KUMPANIJA LOKALI TAL-PERITI BL-AKBAR UNUR INTERNAZZJONALI
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 3 ta’ Mejju, 2020
Ħarġa Nru 1,399
Rapport f’paġna 7 Prezz €1
Din il-ġimgħa kellna l-okkażjoni li ninżlu nsegwu l-proġett tat-tħaffir, li jinsab nofs triq, ta’ mina twila bejn Pembroke u Ta’ Qali. Appena jitlesta, dan il-proġett se jipprovdi distribuzzjoni u kwalità aħjar ta’ ilma tax-xorb f’diversi partijiet tal-pajjiż.
Tkompli f’paġna 3
MINN 468 FADAL 85 KAŻ ATTIV B’għadd kostanti ta’ persuni li għaddew mill-fażi sħiħa tal-infezzjoni u ġew imfejqin għalkollox, illum għandna biss 85 każ attiv minn total ta’ 468 persuna li ġew irreġistrati s’issa li laqqtu l-virus fil-pajjiż. Dan kien ukoll riżultat ta’ nuqqas ta’ infezzjonijiet ġodda, bl-ammonti fl-inqas livelli tagħhom, bħalma kien il-każ tal-bieraħ meta fil-bulettin mediku ta’ waranofsinhar ġiet irreġistrata infezzjoni waħda biss ġdida wara aktar minn 900 swab test li saru fl-24 siegħa ta’ qabel. L-akbar żieda li esperjenzat Malta tul l-imxija kienet irreġistrata nhar is-7 t’April meta dakinhar f’ġurnata waħda biss instabu 52 persuna infettati, waqt li l-akbar ammont ta’ każi attivi f’ġurnata waħda kien dak ta’ 352 fil-15 t’April. Minn dakinhar bdejna nesperjenzaw tnaqqis kostanti fil-każi attivi.
Rapport f’paġni 8 u 9
L-INQAS QGĦAD FIS-SITWAZZJONI Fiċ-ċirkostanzi tal-pandemija li wasslu lil ħafna pajjiżi biex jogħtru bil-goff, waqt Marzu li għadda, fejn mis-6 tax-xahar kellna l-ewwel każi ta’ infezzjonijiet lokali, Malta żammet livell rekord ta’ nuqqas ta’ qgħad imqabbel mal-aħħar 20 sena. Anzi dan il-livell kien nofs ir-rata medja ta’ qgħad li pajjiżna esperjenza fl-istess xahar matul l-amministrazzjonijiet Nazzjonalisti ta’ bejn is-snin 2000 u 2012. Analiżi internazzjonali, li għamilna, tindika wkoll kif iż-żie-
da tal-qgħad lokali bejn Frar u Marzu kienet fost l-inqas li kien hawn, it-tieni l-inqas fiż-Żona Ewro u t-tielet l-inqas fl-Unjoni Ewropea kollha kemm hi. Skont il-Eurostat, fix-xahar ta’ Marzu kien hemm żieda ta’ aktar minn 240,000 persuna qiegħda madwar l-UE kollha. Dan meta fl-istess żmien fl-Istati Uniti l-qgħad tela’ b’1.3 miljun. Tkompli f’paġni 4 u 5
IL-QGĦAD F’MALTA F’MARZU FL-AĦĦAR 20 SENA 6.9 %
7.3
7.5
6.8
7
7.2
7.3
7.2 5.9
6.6
6.9
6.5
6.2
6
5.8
5.4
5.1
4
3.8
3.6
3.5
2000 2001 2002 2003 2004 2005 2006 2007 2008 2009 2010 2011 2012 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020
02
03.05.2020
kullhadd.com
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 24°C L-Inqas Temperatura: 17°C L-Indiċi UV: 9 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni għolja tiksi l-Punent u ċ-ċentru talMediterran It-Temp: Xemxi Ir-Riħ: Ftit qawwi għal qawwi mill-Majjistral, li jsir qawwi Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Moderat L-Imbatt: Ftit li xejn għall-ewwel, li jsir baxx mill-Punent Majjistru It-Temperatura tal-Baħar: 19°C
Editur RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR It-Tnejn
tel: (+356) 2568 2570
It-Tlieta
L-Erbgħa
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
23°C UV 10
15°C
Il-Ħamis
Indirizz Postali KullĦadd
23°C UV 10
14°C
26°C UV 10
Il-Ġimgħa
18°C
Is-Sibt
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
Sit Elettroniku KullĦadd
27°C UV 10
17°C
24°C UV 10
16°C
21°C UV 10
16°C
kullhadd.com
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Emerġenza COVID-19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202
Royal Pharmacy, 271, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21252396 Cosmed Pharmacy, Soccors, 7 Triq il-Franġiskani fi Triq Villambrosa, Il-Ħamrun – 21225991 Fatima Pharmacy, 82, Triq il-Ferrovija, Santa Venera – 21482856 St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara – 21492151 Brown’s Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina Apartments, Triq il-Marina, L-Imsida – 21244366 Medical Plaza Dispensing Chemists, Cass-i-Mall Buildings, Vjal ir-Rihan, San Ġwann – 21372195 Harley Pharmacy, 1, Triq Nathalie Poutiatin Tabone, Tas-Sliema – 21334635 Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Ħal Balzan – 21444035 Reeds Pharmacy 191, Triq il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar – 27130068 Brown’s Village Pharmacy, Triq il-Kbira, Il-Mellieħa – 21523536 Fleming Pharmacy, 61, Triq Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid – 21696893 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 Polymer, Triq ix-Xagħjra, Ħaż-Żabbar – 21676263 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Cosniglii, Iż-Żejtun – 21806009 Salus Pharmacy, 21, Misraħ ir-Republika, Iż-Żurrieq – 21680761 Tal-Grazzja Pharmacy, Triq Franġisk Farrugia, Ħaż-Żebbuġ – 21462068 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479 Għawdex
L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000
Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Ir-Rabat – 21557819 Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, Ix-Xagħra – 27551140
L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888
Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
03
03.05.2020
kullhadd.com
SE JIFTĦU MILL-ĠDID Minbarra li minn għada se jerġgħu jibdew is-servizzi li twaqqfu fiċ-ċentri tassaħħa kollha, se jkun permessibbli li jsir l-ivvjaġġar bejn Malta u Għawdex, anke għal skop ta’ divertiment u negozju, u l-Gvern ħabbar lista sħiħa ta’ ħwienet li se jkunu jistgħu jiftħu mill-ġdid. Dawn huma l-banek tal-lottu, l-istaz zjonijiet tal-VRT, il-ħwienet tal-ħwejjeġ, tal-ħwejjeġ sportivi, tal-ġojjellerija, tal-basktijiet u oġġetti tal-ġilda, taż-żraben, tan-nuċċalijiet bla riċetta, tal-fwejjaħ, tal-prodotti tas-sbuħija, tal-ħjata, tad-dekorazzjonijiet tad-djar, tas-souvenirs, discount stores, talbagalji, tal-ġugarelli, tal-passatempi, talgħamara u dawk li jbigħu l-fjuri. Bħala parti minn restrizzjonijiet obbligatorji, il-klijenti u anke l-ħaddiema jridu jilbsu maskra f ’kollha kemm huma, l-istess kif se jkun obbligu għal dawk li jirkbu tal-linja u l-vapuri tal-Gozo Channel. Minbarra hekk, fil-ħwienet ukoll trid tinżamm id-distanza minn persuna għal oħra u anke n-numru ta’ persuni li jinqdew fl-istess ħin se jkun limitat. Il-Gvern għaddej b’diskussjoni mal-kunsilli biex ikun hemm immarkat fl-art pożizzjoni ta’ żewġ metri distanza li trid tinżamm minn persuna għal oħra f ’ċerti nħawi lokali. Id-dħul fix-shopping malls se jkun regolat ukoll bl-obbligu li tittieħed it-temperatura tal-klijenti qabel jirfsu l-għatba, waqt li ma jistgħux jintużaw iċ-changing rooms li jista’ jkun hemm f ’ċerti ħwienet. Minn għada wkoll se jkunu permessi gruppi ta’ erba’ persuni f ’daqqa f ’postijiet pubbliċi minflok tlieta. F’dan l-ewwel tentattiv biex il-ħajja tibda t-triq lura għan-normalità b’mod gradwali, fl-Isptar Mater Dei se jibdew isiru l-endoskopiji, se jiżdiedu l-appuntamenti tas-CT scans u l-MRIs u jibda b’mod limitat is-servizz marbut malmard tal-qalb. Minn għada wkoll se jkun aċċessibbli r-Reġistru tal-Qorti.
COVID-19: KAŻI ATTIVI 351 346352 332 331337 328324 319 314 306302 290 288282 276 236 222 211 200 186193
12 12 17 19
28 36
46 51
62
71
241 221 195 162160 151
147149154 137 127132 105108 88
1 2 3 4 5 7 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30
120 110
1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30
96
85
1 2
APRIL
MARZU
Wara l-fejqan ta’ 379 persuna, issa l-għadd ta’ każi attivi llum il-ġurnata hu simili għal dak ta’ 40 ġurnata ilu meta l-imxija tal-pandemija f ’pajjiżna kienet għadha fl-ewwel fażi tagħha u kien għad jonqos nilħqu l-quċċata f ’nofs April
FEARNE: TILQIMA B’XEJN LIL KULĦADD META TASAL Tkompli minn paġna 1 Waqt li indirizzat il-konferenza stampa regolari tagħha lbieraħ waranofsinhar, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci ħabbret li l-unika persuna infettata ġdida fil-pajjiż ġiet irreġistrata fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far, waqt li l-post għadu miżmum taħt kwarantina. Ir-raġel Sudaniż ta’ 27 sena, li jgħix fiċ-Ċentru, kien il-50 każ pożittiv li nstab hemm, waqt li għaddej ittestjar regolari u dawk li jibqgħu ma jirriżultawx pożittivi qed jinħarġu bil-mod. Il-Professur Gauci stqarret li l-pajjiż jinsab f ’fażi ta’ tranżizzjoni, bir-rata ta’ infezzjoni (R Factor) għadha taħt il-1, sinjal mill-aktar pożittiv. Mit-tabella annessa ta’ każi attivi lokali
joħroġ li llum ninsabu fl-istess sitwazzjoni li konna wara l-21 ta’ Marzu, 40 jum ilu, meta l-pajjiż kien għadu qed jesperjenza l-ewwel ftit każi u żidiet. Fl-istess bulettin mediku, is-Supretendent ħabbret li bejn il-Ġimgħa u lbieraħ kien hemm 12-il persuna oħra li ġew imfejqin għal total ta’ 379 s’issa. Rigward l-app li ġiet varata f ’nofs din il-ġimgħa, il-Professur Gauci qalet li diġà kien hemm mas-17,000 li daħlu jagħmlu t-test tas-sintomi tal-virus COVID-19, għalihom personali jew inkella għal xi ħaddieħor li jiġi minnhom. Bħas-soltu u minkejja l-ftit każi li qed jiġu rrapportati ta’ kuljum, is-Supretendent ilbieraħ kompliet bit-twissijiet ta’ prekawzjonijiet neċessarji, ladarba l-virus għadu fil-komunità u persentaġġ ta’ persuni infettati mhux qed ikollhom is-sin-
tomi bħal oħrajn. Għalhekk, appellat mill-ġdid biex kul ħadd iżomm mar-regoli imposti, partikolarment dawk tad-distanza bejn persuna u oħra. Hi semmiet ukoll il-miżuri mħabbrin ilbieraħ u l-kundizzjonijiet li bihom se jinfetħu ċerti ħwienet, fosthom li hemm limitu ta’ nies li jistgħu jkunu preżenti ġewwa f ’kull ħin, waqt li l-ilbies tal-maskri fihom issa se jkun obbligatorju. Sadattant, f ’konferenza stampa diffe renti lbieraħ, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li appena tkun disponibbli tilqima kontra l-COVID-19, il-Gvern se jagħtiha b’xejn lil kulħadd fuq l-istess linji kif jagħti dik tal-influwenza staġjonali. Hu qal li, realistikament, din għandha tkun disponibbli lejn l-aħħar tas-sena jew il-bidu tas-sena d-dieħla.
