Ħarġa Nru 1,499
Prezz €1
Rapport f’paġna 11
Ritratt: KIAN BUGEJA /DOI
Il-Ħadd, 3 ta’ April, 2022
INTERVENT IEBES GĦAL GRECH ANKE FUQ IN-NET!
PAPA FRANĠISKU: MALTA HI L-QALB TAL-MEDITERRAN Il-Qdusija Tiegħu milqugħ fost l-akbar solidarjetà u mħabba tal-Maltin u l-Għawdxin fuq il-gżira ta’ Pawlu fl-ewwel żjara li tasal fi tmiemha llum stess
“Malta hi l-qalb tal-Mediterran”. Hekk iddeskriva lil pajjiżna l-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku meta kien qed jindirizza lill-ogħla awtoritajiet ta’ pajjiżna, lis-soċjetà ċivili u lill-korp diplomatiku lbieraħ filgħodu fil-Palazz tal-President fil-Belt Valletta eżatt wara l-wasla tiegħu fostna għal żjara ta’ jumejn. Fid-diskors tiegħu, mibni u mnebbaħ mill-valuri ta’ ġensna, il-Kap tal-Knisja Kattolika osserva li mhuwiex b’kumbinazzjoni li fil-mapep antiki tal-Mediterran, il-warda tar-riħ titpoġġa qrib il-gżira ta’ Malta. “Mhux biss minħabba l-pożizzjoni, imma n-nisġa ta’ ġrajjiet storiċi u l-laqgħa ta’ popolazzjonijiet, lil dawn il-gżejjer ilhom eluf ta’ snin li sawruhom bħala ċentru ta’ vitalità u kultura, ta’ spritwalità u sbuħija, salib it-toroq li għaraf jilqa’ u jwaħħad flimkien influwenzi ġejjin minn diversi nħawi. Din id-diversità ta’ influwenzi tfakkar fil-varjetà ta’ rjieħ karatteristiċi ta’ dan il-pajjiż.” Tkompli f’paġna 3
02
03.04.2022
DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 16°C L-Inqas Temperatura: 10°C L-Indiċi UV: 6 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Pressjoni għolja tiksi ċ-Ċentru tal-Mediterran It-Temp: Ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mill-Majjistral li jsir ħafif mill-Grigal Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Moderat L-Imbatt: Moderat mill-Majjistral li jsir baxx It-Temperatura tal-Baħar: 16°C
email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
19°C UV 2
13°C
Il-Ħamis
KUNTATT ĠENERALI
19°C UV 5
12°C
Il-Ġimgħa
18°C UV 9
12°C
Is-Sibt
KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
19°C UV 9
12°C
19°C UV 9
12°C
19°C UV 9
12°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Royal Pharmacy, 271, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21252396 National Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, Il-Ħamrun – 21225539 Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487020 The Local Dispensary, Triq Kan. K. Pirotta, Birkirkara – 21493549 O’Hea Pharmacy, 128, Triq Manoel, Il-Gżira – 21330268 Brown’s Medical Plaza Dispensing Chemists, Cass-i-Mall Buildings, Vjal ir-Riħan, San Ġwann – 21372195 Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21335492 St. Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Ħ’Attard – 21413442 St. Mary Pharmacy, Mġarr Dispensing Chemists, 71, Triq Sir Harry Luke, L-Imġarr – 21580711 Health & Co Pharmacy, Triq l-Erba’ Mwieżeb, San Pawl il-Baħar – 79790119 Sonren by Milia’s Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien – 21672757 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 San Ġwakkin Pharmacy, 1, Triq Sant’Anna, Marsaskala – 21637994 Health Junction Pharmacy, Triq Alfred Cachia Zammit, Iż-Żejtun – 21898728 Qrendi Pharmacy, 6, Triq il-Kbira, Il-Qrendi – 21683781 Remedies Pharmacy, Peter Pan, Triq Nikola Zammit, Is-Siġġiewi – 21460828 Imtarfa Pharmacy, 207, Triq San David, L-Imtarfa – 21451261 Għawdex Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21551841 Nadur Pharmacy, Pjazza t-28 t’April 1688, In-Nadur – 21563589 L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
03.04.2022
03
ENTUŻJAŻMU KBIR F’MALTA U F’GĦAWDEX jattiv sew. Mal-wasla fl-Ajruport hu kien milqugħ mill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, partikolarment F’diskors mibni fuq diversi temi u messaġġi mill-President tar-Repubblika George Vella u b’enfasi fuq il-ħajja umana, minn kull lat tagħha, l-Prim Ministru Robert Abela. il-Papa qal li fil-bażi ta’ tkabbir solidu hemm Wara kellu laqgħat ta’ korteżija fil-Palazz ilil-persuna umana, ir-rispett lejn il-ħajja u d-din- Belt mal-istess President Vella u s-Sinjura tiegħu jità ta’ kull raġel u kull mara. Hu ħeġġeġ biex il- fis-Sala tal-Ambaxxaturi, mal-Prim Ministru, poplu Malti jissokta jiddefendi l-ħajja mill-bidu martu u binthom fis-Sala tal-Paġġi u mal-awsat-tmiem naturali tagħha, iżda wkoll biex f’kull toritajiet u l-korp diplomatiku fis-Sala tal-Gran waqt iħarisha milli tkun skartata u milli tisfa Kunsill. Fi Pjazza San Ġorġ il-Papa ntlaqa’ minn ttraskurata. għadd ta’ persuni f’attività ta’ kant u talb. “Il-Mediterran għandu bżonn responsabbiltà Mill-Palazz tal-Gran Mastru, il-Papa mar Ewropea komuni u maqbula biex isir mill-ġdid in-Nunzjatura fir-Rabat għal laqgħat u ħin ta’ teatru ta’ solidarjetà u ma jkunx il-fruntiera ta’ mistrieħ, qabel imbagħad reġa’ niżel fil-Port ilnawfraġju traġiku ta’ ċiviltà.” Diskors li mess Kbir minn fejn bil-katamaran beda vjaġġ lejn ukoll l-indinjità tal-gwerer, “bir-riskju ta’ gwer- Għawdex fejn qatta’ l-kumplament tal-ewwel ra bierda mifruxa”, il-bżonn tal-kisba tal-paċi, ġurnata taż-żjara tiegħu. it-tħaris tal-ambjent u wkoll politika nadifa, u Mill-Belt Victoria għal Ta’ Pinu l-Popemoli l-progress m’għandux jaqtagħna mill-għeruq bile għaddiet minn Triq il-Papa Ġwanni Pawlu tal-valuri. II, imsemmija għall-ewwel Papa li żar il-gżejjer Diskors li temmu: “Jalla Malta, il-qalb tal-Med- tagħna u li kien għadda minnha fi triqtu lejn Ta’ iterran, tkompli ssaħħaħ it-taħbit tal-qalb Pinu fis-26 ta’ Mejju 1990. Fil-bidu ta’ din it-triq tat-tama, il-kura għall-ħajja, l-akkoljenza tal- hemm monument tal-bronż ta’ Ġwanni Pawlu ieħor, il-ħerqa għall-paċi bl-għajnuna ta’ Alla, li II li kien twaqqaf mill-Fondazzjoni Papa Ġwanni ismu huwa paċi. Ħa jbierek Alla lil MalPawlu II. Kienet xena sabiħa ħdejn dan ta u lil Għawdex!” Diskors qawwi li il-monument meta l-Papa Franġisegwa wkoll diskors b’messaġġi sku ntlaqa’ mit-tfal tal-Kor Regiprofondi mill-President George na Angelorum tal-Parroċċa ta’ Vella. Marija Assunta Inkurunata, Matul dan il-vjaġġ appos taż-Żebbuġ, li kantawlu innu toliku, l-ewwel wieħed din ta’ merħba li nkiteb apposIl-Mediterran jeħtieġ is-sena, il-Papa se jkun ta għall-okkażjoni. qed jagħti żewġ diskorsi u Wara l-laqgħa ta’ talb responsabbiltà Ewropea żewġ omeliji li matulhom fis-Santwarju tal-Madonna komuni biex isir mill-ġdid Ta’ Pinu f’Għawdex u wara iwassal il-messaġġ tiegħu lill-Insara u lill-poplu kollu li għadda messaġġ waqt teatru ta’ solidarjetà … ta’ Malta u Għawdex qabel omelija, il-Papa ltaqa’ ma’ mhux fruntiera ta’ iħalli l-pajjiż aktar tard illum. għadd ta’ ħaddiema mill-qanawfraġju traġiku Din iż-żjara kellha ssir sam soċjali u wara reġa’ lura sentejn ilu, imma kellha tiġi lejn Malta permezz tal-vapur Ta’ posposta minħabba l-imxija talPinu tal-Gozo Channel biex temm pandemija. Ta’ min jinnota li l-posti l-ewwel jum fin-Nunzjatura Appostojiet li qed iżur il-Papa f’dawn il-jumejn lika fir-Rabat. huma l-istess bħal dawk li kienu programmaMinn kull fejn għadda l-Papa kien milqugħ ti sentejn ilu, għalkemm jidher li din id-darba b’entużjażmu kbir u l-istess mistenni llum hekk ż-żjara hi kemm kemm itwal. kif tissokta u tintemm iż-żjara. Il-Papa jibda Lejlet is-36 vjaġġ appostoliku tiegħu barra l-ġurnata l-ewwel b’laqgħa privata mal-Ġiżwiti l-Vatikan, kif jagħmel qabel kull vjaġġ appos- fin-Nunzjatura Appostolika fir-Rabat u wara żjatoliku, il-Papa żar il-Bażilika ta’ Santa Marija ra fil-grotta ta’ San Pawl fil-Bażilika ta’ San Pawl Maggiore biex hemm jitlob u jafda din iż-żjara fir-Rabat. f’idejn il-Madonna. It-tema magħżula hija meħuIl-qofol taż-żjara jintlaħaq bil-quddiesa fuq da mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli “Ġabu ruħhom il-Fosos tal-Furjana li għaliha applikaw biex jatmagħna bi ħlewwa liema bħalha” (Atti 28:2) tendu 12,000 ruħ u li fit-tmiem tagħha jingħad u hi mnebbħa minn riflessjoni li kien għamel l-Angelus. Din se tkun segwita minn laqgħa il-Papa Franġisku meta f’Jannar li għadda kien mal-migranti fil-Laboratorju tal-Paċi Ġwanni qed jagħmel il-ħsieb tiegħu fuq is-silta mill-Atti XXIII f’Ħal Far. tal-Appostli, li tirrakkonta kif l-Appostlu MissierWara din il-laqgħa tant mistennija, fuq insisna San Pawl wasal Malta fin-nawfraġju. tenza tal-Papa stess, issir iċ-ċerimonja tat-tluq Il-Papa, li llum jgħodd 85 sena, wasal f’pajjiż- fl-Ajruport biex il-Qdusija Tiegħu jirritorna lejn na ftit qabel l-10:00 a.m. fil-bidu ta’ jum impen- Ruma abbord titjira tal-Air Malta.
Ritratti: OMAR CAMILLERI (DOI) u PAPAFRANGISKU.MT
Tkompli minn paġna 1
04
Chris Fearne, Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa
03.04.2022
Owen Bonnici, Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali
Julia Farrugia Portelli, Ministru Aaron Farrugia, Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u għat-Trasport, l-Infrastruttura d-Drittijiet tal-Konsumatur u l-Proġetti Kapitali
Clifton Grima, Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni
Stefan Zrinzo Azzopardi, Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar
Ian Borg, Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ
Michael Falzon, Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal
Anton Refalo, Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali
Clint Camilleri, Ministru għal Għawdex
Byron Camilleri, Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza
Clayton Bartolo, Ministru għat-Turiżmu
Jonathan Attard, Ministru għall-Ġustizzja
Jo Etienne Abela, Ministru għall-Anzjanità Attiva
Andy Ellul, Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali
L-AKTAR KABINETT ŻAGĦŻUGĦ FLIl-Kabinett il-ġdid ta’ Robert Abela hu l-aktar wieħed żagħżugħ fl-istorja, b’età ferm iżgħar minn kull tim ministerjali preċedenti. Il-grupp il-ġdid ta’ Ministri għandu medja ta’ 43 sena, bl-iżgħar ministru jkun dak għal Għawdex Clint Camilleri, li għandu 34 sena. Inċidentalment il-Ministru l-aktar anzjan (65 sena), Anton Refalo, ukoll ġej minn Għawdex. Jekk wieħed jinkludi s-Segretarji Parlamentari, 10 mit-22 membru tal-Kabinett huma taħt l-40 sena. Il-Kabinett ta’ Robert Abela għandu età medja li tirrifletti dik tal-popolazzjoni ta’ pajjiżna. Dan jispjega għaliex il-proposti u l-politika tal-Partit Laburista jirriflettu tant mill-qrib il-pri-
joritajiet tal-elettorat. Din hi l-ewwel darba li l-età medja tal-Kabinett hi daqs dik tal-popolazzjoni, hekk kif kabinetti preċedenti dejjem kienu jkunu ixjeħ mill-medjan nazzjonali. Pereżempju, l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista kellha età medja ta’ 49 sena, u tnejn biss mill-membri tagħha kienu taħt l-40. L-ewwel Kabinett ta’ Robert Abela kellu età medja simili ta’ 48 sena, għalkemm kellu tmienja mill-membri tiegħu li kellhom inqas minn 40 sena. Minbarra li reġa’ ta fiduċja sħiħa liż-żgħażagħ li kkontestaw b’suċċess l-elezzjoni ġenerali, il-Prim Ministru għal darb’oħra ħatar lill-Membri Parlamentari Għawdxin kollha bħa-
la ministri. Din hi prova oħra ċara tal-impenn ta’ Robert Abela, li jpoġġi lil Għawdex fiċ-ċentru tat-tfassil tal-politika u issa għandna wieħed minn kull sitt ministri li huma Għawdxin. Il-Prim Ministru reġa’ inkluda wkoll fil-Kabinett tiegħu lin-nisa kollha eletti, meta ħatar tnejn bħala ministri u waħda bħala segretarju parlamentari. Huwa indika wkoll li se jaħtar aktar nisa bħala segretarji parlamentari hekk kif il-Grupp Parlamentari jiġi mogħni b’oħrajn kemm wara t-tmien elezzjonijiet każwali li jridu jsiru u għall-ewwel darba jintuża l-mekkaniżmu tal-bilanċ bejn ilġeneri.
B’dan l-eżerċizzju jistgħu jiżdiedu sa mhux aktar minn sitt nisa oħrajn man-naħa tal-Gvern. Il-Kabinett il-ġdid ta’ Abela jinkludi taħlita tajba ta’ esperjenza u demm ġdid, b’erba’ ministri ġew eletti għallewwel darba fl-Elezzjoni Ġenerali 2022 u l-istess l-erba’ segretarji parlamentari maħturin s’issa. Ministru wieħed biss serva bħala ministru fl-ewwel Kabinett Laburista tal-2013, filwaqt li tlieta kienu servew bħala Segretarji Parlamentari. Dan it-tim bilanċjat issa jibda l-kompitu li jittrasforma l-1,000 proposta tal-manifest elettorali f’1,000 kisba ġdida għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.
05
03.04.2022
IL-BLUE HEROES GĦADHOM FAZZJONI QAWWIJA FIL-PN Roderick Galdes, Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli
Silvio Schembri, Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet
Miriam Dalli, Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża
Clyde Caruana, Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol
Alison Zerafa Civelli, Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali
Keith Azzopardi Tanti, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni
ISTORJA Il-Kabinett il-ġdid jinkludi taħlita tajba ta’ esperjenza u demm ġdid, b’erba’ ministri li ġew eletti għall-ewwel darba f’din l-elezzjoni u erbgħa li kienu fil-Kabinett tal-2013
Chris Bonnett, Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej
Ħafna qed jargumentaw li l-Elezzjoni Ġe vot jew kwart tar-riżultat tal-2017 għal nerali tal-2022 tat daqqa mortali għall- dan il-grupp. Madankollu, dan it-tnaqqis fazzjoni tal-Blue Heroes fi ħdan il-Partit hu dovut l-aktar għall-prestazzjoni elettoNazzjonalista. Dan l-aktar minħabba li rali katastrofika tal-Eks Viċi Kapijiet Beppe d-destin elettorali ta’ Jason Azzopardi, u sa Fenech Adami u Mario de Marco, u Chris ċertu punt ta’ Karol Aquilina, l-aktar żewġ Said li falla meta ħareġ għat-tmexxija talmembri voċiferi fil-grupp, ġew ikkastigati PN. mill-elettorat u s’issa għadhom m’għamDawn il-bidliet x’aktarx wasslu biex vo luhiex mal-eletti. tanti li kienu jqisuhom bħala ż-żwiemel Minkejja dan, ħarsa lejn l-istatistika tagħhom ħasbu li aħjar isibu nies li jistgħu passata turi li Azzopardi u Aquilina qatt jilħqu pożizzjonijiet aktar għoljin. ma kienu l-heavyweights reali fejn jidħlu Jekk teskludi lil dawn it-tlieta, ħafna voti. Fl-elezzjoni ġenerali tal-2017 kisbu mill-Blue Heroes marru aħjar milli fl-2017. bejniethom l-ewwel preferenza ta’ 3,607 Fil-fatt, Claudette Buttigieg, Kevin Cutavotanti biss, minkejja li ħarġu fuq tliet dis- jar, Karol Aquilina, Ryan Callus u Stephen tretti differenti li jfisser medja ta’ Spiteri marru kontra x-xejra ġenvoti f’kull distrett ta’ 1,202. erali għall-Partit Nazzjonalista Meta wieħed jieħu l-Blue u rnexxielhom iżidu l-popoHeroes kollha li kkontestlarità elettorali tagħhom. aw l-Elezzjoni Ġenerali Minkejja dan, kienu biss Minn 66,000 vot 2017, isib li flimkien dawn Callus u Spiteri li ġew eletti bejniethom fl-2017, mill-ewwel u eletti saħankienu ġabu 66,318-il vot f’din l-elezzjoni jew kważi nofs il-vot Nazzsitra wkoll minn żewġ disjonalista kollu. Wara li f’Ottretti elettorali. ġabu inqas minn tubru tal-2020 irnexxielhom Dan ifisser li, minkejja kol 27,000 vot jikkonfoffaw biex itajru minn lox, il-grupp tal-Blue Heroes, postu lill-Eks Kap Adrian Delia, bħala rappreżentanti Parlamen il-Blue Heroes ġabu biss 26,754 vot tari tal-establishment li jifrex iżjed ’il bartal-ewwel preferenza jew 22% tal-vot Naz- ra mill-Partit u dawk li fuq kollox poġġew zjonalista fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet. lill-Kap attwali fil-pożizzjoni, jibqa’ xorta Għalhekk xi wħud qed jgħidu li din il-fazz- komponent sinifikanti tal-PN, tant li jamjoni naqset b’aktar min-nofs. monta għal kważi kwart tal-appoġġ NazIżda ħafna mit-tnaqqis hu dovut għal zjonalista. erba’ Eks Membri Parlamentari li ma Minbarra hekk, il-kampanja elettora kkontestawx l-Elezzjoni Ġenerali 2022. li tal-2022 uriet li minbarra l-membri Jekk dawn l-erbgħa jitneħħew, il-Blue He- oriġinali tiegħu, il-grupp tal-Blue Heroes roes fl-2017 kienu kisbu 36,643 jew 27% jistgħu jakkwistaw membri ġodda bil-għan tal-vot Nazzjonalista. li jkomplu jimblukkaw fazzjonijiet oħrajn fi Dan xorta jfisser telf ta’ kważi 10,000 ħdan il-PN milli jiksbu dominanza.
