KullĦadd_02.08.2020

Page 1

IT-TIELET PROĠETT SHORE TO SHIP FL-UE

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 2 ta’ Awwissu, 2020

Ħarġa Nru 1,412

Rapport f’paġna 6

Prezz €1

MAL-400 INQAS FIR-REĠISTRU TAL-QGĦAD GĦALL-EWWEL DARBA MALTA HI L-PAJJIŻ BL-INQAS RATA TA’ QGĦAD FIŻ-ŻONA EWRO F’ġimgħa li matulha tħabbar li fit-tieni kwart tas-sena l-ekonomija Ewropea rat l-akbar tnaqqis ekonomiku li qatt ġie osservat fl-istorja, fejn il-ġid nazzjonali naqas bi 12%, statistika tal-Eurostat uriet li għall-ewwel darba fl-istorja Malta saret il-pajjiż bl-inqas rata ta’ qgħad fiż-Żona Ewro. Dan ir-riżultat inkiseb fl-eqqel ta’ pandemija li diversi bassru li kienet se twassal għal għexerien ta’ eluf ta’ persuni qiegħda f ’pajjiżna. Imma, waqt li f ’pajjiżi oħrajn ilqgħad irranka u qed jilħaq livelli daqs dawk tas-snin 30, f ’Malta bdejna diġà nirreġistraw tnaqqis tajjeb fir-reġist-

ru tal-qgħad sa mix-xahar ta’ Ġunju. Jirriżulta lil din il-gazzetta li f ’pajjiżna fl-aħħar seba’ ġimgħat kien hemm mal-400 persuna li sabu impjieg mill-ġdid u ma baqgħux jirreġistraw ma’ JobsPlus. Dan irriżulta mill-fatt li n-numru ta’ persuni qiegħda fl-eqqel tal-pandemija (4,424) niżel għal kważi 4,000 sa tmiem Lulju. Hu fatt magħruf li fl-eqqel tal-pandemija Malta kellha fost l-inqas rati ta’ persuni qiegħda, grazzi għall-miżuri fiskali introdotti mill-Gvern immexxi minn Robert Abela li żammew mal-100,000 persuna fl-impjieg fl-aktar

industriji milqutin. Dawn il-miljuni ta’ ewro, kienu akkumpanjati minn €900 miljun oħra li tqassmu lill-poplu bil-għan li jgħin lill-istess industriji jerġgħu jqumu fuq saqajhom u allura jerġgħu joħolqu l-impjiegi li kienu ntilfu bil-COVID-19. Sadanittant, hemm indikazzjoni ċara li dawn ir-riżultati pożittivi se jissoktaw, anke fid-dawl ta’ dikjarazzjoni tal-Prim Ministru fil-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Tkompli f’paġna 7

KRIŻIPN

DEĊIŻA ELEZZJONI OĦRA GĦAL KAP ■ FIL-KUNSILL ĠENERALI TGĦADDI TAL-FAZZJONI BUSUTTIL B’DIFFERENZA TA’ 180 VOT KONTRA DAWK LI JRIDU LI DELIA JIBQA’ ■ ID-DESTIN TA’ DELIA DETERMINAT FL-AĦĦAR T’AWWISSU

Maġġoranza ta’ kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista għażlu li ma jimxux mal-miri tal-Kap attwali Adrian Delia li jmorru għal vot sempliċi ta’ fiduċja fih u minflok issa se jġegħluh jiffaċċja kontestazzjoni mill-ġdid inqas minn tliet snin mindu t-tesserati għażluh biex imexxihom. Min-naħa l-oħra, il-vot talbieraħ paxxa lill-fazzjoni tar-

ribelli Nazzjonalisti li għal dawn l-aħħar ġimgħat u xhur, b’mod partikolari, riedu jqaċċtulu rasu u ressqu mozzjonijiet fl-ogħla organi tal-Partit biex jitneħħa minn Kap. B’maġġoranza ta’ 56% jew 839 vot li għażlu li jkun hemm elezzjoni mill-ġdid għal Kap, id-differenza mhix waħda kbira meqjus il-fatt li kien hemm 1,630 kunsillier b’kollox li kienu eliġibbli li jivvotaw. Minn dawn kienu 1,509 voti li ntefgħu. Kien hemm ukoll 11-il vot invalidu. Għaldaqstant, bl-għadd ta’ 44% jew 659 vot favur l-għażla li jkun hemm vot ta’ fiduċja, kif xtaqu dawk ta’ Delia, ifisser kważi b’mod awtomatiku li l-Kap attwali għandu l-appoġġ neċessarju biex ikun

wieħed miż-żewġ kandidati li jridu jgħaddu għall-finali. Fil-fatt issa, kif jiddetta l-istatut Nazzjonalista, irid jerġa’ jkun ilKunsill Ġenerali tal-PN li jagħżel min se jkunu ż-żewġ kontestanti finalisti li jridu jitressqu quddiem l-eluf ta’ tesserati biex jintgħażel ir-rebbieħ. Fiċ-ċirkostanzi u kif irrappurtat minna ġimgħa ilu, jidher li mat-tesserati Delia għandu dejjem appoġġ akbar. Fost dawk li qed jissemmew li jistgħu jikkontestaw għall-pożizzjo­ ni hemm ovvjament Therese Comodini Cachia, avolja jidher li m’għadhiex il-favorita tar-ribelli (ara rapport f’paġna 3), Bernard Grech, Alex Perici Calascione, Joe Giglio u Roberta Metsola.

Tkompli f’paġna 3

■ THERESE COMODINI CACHIA TĦOSSHA UŻATA U MORMIJA MILL-FAZZJONI TAGĦHA STESS


02

02.08.2020

kullhadd.com

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 36°C L-Inqas Temperatura: 26°C L-Indiċi UV: 10 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni għolja tippersisti fuq il-Punent u ċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Xemxi u sħun Ir-Riħ: Ħafif mill-Majjistral itTramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 27°C

Editur RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR It-Tnejn

tel: (+356) 2568 2570

It-Tlieta

L-Erbgħa

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

34°C UV 10

25°C

Il-Ħamis

Indirizz Postali KullĦadd

33°C UV 10

24°C

Il-Ġimgħa

32°C UV 10

23°C

Is-Sibt

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

Sit Elettroniku KullĦadd

31°C UV 10

22°C

32°C UV 10

23°C

32°C UV 10

24°C

kullhadd.com

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Emerġenza COVID-19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

Royal Pharmacy, 271, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21252396 The Cross Pharmacy, 859, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21227682 Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Ħal Qormi – 21443221 St.Anne Pharmacy, 24, Misraħ Sant’Elena, Birkirkara – 27441913 Remedies Pharmaacy, 5, Tagliaferro Mansions, Triq il-Prinċipessa Margerita, L-Imsida – 21346547 Penny Lane Pharmacy, Triq is-Sejjieħ, Is-Swieqi – 21375373 Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21335492 Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Ħal Balzan – 21445741 Pillbox Pharmacy, 63, Triq il-Bjad, In-Naxxar – 21417406 Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523554 Theresa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Ħal Tarxien – 21672703 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 21821671 St.James Pharmacy, Misraħ San Ġakbu, Ħaż-Żabbar – 21666194 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Consigli, Iż-Żejtun – 21806009 Qrendi Pharmacy, 6, Triq il-Kbira, Il-Qrendi – 21683781 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 21467459 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479 Għawdex

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21551841 Gozo Chemists, Mġarr Road, Ix-Xewkija – 21557278

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182


03

02.08.2020

kullhadd.com

TĦOSSHA UŻATA U MORMIJA Therese Comodini Cachia, li fl-aħħar ġimgħat serviet bħala l-wiċċ tal-grupp tad-deputati ribelli li jridu jqalftu lill-Kap attwali Nazzjonalista Adrian Delia, hi l-aktar waħda li għandha għax tħossha użata u ttraduta minn sħabha stess. Issa li l-fazzjoni Busuttil wasslet biex tisforza elezzjoni oħra interna, Comodini Cachia spiċċat mormija u mibdula ma’ Bernard Grech (inset), bl-iskuża li hu wiċċ ġdid aktar minnha. Dan seta’ ġie antiċipat minn esponenti aktar prominenti fost ir-ribelli bħal Claudio

Grech, li qagħdu lura milli jinħarqu sentejn ’il bogħod minn elezzjoni oħra. Din il-ġimgħa, wieħed mill-perċimes tar-rivolta Nazzjonalista Jason Azzopardi nqabad minn ONE News jikkonfoffa mal-istess Grech f ’ħanut f ’Tas-Sliema. Skont sorsi qrib il-fazzjoni Busuttil, il-wirjiet riċenti tal-Avukata Comodini Cachia ma impressjonawx wisq, anzi qalgħet kritika varja li tirrifletti li din m’għandhiex l-istoffa biżżejjed u neċessarja biex tkun il-vera Kap ġdid li, skont huma, jeħtieġ ilPN u l-Oppożizzjoni. Is-sehem tagħha f ’dibattiti televiżivi u l-kummenti li kienet qed tgħaddi lill-midja kienu l-aktar li ġew indikati għal dan innuqqas. Minkejja dan, ġiet esposta fi tliet programmi prinċipali fuq l-istazzjon nazzjonali, f ’Xtra u darbtejn f ’Realtà. Ma’ dan issemma wkoll l-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika fejn Comodini Cachia tqabblet ma’ Delia, fil-konfront tal-Mexxej Laburista Robert Abela. Fl-istħarriġ, Comodini Cachia ma rnexxilhiex taqbeż lil Delia fis-simpatiji

mal-votanti Nazzjonalisti, waqt li t-tnejn li huma baqgħu jitbiegħdu mill-fiduċja li jgawdi l-Prim Ministru. Comodini Cachia nfisha u l-bqija tal-fazzjoni ribella pubblikament qalu li r-riżultat kien jindika li rnexxielha tibni fi ftit ġimgħat dak li Delia ilu jibni (jew iħott) fuq perjodu ta’ tliet snin. Minkejja dan, Dr Grech issa qed jieħu s-sopravvent fuq ix-xogħol li ħadmet (jew inħarqet) għalih Comodini Cachia. Din tal-aħħar, flimkien ma’ Chris Said, li magħha ressaq l-ewwel mozzjoni filGrupp Parlamentari Nazzjonalista kontra Delia, u Claudette Buttigieg, li ma’ Said ressqet it-talba għall-bidla fil-Kap tal-Oppożizzjoni quddiem il-President tar-Repubblika, kienu l-uniċi li xirfu ’l barra mill-grupp ta’ deputati ribelli, avolja kienu kollha magħrufin. Minkejja dan, Comodini Cachia, li ġiet imbottata biex tirrappreżenta lid-19-il membru fil-Grupp Parlamentari u esposta bħala l-Kap futur Nazzjonalista, kienet l-aktar waħda li ffaċċjat il-qilla u r-rabja

tat-tesserati Nazzjonalisti li ħassewhom ittraduti darbtejn. L-istess sorsi saħqu li l-Kap tar-ribelli kienet diġà kibritilha rasha biżżejjed li tħossha diġà Kap tal-Oppożizzjoni minn qabel effettivament il-President tar-Repubblika George Vella kkonkluda li Delia kien għadu l-Kap tal-akbar partit fl-Oppożizzjoni u allura ma setax ineħħih mill-kariga. Din l-aħħar ġimgħa, iżda, il-moral tal-Avukata niżel ikaxkar mal-art u qed tħossha qisha lumija użata. Comodini Cachia kienet diġà nħarqet sew meta, taħt it-tmexxija ta’ Simon Busuttil, kienet sforzata toħroġ għall-Elezzjoni Ġenerali tal-2017 u sussegwentement tirrinunzja s-siġġu fil-Parlament Ewropew biex tokkupa dak fil-Parlament lokali wara li ġiet eletta mit-Tmien Distrett.

DIFFERENZA TA’ 12% FIL-VOTI Tkompli minn paġna 1 Dan kien ir-riżultat wara li lbieraħ filgħaxija għalqet il-votazzjoni għall-kunsillieri mifruxa fuq tlett ijiem fid-Dar Ċentrali u f ’Ta’ Sannat Għawdex. Elezzjoni li ġiet wara tliet snin sħaħ ta’ ġlied intern f ’partit maqsum bejn dawk favur it-tmexxija ta’ Delia u l-fazzjoni ribella, magħrufa wkoll għar-relazzjoni mal-Eks Kap Simon Busuttil. Fl-aħħar ġimgħat qlielu l-attakki kemm fil-Partit kif ukoll fil-miftuħ bil-fazzjoni Busuttil tisfiduċja lil Delia tliet darbiet konsekuttivi. Matul il-jum tal-bieraħ ma naqsux li jkomplu għaddejjin ukoll il-battibekki u l-ġlied bejn iż-żewġ fazzjonijiet, inkluż matul il-votazzjoni fejn beda jdur messaġġ mat-tesserati b’akkużi kontra l-fazzjoni Busuttil. Dan il-messaġġ kien jgħid li l-fazzjoni Busuttil trid teqred lil Delia u li din il-klikka qed tagħmel minn kollox biex tieħu l-poter f ’idejha. Il-messaġġ allega wkoll li nsterqet informazzjoni tal-Partit u sim card li juża l-Partit għad-donazzjonijiet u li kienu qed jintbagħtu messaġġi qarrieqa f ’isem il-Partit meta dawn ma kellhomx l-approvazzjoni tad-Dar Ċentrali. Meta l-Ġimgħa beda jiltaqa’ l-Kunsill Ġenerali, Delia saħansitra fetaħ protest ġudizzjarju kontra l-allegati gideb u qlajjiet malafamanti mid-Deputat Jason Azzopardi. Fil-protest, Delia jirreferi għal numru ta’ messaġġi li rċevew terzi persuni mingħand

Azzopardi fejn, fost oħrajn, jingħad: “And you have no idea of the hundreds of other messages in the mobile of (Yorgen) Fenech in 2019 relating to the payment to Delia of €50,000 and pledge of €100,000 more if Casa was not elected. You have no idea what I have been holding up inside me since January. Know once and for all that the man (Delia) is a pathological liar”. Azzopardi spiċċa jressaq kontroprotest li fih jgħid li Delia ma jistax jiċħad li wara li kien żvelat li Yorgen Fenech kien sid 17 Black, Delia bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kap tal-Oppożizzjoni baqa’ f ’kuntatt ma’ Fenech. Aktar minn hekk Azzopardi qal li mhux se jirtira dak li kiteb dwar Delia, kif talab dan tal-aħħar fil-protest ġudizzjarju u tenna li dak li kiteb huwa bbażat fuq fatti minn evidenza li għadha teżisti. Ma tantx hemm imħabba mitlufa bejn Delia u Azzopardi, b’Azzopardi msemmi bħala l-persuna fuq quddiem nett f ’dak kollu li għaddej minnu l-Kap tal-Oppożizzjoni. Tant li għal darba tnejn, Delia sostna li m’għandux ħin x’jaħli miegħu. L-elezzjoni fil-Kunsill Ġenerali kellha wkoll sfond ieħor, din id-darba marbuta mad-deputati li sfiduċjaw lil Delia. Fil-fatt, ilĠimgħa ddikjaraw mal-kunsillieri li kien żball tagħhom li Delia sar Kap, għax ma tawx għażla wiesgħa lill-kunsilliera u t-tesserati fl-elezzjoni li saret għal Kap fl2017.

U huwa proprju mill-2017 li ilu ġej l-inkwiet għal Adrian Delia, meta kien dikjarat rebbieħ għall-elezzjoni ta’ Kap Nazzjonalista. Riżultat li mill-ewwel ma niżilx tajjeb mill-fazzjoni Simon Busuttil, li kulħadd jaf li kellu jwarrab minn Kap tal-Partit Nazzjonalista wara telfa elettorali storika – għax hekk hija l-prassi – imma żgur li mhux għax xtaq jiltlaq minn fuq is-siġġu tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista. U dan huwa dak li beda l-inkwiet għal Adrian Delia. Inkwiet li mill-ewwel wera lejn fejn kien se jwassal. Tant li niftakru li meta Adrian Delia kien ħa passi kontra Simon Busuttil dwar l-istorja tal-gidba Egrant, kellu jagħmel u-turn kbira u jerġa jaċċettah ma’ djulu. Niftakru li kontra Delia dak iż-żmien kienu ħarġu għadd ta’ deputati li fil-beraħ ikkritikawh tant li kellu jdaħħal denbu bejn saqajh u jbiddel id-deċiżjoni li kien ħa kontra Busuttil. U hekk baqa’ għaddej tul dawn it-tliet snin, ibiddel kull deċiżjoni li pprova jieħu għax ta’ madwaru dejjem joħorġu għalih. Għax ta’ Busuttil għadhom hemm jiddettaw. U dan huwa l-akbar għadu li għandu Delia. Ta’ Busuttil li jemmnu li għandhom dritt sagrosant li mhux biss jiggvernaw huma lil dan il-pajjiż, imma wkoll li jkunu fil-kontroll tal-PN. Għalkemm il-manuvri kollha li ilhom għaddejjin kontra Adrian Delia rnexxew bil-votazzjoni tmur għal elezzjoni oħra għal

Kap Nazzjonalista, dan ir-riżultat jiftaħ beraħ dak li għadu jrid jiġri fi ħdan il-Partit. X’se jagħmel issa Delia? Min se jkunu l-ismijiet li se jtellqu għal dan l-inkarigu? Hemm il-magħżula Comodini Cachia, imma din għandha l-problemi fost in-Nazzjonalisti l-aktar għax tibqa’ magħrufa li beżqithom meta għażlet siġġu fil-Parlament Ewropew u mhux siġġu fil-Parlament Malti. Refa’ rasu wkoll l-Avukat Bernard Grech, li l-fazzjoni Busuttil issa qed tagħtih appoġġ iżjed minn Comodini Cachia. Grech, li kien ikkampanja kontra d-dħul tad-divorzju, hu aktar konservattiv minn din tal-aħħar u allura jinżel aħjar man-Nazzjonalisti. Jissemma wkoll l-Avukat Joe Giglio li, skont dak irrappurtat, jista’ jkollu proble­ mi ma’ Jason Azzopardi. Minkejja kollox, aktar ma jkunu l-kontestanti aktar jiffavorixxu l-vot lil Delia li diġà ddikjara li se jkun qed jerġa’ jitfa’ ismu minn qabel bdew jintefgħu l-voti fil-Kunsill din il-ġimgħa.


04

02.08.2020

kullhadd.com

LEJN IL-“FINAL COUNTDOWN” IS-SIBT 25 TA’ LULJU ● Waqt intervista fuq l-RTK, l-Avukat Bernard Grech iwaħħal fit-tesserati u l-partitarji Nazzjonalisti għall-qasma kbira li hemm fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista f ’Tal-Pietà. Mistoqsi jekk hux se jikkontesta f ’elezzjoni għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, f ’każ li l-Kunsilliera Nazzjonalisti jivvutaw favuriha fit-1 ta’ Awwissu, Grech jgħid li jrid jikkunsidra kollox speċjalment jekk il-Partit isejjaħlu.

IL-ĦADD 26 TA’ LULJU ● Il-gazzetti tal-Ħadd jikkummentaw dwar dawk li jistgħu jikkontestaw għall-elezzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Jissemmew il-Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista Roberta Metsola u Mark Anthony Sammut, it-tnejn tal-fazzjoni Busuttil. Jissemmew ukoll l-Avukat Joe Giglio u Alex Perici Calscione, b’dan tal-aħħar diġà kien ikkontesta mingħajr suċċess kontra Delia tliet snin ilu. Therese Comodini Cachia wkoll ġiet rrappurtata li lesta titfa’ isimha. ● The Sunday Times tirrapporta li fl-aħħar jiem sar stħarriġ intern tal-PN li jindika li Adrian Delia

tilef l-appoġġ fost il-kunsilliera. Il-Partit Nazzjonalista jiċħad li sar dan l-istħarriġ. Id-Deputat Jason Azzopardi jifraħ b’dan l-istħarriġ u jikteb li terz tal-kunsilliera jemmnu li b’Adrian Delia, il-Partit Nazzjonalista se jitlef l-elezzjoni ġenerali. ● Waqt intervista fuq ir-radju tal-PN, ilKap Nazzjonalista jaċċenna għall-isforzi kontinwi tul l-aħħar tliet snin biex iqaċċ­ tulu rasu mit-tmex­xija, waqt li jkompli jattakka lil dawk li fl-aħħar ġimgħat sfiduċjawh. ● Jinħoloq grupp fuq il-mezz soċjali WhatsApp bl-isem PN+ iħeġġeġ lill-attivisti biex jabbonaw mal-grupp biex dak li jkun jirċievi xi forma ta’ informazzjoni u aġġornamenti b’dak li jkun qed iseħħ fil-partit. Il-PN jisħaq li dan mhux grupp awtorizzat tal-partit.