04
03.05.2020
kullhadd.com
FOST L-INQAS Tkompli minn paġna 1
L-istqarrija tal-aġenzija tal-istatistika uf fiċjali tal-UE tgħid li ċ-ċifri tal-qgħad li kienet qiegħda tippubblika jridu jiġu interpretati b’kawtela, għax l-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika ta’ ċerti stati membri Ewropej qed jaqilbu u jikklassifikaw mijiet ta’ eluf ta’ persuni minn qiegħda għal inattivi. Pereżempju fl-Italja f ’Marzu l-qgħad irreġistra tnaqqis ta’ 270,000 minħabba li dawk qiegħda qalu li mhumiex qed ifittxu xogħol aktar. Anke fl-Iżvezja wieħed minn kull tmien persuni, li kienu qiegħda fi Frar, issa m’għadux ifittex impjieg. Numru ta’ pajjiżi milqutin ferm mill-pandemija, bħall-Greċja u l-Portugall, ma kinux f ’pożizzjoni lanqas li jgħaddu l-figuri tagħhom lill-Eurostat. L-ogħla żieda fil-qgħad Ewropew kienet irreġistrata f ’Ċipru u fi Spanja fejn dawk ifittxu x-xogħol żdiedu bi kważi 1%. Fil-Lussemburgu kien hemm żieda ta’ 0.8%, waqt li fl-Irlanda u fi Franza kien hemm żidiet ta’ 0.6% u 0.5% rispettivament. F’Malta ż-żieda kienet biss ta’ 0.1%, l-istess bħall-Ġermanja, li hi l-mutur ekonomiku tal-Ewropa. Fil-fatt, fix-xahar li għadda, aħna u l-Ġermaniżi kellna t-tieni l-inqas rata ta’ qgħad fiż-Żona
Ewro, wara l-Olanda. Minbarra ż-Żona Ewro, huma biss ir-Repubblika Ċeka u l-Polonja li għandhom rata inqas minn tagħna. Jekk wieħed iħares lejn ir-rata ta’ qgħad fix-xahar ta’ Marzu matul is-snin, wieħed jinnota li r-rata osservata din is-sena hi l-inqas fl-istorja, minkejja l-impatt negattiv ekonomiku tal-COVID-19. Anke meta wieħed iħares lejn is-sena li għaddiet, pajjiżna kellu rata ta’ qgħad (3.6%) li kienet ftit ogħla minn dik osservata x-xahar li għadda. Bħala medja, qabel l-2013 ir-rata talqgħad fix-xahar ta’ Marzu kienet ta’ 6.9%, jew kważi d-doppju (+4.7%) tar-rata osservata f ’Marzu ta’ din is-sena. Dan jindika li ż-żieda fir-rata tal-qgħad li pajjiżna kellu wara l-ewwel xahar tal-pandemija kienet relattivament ikkontrollata, riżultat bla dubju dovut għall-miżuri bla preċedent li ħa l-Gvern Laburista biex jagħti sostenn lill-ekonomija. Kif indikajna wkoll il-Ħadd li għadda, it-tali miżuri diġà salvaw għexieren ta’ eluf ta’ impjiegi. Fil-fatt, s’issa applikaw kumpaniji li jirrappreżentaw kważi 88,000 ħaddiem fissuq tax-xogħol lokali. Minkejja l-ammont qawwi u straordinarju ta’ applikazzjonijiet, flimkien mal-ħtieġa li kull applikazzjoni tiġi vverifikata b’mod rigoruż, diġà nħarġu pagamenti għal kważi 60%
kullhadd.com
05
RATI TA’ QGĦAD EWROPEJ tal-ħaddiema kollha. B’kollox, il-Malta Enterprise diġà ħarġet pagamenti ta’ aktar minn €25 miljun u magħhom iridu jiżdiedu kważi €6 miljun li tqassmu mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fuq skemi relatati wkoll mal-COVID-19. Biex wieħed jifhem il-kobor ta’ din l-ispiża, biżżejjed jinnota li din hi ekwivalenti għal terz tal-ispiża kollha fuq pagi li kellu l-Gvern f ’dak ix-xahar, u li kienet tisboq ferm l-ispiża kapitali li saret, minkejja li din tal-aħħar hi f ’livell rekord. Diġà tħabbar li, fil-ġimgħat li ġejjin, kemm il-Malta Enterprise kif ukoll id-Dipartiment tas-Sigurtà Socjali se jħallsu somom akbar ta’ sostenn, waqt li tal-ewwel ukoll għadha kif estendiet l-iskema tas-suppliment tal-pagi b’xahrejn għal Mejju u Ġunju, avolja l-imxija tal-virus fostna tinsab taħt kontroll. Flimkien mal-miżuri, kif indika l-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri, biex l-attività ristretta ekonomika terġa’ tibda gradwalment, u miżuri ekonomiċi ġodda ta’ dak li se jkun ir-raba’ pakkett ta’ għajnuna, dan kollu mistenni jgħin biex pajjiżna jkompli jżomm ir-rata tal-qgħad taħt il-medja storika u eventwalment nerġgħu naqbdu r-ritmu ekonomiku bla preċedent li kellna sa ftit tax-xhur ilu, fost l-aqwa fl-Ewropa.
03.05.2020
Klassifika li turi ż-żieda tal-qgħad f’Malta mqabbla ma’ diversi pajjiżi oħrajn. Riżultat li l-miżuri, li introduċa l-Gvern Laburista fiċ-ċirkostanzi, qed iħallu l-frott pożittiv tagħhom
07
03.05.2020
kullhadd.com
EMENDI GĦAT-TIKKA TA’ ĠORĠ! L-Akkademja tal-Malti ġustament ġibdet l-attenzjoni tal-awtoritajiet lokali li kważi 90 sena mindu l-alfabett Malti ġie rikonoxxut uffiċjalment, xorta għadu mhux possibbli li ismijiet bil-Malti, li jinkludu l-“ġ”, “ħ”, “ċ”, “ż”, jiġu rre ġistrati bħala tali fir-Reġistru Pubbliku. Din il-gazzetta, iżda, hi infurmata li l-problema tmur ferm iżjed lil hinn mir-Reġistru Pubbliku, li wkoll hu attrezzat biex jaħdem bl-alfabett Malti. Ikkuntattjat mill-KullĦadd, is-Segretarju Parlamentari responsabbli Alex Muscat stqarr li “s-sistema l-ġdida talIT fir-Reġistru Pubbliku diġà tippermetti l-użu tat-tipa Maltija. Madankollu, din il-faċilità għadha mhix possibbli għax hemm sistemi oħrajn fis-Settur Pubbliku li jirrikorru għal din id-data u li mhumiex kompatibbli jew li ma jaċċettawx il-karattri tat-tipa Maltija. F’dan ir-rigward qed issir ħidma kollettiva biex dawn is-sistemi, li ilhom hemm is-snin, ikunu jistgħu jilqgħu għal dan it-tibdil.” Fi stqarrija, l-Akkademja tal-Malti stqarret li qrat l-aħbar li l-ġenituri li jiddeċiedu li jsemmu lil uliedhom b’xi isem tipiku Malti “qed ikollhom jirreġistrawh ħażin, għax ir-Reġistru Pubbliku għad m’għandux sistema moderna li biha l-ismijiet tat-tfal ikunu jistgħu jinkitbu bl-ittri tal-Malti li ma jinstabux fl-alfabett Ingliż. Dan l-ilment ġenwin mhux l-ewwel darba li sar u li ssemma fl-aħbarijiet.” L-Akkademja wkoll fakkret li l-alfa bett uffiċjali tal-Malti kien ġie rikonox xut mill-Gvern 86 sena ilu. “B’xorti ħażina r-Reġistru Pubbliku baqa’ m’aġġornax ruħu f ’dan ir-rigward, minkejja li fl-aħħar snin tħabbar li dan kien se jsir. Għaldaqstant l-Akkademja titlob lis-Segretarju Parlamentari Alex Muscat, responsabbli mir-Reġistru Pubbliku, biex jieħu l-passi minnufih ħalli din il-problema tissolva mill-aktar fis possibbli għall-ġid tal-ġenituri u f ’ġieħ l-ilsien nazzjonali.” Filwaqt li din il-gazzetta infurmata li s-sistema l-ġdida tat-teknoloġija tal-informatika fir-Reġistru Pubbliku ilha topera mill-aħħar tas-sena li għaddiet biex taddatta għaż-żminijiet moderni, mhux l-inqas l-użu tal-alfabett Malti, is-Segretarjat Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet mistenni jressaq emendi legali dalwaqt biex ikunu jistgħu jiġu kkoreġuti t-tali ismijiet li kellhom jiġu rreġistrati mingħajr l-alfabett Malti. “F’abbozz ta’ emendi għal-liġijiet li ħejjejna u li se nkunu qed inressqu dalwaqt, se nagħmluha possibbli biex f ’dawk il-każi fejn hu meħtieġ li jsiru dawn it-tip ta’ korrezzjonijiet minuri għall-isem, isiru b’sempliċi talba lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku u mingħajr il-bżonn li l-applikant jirrikorri b’rikors fil-Qorti,” temm jgħidilna s-Segretarju Parlamentari Muscat.