2017
2022
DIFFERENZA
Claudette Buttigieg
837
1,901
1,064
Kevin Cutajar
901
1,177
276
Karl Gouder
1,439
406
-1,155
Mario de Marco
4,721
2,253
-2,468
Toni Bezzina
2,847
762
-2,085
Karol Aquilina
1,110
1,334
224
Ryan Callus
3,027
3,908
881
Beppe Fenech Adami
8,679
3,469
-5,210
Chris Said
4,642
2,772
-1,870
Stephen Spiteri
5,943
6,715
772
Jason Azzopardi
2,497
2,057
-440
Therese Comodini Cachia
2,324
–
–
Marthese Portelli
4,090
–
–
Claudio Grech
2,606
–
–
Simon Busuttil
20,655
–
–
Dawk li ħarġu fiż-żewġ elezzjonijiet
36,643
26,754
-9,889
Il-Blue Heroes li ħarġu f’xi elezzjoni
66,318
26,754
-39,564
06
03.04.2022
L-AKBAR REBĦA MILL-INDIPENDENZA
Il-maġġoranza miksuba mill-Partit Laburista fl-aħħar elezzjoni hija l-akbar rebħa elettorali mill-Indipendenza ’l hawn. F’termini ta’ differenza fil-voti, hija akbar mir-rekord preċedenti, li kienet ir-rebħa tal-2017. L-aqwa rebħa tal-Partit Nazzjonalista f’termini ta’ differenza fil-voti kienet fl-1992 iżda din id-differenza kienet inqas minn terz tar-rebħa miksuba fl-elezzjoni li għadha kemm seħħet. F’termini ta’ differenza fil-voti, l-unika maġġoranza akbar kienet fl-1947 meta Pawlu Boffa għeleb Oppożizzjoni fjakka ħafna mill-Partit Kostituzzjonali li kien tilef il-mexxej storiku tiegħu Lord Gerald Strickland, li miet fl-1940, u Partit Nazzjonalista li kien għadu qed jerġa’ jarma lilu nnifsu wara l-internment tal-kap tiegħu Nerik Mizzi u oħrajn matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Fir-rigward tad-differenza fis-sehem tal-voti, l-elezzjoni tas-26 ta’ Marzu kellha distakk ta’ 13.4%. Dan kien ferm aktar mir-rekord preċedenti ta’ wara l-Indipendenza, li kien miksub fl-elezzjoni tal-2013. L-ikbar rebħa Nazzjonalista f’termini ta’ distakk
kellha marġni ta’ ftit aktar minn 5%. Minbarra d-differenza kbira tal-elezzjoni tal-1947, il-Partit Laburista kien mar tajjeb ħafna wkoll fl-1955, meta Dom Mintoff kien għeleb lill-Partit Nazzjonalista b’marġni ta’ 19.5%. Filwaqt li n-numru totali ta’ voti miksuba mill-Partit Laburista kien ftit inqas minn dak taż-żewġ elezzjonijiet preċedenti, l-ammont miksub xorta kien 11% ogħla mill-aqwa riżultat li qatt kiseb il-Partit Nazzjonalista. Barra minn hekk, f’żewġ distretti, il-Partit Laburista rnexxielu jżid in-numru tal-ewwel preferenzi, minkejja parteċipazzjoni aktar baxxa tal-elettorat. Il-Partit Laburista żied kważi 400 vot fis-sitt distrett biex immarka rekord ġdid għal dan id-distrett. Bl-istess mod, il-Partit Laburista kiseb l-aħjar riżultat li qatt kiseb fit13-il distrett, meta żied il-voti bi kważi 900. Ix-xejriet pożittivi f’dawn iż-żewġ distretti jirrappreżentaw kważi 60% tat-tkabbir fil-maġġoranza assoluta li kiseb il-Partit Laburista meta mqabbel mal-elezzjoni preċedenti.
DIFFERENZA FIL-VOTI
PERSENTAĠĠ TAD-DIFFERENZA (%)
1947
44,104
41.8
1950
(1,099)
-1.0
1951
262
0.2
1953
7,591
6.4
1955
19,933
19.5
1962
(12,288)
-8.2
1966
(6,882)
-4.8
1971
4,695
2.8
1976
6,303
3.1
1981
(4,142)
-1.9
1987
(4,785)
-2.0
1992
(13,021)
-5.3
1996
7,633
2.9
1998
(12,817)
-4.8
2003
(12,080)
-4.3
2008
(1,580)
-0.6
2013
35,107
11.5
2017
35,280
11.4
2022
39,465
13.4
2 DISTRETT
1 DISTRETT
Keith Azzopardi Tanti
ELEZZJONI
Deo Debattista
Aaron Farrugia
Robert Abela
Clyde Caruana*
Chris Agius
Alison Zerafa Civelli
07
03.04.2022
3 DISTRETT
Chris Fearne
4 DISTRETT
Owen Bonnici*
Carmelo Abela
Andy Ellul
Chris Fearne*
5 DISTRETT
Robert Abela*
Miriam Dalli
Owen Bonnici
Stefan Zrinzo Azzopardi
13
Silvio Schembri
8 DISTRETT
Silvio Schembri*
10 DISTRETT
Michael Falzon
Jonathan Attard
Christian Bonnett
Roderick Galdes
Ian Borg*
6 DISTRETT
7 DISTRETT
Ian Borg
Byron Camilleri
Julia Farrugia Portelli
Clyde Caruana
9 DISTRETT
Edward Zammit Lewis
11 DISTRETT
Clifton Grima
Miriam Dalli*
9
DISTRETT
Clifton Grima*
Michael Falzon*
12 DISTRETT
Alex Muscat
Clayton Bartolo
Michael Farrugia
*Distretti li għażel il-PL biex jiġu ċeduti fejn kandidati ġew eletti f’żewġ distretti. Il-Ħamis li ġej isiru l-elezzjonijiet każwali u wara jitħaddem ukoll il-mekkaniżmu tal-kwota tal-ġeneru, li jżid sa sitt deputati oħrajn biex ma jkunx hemm iżjed minn 20% differenza bejn is-sessi
DISTRETT
**Awtomatikament eletta bħala l-unika kandidata li kien fadal fil-lista tal-PL Clint Camilleri
Anton Refalo
Jo Etienne Abela
Rebecca Buttigieg**
Randolph Debattista***
***Magħżul mill-Mexxej u appoġġjat mill-Eżekuttiv biex jiġi co-opted
08
03.04.2022
RIŻULTAT IEĦOR KATASTROFIKU GĦALL-PN Il-Partit Nazzjonalista rnexxielu jikseb 41.7% tar minn 47%. Issa l-vot tagħhom huwa kwint tal-ewwel preferenzi kollha li ngħataw fl- anqas u d-differenza vantaġġ fis-sehem aħħar elezzjoni. Dan ifisser li taħt it-tmexxija tal-voti mal-Partit Laburista naqas b’aktar ta’ Bernard Grech, inkiseb l-agħar persentaġġ min-nofs. In-Nazzjonalisti naqqsu l-persentaġġ taltal-voti li l-Partit irnexxielu jikseb mill-elezzjoni ġenerali tal-1955 ’l hawn. B’hekk Bernard vot tagħhom fid-distretti kollha, iżda b’mod Grech irnexxielu jieħu lura lill-Partit Nazz- relattiv l-aktar riżultat diżastruż tagħhom jonalista għal żmien meta dan kien immexxi kien f’Għawdex. Is-sehem tal-vot tagħhom fit-tlettax-il distrett minn George Borg Olivier. naqas għal inqas minn L-ogħla persentaġġ 44% għall-ewwel dartal-voti li qatt kiseb il-Parba mill-1955 ’l hawn, tit Nazzjonalista kien filwaqt li n-numru ta’ fl-elezzjonijiet tal-1998 u voti mar lura għal dak li l-2003 meta rnexxielu jikkien fl-1998. seb 51.8%. Dan is-sehem Sal-2003, in-Nazzjo kien inkiseb ukoll fl-1992. nalisti kienu kapaċi jikMill-2003 ’l hawn in-Nazsbu kważi 60% tal-voti zjonalisti raw is-sehem kollha f’Għawdex. Fltal-voti tagħhom jonqos aħħar żewġ deċennji b’10.1 punti perċentwali, tilfu kważi 15-il punt jew bi kwint. perċentwali jew kwart F’termini ta’ għadd ta’ tas-saħħa tagħhom. voti, taħt it-tmexxija ta’ F’termini ta’ popolarità Bernard Grech, il-Partit Laburista, Għawdex issa Nazzjonalista rnexxielu huwa kważi l-ekwivaljikseb 123,233. Dan kien enti tas-seba’ distrett. l-inqas numru ta’ voti mikL-unika darba li suba mill-Partit Nazzjonl-Par tit Laburista kkalista mill-elezzjoni ġenmanda grad ta’ popoerali tal-1987, meta l-Partit larità f’Għawdex hekk Nazzjonalista kien imb’saħħtu kien meta mexxi minn Eddie Fenech n-nannu ta’ Clint CaAdami. B’hekk anke hawn milleri kien Membru Bernard Grech irnexxielu tal-Parlament, eżatt jieħu lura l-Partit fil-paswara li l-isplit tal-Partit sat li tant ftaħar bih waqt Laburista ntemmet fisil-kampanja elettorali. snin ħamsin. L-ogħla ammont ta’ Bħal dak li ġara fl-ewvoti li kisbu n-Nazzjonwel distrett, it-tlettax-il alisti kien fl-2003 meta Bil-politika attwali tiegħu, distrett nbidel minn rċevew 146,172 preferenil-PN reġa’ mar lura għal za. Minn dakinhar, tilfu fortizza Nazzjonalista għal distrett Laburista. kważi 23,000, jew wieħed żmien Anġlu Camilleri Dan il-proċess jidher li minn kull sitt voti li kisbu l-Bedeq (inset), in-nannu issa qed jiġri fit-tnax-il fl-2003. Nofs it-tnaqqis ta’ Clint Camilleri, li llum distrett, fejn fl-aħħar fil-voti seħħ taħt it-tmexxinzerta hu l-Ministru elezzjoni għall-ewwel ija ta’ Bernard Grech. attwali għal Għawdex darba l-Partit NazzjonB’hekk Bernard Grech alista naqas li jikseb kiseb ir-rekord tal-aktar Kap tal-Partit Nazzjonalista li naqqas voti maġġoranza relattiva. Lura fl-2003 it-tnax-il distrett kien it-tieni l-aktar fortizza Nazzjonmill-elezzjoni preċedenti. Il-Partit Nazzjonalista kiseb kważi 12,500 alista, b’sehem ta’ voti għall-Partit ta’ 62.1%. vot inqas milli għamel fl-2017. L-akbar telf f’termini assoluti kien fl-ewwel distrett, fejn il-voti niżlu b’1,950. L-ewwel distrett issa sar jixbah lis-sitt distrett f’termini ta’ popolarità tal-Partit Laburista. Taħt Bernard Grech DISTRETT il-Partit Nazzjonalista rnexxielu jikseb l-inqas numru ta’ preferenzi fl-ewwel distrett mill-1981 ’l hawn. Lura fl-2008 in-Nazzjonalisti kienu kisbu 10,586 preferenza hawn, jew kwart aktar milli għamlu din is-sena. It-tieni l-akbar tnaqqis kien 1,643 anqas voti fl-għaxar distrett. L-għaxar distrett huwa l-fortizza tradizzjonali Nazzjonalista, iżda din id-darba rnexxielhom jiksbu biss marġinalment aktar preferenzi milli kisbu fil-ħdax-il distrett. Lura fl-2003 in-Nazzjonalisti rnexxielhom jiksbu 15,728 preferenza fl-għaxar Darren Mario Carabott De Marco distrett, b’vantaġġ fis-sehem tal-voti ta’ ak-
1
NUMRI TA’ VOTI PN
PERSENTAĠĠ TAL-VOTI PN (%)
1955
48,514
40.2
1962
63,262
42.0
1966
68,656
47.9
1971
80,753
48.1
1976
99,551
48.5
1981
114,132
50.9
1987
119,721
50.9
1992
127,932
51.8
1996
124,864
47.8
1998
137,037
51.8
2003
146,172
51.8
2008
143,468
49.3
2013
132,426
43.3
2017
135,696
43.7
2022
123,233
41.7
NUMRI TA’ VOTI PN F’GĦAWDEX
PERSENTAĠĠ TAL-VOTI PN F’GĦAWDEX (%)
1955
4,735
40.7
1962
6,892
51.9
1966
8,188
65.6
1971
7,465
54.2
1976
9,075
56.8
1981
10,165
59.2
1987
9,429
54.2
1992
10,979
58.9
1996
10,700
53.7
1998
11,495
56.5
2003
13,217
58.8
2008
13,141
55.4
2013
12,551
49.9
2017
12,361
47.9
2022
11,580
43.9
2 DISTRETT
Stephen Spiteri
3 DISTRETT
Stephen Spiteri*
09
03.04.2022
4 DISTRETT
5 DISTRETT
Mark Anthony Sammut
6 DISTRETT
Bernard Grech*
Jerome Caruana Cilia
8 DISTRETT
Justin Schembri
Adrian Delia
10 DISTRETT
Adrian Delia*
Ryan Callus*
Joseph Giglio*
Robert Arrigo*
Ivan J Bartolo
Ivan Bartolo
David Agius
11 DISTRETT
Robert Arrigo
Mark Anthony Sammut*
12 DISTRETT
Ivan Castillo
Ryan Callus
9 DISTRETT
Beppe Fenech Adami
Joseph Giglio
7 DISTRETT
Bernard Grech
13 DISTRETT
Robert Cutajar
Graziella Galea
!
Alex Borg
Chris Said
*L-istatut tal-PN jisħaq li, sakemm il-liġijiet elettorali tal-pajjiż ma jipprovdux għal metodu ieħor, kandidat li jiġi elett f’aktar minn distrett elettorali wieħed, għandu jċedi s-siġġu f’dak id-distrett fejn fl-ewwel għadd ikun ġab l-inqas persentaġġ ta’ voti mill-kwota distrettwali. Il-postijiet vakati issa jiġu deċiżi bl-elezzjonijiet każwali li jsiru nhar il-Ħamis li ġej. Sussegwentement jitħaddem ukoll il-mekkaniżmu tal-kwota tal-ġeneru, li jżid sa massimu ta’ sitt deputati oħrajn biex fil-Kamra tar-Rappreżentanti ma jkunx hemm iżjed minn 20% differenza bejn iż-żewġ sessi Ian Mario Vassallo**
Toni Bezzina**
**Żdiedu bil-mekkaniżmu Kostituzzjonali tar-ripeskaġġ
10
03.04.2022
Ritratt: CLODAGH O’NEILL/DOI
FINANZI TAL-GVERN AĦJAR MIT-TBASSIR Fl-2021 id-defiċit tal-Fond Konsolidat naqas għal €1.242 biljun, minn €1.468 biljun fl-2020. Dan ifisser titjib ta’ €226 miljun jew 15%. B’hekk il-finanzi pubbliċi marru ħafna aħjar minn dak li kien imbassar fl-aħħar diskors tal-Baġit. Ta’ min ifakkar li dakinhar il-Ministru Clyde Caruana bassar li l-Fond Konsolidat kien se jkollu defiċit ta’ €1.520 biljun jew €50 miljun aktar minn dak tal-2020. Fir-reazzjoni tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kien tefa’ dubji fuq kemm dan jista’ jkun, għax argumenta li l-Ministru tal-Finanzi kien ottimist wisq fir-rigward tal-miri tad-dħul. Hu kien qal li l-istat tal-finanzi pubb liċi kien se jkun ħafna agħar u li l-Gvern kien qed jitlef il-kontroll tas-sitwazzjoni. Flok agħar milli mbassar, kif kien jiġri dejjem fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti, issa nafu uffiċjalment li s-sitwazzjoni fiskali tal-Gvern illum hi €278 miljun aħjar milli kien previst. Minbarra hekk, waqt li l-Gvern ukoll bassar li l-Prodott Gross Domestiku (PGD) kien se jkun €13.964 biljun, issa nafu li kien €14.534 biljun. Dan ifisser li, mentri fid-diskors tal-Baġit il-Ministru għall-Finanzi bassar defiċit ta’ 10.9% tal-PGD fuq il-Fond Konsolidat, fil-fatt irriżulta defiċit ta’ 8.5%. Essenzjalment f’termini relattivi d-defiċit kien kważi kwart inqas milli kien imbassar oriġinarjament. Id-dħul totali spiċċa kien €5.395 biljun jew €386 miljun aktar milli mbassar. Waħda mill-kawżi prinċipali għal dan kienet żieda straordinarja ta’ aktar minn nofs biljun
ewro fid-dħul mill-Income Tax. Fl-istess ħin iddħul mill-VAT tjieb b’aktar minn €200 miljun. Dan meta fir-reazzjoni tiegħu għad-diskors tal-Baġit, Bernard Grech kien argumenta li t-tbassir tal-Gvern dwar id-dħul mill-VAT kienu ottimisti wisq u ma setgħux jintlaħqu. Imqabbel mad-diskors tal-Baġit, l-infiq kien €108 miljun aktar milli mbassar. Madankollu, dan irrifletta l-allokazzjoni ta’ €180 miljun f’fond ta’ kontinġenza ħalli l-prezzijiet talenerġija jibqgħu stabbli din is-sena. Meta mqabbla mal-2020, aktar minn nofs iż-żieda fin-nefqa kienet dovuta għall-assistenza lin-negozji fil-pandemija jew għall-miżuri ta’ appoġġ biex il-prezzijiet jibqgħu stabbli. Il-kontribuzzjoni ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea żdiedet ukoll bi kważi €100 miljun, waqt li l-infiq fuq is-saħħa żdied ukoll b’€100 miljun oħra. Ta’ min ifakkar, li informazzjoni sa Frar turi li din is-sena l-istat tal-finanzi pubbliċi qed ikompli jitjieb u gradwalment qed imur lura għal dak li kien qabel il-pandemija. Ma’ dan irid jingħad ukoll li, sa Frar li għadda, il-Fond Konsolidat kellu defiċit ta’ ftit inqas minn €81 miljun, li jfisser titjib ta’ €247 miljun mir-riżultat tal-istess perjodu fl-2021. Dawn ir-riżultati fiskali għall-ewwel xahrejn tas-sena kienu l-aħjar li ġew osservati mill2019 lil hawn, minħabba li fl-2020 kien hemm defiċit ta’ €98 miljun fl-ewwel xahrejn u €328 miljun fl-2021, u fl-ewwel xahrejn ta’ sentejn ilu kienet għadha ma bdietx il-pandemija f’pajjiżna.