Grech fi stabbiliment tax-xorb f ’Tas-Sliema. Konferma li Jason Azzopardi qed ikompli jmexxi l-konfoffa kontra l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia u jimbotta lil Bernard Grech u mid-dehra m’għadux wara Therese Comodini Cachia. Grech jgħid li fil-laqgħa

L-ERBGĦA 29 TA’ LULJU ilu li kklassifika lin-Nazzjonalisti

● Fuq l-istazzjon FLiving l-Eks Segretarju Ġenerali u Deputat Nazzjonalista Clyde Puli jiftħilha kontra dawk li sfiduċjaw lil Delia darba wara oħra mindu tela’ fittmun tal-Partit Nazzjonalista. ● Mistoqsi minn ONE dwar il-laqgħa bejn Jason Azzo­par­di u Bernard Grech, Delia IT-TLIETA 28 TA’ LULJU jwieġeb: “Jista’ jieħu – Roberta Metsola, MEP sentiment ta’ min irid. L-opinjoni fuq Jason għedtha diversi drabi.” ● Azzopardi jgħid li mhux qed jagħmel konfoffi kontra Delia. ● Waqt il-programm Realtà, Therese Comodini Cachia tgħid li t-tesserati għandhom jerġgħu jagħżlu Kap – sorsi fil-PN ma’ ONE News ġdid – minkejja li Adrian Delia ntgħażel b’vot demokratiku tat-tessema’ Jason Azzopardi ngħata rati ta’ tliet snin ilu. ● Id-Deputat Edwin Vassallo juża d-dawl fuq il-veru polz tal-partit. l-aħħar aġġornament Parlamentari ● F’kumment lil ONE News, ilIT-TNEJN 27 TA’ LULJU Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, biex jattakka lill-fazzjoni Busuttil ● ONE News jirrapporta laqgħa Robert Arrigo jistqarr li kieku hu u jgħid li “ma tistax tkun liberabejn id-Deputat Nazzjonalista Ja- kien Therese Comodini Cachia, li u tkun klassista. Ma tistax tkun son Azzopardi u l-Avukat Bernard kien iħossu skomdu – b’referenza Nisrani u tkun klassista. Int min għal-laqgħa li kien hemm bejn Ja- int, ma tista’ qatt tkun klassista,” son Azzopardi u Bernard Grech. referenza ċara għal sensiela ta’ artikli fuq is-sit ta’ Manuel Delia u l-kumment tal-Avukat tal-fazzjoni Andrew Borg Cardona ftit tal-jiem

Jew inbiddlu jew immutu

Wara li ġie fdat minn Delia, Louis Galea qed iċempel biex iħeġġeġ jinbidel il-Kap

IT-TELLIEQA TA’ GONZIPN

favur Delia bħala tat-tielet klassi.

IL-ĦAMIS 30 TA’ LULJU ● Il-membri tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista jibdew jivvutaw fl-għażla li poġġa l-eżekuttiv tal-partit dwar jekk it-tesserati jikkonfermawx lil Adrian Delia bħala Kap jew inkella jivvutawx f ’elezzjoni oħra għal Kap tal-Partit Nazzjonalista. ● Fi stqarrija, Peter Fenech, il-President attwali tal-Kummissjoni Elettorali Nazzjonalista wara r-riżenja ta’ Gejtu Vella u magħruf bħala esponent ieħor tal-fazzjoni Busuttil, jispjega li hemm 1,630 Kunsillier eliġibbli biex jivvutaw. ● Fi stqarrija d-deputati ta’ kontra Delia jkomplu jimbuttaw għall-għażla ta’ elezzjoni oħra għal Kap Nazzjonalista. ● Fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook il-kummentatur politiku l-Avukat Simon Mercieca jistaqsi jekk id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi hux id-deputat li kien juża l-faċilitajiet tal-lukanda ta’ Yorgen Fenech. L-Avukat Edward De Bono, esponent qrib il-fazzjoni Busuttil, f ’isem Jason Azzopardi jikteb lil Mercieca u jgħid li dan għamel allegazzjonijiet malafamanti fil-kontront ta’ Azzopardi. Permezz ta’ De Bono, Azzopardi jgħid li qatt ma mar fil-lukanda ta’ Fenech wara Novembru 2018, ix-xahar li fih sar magħruf li 17 Black hija ta’ Yorgen Fenech. Imma Jason Azzopardi ma jikkummentax jekk qattx mar il-lukanda ta’ Fenech, qabel Novembru 2018. Mercieca jerġa’ jagħmel mistoqsija oħra u jistaqsi jekk Jason Azzopardi qattx ħa rigali mingħand kumpanija ta’ Yorgen Fenech biex jiffinanzja parti mill-kampanja elettorali tiegħu. ● Irrappurtat li laqgħa

It-taħwid li għaddej bħalissa fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, speċjalment is-sejħa biex issir elezzjoni għal Kap ġdid tal-Partit, tfakkar meta lura fl-2012, bi Gvern bi kriżi għal sena sħiħa, kien hemm tellieqa oħra għall-istess kariga. Tellieqa li għaliha tellaq waħdu Lawrence Gonzi. Kien Jannar tal-2012 meta l-PN fil-Gvern – magħruf sempliċement bħala GonziPN – kien tilef il-maġġoranza Parlamentari b’mozzjoni ta’ sfiduċja, imressqa dak iż-żmien mill-Oppożizzjoni Laburista, u l-backbencher Nazzjonalista Franco Debono kien astjena. Il-votazzjoni fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż kienet spiċċat 34 favur, 34 kontra u astensjoni waħda. L-Ispeaker Louis Galea, dak iż-żmien, uża l-casting vote tiegħu favur il-Gvern. Sussegwentement, l-Eżekuttiv Nazzjonalista ddeċieda fit-2 ta’ Frar 2012 li ssir elezzjoni interna fil-25 ta’ Frar. Gonzi, li kien l-uniku kandidat, dabbar 96.5% tal-voti mitfugħin, 851 vot minn 882 li ntefgħu fost ilKunsillieri. Kemm hu kif ukoll il-fazzjoni tal-establishment kienu ħarġu jifirħu daqslikieku rebħu l-Olimpjadi. L-istatut tal-PN kien jiddetta sa dak iż-żmien li jkun il-Kunsill Ġenerali li jaħtar il-Kap. Taħt it-tmexxija ta’ Simon Busuttil, l-istatut inbidel biex jiġi jixbah lil dak tal-Partit Laburista, jiġifieri li jkunu t-tesserati li jaħtru l-Kap u allura l-votazzjoni tinfetaħ iżjed u tinżel fl-għeruq tal-Partit.


05

02.08.2020

kullhadd.com

li saret fil-każin Nazzjonalista f ’Santa Luċija tispiċċa toħloq diżgwid ġdid fil-Partit Nazzjonalista, bejn il-Viċi Kap Robert Arrigo u d-Deputat Beppe Fenech Adami. ● F’artiklu fuq The Times of Malta, bit-titlu “PN: Hope. Prosperity. Environment. Change”, Roberta Metsola tiddikjara: “Jew inbiddlu jew immutu.” – b’referenza ċara li Adrian Delia għandu jwarrab. Tingħaqad fl-appelli biex il-kunsilliera jagħżlu li jmorru għal elezzjoni għal Kap Nazzjonalista, bil-għan li Adrian Delia ma jibqax fit-tmun. ● Mistoqsija mill-ġurnalisti quddiem il-bini tal-parlament, ir-ribelli kontra Adrian Delia jidhru skomdi jagħżlu bejn Therese Comodini Cachia u Bernard Grech. ● Stqarrija maħruġa minn ‘Il-Vuċi tat-Tesserati” tirringrazzja lil 484 kunsillier li vvutaw fil-votazzjoni bikrija tal-Kunsill Ġenerali Straordinarju filwaqt li tgħid: “Qud­diemna l-Kunsillieri għandna għażla ċara biex nieħdu l-opportunità u għal darb’oħra nerġgħu bil-vot tagħna nikkonfermaw il-ħidma kbira li ilha għaddejja tliet snin immexxija millKap tal-PN Adrian Delia.”

IL-ĠIMGĦA 31 TA’ LULJU ● ONE News jirrapporta li, skont sorsi affidabbli qrib il-PN, l-Eks Segretarju Ġenerali Nazzjonalista u Eks Ministru Louis Galea kien qiegħed jikkomplotta kontra Delia, anke wara li dan tal-aħħar fdah biex imexxi r-riforma fil-Partit. Is-sorsi qalu li dan saħansitra kien qed iċempel biex jikkonvinċi lill-kunsillieri u t-tesserati biex eventwalment tgħaddi tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, jiġifieri jittajjar il-Kap attwali. ● Il-PN fi stqarrija jgħid li jinsab sorpriż kif id-Deputat Jason Azzopardi stqarr mal-midja li kien injorat mill-Kap tiegħu Adrian Delia għal tliet snin sħaħ fuq mozzjoni privata li ressaq hu. Jgħid ukoll li Jason Azzopardi ressaq private members bill mingħajr ma’ kkonsulta mal-kumplament tas-27 membru l-oħra talGrupp Parlamentari kif isir minn kull deputat qabel tiġi ppreżentata mozzjoni jew liġi simili. ● L-Eks Deputat Nazzjonalista u Eks Sindku ta’ Birkirkara Michael Asciak jgħid, f ’intervista mal-Illum, li “jekk ma jsir xejn, se naqilgħu tkax­kira papali”. ● F’messaġġ li kiteb fuq il-midja soċjali, l-eks kaxxier tal-PN David Camilleri jattakka lil dawk li ilhom jagħmlu ħsara lil Adrian Delia u jisħaq li jemmen li l-Kap attwali għandu jingħata ċans għal ħames snin u li hu se jivvota biex it-tesserati jkunu jistgħu jikkonfermawh fit-tmun tal-Partit. ● L-MEP Nazzjonalista David Casa jiftaħ attakk ieħor fuq Delia waqt li kien qed jixhed fl-inkjesta pubblika b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

FUQ (mix-xellug): Godfrey Farrugia, Karol Aquilina, Maria Deguara u Ivan Bartolo.

TAĦT (mix-xellug): Kevin Cutajar, Ivan Bartolo u David Thake.

MINN KAP GĦAL IEĦOR ANKE FIL-PARLAMENT? F’KAŻ LI JITLEF DELIA U MA TIĠIX ELETTA COMODINI CACHIA, ALLURA XI ĦADD IRID JAGĦMEL IL-WISGĦA GĦALL-KAP IL-ĠDID TAL-OPPOŻIZZJONI … TMIEN DEPUTATI JISTGĦU JĊEDU POSTHOM, INKLUŻ IL-KAP ATTWALI Kemm-il darba jitlef il-kontestazzjoni għal Kap, Adrian Delia nnifsu mistenni jkun imbuttat mill-fazzjoni Busuttil biex iċedi postu wkoll fil-Kamra tar-Rappreżentanti, ladarba ġie elett b’co-option. Dan jagħmilha aktar faċli biex is-suċċessur/a tiegħu, kemm-il darba ma jkunx minn fost id-deputati attwali, jidħol fil-Parlament u jsir il-Kap tal-Oppożizzjoni. Ladarba l-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista lbieraħ għażel li għandha ssir votazzjoni għal Kap ġdid tal-PN, minflok vot ta’ fiduċja fil-Kap attwali, hemm il-possibbiltà li l-kandidat li jiġi elett ma jkunx Membru Parlamentari. Għaldaqstant, xi ħadd minn dawk id-deputati attwali, eletti b’elezzjoni każwali, ikun irid jiġi avviċinat (jekk mhux sfurzat) biex iċedi postu filParlament. B’hekk il-Kumitat Eżekuttiv tal-PN ikun jista’ jagħmel co-option u l-Kap ġdid elett isir Membru Parlamentari u jinħatar ukoll Kap tal-Oppożizzjoni. F’dan ix-xenarju teżisti wkoll alternattiva remota li Membru Parlamentari jirriżenja, issir elezzjoni każwali għal dan il-post battal u min jiġi elett jirriżenja immedjatament biex floku jidħol il-Kap ġdid. Hekk ġara meta Jean Pierre Debo-

no, li kien ġie elett membru Parlamentari mis-Seba’ Distrett, irriżenja wara l-Elezzjoni Ġenerali tal-2017, saret elezzjoni każwali, ġie elett Peter Micallef u dan tal-aħħar irriżenja immedjatament biex postu fil-Parlament imtela minn Adrian Delia nnifsu b’co-option wara li ġie elett Kap tal-PN. B’hekk ħa wkoll ir-rwol Kostituzzjonali ta’ Kap tal-Oppożizzjoni. Il-persuni li qed jissemmew li se jikkontestaw għal Kap tal-PN huma Therese Comodini Cachia, Mark Anthony Sammut, Bernard Grech, Joe Giglio, Alex Perici Calascione u Roberta Metsola, sakemm ma titfaċċax xi persuna oħra. Kemm-il darba tiġi eletta Therese Comodina Cachia, li diġà hi Membru Parlamentari, dan t’hawn fuq ma jkunx jgħodd u ssir Kap tal-Oppożizzjoni minnufih. Iżda jekk tiġi eletta persuna oħra minn dawk li qed jissemmew, jew xi ħadd ieħor li jista’ għad jitfaċċa u mhuwiex Membru Parlamentari, allura hawnhekk trid issir co-option wara li xi ħadd li ġie elett b’elezzjoni każwali jkollu jirriżenja minn Membru Parlamentari. Dawn li ġejjin huma l-Membri Parlamentari fl-Oppożizzjoni li nħatru b’elezzjonijiet każwali:

GODFREY FARRUGIA li, bħala parti mill-Partit Demokratiku li kkontesta mal-PN, ġie elett wara li Beppe Fenech Adami ċeda s-Seba’ Distrett; KAROL AQUILINA, elett wara li Robert Arrigo ċeda l-Għaxar Distrett; MARIA DEGUARA eletta wara li David Agius ċeda l-Ħdax-il Distrett; IVAN BARTOLO elett wara li Simon Busuttil ċeda l-Ħdax-il Distrett; KEVIN CUTAJAR co-opted wara r-riżenja ta’ David Stellini, li kien ġie elett b’elezzjoni każwali meta Marthese Portelli ċediet it-Tlettax-il Distrett; IVAN BARTOLO elett wara li Marthese Portelli rriżenjat mid-Disa’ Distrett; u DAVID THAKE elett wara li Simon Busuttil irriżenja mit-Tnax-il Distrett. Ta’ min jirrimarka li minn dawn l-imsemmijin ħadd mhu jappoġġja l-isforzi ta’ Adrian Delia biex iżomm postu fit-tmun tal-PN. Għaldaqstant, wieħed jistenna li dawn stess ikunu wkoll minn ta’ quddiem nett biex, f’tali eventwalità, jissuġġerixxu jew jimbuttaw li jkun Delia li, “bl-irġulija kollha”, jiddeċiedi li jwarrab anke mill-ogħla istituzzjoni u jsellem darba għal dejjem il-karrie­ ra fil-politika, l-iqsar waħda ta’ kap ta’ Partit.


06

02.08.2020

kullhadd.com

AD U PD F’PARTIT WIEĦED

IT-TIELET PROĠETT SHORE TO SHIP FL-UE L-INVESTIMENT TA’ €50 MILJUN FIL-PORT IL-KBIR SE JEVITA T-TNIĠĠIS MILL-CRUISELINERS DAQS DAK LI JIĠĠENERAW 300,000 VETTURA F’DAQQA Deskritt bħala t-tieni l-akbar proġett ambjen- liners u l-bastimenti Ro-Ro jkunu jistgħu jitfu tali f ’Malta, wara l-eliminazzjoni tal-użu tal- l-magni u jużaw sors ta’ enerġija nadifa millHeavy Fuel Oil fil-ġenerazzjoni tal-elettriku, port stess. Dawn il-faċilitajiet se jkunu disil-bastimenti kollha li se jidħlu fil-Port il-Kbir ponibbli l-ewwel f ’Pinto Wharf, Deep Water se jkunu qed jitfu l-magna tagħhom komple- Quay u Boiler Wharf u wara ser jiġu estiżi tament u jieħdu l-enerġija mill-art għall-baħar. għal Laboratory Wharf u Fuel Wharf (Ras L-investiment ta’ €50 miljun se jwassal għat- Ħanżir). L-ewwel tliet mollijiet mistennija tielet proġett ta’ shore to ship fl-Unjoni Ewro- jkollhom din il-faċilità sal-aħħar tal-2023. Il-ġimgħa li għaddiet, il-Kummissjoni pea, li min-naħa tagħha se tipprovdi madwar Ewropea inkludiet l-iżvilupp €22 miljun għal dan l-iżvilupp. Malti f ’lista ta’ 140 proġett F’konferenza tal-aħbarijiet infrastruttura­li għat-trail-Ministru Ian Borg qal li Studji sport madwar l-Ewrokull cruiseliner li jidħol pa li se jkunu kofif ’pajjiżna u jdum preliminari nanzjati permezz madwar tmien jindikaw li, b’dan tal-Faċilità Nikkolsigħat bil-magna legaw l-Ewropa, mixgħula, joħloq il-proġett, Malta se tiffranka l-iskema ta’ fondi l-emmissjonijiet tal-UE li tapekwivalenti għal fuq medda ta’ poġġa infrastrut300,000 karoz20 sena sa €375 miljun tura għal trasport za fi triqithom aktar sostenibbli. mill-Mellieħa fi spejjeż ikkawżati Il-Kummissjo­ għal Marsaxlokk. mit-tniġġis fl-arja, bħal ni kkonfermat Permezz ta’ il-benefiċċji ambjendan l-investiment, ildawk ta’ saħħa u tali ta’ dan il-proġett, Port il-Kbir se jsir fost kura medika li jinkludu t-tnaqqis fitl-ewwel portijiet fl-Ewrotniġġis tal-arja u tal-istorpa li juża din it-teknoloġija bju fiż-żona ta’ madwar il-Port ambjentali magħrufa wkoll bħala shore power. Sal-lum, huma biss il-portijiet ta’ il-Kbir. Innutat ukoll li l-proġett se jikkonHamburg fil-Ġermanja u dak ta’ Kristiansand tribwixxi għal trasport aktar sostenibbli u tnaqqis fl-emissjonijiet, f ’konformità mal-miri fin-Norveġja, li joffru sistemi ta’ dan it-tip. Dan il-proġett se jkun qiegħed iwassal biex, tal-emerġenza dwar il-klima speċifikati fil-Patt permezz ta’ interventi infrastrutturali, il-cruise Ekoloġiku Ewropew.

Wara li aktar kmieni din is-sena ħarġet sejħa internazzjonali għall-offerti, Infrastructure Malta bħalissa qed tqis l-offerti li sarulha biex tidentifika l-kuntrattur li se jipprovdi t-tagħmir u jagħmel ix-xogħlijiet meħtieġa għal dan ilproġett. Il-kuntrattur li jintgħażel ikun jista’ jibda x-xogħlijiet fix-xhur li ġejjin. Studji preliminari jindikaw li, b’dan ilproġett, Malta se tiffranka fuq medda ta’ 20 sena sa €375 miljun fi spejjeż ikkawżati mittniġġis fl-arja, bħal dawk ta’ saħħa u kura medika kif ukoll biex jittaffew l-impatti tattniġġis fuq l-ambjent naturali, fuq l-infrastruttura u fuq l-agrikoltura. Il-proġett se jnaqqas ukoll l-impatt tal-istorbju u t-tregħid tal-magni fil-Port il-Kbir. Permezz ta’ dawn il-benefiċċji ta’ saħħa u ambjentali, dan il-proġett se jkun it-tieni l-akbar kontributur għat-titjib fil-kwalità tal-arja f ’Malta wara li fl-2017 intfew u żżarmaw il-power stations tal-heavy fuel oil fil-Marsa u Marsaxlokk. Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi qal li dawn il-fondi jmorru lil hinn mill-fondi li Malta kisbet flaħħar jiem għas-seba’ snin li ġejjin. Hu qal li dan l-investiment fil-Port il-Kbir ta’ €22 miljun mill-fond Ewropew ‘Connecting Europe Facility’ se jkun ta’ benefiċċju kbir mhux biss għall-ambjent, iżda anke għar-residenti. “Dan il-proġett irid iservi bħala mudell biex anke l-awtoritajiet tal-Freeport jirsistu għal proġett simili biex minnu jibbenefikaw ir-residenti ta’ Birżebbuġa u tal-madwar.”