MALTA BL-INQAS IMPATT NEGATTIV FL-EKONOMIJA Rapporti ppubblikati fl-aħħar jiem fl-Un- minħabba l-Brexit, issa qed tbassar tnjoni Ewropea jixhdu li, mit-tbassir, pajjiż- aqqis ta’ 10.5%. Dan ifisser li l-ġid nazna se jkollu fost l-inqas, jekk mhux l-inqas, zjonali tal-pajjiż se jonqos b’aktar minn impatti negattivi b’riżultat tal-pandemi- ewro minn kull għaxra, id-doppju ta’ dak ja tal-COVID-19, li hu wkoll ċertifikat imbassar għal Malta. Meta wieħed iħares lejn id-defiċit talieħor għat-tmexxija tal-Gvern u l-miżuri Gvern, it-tbassir hu li f ’Malta mistenni li introduċa fl-aħħar ġimgħat. Il-pajjiżi membri taż-Żona GDP Ewro kull sena jħejju rapport estensiv, imsejjaħ “Stability Finlandja -12.0% Litwanja Programme”, li fih jinkludu -10.5% Finlandja tbassir fuq l-andament ekono- Irlanda miku u proġettazzjonijiet Slovenja -8.1% Estonja għall-finanzi pubbliċi. Dawn -8.0% Latvja ir-rapporti jkunu skrutinizzati Estonja fid-dettall mill-Kummissjoni Franza -8.0% Franza Ewropea. -7.9% Lussemburgu Minħabba l-pandemija tal- Latvja -7.7% COVID-19, numru ta’ pajjiżi Olanda Slovenja ttardjaw il-pubblikazzjoni Litwanja -7.3% MALTA ta’ dawn ir-rapporti. Imma -6.0% Irlanda mir-rapporti li nħarġu s’issa Ġermanja jidher li Malta se jkollha l-in- Lussemburgu -6.0% Olanda qas impatt negattiv ekonomiMALTA -5.4% Ġermanja ku mill-COVID-19. Il-gid nazzjonali Malti mistenni jonqos b’5.4%, inqas min-nofs żbilanċ ta’ 7.5%. Dan hu ftit akbar midit-tnaqqis imbassar mill-Gvern Finlandiż defiċits li mistennija jkollhom fl-Olanda, għall-ekonomija ta’ pajjiżu. Anke l-Ġer- fl-Irlanda u fil-Ġermanja. B’kuntrast, l-akbar żbilanċ huwa mismanja qed tbassar daqqa ekonomika ta’ 6%, jew ftit akbar minn dik mistennija tenni fil-Litwanja, fejn il-ħruġ tagħhom hu mbassar li jkun aktar mid-dħul bi f ’pajjiżna. L-Irlanda, li diġà kienet qed tbassar 11.4% tal-ġid nazzjonali. Anke l-Gverniimpatt negattiv fis-sena li ninsabu fiha jiet tal-Finlandja u l-Estonja mistennija
jkollhom defiċits ta’ aktar minn 10%. Ta’ min jinnota li l-pajjiżi l-aktar affettwati mill-pandemija, jiġifieri l-Italja u Spanja, għadhom ma ppubblikawx it-tbassir tagħhom. Lanqas il-Greċja, il-Belġju, is-Slovakkja u l-Portugall ma ppubblikaw il-proġetazzjonijiet tagħhom, mentri l-Awstrija ppreżentat Defiċit kalkoli validi sa nofs Marzu -11.4% meta l-effetti tal-COVID-19 kienu għadhom ma bdewx -10.5% jinħassu kompletament. Dan ifisser li l-qagħda mad-10.1% war iż-Żona Ewro wisq probab-9.4% bli hi agħar minn dak li ħareġ s’issa mir-rapporti ppubblikati. -9.0% Sadanittant, skont l-aġen-8.5% zija tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat, diġà -8.1% kien hemm tnaqqis ġenerali -7.5% fil-Prodott Gross Domestiku -7.4% (GDP) ta’ 3.8% fl-ewwel kwart tal-2020, f ’perjodu fejn il-pan-7.3% demija nħasset għal ftit aktar -7.3% minn xahar. Minbarra hekk, il-livell ta’ fiduċja fost in-negozji Ewropej ukoll waqgħet għall-agħar livell mill-kriżi tal-2009 lil hawn, skont stħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea. F’dan il-kuntest ir-riżultati miksubin s’issa f ’pajjiżna jindikaw li, bħalma ġara fi żminijiet riċenti, l-ekonomija Maltija se tmur aħjar minn dawk tal-pajjiżi tal-madwar.
KUMPANIJA MALTIJA TIRBAĦ L-AKBAR UNUR TAL-PERITI INTERNAZZJONALI Il-kumpanija Maltija Edwin Mintoff Architects hija r-rebbieħa tal-premju internazzjonali prestiġjuż Golden ‘A’ Design għall-2019, grazzi għax-xogħol stupend fir-rinnovar tal-British Building (ritratti) filBaċir Nru 1 ta’ Bormla, parti mill-Università Amerikana ta’ Malta (AUM). Il-bini tas-Seklu 19 kien ġarrab ħsarat konsiderevoli fl-attakki tat-Tieni Gwerra Dinjija u tħalla abbandunat għal għexieren ta’ snin. Bl-intervent ta’ EM Architects, fir-restawr tal-ġebla storika b’mod mill-aktar metikoluż u interventi għal dehra kontem-
poranja li wkoll tagħti prominenza lill-elementi storiċi, dan il-bini reġa’ ngħata l-ħajja. Il-premju Golden ‘A’ Design jingħata biex jirrikonoxxi l-aqwa proġetti madwar id-dinja u r-rebbieħa jiġu ppremjati għal arkitettura u disinn ta’ kwalità għolja ħafna. Bħala l-akbar kompetizzjoni tax-xorta tagħha, li tilqa’ fiha disinji minn kull ġeneru, is-sottomissjonijiet, li jaqbżu l-2,000 kull sena, jiġu evalwati minn ġurija internazzjonali. Premjijiet ta’ dan il-kalibru jitqiesu ta’ valur eċċezzjonali u allura kien ta’ unur kbir
li proġett Malti ngħażel bħala rebbieħ. EM Architects issa se tkun mistiedna għaċ-ċerimonja li tittella’ f ’Como, l-Italja, kemm biex jingħataw ir-rikonoxximent għall-kisba tagħhom kif ukoll biex ikollhom iċ-ċans li jesebixxu l-proġett. Dan ma kienx l-ewwel unur li rebħu EM Architects tant li s-sena li għaddiet irċevew il-premju speċjali tal-European Prix Versailles għad-disinn tal-Cugò Gran Maċina fil-Port il-Kbir fl-Isla, binja oħra li wkoll ingħatat ħajja mill-ġdid, din id-darba bħala lukanda ta’ lussu.
08
03.05.2020
kullhadd.com
F’NOFS TRIQ FIL-MINA TA’ 9.5KM GĦAL DISTRIBUZZJONI AĦJAR TAL-ILMA TAX-XORB Ix-xogħol fuq il-mina taħt l-art bejn l-impjant tar-reverse osmosis f ’Pembroke u l-grupp ta’ ġibjuni f ’Ta’ Qali għaddej b’ritmu tajjeb, tant li t-tħaffir wasal f ’nofs triq. L-iskop ta’ dan il-proġett ta’ €27.5 miljun, li mistenni jibda jiffunzjona fl-2022, hu li titjieb it-togħma tal-ilma tax-xorb f ’ħafna miż-żoni madwar Malta u anke l-effiċjenza fl-operat u s-sostenibilità ambjentali. Dan hu wieħed mill-bosta proġetti li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) qed twettaq, anke b’kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea, bil-għan li tagħmel ħidmietha iżjed effiċjenti. Din il-ġimgħa l-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Michael Farrugia, akkumpanjat mill-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-Korporazzjoni Ivan Falzon, żar il-proġett taħt l-art fejn segwa l-aħħar żviluppi f ’dan l-investiment kruċjali għad-distribuzzjoni ta’ waħda mill-aktar riżorsi kruċjali li qatt jista’ jkollu l-bniedem. Il-mina, li t-tħaffir tagħha qed isir mill-kumpanija
Se jkun hemm żewġ linji ta’ pajpijiet fil-mina, waħda biex twassal l-ilma dirett f’Ta’ Qali u l-oħra biex tipprovdi ilma mħallat ta’ kwalità tajba liċ-ċentru tal-gżira permezz ta’ hub ewlieni li jitma’ l-ilma bl-użu tal-gravità u allura mingħajr il-ħtieġa ta’ pompi elettriċi
Bonnici Bros Services Ltd, se tgħaqqad l-akbar reverse osmosis li għandu l-pajjiż bħalissa ma’ Ta Qali b’pajp (main) b’dijametru ta’ 1.2 metri. Dan se jassigura wkoll li t-taħlita tal-ilma mir-reverse osmosis tnaqqas drastikament l-użu tal-enerġija mill-ippompjar fid-distribuzzjoni b’inqas konsum elettriku u b’telf ta’ mijiet ta’ tunnellati ta’ CO2 kull sena biex b’hekk ikun hemm aktar effiċjenza. L-ilma trasferit mir-reverse osmosis ta’ Pembroke se jitħallat ma’ ilma tal-pjan fil-grupp ta’ ġibjuni f ’Ta’ Qali stess, fejn jiġi ttestjat u finalment ittrattat biex jiżgura taħlita ta’ kwalità aħjar. Il-produzzjoni u l-provvista tal-pajpijiet tal-glass fibre reinforced plastic (GRP) li se jitpoġġew fil-mina huma f ’idejn il-kumpanija Torka Superlit Boru Sanayi A.S, li għandha esperjenza vasta f ’dan il-qasam. Il-pajpijiet infushom ukoll huma l-ewwel tat-tip tagħhom li se jintużaw f ’Malta. Se jkun hemm żewġ linji ta’ pajpijiet fil-mina, waħda biex twassal l-ilma dirett f ’Ta’ Qali u l-oħra biex
09
03.05.2020
kullhadd.com
IL-PUNTI MITLUFA TA’ DELIA FIL-PANDEMIJA
tipprovdi ilma mħallat ta’ kwalità tajba liċ-ċentru tal-gżira permezz ta’ hub ewlieni li jitma’ l-ilma bl-użu tal-gravità u allura mingħajr il-ħtieġa ta’ pompi elettriċi. Mill-ġibjuni ta’ Ta’ Qali l-ilma se jiġi mitmugħ, permezz ta’ sistema ta’ gravità oħra ġdida, lejn l-inħawi tal-Lvant ta’ Malta, minn Tas-Sliema sal-Belt Valletta. Linja oħra ta’ trasferiment, permezz ta’ pipeline separat, għandha twassal sal-ġibjuni ta’ Misraħ Lewża f ’San Ġwann. Hu mistenni li, b’kollox, se jitqiegħdu mat-3,000 tunnellata ta’ pajpijiet u tagħmir relatat tul id-9.5 kilometri tal-mina. Din il-ġimgħa stess tħabbar ukoll li sar titjib infrastrutturali estensiv fir-reverse osmosis innifsu f ’Pembroke, inkluż fis-sistema li tippompja l-ilma. Dan it-titjib, se jwassal għal tnaqqis annwali tal-elettriku ta’ iżjed minn erba’ miljun kilowatt fis-siegħa, li jfisser tfaddil annwali ta’ iżjed minn €420,000. Il-WSC bħalissa qed timplimenta investiment mingħajr preċedent fis-settur tal-ilma, bil-għan li s-sistema nazzjonali wkoll tkompli ssostni l-ekonomija mkabbra ta’ Malta u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja.