Fis-16 ta’ Awwissu 2021, il-Ministeru għas-Saħħa ingħata sa Miljun euro biex jindirizza l-ispejjeż li saru għall-implimentazzjoni taċ-Ċertifikat Diġitali tal-UE tal-COVID. Hu ta’ pjaċir li l-Ministeru għas-Saħħa jħabbar li ċ-Ċertifikat Diġitali tal- UE tal-COVID intemm b’suċċess. Il-Kummissjoni Ewropea vara l-Instrument ghas-Sapport ta’ Emergenza, li hu kkalulat li jiswa’ 2.7 Biljun Ewro u bbażat fuq il-prinċipju ta’ Solidarjetà. L-Instrument kien attivat fis 16 ta’ April 2020 biex jgħin lill-iStati Membri fl-isforzi li jirrispondu għall-kriżi tal-COVID-19, Permezz tal-Instrument ghas-Sapport ta’ Emerġenza, il-Kummissjoni Ewropea ikkommetta ruħu li jkun ta’ sapport għall-iStati Membri, inkluż Malta, b’għotja sa Miljun Euro biex jindirizza l-ispejjeż li saru meta ċ-Ċertifikat Diġitali tal-COVID ma kinitx qeda taħdem. Iċ-Ċertifikat Diġitali tal-UE tal-COVID – Malta tista’ tkun aċċessata mis-sit: https://certifikatvaccin.gov.mt Siti oħra relatati: Ċertifikati tal-iSwab u ta’ rkupru jistabu minn https://certifikatvaccin.gov.mt Apps tal-Android: https://play.google.com/store/apps/details?id=mt.gov.CovPassMalta&hl=en&gl=US https://play.google.com/store/apps/details?id=mt.gov.CovPassMTWallet&hl=en&gl=US App tal-Apple: https://apps.apple.com/gw/app/covpass-malta/id1573903602
DAN IL-PROĠETT HUWA FINANZJAT MILL-UNJONI EWROPEA
03.04.2022
11
IEBSA GĦAL GRECH ANKE FUQ IN-NET! Intervista telefonika ma’ NET FM, li l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech aktarx xtaq li ma jonfoħhiex wisq jew effettivament tintesa malajr kemm jista’ jkun, spiċċat ġibdet iżjed l-attenzjoni għall-fatt li mill-istudio fallew għadd ta’ tentattivi biex jaqbdu dirett miegħu. Fil-fatt, mid-9:00 a.m. (xħin kienet ippjanata l-intervista) is-semmiegħa tar-radju uf fi ċ jali tal-Partit Nazzjonalista kellhom jitqannew għal mill-inqas nofs siegħa ta’ sejħiet fil-vojt mill-ġurnalista ta’ NET News, repetizzjoni tal-mistoqsija li kienet imħejjija, tgedwid millKap tal-Oppożizzjoni fuq innaħa l-oħra tal-linja, reklami sfurzati biex jimlew il-vojt u saħansitra ħin relattivament twil ta’ silenzju assolut fuq il-frekwenza ta’ 101 FM. Meta fl-aħħar seħħ il-kollegament, Grech, b’vuċi li kienet diġà tinstema’ miksura sew, kompla biss bl-istess arroganza ta’ qabel ir-riżultat storiku ta’ tmiem il-ġimgħa. Anke jekk dan kien l-ewwel intervent tiegħu wara t-telfa bl-akbar maġġoranza fl-istorja mill-Indipendenza ’l hawn, il-magħżul
tal-establishment insista li mindu laħaq Kap hu rnexxielu jgħaqqad u jirriġenera lill-PN. Iżjed minn hekk, ma ddejjaqx lanqas jiddikjara li, għal dan, l-elettorat wieġeb b’mod pożittiv. Bi kliem minn taħt il-blat, Grech sab refuġju fl-għadd ikbar mis-soltu ta’ astensjonijiet li kien hemm f’din l-elezzjoni u, avolja l-PN kien l-aktar li sofra minn tali emorraġija, ipprova jpinġi stampa differenti. F’ħin magħżul apposta waqt li l-pajjiż kien se jkun aljenat biż-żjara tal-Papa, Grech spiċċa juża s-slogan Laburista biex jgħid li “l-Partit Nazzjonalista għandu futur sabiħ”. Sadanittant, iżjed tard ilbie raħ ukoll tħabbar li l-istrateġisti ta’ Grech; Ray Bezzina, l-Eks Chief of Staff ta’ George Pullicino, u s-sid tal-Lovin’ Malta Chris Peregin kienu dabbru rashom bil-kwiet. L-aħbar ingħatat biss f’kummenti lill-MaltaToday, filwaqt li t-tnejn, li wkoll ma lissnux kelma minn ġimgħa ilu, ġustament kienu wkoll qed jitgħabbew bil-piż ta’ din l-akbar telfa Nazzjonalista fl-istorja.
BL-INQAS RATA TA’ QGĦAD FIŻ-ŻONA EWRO GĦALL-ĦAMES XAHAR Fi Frar ir-rata ta’ qgħad f’pajjiż na baqgħet f’minimu rekord storiku ta’ 3.1%, skont il-Euro stat. Din hi l-inqas rata fost ilpajjiżi kollha taż-Żona Ewro, li naqsmu flimkien mal-Ġerman ja, li rnexxielha tlaħħaq malekonomija tagħna. Dan kien il-ħames xahar infila fejn Malta kellha l-inqas rata ta’ qgħad fiż-Żona Ewro, waqt li fl-Unjoni Ewropea kollha huma biss il-Polonja u r-Repubblika Ċeka b’rata aktar baxxa minna. Ir-rata tal-qgħad lokali issa hi punt perċentwali iżjed baxxa milli kienet fl-istess xahar tal2021, li tikkonferma r-reżiljenza tal-irkupru ekonomiku tagħna. Fil-bqija taż-Żona Ewro, ir-rata tal-qgħad hi ta’ 6.8%, jew aktar mid-doppju tar-rata ta’ pajjiżna. L-agħar sitwazzjoni tinsab fi Spanja fejn 12.6% tal-forza tax-xogħol bħalissa hi qiegħda.
Minn meta Dr Robert Abela sar Prim Ministru f’Jannar tal2020 il-qgħad naqas minn 3.5% għal 3.1% minkejja l-pandemija. Ir-rispons ekonomiku Mal ti għall-impatt tal-pandemija kien superjuri għal dak ta’ paj jiżi oħrajn taż-Żona Ewro, tant li għall-ewwel darba fl-istorja, Malta beda jkollha l-inqas rata ta’ qgħad fost dawn il-pajjiżi. Fid-diskors tiegħu għal Jum il-Ħelsien, il-Prim Ministru żve la li l-qgħad baqa’ f’xejra ’l isfel f’dawn l-aħħar ġimgħat tant li n-numru ta’ dawk li jirreġistraw għax-xogħol issa hu ftit aktar minn 1,000 persuna. Dan jikkuntrasta mal-fatt li fl-eqqel tar-riċessjoni tal2009, kien hemm kważi 8,000 persuna tirreġistra u f’Marzu tal-2013 mat-tmiem tal-Gvern Nazzjonalista kien hemm 7,350 persuna bla xogħol.
12
03.04.2022
IL-ĦIDMA GĦAL MALTA FLIMKIEN TKOMPLI HAWN
MIRIAM DALLI Ministru
Il-ħidma għal Malta Flimkien tkompli hawn. Tim Malta, immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela, lest u ppreparat biex l-1,000 proposta tal-manifest elettorali jissarrfu f’miżuri konkreti għal kwalità ta’ ħajja aħjar għan-nies. Livell ta’ għajxien li jilħaq l-aspirazzjonijiet tan-nies. Dan ma ngħiduhx bil-kliem imma nwettquh bil-fatti. Bħalma ħdimna tul dawn is-snin biex il-familji, in-negozji u ż-żgħażagħ ikunu megħjuna fl-oqsma differenti ta’ ħajjithom, hekk se nkomplu nagħmlu. Fuq kollox, irridu nagħtu
spinta ’l quddiem lill-ambjent bl-implimentazzjoni tal-wegħda tas-€700 miljun għal proġetti biex nirriġeneraw l-ambjent u nsebbħu żoni urbani. Inħossni onorata li l-Prim Ministru għoġbu jafdani b’din il-wegħda biex, flimkien mal-impenn favur is-settur tal-enerġija u l-ħidma favur l-intrapriżi, inkomplu nbiddlu dan il-pajjiż għall-aħjar. Bħala Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, irrid nara li s-sinerġija li bdejna matul il-leġiżlatura li għaddiet tkompli tissaħħaħ matul dawn il-ħames snin. Dejjem emmint illi s-sostenibilità hija l-qafas ta’ kollox: illi żvilupp ekonomiku jrid imur id f’id mat-tisħiħ ambjentali filwaqt li jgħin jibni soċjetà aktar ġusta – soċjetà li fiha l-ġid jitqassam ma’ kulħadd u f’forom differenti, inkluż biex il-livell tal-ambjent ta’ madwarna ngħolluh ħalli jitgawda minn kulħadd. Nhar is-Sibt li għadda, il-poplu vvota għal mandat b’saħħtu favur il-proposti li ressaq il-Partit Laburista – vot għal viżjoni li tieħu lil pajjiżna mhux għal din il-leġiżlatura biss imma li twettaq it-triq għal viżjoni fit-tul li taħdem
għal ġenerazzjonijiet futuri. Fil-qasam ambjentali, irridu nwettqu l-proġetti li jassiguraw żoni urbani isbaħ, li joffru pulmun aħdar lill-lokalitajiet densi, biex żoni rikreattivi filmiftuħ ma jkunux ’il bogħod. Il-parks u l-widien irridu nkomplu nieħdu ħsiebhom filwaqt li nkomplu bl-investiment fil-Park tal-Inwadar u l-Park tal-Familja f’Bengħajsa. Il-proġetti tas-€700 miljun huma ambizzjużi imma għandna l-grinta biex nimplimentawhom. Fil-qasam tal-enerġija, bdejna nħejju x-xogħol li jwassal għad-dekarbonizzazzjoni, b’aktar investiment f’enerġija rinnovabbli u fit-tieni inter-
connector. Se nkomplu naħdmu biex nassiguraw konnessjoni aktar permanenti mal-Ewropa permezz ta’ pipeline li jkun kapaċi jġorr l-idroġenu wkoll. Se nibqgħu ngħinu lill-familji u l-industrija b’feed-in-tariff vantaġġuża. Se nkomplu ninkoraġġixxu l-użu ta’ sistemi ta’ enerġija effiċjenti għad-djar, in-negozji u l-intrapriżi u anke l-għaqdiet. Fl-istess waqt, se nkomplu għaddejjin bil-pjan ambizzjuż għat-tisħiħ fid-distribuzzjoni tal-elettriku, sistemi li bihom naraw li l-klijenti jkunu moqdija aħjar. Fil-qasam tal-intrapriża, il-prijorità tibqa’ dik ta’ djalogu miftuħ mal-imsieħba soċjali,
Tajna l-għajnuna tagħna – mhux biss għajnuna assistenzjali bħall-wage supplement li ġiet estiża skont il-bżonn, imma għajnuniet oħra li jgħinu lill-intrapriżi jinvestu biex ikunu lesti għad-dinja ta’ għada
ma’ min iħaddem u mal-ħaddiema. Ħerġin minn sentejn ta’ pandemija li matulhom konna ta’ spalla soda għall-intrapriżi. Tajna l-għajnuna tagħna – mhux biss għajnuna assistenzjali bħall-wage supplement li ġiet estiża skont ilbżonn, imma għajnuniet oħra li jgħinu lill-intrapriżi jinvestu biex ikunu lesti għad-dinja ta’ għada: dinja diġitali, innovattiva u li tappoġġja n-newtralità tal-klima. Ma’ dan, irridu naraw li l-intrapriżi jkollhom il-ħaddiema bil-ħiliet neċessarji. Qed nattiraw kumpaniji tal-livell għoli, f’oqsma tal-manifattura innovattiva bħalma huma l-farmaċewtika. Investiment dirett barrani u investimenti lokali li joħolqu karrieri ta’ kwalità. Din hija viżjoni li l-elettorat jaqsam magħna. Għandna f’idejna opportunità tad-deheb biex, bis-saħħa tal-programm elettorali mibni fuq 1,000 proposta, verament nibdlu lil dan il-pajjiż ċkejken tagħna, b’kapaċitajiet kbar. Biex lil uliedna nħallulhom ekonomija ħafna aktar moderna, li tpoġġi lin-nies fiċ-ċentru u fuq kollox nazzjon ħafna aktar b’saħħtu.
TMEXXIJA B’UMILTÀ
CLAYTON BARTOLO Ministru
Kemm kien relevanti l-messaġġ tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela meta matul il-kampanja elettorali saħaq b’mod kontinwu li aktar kemm tkun b’saħħitha l-fiduċja tal-poplu Malti u Għawdxi fil-Partit Laburista akbar ser tkun l-umiltà għall-mod kif jitmexxa dan il-pajjiż għallħames snin li ġejjin. Quddiem din id-dikjarazzjoni l-poplu wieġeb bi ħġaru
hekk kif sellef lill-Prim Ministru Robert Abela l-aqwa mandat fl-istorja politika minn l-Indipendenza sal-lum. Ċertament, dan ir-riżultat jitfa’ fuq kull wieħed u waħda minna obbligu ċar li lil pajjiżna nkomplu mmexxuh ’il quddiem biex il-viżjoni ta’ Malta Flimkien ma tkunx biss għajta imma mentalità ħajja li jrid jgħix dan ilpajjiż għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Ir-riżultat tal-Ħadd li għadda kien konferma oħra dwar kemm il-Moviment li nbena madwar il-Partit Laburista għadu l-akbar forza politika biex jindirizza l-isfidi tal-lum u għada. Irridu nifhmu li għexna żminijiet ta’ pandemija u issa gwerra fuq l-għatba tal-Ewropa. Fid-dawl ta’ dan kollu, huwa kruċjali li bħala Gvern nibqgħu ffukati biex inkomplu nkunu t-tarka tal-familji Maltin u Għawdxin. Il-fiduċja li wera fija l-Prim Ministru Robert Abela biex għal leġislatura oħra nservi
bħala Ministru għat-Turiżmu fil-Kabinett tiegħu ser tkun qiegħda tfisser iżjed ħidma biex is-settur turistiku jirkupra, jissaħħaħ u jsir sostenibbli. It-turiżmu huwa l-pulmun tal-ekonomija Maltija, settur li kien l-aktar milqut fil-pandemija. Xahar wara xahar għenna b’mod kontinwu, irnexxielna nsalvaw eluf ta’ impjiegi ta’ familji Maltin u Għawdxin li b’mod dirett u indirett jiddependu mill-konsum turistiku. Minkejja t-turbulenzi li għaddejjin madwarna, l-aptit tal-ivvjaġġar lejn il-Gżejjer Maltin jidher pożittiv matul ix-xhur li ġejjin. Madankollu, il-mandat b’saħħtu li tana l-poplu Malti u Għawdxi jirrikjedi li nkomplu nbiddlu u nsaħħu l-prodott turistiku lokali. Wasal iż-żmien li Malta tħares lejn kwalità fil-livelli kollha, attribut li huwa ta’ influenza qawwija dwar l-għażliet ta’ dawk li jivvjaġġaw. Ta’ spiss nassoċjaw ilkunċett ta’ kwalità ma’ aspett
lussuż. Il-kwalità u l-lussu mhux bilfors ifissru l-istess. Il-kwalità trid tkun hemm fil-livelli kollha, mill-aktar għolja u sofistikati għall-aktar sempliċi. Jekk nieħdu l-akkommodazzjoni bħala eżempju, irid ikun hemm kwalità kemm fil-lukandi ta’ ħames stilel iżda wkoll f’dawk ta’ erbgħa, tlieta jew tnejn, fil-farmhouses, fl-appartamenti u fil-guesthouses. Jekk nieħdu l-istabbilimenti tal-ikel, kwalità ma tfissirx biss li jkollok restorant bil-Michelin star iżda anke fliżgħar pizzerija jew snackbar, it-turist irid jingħata valur għal flusu u esperjenza sodisfaċenti. Dan jista’ jseħħ jekk ilkoll nagħmlu dak kollu possibbli biex nilħqu l-eċċellenza f’dak li nagħmlu, speċjalment jekk inkunu direttament f’kuntatt mat-turist. F’Malta minħabba ċ-ċokon tagħna, dan ma japplikax biss għal min jaħdem direttament fis-settur turistiku iżda mal-pubbliku b’mod ġen-
erali. Minn sewwieqa tal-linja u tat-taxi, sal-bejjiegħa talħwienet u ta’ fuq il-monti. L-impressjoni ta’ pajjiżna li se jieħdu lura magħhom it-turisti tiddependi minna lkoll. Id-daqs tal-Gżejjer Maltin aktar jagħmilha importanti li jkollna strateġija li tippromwovi l-iżvilupp ta’ turiżmu sostenibbli ta’ kwalità fis-snin li ġejjin. B’hekk l-industrija tat-turiżmu tkompli tiżviluppa u tikkompeti ma’ swieq oħra, imma testabbilixxi wkoll reputazzjoni soda ta’ pajjiż li jkun ċentru ta’ eċċellenza turistika fil-Mediterran. Għalhekk, irridu naħsbu f’soluzzjonijiet ġodda li permezz tagħhom nirrivitalizzaw dan il-pilastru ewlieni tal-attività ekonomika tagħna biex niġġeneraw aktar ġid u progress b’mod aktar effettiv. Din se tkun opportunità unika fi żmien importanti għall-iżvilupp ta’ Malta waqt li kontinwament jevolvi t-turiżmu internazzjonali ta’ madwarna.