Wara xhur ta’ diskussjonijiet, l-Alternattiva Demokratika u l-Partit Demokratiku finalment qablu formalment li jingħaqdu f ’partit wieħed bl-isem ta’ AD/PD. Fi stqarrija konġunta maħruġa lbieraħ ftit wara nofsinhar, akkumpanjata minn ritratti ta’ uffiċjali taż-żewġ naħat madwar mejda, huma qalu li qed jaqblu li l-pajjiż jeħtieġ azzjoni politika magħquda, fost klima ta’ firdiet u tkissir. Ingħad ukoll li fil-ġimgħat li ġejjin se jaħdmu bħala eżekuttiv wieħed, sakemm jiġi finalizzat il-proċess legali biex isiru entità waħda wara li fl-ewwel laqgħa ġenerali annwali, skedata għal mhux aktar minn Settembru li ġej, tinħatar tmexxija ġdida. Mhux ċar jekk hux se jkun hemm xi kontestazzjoni wkoll għal Kap tal-AD/PD, ladarba l-Alternattiva ilha mmexxija minn Carmel Cacopardo minn Settembru 2017, waqt li l-Partit Demokratiku x-xahar li għadda ħatar lil Timothy Alden bħala l-Kap tiegħu. Dan tal-aħħar ukoll għandu lil Marlene u Godfrey Farrugia jirrappreżentawh fil-Parlament wara li ġew eletti bħala parti mill-koalizzjoni tal-konfużjoni mal-Partit Nazzjonalista ta’ Simon Busuttil. Marlene Farrugia hi wkoll il-fundatriċi tal-istess Partit lura għall-2016. Minkejja dan, mal-ħatra ta’ Adrian Delia bħala Kap tal-PN l-affarijiet inbidlu u kien iddikjarat li dawn ma jagħmlux parti mill-Grupp Parlamentari Nazz­ jonalista u l-koppja Farrugia pubblikament urew li m’għandhom l-ebda simpatija mat-tmexxija l-ġdida tal-PN. Min-naħa l-oħra, l-AD, li ilha mwaqqfa sa mill-1989, ikkontestat l-ewwel elezzjonijiet ġenerali fl-1992 meta kisbet 1.69% ta’ l-ewwel preferenzi (l-aħjar riżultat tagħhom s’issa), iżda l-ebda siġġu. Fl-elezzjonijiet suċċessivi (1996, 1998 u 2003) is-sehem tal-vot tagħhom naqas dejjem sa 0.68% fl-2003. Fl-elezzjonijiet ġenerali tal-2008 u tal-2013 kellhom titjib minimu (1.31% u 1.8% rispettivament), minkejja ż-żieda ta’ partiti oħrajn żgħar, b’mod partikolari f ’tal-ewwel. Fl-aħħar elezzjoni ġenerali tal2017 reġgħu esperjenzaw rig­ress (0.83%), anke jekk baqgħu t-tielet l-akbar partit fil-pajjiż. Kemm Cacopardo tal-AD kif ukoll Alden tal-PD għadhom iridu jiffaċċjaw elezzjoni bħala Kapijiet.


07

02.08.2020

kullhadd.com

ŻONA EWRO MALTA L-INQAS QGĦAD FIŻ-ŻONA EWRO

2008 7.5 6.0 3.7

2009 9.6 6.9 4.4

2010 10.1 6.9 4.4

2011 10.2 6.4 4.6

2012 11.3 6.1 4.9

2013 12.0 6.1 5.2

2014 11.6 5.7 5.0

2015 2016 10.8 10.0 5.4 4.7 4.6 4.1

2017 2018 9.0 8.1 4.0 3.7 3.8 3.4

2019 2020* 7.5 7.8 3.4 4.2 3.2 4.2

* Ġunju 2020

Tkompli minn paġna 1 Dr Abela tenna li, mindu tħabbar il-pjan “Għada Aħjar” fit-8 ta’ Ġunju li għadda, in-numru ta’ nies jirreġistraw għal impjieg dejjem naqas. Bħala medja, kull ġurnata kien hemm tmien persuni qiegħda li sabu impjieg. B’hekk mit-8 ta’ Ġunju jirriżulta li wieħed minn kull għaxra ta’ dawk jirreġistraw beda jaħdem mill-ġdid. Bit-twettiq ta’ aktar miżuri minn dan il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika, fosthom il-vouchers u miżuri biex jitħallsu l-kontijiet taddawl u kera tan-negozji, mistenni li l-andament ekonomiku ta’ pajjiżna jkompli jissorprendi. Meta pajjiżna sar membru taż-Żona Ewro fl-2008 kellna rata ta’ 6% jew 1.5% biss inqas mill-medja. Il-pajjiż li dakinhar kellu l-inqas rata ta’ qgħad kien l-Olanda, fejn il-qgħad kien ilaħħaq 3.7% biss. Fis-snin ta’ wara, il-qgħad f ’pajjiżna l-ewwel tela’ għal kważi 7%, imbagħad naqas bil-mod sakemm laħaq 6.2% fi tmiem l-2012, l-aħħar sena ta’ Gvern Nazzjonalista. Taħt tmexxija ta’ Gvern Laburista, il-qgħad imbagħad qabad it-triq tan-niżla tant li fl-2019 kien naqas għal 3.4%. Xorta, imma, pajjiżna ma kellux l-inqas rata ta’ qgħad. L-Olanda kellha rata ta’ qgħad ta’ 3.4% wkoll, filwaqt li l-Ġermanja kellha rata ta’ 3.2%, jew 0.2% inqas minna. Filwaqt li l-impatt ekonomiku tal-COVID-19 wassal biex ir-rata ta’ qgħad f ’pajjiżna tiżdied, iż-żieda kienet waħda taħt kontroll. Minbarra hekk, kif bassru esperti internazzjonali, fosthom l-ekonomisti tal-Kummissjoni Ewropea u dawk tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), l-ekonomija Maltija kienet l-ewwel waħda li bdiet tirpilja. Fil-fatt, stqarrija tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) din il-ġimgħa żvelat li l-ammont ta’ dawk fuq ir-reġistru beda jonqos f ’Ġunju. Filwaqt li b’mod globali kien hemm tnaqqis ta’ 3%, f ’Għawdex it-tnaqqis kien tliet darbiet akbar u laħaq l-10%. Dan jirrifletti l-fatt li t-turiżmu domestiku lejn il-gżira Għawdxija rpilja

Ritratt: GARETH DEGIORGIO

SINJALI POŻITTIVI LI SE NIRKUPRAW FOST L-EWWEL QGĦAD F’ĠUNJU ’20 MALTA

4.2 %

Ġermanja

4.2 %

Olanda

4.3 %

Slovenja

4.8 %

Irlanda

5.3 %

Belġju

5.5 %

Awstrija

5.7 %

Slovakkja

6.6 %

Portugall

7.0 %

Finlandja

7.3 %

Franza

7.7 %

Lussemburgu

7.7 %

ŻONA EWRO

7.8 %

Italja

8.8 %

Litwanja

9.4 %

Ċipru

9.8 %

Latvja

10.1 %

Spanja

15.6 %

bil-kbir. Stħarriġ li l-Kummissjoni Ewropea tagħmel fost in-negozji u l-konsumaturi Maltin u Għawdxin indika li f ’Lulju l-fiduċja laħqet l-aħjar livell minn Marzu, b’żieda ta’ 22% fuq il-livell li kien hemm f ’April. Aktar minn nofs it-titjib seħħ f ’Lulju. F’dan ix-xahar kien hemm titjib fost operaturi fil-manifattura u s-servizzi, mentri fost is-settur tal-kostruzzjoni s-sentiment ekonomiku reġa’ qabeż il-medja storika. Anke l-livell ta’ fiduċja fost il-familji nfushom laħaq livell ferm ogħla mill-medja storika, għalkemm għadu taħt il-livell li kien hemm mill-2013 lil hawn. Relatata ma’ dan, statistika talBank Ċentrali tindika li f ’Ġunju d-depożiti tal-familji mal-banek laħqu rekord storiku, meta kważi qabżu t-€13.9 biljun. Dan ifisser li mqabbel mal-livell qabel bdiet il-pandemija tal-Coronavirus, it-tifdil tal-familji kien ta’ kważi €630 miljun iżjed. Dan huwa tliet darbiet u nofs iż-żieda li kien hemm fl-istess xhur

tal-2019. Aktar importanti minn tal-familji kienu naqsu b’€103 milhekk hu l-fatt li matul l-istess xhur jun. Prova oħra ta’ kemm il-Gvern fl-2009, meta pajjiżna kien għaddej minn riċessjoni, id-depożiti Laburista qed ikollu suċċess u

r-riżultati mixtieqa bil-miżuri li qegħdin jittieħdu bl-iskop li d-dħul tal-familji jibqa’ dejjem sostnut, irrelevanti ċ-ċirkostanzi.


08

02.08.2020

kullhadd.com

IS-SITT L-INQAS RATA TA’ MWIET FL-EWROPA Ċifri tal-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea għall-2017, ipoġġu lil Malta mal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li kellhom fost l-inqas rati ta’ mwiet. L-istatistika ppubblikata fl-aħħar jiem turi li għall-2017, Malta kellha s-sitt l-inqas rata ta’ mwiet fost is-27 pajjiż membru Ewropew. Il-Eurostat qal li b’1,631 mewta għal kull 100,000 ruħ, il-Bulgarija kellha l-ogħla rata ta’ mwiet fl-Unjoni Ewropea. Il-Bulgari kienu segwiti mir-Rumanija b’1,488 mewta, il-Latvjani b’1,485, l-Ungeriżi b’1,470 u l-Litwani b’1,418. Min-naħa l-oħra, l-inqas rata ta’ mwiet fl-Unjoni Ewropea ġew irreġistrati fi Franza bi 838 mewta għal kull 100,000 ruħ, fi Spanja bi 844, l-Italja bi 875 mewt, il-Lussemburgu b’911-il mewta, l-Iżvezja b’916-il mewta u Malta b’927 mewta għal kull 100,000 ruħ. Il-Eurostat żied jgħid li l-mard kawża tas-sistema taċ-ċirkolazzjoni kien il-kawża ewlenija għall-imwiet kollha fost il-pajjiżi Ewropej, bl-eċċezzjoni tad-Danimarka, l-Irlanda, Franza u l-Olanda fejn il-kawża ewlenija kienet il-marda qerrieda tal-kanċer. Fost il-pajjiżi membri Ewropej, l-ogħla rata ta’ mwiet minħabba mard marbut maċ-ċirkolazzjoni ġiet osservata fil-Bulgarija b’66%. F’Malta l-imwiet kawża tas-sistema taċ-ċirkolazzjoni kien jammonta għal 34% tal-imwiet kollha

f ’pajjiżna. L-inqas rati ġew osservati fid-Danimarka bi 23%. L-ogħla rati ta’ mwiet kaġun tal-marda tal-kanċer ġew osservati fl-Islovenja bi 32% waqt li l-inqas rata ta’ mwiet bil-kanċer ġiet osservata fil-Bulgarija b’16%. F’Malta l-imwiet kawża tal-kanċer kienu jgħoddu 27% tal-imwiet. Il-mard relatat mas-sistema taċ-ċirkolazzjoni u tal-kanċer kienu kaġun ta’ aktar minn nofs

l-imwiet fil-pajjiżi Ewropej. Ittielet l-ikbar kawża tal-imwiet filbiċċa l-kbira tal-pajjiżi Ewropej kien il-mard marbut mas-sistema respiratorja. Ir-rata baxxa ta’ mwiet f ’pajjiżna hija konferma oħra tas-sistema tas-saħħa f ’pajjiżna u tal-ħidma bla waqfien millGvern fis-settur permezz ta’ investiment kontinwu li fost oħrajn wassal għal tnaqqis qawwi fil-listi ta’ stennija ta’ diversi operazzjonijiet.

LAQGĦAT ĠENERALI ANNWALI 2020 TAL-PL Il-Laqgħat Ġenerali Annwali tal-Kumitati Lokali u tal-Kumitati Distrettwali tal-Partit Laburista, li kellhom jiġu sospiżi minħabba l-pandemija tal-COVID-19, se jissoktaw u jintemmu din il-ġimgħa li ġejja b’29 laqgħa simili bejn għada t-Tnejn u l-Ħadd 9 t’Awwissu. Il-laqgħat tal-Kumitati Lokali u Distrettwali se jibdew fis-6.00 p.m., għajr meta jinzertaw ilĦadd, li f ’dak il-każ jibdew fid-9.30 a.m. Il-lokalitajiet li għandhom il-Laqgħat Ġenerali Annwali fil-ġimgħa li ġejja, skont id-data, huma dawn: • It-Tnejn – in-Naxxar, il-Baħrija, l-Imqabba, Bormla u l-Għarb; • It-Tlieta – San Ġiljan, Ħaż-Żabbar, Ħal Lija, Marsaskala, il-Furjana u x-Xagħra; u

• L-Erbgħa – St Venera, l-Imġarr, il-Gudja, il-Mosta u Ta’ Sannat. Id-distretti li għandhom il-Laqgħat Ġenerali Annwali fil-ġimgħa li ġejja, skont id-data u ċ-Ċentru Laburista fil-parenteżi fejn se jsiru, huma dawn: • Il-Ħamis – l-Ewwel Distrett (Tal-Pietà), it-Tieni Distrett (il-Birgu), it-Tmien Distrett (Ħal Balzan) u d-Disa’ Distrett (l-Imsida); • Il-Ġimgħa – it-Tielet Distrett (Ħal Għaxaq), ir-Raba’ Distrett (Paola), l-Għaxar Distrett (Tas-Sliema), il-Ħdax-il Distrett (il-Mosta); u • Il-Ħadd – it-Tnax-il Distrett (in-Naxxar), ilĦames Distrett (il-Qrendi), is-Sitt Distrett (Ħal Qormi), is-Seba’ Distrett (ir-Rabat) u t-Tlettax-il Distrett (ir-Rabat, Għawdex).


09

02.08.2020

kullhadd.com

BANDIERA MARITTIMA MSAĦĦA IR-REĠISTRU MARITTIMU LOKALI JIRDOPPJA FL-AĦĦAR SEBA’ SNIN U, GĦALL-EWWEL DARBA, IKKLASSIFIKAT MAL-AQWA 20 FIL-LISTA L-BAJDA TAL-FTEHIM TA’ PARIĠI Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg ħabbar li, filwaqt li żammet postha bħala l-aqwa fl-Ewropa u s-sitt waħda fid-dinja, il-bandiera marittima Maltija, għall-ewwel darba fl-istorja, ikkwalifikat mal-aqwa 20 reġistru fil-lista l-bajda tal-Ftehim ta’ Pariġi u ġiet ikklassifikata fis-17-il post. Din il-lista tixhed il-wirja teknika tal-flotta u l-konformità ma’ konvenzjonijiet internazzjonali ta’ sigurtà, prevenzjoni minn tniġġis u kundizzjonijiet tax-xogħol għall-baħħara. Ma’ dan, il-Ministru Borg ħabbar li r-Reġistru Malti kiseb ukoll kisbiet tajbin fil-Ftehim ta’ Tokyo u fl-Istati Uniti tal-Amerka. Il-Ministru Ian Borg qal li “għandna reġistru li fl-aħħar seba’ snin kważi rdoppja t-tunellaġġ irreġistrat fi ħdanu, minn ftit iżjed minn 42 miljun tunnellata fl-aħħar tal-2012 għal kważi 83 miljun tunnellata fl-aħħar tas-sena l-oħra. Minkejja ż-żminijiet diffiċli għall-industrija, fl-2019 rajna tkabbir ta’ aktar minn 7% u rajna l-istess persentaġġ ta’ żieda anke fir-reġistrazzjonijiet ta’ superyachts. Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kellna aktar minn 30 reġistrazzjoni ġdida f ’din in-niċċa, numri inkoraġġanti immens.” Hu qal li dawn ir-riżultati ma jġibux biss unuri, iżda jissarrfu wkoll f ’żieda ta’ aktar minn 13% fl-introjtu f ’munita barranija, hekk kif l-Awtorità daħħlet aktar minn €22 miljun f ’munita barranija f ’sena waħda. L-industrija marittima tibqa’ pilastru ekonomiku

li jiġġenera aktar minn 14% tal-Prodott Gross Domestiku u impjiegi ta’ valur miżjud, waqt li l-Gvern hu kommess li jkompli jiddjaloga u jinvesti fil-ħaddiema u fit-teknoloġija favur iż-żamma ta’ standards ta’ kwalità, reputazzjoni u fiduċja li dan ir-reġistru kiseb. Il-Ministru responsabbli mill-industrija tkellem ukoll dwar numru ta’ kisbiet li saru fir-rigward ta’ diġitalizzazzjoni, fejn b’investiment ta’ €250,000 f ’fondi Ewropej, ġie konkluż proġett ta’ dan it-tip li qed jintuża mill-Kummissjoni Ewropea bħala proġett-pilota u fl-ispirtu tal-iżvilupp professjonali, fl-aħħar ġimgħat, ġew żviluppati numru ta’ korsijiet għall-industrija tal-jottijiet kemm lokali kif ukoll internazzjonali.


10

02.08.2020

kullhadd.com

LIFECYCLE ĠABRET €3 MILJUN MILL-1999 Fi sfond tal-COVID-19, li għadu instabbli ħafna f ’diversi pajjiżi madwar id-dinja, il-Fondazzjoni LifeCycle (Malta) qed issegwi millqrib il-kundizzjonijiet mhux biss f ’Malta u Għawdex, iżda wkoll fl-Arġentina u ċ-Ċilì fejn l-isfida tas-sena d-dieħla se ssir bejn il-21 ta’ Frar u s-6 ta’ Marzu. Din l-isfida ta’ 2,000km minn

Buenos Aires tgħaddi minn fuq il-muntanji Andes sa Santiago f ’10 ijiem biss attirat il-parteċipazzjoni ta’ 36 ċiklist b’mod volontarju u 9 membri mit-tim ta’ appoġġ li minn fi Frar li għadda bdew jiġbru fondi għall-pazjenti li jbatu minn mard fil-kliewi f ’pajjiżna. Din l-esperjenza se tkun l-ewwel waħda għall-Fondazzjoni

fl-Amerka t’Isfel, hekk kif se timmarka l-21 anniversarju tagħha. Minħabba r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-periklu għas-saħħa inġenerali, l-isfida ta’ din is-sena, ippjanata għal Ottubru kellha titħassar. Il-Fundatur ta’ LifeCycle, Alan Curry, qal: “Peress li aħna grupp pożittiv u determinat, iddeċidejna li nipposponu d-data tat-tluq għall-21 ta’ Frar 2021. Iż-żjara fl-Amerka t’Isfel mhux biss se tara l-ewwel sfida tagħna f ’dak il-kontinent, iżda se tara wkoll lil-LifeCycle taqbeż il-mira ta’ sfidi f ’50 pajjiż mill-bidu tagħha fl1999, fejn matul iż-żmien inġabret is-somma impressjonanti ta’ €3 miljun.” Nestlé Malta xorta se tkun qed tappoġġja din il-21 sfida impenjattiva bil-marka tal-kafè ikonika tagħha Nescafé, bħala title sponsor. L-isponsorship se jkun iddedikat għal programm ġdid ta’ riċerka fl-Università ta’ Malta dwar il-mard poliċistiku tal-kliewi magħruf bħala Genotype-Phenotype of Autosomal Dominant Polycystic, u lejn ir-Renal Unit Support Health Hub (R.U.S.H.) li joffri għajnuna psikoloġika kontinwa lill-pazjenti morda bil-kliewi. Il-Fondazzjoni Lifecycle (Malta), l-unika NGO li tiġbor il-flus biex tappoġġja pazjenti bi problemi fil-kliewi f ’pajjiżna, taħdem id f ’id mal-istaff mediku tar-Renal Unit fl-Isptar Mater Dei u t-tim ta’ riċerka dwar il-mard fil-kliewi fl-Università ta’ Malta, permezz tar-Research Trust (RIDT). Minbarra hekk, il-Fondazzjoni toħloq ukoll għarfien dwar trapjanti tal-organi f ’Malta. Id-donazzjonijiet għan-Nescafé LifeCycle Challenge 2021 jistgħu jsiru permezz ta’ Revolut fuq 99329101, PayPal fuq din illink https://buff.ly/35g17CC jew permezz ta’ SMS fuq 5061 7370 għal donazzjoni ta’ €2.33; 5061 8920 għal donazzjoni ta’ €6.99; 50619229 għal donazzjoni ta’ €11,65; jew permezz ta’ telefonata fuq in-numru 5160 2020 għal donazzjoni ta’ €10, 51702005 għal donazzjoni ta’ €15; u 51802006 għal donazzjoni ta’ €25. Id-dettalji tal-bank: kodiċi Swift - VALLMTMT, numru - IBAN MT 18 VALL 22013000000014814521017, isem tal-Bank - Bank of Valletta u numru tal-Kont - 14814521017. Għal aktar tagħrif, żur www. lifecyclechallenge.com u għal donazzjonijiet lejn Nescafé LifeCycle Challenge 2021 idħol fuq https://www.facebook.com/ LifeCycleChallenge/


11

02.08.2020

kullhadd.com

SĦANA LI TRID TEVITA

Waqt li ninsabu fl-eqqel tal-istaġun sajfi, b’temperaturi li fi tmiem din ilġimgħa qed jinħassu kważi 40 grad Celsius, id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard ta parir lill-pubbliku dwar l-importanza biex ħadd ma joqgħod nieqes mill-ilma, partikolarment persuni vulnerabbli. Skont l-Uffiċċju Meteoroloġiku, is-sħana fil-pajjiż baqgħet tiżdied din il-ġimgħa biex ilbieraħ u dak li mbassar għal-lum it-temperaturi jitilgħu għal 36 grad Celsius, imma jinħassu tliet gradi ogħla, b’indiċi UV ta’ 10 u 11 ukoll. Minn għada hu mbassar li s-sħana terġa’ tibda tmajna (ara paġna 2). Għaldaqstant, f ’dawn iċ-ċirkos­ tanzi, id-Direttorat wissa kif temperaturi għoljin jikkawżaw telf ta’ ilma mill-ġisem b’rata mgħaġġla li jista’ jwassal għal nixfa (dehydration). Dan jista’ jwassal ukoll għal eżawriment tas-sħana jew stroke relatat mas-sħana. Ingħad li s-sħana tista’ taffettwa lil kulħadd, iżda xi nies huma f ’riskju akbar, bħal anzjani, trabi, tfal żgħar, nies b’kundizzjonijiet kroniċi u nies attivi fiżikament. Biex jiġu evitati l-effetti ta’ din il-mewġa ta’ sħana hu importanti li wieħed: • jevita kull espożizzjoni bla bżonn fix-xemx, l-aktar bejn il11.00 a.m. u l-4.00 p.m.; • joqgħod f ’partijiet friski taddar u x-xogħol, fejn hu possibbli; • jagħlaq il-purtieri ta’ kmamar li jiffaċċjaw ix-xemx; • jixrob l-ilma regolarment, biex jagħmel tajjeb għat-telf ta’ likwidi mill-ġisem, filwaqt li jiekol aktar ikel frisk u kiesaħ; • jevita likwidi li jwasslu għal nixfa, bħal alkoħol, kafè, tè u xorb biz-zokkor, li jistgħu jagħmlu aktar ħsara milli ġid; • jilbes ħwejjeġ ħfief; • qatt m’għandu jħalli lil xi ħadd f ’vettura magħluqa u pparkjata, speċjalment trabi, tfal żgħar u annimali; • jevita attività fiżika fl-aktar partijiet sħan tal-ġurnata; • jimxi fid-dell, jagħmel krema protettiva u jilbes kappell; u • jekk għandek xi tħassib dwar saħħtek, fittex parir mediku. Ma’ dan, id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard ukoll irrakkomanda li jsir iċċekkjar regolarment fuq persuni anzjani, li jkunu jgħixu waħedhom, kif ukoll dawk li huma f ’riskju għoli.