Għandna għax niftaħru li, almenu, il-pandemija COVID-19 ġabet ċertifikati pożittivi u tifħir minn diversi setturi, fosthom għaqdiet u entitajiet internazzjonali, għall-mod kif pajjiżna affaċċjaha sa mill-ewwel jum. Minkejja dan, bl-istess mod, għandna għax inħammru wiċċna li għandna Kap tal-Oppożizzjoni li ma ġabarx punt wieħed favurih minn dakinhar. Mhux biss ma kienx kapaċi jbassar x’kien se jkun l-eżitu s’issa tal-COVID-19 fuq Malta, iżda wkoll wera nuqqas ta’ fiduċja kif kapaċi jqum għall-okkażjoni l-poplu Malti, bħal esperjenzi storiċi oħrajn preċedenti, u diżrispett lejn il-ħaddiema kollha fl-ewwel fillieri ta’ din il-ġlieda. Fl-aħħar jiem kellna s-sit awtorevoli Investment Migration Insider li stqarr li Malta mhux biss kienet, imma għadha, fost l-aktar pajjiżi ppreparati għall-imxija tal-Coronavirus. Warajha, l-aġenzija ta’ kreditu Ġermaniża Scope Ratings evalwat 63 pajjiż dwar l-abbiltà tagħhom li jirreżistu l-effetti tal-pandemija. Skont analiżi dettaljata li għamlet, din l-aġenzija poġġiet lil Malta malaqwa ħames pajjiżi u l-unika pajjiż mill-Unjoni Ewropea li ġab dan ir-riżultat verament tajjeb. Dawn ikomplu maċ-ċertifikat li pajjiżna ngħata mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO), li qalet li Malta hi eżempju għal pajjiżi oħrajn fil-mod kif qiegħda tikkontrolla u taħdem f ’dan iż-żmien straordinarju tal-gwerra siekta kontra l-pandemija. Lokalment ukoll rajna għaqdiet jew entitajiet nazzjonali u għaqdiet mhux governattivi li faħħru lillGvern u lill-awtoritajiet tas-saħħa għall-għaqal li wrew f ’dawn ilġimgħat sħaħ. Fost dawn jispikka wkoll il-kumment ta’ Dr Joe Cassar, l-Eks Ministru għas-Saħħa fi żmien Gvern Nazzjonalista, li sfortunatament kellu jgħaddi mill-esperjenza diretta tal-imxija. Cassar qal li, li kieku f ’dan iżżmien kien hu l-Ministru għasSaħħa, ma kien ibiddel xejn u kien jagħmel dak li qegħdin jagħmlu l-Gvern preżenti, il-Ministru għasSaħħa Chris Fearne u l-awtoritajiet kollha tas-saħħa. Kumment b’saħħtu li osservaturi politiċi jqisuh bħala risposta diretta għal dak li qed joħroġ minn fomm il-Kap tal-Oppożizzjoni, mingħajr ma dan ikun qies dak li qed jgħid. Sempliċiment għax hu mili ’l bogħod mill-kumment ta’ Adrian Delia meta fuq NET FM is-Sibt talġimgħa li għaddiet qal li pajjiżna ma kienx u mhuwiex ippreparat biex jilqa’ għall-imxija tal-COVID-19. Kumment li jispikka ferm u joħroġ aktar fil-beraħ l-inkonsis-
tenza ta’ Adrian Delia. Kumment li meta wieħed janalizzah sew isib li jfisser ferm aktar. Delia qal: “L-unpreparedness tal-Gvern hija ċara daqs il-kristall”. Fuq quddiem nett il-kumment mhu xejn għajr sfiduċja sħiħa fl-awtoritajiet tas-saħħa pubblika. Huwa wkoll inkonsistenti ma’ dak li jgħid huwa stess, meta f ’kull okkażjoni li jkollu qiegħed, b’mod falz allura, jipprietka li hemm bżonn li fil-pajjiż kulħadd jiġbed ħabel wieħed. L-Ingliż jgħid li l-karità tibda f ’darek stess. Aktar ma qed jgħaddu l-ġranet, iżjed qed joħroġ fiċ-ċar kemm ilKap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista qatt ma kellu fiduċja fl-awtoritajiet tas-saħħa Maltin. Sa minn meta fis-7 ta’ Marzu faqqgħet il-pandemija COVID-19 il-poplu ta’ dawn il-gżejjer dejjem obda d-direttivi siewja u meqjusa li taw l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika u bis-saħħa t’hekk illum ninsabu f ’sitwazzjoni ferm aħjar minn oħrajn. Imma Adrian Delia ilu għal dawn l-aħħar tmien ġimgħat jgħajjat li Malta għandha tmur f ’lockdown. Inkonsistenza oħra għax jipprova jiġbor żewġ punti meta jgħid li kulħadd għandu jobdi minn dak li jgħidu l-awtoritajiet tas-saħħa, imma mbagħad jitlef ħamsa għax hu l-ewwel wieħed li dejjem injorahom u baqa’ jinsisti għal-lockdown. Terġa’ jitlef kollox meta, kontra dak li qed jgħid kulħadd, jibqa’ jinsisti li Malta ma kinitx u mhix ippreparata għal din l-imxija. Anke f ’seduta Paramentari Delia, għal darb’oħra, wera kemm ma kellux fiduċja fl-awtoritajiet kompetenti u l-poplu Malti inġenerali. Hu kien qal li l-Oppożizzjoni lesta tgħin f ’dik li ddeskriva bħala gwerra kontra għadu li ma jidhirx. Qal “li l-pajjiż irid jifhem li se jkun hemm ħafna li jimirdu, ħafna li se jkollhom bżonn l-isptarijiet u se jkun hemm ukoll min se jmut”. Kompla jgħid li “l-istudji qed juru li hemm probabbiltà li jkun hemm vittmi ta’ injoranza milli tal-virus innifsu”. Qal ukoll li n-nuqqas ta’ informazzjoni jew informazzjoni manipulata jista’
jkollha effetti kbar fuq is-soċjetà. Delia kkritika lill-Gvern li m’aċċettax it-talba tal-Oppożizzjoni biex il-Parlament jiddiskuti s-sitwazzjoni ħalli bħala pajjiż ngħaqqdu l-forzi biex niġġieldu dan il-virus flimkien u tenna t-talba “għal-lockdown biex il-pajjiż isofri l-inqas dannu kemm mediku kif ukoll ekonomiku”. Li ma kienx jaf Delia hu li, għalkemm pajjiżna huwa żgħir u b’densità qawwija, għandna poplu dixxiplinat, qalbieni u sod fil-fehma tiegħu, tant li bl-ubbidjenza tiegħu resqin lejn ġranet isbaħ milli xtaqhom il-Kap tal-Oppożizzjoni. Biex jitwemmen u juri li hu Kap tal-Oppożizzjoni dehen, Delia għandu ħafna għażliet, li sfortunatament nafu li se jibqgħu ħolma. Irid jgħarbel sew x’intenzjonijiet għandhom dawk li qed jagħtuh il-pariri politiċi, irid jiżen mitt elf darba qabel joħroġ bi stqarrijiet u diskorsi mġenġla u anke jiddistakka ruħu minn uħud madwaru li ħlief ħsara personali – u ħsara lin-Nazzjonalisti ta’ veru – mhux qed jagħmlu. Fuq nett ta’ din il-lista hemm id-Deputat Jason Azzopardi li għadu kemm żgiċċa, mingħalih, mill-qassata li fiha jrid jitfa’ l-ħabs lill-Prim Ministru, lill-Kap tal-Armata u lill-membri tal-patrol boat P52 tal-Forzi Armati ta’ Malta.
10
03.05.2020
kullhadd.com
TNAQQIS KOSTANTI FOST DAWK LI JITILQU MILL-ISKOLA KMIENI
IS-SERQ L-IŻJED LI TEFA’ PERSUNI L-ĦABS FL-2019 FOROM VARJI TA’ SERQ, PUSSESS TA’ DOKUMENTI FOLOZ U KSUR TAL-PAĊI PUBBLIKA L-IŻJED REATI LI WASSLU GĦAL SENTENZI TA’ PRIĠUNERIJA FIS-SENA L-OĦRA Fost l-aktar reati serji li wasslu lill-qrati lokali biex jagħtu sentenzi ta’ ħabs fl-2019, kien is-serq fil-forom varji tiegħu li ddomina b’mod assolut din il-lista, segwit minn pussess ta’ dokumenti foloz u ksur tal-paċi pubblika rispettivament. Minn tagħrif li ngħata din ilġimgħa fil-Parlament jirriżulta li minn total ta’ 966 persuna li ġew ikkundannati għal sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin bejn Jannar u Diċembru tas-sena l-oħra, 40% minnhom instabu ħatja proprju fuq dawn ir-reati. Warajhom, ġew reati oħrajn li sfortunatament għandhom id-diversi forom tagħhom ukoll, bħal dawk relatati mad-drogi, vjolenza domestika u abbuż sesswali, fost oħrajn. Waqt li kien qed iwieġeb mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Herman Schiavone, il-Ministru għall-Intern,
is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri ta rendikont tar-reati kollha li ġew ikkastigati b’sentenzi ta’ ħabs matul l-2019. Meta jinġabru flimkien ir-reati kollha ta’ serq f ’din il-lista, dawn jgħoddu għal 180 persuna li nstabet ħatja, l-akbar għadd fuq reat simili. L-għadd ta’ serq aggravat waħdu, li fil-liġi hu maqsum b’seba’ modi differenti (bi vjolenza; bil-mezz; bil-valur; bil-persuna; bil-lok; bil-ħin; u bix-xorta taloġġett misruq), laħħaq għal 128 ħtija fl-2019. B’120 sentenza ta’ priġunerija ġie fit-tieni post ir-reat ta’ pussess ta’ dokumenti foloz, waqt ksur tal-paċi pubblika ammontaw għal 95 sentenza ta’ ħabs. Importazzjoni, traffikar, kultivazzjoni u pussess ta’ droga wasslu lil total ta’ 91 persuna biex jiskontaw sentenza f ’Kordin. Minn total ta’ 90 reat li jissem-
mew fil-lista u li wasslu biex persuna tintbagħat il-ħabs jispikkaw, b’mod partikolari wkoll, 53 każ ta’ vjolenza domestika, 12 marbutin ma’ mandat t’arrest Ewropew u tmien każi ndaqs fi kriminalità organizzata u f ’nuqqas ta’ ħlas tal-manteniment lill-mara. Priġunieri Għawdxin B’rabta ma’ mistoqsija oħra li saret mid-Deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar, li talab l-għadd ta’ priġunieri Għawdxin bħalissa, maqsumin skont is-sess u r-reati li wettqu, il-Ministru Camilleri wieġeb li hemm 24 priġunier li huma min-naħa l-oħra tal-fliegu u minnhom tnejn biss huma nisa. Mil-lista ta’ reati li nstabu ħatja dawn il-priġunieri l-akbar ammont hu dak relatat ma’ drogi, li jinkludi reati ta’ importazzjoni, pussess, traffikar jew ħsieb ta’ traffikar ta’ drogi.