13
03.04.2022
L-GĦAŻLA SARET
CLINT CAMILLERI Ministru
Ir-rebħa storika li kiseb il-Partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali tas-Sibt li għadda kienet waħda li se tibqa’ mnaqqxa b’ittri tad-deheb fl-istorja ta’ dan il-pajjiż. Dan hekk kif il-poplu, li huwa sovran, ta mandat b’saħħtu lill-Prim Ministru Robert Abela biex ikun jista’ jmexxi lil dan il-pajjiż għallħames snin li ġejjin bl-għajta ta’ ‘Malta Flimkien’. Id-distakk bejn iż-żewġ partiti ewlenin f ’pajjiżna issa żdied u qabeż id-39,000 vot favur il-Partit Laburis-
ta. Minnu nnifsu, dan huwa messaġġ ċar li l-poplu jixtieq ikompli miexi fit-triq it-tajba li qbadna taħt it-tmexxija ta’ Dr Robert Abela. Din il-fiduċja massiċċa tfisser li l-maġġoranza tal-poplu llum qed tgħix aħjar. Tfisser li l-poplu rrikonoxxa li minkejja l-ġrieħi koroh li ħalliet il-pandemija, il-Gvern mexa b’għaqal f ’dan il-maltemp li ħakem id-dinja kollha. Uża l-fondi li pajjiżna kien ġemma’ taħt l-amministrazzjoni preċedenti bilgħaqal għall-ġid ta’ kulħadd. Din il-fiduċja tfisser ukoll li l-poplu rrikonoxxa ħidma oħra li saret bla preċedent f ’diversi oqsma bħal dik fissaħħa u t-trażżin tat-tixrid tal-imxija, fl-infrastruttura ta’ pajjiżna, fil-qasam soċjali, fil-ħolqien tax-xogħol, fl-investiment barrani dirett u mhux b’inqas f ’Għawdex. L-Għawdxin dan għarfuh u kkonsolidaw din il-ħidma b’maġġoranza favur il-Partit Laburista fejn din issa triplat u qiegħda tissarraf f ’2,500 vot aktar. Konvint li qabel mar jivvo-
ta, il-poplu Għawdxi u Malti wiżen dan u aktar. Analizza jekk illum hux qed jgħix aħjar minn kif kien jgħix 10 snin ilu taħt amministrazzjoni Nazzjonalista. Ir-riżultat miksub mill-Partit Laburista, juri li l-poplu għaraf li l-miżien ixaqleb bil-kbir favur il-Gvern immexxi minn Dr Robert Abela u ma waqax fin-nasba tal-Partit Nazzjonalista li ma kien qed joffri xejn alternattiv. Għalkemm in-numri huma sbieħ, irridu nżommu saqajna mal-art. Jeħtieġ li nisimgħu aktar! Fil-fatt, dawn
kienu l-ewwel kelmiet li qal il-Prim Ministru Abela waqt li indirizza l-baħar ta’ nies quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun. Lil hinn mid-distakk, jeħtieġ li tingħata iżjed attenzjoni lil dawk li b’xi mod jew ieħor jinsabu mweġġgħa u li baqgħu ma pparteċipawx f ’dan il-proċess demokratiku li jiġi darba kull ħames snin. Rajna ħafna aktar nies mis-soltu li ma ġabrux ilvot, oħrajn astjenew filwaqt li żdiedu dawk li ħassru l-vot tagħhom. Dawn huma kollha messaġġi. Messaġġi
Din il-fiduċja massiċċa tfisser li l-maġġoranza tal-poplu llum qed tgħix aħjar. Tfisser li l-poplu rrikonoxxa li minkejja l-ġrieħi koroh li ħalliet il-pandemija, il-Gvern mexa b’għaqal f’dan il-maltemp li ħakem id-dinja kollha
li m’għandniex ninjoraw. Il-messaġġi huma indirizzati lejn iż-żewġ partiti. Min għal raġuni u min għal oħra. Inkunu ferm żbaljati jekk ninjoraw dan il-messaġġ li parti sostanzjali tal-poplu għoġobha tibgħat. Il-Prim Ministru għoġbu jerġa’ jafdali d-dekasteru ta’ Għawdex fil-Kabinett ġdid tiegħu. Inwiegħed li ser ninpenja ruħi aktar minn qatt qabel biex insarraf il-fiduċja tal-votanti f ’aktar ħidma b’risq Għawdex. Issa li ċ-ċelebrazzjonijiet mistħoqqa għaddew, ser tibda l-ħidma biex il-proposti elenkati fil-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista jiġu implimentati. Ma’ dawn inżidu dak li diġà bdejna matul il-leġiżlatura li għadha kif intemmet u nesiġi li dak li hu mibdi, jintemm. Flimkien, inkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti Għawdxin u kull min isejjaħ lil din il-gżira daru. Hekk wegħedna, hekk ser nagħmlu. Malta flimkien, il-futur sabiħ!
FIDUĊJA SĦIĦA FI GVERN LABURISTA
MICHAEL FALZON Ministru
Minn dejjem kont konvint illi l-poplu ser jerġa’ jagħmel deċiżjoni għaqlija u fl-aqwa interess tal-futur ta’ dan ilpajjiż. Ir-riżultat elettorali tas-26 ta’ Marzu, huwa indikazzjoni ċara ta’ dak li jrid il-poplu Malti, konferma ta’ kemm dan il-poplu jixtieq futur sabiħ msejjes fuq ġid li jitqassam ma’ kulħadd u ġustizzja soċjali. Ir-riżultat tas-Sibt li għadda jfisser li l-Partit Laburista ngħata t-tielet mandat konsekuttiv, u kompla jżid is-saħħa tal-voti. Huwa
evidenti li l-Gvern qed jifhem in-nies u qed jagħtihom il-mezzi sabiex jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom. Aktar nies qed jassoċjaw ruħhom mal-Partit Laburista għax emmnu li dan huwa Gvern tan-nies għan-nies. L-aħħar sentejn kienu xhieda ċara ta’ kemm dan il-Gvern ikun hemm għan-nies fl-aktar mumenti delikati u li jeħtieġu sforz kollettiv. Il-pandemija bidlet in-normalità li konna drajna biha, u aktar minn hekk ġabet pressjonijiet ġodda li qatt m’esperjenzajna bħalhom. Il-Maltin u l-Għawdxin fehmu l-esiġenzi li ġabet magħha l-pandemija. Minkejja dan kollu, Malta żammet l-inqas rata ta’ qgħad, aktar persuni fid-dinja tax-xogħol. Għandna wkoll l-inqas rata’ ta nies jiddependu fuq il-benefiċċji soċjali, b’dan in-numru dejjem qed ikompli jiċkien. Ma ddejaqniex ninvestu filwage suppliments għal dawk il-persuni li kellhom l-impjieg tagħhom affettwat. Issa, nħarsu ’l quddiem sabiex inneħħu r-restrizzjonijiet
kollha u sa fl-aħħar nerġgħu nsaħħu l-mutur ekonomiku li tant huwa ta’ bżonn għal pajjiżna. Il-prinċipju bażiku li se jkompli jmexxina ’l quddiem idur kollu kemm hu mal-imħabba li għandna lejn Malta u dak kollu li huwa Malti. Ma tista’ qatt tagħmel ħsara lill-pajjiż, trid tkun tħobb lill-pajjiż biex tmexxih bl-aqwa mod possibbli. Issa li l-poplu tkellem, għandna responsabbiltà ikbar fuqna lkoll, u rridu nsar-
rfu lura din il-fiduċja f’aktar kisbiet u ġid għall-familji tagħna. L-isfidi se jibqgħu hemm, iżda għandna r-rieda sabiex inkomplu nindirizzaw ir-realtajiet soċjali ġodda u oħrajn li diġà indirizzajna. Il-Ministeru Soċjali se jkollu allokata s-somma ta’ kważi €2 biljun, nefqa b’saħħitha li qed tmur fejn hemm l-aktar bżonn. L-aktar għajnuniet se jmorru f’żidiet fil-pensjonijiet, għajnuniet addizzjonali lill-familji u benefiċċji akbar
Kuntent li erġajna ksibna l-fiduċja tal-poplu, u ta’ dan irridu nagħtu lura ħafna aktar xogħol fil-komunità. M’għandna qatt tikbrilna rasna u naħsbu li kollox huwa perfett, u għalhekk il-bżonn li nibqgħu viċin in-nies
għal persuni b’diżabilità. Kuntent li erġajna ksibna l-fiduċja tal-poplu, u ta’ dan irridu nagħtu lura ħafna aktar xogħol fil-komunità. M’għandna qatt tikbrilna rasna u naħsbu li kollox huwa perfett, u għalhekk il-bżonn li nibqgħu viċin in-nies. Għandna l-enerġija, l-kredibilità sabiex inwettqu riformi soċjali kbar, li dan il-Gvern qatt ma ddejjaq jindirizza. Il-qalb soċjali tagħna se tkompli tgħin aktar nies filbżonn, speċjalment lil dawk kollha li s’issa ma jħossux li kienu indirizzati l-inġustizzji li setgħu esperjenzaw. Inwiegħdu li se nkunu hemm biex nagħmlu dak kollu possibbli biex nagħtu livell ta’ ħajja aħjar u ta’ kwalità. Dak li ksibna s’issa huwa biss il-bidu ta’ viżjoni soċjali li se tkompli toħloq klima soċjali li minnha jgawdi kulħadd. Malta Flimkien, Futur Aħjar huma l-prinċipji li se jkunu magħna fil-ħames snin li ġejjin. Mill-ġdid grazzi tal-fiduċja li tajtuni, u nwiegħed lealtà assoluta u ħames snin ta’ xogħol u ġid fil-pajjiż!
Ritratti: CLODAGH O’NEIL, GEOFFREY ZARB ADAMI, JASON BORG, CLIFTON FENECH u PIERRE SAMMUT /DOI
14
03.04.2022
L-EWWEL MESSA Insellmilkom, Malta Flimkien ma kinitx sempliċiment għajta ta’ kampanja elettorali. Malta Flimkien huwa l-mod li bih irrid immexxi fl-ewwel mandat li tani l-poplu Għawdxi u Malti biex inservih bħala Prim Ministru. Inħossni mċekken bil-vot b’saħħtu ta’ fiduċja li tajtuni, wara perjodu li matulu pajjiżna, bħall-bqija tad-dinja, iffaċċja numru ta’ sfidi. Issa naspira li bl-għażla ta’ nhar is-Sibt, Malta tidħol għal fażi ġdida. Nemmen li daqskemm kien sinjal ta’ fiduċja fija u fit-tajjeb li għamilna bħala pajjiż tul l-aħħar snin, l-għażla li għamiltu kienet ukoll konferma tar-rieda li għandna bħala poplu biex naqilbu l-paġna. Qabelxejn irridu nħallu warajna sentejn xejn faċli li ġabet magħha l-pandemija. Filwaqt li nibqa’ nfittex il-parir espert, il-Gvern se jkompli fit-triq biex jitneħħew għalkollox ir-restrizzjonijiet. Irridu naslu f’mument fejn kemm jista’ jkun, nadottaw l-istil fejn tkun l-għażla personali tal-individwu dwar kif jemmen li hu l-aħjar jieħu ħsieb tiegħu nnifsu. Il-pandemija ħaditilina wisq! Tfal u żgħażagħ tilfu iktar minn 24 xahar mill-isbaħ żmien ta’ ħajjithom. Għalhekk issa rridu nħarsu ‘l quddiem biex inkomplu nieħdu lura l-libertajiet tagħna. Trid tkun din ir-rebbiegħa li tarana mexjin f’din id-direzzjoni. Meta qed nitkellem dwar fażi ġdida qed nitkellem ukoll dwar id-deċiżjonijiet li se nieħdu. Se nkunu kburin u nibnu fuq il-kisbiet li saru tul is-
snin, imma se nħarsu wkol naraw li nilħqu livelli ġodda Id-deċiżjonijiet dwar lie neħduhom ukoll b’uliedna l-ħin kollu quddiem għajn proġett minn ieħor, invest rezzjoni minn oħra. Ma hemmx dubju li f’da l-isfidi. Imma jekk nibqgħ L-uniku xkiel li jista’ jkun he fina nfusna. Jien naf li l-Għ f’dak li nistgħu nwettqu. S ċirkostanzi fejn sfidi naqilb Irrid ngħid li ninsab so demokratiku f’pajjiżna f’din Kellna kampanja elettor mqabbla ma’ kampanji elet fuq l-ideat, il-kredibbiltà u du jkun meta niġu biex nag L-għażla dwar min se jkun m’għandhiex tkun ġlieda ta wel. Inħoss li għamilna pa forsi ma wasalniex għalko naslu tul din il-leġiżlatura. tal-ħbiberija lill-Oppożizzjo kemm niflaħ l-imsieħba s twassalna għad-deċiżjonijie Rajna li f’Malta l-parteċip ġenerali tibqa’ fost l-iktar żgur li rridu nagħtu ħafna
15
03.04.2022
AĠĠ NAZZJONALI
ll lejn prijoritajiet ġodda. Se a, u standards ġodda. ema toroq nagħżlu rridu a u l-ġenerazzjonijiet futuri nejna. Hekk irridu nagħżlu timent minn ieħor, jew di-
an kollu se nibqgħu nsibu ħu flimkien negħlbuhom. emm hu jekk ma nemmnux ħawdxin u l-Maltin jemmnu Saħansitra se jkun hemm buhom f’opportunitajiet. odisfatt kif mexa l-proċess n l-elezzjoni. rali li b’mod ġenerali, meta ttorali oħrajn, iffokat l-iktar l-kompetenza. Hekk għangħżlu t-tmexxija ta’ pajjiż. n fdat bit-tmexxija tal-pajjiż a’ min se jkisser lil min l-ewass ‘il quddiem, għalkemm ollox. Ejjew naħdmu biex Jien żgur li se noħroġ l-id oni. Fuq kollox se ninvolvi soċjali fil-konsultazzjoni li et. azzjoni f’għażla ta’ elezzjoni b’saħħitha fl-Ewropa. Iżda kas ta’ dawk li ddeċidew li
ma jivvotawx f’din l-elezzjoni. Lilkom ukoll se nitlob iċ-ċans li nservikom u se naħdem biex il-klassi politika tikseb mill-ġdid il-fiduċja tagħkom. Biex darb’oħra tħossukom komdi tmorru tagħżlu lil min tixtiequ fit-tmun tal-pajjiż. Għax għalkemm aħna lkoll niġu minn sfond differenti, bħala Maltin għandna diversi valuri komuni. Il-kuraġġ, it-tjubija, il-ġustizzja u r-rispett. U rrid li dawk il-valuri tarawhom fil-mexxejja tagħkom. Fuq kollox ejjew nieħdu din l-opportunità biex inġeddu pajjiżna flimkien. Fejn mhux biss nikbru iktar, imma nikbru b’mod sostenibbli u b’saħħtu. Fejn mhux biss nagħtu edukazzjoni tajba, imma nagħtu edukazzjoni mill-aqwa. Fejn mhux biss noħolqu x-xogħol, imma noħolqu karrieri ta’ kwalità. Fejn mhux biss nieħdu ħsieb l-ambjent, imma ntejbuh u nsebbħuh. Ejjew inkomplu dan il-vjaġġ flimkien! Dan hu vjaġġ fejn ma nkunux wasalna qabel kull ċittadin iħossu apprezzat u rispettat. Din se tkun l-attitudni tal-Gvern immexxi minni fil-ħames snin li ġejjin. Legalment il-ġurament li ħadt illum huwa ħalfa fuq il-kostituzzjoni, imma f’qalbi u f’moħħi huwa l-kelma li għamilt magħkom, li tajt lilkom, biex immexxi għalikom. Għawdxin u Maltin. Flimkien. Il-futur sabiħ.
ROBERT ABELA, Prim Ministru ta’ Malta
16
03.04.2022
WARA L-EWFORIJA TISSOKTA L-ĦIDMA Din hija l-bażi li ż-żewġ partiti jridu jaraw biex jixtarru fil-fond dan ir-riżultat. Futur Sabiħ – Minn Sfidi għal Opportunitajiet
MARIO FAVA
President Sezzjoni Kunsillier PL
Bir-raġun, kienu bosta dawk li t-Tnejn filgħodu ħonqu l-Belt kapitali sabiex jagħtu merħba lill-Prim Ministru ġdid elett, Robert Abela. Elett b’maġġoranza storika, li turi l-appoġġ b’saħħtu li qed igawdi l-Partit Laburista. Spikkat l-umiltà tal-Prim Ministru li biex mexa mill-Palazz sa Pjazza Kastilja, ħa aktar minn siegħa, sabiex jaċċerta li kull min xtaq jeħodlu b’idu jew jiġbed ritratt tifkira, seta’ jagħmel dan. Turija ċara tad-determinazzjoni tiegħu li jżomm ma’ dak li wiegħed li akbar ma jkun l-appoġġ akbar se tkun l-umiltà li biha jmexxi. Aktar milli nitkellem dwar x’wassal għal din ir-rebħa, fl-ispazju limitat li għandi nippreferi niffoka fuq numru mdaqqas ta’ nies li minkejja li baqgħu d-dar jew ħassru l-vot tagħhom, ukoll taw messaġġ daqstant ieħor b’saħħtu. Dan għaliex numru akbar mill-maġġoranza li ġab il-PL, għażel li jipprotesta għal xi raġuni jew oħra. Għaldaqstant, wara l-ewforija mistħoqqa, issa huwa ż-żmien li wieħed jibda jirrifletti u jistudja n-numri tar-riżultat. It-tabella t’hawn taħt tagħti indikazzjoni ċara tan-numri. Dawk eleġibbli li jivvutaw kienu 355,075, li minnhom kienu 304,050 li tefgħu l-vot tagħhom, li minnhom 8,802, għażlu li jħassruh. Dan ifisser li jekk tgħodd dawk li ma vvutawx u dawk li ħassru l-vot, nispiċċaw bi 58,827 li riedu jibagħtu messaġġ lill-politiċi tagħna. Il-fatt li ż-żewġ partiti kellhom tnaqqis fuq l-elezzjoni tal-2017, jidher li l-messaġġ kien indirizzat lejn it-tnejn. Dan anki jekk b’mod mill-aktar ċar, il-Partit Nazzjonalista kellu l-akbar tnaqqis, kif turi t-tieni tabella t’hawn taħt. Interessanti l-fatt li anki l-voti invalidi żdiedu b’aktar mid-doppju bejn l-2017 (4,031) u l-2022 (8,802).