Il-mudella Maltija li, b’riżultat tar-relazzjoni tagħha ma’ personalità televiżiva, spiċċat fl-aħbarijiet (Ritratti: Facebook)

“KELLHA TKUN HI” GĦALKEMM TLIET SNIN ILU REBAĦ PROGRAMM TELEVIŻIV POPOLARI “TAL-IMĦABBA” FL-INGILTERRA, JAMMETTI LI RNEXXIELU JSIB L-AKBAR SODISFAZZJON FIL-ĦAJJA GRAZZI GĦAL RELAZZJONI MA’ MALTIJA Il-mudella Maltija Alexandra Hyzler illum il-ġurnata hi r-raġuni prinċipali għall-kuntentizza tal-Brittaniku Kem Cetinay, anke jekk tliet snin ilu kien rebaħ ir-reality show popolari Love Island fuq l-istazzjon ITV2. Fil-verità, skont rapporti fil-midja Ingliża, Cetinay jammetti li din hi l-ewwel darba li qed iħossu daqshekk fl-istilel u jgħid li “kellha tkun hi”. L-istilla, li għandu 24 sena, fetaħ qalbu mal-ġurnal The Sun dwar ir-relazzjoni tiegħu ma’ Hyzler, hekk kif wara ħames xhur mifrudin ingħaqad magħha riċentement f ’pajjiżna stess. “Għamlitni kuntent ħafna u nħossni komdu ħafna magħha. Kellha tkun hi u qed inqattgħu żmien feliċi flimkien,” stqarr Cetinay waqt li ddeskriva lil Alexandra, li hu jsejjaħ Lexi. Qal ukoll li dalwaqt se jkunu qed jgħixu flimkien f ’Essex. “Kienet stramba, għax ilna biss seba’ xhur flimkien, u allura qattajna parti kbira maqtugħin. Ħassejt in-nuqqas tagħha u qbadt l-ewwel ajruplan li stajt biex immur naraha (Malta). Konna nafu li se tkun diffiċli, imma hi mara matura. U għalkemm it-tensjoni kienet għolja, konna nċemplu bil-Facetime kull filgħaxija. Ħassejt li qisu kelli xi pen friend ħin minnhom,” kompla ż-żagħżugħ, li għandu eluf ta’ segwaċi f ’pajjiżu. Kem, li llum il-ġurnata għandu wkoll linja ta’ ħwejjeġ li jinbiegħu minn Primark, kien rebaħ il-programm televiżiv fl-2017 flimkien ma’ Amber Davies ta’ 23 sena, imma nfirdu ħames xhur wara li ġew inkurunati u llum m’għadhomx f ’kuntatt. “Ir-relazzjoni li kellna qisha kienet żmien twil ilu. It-tnejn kellna relazzjonijiet oħrajn minn dakinhar. M’għadnix nitkellem magħha, imma xorta nawguralha l-aħjar affarijiet,” temm jirrakkonta.

Kem u Lexi jirrilassaw f’Malta wara ħames xhur mifrudin (Ritratt: Instagram)


12

02.08.2020

kullhadd.com

L-OSTEOPOROŻI M.D. (Melit.), M.R.C.S.(Eng.), M.R.C.S.(Edinburgh), F.R.C.S.(Tr.& Orth.), M.Sc.(U.K.), Dipl. (Orthopaedics), CCT (U.K.)

l-għadam jgħin biex jistimula d-depożizzjoni tal-għadam. B’hekk, l-għawm, għalkemm eżerċizzju ġeneralment brillanti, mhuwiex partikolarment immirat għall-prevenzjoni tal-osteoporożi. F’pazjenti li żviluppaw il-kundizzjoni, l-aktar mediċini preskritti huma bisphosphonates eż. Alendronate. Jistgħu jingħataw millħalq jew ġol-vini u meta jittieħdu fuq medda twila ta’ żmien jgħinu biex titnaqqas l-inċidenza tal-ksur.

Din hija kundizzjoni komuni li tista’ taffettwa kwalunkwe età b’mod partikolari pazjenti anzjani. Hija kundizzjoni prevalenti ħafna. Fil-fatt 75% ta’ dawk li għandhom aktar minn 80 sena huma affettwati. Waqt li l-osteoartrite taffettwa biss il-ġogi, l-osteoporożi taffettwa l-għadam infushom. L-osteoporożi litteralment tfisser “toqob fl-għadam”. F’din il-kundizzjoni jiżviluppaw toqob minħabba telf fil-massa u fid-densità tal-għadam. Dan jagħmel l-għadam dgħajjef, fraġli u artab u suxxettibbli għall-ksur. Il-bniedem jilħaq l-ogħla massa tal-għadam madwar l-età ta’ 20 sena. Wara din l-età, ir-rata ta’ telf ta’ għadam hija ikbar mill-produzzjoni, b’riżultat li jkun hemm tnaqqis naturali fil-massa tal-għadam. Fin-nisa, it-telf f ’daqqa ta’ ormoni tal-estroġenu fil-menopawsa, li huma importanti biex jiddepożitaw l-għadam, jikkawża żieda ta’ telf ta’ għadam

L-għadam l-iktar affettwat huma l-ġenbejn u x-xewka tad-dahar. Fil-fatt dawn huma l-iktar għadam miksura b’mod komuni fl-anzjani. L-osteoporożi tista’ tikkawża uġigħ fl-għadam imma tista’ tkun bla sintomi u tiġi identifikata biss meta jittieħed X-ray wara korriment

Mr. Alistair Melvyn Pace

u riskju akbar ta’ osteoporożi. Xi pazjenti huma wkoll f ’riskju akbar ta’ din il-kundizzjoni partikolarment jekk għandhom storja familjari tal-istess kundizzjoni, problemi endokrinali jew b’dieta ħażina eż. anoressja. Ċerti mediċini eż. sterojdi jew dawk li jpejpu huma f ’risku li jiżviluppaw din il-kundizzjoni. L-għadam l-iktar affettwat huma l-ġenbejn u x-xewka tad-dahar. Fil-fatt dawn huma l-iktar għadam miksura b’mod komuni fl-anzjani. L-osteoporożi tista’ tikkawża uġigħ fl-għadam imma tista’ tkun

bla sintomi u tiġi identifikata biss meta jittieħed X-ray wara korriment. Fil-fatt, ammont pjuttost sinifikanti ta’ għadam jeħtieġ li jintilef qabel ma jkun hemm tibdil ovvju fuq X-ray. Mod aħjar biex tidentifika l-osteoporożi huwa billi tuża DEXA scan. Dan jinvolvi żewġ mewġi ta’ radjazzjoni b’doża baxxa li jiddeterminaw b’mod differenti d-densità tal-għadam. L-iktar valur importanti fuq ir-riżultat DEXA huwa l-“punteġġ T” - jekk dan hu bejn 0 u -1.5 dan huwa skan normali, -1.5 sa -2.5 ifisser li wieħed jista’ jkollu osteopenja

(forma bikrija ta’ osteoporożi) u jekk il-punteġġ T huwa aktar minn -2.5 allura hemm osteoporożi. Biex tiġi evitata l-osteoporożi hija rrakkomandata dieta sana li tinkludi konsum adegwat ta’ kalċju u tgħix f ’pajjiż imbierek mix-xemx bħal Malta, li jgħin ukoll il-produzzjoni ta’ vitamina D! Importanti li jitwaqqaf it-tipjip u l-konsum tal-alkoħol. L-aħjar eżerċizzju huwa dak li jiġġenera forzi u impatt fuq l-għadam eż. mixi 30-40 minuta erba’ darbiet fil-ġimgħa. Kull eżerċizzju li jħalli impatt fuq


13

02.08.2020

kullhadd.com

IL-PARTIT TAL-UGWALJANZA U L-OPPORTUNITAJIET Ramona Attard President, Partit Laburista

Il-Partit Laburista huwa l-Partit li fih tista’ tavvanza, titla’ tarġa tarġa. Il-Partit Laburista storikament ta d-drittijiet lin-nisa, lill-persuni b’diżabilità u persuni gays. Dan hu dak li jagħmel il-Partit Laburista per definizzjoni l-Partit tal-Ugwaljanza. Dan il-Partit qala’ mill-faqar diversi familji, il-Partit li ta ċ-children’s allowance u l-pensjonijiet u kompla jżidhom. Ta’ dan għandna nkunu kburin u ma ninsew qatt l-għeruq tagħna. Aħna nemmnu li għandu jkun hemm ekonomija b’saħħitha għax nemmnu li b’ekonomija soda tista’ tkompli tagħti l-pensjonijiet, ittejjeb is-servizz tas-saħħa, iżżid

iċ-children’s allowances, tagħti lura l-festi pubbliċi, tkompli tipprovdi s-servizz tat-trasport pubbliku b’xejn għall-istudenti kollha, ma jkunx hemm ħlas għall-eżamijiet tal-MATSEC u ħafna miżuri oħrajn. F’dawn is-snin b’Malta bil-Partit Laburista fil-Gvern, ilkoll flimkien ġibna suċċess għall-familji Maltin u Għawdxin. Dan hu mertu ta’ viżjoni tal-Gvern, u mertu ta’ poplu ħabrieki li ġibed ħabel wieħed mal-Gvern meta fehem din il-viżjoni. Ekonomija b’saħħitha hija l-bażi ta’ dak li nemmnu fih bħala Partit Laburista. Ix-xhur li għaddew biddlu x-xenarju ekonomiku mhux ta’ Malta biss iżda tad-dinja. Dan iż-żmien uriena ċar kemm hu sew li meta jinqalgħu ċirkostanzi mhux previsti bħall-pandemija tal-COVID-19 ikollok pajjiż b’bażi ekonomika b’saħħitha, tant li l-Kummissjoni Ewropea qed tgħid li Malta ser tħoss l-impatt ekonomiku negattiv ikkawżat mill-pandemija ferm inqas mill-medja Ewropea. Din il-bażi ekonomika b’saħħitha serviet biex jinżammu l-impjiegi u biex nerġgħu nibdew indawru r-rota ekonomika. Minkejja dak li qed tbassar il-Kummissjoni Ewro-

pea, il-Prim Ministru rnexxielu jġib l-akbar allokazzjoni ta’ fondi Ewropej fl-istorja ta’ pajjiżna, meta l-pajjiżi li l-aktar jingħataw fondi Ewropej huma dawk li ġeneralment ikollhom diffikultajiet ekonomiċi u għalhekk li l-Prim Ministru kellu sfida doppja quddiemu. Issa mhux il-mument li nistrieħu b’dak li ksibna. Anzi mill-ewwel ftit jiem tal-Gvern immexxi minn Robert Abela, mill-ewwel ingħata messaġġ li dan mhux Gvern li joqgħod mistrieħ, id-deċiżjonijiet ma waqfux jittieħdu. Fuq livell ta’ Gvern, fi ftit xhur taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela saru riformi storiċi bħall-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija li kienet b’sejħa, bidliet fil-ħatra tal-President, ħatra ta’ mħallfin u maġistrati, tisħiħ tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni u tibdil fl-Uffiċċju tal-Ombudsman fost l-oħrajn. Dan it-tibdil wassal għal rapporti pożittivi mill-Kummissjoni Venezja li prattikament approvat dawn ir-riformi kollha. Dawn il-bidliet mhumiex l-ewwel bidliet fil-qasam tal-ġustizzja li saru taħt dan il-Gvern li taħtu għaddew liġijiet li kienu ilhom fuq l-ixkaffa diversi snin bħal-

liġi tal-whistleblower, it-tneħħija tal-preskrizzjoni għall-politiċi u liġi tal-finanzjament tal-partiti politiċi. Il-pass li jmiss hu li nkomplu nbiddlu kemm fi ħdan il-Partit stess kif ukoll fil-pajjiż. Min ma jbiddilx jistaġna. Għandna eżempju ċar x’jiġri lil min ma jiħux deċiżjonijiet. Il-Partit Nazzjonalista huwa partit li llum il-ġurnata bil-konflitti li għandu fi ħdanu stess kawża ta’ nuqqas ta’ deċiżjonijiet, lanqas biss hu kapaċi jiffoka fuq il-ġid tal-Partit tiegħu aħseb u ara kemm jista’ joffri viżjoni għall-ġid tal-pajjiż u alternattiva ta’ governanza serja. B’differenza, il-Partit Laburista kompla jinbidel u jiġġedded, minkejja li elezzjoni wara oħra l-Poplu Malti wriena fiduċja b’mod inekwivoku. Fiż-żmien li ġej il-Partit Laburista minn ħdanu stess ser jissuġġerixxi hu l-proposti għallGvern. Ser ikellem nies minn diversi oqsma u l-appell tagħna hu miftuħ biex kulħadd jersaq lejn il-Partit Laburista bil-proposti tiegħu, anke jekk m’intix tal-istess fehma politika tagħna. Qed naraw li l-Partit Laburista jiġbor fi ħdanu l-aqwa ħassieba u l-aqwa talent biex inkunu nist-

għu nfasslu flimkien il-proġett għall-futur. Billi nkomplu nilqgħu fi ħdanna opinjonijiet differenti u billi nkomplu niġġeddu ser nibqgħu l-Partit tal-Opportunitajiet u l-Partit tal-Ugwaljanza.

Issa mhux il-mument li nistrieħu b’dak li ksibna. Anzi mill-ewwel ftit jiem tal-Gvern immexxi minn Robert Abela, mill-ewwel ingħata messaġġ li dan mhux Gvern li joqgħod mistrieħ, id-deċiżjonijiet ma waqfux jittieħdu

IMPENJATI BIEX NEGĦLBU L-ISFIDA TAT-TRAFFIKAR TAL-PERSUNI

Rosianne Cutajar Segretarju Parlamentari

Aktar kmieni din il-ġimgħa, bħala Gvern nidejna f ’pajjiżna l-Kampanja Blue Heart. Matul din ilġimgħa wkoll fakkarna l-Jum Dinji Kontra t-Traffikar tal-Persuni, li huwa pjaga għas-soċjetajiet tagħna madwar id-dinja. Pajjiżna wkoll irid jagħmel l-almu kollu tiegħu biex din l-isfida tingħeleb u filwaqt li nrażżnu

x-xibka ta’ sfruttament tal-persuni, fl-istess waqt nassistu b’kull mod lil dawk li jisfaw vittmi tattraffikar. It-traffikar tal-persuni jinvolvi l-akkwist ta’ bnedmin, ħafna mid-drabi jkunu l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà, li jsir b’modi illeċiti u li jinkludu l-użu tal-forza, frodi jew forom oħra ta’ qerq bil-għan li dawn il-persuni jiġu sfruttati. Din l-attività kriminali spiss tinvolvi fost l-aktar komuni, l-isfruttament sesswali u l-iskjavitù għal xogħol manwali, fost forom oħra ta’ sfruttament. Ħafna mid-drabi nħalltu t-traffikar tal-persuni ma’ dak li bl-Ingliż nirreferu għalih bħala ‘human smuggling’. Il-kuntrabandu ta’ persuni, l-aktar l-immigranti, jinvolvi l-assistenza biex persuni jidħlu b’mod irregolari f ’pajjiż li ma jkunux ċittadini tiegħu jew diġà residenti fih. Għaldaqstant,

m’għandniex nittrattaw dawn iż-żewġ realtajiet l-istess għaliex fin-natura tagħhom hemm id-differenzi. Il-kampanja Blue Heart għandha sinifikat qawwi għax tqajjem kuxjenza akbar tal-problema tattraffikar uman. Kull sena, pajjiżna qed jirreġistra mal-40 każ ta’ traffikar uman, u madwar id-dinja huma miljuni dawk li jiġu sfruttati b’dan il-mod kiefer. U dan mhux biss għax hemm ċrieki kriminali li jorganizzaw u jiggwadanjaw minn dan ittraffikar. Spiss, il-faqar materjali u l-inugwaljanzi fis-soċjetà jkunu fatturi li jwasslu biex bnedmin f ’qagħda mwiegħra jispiċċaw vittmi ta’ sfruttament. Bħala Gvern irsistejna u se nkomplu nistinkaw biex naraw li l-ebda persuna fis-soċjetà tagħna ma tispiċċa fi stat materjali li jista’ jwassal għal traffikar u sfrutta-

ment. Ħdimna ħafna biex intaffu l-faqar materjali, iżda l-aġenda għall-ġejjieni hi li nżidu aktar l-impenn u l-mezzi tagħna biex nerfgħu kemm nistgħu persuni vulnerabbli mill-faqar u minn inġustizzji soċjali ta’ kwalunkwe forma. Mhux dejjem faċli li wieħed jintebaħ b’każ ta’ traffikar uman, u spiss iseħħu każijiet ta’ sfruttament fis-skiet u fid-dellijiet. L-impenn tagħna se jkun li nsaħħu kemm nistgħu t-teknoloġiji u r-riżorsi tagħna biex nilħqu kemm nistgħu vittmi u aktar minn hekk, infittxu miżuri serji u effettivi ta’ kif nantiċipaw u ntaffu l-problemi qabel ma attwalment iseħħ l-isfruttament. Irridu naħdmu llum aktar minn qatt qabel biex nindividwaw u ngħinu lil dawk il-persuni li għadhom qed ibatu fis-skiet.

Kien għalhekk li għall-ewwel darba l-Gvern Malti qiegħed jingħaqad f ’din il-kampanja tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar id-Drogi u l-Kriminalità (l-UNODC) li nieda din il-kampanja mad-dinja bħala parti mis-17-il għan tiegħu lejn żvilupp sostenibbli għad-dinja. Dan biex inkomplu bil-ħidma tagħna u nassiguraw li l-qafas legali ta’ pajjiżna jipproteġi u jassisti l-vittmi ta’ traffikar uman. Le mhux aċċettabbli li persuna tkun traffikata u sfruttata. It-traffikar ineżża’ lill-persuni mid-dinjità tagħhom. Filwaqt li nafferma l-impenn tagħna bħala Gvern, minn hawn inrodd ħajr bil-quddiem lil dawk kollha li se jimpenjaw irwieħhom personalment permezz tat-tkabbir ta’ kuxjenza u għajnuna materjali lejn il-vittmi tat-traffikar uman.


14

02.08.2020

INVESTIMENT TA’ €2M FIL-QALBA TA’ VICTORIA

Ritratti: GARETH DEGIORGIO

Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa ġiet inawgurata uffiċjalment Pjazza San Franġisk fil-qalba tar-Rabat Għawdex b’investiment ta’ €2 miljun biex ingħatat dehra kompletament ġdida bi spazju ieħor miftuħ għan-nies. Il-Pjazza, li minnha jgħaddu mijiet ta’ vetturi, issa għandha aktar żoni pedonali, sistema ġdida ta’ dwal, ilqugħ tal-ilma tax-xita u għamara ġdida ta’ barra. Il-Prim Ministru Robert Abela, li ppresieda l-ftuħ uffiċjali, tenna li x-xogħlijiet jirriflettu l-viżjoni tal-Gvern Laburista li jrodd lura lin-nies aktar spazji fejn igawdi l-mistrieħ tiegħu. Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li t-tisbiħ tal-Pjazza jikkumplimenta l-għan tal-Ministeru li joffri ambjent mill-isbaħ lill-Għawdxin u lill-viżitaturi u sussegwentement ħabbar li fi ftit żmien ieħor se jibda l-proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ Pjazza Santa Margerita f’Ta’ Sannat.

kullhadd.com


kullhadd.com

15

02.08.2020


16

02.08.2020

kullhadd.com

X’BILANĊ IRRIDU NILĦQU?