Malta baqgħet għaddejja b’titjib kostanti fir-rata ta’ early school leaving bit-tnaqqis fir-rata ta’ kull sena. Dan fil-kuntest li kien hemm tmien pajjiżi oħrajn fl-Unjoni Ewropea li fl-aħħar snin żiedu, u mhux naqqsu, ir-rata tal-early school leavers u oħrajn li staġnaw mill-2016. Malta minn 23.8% fl-2010 niżlet għal 17.56% fl-2018 u 16.3% fl-2019. Fil-fatt, Malta hija waħda mill-ftit pajjiżi fost it-28 stati membru fl-Unjoni Ewropea li kellha l-ikbar tnaqqis f ’dawn l-aħħar snin ta’ ’l fuq minn 5% (il-Portugall, Spanja, il-Greċja u l-Irlanda huma l-pajjiżi l-oħra bl-aktar tnaqqis). Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qed jieħu din il-ħidma b’serjetà u fil-fatt hekk kif il-Ministru Owen Bonnici ħa r-responsabbiltà tas-settur tal-Edukazzjoni f ’Jannar li għadda, mill-ewwel iddikjara li waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-ħidma tiegħu kienet li fi kliemu stess, “dawk it-tfal u żgħażagħ li soċjalment jaffaċċjaw sfidi kbar, jingħataw is-sapport kollu meħtieġ biex jibqgħu fis-sistema edukattiva, jitħarrġu u jkunu mħejjijin biex jirnexxu fid-dinja tax-xogħol. Dawk li jaqbdu u jitilqu mill-iskola ta’ 16-il sena jridu jkomplu jonqsu”. Mill-2018, beda proċess intensiv ta’ evalwazzjoni tal-politika nazzjonali dwar l-Early School Leaving u x’għandu jkun il-pjan fil-ġejjieni. Sar studju ta’ sena fuq livell nazzjonali b’kollaborazzjoni mal-Unjoni Ewropea permezz tal-fondi tal-SRSP (Structural Reform Support Programme), u minnu ħarġu numru ta’ rakkomandazzjonijiet. Dawn ġew maqsuma ma’ diversi stakeholders fil-qasam edukativ u lil hinn, f ’konferenza nazzjonali u internazzjonali li saret f ’Novembru tal-2019 fuq firxa ta’ tlett jiem. Wara rispons li nġabar minn riċerkaturi u edukaturi Maltin u barranin waqt din il-konferenza, tfassal pjan ta’ azzjoni li fosthom hemm it-tnedija ta’ strateġija ġdida li se tkun imfassla sal-2021. Dan il-pjan ta’ azzjoni jinvolvi wkoll proġett bl-għan ewlieni li l-Ministeru jkompli jolqot lil kull student, partikolarment dawk li huma żvantaġġati fuq livell soċjali iktar minn oħrajn, biex ikompli fl-għan tiegħu li jibni sistema iktar inklussiva u ekwa. Ta’ min ifakkar li bosta mill-miżuri li tfasslu fl-istrateġija preżenti ġew milħuqa u kien permezz ta’ dawn il-miżuri li Malta hija fost il-pajjiżi tal-UE li għandha waħda mill-aħjar rati ta’ tnaqqis. Intant, statistika ppubblikata
fit-22 ta’ April mill-Eurostat ukoll tagħti indikazzjonijiet pożittivi dwar l-Early School Leavers u dwar dawk li ma jkomplux xi forma ta’ taħriġ. Apparti dan, il-mira tal-istrateġija Ewropea 2020 hija li tal-anqas 40% ta’ dawk bejn it-30 u l-34 sena fis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jkunu temmew l-edukazzjoni terzjarja sal2020. Dan intlaħaq fl-2019 b’persentaġġ ta’ 40.3%. Dan juri wkoll żieda kostanti madwar il-pajjiżi talUE, meta wieħed iqis li l-persentaġġ fl-2002 kien ta 22.5%. L-istatistika ppubblikata turi wkoll, apparti l-early school leaving, li fl-2019, ir-rata ta’ dawk ta’ 30 sa 34 sena li temmew l-edukazzjoni terzjarja żdied f ’kull Stat Membru meta mqabbel mal-2002, skont statistika li kellha f ’idejha l-Eurostat mal-ħruġ tar-rapport. 18-il Stat Membru diġà laħqu jew qabżu l-mira nazzjonali tagħhom għall-2020 għal dan l-indikatur: il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja. Sadanittant, ir-rapport jgħid ukoll li l-early school leavers u dawk li ma jkomplux xi forma taħriġ ta’ bejn it-18 u l-24 sena, naqsu b’mod kostanti fl-UE, minn 16.9% fl-2002 għal 10.2% fl-2019. Meta mqabbel mal-2006, il-proporzjon ta’ dawk li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u t-taħriġ naqas fl-2019 fl-Istati Membri kollha, (kont statistika li kellha l-Eurostat mal-ħruġ tar-rapport), minbarra r-Repubblika Ċeka (żieda minn 5.1% għal 6.7%) u s-Slovakkja (minn 6.6% għal 8.3%). Marbut mal-Early School Leaving hemm ukoll l-assenteiżmu. Matul is-snin li għaddew kien hemm ukoll investiment kbir, fost oħrajn bi twaqqif ta’ servizzi bħall-guidance teachers fis-Sekondarji u wara bis-sapport tagħhom fil-Primarji. It-twaqqif tal-Kulleġġi, fejn wieħed mit-timijiet ta’ sapport li wieħed isib fi ħdanhom, huwa dak li jinkludi l-counsellor, il-psikologu, il-career advisor u magħhom is-social worker marbut mal-attendenza tal-istudenti barra practitioners oħra. Dan huwa argument li qed jiġi diskuss fl-artiklu ta’ Maria Mc Namara, Direttur Ġenerali għasServizzi Edukattivi fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol (ara paġna 12).
11
03.05.2020
kullhadd.com
MALTA TIEĦU L-ĠLIEDA KONTRA L-ĦASIL TA’ FLUS BIS-SERJETÀ IMGIDDEB RAPPORT QARRIEQI FIT-TIMES DWAR ALLEGATI NEGOZJATI MAL-ISTATI UNITI BIEX ORGANIZZAZZJONI EWLENIJA INTERNAZZJONALI TAGĦLAQ GĦAJNEJHA MA’ PAJJIŻNA WARA R-RAKKOMANDAZZJONIJIET RELATATI LI KIENU SARU MILL-MONEYVAL IS-SENA LI GĦADDIET Minkejja t-theddida u l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19, fl-aħħar xhur issaħħet iżjed il-ħidma mill-istituzzjonijiet relatati f ’pajjiżna biex tiġi megħluba l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, partikolarment il-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU). Dan kien riżultat ta’ injezzjonijiet kbar, inkluż ta’ riżorsi, li Gvernijiet Laburisti taw lil din l-aġenzija awtonoma fl-aħħar snin, investimenti li qatt ma kienet għadha esperjenzat bħalhom qabel. Skont l-aħħar newsletter tas-Servizzi Finanzjarji, il-ħidma mill-FIAU fuq rapporti suspettużi fl-ewwel kwart ta’ din is-sena laħqet l-istess ammont tas-sena l-oħra kollha kemm hi u saħansitra kienet kważi ħames darbiet iżjed minn dawk investigati fl-2017. Dan kollu hu f ’sintonija mal-fatt li Malta qed tiffaċċja sfidi serji biex b’mod urġenti tirriforma s-settur finanzjarju u tintroduċi proċeduri ulterjuri kontra l-ħasil ta’ flus, kif rakkomandati f ’Settembru li għadda mill-Moneyval, il-kumitat ta’ esperti tal-Kunsill tal-Ewropa. B’hekk ikunu jistgħu jiġu evitati riperkussjonijiet dannużi aktar tard din is-sena b’riżultat ta’ kundanna mill-organizzazzjoni multinazzjonali Financial Action Task Force (FATF) fin-nuqqas ta’ azzjoni. Minkejja dan, rapport riċenti fit-Times of Malta, li ssuġġerixxa li Malta qed timmanuvra ftehim ta’ kompromess mal-Istati Uniti tal-Amerka biex din tinfluwenza lillFATF ħalli tagħlaq għajnejha magħna, ġie mgiddeb miċ-Chargé d’Affaires Amerikan f ’pajjiżna, Mark A. Schapiro. Fi tweġiba lill-istess ġurnal, ippubblikata nhar l-Erbgħa fil-forma ta’ ittra lill-editur, iċ-Chargé d’Affaires Amerikan stqarr li r-rapport intitolat “Money seeks US help as money laundering reform deadline looms; But the US has its own ‘wish list’ for Malta”, hu qarrieqi u tenna li din mhix kwistjoni ta’ kampanja ta’ relazzjonijiet pubbliċi jew tentattiv biex jintlaħaq xi tip ta’ kompromess li jaqla’ lil xi ħadd mit-taħwid. “M’hemmx kompromessi, l-ebda lobbying, lanqas xi ‘lista ta’ xewqat’ jew ftehim ta’ tpattija għal xi ħaġa, kif jissuġġerixxu b’mod żbaljat dawn ir-rapporti riċenti,” tenna s-Sur Mark A. Schapiro, b’referenza għall-analiżi riġida li ssir mill-FATF biex tiġi protetta l-integrità tas-sistemi finanzjarji dinjija. “L-FATF biss għandha l-awtorità fuq l-aħħar deċiżjoni jekk tpoġġix lil Malta fil-lista l-griża jew le. Jekk l-FATF tpoġġi lil Malta f ’din il-lista, il-pajjiż se jkun suġġett għal iżjed moniteraġġ u jitpoġġa fuq żmien ta’ skadenza biex isolvi d-defiċjenzi indikati fis-sistema finanzjarja, b’implikazzjonijiet varji għar-reputazzjoni tal-pajjiż fl-isfera fi-