1
Eliġibbli jivvutaw Ivvutaw Ma vvutawx Invalidi Ma vvutawx + Invalidi 355,075
304,050
Partit
2
Robert Abela bħala Prim Ministru, diġà ffaċċja sfidi bla ebda preċedent, ewlenin fosthom il-pandemija u r-riformi u t-tiġdid f’dik li hija Governanza tajba. Tul l-aħħar sentejn, hemm qbil ġenerali li Robert Abela ħa l-aħjar deċiżjonijiet f’waqthom billi rnexxielu jsib bilanċ bejn is-saħħa tan-nies u l-ekonomija. Għal dak li ġej, il-Gvern il-ġdid se jkun qed jaħdem f’ambjent xejn faċli; il-pandemija ma tidhirx li se tieqaf ħesrem, il-gwerra fil-Lvant tal-Ewropa qed ikollha impatt fuq il-prezzijiet tal-aktar affarijiet essenzjali, is-suq tat-turiżmu, li huwa pilastru għal pajjiżna, għadu ’l bogħod minn kif kien fl-2019 mad-dinja kollha, il-prezzijiet tal-fuel dejjem jiżdiedu u l-produttività madwar l-Ewropa wkoll qed tiffaċċja problemi kbar. Dawn huma kollha setturi li jolqtu b’mod dirett l-ekonomija tagħna wkoll u minkejja li huwa previst, anki mill-Kummissjoni Ewropea, li l-ekonomija tagħna se tkun qed tara l-akbar tkabbir mill-pajjiżi kollha msieħba, dan ma jsirx waħdu. U quddiem dan kollu, huwa għalhekk kruċjali li jkollok Gvern magħqud li jaf fejn irid jasal u kif irid jasal. Kien propju għalhekk li l-poplu Malti u Għawdxi, bi ħġaru eleġġa Gvern li jaf li fil-passat riċenti fl-aħħar snin, kien surmast fit-tmexxija soċjo-ekonomika ta’ pajjiżna. Se jkun kruċjali wkoll kemm se jirnexxilna bħala pajjiż, insibu mod kif intejbu l-‘matching’ bejn l-edukazzjoni u dak li qed titlob l-industrija u s-suq tax-xogħol. Dan huwa kruċjali wkoll sabiex inkunu nistgħu mhux biss inżommu l-industrija li għandna imma wkoll sabiex inkomplu nattiraw investiment f’setturi ġodda biex ikollna aktar impjiegi ta’ suċċess li jħallu aktar flus fi bwiet in-nies. Jekk il-passat b’xi mod huwa mera għall-futur, allura hemm assikurazzjoni li l-Gvern ġdid ta’ Robert Abela se jkun kapaċi jindirizza dawn l-isfidi u jdawwarhom f’opportunitajiet. Il-manifest elettorali ser iservi ta’ għodda importanti f’idejn il-Gvern biex verament insaħħu dak diġà miksub. Fi kliem il-Prim Ministru: “Akbar l-appoġġ akbar l-umiltà” u dan huwa garanzija li dak imwiegħed tul il-kampanja li kull wieħed u waħda minna se jkollu futur sabiħ f’Malta flimkien, attwalment se jseħħ.
51,025
8,802
59,827
2017
2022
+/-
%
Partit Laburista
170,976
162,707
8,269
4.8
Partit Nazzjonalista
135,696
123,233
12,463
9.1
Sur Editur, Emminni nibqa’ skantat u mnixxef naqra u nisma’ ċerti kummenti. Issa kulħadd għandu d-dritt għall-opinjoni tiegħu ta biex niftiehmu. L-ewwel u qabel kollox Melda tiegħi. Meta tiftaħ ħalqha hi biex tagħti opinjoni, dejjem tajba tkun. Top. M’hemmx argumenti għax hi għandha raġun. U ġeneralment ftit wara li tagħti opinjoni hi, nismagħha tgħajjatli. “Int ma’ min qed titkellem? Ġie xi ħadd?” Iktar iva milli le, mal-ħajt inkun qed nitkellem għax dak ma jmerinix u nieħu r-raġun li kien fuq kollox tiegħi from stage one. Imma Melda tiegħi dejjem ikollha raġun, biex niftiehmu. Bħan-Nazzjonalisti. Jgħidu x’jgħidu u jagħmlu x’jagħmlu, dejjem huma għandhom raġun. Senz’altru. Skont huma ta! Għax għandhom l-ego tagħhom minfuħ iktar minn kemm hu minfuħ bih innifsu Delia tal-Arriva. Ħlief meta l-poplu jagħtihom kważi 40,000 tort. Il-poplu kompla jgħidilhom li ma jridx jaf bil-politika ankrata fil-passat u stil politiku ta’ tfigħ ta’ ħmieġ mingħajr bażi kif inhu magħġun il-partit tagħhom. Tliet elezzjonijiet infila li l-partit tagħna rebaħ u li dejjem kabbar il-vantaġġ. Jien għalija messaġġ ċar. U messaġġ ċar ħafna għal dawk li jaħsbu li għandhom dritt sagrosant mhux biss li jiggvernaw huma, Sur Editur, imma wkoll li jmexxu l-partit tagħhom. Ara x’ġaralhom Jason ‘wiċċ il-qabar’ Azzopardi, Karol ‘ma nkellimx ġurnalisti Laburisti’ Aquilina u Claudette ‘sellilna għall-Parlament’ Buttigieg. U ma’ dawn hemm l-oħrajn li naqqsu l-voti. Mhux messaġġ min-Nazzjonalisti li jivvu tawlhom jew? Nittama li jeħduh u ma jibqgħux ankrati ma’ politika antikwata. Min-naħa l-oħra prosit kbira lil Robert tagħna. Ejjew ħa nkomplu għaddejjin Prim! Għandek ħafna xogħol quddiemek. Imma għandek tim tajjeb biex imexxi dan ix-xogħol ’il quddiem. Ejjew ħa nkomplu ntejbu lil pajjiżna u nirranġaw dak li stajna nagħmlu aħjar. Kemm għoġobni l-Prim tagħna meta tkellem fuq l-għolja tal-Ħelsien, Sur Editur. “L-ikbar ħelsien li rrid nara huwa l-ħelsien mill-politika tal-firda, il-mibegħda u l-konfront,” qalilna l-Prim. Naqbel. Ħafna naqbel. Għax nerġa’ ngħid, Sur Editur, niskanta u nitnixxef naqra ċerti kummenti fuq il-mezzi soċjali. Hawn ħafna, li jippretenduha tal-puliti li l-kummenti tagħhom iqabbduk l-uġigħ fl-istonku. U ġeneralment, il-Papa Benedittu jberikna, dawn ikunu nies li ħlief Santi tal-Qaddisin u talb ma jtellgħux fuq il-mezzi soċjali tagħhom, u mbagħad tarahom jgħaddu kummenti bħal, “Jaaaaq they are again in government the clowns, how ignorant the people are”. Jaqqqqq! U probabbli dawn se jkunu fl-ewwel filliera bil-bandiera safra u bajda jgħajtu “Viva l-Papa”. Ja qatta ipokriti li huma. U probabbli jkunu jitkaxkru wara d-Duluri fil-Ġimgħa l-Kbira biex juru lil kulħadd li huma Kattoliċi. Kattoliċi my arse! Imma nsomma. Sadanittant, il-Kap tagħhom enfasizza l-bżonn ta’ riġenerazzjoni fi ħdan il-Partit tagħhom. Istra xi skoperta għamel! Qal li diġà beda jaħdem fuqha din ir-riġenerazzjoni u se jkompli. Ħa ngħidlek jien Sur Editur. L-ewwel ma jrid jibda huwa li jgħid lill-Boċċa tal-kukki daqs bettieħa, jaqta’ l-paroli żejjed u klassista li għandu. U mbagħad irid jarma tnejn bħal tal-boċċa u jqum fuq tiegħu u ma jħallix lil min ikompli jġebbdu minn imnieħru. U jekk il-kunsill li għandhom jerġa’ jtellgħu bħala Kap, irid juri li għandu l-fibra li jmexxi. Dik l-ewwel riġenerazzjoni li għandu jagħmel. U mbagħad ikompli jibni. U jieqaf iparla żejjed hu nnifsu. U jaqta’ l-antikalji li huwa marbut magħhom. Lista sħiħa nagħtih, Sur Editur, jekk verament irid li jġedded lill-partit tiegħu. Illum hawn magħna l-Papa Franġisku u kważi daqt jasal biex jitlaq ukoll. Jien ngħidlek, Sur Editur, li sew li qiegħed Malta mhux għalina l-Laburisti biex ineħħi x-xjaten minn ġo fina. Imma għan-Nazzjonalisti biex iberkilhom l-ilsien li għandhom. Għax hemm bżonn sew e! Għad-dieħla!
17
03.04.2022
ŻJARAT SPEĊJALI F’TAS-SILĠ IL-ĦADD L-istorja affaxxinanti tal-kumpless ar keoloġiku f’Tas-Silġ – is-sit bl-itwal użu magħruf fil-Gżejjer Maltin – se tiġi spjegata matul għodwa ta’ żjarat gwidati nhar il-Ħadd li ġej, 10 ta’ April. Normalment dan il-kumpless ma jkunx aċċessibbli għall-pubbliku. Bi storja li tmur lura aktar minn 4,000 sena, il-fdalijiet f’Tas-Silġ se jieħdu lillparteċipanti fuq vjaġġ li jkopri l-parti l-kbira tal-fażijiet tal-arkeoloġija Maltija. Is-sit hu magħruf l-aktar għas-santwarju Feniċju-Puniku f’ġieħ l-alla Astarte, li nbidel f’santwarju għall-qima ta’ Ħera-Ġuno fil-perjodu Ruman. Iżda x’kien hemm f’dan is-sit qabel u wara l-bini ta’ dan is-santwarju? Fi skavi f’Tas-Silġ li saru fis-snin 60 tas-Seklu 20 mill-Missjoni Arkeoloġika Taljana u mid-Dipartiment tal-Mużewi-
jiet kienu nstabu traċċi ta’ tempju Ruman issaqqfet u nbidlet f’santwarju megalitiku tal-aħħar żminijiet tal-per- Nisrani, komplut b’fonti tal-magħmudijodu Neolitiku. Dan kien ippriservat u ja – l-ewwel evidenza ta’ knisja mibnija użat mill-ġdid mal-milja tas-snin. fil-Gżejjer Maltin. Dan kien l-aħħar muFl-aħħar 30 sena, Heriment fl-istorja meta s-sit tage Malta, id-Dipartiment intuża għal għanijiet reliġtal-Klassiċi u l-Arkeoloġija jużi. Maż-żmien il-knisja tal-Università ta’ Malta, ġiet abbandunata, bosta L-istorja fis-sit strutturi twaqqgħu u l-art is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u l-Misstmur lura għal bdiet tintuża għall-biedja. joni Arkeoloġika Taljana Is-sitt żjarat gwidati aktar minn użaw metodi moderni ta’ bħal-lum ġimgħa se jsiru skavar biex jiżvelaw aktar kull nofs siegħa bejn id4,000 sena … mill-istorja intriganti ta’ 9.00 a.m. u nofsinhar. Se mill-preistorja dan is-sit. L-aktar skavi jkun hemm żewġ tours għall-ewwel riċenti, fl-2020 u l-2021, bil-Malti (fid-9.00 a.m. u flkixfu iżjed evidenza dwar knisja mibnija 10.30 a.m.), tnejn bl-Ingliż l-użu tas-sit fil-preistorja. (fid-9.30 a.m. u fil-11.00 Tas-Silġ kien jintuża wkoll wara l-per- a.m.) u tnejn bit-Taljan (fl-10.00 a.m. u jodu Ruman, meta l-bitħa tas-santwarju fil-11.30 a.m.).
ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.
Il-biljetti jinxtraw biss mill-bieb, b’min jasal l-ewwel jinqeda l-ewwel. Jistgħu jidħlu biss dawk li jipparteċipaw f’xi wieħed mit-tours. F’kull tour jistgħu jidħlu sa 20 persuna. Il-prezzijiet tal-biljetti huma kif ġej: Adulti, anzjani u studenti – €5; membri ta’ Heritage Malta u tfal taħt it-12-il sena – b’xejn. Id-dħul kollu jmur għall-proġett ta’ Heritage Malta għall-konservazzjoni tas-sit TasSilġ. F’Tas-Silġ jitrabbew in-naħal. Għaldaqstant, dawk li se jieħdu sehem fittours għandhom jaraw li ma jużawx fwieħa, żjut u prodotti tal-ħasil ifuħu, jew ammont eċċessiv ta’ kremi protettivi kontra r-raġġi tax-xemx. Għandhom ukoll iżommu ’l bogħod mill-kaxxi tan-naħal u jekk jaraw xi naħla ma jgħaffġuhiex.
18
03.04.2022
WIRT TA’ MELITENSIA MALTIJA Għalkemm pajjiżna hu gżira ċkejkna, mill-wasla tal-Ordni f’Malta għamilna passi ta’ ġgant ’il quddiem f’kull qasam tal-ħajja. Kienu l-membri tal-Ordni ta’ San Ġwann li ħolqu ġawhra bil-bini tagħhom u kienu huma wkoll li tawna waħda mill-aqwa biblijoteki fid-dinja. Ħafna mill-kotba li nsibu, li jsemmu lil Malta u jirrakkuntaw dwarha, huma parti mill-melitensia li għandna. Iżda x’inhi l-melitensia? Jgħidilna aktar il-Professur William Zammit, Kap tad-Dipartiment li jorganizza korsijiet fuq l-Arkivistika u l-Biblijotekonomija fl-Università ta’ Malta. Minn CHARLES B. SPITERI Meta nitkellmu fuq melitensia, għalkemm ħafna nies semgħu l-kelma, mhux bilfors jafu xi tfisser. Melitensia hi dak il-materjal stampat u ppubblikat; il-kitba stampata u dik ippubblikata, li b’xi mod għandha x’taqsam ma’ Malta. U hawn ikun hawn min jistaqsi: Kif għandha x’taqsam ma’ Malta? Ħafna drabi jkun issuġġett. Jiġifieri dak li jkun ikollu xi ħaġa stampata jew pubblikata, li l-kontenut jirrigwarda lil pajjiżna, jew lil xi post jew lokalità f ’Malta, kif ukoll jista’ jirrigwarda lil xi individwu Malti. Hi dak kollu li b’xi mod hu marbut ma’ pajjiżna. Insibu wkoll id-drawwiet, il-folklor, l-istorja medika, dik soċjali u l-iżvilupp edukattiv tagħna bħala pajjiż. Allura nistgħu naslu f ’konklużjoni li l-melitensia tiġbor fiha kull ħaġa li titfa’ dawl fuq pajjiżna. U ħafna drabi mmorru blidea li l-melitensia hi l-materjal antik tal-istorja. Li mhux il-każ. Anki llum, jekk toħroġ statistika tal-Gvern, dawk ukoll huma melitensia. Jiġifieri ma mmorrux bl-idea li hu biss materjal antik, iżda hu wkoll dak modern, li jista’ jkollu format differenti. Varjetà fil-kontenut Tradizzjonalment il-melitensia tagħna hi stampata fuq il-karta, iżda llum qed joħroġ ħafna materjal, anki ta’ melitensia li hu diġitali jew aħjar li ma nsibuhx fuq il-karta, għalkemm min irid, ikun jista’ jistampah. Iżda hu pubblikat b’mod diġitali u dan ukoll jaqa’ taħt il-kelma melitensia. Għalhekk insibu kemm varjetà kif ukoll kontenut fejn jidħol is-suġġett u mbagħad insibu varjetà fejn bil-mod il-mod aktar qed tiżdied, fejn jidħol it-tip – hux karta tradizzjonali jew b’mod diġitali. Issa, induru fuq it-tipoloġiji differenti. Kif għedna, tradizzjonalment għandna l-kotba tal-melitensia, li jittrattaw l-istorja, bi-
na, hu pubblikat bit-Taljan; l-Ingliż u t-Tedesk. Kemm-il jografiji u suġġetti speċifiċi. materjal. Ħafna drabi l-materjal an- f ’ammont inqas insibuh darba nsibu li dawn il-kotba Minn dawn insibu varjetà kbira wkoll. Għandna kotba tik tal-melitensia li għand- f ’lingwi oħra, bħall-Franċiż, kienu pubblikati f ’pajjiżna, fuq Malta li jmorru lura 400 sena u fuqhom, għax pajjiżna għandu storja twila u rikka. B’hekk insibu kotba ta’ Malta sa minn żmien l-Ordni ta’ San Ġwann, li kienu pubblikati waqt li kienu hawn. Fost oħrajn insibu dak ilGħandna kotba fuq Malta li jmorru lura 400 sena u famuż ktieb ta’ Ġan Franġisk Abela, Descrizione di Malta fuqhom, għax pajjiżna għandu storja twila u rikka. B’hekk tal-1674. B’dan nistgħu nikinsibu kotba ta’ Malta sa minn żmien l-Ordni ta’ San Ġwann, konfermaw li l-melitensia Maltija tmur lura sewwa. li kienu pubblikati waqt li kienu hawn. Fost oħrajn insibu dak Tant hu hekk li nsibu kotba li bdew isemmu lil Malta sa il-famuż ktieb ta’ Ġan Franġisk Abela, Descrizione di mill-bidu tas-seklu 16. Iktar Malta tal-1674. B’dan nistgħu nikkonfermaw li ma għadda ż-żmien, speċjalment wara l-Assedju, Malta l-melitensia Maltija tmur lura sewwa saret importanti u famuża u għalhekk insibu ferm iktar
19
03.04.2022
iżda mhux dejjem. Imbagħad, numru sew ta’ materjal ta’ melitensia u ta’ importanza tal-passat, insibuh ippubblikat barra minn xtutna. Iżda ma ninsewx li waħda mir-raġunijiet kienet il-fatt li f ’pajjiżna l-istampar dam ma daħal, għax b’mod permanenti nsibuh fl-1756. Kien hemm perjodu qasir fis-seklu ta’ qabel, iżda l-istampar veru u proprju daħal f ’nofs is-seklu 18, meta twaqqfet dik l-istamperija li jien dejjem ngħid li hi l-eqdem stamperija; li hi l-istamperija tal-Gvern, li tmur lura għall-1756. Probabbilment hi l-eqdem dipartiment tal-Gvern li għadu jiffunzjona. Il-Journal de Malte
Malta, iżda nsibu kopji tagħha anki f ’pajjiżna, bħal fil-Bibljoteka Nazzjonali, f ’kollezzjonijiet u f ’libreriji oħrajn. Forsi wieħed mill-eżempji importanti ta’ dan hu meta kien ikun hemm vjaġġaturi barranin minn kullimkien, bħal Franċiżi, Tedeski, Taljani, Ingliżi, Spanjoli u wkoll Żvediżi u Pollakki. Huma kienu jagħmlu dik li tissejjaħ ilGrand Tour, li kienet għal ulied in-nobbli, jew familji tat-tajjeb, li l-edukazzjoni tagħhom kienet tikkonsisti li l-ġenituri jibagħtuhom għal dawra fl-Ewropa. Ħafna minn dawn kienu jmorru l-Italja, Sqallija u Malta. U nsibu ġeneru sħiħ ta’ melitensia; ta’ kotba pubblikati ta’ dawn il-vjaġġi. Jiġifieri dawn kienu jżommu djarju, b’xi wħud minnhom kienu huma stess artisti, u għalhekk mhux biss ħallew deskrizzjoni miktuba, iżda wkoll waħda viżiva. Dawn insibuhom fil-pubblikazzjonijiet tagħhom li kitbu meta marru lura f ’pajjiżhom. Minn dawn għandna kwantità kbira u għadna sal-lum niskopru minnhom. Hemm dawn il-vjaġġaturi mhux magħrufin u llum bl-internet qed insibu ħafna materjal li lanqas konna nafu bih. Insibu li t-tali persuna kienet ġiet Malta u ppubblikat deskrizzjoni ta’ gżiritna.