Alex Agius Saliba Membru Parlamentari Ewropew

Bħala poplu f ’dawn l-aħħar xhur għaddejna minn esperjenza f ’ħajjitna li la l-ġenerazzjoni tiegħi u lanqas dik tal-ġenituri tiegħi m’għaddew minnha qabel. Mit-tieni gwerra dinjija ’l quddiem, ma kellna l-ebda sitwazzjoni nazzjonali bħal din tal-pandemija tal-COVID-19, sitwazzjoni li poġġiet quddiemna sfidi kbar, li rristrinġietna bħala nazzjon u li għalqitna fina nfusna, u li fuq kollox ġabet magħha ħafna tbatija għal bos-

ta nies u negozji li ħadu daqqa ta’ ħarta. Però naħseb li nagħmlu żball li kieku jkollna nħarsu lejn din l-esperjenza mil-lenti negattiva biss, u jkun dnub jekk ma nirriflettux ftit fuq dan kollu. Naħseb li din l-esperjenza preżentatilna opportunità biex nieqfu u naħsbu fuq il-ħajja li qegħdin ngħixu u fuq dak kollu li jagħmilna Maltin. Għandna bosta aspetti li ndraw u neħduhom for granted, li però rajniehom jiġu fix-xejn f ’dan iż-żmien. Pereżempju, ilkoll drajna ngħixu bla restrizzjonijiet ta’ mobbiltà kemm f ’pajjiżna kif ukoll fejn jidħol vjaġġar barra minn xtutna, iżda dan iż-żmien għallimna nerġgħu nidraw ngħixu fis-sempliċità u fiċ-ċokon ta’ pajjiżna. Bla dubju mhux ngħid li għandna nibqgħu hekk għal dejjem għaliex m’hawn xejn isbaħ mil-libertà, però tajjeb nieħdu l-affarijiet f ’kuntest aktar wiesa’, lil hinn mill-COVID-19, u

nħarsu lejn il-ħajja fuq dawn il-gżejjer u kif nistgħu nilħqu bilanċ aħjar u aktar sostenibbiltà. Ftit punti żgħar li wieħed jista’ jaħseb aktar fil-fond fuqhom huma relatati matturiżmu u l-industrija kbira li fuqha mibnija l-maġġoranza tal-ekonomija f ’pajjiżna. Fiżżmien li għamilna bla turiżmu minn barra, u anke issa li għadna b’ritmu baxx ikkumparat ma’ snin preċedenti, nistgħu nkomplu nevalwaw aħjar fejn għandna nagħmlu aktar sforz u x’tip ta’ turiżmu rridu nġibu lejn pajjiżna. Irridu nġibu numri kbar ta’ turisti li jħallu f ’pajjiżna anqas flus, jew irridu naħdmu biex ikollna aktar turiżmu ta’ kwalità li jrendi aktar qligħ? Għandna naraw x’servizzi qed toffri l-ekonomija tagħna jew għandna nħallu s-suq aktar liberu? Is-suq Malti huwa kompetittiv ħafna, u dan importanti għax jiżgura li jkollna servizzi aħjar, però nemmen

li huwa importanti wkoll u li wasal iż-żmien li nfittxu li jkollna setturi ġodda li jiġbdu aktar turisti ta’ kwalità u li nagħmlu evalwazzjoni aktar profonda dwar x’jiflaħ is-suq tagħna, x’tiflaħ l-infrastruttura u fuq kollox x’tip ta’ qligħ ser iħallu dawn is-setturi. Fuq kollox, nemmen li għandna nkomplu nagħfsu wkoll fuq it-turiżmu intern. Barra mit-turiżmu naħseb tajjeb ukoll wieħed jagħti ħarsa lejn il-ħajja tagħna ċ-ċittadini; nitkellmu spiss fuq work-life balance però żgur li għandna ħafna aktar x’nistgħu nagħmlu biex intejbu l-kwalità ta’ ħajjitna. Dan l-aħħar ħafna minna kienu qed jaħdmu b’mod remot minħabba l-pandemija, u naħseb li ma nistgħux ngħidu li ma ħadimx dan il-mudell. Ovvjament irid ikun hemm parametri stabbiliti biex nipperfezzjonaw dan il-mudell, però nemmen li wasal iż-żmien li niskopru aktar din il-possi-

bilità li għal ġurnata jew jumejn fil-ġimgħa, ħaddiema jkunu jistgħu jaħdmu minn djarhom. Apparti li tikseb aktar bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol, miżura bħal din tħalli impatt ferm pożittiv fuq l-ambjent u anke fuq it-traffiku, li lkoll nafu kemm dawn iż-żewġ setturi kibru fl-importanza tagħhom u huma tnejn mis-suġġetti li l-aktar iħassbu lin-nies. Bħal dawn hemm ħafna aktar konsiderazzjonijiet u tagħlimiet li għandna nieħdu u nemmen bis-sħiħ li dan il-Gvern għandu l-kapaċità li jibdel dan kollu f ’opportunità. Ċertament li tgħallimna m’għandniex narmuh, anzi għandna nfittxu li nużawh bl-aktar mod għaqli sabiex inkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja, għaliex fuq kollox, għandna bilanċ li rridu nilħqu. Id-deċiżjonijiet li nieħdu llum ser jaffettwaw lill-ġenerazzjonijiet futuri tagħna. Issa jiddependi minna biex niddefinixxu dak il-bilanċ.

mara li tixtieq tfittex karriera u qabeż għal dik il-koppja li ma setgħetx ikollha tfal. Min qabeż għalihom? Il-Partit Nazzjonalista? Arkajk, mejjet, bla kuxjenza. Qabeż għalihom il-Partit tagħna. Il-Partit tal-Labour. Għax qatt ma beża’. Ma beżax riċentement jieħu deċiżjonijiet qalbiena – deċiżjonijiet li qanqlu l-pedament mingħajr ma ġarrfu l-bini. Ma beżax minn virus ikrah li seta’ jġib paniku u biża’ kbir. Ma beżax jagħti risposti. Ma nħebiex wara subgħajh u kompla jiggverna u jqassam il-ġid bla preċedent. Il-biża’. Kull emozzjoni negattiva – rabja, għira, li ma tkunx sikur, kilba, mistħija – dawn kollha marbutin malbiża’. Waqt li kull emozzjoni pożittiva – kunfidenza, kuraġġ, umiltà, rikonoxximent – kollha twieldu mill-kelma fiduċja. Hemm forza waħda biss li tgħaqqad kull ħsieb u emozzjoni u din hi l-imħabba u l-passjoni li għandna lejn pajjiżna u lejn dan il-Partit. Din hija l-forza li hi bħal

kolla – tgħaqqad dak kollu li jeżisti u kien u għad jiġi kreat. L-imħabba hi l-aċċess minn fejn jgħaddu dawn l-emozzjonijiet pożittivi kollha. Il-biża’ taħdem bil-kontra. Tibblokkja. Tiffriża. Twaqqaf. Hi l-fiduċja li tkisser kull biża’. Il-fiduċja li għandna lejn xulxin, il-familja numeruża Laburista u dan il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru maħbub Robert Abela tressaqna lejn it-tama – tama u fiduċja li kollha resqin lejn dak il-post fl-univers li nsejħulu tagħna. Dak il-post li anke jekk nafu li ser ikollna maltemp jew tbatija, nafu li l-kuxjenza li tgħidilna li aħna umani u vulnerabbli tagħmilna aktar kuraġġużi. Għax nemmnu li kull battalja mitfugħa lejna minnha ser noħorġu rebbieħa. Li tkun taf li int vulnerabbli għax tħobb tneħħi kull blokk li qiegħed ixekkel il-fluss. Insiru iktar reżiljenti għad-daqqiet kbar u żgħar ġejjin lejna. Għalhekk xejn biża’. Assolutament xejn. Għax aħna tal-Labour!

BIŻA’? ...QATT! Felix Busuttil Galea Kandidat

Għalhekk Labour. Għalhekk qalbi u qalb ħafna f ’dan il-Partit. Għalhekk b’saħħitna u qalbenin. Għalhekk inġbidt lejn dan il-moviment. Għax Partit li ma qatt ma kellu l-kelma biża’ fil-vokabularju tiegħu. Ma beżax fil-passat. Ma jibżax fil-preżent. U mhux ser jibża’ fil-futur. Ħaġa li jien iġġibni insè hi li dan il-Partit twieled fis-sena 1920 – sena li tkaffarni ħafna fiż-żminijiet tal-lum. Ara kemm tassew partit imwieled mgħammad fin-nar u t-tbatija. Għax it-tbatija u r-riskju jġibu

magħhom biss premju u rinaxximent. Is-sena 1920 kienet is-sena ta’ wara u waqt l-aħħar pandemija – dik tal-influwenza Spanjola li qatlet miljuni. U hawn mitt sena wara għaddejjin mill-istess sfidi kbar – li jistgħu jqajmu l-biża’ u l-paniku. Iżda grazzi għal dan il-Gvern kuraġġuż mixjin lejn eradikament u rebħa fuq dan il-virus qerriedi li ġab lid-dinja kollha għarkupptejha. Dan il-Partit ma beża’ qatt jiftaħ idejh u jilqa’ fih individwi minn kull strata tal-ħajja – ma staħax li jerfa’ fuq spalltu lil dawk li dejjem batew u dawk li kellhom bżonn ta’ ħajja ħafna aħjar – dawk il-Maltin u l-Għawdxin li kienu minsijin minn amministrazzjonijiet oħra. Partit li ma beżax mill-ikbar u l-iktar istituzzjonijiet reliġjużi importanti ta’ pajjiżna – dawn kienu inġusti u l-kelma Kattoliċi żgur dak iż-żmien ma kinitx tixirqilhom. Partit li affronta kull insult u qatt ma beża’ minnu. Insulti ħorox li jkexkxu – u s-sabiħa hi li qatt ma insulta lura iżda rebaħ

kull insult billi uża l-intellett u l-prinċipju. Ma beżax li Malta tista’ tkun totalment newtrali u indipendenti. Keċċa mingħajr l-ebda rimpjant il-bażi militari barranija u ħa f ’idejh ir-riedni totali ta’ dan il-vapur li jxejjer biss il-bandiera Maltija. Qatt ma beża’ jagħti. Qatt ma beża’ jibni. U qatt ma beża’ jinbidel. Kien dan il-Partit li minn kaxxa battala, anzi midjuna, biddel l-ekonomija f ’ekonomija tad-deheb mingħajr qatt ma żied l-ebda kont u l-ebda taxxa. Emmen fil-poplu Malti u l-poplu Għawdxi – emmen li dan ir-riżors maestuż uman hu t-teżor ta’ pajjiżna. Ma beżax iħaddan ideali ġodda – mingħajr qatt ma jneżża’ l-prinċipji u l-valuri mnaqqxin fil-qalba tiegħu. Qabeż għal dawk li kienu misruqa mid-delizzju tagħhom. Qabeż għal dik il-mara u dak ir-raġel li ma kinux kuntenti fiż-żwieġ tagħhom forsi jsibu mħabba aħjar. Qabeż għal dawk li jixtiequ jħobbu persuni tal-istess sess. U saħansitra jiżżewġu lil dawk li jħobbu. Qabeż għall-


17

02.08.2020

kullhadd.com

TIBDIL FIL-KLIMA L-EWWEL PARTI Din il-konklużjoni qed issir fuq snin twal ta’ studju, li jmorru lura anki sas-snin 80. Lura fis-sena 1992, 165 nazzjon iffirma ftehim internazzjonali, il-qafas ta’ ħidma tal-konvenzjoni għat-tibdil fil-klima talGnus Magħquda. Dawn baqgħu jiltaqgħu kull sena f ’konferenza annwali sabiex jiddiskutu l-effetti diġà viżibbli. X’inhuma l-effetti tat-tibdil fil-klima? Mario Fava President Sezzjoni Kunsilliera PL

Ma nkunux qed nesaġeraw jekk ngħidu li miljuni ta’ nies diġà qed isofru mill-problemi li t-tibdil fil-klima iġib miegħu. Dan ivarja f ’katastrofi differenti, minn nixfa twila fid-deżert għal maltempati tropikali f ’kontinenti bħall-Asja, il-Karibew u l-Paċifiku. Postijiet mill-Antariku, għall-Greċja, il-Ġappun, il-Pakistan u l-Istati Uniti tal-Amerka sofrew heat waves qawwija li nbidlu f ’nirien salvaġġi li qatlu mijiet ta’ nes. Filwaqt li ħafna minna, b’xi mod bdew jifhmu l-probema tat-tibdil fil-klima, huwa biss meta naraw id-devastazzjoni li din qed tħalli fuqna meta tassew nirrealizzaw kemm saret materja urġenti. Dan l-element qed iwassal sabiex ikun hemm inqas ġustizzja soċjali, drittijiet tal-bniedem imħarsa u inqas tqassim ġust tad-dinja. Il-problema tkompli tikber, jekk nibqgħu ċassi quddiem it-twissijiet kollha li qed ningħataw. F’termini ta’ vjolazzjoni ta’ drittijiet, jekk il-Gvernijiet jibqgħu biss jiddiskutu dan ilfenomenu, dan ifisser l-ikbar nuqqas lejn il-ħajja umana. X’inhu t-tibdil fil-klima? It-temp fid-dinja, sa minn dejjem kien qed jinbidel tul medda ta’ żmien ġeoloġiku, b’żidiet irregolari tat-temperaturi. Ta’ nota huwa l-fatt li fl-aħħar snin, bdejna naraw tibil aktar mgħaġġel u dan primarjament għaliex il-bniedem baqa’ għaddej bl-istess drawwiet u użanzi ta’ snin ilu u qajla kien qed jagħti każ il-ħsara li kien qed jikkawża. Dan qed isir bl-użu tal-fuel, iktar spazji urbani u inqas spazji miftuħa, qirda ta’ siġar u l-ambjent, u attivitajiet oħra simili li qed ikomplu jgħaġġlu l-proċess għal żieda fit-temperaturi. Tant it-tibdil qed ikun mgħaġġel li qed insibuha aktar diffiċli li naddattaw. Huwa proprju għalhekk li issa fl-aħħar bħal donnu qed insiru aktar konxji tal-ħsara li qed nikkawżaw. X’jikkawża t-tibdil tal-klima? Hemm qbil ġenerali bejn bosta xjentisti li t-tibil fil-klima huwa kkawżat mill-bniedem. Bla dubju ta’ xejn li dan huwa attribwit għal fuel, faħam, żejt, u gassijiet oħra li nużaw u l-effett tagħhom fl-atmosfera. Dan, flimkien ma’ qirda ta’ art argrikola u attivitajiet oħra, qed jikkawża li t-temperatura tkompli togħla. Fil-fatt, xjentisti huma tal-fehma li l-effetti serra mill-gassijiet kif ukoll iż-żieda fis-sħana jirrelataw flimkien bħal tipjip u kanċer tal-pulmun.

Kieku wieħed kellu jagħti eżempju konkret, isemmi l-komunità ta’ Wilminfton, Massachusetts. Il-maġġoranza ta’ din il-komunità għandha dħul baxx u medju u ftit huma dawk li jaffordjaw jixtru tagħmir ta’ arja kkundizzjonata. Barra dan, ħafna minnhom għadhom jgħixu qrib ħafna ta’ raffineriji taż-żejt u dan ma jippermettilhomx imqar jiftħu tieqa. Hemm, is-sħana hija qawwija ħafna u sikwit isofru minn heat waves qawwija. L-effetti tat-tibdil fil-klima diġà qed jinħassu issa iżda m’hemmx dubju li dawn se jkomplu jikbru u jinħassu dejjem aktar. Fost dawn nistgħu naraw heat waves ferm aktar frekwenti u li jtawlu aktar. Dan ifisser li l-oċeani jkomplu jisħnu u l-livelli tagħhom ikomplu jogħlew. Dan kollu, kif diġà qed juri, se jkollu impatt devastanti fuq il-ħajja umana. Is-sinjali qegħdin hemm. Ilhom hemm. F’Ottubru tal-2018, l-Istituzzjoni Intergovernattiva dwar it-Tibdil fil-Klima, wissiet li ma nistgħux nissugraw li t-temperatura atmosferika tiżdied b’iktar minn 1.5 gradi Celsius minn dak li kienet qabel il-perjodu industrijali. Li jfisser qed nitkellmu bejn l1850 u 1900, fis-seklu l-ieħor. Dan qalitu f ’rapport maħruġ apposta fejn ġie definit x’jista’ jigri jekk iseħħ dan; • Jiżdied in-numru ta’ nies esposti għar-riskji tat-tibdil fil-klima b’mijiet ta’ miljuni sas-sena 2050. • Madwar 10 miljun ruħ jiġu esposti għal riskju tal-għoli tal-livelli tal-ibħra. • Tiżdied ir-rata b’50% tal-perusni li jkunu f ’riskju li jbatu minn nuqqas ta’ ilma. Dan ifisser li persuna minn 25 ma jkollhiex ilma biżżejjed x’tixrob. Forsi l-iktar importanti f ’dan ir-rapport kien il-fatt li ngħatajna terminu ta’ żmien ċar li fih nistgħu nevitaw din il-katastrofi; L-effetti serra li kellna fl-2010 jridu jonqsu bin-nofs sal-2030 biex jiġi evitat li naqbżu l-1.5 gradi. Il-gvernijiet, għaldaqstant, iridu jieħdu miżuri drastiċi u urġenti biex jibdlu din it-trend. Iktar ma nieħdu żmien biex nibdew nibdlu d-drawwiet tagħna, inqas se jkollna ċans nevitaw dawn l-impatti negattivi fuq ħajjet iċ-ċittadin. Is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, Antonio Guterres, kien irrappurtat jgħid li d-dinja trid tistabbilixxi għanijiet u viżjoni ċari sal-2020 jekk tassew irridu nnaqqsu l-emmissjonijiet għax inkella se niġu f ’punt fejn nitilfu kull kontroll fuq is-sitwazzjoni. L-użu dejjem jikber tal-vetturi privati, żgur mhux jgħin f ’dan ir-rigward. Fl-artiklu li jmiss, naraw min hu l-aktar affettwat b’dan it-tibdil kif ukoll il-miżuri meħtieġa li għandhom jittieħdu fl-immedjat.

Mid -Dj arju t a’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 23 ta’ Lulju Ġurnata kollha torturi, man! Din id-darba ma ssaportejtx id-dar u minflok ħadt pillola tal-irqad, mort niltaqa’ ma’ dawk li jappoġġjaw lill-Kap Adrian Delia ħdejn l-Istamperija. Mhux għax ħadt xi gost, speċjalment kull darba li beda jinstema’ l-għajjat minn barra, imma finalment kont sodisfatt li l-Kap Adrian Delia, jiġri x’jiġri, jekk ikun hemm bżonn jikkontesta. Kont sodisfatt għax se jkollna ċ-ċans, aħna l-kunsilliera u t-tesserati, nagħtu tweġiba lil dawk is-17-il traditur, għax lil Adrian Delia aħna għażilnieh u aħna kkonfermajnieh. Dawk m’għandhom l-ebda dritt jagħmlu xi ħaġa minn wara daharna u jridu u ma jridux, ikollhom jirrikorru għandna, biex nagħtuhom it-tweġiba li tixirqilhom. Il-Ġimgħa, 24 ta’ Lulju Kont żbaljat għalkollox naħseb li Therese Comodini Cachia biss kellha l-ħsieb li tikkontesta (dejjem jekk ikun hemm kuntest, ghax jien ngħid għalija kontra se nivvota) lil Adrian Delia biex teħodlu postu. Imma milli jidher mhux hekk il-każ, għax tgħidx kemm qegħdin jissemmew ismijiet. Bernard Grech, Roberta Metsola, Mark Anthony Sammut, Perici Calascione, Giglio. Imħawra sew il-biċċa tidher. U ngħid jien jekk ma tkunx eletta Comodini Cachia, dawn lil Bernard Grech, jew lil Mark Anthony Sammut, se jaċċettawhom, jew lil min ikun elett jagħmlulu kif għamlu u għadhom qegħdin jagħmlu lil Adrian Delia, li ħlief stalletti f ’dahru ma daħlulux! Is-Sibt, 25 ta’ Lulju M’għandi l-ebda dubju li mhumiex se jlaħħqu mal-Kap Adrian Delia, Kien, għadu u se jibqa’ jmexxi lil dan il-partit darba glorjuż tagħna, jippruvaw kemm jippruvaw ineħħuh minn kap. Mhux se jirnexxilhom għax aħjar minnu m’hemm ħadd fost il-grupp parlamentari, li akkost ta’ kollox iridu jwaħħlu fih għax skont l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika tal-Labour qegħdin jgħadduna, u jgħadduna bil-kbir. U bilħaqq, dak xi ġralu Gejtu Vella li ma ssaportiex imqar ftit ġimgħat bħala ċermen tal-Kummissjoni Elettorali tal-partit tagħna! Lil Gejtu Vella jiena nafu bħala bniedem li ma jaqta’ qalbu minn ħadd u minn xejn. M’hemmx x’tagħmel! Kif jgħidu, iż-żminijiet jinbidlu. Il-Ħadd, 26 ta’ Lulju Niddubita kemm dawk madwar il-kap Adrian Delia jafu x’inhuma jagħmlu, għax kieku ma kinux jaċċettaw lil Peter Fenech bħala ċermen tal-Kummissjoni Elettorali wara r-riżenja ta’ Gejtu Vel-