nanzjarja globali. “Malta qed taħdem mal-Amerka u bosta pajjiżi oħrajn Ewropej biex jiġu identifikati miżuri li jeħtieġ jittieħdu kemm jista’ jkun malajr biex dawk responsabbli minn ħasil ta’ flus u reati oħrajn finanzjarji jinżammu akkontabbli. Fl-ispirtu ta’ sħubija, l-Istati Uniti lesta tassisti lil Malta biex tilħaq il-ħtiġijiet tal-FATF u timplimenta riformi neċessarji. “Iżjed minn hekk, hemm pajjiżi oħrajn li għandhom interess li Malta tikseb suċċess, biex tiġi protetta s-sistema finanzjarja globali u tissaħħaħ il-pożizzjoni ta’ membru ewlieni fl-Unjoni Ewropea u sieħeb tal-Istati Uniti,” temm jgħid iċ-Chargé d’Affaires Amerikan, li ma qagħadx lura milli jgħid li kien ikun kuntent iwieġeb mistoqsijiet tatTimes b’rabta mal-artiklu, li kieku ġie kkuntattjat qabel. L-artiklu fit-Times ikkwota “sorsi” li qalu li Malta qed titlob l-appoġġ tal-Amerikani biex ma titpoġġix fuq il-lista ta’ pajjiżi li mhux jagħmlu biżżejjed biex jiġġieldu l-ħasil tal-flus. “Sorsi qalu li fl-aħħar xhur saru taħditiet mal-Gvern Amerikan biex tiġi esplorata ‘sħubija ta’ riforma finanzjarja’ hekk kif it-tħassib qed jikber li Malta mhux se jirnexxilha tilħaq id-deadline li qed joqrob malajr biex issaħħaħ l-għassa tagħha fuq offiżi ta’ ħasil tal-flus. Fl-imgħoddi, l-Istati Uniti rnexxielha timbotta biex tingħalaq għajn ma’ ġurisdizzjonijiet ‘ħbieb’,” ingħad
fl-artiklu tal-ġurnal. It-Times ukoll issuġġerixxiet li l-Amerka għandha ċerti talbiet li tixtieq li jitwettqu minn pajjiżna bi tpattija għal dan u li tista’ tinkludi ftehim li jqajjem il-mistoqsijiet dwar in-newtralità ta’ pajjiżna (“…Washington had a ‘wish list’ of things it wanted in return. This could include reaching a deal that sources said might raise questions among some concerning Malta’s neutrality.”). Akkuża serja li malajr ġiet skreditata mill-Ambaxxatur Amerikan. Waqt li kkwotat “sorsi għoljin qrib isservizzi finanzjarji Maltin u s-servizz ċivili”, it-Times tenniet li hemm 50% ċans li Malta tispiċċa fil-lista l-griża tal-FATF sal-aħħar tas-sena. Il-klassifikazzjoni ta’ Malta f ’din il-lista, li attwalment tinkludi 18-il pajjiż, tkun bla dubju x-xewqa ta’ esponenti Nazzjonalisti li ilhom biex ikissru l-ekonomija lokali minn mindu tilfu l-poter fl-2013. Anke jekk saru avvanzi kbar u bla preċedent fl-aħħar seba’ snin, inkluż fis-servizzi finanzjarji u fil-ħidma tal-FIAU li kienet tiġi injorata ripetutament minn Gvernijiet Nazzjonalisti, f ’dan l-istess perjodu diversi membri mill-Oppożizzjoni rewħu kemm felħu kontra pajjiżna, partikolarment fil-fora Ewropej u internazzjonali, anke b’akkużi mill-iżjed serji. F’dan ir-rigward, iżda, il-Ministru għall-Finanzi l-Professur Edward Scicluna, li bħall-ogħla uffiċjal fl-Ambaxxata Amerikana, ukoll ma ntalabx reazzjoni minn qa-
bel ħareġ l-artiklu fit-Times, stqarr magħna li Malta qed tieħu bl-akbar serjetà r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Moneyval f ’Settembru li għadda u jekk hemm prospetti tajbin ħafna li ma nispiċċawx f ’din il-“lista tal-ħżiena” fis-settur huma riżultat tax-xogħol kbir li kien qed isir fl-aħħar żmien mingħajr daqq ta’ trombi. Il-Ministru stqarr mal-KullĦadd: “Il-ħasil ta’ flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu huwa theddid serju għas-sistemi finanzjarji globali u bil-koperazzjoni u l-qsim ta’ informazzjoni bejn il-pajjiż biss tista’ tittaffa din il-problema. Malta se tkompli tagħti s-sehem tagħha għal din il-kawża u għalhekk se nkomplu ninvestu fir-riżorsi umani u fit-taħriġ; u fit-teknoloġija biex ir-regolaturi u l-aġenziji tal-infurzar tal-liġijiet ikunu ppreparati bl-aħjar mod biex jaqdu dmirhom. “Jien kburi ngħid li l-istituzzjonijiet regolatorji u ta’ superviżjoni tagħna, huma kommessi li jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-istituzzjonijiet regolatorji internazzjonali bħall-Moneyval, il-Kummissjoni Venezja u oħrajn. Dawn komplew żiedu l-kollaborazzjoni tagħhom ma’ entitatjiet simili li hemm f ’pajjiżi oħrajn. Dan l-isforz li qed isir qed jagħti l-frott u fix-xhur u s-snin li ġejjin se naraw aktar riżultati mixtieqa. Is-suċċess jinkiseb biss jekk kulħadd jaħdem b’għan wieħed, dak li jġib il-ġid lejn pajjiżu,” temm jgħid il-Ministru.
12
03.05.2020
kullhadd.com
IL-ĦAFNA FAĊĊATI TAL-ASSENTEIŻMU!
Maria Mc Namara Direttur Ġenerali għas-Servizzi Edukattivi
Fi żmien fejn l-iskejjel huma magħluqin, u t-tfal u l-għalliema u l-ġenituri qegħdin jgħaddu ħinijiet jippruvaw joħolqu ambjent ta’ tagħlim permezz tat-teknoloġija u bis-saħħa ta’ mezzi li hemm fid-dar; fejn id-distanza soċjali hi mandatorja; fejn il-familja sabet ruħha minn filgħodu sa filgħaxija taħt l-istess saqaf; fejn ħafna minna sabu wkoll il-ħin biex jirriflettu sew fuq kif qed ngħixu ħajjtina, f ’dawn iċ-ċirkostanzi nemmen li mhux biss il-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna x’aktarx se tieħu żvolta oħra meta jgħaddi l-perjodu tal-COVID-19, imma wkoll it-tifsira tal-kelma assenteiżmu u l-impatt tagħha fuq l-istudenti u l-iskejjel tagħna. Ftit ġimgħat ilu l-NAO ħarġet statistika abbażi tas-sena skolastika 2016-2017 u mqabbla mas-sena skolastika 2017-18 fuq kemm attendew tfal fl-iskejjel Maltin f ’dan il-perjodu. Mad-daqqa t’għajn, u anke min ma jagħrafx jifhem u jaqra sew din l-istatistika, jista’ jasal għall-konklużjoni li l-problema hija tali, mhix surmontabbli u li ma sarx il-progress mistenni akkost tal-isforzi li saru matul is-snin s’issa u jieqaf hemm. Fil-fatt, meta nħares lura lejn issnin li għaddew, żgur li ma nistax ninnega l-investiment kbir li sar bi twaqqif ta’ servizzi bħall-guidance teachers fis-Sekondarji u wara bis-sapport tagħhom fil-Primarji. It-twaqqif tal-kulleġġi, fejn wieħed mit-timijiet ta’ sapport li wieħed isib fi ħdanhom, huwa dak li jinkludi l-counsellor, il-psikologu, il-career advisor u magħhom is-social worker marbut mal-attendenza tal-istudenti barra practitioners oħra. Bħala eks kap ta’ skola, prinċipal ta’ kulleġġ u llum fil-pożizzjoni tiegħi fejn dmiri hu li nsostni lill-iskejjel b’dawn is-servizzi imma wkoll bl-edukaturi, naf kemm hija kruċjali s-sinerġija sabiħa u effettiva li tista’ tinħoloq bejn isservizzi psiko-soċjali u l-edukaturi fl-iskola. Naf ukoll li minn din is-sinerġija tinbet enerġija u ħidma sfiqa fejn il-counsellor, il-psikologu, il-career advisor, is-social worker u l-practitioners l-oħra li
Dawn l-inizjattivi huma kollha imprezzabbli imma qatt ma huma biżżejjed biex wieħed jegħleb l-isfida tal-assenteiżmu u l-isfida marbuta miegħu ta’ żgħażagħ li jiddeċiedu li jieqfu mit-tagħlim ħesrem u jieqfu milli jindukraw u jiżviluppaw il-kapaċitajiet tagħhom qabel jidħlu fid-dinja tax-xogħol jaħdmu mill-uffiċċju tal-prinċipal, jifformaw il-pont t’għajnuna u mogħdrija meħtieġa mad-djar ta’ ammont ta’ studenti li flimkien mal-familji tagħhom qegħdin jgħixu sitwazzjonijiet xejn feliċi. Sitwazzjonijiet li huma kkawżati minn mard jew mewt fil-familja; minn nuqqas ta’ finanzi jew prijoritajiet; minn ċirkostanzi iebsa bħal droga, vjolenza domestika u abbuż ieħor taħt l-erba’ ħitan tad-dar. Dawn iċ-ċirkostanzi huma l-bidu jew iż-żerriegħa għall-maġġor parti tal-każijiet fejn l-assenteiżmu jkun qawwi fil-ħajja tal-istudent. Ma’ dawn inżid faċċata oħra li tnibbet ir-rutina tal-assenteiżmu. Faċċata li tinbet, titrawwem u tiżviluppa taħt għajnejna l-edukaturi fl-iskejjel tagħna stess minħabba x’aktarx nuqqas ta’ stima li jkollu fih l-istudent jew ukoll biża’ li se jaqa’ għaċ-ċajt għax perfezzjonist jew jistħi juri li ma jistax jaqra sew jew jikkonċentra jew jiffoka minħabba kundizzjoni. Għalhekk ifalli u ma jattendix l-iskola jew isib kull skuża mal-ġenituri biex jibqa’ d-dar minħabba raġunijiet bħal dawn jew simili. Hemm studenti oħrajn li ma jidhrux l-iskola għax ma jafux jagħmlu ħbieb jew għax imkenna żżejjed mid-dar minħabba esperjenzi iebsa ta’ bullying li setgħu sofrew il-ġenituri tagħhom