L-ewwel ħjiel tal-Gazzetta tal-Gvern insibuha fil-perjodu Franċiż, għax bdew joħorġu l-Journal de Malte, li kienet gazzetta uffiċjali talGvern, mimlija propaganda. Hekk kif inqalgħu l-Franċiżi u daħlu l-Ingliżi, il-Gvern Ingliż beda joħroġ il-gazzetta Giornale di Malta, bħal gazzetti oħra li kellna numru minnhom. Kienu kollha bit-Taljan, peress li l-kultura Maltija u l-klassi tal-poplu li kienet taf taqra, kienet tagħmel dan bit-Taljan. Wara ftit bdiet toħroġ il-gazzetta Il Governo di Malta. Minn dak iż-żmien naraw il-gazzetta, bit-titlu b’kollox li hi ta’ Malta, kif għadha toħroġ sal-lum – l-eqdem gazzetta li għadha Best sellers fl-antik għaddejja. Jiġifieri nsibu ħafna meli- Fost dawn il-vjaġġaturi nsitensia pubblikata barra minn bu lil Sir Walter Scott, li kien
wieħed mill-magħrufin, lil Sir Patrick Brydone, li kien klassiku. Dan ġie Malta minn Sqallija fl-1770 u d-deskrizzjoni tiegħu tant kienet popolari, li nsibuha fi kwantità ta’ edizzjonijiet. Jiġifieri dak iżżmien, dan kien best seller, għax minn dawn il-kitbiet, in-nies kienu jsiru jafu fuq pajjiżi oħrajn, waqt li jkunu vjaġġaturi bilqiegħda middar u jaqraw ir-rakkont ta’ xi ħadd li żarhom. Naturalment imbagħad insibu l-kotba fuq l-Istorja ta’ Malta; ħafna drabi l-Istorja tal-Ordni ta’ San Ġwann u l-Istorja ta’ Malta flimkien. Bil-mod il-mod, apparti mill-melitensia bit-Taljan, bdejna nsibu dik bil-Malti u dik bl-Ingliż, l-iktar wara l-libertà tal-istampa. Fl-1839, il-Gvern Ingliż ta lil Malta l-libertà tal-istampa. Fi kliem ieħor spiċċat iċ-ċensura preventiva, jiġifieri ma kienx hemm ħtieġa li jinġieb il-permess minn qabel għall-istampar; u importanti daqsha, li ngħataw il-liċenzji għall-istamperiji privati. SalAtt tal-Libertà tal-Istampa, stamperiji privati ma kinux jeżistu. Kien hawn biss l-Istamperija tal-Gvern u xi eċċezzjonijiet żgħar bħall-Istamperija tal-Protestanti u l-Istamperija tal-Militar ta’ Malta, iżda l-bqija stamperiji Maltin ma kienx hawn. Allura f ’salt wieħed kien hawn proliferazzjoni ta’ stamperiji u stampar f ’pajjiżna, speċjalment filBelt Valletta, fil-Furjana u fil-Kottonera u bil-mod ilmod, f ’Tas-Sliema wkoll. Minn hawn beda l-istampar bil-Malti. Mela ma bqajniex biss bil-Gazzetta tal-Gvern, iżda mill-ewwel bdew ifaqqsu ruxxmata ta’ gazzetti oħrajn: bit-Taljan, bl-Ingliż u xi ftit bil-Malti wkoll. Ħafna minnhom kellhom ħajja qasira, fejn ħarġu żewġ ħarġiet jew tlieta u jmutu. Ma ninsewx li qed nitkellmu fi żmien fejn il-massa tal-poplu kienet illitterata; il-poplu tal-klassi medja kien jaqra bit-Taljan waqt li l-Ingliżi f ’Malta kienu jaqraw bl-Ingliż. Allura ġeneralment dawk il-gazzetti kienu jkampaw, waqt li dawk Maltin kienu jbatu ferm. Stampar bil-Malti Iżda ftit wara, jiġifieri sa nofs is-seklu 19, insibu li
l-istampar bil-Malti beda jsir popolari, għax kien hawn kwantità ta’ letteratura reliġjuża stampata b’ilsienna. Fil-maġġoranza, dawn kienu kotba tat-talb, oħrajn devozzjonali u kotba tal-qaddisin. Varjetà ta’ materjal reliġjuż għal idejn il-poplu, bħal libretti żgħar, li dak li jkun kien jieħu miegħu l-knisja, minkejja li kienet għadha bil-Latin u l-miġemgħa taqrahom kif tħoss li għandha taqrahom. Iżda kien hemm ukoll talb bil-Malti. Għalhekk dan hu materjal importanti ħafna, għax l-ewwel nett kien il-materjal tal-bidu bil-Malti, li kien f ’idejn il-poplu u li mexxa l-lingwa Maltija bħala lingwa stampata u mhux aktar, mitkellma biss fid-djar. Naturalment, kien jinkiteb b’ortografija differenti, għax ma kinitx standardizzata. Min jikteb il-Malti mod u min jikteb mod ieħor, iżda xorta jibqa’ l-fatt li kien hawn ilMalti f ’idejn il-poplu. U kienu kotba rħas fi prezzhom. Imbagħad insibu li evolviet il-letteratura permezz tar-rumanz tal-faxxiklu, li hu wkoll bil-Malti. Jiġifieri mhux biss letteratura reliġjuża u devozzjonali, iżda kien hawn ukoll il-letteratura ‘lajka’ li tati gost – ir-rumanz Malti. Ħafna drabi r-rumanz jew kien ikun oriġinali miktub minn awturi Maltin, jew tradott. Wieħed mill-awturi famużi kien Arturo Caruana, li kien stampatur, kellu l-istamperija tiegħu; kien pubblikatur, jiġifieri jekk xi ħadd kiteb rumanz, kien imur għandu u jippubblikahulu, u kien ukoll awtur. Bħalu kien hemm oħrajn. Voldieri r-rumanz tal-faxxiklu għen ħafna biex l-ilsien Malti jieħu l-forma pubblikata u stampata. Naturalment, il-format tal-faxxiklu kien oriġinali wkoll, għax dak li jkun ma kienx qed jixtri ktieb li jiswa ħafna flus, li ħadd ma seta’ jħallsu, iżda kienu jħallsu sold fil-ġimgħa (1c) u dan ir-rumanz jinbena minn ġimgħa għal oħra. Din kienet sistema tajba kemm għall-poplu kif ukoll għall-pubblikatur, li permezz tal-faxxikli seta’ joħroġ dawk il-kotba. Ħafna drabi, din is-sistema tal-faxxikli nassoċjawha mar-rumanz Malti popolari, iżda mhux biss. Anki ħafna kotba bħal Storja ta’ Malta, Storja tal-Knisja f ’Malta, li huma kotba ta’ stoffa, dawk kienu joħorġu bil-faxxikli. Nagħti eżempju: il-ktieb famuż ta’ Castagna, L-Istorja ta’ Malta, l-ewwel ktieb dettaljat bil-Malti. Dak ukoll ħareġ bil-faxxikli. Dan ifisser
li ħadd ma seta’ jmur f ’ħanut biex jixtri l-ktieb ta’ Castagna u jagħmel dan. Ried bilfors jixtrih bil-faxxikli. B’dan il-mod, fil-melitensia naraw il-faxxinu tagħha. U hemm qasam ieħor. Il-materjal efimeru, fejn hemm kwantità kbira ta’ materjal. Semmejtlek il-gazzetti u l-kotba. Iżda mbagħad hemm l-efimera, fejn wieħed isib il-libretti żgħar, il-karti volanti, l-aktar fejn tidħol il-politika. Stampar politiku Bil-mod il-mod fis-seklu 19 hemm l-evolviment tal-partiti politiċi f ’Malta, li jwasslu għall-elezzjonijiet u naturalment il-propaganda politika fejn dak iż-żmien kienet stampata biss, għax ma kienx hemm il-mezzi. Illum, l-istampar fil-kuntest politiku, kważi kważi spiċċa għalkollox. U nemmen li ftit snin oħra anki l-Programm Elettorali, jibda jkun online. Iżda fil-kuntest ta’ qabel id-diġitali, il-karta u l-istampar – meta kien ikun hemm ċerti avvenimenti – bħalma hi elezzjoni jew referendum, isib ammont qawwi ta’ efimera, kif ġara fir-referendum tal-integrazzjoni jew l-indipendenza. Iżda meta ġejna għar-referendum tal-Ewropa jew tad-divorzju, l-ammont ta’ karta naqas ħafna. Madankollu, dan il-materjal efimeru, li kellu materjal viżiv, bħal karikaturi li jwaqqgħu għar-ridikolu l-idea tal-avversarju politiku, hu importantissimu, għax minnu tara x’kien qed jirċievi l-poplu f ’daru. Imbagħad insibu dawk il-fuljetti tal-għana talfatt jew ġurijiet, li bl-Ingliż ngħidulhom Chap Books, li wkoll jaqgħu taħt l-efimeru. Kienu jiffurmaw ktieb b’sold. Tajjeb ngħidu wkoll li bil-liġi tal-libertà tal-istampa, kienet tneħħiet iċ-ċensura, iżda ddaħħlet klawsola tal-libell, biex ħadd ma jimmalafama individwu u wieħed lanqas seta’ jirridikola r-reliġjonijiet. Ma ninsewx li f ’Malta kien hawn il-Knisja Kattolika, qawwija u stabbilita, bi gvern u soċjetajiet Ingliżi Protestanti. Għalhekk seta’ jinħoloq l-inkwiet. Din il-klawsola wasslet għall-ewwel libell, fejn gazzetta Ingliża ppermettiet kittieb Protestant, ċertu Richardson, jgħid li r-Reliġjon Kattolika hi waħda millagħar li teżisti fid-dinja u twassal lil dak li jkun jemmen li aħjar ma jkun jemmen b’xejn. Hu tressaq il-Qorti fejn weħel multa u ħabs. Ilħabs m’għoġbux u kellu jħallas aktar biex ingħata l-libertà.
20
03.04.2022
X’INHI L-ISTORJA TAL-BEREĠ F’MALTA? X’BAQA’ MINNHOM? Kitba ta’ CLIFFORD GALEA President tar-Reġjun Tramuntana
Meta l-Kavallieri waslu Malta fl-1530, l-ewwel riedu jistabbilixxu l-istess struttura amministrattiva tal-Berġa u Collachio li huma f’Rodi. Il-Collachio kienet iż-żona, li kienet iddisinjata apposta għall-Kavallieri u kienet aċċessibbli għalihom biss. In-nies komuni ma tħallewx jidħlu. Iż-żona Collachio tinkorpora bini privat, reliġjuż u amministrattiv inklużi l-Berġa tal-Kavallieri. L-aħħar Collachio proprju nbena f’Rodi. Meta l-Kavallieri ġew Malta u ddeċidew li jibqgħu l-Birgu, indunaw li ma kienx hemm biżżejjed spazju biex tinbena żona separata għall-Kavallieri. Allura kellhom jinkorporaw il-bini tal-Berġa fil-pajsaġġ eżistenti tal-belt. Ftit huma l-fdalijiet tal-Berġa li fadal fil-Birgu. Meta kienu qed jippjanaw belt ġdida tal-Belt Valletta l-kunċett taż-żona ta’ Collachio tilef l-importanza tiegħu, billi probabbilment il-Kavallieri kienu jgawdu aktar minn
spazji li kienu jkunu miftuħa għall-pubbliku. Dan hu għaliex ma narawx iż-żona riservata fil-Belt Valletta iżda l-bini tal-Kavallieri jitħallat mal-bini pubbliku u privat. Oriġinarjament l-Ordni ta’ San Ġwann kienet irrappreżentata bi tmien bereġ fil-Belt. Sebgħa nbnew minn Girolomo Cassar u t-tmien Berġa tal-Baviera ġiet miżjuda aktar tard. Il-kelma “berġa” ġejja mil-lingwa Franċiża, li tfisser “hostel” jew “taverna”. Fil-lessiku tal-Kavallieri Ospitallieri kienet akkwistat konnotazzjoni ġdida - “il-kwartieri ġenerali tal-Kavallieri”. Kull berġa kienet tappartjeni għal lingwa speċifika bl-istess isem. Il-Kavallieri kollha kienu jappartjenu għal waħda mittmien “lingwi” tal-Ordni ta’ San Ġwann. Kull wieħed minnhom irrappreżenta pajjiż wieħed jew ftit, magħqudin bix-xebh etno-lingwistiku u l-prossimità ġeografika.
Il-kelma “berġa” ġejja mil-lingwa Franċiża, li tfisser “hostel” jew “taverna”. Fil-lessiku tal-Kavallieri Ospitallieri kienet akkwistat konnotazzjoni ġdida il-kwartieri ġenerali tal-Kavallieri. Kull berġa kienet tappartjeni għal lingwa speċifika
Il-Berġa tal-Baviera, tinsab fin-naħa ta’ fuq tal-Belt Valletta. Din tħares lejn il-Bajja ta’ Sant’Iermu u l-Port ta’ Marsamxett. Oriġinarjament inbniet fl-1696 minn Fra Carneiro u kienet magħrufa bħala Palazzo Carneiro (bil-Malti: il-Palazz ta’ Karnirju). Il-bini kien iddisinjat mill-Perit Malti Carlo Gimach u sar wieħed mill-aħħar eżempji
ta’ arkitettura awstera qabel ma bdiet ix-xejra Barokka. Wara mewtu Fra Carneiro ħalla l-palazz tiegħu għall-Ordni. Hekk saret ir-residenza tal-Gran Mastru Zondadari. Fl1784 ġiet ikkonvertita fil-Berġa tal-Anglo-Bavarja. Aktar tard intuża mill-militar Ingliż u serva bħala sptar militari matul it-Tieni Gwerra Dinjija.
Matul din il-gwerra, b’xorti tajba dan il-bini ma nqeridx u issa narawh fl-istat oriġinali tiegħu. Intuża wkoll bħala skola, “hostel”, u kien fih diversi aġenziji tal-gvern fejn bħalissa tospita l-Awtorità tal-Artijiet. Il-Berġa ta’ Aragona hija kkunsidrata bħala l-eqdem Berġa fil-Belt Valletta. Din inbniet
21
03.04.2022
minn Girolamo Cassar fl-1571. Cassar iddisinja seba’ bereġ, mhux tmienja. Il-Berġa Anglo-Bavarja ġiet miżjuda aktar tard fl-1784. Il-Berġa żammet id-disinn oriġinali tagħha, apparti minn tibdil żgħir. Tagħtina l-idea kif dehru ħafna mill-bereġ fid-disinn oriġinali tagħhom. Kollha kienu bini b’sular wieħed. Fl-1693 sofriet mit-terremot ta’ Sqallija, iżda wara ġiet restawrata skont id-disinn oriġinali tagħha. Inizjalment intuża bħala residenza għall-Kavallieri Spanjoli ta’ Aragona, Navarra. Il-parti ta’ barra tirrappreżenta l-istil Mannerist minimalist, imma ġewwa ssib xi elementi Barokki li ġew miżjuda aktar tard. Il-portiku neoklassiku fid-daħla ma kienx parti mid-disinn oriġinali. Inbena matul il-perjodu Ingliż, meta l-bini kien użat mill-militar Ingliż. Aktar tard intuża bħala stamperija, skola u sptar matul it-Tieni Gwerra Dinjija Kien fih diversi ministeri u ilu mill2020 jintuża mill-Ministeru tal-Ġustizzja. Il-Berġa ta’ Kastilja Fl-1570 inbniet minn Girolamo Cassar apposta għall-Kwartieri Ġenerali tal-Kavallieri ta’ Kastilja, Leon u l-Portugall. Għall-ewwel inbniet fi stil Mannierist u kellha biss sular wieħed. Fl-1740 inbniet mill-ġdid filBarokk Spanjol iddisinjat minn Perit Malti Andrea Belli u sar
Il-Berġa żammet id-disinn oriġinali tagħha, apparti minn tibdil żgħir. Tagħtina l-idea kif dehru ħafna mill-bereġ fid-disinn oriġinali tagħhom. Kollha kienu bini b’sular wieħed. Fl-1693 sofriet mit-terremot ta’ Sqallija, iżda wara ġiet restawrata skont id-disinn oriġinali tagħha wieħed mill-ifjen bini f’Malta. Fil-faċċata nsibu bust ta’ Manuel Pinto da Fonseca u l-arma tiegħu. Il-biċċa ċentrali fuq it-tieqa għandha l-istemma ta’ Kastilja u León u tal-Portugall. 1798-1800 - Il-kwartieri ġenerali tal-forzi militari Franċiżi. 1800 - Il-kwartieri ġenerali tal-forzi armati Ingliżi u residenza ta’ uffiċjali Ingliżi. Issa, tintuża bħala l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ta’ Malta. Hija wkoll l-ogħla punt talBelt Valletta li jagħti ċans għal veduta perfetta tal-Furjana u l-inħawi tal-Port il-Kbir.