la. Possibbli li dawn ma jafux li Peter Fenech, kif tgħid in-nanna Gerit, huwa ħobża u sikkina mal-Eks Kap Simon Busuttil, li l-ewwel ġabna f ’li ġabna u issa telaq lejn Brussell! Insomma mhux għax se nħalluh jagħmel xi ħaġa li ma tkunx korretta u kif suppost, għax għajnejna fuqu se jkunu. Imma ħej, x’jagħmlu meta jkunu bejn erba’ ħitan bil-bibien magħluqa ma nafux. It-Tnejn, 27 ta’ Lulju Tgħidli qalbi - wara li niddeċiedu nhar is-Sibt - se mmorru minn ġot-taġen għal ġon-nar. Sieħbi tal-Istamperija bħali kien qiegħed jaħseb, li jekk dawk is-17-il traditur jirnexxilhom isejħu elezzjoni oħra għall-Kap tal-Partit, kienu se jippreżentaw lil Therese Comodini Cachia bħala l-unika kandidata tagħhom. Imma issa, il-perċimes tagħhom, Jason Azzopardi, milli jidher qiegħed jimbotta lil Bernard Grech u saħansitra anke mar jiltaqa’ miegħu baxx baxx. Li kieku kont Comodini Cachia diġà bdejt noffendih minn rasu sa saqajh għax allura kulma għamlu meta nnominawha biex tkun Kap tal-Oppożizzjoni, ifisser biss li użawha. It-Tlieta, 28 ta’ Lulju Jien mhux wieħed minn dawk li ma naqbilx li b’xi mod għandna nilħqu xi ftehim mal-Gvern. Jien nemmen li la aħna fl-Oppożizzjoni, għandna nopponu kollox u l-ħin kollu. Għalhekk meta smajt li ntlaħaq xi tip ta’ ftehim bejn ilGvern u l-Oppożizzjoni, dlonk ċempilt lil sieħbi tal-Istamperija. Skont hu ma kellniex għażla oħra għax bl-emendi kostituzzjonali li ressaq il-Gvern se jkun qiegħed iwettaq dak li ftiehem dwaru mal-Kummissjoni Venezja, u dak li kien imfaħħar sew mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen u għalhekk aħna qatt ma stajna nkunu kontra. Nispera li issa ma nibdewx nisimgħu xi qabda tifħir għall-Gvern. L-Erbgħa, 29 ta’ Lulju Mil-lum beda jaħkimni l-eċitament, man! Għax illum il-kunsilliera bdew jivvutaw biex jiddeċiedu l-ġejjieni ta’ Adrian Delia, Kap tal-Partit darba glorjuż tagħna. U mhux billi qegħdin jgħidu Comodini Cachia, Metsola, Jason Azzopardi u l-bella kumpanija, inklużi l-gazzetti bl-Ingliż, li Delia għandu jitwarrab għallġid tal-partit u tal-pajjiż. Ta’ Metsola l-isbaħ waħda, għax din qalet li jekk mhux se nneħħu lil Delia, il-partit tagħna se jmut. Ma tafx din Metsola li l-partit tagħna ma jmut qatt! Jekk iwarrbu huma u ma jkomplux jagħtu gambetti lil Adrian Delia, il-partit jerġa’ jqum fuq tiegħu, kif kien taħt il-mibki Ġorġ Borg Olivier u taħt il-kbir Eddie!


18

02.08.2020

kullhadd.com

L-OBEŻITÀ F’PAJJIŻNA... IRRIDU NAMMETTU LI HEMM BŻONN NIEĦDU ĦSIEBHA!

Minn CLIFFORD GALEA

Dan l-aħħar bħal donnu li ftakarna li l-obeżità f’pajjiżna hija problema. Mhux għax qatt ma tkellimna dwarha fil-passat, iżda qisna naqbdu suġġett, nagħsruh u nimxu għal suġġett ieħor bla ma forsi nieħdu ħsiebu u ntejbuh qabel ma nagħmlu hekk. Kultant inħoss li nimxu bit-trend; saħħa mentali, vizzji, eżerċizzju... kollha huma suġġetti kbar u li fihom ħafna fejn timraħ u hemm xi jsir dwarhom imma tant il-mezzi talmidja soċjali saru influwenti li ninsew malajr. Il-famuża frażi mill-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson bħal speċi niggżitna xi ftit. Mhux se nidħol fuq kellux jgħid hekk jew le, imma huwa punt ta’ verità. Billi ngħidu “aħjar jara lilu nnifsu”, ma jreġix... għandna nagħtu kas tagħna nfusna, irrelevanti minn min ikun qal xi ħaġa. Tkellimt ma’ Matthaeus Grasso li huwa intiż tant li anke studja barra minn xtutna dwar l-eżerċizzju fiżiku. Għaliex tisħaq tant fuq l-eżerċizzju? Ħafna nies f ’Malta jixtiequ li jħossuhom aħjar, jidhru aħjar u jkollhom saħħa aħjar: min għal xi raġuni u min għal oħra u għal ħafna minna, għal diversi raġunijiet. Waqt li l-eżerċizzju mhux is-soluzzjoni ta’ kollox fid-dinja, bla dubju ta’ xejn li min ma jagħmel l-ebda tip t’eżerċizzju jkun qiegħed jitlef u jitlef bil-kbir opportunità tad-deheb li toffri ħafna frott. Mhux ta’ b’xejn li fost l-aqwa mexxejja fid-dinja u f ’pajjiżna jipprattikaw u anke jisħqu fuq l-importanza tal-eżerċizzju. Possibbli, kieku l-eżerċizzju ma kienx importanti, kienu se joqogħdu jaħlu l-ħin fuqu? Minjaf kemm ikollhom biżżejjed x’jagħmlu fil-ġurnata. Iżda dawn il-mexxejja għarfu li l-eżerċizzju jgħinek fost l-oħrajn biex tisvoga, tikkalma, iżżomm jew takkwista figura pulita, jiġuk ideat ġodda u kreattivi, tħossok f ’kontroll ta’ ġismek u moħħok, tagħmel użu aħjar tal-ikel u x-xorb li tikkonsma, tnaqqas ir-riskju ta’ diversi mard u naħseb l-aktar waħda importanti; li l-eżerċizzju jgħinek tkun ħafna iktar pożittiv. Mhux ta’ b’xejn li l-eżerċizzju huwa tant irrakkomandat minn diversi psikjatri u psikologi bħala terapija għall-ansjetà u għad-dipressjoni fost l-oħrajn. Naħseb dawn ir-raġunijiet t’hawn fuq huma biżżejjed biex ta’ kuljum jimmotivawni li nkompli nfakkar lil kulħadd biex isib sempliċement nofs siegħa, minn tal-inqas tliet darbiet fil-ġimgħa, għalih u għal ta’ madwaru. Għaliex jekk aħna se

nkunu aħjar, ta’ madwarna indirettament jew direttament se jkunu aħjar ukoll.

min-numru kbir ħafna ta’ mard u kundizzjonijiet diversi.

X’taħseb fuq il-poplu Malti? Għażżien? U min iħobb l-eżerċizzju iħobbu għas-saħħa jew għad-dehra? Jew it-tnejn?

X’tissuġġerixxi li wieħed jew waħda għandhom jagħmlu biex jibdew, flok jibqgħu jżommu lura għax jaqtgħu qalbhom?

F’kull kultura se ssib minn kollox. Li npoġġu lil kulħadd fl-istess keffa huwa naturalment żball kbir. Waqt illi nsibu min hu attiv, iva nsibu ħafna oħrajn illi ħafna mill-ħin ikunu bilqiegħda. Ironikament, aħjar illi persuna jkollha piż żejjed imma tkun attiva, milli li tkun ta’ piż meqjus normali però mhux attiva. Iva, hekk hu! Għal saħħtek, aħjar ikollok xi ftit xaħam żejjed u tkun tiċċaqlaq b’mod regolari, milli tkun ta’ piż tajjeb imma bilkemm tiċċaqlaq! L-eżerċizzju, fortunatament, jolqot ħafna skopijiet differenti. Għandek ħafna nies ukoll li jagħmlu l-eżerċizzju biex inaqqsu mill-istress li ġisimhom u moħħhom ikun qed iżomm wara ġurnata xogħol. Tista’ ssib ukoll persuni li jagħmlu l-eżerċizzju l-ewwel ħaġa filgħodu biex jagħtihom dik l-enerġija, il-motivazzjoni u l-entużjażmu għall-ġurnata li tkun ġejja. Persuna tista’ tkun qed tagħmel l-eżerċizzju għad-dehra, imma jekk tagħmlu sew, speċjalment taħt gwida professjonali, tkun qiegħda taffettwa b’mod pożittiv ukoll is-saħħa tagħha, l-istat mentali, il-kontroll tal-pressjoni, tal-cholesterol, taz-zokkor fid-demm, waqt li tnaqqas ir-riskju li tiġi affettwat ħażin

Kull persuna trid tiskopri x’tixtieq tagħmel u għaliex li se tagħmel. X’inhu jdejqek illum fil-mod kif tħossok, f ’saħħtek u/jew forsi anke fid-dehra? Kif qed iġiegħluk tħossok dawn l-affarijiet? Għalfejn tixtieq tnaqqasahom jew saħansitra teħles minnhom? Jekk ma tagħmilx xi ħaġa fuqhom illum, x’jista’ jiġri fi żmien tlieta, sitta jew disa’ xhur? Min-naħa l-oħra jekk tieħu azzjoni issa, kif se tħossok? X’temmen u x’tixtieq li takkwista? X’tixtieq li tkun akkwistajt fi żmien tlieta, sitta jew disa’ xhur? Bħal perit li jfassal il-pjan ta’ dar, il-pjanijiet għalik innifsek iridu wkoll ikunu mfasslin, inkella jista’ jkun li tkun għaddej bil-ħajja mingħajr direzzjoni, sakemm f ’daqqa tistenbaħ u tinduna kemm tar iż-żmien u kemm possibilment tlift opportunitajiet. Però issa mhux iż-żmien li tibki xortik, issa iż-żmien li tieħu azzjoni pożittiva għalik u għal ta’ madwarek. Meta tkun iddeċidejt li għandek bżonn u/jew tixtieq tinbidel, dan huwa l-mument li tfittex l-għajnuna fi gruppi, idealment ta’ persuna kwalifikata fis-settur u li jkollok l-għajnuna u s-sapport ta’ min hu fl-istess ilma tiegħek. Għaldaqstant, dejjem nisħaq li fejn hemm l-għaqda hemm

is-saħħa. Min hu Matthaeus Grasso u kemm ilek tiffoka fuq dan is-suġġett? Niddeskrivi lili nnifsi bħala raġel enerġetiku u motivat ħafna li nwettaq dak li naħseb li huwa l-aħjar li jseħħ. Ħajti hija ffukata kważi mija fil-mija fuq dan is-settur li issa ilni nistudjah u naħdem fih matul dawn l-aħħar 10 snin u fil-fatt inqatta’ l-maġoranza tal-ġimgħa tiegħi nitkellem ma’ nies li għandhom bżonn l-għajnuna jew li diġà fittxew l-għajnuna tiegħi, biex nipprova nagħmlilhom t-triq tas-suċċess li ħassew il-bżonn li jaqbdu, lixxa kemm jista’ jkun. Apparti minn hekk, ironikament inħobb nirrilassa billi filgħaxijiet u l-ħdud ma narax ħafna nies, allura nħobb inqatta’ dan il-ħin ma’ dawk l-aktar viċin tiegħi fosthom it-tfajla u l-kelb biex inġib l-enerġija mentali li dejjem għandi bżonn. Għaliex rajt li għandek tkompli tistudja fuq dan il-qasam? Iż-żmien dejjem jagħtina parir jgħidu. Fil-fatt, spiss ħafna joħroġ tagħlim ġdid u riċerka ġdida li tista’ tkun kuntrarju ta’ wieħed x’kien jaf jew jaħseb qabel jew xi jkun instab qabel minn riċerki oħra. Għaldaqstant, apparti li meta tistudja s-suġġett fuq livell ta’ università dejjem se tidħol iktar fil-fond fih, bir-riċerka li trid issir, tibda tinduna u tiskopri affarijiet li forsi sa ftit snin qabel kont taħseb li huma differenti milli fil-fatt instab riċentement. Ma nemminx li persuna għandha tqat-


19

02.08.2020

kullhadd.com

Meta tkun iddeċidejt li għandek bżonn u/ jew tixtieq tinbidel, dan huwa l-mument li tfittex l-għajnuna fi gruppi, idealment ta’ persuna kwalifikata fis-settur u li jkollok l-għajnuna u s-sapport ta’ min hu fl-istess ilma tiegħek

ta’ ħajjitha kollha tistudja b’mod formali, iżda t-tagħlim informali għandu jkompli tul il-ħajja, diment li jkun ġej minn riżorsi tajbin u mhux minn kwalunkwe sors fuq l-internet. Għidilna fiex sarraf dan l-ischolarship li kellek barra minn xtutna? (agħtini dettalji fejn mort, x’tgħallimt ġdid...) Il-Malta Sports Scholarship Scheme tawni l-opportunità li ‘nimporta’ ġo pajjiżna t-tagħlim permezz ta’ prattika u teorija grazzi għal Degree fuq livell ta’ Bachelors of Science (Honours) li kienet iffukata fuq x-xjenzi tal-isport u l-eżeċizzju. Din id-Degree għamiltha mal-Università Ingliża Manchester Metropolitan University. Kif kont wegħedt waqt l-interview għal dan l-ischolarship, waqt l-istudju u speċjalment issa li lestejt dan l-istudju, se nuża dan it-tagħlim biex inħalli impatt pożittiv fil-kultura Maltija. Huwa veru li biex tonqos trid tbati l-ġuħ? Jekk bniedem ma tantx jiekol, għall-bidu iva se jonqos… Però jien dejjem inħobb nistaqsi: “X’se jiġri wara?”.. Kemm jifilħu l-ġisem u l-moħħ ibatu l-ġuħ?... U jekk tonqos, x’konsegwenzi oħrajn negattivi se tgħaddi minnhom? Bħal pereżempju nuqqas kbir ta’ energija, apatija kbira, għeja konsiderevoli, attakk nervuż, nuqqas ta’ kontroll tal-emozzjonijiet u ħafna żvantaġġi u ħsara oħra (fosthom anke t-tendenza kbira li l-ġisem ‘jiddendel’ u ‘jitpaħpaħ’ u saħanstitra l-possibilità ta’ telf ta’ xagħar u dgħufija fl-għadam u l-ġogi. Hemm iċ-ċans realistiku li dak li jkun anke jispiċċa għall-kura l-isptar, minħabba waħda jew aktar kundizzjonijiet. U wara li din il-‘ħruxija’ ta’ nuqqas kbir ta’ ikel fuq ġisimna, tonqos jew tieqaf, taf x’jiġri? Ġismek itella’ lura l-piż kollu li jkun tilef waqt dan il-perjodu ta’ ġranet twal ta’ nuqqas ta’ ikel u probabbilment iżżid magħhom numru akbar ta’ kilogrammi. Ma tantx hi vantaġġuża hux hekk? Però iva, huwa żball komuni li jsir. Billi persuna tkun sajma (jiġifieri li tqatta’ numru ta’ sigħat konsekuttivi mingħajr ikel, iżda tirrikorri għal xorb bħall-ilma u

forsi anke kafè jew te iswed mingħajr ħalib, diment li dan ikun jaqbel mal-individwu) minnaħa l-oħra jista’ jkollu nurmu ta’ vantaġġi. Din is-sistema tissejjaħ intermittent fasting u nistiednek tagħmel ir-riċerka tiegħek u tikkonsulta anke mat-tabib jew man-nutritionist kwalifikat tal-għażla tiegħek biex tara tistax tkun ta’ benefiċċju għalik. Ir-riżultati min-numru ta’ riċerki li saru fuq din is-sistema huma inkorraġġanti ħafna. Għaldaqstant, jiddependi ħafna minn x’nifhmu “tabti l-ġuħ”. Hemm differenza kbira bejn nieklu mill-inqas jew kważi xejn, għal nieklu b’mod sistematiku. Huwa minnu li jekk tkun bid-dieta u tieħu xi ħaġa tal-ħelu darba fil-ġimgħa, qisek tlift kollox? Assolutament le. Anzi l-fatt li inti tħoss li għandek break kif ikollok break minn kollox fosthom mix-xogħol, tipikament jgħin lill-persuna tħossha ħafna iktar komda bl-istil tal-ħajja l-ġdid u għaldaqstant jgħin ħafna minna nibqgħu għaddejjin fit-triq t-tajba għal tul ta’ żmien. Kull estrem nemmen li huwa ta’ dannu, kemm estrem ta’ konsum żejjed ta’ ikel u xorb u anke estrem ta’ riġidità qawwija u ċaħda totali għal tul ta’ żmien. Messaġġ lill-qarrejja tagħna mingħandek. Staqsi lilek innifsek għalfejn tixtieq tinbidel. Fejn tixtieq li tasal? Ikteb ir-risposti fuq karta jew fuq il-mobile tiegħek (mhux taħsibhom biss) u rreferi għalihom kull meta tħossok li naqqast jew tlift xi ftit mill-motivazzjoni. U forsi l-aktar ħaġa importanti… sib u agħmel sistema li tagħmlek kuntent. Inutli li timxi ma’ xi sistema jew pjan ta’ eżerċizzju u/jew ikel li taf li m’intix se żżomm miegħu, għax il-kuntentizza tħoll u torbot ħafna. Fil-fatt skont ir-riċerka finali li għamilt fit-teżi tiegħi fl-istudju li semmejt, sibt illi dawn in-nies li jibdew u jkomplu (u mhux jieqfu kmieni) il-bidla tagħhom, ikunu qed jagħmlu dan għax ikunu kuntenti b’dak li qegħdin jagħmlu u l-ambjent li qed jagħmlu din il-bidla fih. Qatt mhu tard, jekk għandek bżonn tinbidel, titlifx aktar żmien, għax iż-żmien huwa imprezzabbli.


20

02.08.2020

kullhadd.com

MARIA GAUCI

ŻEFFIENA IMPEKKABBLI B’TALENTI KBAR Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Fid-dinja tal-lum hemm bżonn nimxu id f ’id, u ħadd m’għandu jħossu aħjar minn ħaddieħor. Kulħadd tajjeb għal xi ħaġa jew oħra. Min mhux tajjeb f ’ħaġa, tajjeb f ’oħra. Il-personalità li tkellimt magħha llum, hija żeffiena impekkabbli, taf x’inhi tagħmel u ma tħalli bl-ebda mod il-kundizzjoni tad-down syndrome tikkundizzjonalha ħajjitha. Qed nirreferi għal Maria Gauci. Għandha 26 sena u toqgħod ir-Rabat. Minbarra li tħobb tiżfen, tħobb ukoll tagħmel ħafna eżerċizzji bħal żumba, għawm u mixi, timmudella, tieħu r-ritratti u ssajjar. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala tfajla attiva u bieżla ħafna. Taħdem mal-Care Malta bħala kitchen helper f ’Roseville home. Wara x-xogħol normalment tattendi għal xi lezzjoni taż-żfin, immudellar, żumba jew aerobics. Fi tmiem ilġimgħa, tmur il-Girl Guides u tgħin lil ommha ftit fit-tisjir. Maria ilha tiżfen minn mindu kellha sitt snin, fejn bdiet ma’ Alison White Dance Studio. Għall-bidu kienet tiżfen ballet, jazz u tap, fejn żviluppat fihom għal 11-il sena sħaħ. Aktar tard studjat iż-żfin Spanjol għal erba’ snin, fejn anke mażżmien ipparteċipat f ’diversi shows matul is-snin. Ħallejt f ’idejha sabiex telabora aktar. “Meta niżfen inħossni kuntenta ħafna u nkun f ’dinja oħra, niltaqa ma’ nies u ovvjament iżommi attiva,” tbissmet tgħidli. Żeffiena bid-down syndrome u ħajjitha hija waħda normali Maria hija żeffiena u persuna bid-down syndrome. Dan żgur li ma jaffettwax ħajjitha miżżfin u l-kumplament ta’ ħajjitha. Mistoqsija għaliex għażlet iżżfin u mhux xi dixxiplina oħra, Maria weġbitni: “Għażilt iżżfin għax jogħġobni ħafna. Minn meta kont żgħira kont niżfen quddiem it-televixin u meta l-ġenituri rawni li kont inħobb niżfen sabuli għalliema u bdejt immur għal-lezzjonijiet.” Qabel ma mort għal din l-intervista, kont naf li Maria kellha ħafna esperjenzi vasti permezz taż-żfin. Fil-fatt, lura fis-sena 2014, kienet ingħaqdet ma’ Opening Doors Associa-

tion, u ħadet sehem f ’diversi festivals. “Spiss fl-iskola fejn kont immur nitgħallem, kienu jsiru shows u jien kont nieħu sehem fihom bħal fis-sena 2000 - Sing & Dance it’s Magic - żfint is-song Sweet Tooth, fl-2002 Dance Crazy Show, fl2004 No Business Like Show Business, fl-2007 The Journey, fl-2009 Glitz & Glamour u s-sena l-oħra 2019 Spectacular Spectacular. Minbarra x-show tal-iskola ħadt sehem wkoll f ’workshops ma’ Street Elements bil-hip hop. Fl-2016 u fl-2019 ħadt sehem biż-żfin fil-Premju Soċjetà Ġusta.” Diversi esperjenzi barra minn xtutna Mhux hekk biss, talli meta ngħaqdet ma’ Open Doors Association fl-2014 kellha iktar opportunitajiet biex ittejjeb il-ħiliet tagħha. Esperjenza sabiħa kienet seħħet fis-sena