stess. Hi x’inhi r-raġuni jew il-kawża għaliex student jiskarta l-iskola jew ifittex li jibqa’ d-dar u ma jattendix l-iskola, aħna l-adulti, edukaturi, ġenituri, practitioners ..... aħna fid-dmir li nibqgħu naħdmu flimkien u nsibu mezzi kif negħlbu din l-isfida kontinwa ta’ tfal nieqsa mill-iskejjel tagħna kif għamilna u rridu nibqgħu nagħmlu. Kien għalhekk li barra r-riżorsi umani fis-servizzi psiko-soċjali, li għad hemm fejn ninvestu aktar, nemmen u naf li se naraw il-frott meħtieġ fis-snin li ġejjin permezz ta’ tibdil li sar fil-kurrikulu u filmod kif ngħallmu. Dan għaliex fhimna li l-istudenti ma jitgħallmux bl-istess mod. Hemm min jitgħallem billi jaqra ktieb, min billi jkun irid iħammeġ idejh, min kapaċi jitgħallem kollox bl-amment, u hemm min ikun irid jikteb u jinnota kollox. Dan kollu ssarraf fi programmi bħall-Alternative Learning Programme fl-Iskola Sekondarja ta’ Raħal Ġdid u fil-Learning Support Centres (erba’ skejjel żgħar Sekondarji u waħda f ’livell Primarju) u l-Education Hub tal-Imsida fejn l-istudenti jitgħallmu fi gruppi żgħar u b’suġġetti applikati u vokazzjonali u wkoll b’esperjenzi ta’ xogħol b’superviżjoni. Kien għalhekk ukoll li mis-se-
na skolastika 2018-19 ġew introdotti disa’ suġġetti vokazzjonali u applikati fl-iskejjel Sekondarji kollha, b’investiment f ’laboratorji ġodda biex inkomplu niġbdu aktar lill-istudenti lejn l-iskejjel u nagħtuhom l-opportunità li jaċċessaw it-tagħlim b’aktar flessibbiltà, b’mod prattiku u tanġibbli u mhux b’pedagoġija tradizzjonali u akkademika biss. Għal studenti li l-isport huwa l-lingwa u n-namra tagħhom, inħoloq ukoll l-iSport Career Development Programme li jagħti l-opportuniità lil studenti mill-ewwel sena Sekondarja salĦames Sena, li jipprattikaw sport u bis-saħħa tiegħu l-iskola qiegħda tagħmel aktar sens għalihom. Dawn l-inizjattivi huma kollha imprezzabbli imma qatt ma huma biżżejjed biex wieħed jegħleb l-isfida tal-assenteiżmu u l-isfida marbuta miegħu ta’ żgħażagħ li jiddeċiedu li jieqfu mit-tagħlim ħesrem u jieqfu milli jindukraw u jiżviluppaw il-kapaċitajiet tagħhom qabel jidħlu fid-dinja tax-xogħol. L-isfida hija kontinwa għax l-assenteiżmu m’għandux faċċata waħda. Fil-fatt, faċċata ġdida tal-assenteiżmu, li kull min jaħdem fil-qasam edukattiv se jkollu jaffaċċja żgur, hija dik ta’ studenti li se jkunu għaddew żmien twil id-dar minħabba l-COVID-19 b’nuqqas
ta’ struttura kostanti u edukattiva. Għalhekk numru sew minnhom se jħarsu lejn ir-ritorn lura l-iskola b’inċertezza, b’ansjetà u b’biża’. Dan qiegħda nsemmih mhux biss għal studenti li normalment isibuha diffiċli biex imorru lura l-iskola wara xi vaganzi jew isibuha iebsa biex jintegraw fi klassi ġdida, imma se jkollna studenti li issa draw il-kenn u l-kumdità tad-dar ukoll. U dan jista’ jkun il-kawża għal xi wħud li fejn qabel kienu jattendu b’mod regolari issa se jaraw ir-rutina li tqum għall-iskola żejda jew jista’ jkun ukoll inutli. Se jkollna wkoll studenti li sabu ritmi ta’ tagħlim aktar effiċjenti għalihom għax it-teknoloġija jafu jużawha u fetħitilhom bibien fuq għarfien wiesa’ aktar minn dak li toffrilhom l-iskola. Li hu żgur hu li l-assenteiżmu se jkun fenomenu li se jissokta jiżviluppa f ’forom differenti minn dawk ta’ qabel u li rridu kollha kemm aħna edukaturi, ġenituri u practitioners nikkollaboraw flimkien mhux biss għallġid tal-istudent illum, imma wkoll għall-futur tiegħu u wkoll ta’ pajjiżna. Għalhekk irridu fix-xhur li baqgħalna għall-ftuħ tal-iskejjel, nibqgħu nżommu l-kuntatt b’mod kostanti u r-relazzjonijiet sbieħ mibnija bejn l-iskejjel u l-familji, nifhmu ċ-ċirkostanzi kollha li dan il-perjodu ġab miegħu u bis-saħħa t’hekk nippjanaw b’mod kreattiv flimkien, kif nistgħu nersqu lejn il-bidu tas-sena skolastika li ġejja blawqa mod għall-ġid tat-tfal u tażżgħażagħ tagħna. Jekk naħsbu b’moħħ miftuħ u żagħżugħ, is-sena skolastika li ġejja tista’ tkun okkażjoni fejn mhux biss nilqgħu lura lill-istudenti u ’l-edukaturi lura lejn l-iskejjel, imma jkun il-waqt li l-istudent ikun veru l-protagonista tal-iskola fejn nagħtuh l-ispazju li jiġi lura b’umiltà jgħidilna hu x’tgħallem f ’dan il-perjodu stramb u straordinarju imma wkoll x’iħoss li jixtieq jitgħallem aktar wara l-esperjenza li għadda minnha fix-xhur li għadda magħluq id-dar. Matul ix-xhur li ġejjin aħna l-edukaturi u l-practitioners fil-qasam psiko-soċjali rridu nkunu proattivi biżżejjed biex nindividwaw studenti u familji li se jkollhom bżonn l-assistenza u s-sostenn tagħna barra dawk li huma diġà fil-listi ta’ sapport tagħna. Nemmen li b’rieda tajba minn kulħadd, l-assenteiżmu, bil-faċċati kollha tiegħu, nistgħu ngħixuh u negħlbuh flimkien għax nemmnu li l-edukazzjoni hija l-aqwa investiment li nistgħu nagħtu lil uliedna!
13
03.05.2020
kullhadd.com
MAYDAY 2020 Ian Borg Ministru
Messaġġ għall-1 ta’ Mejju Ħbieb, Id-dinja tagħna tal-lum hija kompletament differenti minn dik li twieled fiha Jum il-Ħaddiem. Imma xorta waħda, minkejja l-progress kbir u r-rebħiet storiċi li rnexxielhom jiksbu l-ħaddiema, it-taqbida għall-ġustizzja soċjali u l-mixja lejn ħajja aħjar għal kulħadd għadha mhix kompluta. U anke meta tkun mirbuħa, kif fil-verità rnexxielu jagħmel il-Partit Laburis-
ta, dejjem hemm iżjed x’jitwettaq, iżjed xi jsir, iżjed x’jinkiseb. Qabel ma feġġet fostna l-pandemija tal-COVID-19, seba’ snin ta’ Gvern Laburista għamlu lil pajjiżna l-aqwa fl-Ewropa u l-għira tad-dinja. L-ekonomija tagħna kienet l-iżjed waħda li qed tikber b’rati fenomenali, li kienu jiskantaw mhux biss lill-pajjiżi sħabna fl-UE, imma anke lill-aġenziji internazzjonali bħal Moody’s, Fitch, u S&P. Mhux biss il-ħaddiema, imma anke kull klassi tas-soċjetà tagħna ħassitha, u bir-raġun, li qed tgħix u tipprogressa fl-aqwa żmien. U dan tant hu minnu, li minkejja li din il-pestilenza ħarbtet u ġabet fix-xejn ekonomiji ferm ikbar minn tagħna, u anke jekk pajjiżi ferm iżjed b’saħħithom minna nstabu mhux preparati fil-qasam tas-saħħa biex jaffrontawha, il-poplu Malti u Għawdxi, grazzi għallgħaqal, il-ħidma u l-ippjanar fit-tul u għat-tul tal-Gvern Laburista, la sofra effetti diżastrużi fl-ekonomija u lanqas kien milqut bix-xeni ta’ abbandun u mwiet li qed naraw f ’pajjiżi oħra.
F’dan il-Jum tal-Ħaddiem, f ’din il-Festa għażiża tagħna, għandna nkunu kburin u mimlijin kuraġġ, li jekk naħdmu għalenija u bi sforz kollettiv noħorġu minn din il-prova qalila li tefgħatilna ma’ wiċċna pestilenza qerrieda. Xejn mhu impossibbli għal dawk li jemmnu, għal dawk li jittamaw, għal dawk li ma jirrassenjawx ruħhom u jissokkombu. Ma għandniex għalfejn nibżgħu. Il-biża’ biss u mhux ilCOVID-19, tista’ ġġarrfilna dak li bnejna flimkien mill-2013 ’l hawn. Ħalli jerġa’ jimla ruħna u qalbna dak l-ispirtu kumbattiv, dik iċ-ċertezza tar-rebħa, dik il-fiduċja fina nfusna, li bihom missirijietna u l-antenati tagħna kisbu rebħiet kbar u postna xieraq fost il-ġnus. Qatt ma beżgħu, qatt ma reġgħu lura, qatt ma qatgħu qalbhom. Illum nuru li aħna werrieta denji tagħhom. Dawn l-antenati eroj tagħna mhux biss emmnu, obdew, u sofrew imma stinkaw u ħadmu. U biex negħlbu lill-COVID-19, jeħtieġ nobdu, jeħtieġ insofru, jeħtieġ nistinkaw u jeħtieġ naħdmu. Ejjew indawru din l-isfida ter-
ribbli f ’opportunità biex appena negħlbu l-pestilenza, nerġgħu bissaħħa ta’ dirgħajna u bl-għaraq ta’ ġbina nkomplu fi triqitna biex nibnu soċjetà aħjar milli kellna. Jiena qatt ma kont wieħed li nipprietka u nieqaf hemm. Jiena dejjem emmint li l-kelma tqanqal u l-eżempju jkaxkar. Għalhekk, minkejja l-kritika ħarxa ta’ dawk li qatt ma ħabblu moħħhom mill-ħaddiema, komplejt għaddej b’ħidma akbar biex infittxu nlestu tant proġetti fl-infrastuttura tagħna li ħaddieħor ħalliha għal 25 sena sħaħ fl-istat li ħallewha ta’ qabilhom. U hekk inkunu qed nolqtu żewġ għasafar b’ġebla waħda. Se jkollna sistema infrastrutturali li hija f ’livell għoli u modern, filwaqt li din il-ħidma kbira tkompli ddawwar ir-roti tal-ekonomija meta roti oħrajn kellhom inaqqsu r-ritmu minħabba l-effetti tal-pandemija. Illum insellem lill-ġganti li matul dawn l-aħħar 100 sena bnew dak kollu li aħna stajna nwettqu. Għiduli kif illum ma nistgħux niftakru fil-Perit Duminku Mintoff, li kien l-ewwel politiku Malti li ċċel-
ebra Jum il-Ħaddiem f ’San Pawl il-Baħar u ta’ dan sofra stigma u persekuzzjoni. Nemmen li aħna naniji mixjin fuq l-ispallejn ta’ ġganti li għexu qabilna. Inqawwu qalbna u nemmnu fl-aħħar kelmiet tal-innu maħbub tagħna: “Fl-aħħar ir-rebħa tagħna tkun.”