tal-Italja kienet fuq is-sit tal-palazz tal-Gran Mastru filBelt Valletta. Aktar tard meta ġie deċiż li tintuża bħala l-Palazz tal-Gran Mastru, inbniet fi Triq il-Merkanti fejn jinsab issa. Wara li l-Ordni tkeċċiet minn Malta mill-Franċiżi fl1798, il-Berġa ntużat għal numru ta’ skopijiet, fejn kien hemm kwartieri ġenerali militari, mużew, skola tal-arti, l-Uffiċċju Ġenerali tal-Posta u diversi dipartimenti tal-gvern. Dan l-aħħar intużat bħala Ministeru għat-Turiżmu u issa qed tiġi użata bħala l-Mużew NazzjonaIl-Berġa tal-Italja nbniet ukoll li tal-Belle Arti, imsejjaħ MUŻA. oriġinarjament fl-istil Mannerist fis-seklu 16. Il-Berġa ta’ Provenza hija waħIs-seklu 17 ġie mfassal mill- da mill-ħamsa ffortunati, li ġdid fi stil Barokk. Fuq l-entra- baqgħu sħaħ sal-jiem preżenti. tura l-arma ta’ GM Carafa. Perit Inbniet fl-1577. F’nofs is-sekli għamel ir-rinnovazzjoni- lu 17 ġiet rinnovata mill-Perit Mederico Blondel. Franċiż Mederico Blondel. Oriġinarjament il-Berġa Bil-wasla tal-Franċiżi fl-
1798, il-funzjoni tal-bini bħala berġa ġiet fi tmiemha. L-ispazju tal-eks berġa kien użat bħala l-appartamenti tal-uffiċjali Franċiżi. Matul il-perjodu Ingliż il-bini ntuża għal skopijiet differenti: kwartieri militari, lukanda, dar tal-irkant u ħwienet. Fl-1826 dik li qabel kienet Berġa ta’ Provenza saret klabb soċjali msejjaħ “Union Club”, li organizza ballijiet u avvenimenti varji. Fost il-membri tal-Union Club kien hemm: il-kittieb Sir Walter Scott, ilPrim Ministru Ingliż Benjamin Disraeli u l-Prinċep George ta’ Wales (wara r-Re Ġorġ V). Fl-1958 il-Berġa ta’ Provenza saret il-mużew li fih jinsabu l-kollezzjonijiet Arkeoloġiċi u tal-Arti. Fl-1974 saret ilMużew tal-Arkeoloġija, filwaqt li l-kollezzjoni tal-Arti kienet marret f’bini separat (Admiral House).
Il-Berġa ta’ Alvernja ġiet meqruda b’bumbardament mill-ajru fl-1941. Fl-1960 ġiet mibdula bil-bini Neoklassiku li fih il-Qrati tal-Ġustizzja sallum. Il-Berġa ta’ Franza tirreferi għal żewġ bereġ fil-Belt Valletta, Malta. It-tnejn li huma nbnew fis-seklu 16 biex jospitaw Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann mil-lingwa ta’ Franza. L-ewwel berġa nbniet xi żmien wara l-1570, u għadha parzjalment intatta. It-tieni berġa ikbar inbniet wara l-1588, u ġiet meqruda b’bumbardament mill-ajru fl-1942. Is-sit ta’ dan tal-aħħar issa huwa okkupat mill-Bini tat-Tifkira tal-Ħaddiema (GWU), li nbena fis-sittinijiet. Il-Berġa tal-Ġermanja kienet berġa fil-Belt Valletta. Inbniet bejn l-1571 u l-1575 biex joqogħdu fiha l-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann mil-lingwa tal-Ġermanja. Ġiet vakata fl-1798 meta l-Ordni tkeċċiet matul l-okkupazzjoni Franċiża ta’ Malta. Sas-snin 1830, il-bini ntuża bħala r-residenza tal-Prim Imħallef. Parti oħra ntużat mill-Flotta Mediterranja bħala forn u mitħna. Twaqqgħet fl-1839 biex tagħmel post għall-Pro-Katidral ta’ San Pawl. Il-Berġa tal-Ġermanja kienet l-unika berġa f’Malta li ġiet imwaqqgħa’intenzjonalment, minħabba ħsara li ġarrbet fit-Tieni Gwerra Dinjija.
22
03.04.2022
GREG DEGABRIELE
L-EWWEL RUNNING SHOES REVIEWER TA’ MALTA Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Dan l-aħħar sirt naf b’atleta li jittrenja kuljum u jinteressah dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ żraben tal-ġiri. Qed nirreferi għal Greg Degabriele. Magħruf aktar bħala l-Geez, joqgħod Ħal Għargħur, miżżewweġ lil Angelique u għandhom tifel ta’ erba’ snin. Jaħdem bħala għalliem tal-edukazzjoni fiżika u physical trainer mattim femminili tan-nazzjonal. Iħobb jiġri u jgħum ħafna, jittrenja kuljum u jikkollezjona, jaqra u jistudja fuq żraben tal-ġiri. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala bniedem attiv ħafna u juża l-isport biex jgħix aħjar. Il-ġurnata tkun ħafna aħjar wara li jipprattika l-isport. Hu jħobb jispira lin-nies ta’ madwaru sabiex jagħmlu l-istess. Fil-fatt, Greg huwa atleta li jħobb l-isport u jitħarreġ kuljum. Ilu jiġri minn meta wara l-honeymoon induna li żaqqu bdiet tippoppa ’l barra. “Dan kien fl-2015, ili sitt snin niġri issa. Il-ġiri jżommni fi stat kalm u seren. Meta nkun ġrejt u niltaqa’ ma’ xi problema naraha nitfa. Meta ma niġrix problema li tkun għadha ma ġietx naraha iljunfant,” stqarr miegħi. Naturalment għall-ġiri jirrikjedi żarbun tal-ġiri tajjeb. Fil-fatt, ta’ min jgħid li Greg għandu passjoni kbira għaż-żraben tal-ġiri, tant li ħoloq il-paġna run_shoe_bible fuq Facebook. Staqsejtu kemm ilha miftuħa din il-paġna u x’tiġbor fiha eżattament. “Run_Shoe_Bible ilha miftuħa sitt xhur u tiġbor fiha informazzjoni, ritratti u kurżitajiet fuq żraben tal-ġiri u stejjer relatati mal-ġiri. Żraben ġodda li jkunu ħerġin, opinjonijiet ta’ runners varji, ideat ta’ reviewers bħali, u konklużjonijiet tiegħi.” Sfortunatament, matul iż-żminijiet Greg weġġa’ kemm-il darba waqt il-ġiri u ħafna drabi meta atleta jweġġa’ jwaħħal fiż-żarbun tiegħu. Darba minnhom, wara li weġġa’ beda jistudja fuq iż-żraben tal-ġiri; it-tip ta’ mudelli, il-materjal u l-forom
tagħhom. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar dwar dan. “Kull runner iħobb li jkollu ż-żarbun perfett għalih. Mażżmien meta tiġri, tweġġa’ jew tħoss xi wġigħ u tibda taħseb li r-raġuni hija ġejja miż-żarbun. Allura dak li jkun ibiddel u jesplora għażliet oħra ta’ żraben biex jara kif iħossu fihom. Iktar minn hekk, niftakar kont nuża Mizuno Wave rider 21 bħala żarbun u kont mort tajjeb ħafna bih. Meta d-ditta tagħmel aġġornament tal-mudell minn wave rider 21 għal wave rider 22 ikun inbidel parti minnu. Normalment din il-bidla tkun fil-ġeometrija tiegħu u b’hekk ma jibqax ideali għalik. Din il-problema kkawżatli ċerti injuries u għalhekk bdejt naqra u nfittex biex nipprova nsib mudell u ditta oħra li taqbel miegħi. Tant qrajt u studjajt żraben u ditti differenti li sirt nifhem fuq kważi kull żarbun tal-ġiri li jeżisti. Minn dakinhar bdejt nixtri żraben u nippruvahom u llum qed nitkellem ħafna fuq żraben ġodda li joħorġu u ngħin runners bħali biex isibu d-ditta u l-mudell tajjeb għalihom. Kuljum ikellmuni nies differenti, min ilu jiġri, min għadu jibda, kollha biex ngħinhom fl-għażla taż-żarbun,” beda jgħidli Greg. Ħoloq paġna speċjali sabiex jitkellem fuq żraben tal-ġiri Qabel ma mort għal din l-intervista, kont naf ukoll li fuq il-paġna tiegħu jagħmel reviews taż-żraben tal-ġiri li jkunu fis-suq, speċjalment taż-żraben tal-ġiri ġodda li jkunu qed joħorġu. Jagħmilha biex ikun jista’ jgħin lir-runner li jistaqsih għall-parir. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar kif joħloq dawn ir-reviews u kif sejjer l-andament dwarhom. “Noħloq dawn ir-reviews billi l-ewwel naqra ħafna fuq il-mudell ikkonċernat, nara t-tajjeb u l-ħażin taż-żarbun u nistudja l-ġeometrija tiegħu, kemm hu għoli minn wara (stack height) u minn quddiem (heel to toe drop),
nara x’materjal użaw fih jekk hux stabbli jew le, jekk hux tajjeb għat-triq, track jew trail. Hemm ħafna x’wieħed jista’ jistudja fuq żraben, hemm ħafna dettall, imma dak id-dettall inħobb nistudjah biex inkun nista’ nasal għal ċerti konklużjonijiet biex meta xi ħadd jistaqsini nkun nista’ niggwidah aħjar. L-andament huwa wieħed tajjeb, anzi impressjonat kemm hawn min qed ifittex li jistaqsini pariri biex ngħinhom. U l-paġni fuq Facebook u Instagram qed iżidu ħafna followers u bilkemm qed inlaħħaq mad-domanda,” żvela miegħi. Kurżità dwar Greg hija li għalih żarbun tal-ġiri jistmah daqslikieku huwa t-tarbija tiegħu. Jieħu ħsiebhom sew
u jimsahom wara kull ġirja li jagħmel bihom. Naf ukoll li peress li żarbun tal-ġiri jiflaħ biss għal ammont ta’ mili, dan ikollu jinbidel ta’ sikwit u għalhekk runners xi ħadd bħal Greg jixtri ħafna żraben. Xtaqt inkun naf kemm hu t-total ta’ mili li normalment iservi żarbun tal-ġiri, u x’jiġri jekk dan ma jinbidilx appena jiskadi ż-żmien tal-mili fuqu. “Żarbun iservik ġeneralment għal 700/800km qabel ma jibda jitlef il-forma oriġinali tiegħu. Dan għaliex jibda jittiekel il-qiegħ u ma jibqax jagħtik is-sapport li kien jagħtik qabel. Però 700km mhux fuq kulħadd l-istess. Il-forma tar-runner u l-piż tiegħu jilagħbu parti importanti f’kemm idum tajjeb iż-żarbun. Jekk runner jibqa’
jiġri fit-tul b’żarbun li jkun għamel żmienu, jirriskja injury speċjalment f’irkupptejh u f’dahru.” Jipprova jkun ta’ motivazzjoni għan-nies biex jipprattikaw il-ġiri Kif qalli fil-bidu ta’ din l-intervista, Greg bħala atleta jipprova jkun ta’ motivazzjoni għan-nies biex jipprattikaw il-ġiri, għax iżommok b’saħħtek kemm fil-ġisem kif ukoll fil-moħħ. Mistoqsi b’liema mod iħajjar lil persuni oħra għall-ġiri, weġibni: “Sempliċi. Inkun jien magħhom, malajr jindunaw x’tip ta’ ħajja għandi. Dan għaliex mill-ewwel nibda nitkellem fuq il-benefiċċji tal-ġiri u x’nagħmel jien biex in-
08.11.2020 03.04.2022
23
SKEDA ONE Espresso ONE News Liquorish Kalamita ONE News Popcorn Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime Preview Mhux Kemm taf
17:30 18:30 19:20 19:30 20:10 20:35 22:40 23:30
Flimkien ma’ 04-04 Nancy Pjazza ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime Liquorish TBC ONE News
06:30 ONE News 06:45 Liquorish 07:00 What’s Cooking 07:30 ONE News 07:50 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:33 Telebejgħ 09:05 PrimeTime 09:30 Ieqaf 20 Minuta
10:00 12:30 12:35 13:00 15:30 15:35 15:55 16:00 16:25
Espresso ONE News Liquorish Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime Preview Ondroad
16:55 17:30 18:30 19:18 19:30 20:10 20:30 21:10 23:30
Mill-Chcina ta’ Dari Dak Li Jgħodd Pjazza ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime Reboot TBC ONE News
06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:33 09:05 09:30 10:00
ONE News Liquorish Popcorn ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ PrimeTime Ieqaf 20 Minuta Espresso
12:30 12:35 13:00 15:30 15:40 15:57 16:05 16:28 17:15 18:00
ONE News Liquorish Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime Preview Pink Panther Mqades l-Istorja What’s Cooking
18:30 19:20 19:30 20:10 20:30 21:10 22:30 23:30
ERBGĦA Pjazza 06-04 ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime The Local Traveller Cash Ride Flip the Venue ONE News
06:30 ONE News 06:45 Liquorish 07:00 Ħabrikt 07:30 ONE News 07:50 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:33 Telebejgħ 09:05 PrimeTime 09:30 Ieqaf 20 Minuta
10:00 12:30 12:35 13:00 15:30 15:40 16:00 16:05 16:25
Espresso ONE News Liquorish Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime Preview Popcorn
17:00 17:30 18:30 19:20 19:30 20:10 20:30 21:00 23:30
Żona Sport Mhux Kemm Taf Pjazza ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime TBC TBC ONE News
06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:30 09:05 09:30 10:00 12:30
12:35 15:30 15:35 15:55 16:00 16:20 16:50 17:30 18:15 19:13
Liquorish ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime Preview What’s Cooking Music Legends Indhouse Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari
19:20 19:30 20:10 20:30 21:00 22:15 22:30 23:00 23:30
ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime Niftakru Brillanti Ħabrikt Popcorn Żona Sport ONE News
06:30 ONE News 06:45 Music Legends 07:20 Reboot 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:33 Better Living 09:30 Żona Sport 10:05 The Local Traveller
10:35 11:35 12:00 12:30 12:35 13:10 14:10 15:30 15:35
Dak li Jgħodd What’s Cooking Popcorn ONE News Telebejgħ Indhouse TBC ONE News Liquorish Omnibus
16:30 17:30 18:00 18:45 19:20 19:30 20:10 20:30 23:30
Flimkien ma’ Nancy Sabiħa l-Ħajja Pink Panther Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 minuta Arani Issa ONE News
06:30 06:45 07:15 07:40 08:00 08:40 10:00 11:30 12:30
12:40 13:15 15:30 15:35 16:30 17:05 18:00 19:00 19:25
Telebejgħ Arani Issa ONE News Arani Issa Music Legends Eko Djar Mqades l-Istorja TBC One Sport & Temp
19:30 20:10
ONE News Ieqaf 20 Minuta TBC Willy TBC ONE News
ONE News Liquorish Niftakru ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ PrimeTime Ieqaf 20 Minuta
TLIETA 05-04
ĦAMIS 07-04
ħossni aħjar. Lead by example tiddeskrivi proprju dan li qed ngħid.” Inizjattiva ħelwa ħafna li ħoloq Greg u ħabib tiegħu hija dan il-Milied li għadda flimkien mal-ħabib Daniel Mangion xtaqu li jgħinu wkoll lit-tfal li ma jaffordjawx jixtru running shoes u ġabru l-flus għal dan il-għan. Fi kliem ieħor għamlu xi ħaġa għat-tfal marbuta mal-atletika. Is-slogan li użaw hu “Let’s help kids run after their dreams”. Sakemm saret din l-intervista laħqu ġabru s-somma sabiħa ta’ ’l fuq minn €3,500. “Irnexxielna nġibu discount tajjeb minn Eurosport u Teamsport biex iż-żraben li xtrajna mingħandhom akkwistajniehom irħas biex b’hekk inkunu nistgħu nixtru kemm jista’
jkun żraben tal-ġiri biex imbagħad nidentifikaw tfal li għandhom għal qalbhom l-isport u mmorru nagħtuhomlhom. Kumpaniji bħal Garmin Malta wkoll tawna l-għajnuna finanzjarja tagħhom. Tfal li ser jibbenefikaw minn din l-inizjattiva huma tfal f’istituti li huma fqar u għal raġunijiet varji ma jaffordjawx jixtru dawn iż-żraben.” Fl-aħħar ta’ din l-intervista, Greg ħalla messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “‘Mens Sana In Corpore Sano’ - dak huwa l-messaġġ tiegħi. B’naqra attività fiżika kuljum tiskanta kemm tħossok aħjar fiżikament u mentalment u tibda tara l-ħajja b’lenti oħra. Lenti li biha tara isbaħ, tkun iktar kalm, u bi tbissima,” temm jgħid.