2015, meta marret Poland ART IS Interdisciplinary Art Project u fl-2018 marret Expression 18, Northern Ballet Theatre, Leeds. Fis-sena 2016 ħadet sehem f ’Aħdar id-Deżert, St James Cavalier u fl-2017 The Secret, fit-Teatru Salesjan. Barra minn hekk, fis-sena 2018, Maria ġiet mogħtija Ar-

tivisti Funding Programme mill-Arts Council Malta u Aġenzija Żgħażagħ, fejn setgħet tiżviluppa aktar it-talenti tagħha fiż-żfin u anke fil-musical theatre, fejn anke kellha l-unur taħdem ma’ xi professjonisti f ’dan il-qasam. Naf li anke kienet ħadmet dance video Meet Me li anke

Għażilt iż-żfin għax jogħġobni ħafna. Minn meta kont żgħira kont niżfen quddiem it-televixin u meta l-ġenituri rawni li kont inħobb niżfen sabuli għalliema u bdejt immur għal-lezzjonijet

ntwera barra minn xtutna. Dan seħħ bin-nomina tal-mentor tagħha – Rachel Calleja ta’ ODS f ’Artivisti 2018. “Irnexxieli jkolli iktar opportunitajiet fejn kelli lezzjonijiet one-toone ma’ Francesco Nicodeme u Sar Accertuta fejn tgħallimt żewġ żifniet li żfinthom fuq il-programm Arani Issa. Mort ġimgħa f ’Għawdex mal-Living Dance workshop u lezzjonijiet mal-Hoi Polloi għal żfin, drama u mużika.” Fit-2 ta’ Diċembru 2018 kellha esperjenza sabiħa oħra fejn fuq l-irdum ta’ Għar Ħasan ġie ffilmjat il-video Meet Me. Il-mentor u producer Rachel Calleja maż-żeffien Kostas Papamatthaiakis bil-korjografija tagħha stess u tiegħu ħolqu movimenti sbieħ. A Song About Loss - mużika ta’ Aleandro Spiteri Monsigneur u l-video ta’ Karl Andrew Micallef. Dan il-video ntgħoġob ħafna. Fil-fatt, spiċċa fuq l-iscreens


21

02.08.2020

kullhadd.com

Irnexxieli jkolli iktar opportunitajiet fejn kelli lezzjonijiet one-to-one ma’ Francesco Nicodeme u Sar Accertuta fejn tgħallimt żewġ żifniet li żfinthom fuq il-programm Arani Issa. Mort ġimgħa f’Għawdex mal-Living Dance workshop u lezzjonijiet mal-Hoi Polloi għal żfin, drama u mużika

internazzjonali fil-FIDanzCa – Festival Internacional de Danza de Calle, film festival ta’ danza fil-Messiku. Xewqa li tħejji ruħha għalliSpecial Olympics Malta Xewqa li għandha Maria hija li biż-żfin tħejji ruħha għall-iSpecial Olympics Malta. “Ms Astrid Gollcher Sapienza, Incite Motion tgħallimni wkoll iż-żfin mal-iSpecial Olympics Malta fejn minn hawn nixtieq li ’l quddiem forsi nikkompeti barra minn xtutna, għalkemm għadu kmieni wisq għax għadu jibda dan it-tip ta’ sport.” Minn mindu kellha erba’ snin, Maria saret membru attiva fil-Malta Girl Guides Association. “Jien nattendi l-grupp tar-Rabat. Tgħallimt ħafna minn età żgħira. Bdejt niżviluppa l-karattru u l-ħiliet tiegħi. Issa qiegħda young leader maddniefel fejn nattendi l-laqgħat

u attivitajiet oħra li jiġu organizzati. Fis-sena 2010 mort ilkamp internazzjonali taċ-ċentinarju ġewwa Harewood, Leeds, fl-2014 mort il-Camp Goose, Dorset u fis-sena 2016 mort il-kamp ta’ Roverway ġewwa Franza. Imorru ħafna kampijiet hawn Malta u attivitajiet oħra bħal hiking, upsailing, archery u attivitajiet oħra.” Fl-aħħar tal-intervista, Maria xtaqet tgħaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Qatt m’għandek taqta’ qalbek filħajja u tkun xi tkun id-diżabilità, - jekk taħdem għaliha tirnexxi,” temmet tgħid b’mod pożittiv.


22

02.08.2020

kullhadd.com

IT-TIENI GWERRA DINJIJA FUQ GĦAWDEX Ir-rakkonti tan-nanniet u z-zijiet li jiftakru t-Tieni Gwerra Dinjija minn dejjem affaxxinaw l-immaġinazzjoni u l-attenzjoni tan-neputijiet tagħhom li ma laħquhiex. Għandna rapporti ppubblikati, li fuq pajjiżna waqgħu għadd enormi ta’ bombi, u li Sir Winston Churchill stess, il-Prim Ministru Ingliż, kien irrefera għal Malta bħala ‘the unsinkable aircraft carrier’. Iżda għaliex ħafna drabi norbtu l-gwerra biss ma’ Malta u qisna nostru għalkollox dak li seħħ fl-Gżira tal-Tliet Għoljiet, Għawdex? Biex nikseb aktar tagħrif dwar dan il-każ, tkellimt ma’ Charles Bezzina, poeta u riċerkatur fuq il-ġrajjiet li seħħew fil-Gwerra, u li dan l-aħħar ħareġ ktieb ieħor dwarha, bl-isem ta’ Il-Qilla tal-Gwerra fuq Għawdex 1940-1943. Dan il-ktieb fih 602 paġni, 100 paġna oħra ritratti, u madwar 1850 referenza. Minn CHARLES B. SPITERI

Charles, fl-imħuħ ta’ bosta Maltin, Għawdex kien meqjus bħala post aktar sigur millbumbardamenti u fittxew ir-refuġju tagħhom hemm. Fost dawn insibu lill-familja estiża tal-Avukat Carmelo Mifsud Bonnici (Il-Gross). Kemm setgħet kienet minnha jew le din l-idea? Forsi għax kienu jafu li Għawdex la kellu ajrudrom u lanqas bastimenti militari? L-akbar numru ta’ refuġjati li ġew Għawdex kienu mill-Kottonera. Is-Sorijiet tal-Konservatorju ta’ Bormla ta’ San Ġużepp ħallew dak il-post vulnerabbli għall-bombi minħabba t-Tarzna, u marru Wied il-Għajn. Iżda finalment spiċcaw f ’Għawdex, f ’Awwissu 1940. L-istess ġara lill-familja tal-Avukat Carmelo Mifsud Bonnici, li sa mill-ewwel jum meta faqqgħet il-gwerra, telaq bil-familja minn Bormla lejn Wied il-Għajn. Iżda hemm ukoll bdew l-attakki fuq vapur li kien daħal bil-qamħ. Sadanittant l-attakki mill-ajruplani Taljani komplew. Madwar Settembru 1940, Carmelo ddeċieda jmur post ieħor, u għażel Għawdex, billi hemm ma kienx hemm stazzjonijiet militari u ajrudromi. Hu ma marx waħdu, iżda bit-tfal, il-mara u ommha u oħrajn tal-familja. B’kollox kienu 10. Fuq il-vapur, Carmelo, iltaqa’ ma’ qassis li offrielu post żgħir bi ftit kmamar ħdejn il-Katidral ta’ Għawdex, fil-Kastell. Dan il-post mingħajr dawl elettriku u mingħajr ilma, kien żgħir u skomdu għalihom. Wara marru f ’post akbar u aħjar f ’40A, Triq Putirjal, ir-Ra-

Xelter taċ-Ċittadella minn ġewwa

f ’Għawdex twaqqfet il-Home varro li kellu x’jaqsam mal-Victory Guard, u għen bis-sħiħ fil-ġabra Kitchens, u lil Emanuel Bianco tal-qamħ permezz ta’ meetings li waqqaf il-Mużew tas-Subien li kien jagħmel ma’ Carm Zam- fir-Rabat. mit Marmarà u Roger Strickland. Dan għax kien president onorarju Kemm kienu mħejjija f ’Għawdex tal-Għaqda Nazzjon- l-Għawdxin għal kontra ali tal-Bdiewa. Kien jikteb fil-ġur- l-Gwerra? It-tħaffir nali f ’isem il-bdiewa Għawdxin, tax-xelters, beda mill-ewwel? u x-Xagħra organizza attivitajiet li għollew mhux ftit il-moral tal-pop- Qabel faqqgħet il-gwerra kienu lu Għawdxi. Ġużè Orlando, kit- jsiru provi ta’ xi jfisser curfew, tieb, ukoll għamel ħiltu, u kien blackout, air raid warning, all imdaħħal f ’diversi għaqdiet, clear u l-bqija, biex in-nies ikunu speċjalment dawk konnessi mal- mħejjija. Sa minn qabel il-gwbdiewa, u ta sehmu b’risq ir-raħħa- erra l-Għawdxin kienu mgħallla. Mro. Vincenzo Bugeja ħalla wirt ma kemm hu importanti li waqt mużikali għani lill-Festa tal-Bam- ħbit, għax ma kienx hawn xebina u l-mużika tiegħu għadha tin- lters, jingħalqu f ’darhom. Kienu daqq sal-lum. Magħhom insemmi mgħallmin isoddu l-ventilaturi u wkoll lil John Bonnici li skolpixxa x-xquq tat-twieqi u jilbsu l-maskri xi disinji fis-Santwarju Ta’ Pinu; lil minħabba l-biża’ li seta’ jitwaddab Goachino Delia, negozjant kbir il-gass. Kienu obbligati ma jiġġerJissemmew li Maltin oħra ta’ tal-għamara, li naqqax lill-Madon- rewx barra filgħaxijiet u li mid-dar kultura kbira telgħu jgħixu na tar-Refuġjati fil-ġebla, u li għad- tagħhom ma jħallu ebda dawl jidGħawdex. Fost dawn kien ha tidher fil-pedestall sal-lum taħt her. Billi Għawdex kien mingħajr hemm Tony Scott, Ġużè Orlando u s-Surmast Vincenzo l-istatwa ta’ San Ġużepp, aħna u difiża, u fil-bidu tal-gwerra ma sejrin Ta’ Pinu. Insemmi lill-pittur kienx hawn xelters, kienu mgħallBugeja. Min kienu dawn u Ġużeppi Briffa, li fil-gwerra pit- ma jidħlu taħt xi mejda soda x’ġid għamlu lix-Xagħra? ter is-saqaf tal-knisja ta’ Kerċem, b’mitraħ fuqha, jew taħt xi ħnejja Fi żmien il-gwerra, f ’Għawdex id- lill-Avukat Arturo Valenzia, Reġis- bl-imrammi. Mill-bqija l-Għawdxdistingwew ruħhom diversi Maltin tratur tal-Qorti, lill-attur John Na- in ma kinux imħejjija għal affarijiet li ġew għall-kenn fostna. Dan ġara għax ħallew xi opri, taw kontribut u b’xi mod jew ieħor ħallew wirt għani lill-gżira Għawdxija. Int semmejtli lil Tony Scott. Fil-fatt dan kien jismu Antonio Scotto, u twieled il-Belt Valletta fis-7 ta’ Sa minn qabel Mejju 1907. Ġie refuġjat Għawdex sa mill-bidu tal-gwerra u żżewweġ il-gwerra l-Għawdxin kienu Għawdxija. Beda jsejjaħ lilu nnifsu mgħallma kemm hu importanti li Anton Scott minħabba li t-tendenza kienet li jinqerdu l-ismijiet waqt ħbit, għax ma kienx hawn xelters, Taljani. Kien imperjalista millkbar, li għen lill-Gvern Ingliż biex jingħalqu f’darhom bat. Ta’ min jgħid li Ugo (l-Eks President ta’ Malta), fl-1942 kien għamel il-prietka tal-Milied tat-tifel fil-knisja ta’ Pompej, ir-Rabat, u sena wara għamilha Peter Serracino Inglott (li aktar tard laħaq Rettur tal-Università). Ma rridx ngħid aktar dwar dan il-fatt għax din l-istorja kollha rrakkuntaha l-Eċċ. Dr. Ugo Mifsud Bonnici f ’reminixxenza li kiteb hu stess, u li kont ippubblikajtha fil-ktieb Ir-Refuġjati Maltin f’Għawdex fi Żmien il-Gwerra. Bosta Maltin oħra (bejn 4,000 u 5,000 ruħ) għamlu l-istess. B’hekk Għawdex imtela bir-refuġjati Maltin li għażlu lil Għawdex, għax kif ħasbu, ma kienx fortifikat, ma kienx fih ajrudromi, u kien se jkun anqas ibbumbardjat minn Malta. U hekk kien.

oħra, speċjalment fid-difiża, għax dik il-ħabta ħadd ma ħaseb kemm se tkun qalila jew kemm se ttul il-gwerra fostna. X’setgħet kienet l-akbar biża’ tal-Għawdxin mill-għadu tal-Gwerra? Kif għedt, Għawdex kien bla difiża. Kif kienu l-Għawdxin se jilqgħu kontra l-għadu, jekk dan ifettillu jagħmel invażjoni f ’Għawdex? Ix-xtajtiet u l-kosti madwar Għawdex kienu miftuħin. Min kien se jżomm lill-għadu milli jiżbarka fix-xtut tagħna? Tgħid il-Pulizija tax-Xtut, għassa fit-torrijiet ta’ madwar il-gżira, li kulma kellhom kienet xkubetta u tromba?! Fil-ktieb ta’ Mariano Gabriele Operazione C:3 Malta hemm mhux biss il-preparamenti li kienu se jsiru għall-invażjoni ta’ Għawdex, iżda li wara li jirbħuh, il-Ġermaniżi kienu se jinżlu l-Imġarr biex jinvadu lil Malta min-naħa ta’ Fuq. Madankollu rridu ngħidu li fl-10 ta’ Ottubru 1942, intefgħu żewġ bombi fuq Ta’ Sannat fejn inqatlu 18-il persuna u nqerdu bosta djar. Iżda kemm kien hemm inċidenti simili? Jew aħjar: meta ntemmet ilgwerra, kemm instab li mietu Għawdxin kaġun tagħha? Ngħid x’ngħid, l-attakk li sar fuq Ta’ Sannat fl-10 ta’ Ottubru 1942, filgħodu, kien l-agħar wieħed li qatt seħħ f ’Għawdex. Qatt matul is-seklu 20 fl-Isptar Victoria ma ddaħħlu feruti u mejtin daqs dakinhar. Iż-żewġ bombi ta’ 2,000 libbra kull waħda twaddbu minn


23

02.08.2020

kullhadd.com

żewġ Junkers 88, li kienu segwiti minn fighters Ingliżi. Il-ħerba li ħallew ma nistax infissirha f ’dawn il-ftit versi. Barra dan, Għawdex ġarrab attakki koroh bħalma ġara f ’Għajnsielem fid-29 ta’ Jannar 1942, meta mietu ħames persuni, ix-Xagħra fl-10 ta’ Frar 1942 u t-12 ta’ April 1942, in-Nadur fit-3 ta’ Jannar 1942 u fil-15 ta’ Jannar 1942, fuq l-Għarb fit-28 ta’ Lulju 1942, fuq San Lawrenz fil-5 ta’ Awwissu 1942, fuq ix-Xewkija fit-23 ta’ Jannar 1942, u diversi attakki bil-machinegun bħalma huma dawk fuq Pjazza Savina, ir-Rabat, fis-6 ta’ Mejju 1942, u jumejn wara fl-istess post. Dawn l-attakki f ’Għawdex ħallew vittmi u tiġrif. Għax l-ajruplani Ġermaniżi kienu jittajru u jattakkaw lil Għawdex qishom qegħdin xalata. F’Għawdex kienu diversi n-nies li mietu kawża ta’ bumbardamenti u anti-personnel bombs, iżda l-biċċa l-kbira tal-Għawdxin għerqu mal-vapuri merkantili meta kienu jbaħħru fl-ibħra u l-oċeani. Flaħħar gwerra il-vittmi Għawdxin kienu madwar 158. Għawdex kien intlaqat ukoll mill-epidemija tal-iscabies. Kienet kbira din il-problema? Minkejja t-tiftix, qatt ma sibt iċ-ċifra eżatta ta’ kemm Għawdxin mardu bil-marda tal-ħakk (scabies), kif kienet magħrufa fost l-Għawdxin. Biss affettwat l-aktar lit-tfal li kienu jmorru l-iskola u jittieħdu minn xulxin, jew nies li fix-xelters kienu jinzertaw wieħed ma’ ieħor. Skont ċifra uffiċjali fir-rekords tal-Isptarijiet, f ’Lazzarett Għawdex, tul l-1942 daħlu 519-il persuna jsofru minn din il-marda. Iżda dan it-total hu ta’ dawk irreġistrati biss, għax fil-fatt kienu eluf. Sfortunatament ma kienx hawn mediċini għaliha. Ngħid sew li f ’Għawdex kien hemm sptar magħruf bħala Lazzarett? U min kien imur fih? Jissemma wkoll li ġieli anki l-Maltin korruti jew morda ntbagħtu Għawdex. L-Isptar tal-Iżolament jew Lazzarett kif aktar kien magħruf kienu jiddaħħlu pazjenti bit-tifu, it-tefojde, mard tal-grieżem u l-aktar pazjenti li mardu bl-epidemija tal-paraliżi infantili, fejn madwar 40 tifel jew tifla fi żmien il-gwerra sfaw morda biha. Fir-riċerka vasta li għamilt dwar il-gwerra, iltqajt ma’ każi fejn xi sorijiet refuġjati f ’Għawdex u xi tfal li kienu jieħdu ħsiebhom, jiġifieri Maltin, iddaħħlu f ’dan l-Isptar għall-kura. Fuq il-gżira Għawdxija, qatt kien hemm xi riġment għad-difiża? Diversi riġmenti Ingliżi kienu bdew jiġu Għawdex sa minn Marzu 1941. Dawn kienu joqogħdu fid-djar vojta, skejjel pri-

marji tal-Gvern u postijiet oħra. Kienu jagħmlu eżerċizzji militari fil-kampanja u parati fil-pjazez ewlenin ta’ Għawdex, u b’hekk kienu jgħollu l-moral. Kienu aktar jiġu biex jistrieħu milli għad-difiża, għax kif għedt, ma kien hawn xejn x’jiddefendi lil Għawdex. Biss lejn l-aħħar ta’ Ġunju tal-1943, meta nbena l-mitjar għall-invażjoni ta’ Sqallija, ġew mijiet ta’ Amerikani tal-536th Coast Artillery Battalion, Anti-Aircraft, u għamlu l-batteriji, il-bofors u kanuni oħra madwar l-ajrudrom. Fis-26 ta’ Lulju 1943, meta xi ajruplani Ġermaniżi taru fuq Għawdex, is-suldati Amerikani fetħu n-nar tagħhom. Din kienet l-unika darba li Għawdex, tul il-gwerra kollha, għamel difiża.

jmorru bil-qamħ, biex kontra l-liġi jitħnu, mhux biss għand Mikiel Portelli talGħarb, iżda għand bosta oħrajn, bħal Feliċ Camilleri fil-Mitħna ta’ Randu, il-Qala; Ġużepp Ca milleri fi Triq Għammar, l-GħasMadankollu qrajt li tul ri; Ġużeppi Grech fil-Mitħna ta’ il-gwerra, in-nisa Għawdxin Kola, ix-Xagħra; Mikiel Camilleri kienu jaħdmu l-bizzilla jew il-ganċ u l-irġiel u ż-żgħażagħ fi Triq Grunju, in-Nadur, u bosta oħrajn. Taħnu anki bil-mitħna talimorru f ’xi ħanut tax-xorb mixi u tal-idejn, u bosta Għawdxilegilgu xi pinta nbid. Jiġifieri in għamlu dak li setgħu … għax flus kien għad fadal fl-idejn? il-ġuħ iġagħlek tagħmel kollox. Ir-refuġjati Maltin li ġew Għaw- Madankollu, il-ġuħ f ’Għawdex, dex, speċjalment min-naħat ta’ ma kienx qalil daqs f ’Malta. Tas-Sliema, kienu nies li jistgħu. Billi f ’Għawdex kien daħal ġmie- Biex nagħtu ġieħ lil min lu l-blackmarket, dawn il-Maltin ħaqqu: Spiss jissemma kemm nefqu kull sold li kellhom Għaw- l-Isqof Gonzi ħadem biex dex. Bl-iskarsezzi tal-affarijiet l-Għawdxin ifornu l-qamħ tal-ikel li kien hawn, u n-negozju lill-Maltin. Madankollu ma klandestin, il-ħajja għoliet… u jissemmewx nies oħra bħal b’hekk f ’Għawdex kien hemm Ġorġ Pisani, l-Assistent min mar tajjeb bil-blackmarket, Kummissarju George Ransley, u naturalment kien hemm min Carm Zammit Marmarà, bata u spiċċa b’għaxja ta’ lejla. Kelinu Vella Haber u Roger Billi filgħaxijiet minħabba l-cur- Strickland. X’tirrakkuntalna few, in-nies ma setgħux joħorġu, fuq dan? għalkemm dawn ir-regolamenti nkisru kemm-il darba, in-nisa F’laqgħa sigrieta l-Isqof Miktad-dar kienu jedhew fir-rakkmu, iel Gonzi ntalab mill-Gvernatur, il-bizzilla u l-ħjata, jew jaqraw xi biex b’urġenza jinġabar il-qamħ ktieb. L-irġiel ma setgħux idumu ta’ Għawdex. Hu għamel ħiltu u tard barra fil-ħwienet tax-xorb ħeġġeġ lill-bdiewa jbigħu l-qamħ filgħaxijiet minħabba l-curfew, tagħhom lill-Gvern. Fir-reminixxgħalkemm eċċezzjonijiet kien enzi tiegħu jgħid li bagħat żewġ hemm. Għalhekk kienu jgħaddu trakkijiet lejn Malta. Iżda dan ma l-ħin mal-għasafar fid-dar, jagħmlu kienx il-qamħ kollu li Għawdex pasturi tat-tafal jew xi manutenz- ta. Persuni bħal Ġorġ Pisani, Assistent Uffiċjal tal-Informazzjoni joni f ’darhom stess. f ’Għawdex u George Ransley, Kummissarju ta’ Għawdex, għamIl-biża’ u l-ġuħ f ’Għawdex jistgħu jitqabblu ma’ ta’ Malta lu laqgħat f ’Għawdex kollu biex jinġabar il-qamħ. Laqgħat saru meta nafu li f ’Għawdex inwkoll minn Carm Zammit Marnies kienu jmorru fil-Mitħna marà, Roger Strickland, Kelinu ta’ Mikiel Portelli fl-Għarb, u Vella Haber u Tony Scott, f ’isem bil-moħbi tal-pulizija jitħnu l-qamħ li jkollhom? Jissemma l-Għaqda Nazzjonali tal-Bdiewa. Il-laqgħat ta’ dawn il-patrijotti, wkoll li kien hemm imtieħen kienu indirizzati b’mod komoħra jagħmlu l-istess. moventi, għax kien meħtieġ li Meta f ’Malta ma kienx baqa’ ak- jġibu lill-bdiewa f ’sensihom li tar qamħ, saret il-famuża ġabra qegħdin fuq il-home front, u fil-gżejjer tagħna. Il-bdiewa kien importanti li jbigħu l-qmuħ biegħu l-qmuħ lill-Gvern, iżda ma lill-Gvern għax inkella l-bandiera tawx dak kollu li kellhom. Għal- bajda kienet se tibda tperper fuq hekk meta s-sikkina laħqet l-għad- il-bjut tagħna. Dan it-tir fil-fatt inma, kienu bosta dawn li kienu tlaħaq.

