 323 352 354
385 454 466 554 847 852 888 911 951 987 B’4 NUMRI 0303
1004 1127 1159 1255 1331 1922 7457 2037 7601 3365 7742 3710 7752
4144 7848 4498 8034 4503 8132 4540 8225 5177 8531 5481 8745 6511
8934 6514 9585 7253 9597 7456 9749 B’5 NUMRI 10234 22776 37415 39422
54121 71007 B’6 NUMRI 144697 179037 551472 822778 Bi 8 NUMRI 17558239 64178615
WEQFIN: 1. Bjar (6) 2,11. Vaganza (5) 3,19. Jiksu t-toroq bih (6) 5,12W. Spazju miftuħ fid-dar (5)
Ara 7 Bla xagħar (6) Impjega (6) Mhux le (3) Sultan (2) Ara 3
20. 21. 23. 24.
6. Kap? (3) 8. Spikkat fl-2020 (9) 11. Ara 2 12. Ara 5 13,21W. Reċti (6) 14. Żviluppati (6)
15. 17. 21. 22.
Stenbħet (5) Malta Tourism Authority (1,1,1) Mhux jiena (4) Kunjom (5) Stinka? (6) Taxxa (1,1,1) Ara 13 Taħt l-ispalla (3)
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Karru, 4.Ħadd, 7,20.Skanska, 9,11. Baqra, 10.Turist, 12.Ċattra, 16,21 wieqfa. Trabbi, 18. Ara 12 wieqfa, 21.Blu, 24.Bosta
WEQFIN: 1.Kubrit, 2,6.Raqdet, 3,23.Ustinov, 5.Ali, 8,19.Kuntistabbli, 12,18.Ċari, 13.TRN, 14.Abacus, 15.Mistra, 17.Ril, 22.Uno
28
02.01.2022
LIVELL IEĦOR TA’ POLITIKA Editorjal
Dak li esperjenzajna fl-aħħar sentejn taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela hu preludju għal iżjed politika differenti u aktar nadifa u l-poplu se jkun qed jimmarka l-2022 b’dan appena jintalab jesprimi fehemtu bl-aktar mod demokratiku
L-ewwel ħsibijiet għal sena ġdida jiġu dawk għal iżjed affari jiet sbieħ, inqas jew xejn minn dawk koroh, u ċ-ċans li nilħqu l-miri li niffissaw bit-tama li dejjem nagħmlu ħajjitna aħjar, waqt li jagħtuna raġunijiet va lidi għal xiex nibqgħu nħarsu ’l quddiem b’mod pożittiv. Mhux wisq żmien ’il bogħod, ħafna Maltin u Għawdxin kienu jkunu qalbhom maqtugħa f’dan iż-żmien tas-sena, mingħajr tama għal xi ħaġa aħjar. Lanqas l-ispirtu tal-Milied ma kien iservi biex iqanqal l-armonija, tant kemm konna fil-miżerja. Anzi ma konniex lanqas naħsbu x’nistgħu nakkwis taw iżjed minn dak li għandna. It-talb kien ikun biss biex ma jintilef xejn iżjed minn dak li kellna dakinhar. It-tama kienet li jieqaf it-tnaqqir kontinwu fl-għajxien tal-familji, li ma jiżdidux iżjed piżijiet insensati fuq il-ħajja. Biex l-opportunitajiet ta’ xogħol u xogħol ta’ kwalità ma jkomplux jevaporaw. Biex l-anzjani ma jkollhomx jagħżlu bejn ix-xiri tal-mediċini li l-Istat ma kienx qed joffrilhom u ċilindru gass biex isaħħnu djarhom,
jew agħar biex ma jibqgħux jiġu rredikolati jittallbu għall-karità mingħand uliedhom, fost ħafna oħrajn. Niftakru wkoll sew kif, minn filgħodu sa filgħaxija, millGvern kienu jtambrulna li ma kienx hemm alternattivi u s-sitwazzjoni ma setgħetx tinbidel. Dik kienet l-aħjar li wieħed seta’ jkollu u kienu jinsistu li, allura, kellna nbaxxu rasna, nisktu u nroddu ħajr. L-unika vuċi tiswa li kien fad lilna kienet biss fl-elezzjoni u, bħall-ikkundannati, kien ikollna nimmarkaw il-jiem għaliha. Wara l-għażla definittiva fl2013, il-poplu avvanza wisq biex jerġa’ mqar jaħseb li jmur lura għal dawk iż-żminijiet. Avolja bi ġrieħi li għadhom viżibbli, għadna npattu għal ħafna millkonsegwenzi disa’ snin wara. Illum, anke jekk f’pandemija u fuq l-għatba ta’ elezzjoni ġe nerali oħra, ninsabu ferm aħjar u saħansitra entużjasti nħarsu lejn aktar titjib u prosperità f’ħajjitna. Jekk xejn, din is-sena l-ġdida u l-elezzjoni li jmiss se jistabbilixxu definittivament livell
ieħor f’pajjiżna. Se jerfgħuna f’indana ogħla tal-politika lokali. Jgħidu x’jgħidu dawk li tmien snin ilu ħalfu li jkissru l-ħidma tal-Gvern, fl-aħħar sentejn taħt il-Prim Ministru Robert Abela sar xogħol straordinarju, b’tibdil u titjib, mhux l-inqas fl-amministrazzjoni nazzjonali. Liġijiet u poteri, li kienu ilhom tale quale minn żmien l-Ingliżi jekk mhux aktar, illum inbidlu m’oħrajn li jixirqu l-progress li sar. Uħud lanqas ġganti Ewropej għadhom ma rnexxielhom iwettqu s’issa. U dan kien qed isir fi żmien li l-Gvern Malti mexxa bl-eżempju biex, bl-aħjar mod possibbli, ipproteġa s-saħħa u l-għajxien taċ-ċittadini tiegħu fl-agħar kriżi medika u ekonomika li qatt rajna f’għexieren ta’ snin. Dan rikonoxxut ukoll minn istituzzjonijiet internazzjonali bħall-Kummissjoni Ewropea. Żgur mhuwiex dak li aspiraw mill-Oppożizzjoni Nazzjonalis ta, u partikolarment dawk tal-establishment, li llum jiddo minaw lill-Partit Nazzjonalista, flimkien mal-pupazz li ntgħażel biex jirrappreżenta esklussiva-
ment l-interessi tagħhom. Dawk li baqgħu determina ti li ma jinbidlu qatt, jipponti fikaw dejjem lejn l-aġir ta’ kulħadd, iżda jsibu kull skuża immaġinabbli meta xi ħadd minnhom jiżbalja. L-eżempju tad-Deputat Da vid Thake u l-kumpanija tiegħu li għandha tagħti mijiet ta’ eluf f’arretrati tat-taxxi, hu tipiku u wieħed f’kullana ta’ tali ipok risiji. Bi skuża għan-nuqqasi jiet li jmorru lura snin, wieħed mill-pompużi tal-establishment qalilna li dan hu “normali” fejn jidħlu kumpaniji. L-argumenti fallaċi tagħhom huma r-riżultat ta’ min jinqabad bil-qalziet imniżżel jagħmel eżatt bil-kontra tal-prietki ferventi tiegħu. Dan kollu hu preludju għal iżjed politika differenti u aktar nadifa u l-poplu se jkun qed jimmarka l-2022 b’dan appena jintalab jesprimi l-fehma tiegħu bl-aktar mod demokratiku li jeżisti. Ħaddieħor jaf li jista’ biss jgħodd il-ġranet u l-ġimgħat li fadal sal-elezzjoni bħala l-aħħar jiem għall-kundanna politika tiegħu.