TNEJN
10:00 12:30 12:35 13:00 15:30 15:35 15:58 16:00 16:25
06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:30 09:05 09:30
SIBT 09-04
ONE News Liquorish Ħabrikt ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ PrimeTime Ieqaf 20 Minuta Espresso ONE News
ĠIMGĦA 08-04
ONE News Niftakru Żona Sport Ħabrikt Quddiesa tal-Jum Paper Scan TBC Flip the Venue ONE News
20:35 21:00 21:45 23:30
ĦADD 10-04
24
03.04.2022
reċensjoni tal-ktieb
IL-ĦALFA TAD-DESTIN Bint De Valette fl-Assedju l-Kbir Huwa sigriet magħruf li l-Gran Mastru Jean de Valette, minbarra l-vot tal-kastità li kellu josserva, kellu wkoll it-tfal. Dan ir-rumanz inkiteb wara li l-awtur qara riċerka interessanti minn Dr Giovanni Bonello dwar l-ulied illeġittimi li kellu De Valette. Naturalment, l-immaġinazzjoni tal-awtur lagħbet parti importanti wkoll biex Cini ħoloq ġrajja li għalkemm fittizja, hija ambjentata u magħġuna tajjeb ma’ dan ilfatt, kif ukoll ma’ dak kollu li kien qiegħed iseħħ waqt l-Assedju l-Kbir ta’ Malta. Ir-rakkont jiftaħ bl-attakk qalil fuq il-Posta ta’ Kastilja fejn De Valette jiġi ferut. U ftit wara bil-wasla ta’ Isabella Guasconi, waħda mill-ulied illeġittimi tal-Gran Mastru li skont l-istorja maħluqa ta’ dan ir-rumanz, ġiet Malta bil-moħbi mas-suldati tal-Piccolo Soccorso f ’nofs l-Assedju. Dan minħabba li Isabella tkun qed taħrab mill-għarus li kien għażlilha missierha stess. Għarus dominanti, possessiv u għajjur għall-aħħar li kienet se tkun imġiegħla tiżżewweġ
kontra qalbha. Għalhekk Isabella tkun ġiet biex tipprova tikkonvinċi lil missierha jdawwar fehemtu u jħollha minn din l-għerusija falza. Ftit li xejn ħabblet rasha li minn ġot-taġen kienet se ssib ruħha dritt fin-nirien tal-Assedju! U biex il-borma tkompli titħawwar, wara ftit li tasal Malta, minn wara dahar missierha ssir tħobb lil Bennard – wieħed mis-suldati tal-Gwardja Personali talGran Mastru. Imma De Valette b’xejn ma ried li Isabella tibqa’ Malta, minħabba li kien qed jibża’ li t-Torok setgħu jirbħu l-Assedju. Ma xtaqx li allaħares qatt bintu taqa’ f ’idejn l-għadu għax Alla biss jaf x’kienu jagħmlulha u minn xiex kienet tgħaddi. Għalhekk, meta ra li l-avvanzi tal-għadu u l-bumbardamenti fuq il-linji kollha tas-swar tal-Isla u l-Birgu komplew jiħraxu, De Valette fassal pjan ta’ kif kellu jħarrab lil Isabella lejn l-Imdina u l-Kastell t’Għawdex biex minn hemmhekk, isalpaw biha lura lejn Sqallija. U dan minkejja l-kwantità ta’ sul-
dati Torok li kien hawn jgħassu kullimkien, u l-imriekeb tal-għadu li kontinwament kienu qed jagħmlu r-ronda
fuq iż-żwiemel tal-Kavallerija tal-Ordni fi ljieli mudlama minn qalb il-kampanja, l-irħula antiki, ġol-widien, fuq l-irdumijiet u saħansitra anki f ’nofs il-fliegu perikoluż ta’ bejn Malta u Għawdex. Barra minn hekk, din l-avventura qalbiena tniżżlu wkoll taħt l-art f ’bosta mini u passaġġi sigrieti li jeżistu fis-sotterrani kbar u mudlama ta’ Sant’Anġlu, l-Imdina kif ukoll taċ-Ċittadella t’Għawdex. Għal darb’oħra, dan ilktieb huwa mżejjen b’numru ta’ mapep, stampi u tpinġijiet relatati mal-Assedju l-Kbir. Dan minbarra wkoll xi siltiet mill-affreski ta’ Matteo Perez d’Aleccio li hemm fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta. U biex jgħinuh jidħol aktar fl-atmosfera tar-rakkont, il-qarrej se jiltaqa’ wkoll ma’ bosta rikostruzzjonijiet ta’ Dr Stephen C. Spiteri li ġentilment għoġbu jgħaddi lill-awtur, fosthom ta’ Sant’Iermu, Sant’Anġlu, l-Imdina, il-Kastell t’Għawdex, il-Birgu u saħansitra madwar l-ibħra Maltin. Huwa u jaqra dan ir-rak- tal-Posta ta’ Kastilja waqt kont, il-qarrej se jieħu seh- l-attakki tal-għadu fuq isem f ’bosta ħarbiet eċitanti swar ta’ Malta.
Mistoqsija: Fejn ġie ferut De Vallette? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IL-ĦALFA TAD-DESTIN. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 10 ta’ April. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb VRUMM! L-ISTORJA TAL-KAROZZI hija:
M. CARUANA - ŻEJTUN
05 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm hi l-età medja tal-grupp il-ġdid tal-Ministri?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
03.04.2022
“THE DEATH HOUSE LANDLADY” Dorothea Puente kellha dehra ta’ “nanna ħelwa” L-EWWEL PARTI
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
Dorothea Puente kienet qattiela tal-massa Amerikana li qatlet għadd ta’ persuni anzjani jew b’diżabbiltà mentali biex teħdilhom iċ-ċekkijiet tas-sigurtà soċjali. Fis-snin 80, Puente kellha dar li qelbitha għal dar tal-kura biex tilqa’ dawn in-nies u kif kienu jidħlu għandha, ma kellhomx garanzija li se joħorġu ħajjin minn hemm ġew. Meta l-pulizija fittxew fid-dar, huma sabu seba’ katavri midfuna fil-bitħa ta’ wara tad-dar.
Id-dar ta’ Puente fejn kienet tilqa’ nies vulnerabbli fiha
Min kienet Dorothea Puente Dorothea Helen Gray twieldet fid-9 ta’ Jannar tal-1929 f’Redlands f’Kalifornja fl-Istati Uniti lill-koppja Trudy Mae u Jesse James Gray. It-tfulija tagħha u ta’ ħutha ma kinitx waħda feliċi hekk kif il-ġenituri tagħhom kienu jħobbu l-qatra u l-missier għajjat kemm-il darba quddiemhom li kien se jneħħi ruħu b’idejh. Fl-1937, il-missier miet bit-tuberkulożi u sena wara, ommhom tilfet il-kustodja ta’ wliedha u mietet f’inċident stradali. Ittfal spiċċaw f’diversi orfanatrofji fejn Dorothea qalet li ġiet abbużata sesswalment. Iż-żwiġijiet Dorothea żżewġet fl-età ta’ 16-il sena lis-suldat Fred McFaul. Flimkien kellhom żewġt ibniet fejn waħda intbagħtet tgħix ma’ xi qraba u l-oħra ngħatat għall-adozzjoni. Iż-żwieġ tkisser fl-1948 hekk kif Dorothea korriet it-tarbija li kienet qed tistenna u McFaul spiċċa biex telaqha. Fl-istess sena, Dorothea ġiet arrestata wara li pruvat tħallas b’ċekk falz f’Riverside. Hi weħlet tliet xhur ħabs sospiżi għal tliet snin. Fl-1952, Dorothea żżewġet lill-baħħar tal-merkanzija, Axel Bren Johansson, f’San Francisco. Dorothea kienet gidbet u qalet li kien jisimha “Teya Singoalla Neyaarda”. Iż-żwieġ tagħha ma’ Johansson ma kienx wieħed tajjeb u hi kienet tistieden irġiel oħrajn fid-dar tagħhom waqt li żewġha kien ikun qiegħed ibaħħar. Fl-1960, Dorothea reġgħet ġiet arrestata għax kienet qiegħda tmexxi burdell f’Sacramento. Hi weħlet 90 jum ħabs u sena wara ddaħħlet fid-DeWitt State Hospital minħabba l-vizzju tax-xorb, attentati ta’ suwiċidju u mġiba kriminali. Hemmhekk, it-tobba
Ruth Monroe qalu li kienet giddieba patoloġika u li kellha personalità mhux stabbli. Fl-1966, Dorothea u Johansson iddivorzjaw iżda baqgħet iżżomm kunjomu sakemm bniet id-dehra l-ġdida tagħha – dik ta’ mara twajba li tagħti saqaf lil nisa fqar jew dawk li kienu abbużati. Sentejn wara mid-divorzju tagħha ma’ Johansson, Dorothea żżewġet lil Roberto Jose Puente. Wara biss sena u erba’ xhur, il-koppja sseparat minħabba abbuż domestiku. Hi riedet tiddivorzjah iżda Puente ħarab lejn il-Messiku. Id-divorzju ġie ffinalizzat fl-1973 u sentejn wara, Dorothea applikat għal ordni ta’ protezzjoni. Minkejja d-divorzju, Dorothea baqgħet tuża l-kunjom tal-eks raġel tagħha u baqgħet tintroduċi ruħha bħala Dorothea Puente. Dorothea baqgħet tgħix f’Sacramento u hemmhekk fetħet dar tal-kura għal persuni li ma kellhomx saqaf fuq rashom, nies alkoħoliċi u nies b’diżabbiltà mentali. Puente pruvat tibni dehra ġenwina tagħha u bdiet tlaqqa’ nies fil-bżonn u tgħinhom jirreġistraw għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali. Hi bdiet tilbes ilbies tal-anzjani, nuċċali tal-vista kbir u ħalliet xagħarha jibbjadilha ħalli tidher qisha “nanna ħelwa”.
Puente ħadet sehem f’diversi attivitajiet tal-karità, fil-komunità spanika ta’ Sacramento u anke fuq programmi tar-radju. B’dawn l-attitivitajiet, hi kompliet tibni d-dehra li riedet ħalli n-nies jafdawha u jarawha bħala persuna twajba. Fl-1978, Puente ġiet akkużata li sarrfet 34 ċekk li kienu tal-kerrejja tagħha u ta’ dan weħlet sentenza sospiża ta’ ħames snin u ntalbet tħallas 4,000 dollaru. Il-bidu tad-delitti F’April tal-1982, Ruth Monroe marret tgħix fid-dar tal-kura ta’ Puente għax dawn kienu ħbieb u pruvaw iniedu negozju flimkien. Tliet ġimgħat wara, Monroe mietet wara li ħadet doża eċċessiva ta’ kodeina u aċetaminofen. Puente qalet lill-pulizija li Monroe kienet tbati mid-dipressjoni minħabba li żewġha kien marid. Il-pulizija emmnitha u l-każ ingħalaq wara li ġie deċiż li Monroe, li kellha 61 sena, neħħiet ruħha b’idejha. Ftit ġimgħat wara, xi uffiċjali tal-pulizija marru jħabbtu fuq il-bieb ta’ Puente wara li wieħed mill-pensjonanti li kien jgħix magħha, Malcolm McKenzie, akkużaha li drugatu u li serqitu. F’Awwissu tal-istess sena, Puente nstabet ħatja fuq serq u weħlet ħames snin ħabs. Waqt li kienet il-ħabs, hi bdiet tibgħat ittri ta’ ħbiberija lill-pensjonant Everson Gillmouth ta’ 77 sena.
Everson Gilmouth
TKOMPLI L-ĠIMGĦA D-DIEĦLA
26
03.04.2022
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
03.04.2022
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 427
F. ATTARD - LUQA
MIMDUDIN: 1. Parti interna fil-ġisem (5) 4. Fjuri (4) 7,23. Tħallas? (6) 9. Tfisser Bi 3 NUMRI 159 228 273 371 382 419 554 672 694 743 759 855 907 923
943 971 B’4 NUMRI 1603 1673 1846 2084 2192 2367 2597 3273 3308 3628 3738
3904 3925 3989 4028 4077 4389 7992 8467 8933 9269 9348 9452 9952
B’5 NUMRI 00949 03895 04849 08435 10967 18234 18606 19266 21219 21272 28689 29211 39833 46474
49736 50347 51079 53594 56711 58316 70123 71281 72777 80823 83393 83473 86484 90123 91582
94685 B’6 NUMRI 136618 196011 261705 539017 552523 554579 740004 763288 799099 901603 932839 999600
WEQFIN: 1. Kompli l-qawl: Għaċ-ċrieket u għall-imsielet baqgħet bla ma ............ (6) 2,17. Isem (6)
10. 12. 16. 18,19. 19.
il-kumplament? (3) 20. Tiskarta? (6) 21. Jintużaw mal-art (6) ..... Maria x-xarba (3) 23. Iżjed (5) 24. Ara 18
3. 5.11. 6, 21W. 8. 11. 12,22. 13.
Parti minn reċta (3) 14. Ħares lejna (5) 15. Linja? (6) Attent minnu! (9) 17. Ara 5 21. Nirfsu fuqu (5) 22. Tnejn (3)
Riħa (5) L-ewwel tlieta tat-tappiera (3) Ara 7 Bi żvista (5) Pajjiż (6) Jintlibsu fuq il-ħwejjeġ (6) Ara 2 Ara 6 Ara 12 wieqfa
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Ġobon, 4.Ħobż, 7,23.Aktarx, 9.Nar, 10.Ħaddan, 12.Mandra, 16.Lia, 18.Gi, 19,21W. Marbut, 20.Sodda, 21.But,24.Igara
WEQFIN: 1.Ġonġol, 2,12W. Burma, 3,6. Naħżen, 5,11.Ordna, 8.Kandidati, 13.NGO, 14.Amanda, 15.Pravda, 17.Ilu, 22.Tir
28
03.04.2022
IRBAĦNA FUQ L-IMGĦODDI Editorjal
Mill-ewwel sinjali jidher li l-PN u l-qarnita li tħaddnu se jerġgħu ma jitgħallmux mil-lezzjoni jewwilla li l-poplu qed jirrifjuta li jisma’ minnhom … nittamaw bis-sinċerità kollha li jibdlu l-fehma u l-atteġġjament tagħhom
Ġimgħa wara d-deċiżjoni popo lari tas-26 ta’ Marzu 2022 hu sewwa u xieraq li nsellmu r-rebħa kbira Laburista bilversi tal-poeta Għawdxi Ġorġ Pisani: “Irbaħna fuq l-imgħoddi, iż-żmien li ġej hu tagħna” (minn Il-Għid taż-Żgħożija). Il-Partit Laburista mhux biss kiseb rebħa b’maġġoranza oħra rekord fuq il-Partit Nazzjona lista, imma estenda din ir-reb ħa fuq is-swaba’ kollha tal-qar nita li tħaddnu. Kull analist politiku serju f’pajjiżna u anke lil hinn kapaċi jagħraf li l-ġimgħa l-oħra ma tilfux biss il-kapurjuni li jmexxu l-PN, imma tilfu wkoll il-friegħi kollha tal-establishment li tra dizzjonalment jiddominaw ukoll il-midja inġenerali. Tilfu l-hekk imsejħin opinion-ma kers, li moħħhom biex jinjettaw lis-soċjetà bin-negattività li tiffavorixxi l-aġenda tagħhom. Tilfu dawk li, għall-iskopijiet politiċi tagħhom, jużaw għaq diet volontarji, fosthom dawk li jgħidu li huma ċivili u mhuma ċivili xejn. Kontra qalbna jkollna nżidu ma’ dan ukoll elementi oħrajn, inkluż fil-Kurja, fl-Università u
f’istituzzjonijiet pubbliċi, li kif jaf kulħadd ilhom li ħalfu gwerra totali kontra l-Partit Laburista u din id-darba kellhom it-tir li jtellfu l-elezzjoni lill-Prim Ministru Robert Abela jew, jekk ma jitlifhiex, almenu jonqoslu d-distakk fuq il-PN. Minkejja dan, fil-maġġoranza assoluta tiegħu, il-poplu mhux talli ma semax minn dawn kollha, iżda għamel proprju bil-kontra u, biex juri kemm ma jagħtix kashom u kas ilpariri tagħhom, ikkonferma lil Robert Abela bl-akbar riżul tat li pajjiżna qatt ra mill-Indi pendenza ’l hawn. Filwaqt li nifirħu bil-maturità u l-għaqal tal-poplu, li injora lil dawn il-privileġġati tal-passat u spiċċa jagħti l-akbar fiduċja lillGvern Laburista, ikollna nam mettu wkoll li ddispjaċiena bilkbir li mat-telliefa jingħaqdu elementi medjatiċi devjati li mhux biss ittradew lis-segwaċi tagħhom, iżda komplew itellfu r-rispett, il-fiduċja u l-prestiġju morali li jistħoqqilha r-“Raba’ Kolonna tal-Istat”. Id-dispjaċir tagħna hu wkoll għar-relevenza dejjem tonqos ta’ dawk l-elementi politiko-
reliġjużi li qatt m’aċċettaw li l-Labour jista’ jiggverna. Konna naħsbu li din irrebħa storika fuq l-imgħoddi se tikkonvinċi lil dawn it-tel liefa biex jiddispjaċihom, forsi jindmu mill-qerq u sa ċertu punt l-abbużi tagħhom. Minkejja dan, jidher li, sfor tunatament, se nerġgħu nkunu mqarrqin. Is-sinjali li qegħdin jintbagħtu huma l-istess bħal dawk li esperjenzajna wara r-rebħiet Laburisti tal-2013 u tal-2017. Huwa evidenti biżżejjed li f’dawn l-ewwel ġranet storiċi, kemm il-PN kif ukoll is-swaba’ tal-qarnita, li jduru miegħu, baqgħu ma tgħallmu xejn millezzjoni, jewwilla li l-poplu qed jirrifjuta li jisma’ minnhom. Kummenti ta’ min jilgħab blistatistika fil-midja biex fl-im maġinazzjoni tiegħu jipprova jikkonvinċi li l-Gvern Laburista għandu appoġġ miżeru ta’ 45%, u mhux ta’ 55.1%, kif fil-fatt kiseb, jew li r-rebħa ma laħqitx il-mira ta’ żewġ terzi tal-Kamra tar-Rappreżentanti, flimkien ma’ tgħajjir lejn ministri u segretarji parlamentari magħ żulin biex jifformaw il-Kabinett
il-ġdid tal-Prim Ministru Abela, huma biss sintomatiċi ta’ min għadu jgħix bis-suppervja tassuperjorità. Ta’ min qatt mhu lest jaċċetta li jieħu lezzjonijiet mingħand xi ħadd. Indikazzjonijiet sempliċi ta’ min se jkompli jħaffer iżjed fond fil-ħofra li diġà jinsab fiha. Bħala Laburisti, l-eħfef ħaġa ngħidu li tali atteġġjament negattiv, u ħafna drabi isteriku, jaqbel lilna. Imma aħna mhux biss nipprietkaw id-demokra zija … aħna nħaddmuha u nattwawha. Filwaqt li kull politika ta’ mibegħda, tixwix u kattiverja tkompli tbiegħed lill-PN dejjem iżjed mill-poplu u ttellfu minn kull forma ta’ kredibbiltà, li fadallu, bis-sinċerità kollha aħna nittamaw li jibdlu l-fehma u l-atteġġjament tagħhom. Hi x-xewqa tagħna u talmaġġoranza li, fl-aħħar, ukoll jitgħallmu li l-politika hi tiġrija bejn min irid jagħmel l-iżjed ġid lill-poplu u mhux biex sem pliċiment ikun fil-gvern. Irbaħna fuq l-imgħoddi biex aħna lkoll, Nazzjonalisti inkużi, nimxu ’l quddiem fil-hena u filġid.