Preżentazzjoni tal-ktieb


24

02.08.2020

kullhadd.com

reċensjoni tal-ktieb

WEĠGĦAT

Stejjer mill-ħajja tal-lum Meħuda mid-daħla tal-ktieb Din il-ġabra ta’ novelli Weġgħat hi t-tielet minn triloġija ta’ ġrajjiet umani wara Beżgħat (1986) u Demgħat (2002). Uħud mill-kitbiet f ’din il-ġabra ġdida Weġgħat kien fliehom Ġużè Chetcuti u kiteb hu wkoll aktar tagħrif li qiegħed ikun imwassal fl-istess ktieb tiegħu. Lil Ġużè kont immur narah sikwit Tas-Sliema u kien jilqagħni b’ferħ kbir. Darba, madankollu, fl-1990 inzerta membru ta’ Bord ta’ ġurija f ’konkors nazzjonali tad-drammi mniedi mill-Fondazzjoni ĠEM u deherlu li kellu jagħmel xi riservi dwar ix-xandir tad-dramm li kont ktibt jien, “Dubbiena Kukkużejt”, li madankollu kien ingħata l-ewwel premju mill-istess Bord. Konna tkellimna dwar id-dramm fit-tul jien u hu, u fehemni l-oġġezzjonijiet kbar morali li kien sab hu għat-tema tad-dramm. Kien żmien li fih bil-mod biex titkellem dwar abbużi sesswali fuq it-tfal, aħseb u ara tikteb dramm fuqhom. Ġużè kien deherlu li dak iż-żmien is-soċjetà ma kinitx għadha lesta tiltaqa’ wiċċ imb wiċċ ma’ ċerti temi u titkellem fil-miftuħ dwarhom: id-dramm tiegħi “Dubbiena Kukkużejt” baqa’ ma nħadimx. M’għandniex xi ngħidu, Ġużè kellu kull dritt iqisni kif ried hu, u ta’ din l-onestà kont nirrispettah b’qalbi kollha. Fil-fatt,

flok iddeffes bħal feles bejnietna, iddramm “Dubbiena Kukkużejt” serva ta’ ġid kbir. Kien bis-saħħa ta’ dan id-dramm u d-diskussjonijiet twal li bdew, li lili u lil Ġużè ressquna nkunu ħbieb kbar, u bqajna ħbieb kbar sal-aħħar jiem ta’ ħajtu. Bħalma l-ilsien imur bla ma tridu fejn tuġa’ d-darsa, hekk il-kittieb ħafna drabi l-aktar li jolqtu jkun fejn ikun hemm it-tbatija jew il-weġgħa umana. Dawn il-ġabriet insejħilhom ġrajjiet umani għaliex kienet il-karba tal-bniedem madwari fil-ħajja tal-lum li imbuttatni niktibhom, l-għajxien li naraw madwarna kuljum bit-tlajja’ u bl-inżul tiegħu. Il-bniedem ibati, tabilħaqq, imma għandu ħabta kif ifittex il-kenn u l-faraġ tal-weġgħa bħalma tarbija tfittex ħdan ommha f ’bikjietha. Imma l-bikja trid issir. Il-letteratura mbagħad għandha ħabta kif tikxef dawn is-sentimenti u sservi hi wkoll ta’ wens lill-kittieb. Bħala kittieb nistqarr li dawn in-novelli ktibthom aktarx f ’tentattiv biex jien stess neħles mill-inkwiet inevitabbli li jħoss il-kittieb meta jiġi wiċċ imb wiċċ ma’ qagħdiet umani fis-soċjetà li dwarhom ma jista’ jagħmel xejn għajr jitħasseb u xi drabi, jibki bit-tama li l-imħabba ssolvilu kollox kif tabilħaqq għandha ħabta tagħmel. Mistoqsija: Fejn kien imur jarah lil Ġużè?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb Weġgħat. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 9 ta’ Awwissu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-kotba Qabża f ’Dinja Oħra u L-Ispettaklu Stupend Żanżan Kelma huwa: LAURA BARBARA - QORMI

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

03

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm hu l-ammont ta’ investiment li sar fi Pjazza San Franġisk? Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

02.08.2020

kullhadd.com

ROSENDO RODRIGUEZ III – ‘THE SUITCASE KILLER’ JINGĦATA L-PIENA KAPITALI JUM WARA GĦELUQ SNINU Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO Rosendo Rodriguez III twieled fis-26 ta’ Marzu tal-1980 f ’Wichita Falls f ’Texas fl-Istati Uniti. Hu kien qattiel Amerikan li nstab ħati għall-istupru u qtil ta’ Summer Baldwin u ngħata l-piena kapitali għal dan l-att makabru. Id-delitt seħħ f ’Settembru tal-2005 f ’Lubbock f ’Texas. Apparti dan, huwa nstab ħati wkoll għall-qtil ta’ Joanna Rogers, tfajla ta’ 16-il sena li kienet ilha nieqsa minn Mejju tas-sena ta’ qabel. Rodriguez ħeles mill-katavri billi poġġiehom f ’bagalji u tefagħhom fil-barriera ta’ Lubbock – li wassal lill-midja biex tagħtih il-laqam ta’ ‘The Suitcase Killer’. Il-ħajja ta’ Rodriguez Rodriguez qal li huwa kellu trobbija diffiċli għax missieru kien iħobb il-qatra u kien jikkontrollalu ħajtu hu. Meta kiber daħal suldat u spiċċa bħala marine reserve. Rodriguez daħal jistudja fit-Texas Tech University f ’Lubbock u kien jaħdem żewġ xogħlijiet, wieħed klerikali u l-ieħor f ’ħanut talikel. Id-delitt ta’ Summer Lee Baldwin Fit-13 ta’ Settembru tal-2005 instab il-katavru ta’ Summer Lee Baldwin fil-barriera ta’ Lubbock. Mill-awtopsja rriżulta li hi qalgħet diversi daqqiet u li ġiet fgata. Baldwin, li kellha 29 sena, kienet taħdem bħala prostituta f ’Lubbock u kienet irrapportata nieqsa jumejn qabel instab il-katavru tagħha. Il-każ tagħha kien ta’ interess kbir għallFBI għax hi kienet xhud f ’każ federali. Mill-awtopsja rriżulta wkoll li Baldwin kellha ħames ġimgħat tqala. Il-pulizija saru jafu li kien Rodriguez li qatilha mill-Universal Product Code (UPC) tal-bagalja li nstabet fiha. L-FBI saru jafu li Rodriguez xtara l-bagalja u ħallas bil-karta ta’ kreditu tiegħu minn Walmart ġurnata qabel instab il-katavru ta’ Baldwin. Apparti l-fatt li uża l-karta ta’ kreditu personali tiegħu, bħala evidenza kien hemm ukoll il-filmat tas-CCTV tal-istess stabbiliment. Meta Rodriguez ġie arrestat u interrogat, hu qal li hu u Baldwin marru f ’lukanda bejn il-11 u t-12 ta’ Settembru fejn kellhom x’jaqsmu sesswalment. Kompla jgħid li Baldwin bdiet tagħmel użu mid-droga u pruvat tattakkah b’sikkina iżda hu ddefenda lilu nnifsu billi fgaha.

ħabs minflok il-piena kapitali jekk jammetti li hu kien qatel ukoll lil Joanna Rogers, iżda Rodriguez reġa’ darlu fl-aħħar ħin qabel tittieħed id-deċiżjoni. Minħabba f ’hekk, huwa nstab ħati għall-istupru u qtil ta’ Summer Lee Baldwin u ngħata l-piena kapitali. L-avukati ta’ Rodriguez ma qablux mas-sentenza mogħtija u qajmu d-dubji tagħhom fuq ix-xhieda tal-eżaminatur mediku – dik li l-vittma kienet stuprata. Li kieku l-każ kellu jkun ta’ qtil u mhux ta’ qtil u stupru, is-sentenza tal-mewt kienet taqa’ u tinbidel f ’waħda ta’ ħabs. Issemma każ fejn persuna li kienet taħdem mat-tabib mediku qalet li t-tabib Dr Natarajan kien dejjem jiskarta mill-uffiċċju u jħalli xogħlu jsir minn nies li ma kinux midħla tal-awtopsja u mbagħad jiffirma f ’ismu. Din il-persuna kienet spiċċat tkeċċiet minn xogħolha iżda wara ngħatat is-somma ta’ $230,000 minn Dr Natarajan u mill-Lubbock County bħala kumpens. L-avukat ta’ Rodriguez baqa’ jinsisti fuq in-nuqqas ta’ dettalji li ngħataw fuq l-awtopsja ta’ waħda mill-vittmi, liema awtopsja saret minn Dr Natarajan. Minkejja dan, kollox waqa’ fuq widnejn torox u s-sentenza tal-mewt baqgħet kif kienet. Qabel ma Rodriguez ingħata l-injezzjoni fatali l-għada ta’ għeluq żmienu, fis-27 ta’ Marzu tal-2018, huwa qal li għandha ssir investigazzjoni fuq l-Imħallef li mexxa l-ġuri u fuq l-eżaminatur mediku Dr Natarajan għax huma akkużaw ħafna nies inġustament. Huwa sejjaħ ukoll għal bojkot fuq in-negozji ta’ Texas sakemm il-piena kapitali titneħħa darba għal dejjem.

Sejba oħra fil-barriera ta’ Lubbock Waqt l-interrogazzjoni, Rodriguez ammetta li hu qatel ukoll lil Joanna Rogers sena qabel Baldwin u għen lill-awtoritajiet isibu l-katavru tagħha. Wara tfittxija intensiva, f ’Ottubru tal-2006 instabet bagalja oħra bil-katavru ta’ Rogers. Hu qal li qatel lil Rogers wara li kellha xi tgħid miegħu għax ma riedx iħallasha tas-servizzi sesswali u saret vjolenti. Il-pulizija diġà kellhom suspett li Rodriguez kellu x’jaqsam mal-għejbien tagħha għax kienu sabu messaġġi u telefonati li saru bejn il-vittma u l-qattiel. Il-ġuri Il-prosekuturi offrew lil Rodriguez għomor il-

Rodriguez qal li huwa kellu trobbija diffiċli għax missieru kien iħobb il-qatra u kien jikkontrollalu ħajtu hu. Meta kiber daħal suldat u spiċċa bħala marine reserve


26

02.08.2020

kullhadd.com

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

02.08.2020

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 340

DOMNIC XUEREB - BIRKIRKARA

Bi 3 Numri B’4 Numri 0130 170 0137 175 0295 233 0374 320 0707 346 1646 516 2273 573 2279 746 2477 776 2484 783 2803 863 3823 931 4048

4050 4238 4269 4307 4771 5277 5729 6013 6214 6532 6838 7215 7218 7251

7433 7448 7505 7684 8163 8261 9202 9662 9821 B’5 Numri 03110 03777 09360

09895 18110 20886 23932 38813 39981 45493 60477 72748 77181 79193 88658 89353 90875

1. 4. 7,16. Bi 8 Numri 9. 99828 27410536 B’6 Numri 97487725 10. 070062 12. B’9 Numri 16. 212579 018576223 18,19. 299981 622744498 440258 B’7 Numri B’10 Numri 0467183 7832622616 1702236 8652812881 2306379 3471532

Mimdudin: Fir-rebbiegħa l-aqwa tagħhom (5) Edifiċji (4) Iżommu s-soqfa (6) Royal Malta Artillery (1,1,1) Ixxidd (6) Imnaqqas (6) Ara 7 Kunjom (5)

19. 20,23. 21. 23. 24.

Ara 18 Mitlufin? (9) Ara 8 Ara 20 Xogħol il-gowler (5)

Weqfin: 1. Ġerħa (6) 2,11. Mhux ġodda (5) 3,12W. Iġibhom il-pustier (5) 5,22. Ksaħt (6)

6,21W. Taħżen (6) 8,21M. Deċiżjoni? (12) 11. Ara 2 12. Ara 3 13. Hekk jgħajtu lil Doris (3) 14. Tikber? (6) 15 Tikber taħt wiċċ il-ħamrija (6) 17. Kif jgħajtu lil Yvonne (3) 21. Ara 6 22. Ara 5

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Torti, 4.Brim, 7,23.Naħslu, 9,12 wieqfa. Naħal, 10.Dritti, 12.Abbuża, 18,19.Ammen, 20.Kreta, 24.Igara

Weqfin: 1,17.Tindaħalx, 2,16.Raħħal, 3,11. Indub, 5.Rit, 6.Mai, 8.Argumenti, 13,21 mimduda. Baraxx, 14.Amanda, 15.Ħniena, 21.AMH, 22.Xal


28

02.08.2020

kullhadd.com

MA JISTA’ JINBIDEL XEJN Editorjal

in-Nazzjonalisti sinċieri, bħall-maġġoranza assoluta tal-poplu, assolutament ħalfu li ma jmorrux lura għat-tmexxija arroganti ta’ qabel l-2013

Bid-deċiżjoni tal-Kunsillieri Nazzjonalisti lbieraħ ma nbidel u mhu se jinbidel assolutament xejn. Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ tipikament l-istess bħalma kien jumejn ilu jew saħansitra sentejn ilu. L-istess jgħodd li kieku l-membri tal-Kunsill Ġenerali lbieraħ għażlu t-triq l-oħra li kellhom quddiemhom, jiġifieri li t-tesserati tal-Partit jivvotaw f ’elezzjoni ta’ Kap minflok jieħdu vot ieħor ta’ fiduċja filKap attwali. L-argument li jwassalna għal dan il-ħsieb hu wkoll wieħed simplistiku ħafna. Kollox, iżda, irid jitlaq millpunt li l-problemi tal-PN la jibdew u lanqas jispiċċaw ma’ Adrian Delia, kif ovvjament qed ipinġu s-sitwazzjoni l-avversarji interni tiegħu. Issinjali tal-konsenturi fil-PN – kif ġustament ġieli rrimarka Delia nnifsu – kienu ilhom ġejjin sa minn żmien Eddie Fenech Adami, li reħa t-tmun minn idejh 16-il sena ilu. Daqstant hi fonda l-problema, l-epiċentru tal-kriżi kollha. Dan ma jgħoddx għallfini ta’ statistika elettorali biss, jiġifieri mindu n-numri

bdew jabbandunaw ftit ftit littmexxija Nazzjonalista sakemm waslet fil-punt li tkun skreditata b’maġġoranza ta’ aktar minn 40,000 vot favur il-Partit Laburista fl-aħħar elezzjoni ġenerali jew b’aktar minn 70,000 vot, jekk nieħdu wkoll l-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika. F’dan ir-rigward, ilpredeċessur tiegħu Simon Busuttil ukoll daq dan l-imrar kollu kemm dam hu Kap bejn l-2013 u l-2017. Terġa’ u tgħid, blinterċessjonijiet tiegħu, ukoll qatt ma wera sinjali li seta’ jwaqqaf din it-tendenza b’xi mod, wisq inqas kien f ’pożizzjoni li jirriversjaha kompletament biex iġib lill-PN rebbieħ billi jikseb mill-ġdid ilfiduċja tal-elettorat. Bil-paroli kollu tiegħu, l-attakki insensati u l-akkużi infondati biex jipprova jiskredita lill-avversarji, is-sitwazzjoni baqgħet tiddeterjora għalih u għall-PN. Ovvjament xejn minn dan mhu se jiġi minfuħ illum ilġurnata mill-alleati tiegħu li fadal iferfru fil-PN jew il-fdalijiet talhekk imsejjaħ establishment, li flaħħar żminijiet (u partikolarment mindu tilfu l-kontroll ukoll tad-

Dar Ċentrali) għamlu ħilithom kollha biex imbottaw għal dawn il-miżuri estremi fil-Partit kontra Delia. Bid-deċiżjoni tal-ġimgħa l-oħra fl-Eżekuttiv li jkun hemm tali għażla mill-Kunsill ħalli eventwalment titressaq mistoqsija definittiva quddiem ittesserati, kif se jiġri u kif jesiġi l-istatut tal-Partit, il-miżien kien diġà mxaqleb lejn il-Kap attwali aktar milli lejn il-fazzjoni ta’ kontrih. Ħalliha li dawn tal-aħħar ħarġu jiċċelebraw ukoll. Għaldaqstant anke jekk issa se jkollu jiffaċċja lil xi favorit talfazzjoni Busuttil f ’tellieqa għallħatra mill-ġdid ta’ Kap quddiem l-eluf tat-tesserati fejn aktarx għandu maġġoranza tajba, ilbidu tat-tmiem tal-establishment Nazzjonalista xorta waħda hu mmarkat ċar, kif ġie indikat lilna minn esponenti veterani fid-Dar Ċentrali ġimgħa ilu. Għax kif nafu, taqta’ ċ-ċorma żgħira tal-fazzjoni distruttiva, in-Nazzjonalisti sinċieri, bħallmaġġoranza assoluta tal-poplu, assolutament ħalfu li ma jmorrux lura għat-tmexxija arroganti ta’ qabel l-2013. Min jaħseb ukoll

li jista’ jdawwar id-deċiżjoni ta’ tliet snin ilu mit-tesserati li għażlu b’qawwa li jinfatmu kompletament minn dik issitwazzjoni allura qed jarralu blikrah u ma fehem xejn. Konvinti li anke l-Kap Nazzjonalista issa weżinhom u ġarrabhom biżżejjed biex, fl-aħħar, irrassenja ruħu li ma jridhomx ħabbata wara biebu, għax dawn mhux ta’ ma jafdahom xi darba, aħseb u ara kemm tista’ tafdahom wara t-tielet darba. Meta jingħad dan u kemm-il darba Delia jkun ikkonfermat fit-tmexxija, irridu nkunu ċwieċ aħna jekk naħsbu u nemmnu li t-telliefa altru milli se jisparixxu mill-politika jew se jħallu lillOppożizzjoni titmexxa b’serenità f ’pajjiżna, kif qiegħda titkarrab id-demokrazija. Għalhekk se jkun il-vot suprem tal-poplu li jnaddaf tassew il-qiegħa f ’elezzjoni ġenerali oħra biex Malta jkollha s-solliev li teħles minn din ilmorsa li, avolja ma żammitx il-ħidma u l-għaqal tal-Partit Laburista fil-Gvern li jwettqu l-ġid għal ġensna, ħolqot sħaba densa u tqila fuq kollox.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.