Se jkollna sistema infrastrutturali li hija f’livell għoli u modern, filwaqt li din il-ħidma kbira tkompli ddawwar ir-roti tal-ekonomija meta roti oħrajn kellhom inaqqsu r-ritmu minħabba l-effetti tal-pandemija
NAĦSBU F’KULĦADD
Roderick Galdes Ministru
Kull persuna li tgħix f ’Malta, żgur li b’xi mod tmiss mas-settur tal-housing f ’pajjiżna. Id-dar hija bżonn bażiku għall-bniedem u indikatur tal-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tagħna. Jien nqisa wkoll bħala l-ġebla li sservi bħala bażi għall-familji biex jibnu ħajjithom fuqha u jkomplu jimxu ’l quddiem. Għalhekk, bħala Ministeru tal-Akkomodazzjoni Soċjali għandna rwol importanti f ’Malta u responsabbiltà kbira fuq spallejna. Responsabbiltà li qed nerfgħuha bil-ħidma li qed inwettqu, bil-miżuri li qed nintroduċu u bil-politika li qed naddottaw, ħidma li verament qiegħda taħseb f ’kulħadd. Bħala Ministru, ilbżonn ta’ persuna waħda għalija mhuwiex differenti mill-bżonn
tal-massa għaliex nemmen li bħala Gvern għandna d-dmir li nindirizzaw l-isfidi ta’ kulħadd. Xhieda ta’ dan hija l-ħidma li wettaqna u qed inwettqu fis-settur tal-housing. Din il-ġimgħa, fil-fatt, ħabbart li matul l-2020 se nkunu qed nagħmlu xogħol ta’ rranġar u tisbiħ f ’46 blokka li jinsabu f ’7 lokalitajiet u li jinkludu ftit anqas minn 500 appartament. Proġett li l-investiment għalih qiegħed jiżdied ma’ kull sena li tgħaddi għaliex nemmnu li daqskemm huwa importanti l-bini ta’ units ġodda daqstant huwa importanti li nibżgħu għal dawn l-assi tal-pajjiż. Assi tal-pajjiż li huma wkoll id-dar ta’ 5,000 familja u huwa għalhekk li dan l-investiment ma nqisux bħala investiment fil-bini nnifsu, iżda bħala investiment fil-kwalità tal-ħajja ta’ kull persuna li tgħix fihom. Proġett ta’ riġenerazzjoni li saħħaħna sa mill-2017. Fil-fatt matul is-sena li għaddiet komplejna bi proġetti ġodda fuq total ta’ 77 blokka li primarjament kienu jinkludu waterproofing tal-bjut, rinnovar tal-opramorti, titjib ġenerali fil-partijiet komuni u rinnovar tal-faċċati u gallariji u li saru b’investiment li jlaħħaq l-€4 miljuni. Bix-xogħlijiet ta’ rranġar u tisbiħ qed ikunu kkumplimentati
bl-installazzjoni ta’ lifts li qiegħda tagħmel dawn il-binjiet aċċessibbli u ħidma oħra ta’ manutenzjoni u tisbiħ li qiegħda twettaq l-Awtorità tad-Djar fosthom dik b’kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali. Parallel, mal-ħidma fil-binjiet eżistenti qed inkomplu ukoll bil-proġett ta’ bini ta’ aktar minn 1,700 unit ġdid ta’ housing soċjali. Bini li qiegħed javvanza b’ritmu mgħaġġel. Fil-fatt matul il-ġimgħa li għaddiet żort is-sit ta’ Birkirkara li fih tlesta x-xogħol tal-ġebla fuq tliet blokok filwaqt li x-xogħol huwa wkoll avvanzat fis-siti ta’ Ħ’Attard, is-Siġġiewi, iż-Żurrieq, Bormla u Ħal Kirkop. Housing soċjali li għalina dejjem huwa ta’ prijorità, iżda li l-ħidma fuqu mhix qiegħda issir f ’iżolament. Qed nindirizzaw is-suq tal-housing f ’pajjiżna b’mod ħolistiku billi qed nassiguraw li bl-iskemi li nintroduċu, aktar persuni u familji jsiru sidien ta’ darhom. Fosthom, permezz tal-iskema Equity Sharing. Skema li tapplika għal persuni li għandhom 40 sena jew aktar u li minkejja li għandhom ammont ta’ assi mingħajr din l-iskema minħabba l-età tagħhom ma kinux qed jaċċessaw loan millbank u ma setgħux isiru sidien ta’ darhom. Skema li f ’qasir żmien applikaw għaliha 233 persuna li
permezz tagħha se nagħtuhom tama ġdida. Fuq il-pjan ta’ ħidma tiegħi kelli wkoll is-suq tal-kirjiet privati. Wara konsultazzjoni wiesgħa daħħalna fis-seħħ liġi ġdida li għamlet ir-reġistrazzjoni tal-kirjiet privati mandatorji bil-għan li jiġu salvagwardjati d-drittijiet u d-dmirijiet tas-sidien u tal-familji fil-kera. Liġi suċċess li dawk fil-kera fehmu l-benefiċċji tagħha hekk kif minn Jannar ġew irreġistrati aktar minn 8,000 kuntratt ta’ kirjiet privati fuq sistema tal-Awtorità tad-Djar ibbażata fuq blockchain. Il-ħidma tagħna f ’dan ir-rigward ma bdietx mal-liġi tal-kera hekk kif introduċejna benefiċċju tal-kera msaħħaħ li qed jibbenefikaw minnu ftit anqas minn 2,000 familja. Benefiċċju li għall-ewwel darba jirrelata bejn id-dħul tal-persuna u n-nefqa tagħha fuq il-kera, benefiċċju li qiegħed iħalli biżżejjed flus fil-but biex wara li jħallsu l-kirja l-familji tagħna jibqgħu jgħixu ħajja ta’ kwalità. Qegħdin ukoll nindirizzaw il-minoranzi, il-bżonnijiet speċifiċi f ’dan is-settur ta’ familji li ma jirrikjedux biss saqaf fuq rashom, iżda jeħtieġu wkoll servizz speċjalizzat. Dan qed nagħmluh bit-twettiq ta’ żewġ proġetti pilota mal-Fondazzjoni Richmond u l-fondazzjoni
mid-Dlam għad-dawl li se jkunu qed jagħtu servizz speċjalizzat f ’ambjent imfassal skont il-bżonn tal-klijenti li se jilqgħu fihom. Dan kien possibbli permezz ta’ kollaborazzjoni mal-kamra tal-periti. Diġà wettaqna ħafna iżda se nkomplu nwettqu biex is-settur tal-housing f ’Malta jkompli jsir professjonali u biex inkomplu nagħmlu differenza fil-ħajja taċ-ċittadini tagħna. Intenni li bħala Gvern u bħala Ministeru, fis-settur tal-housing se nkomplu naħsbu f ’kulħadd.
Din il-ġimgħa, fil-fatt, ħabbart li matul l-2020 se nkunu qed nagħmlu xogħol ta’ rranġar u tisbiħ f’46 blokka li jinsabu f’7 lokalitajiet u li jinkludu ftit anqas minn 500 appartament.
14
03.05.2020
kullhadd.com
IL-GOVERNANZA FISKALI LI KEL IŻ-ŻEWĠ LEĠIŻLATURI KIENET S
Huwa ovvju li l-imxija tal-COVID-19 laqtet is-setturi kollha ta’ kull pajjiż, bl-imxija ġġib konsegwenzi bla preċedent fuq l-ekonomiji globali. F’pajjiżna, lnanzi pubbliċi. Dan wassal biex is-surpluses annwali konsekuttivi li għamel, ikunu fattur importanti ħafna biex ikun f’pożizzjoni li f’din is-sitwazzjoni li q Ewropea, bħala għajnuna. Fl-intervista naraw kif minkejja l-għajnuna kbira tal-Gvern u l-effett fuq l-ekonomija u l-finanzi minħabba l-pandemija COV fost il-pajjiżi kollha li hi tevalwa. Il-gazzetta KullĦadd tkellmet mal-Ministru għall-Finanzi, il-Professur Scicluna dwar il-ħidma tal-Gvern b’rabta mal-imxija tal-COVID-19 u ċ-ċirkostan
Mil-lat ekonomiku, x’kienet ir-reazzjoni tal-Gvern hekk kif faqqgħet l-imxija tal-COVID-19? L-imxija tal-COVID-19 ġabet magħha konsegwenzi bla preċedent fuq l-ekonomiji globali. Il-mod mgħaġġel li bih infirex il-virus ikkawża pressjoni kbira fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa internazzjonali li ma kinitx antiċipata. L-attività ekonomika ħadet daqqa kbira hekk kif bdew jiġu imposti lockdowns f ’ħafna pajjiżi sabiex kemm jista’ jkun tiġi limitata l-firxa ta’ dan il-virus. Il-Gvernijiet madwar id-dinja rrispondew għal din il-pandemijia billi llaxkaw il-politika monetarja filwaqt li pprovdew stimolu fiskali biex inaqqsu dan l-impatt negattiv fuq l-ekonomiji. F’Malta, l-imxija tal-pandemija kienet ikkontrollata b’mod tajjeb ħafna meta mqabbla mal-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea. Il-miżuri f ’waqthom li ħa l-Gvern kienu katalisti sabiex jillimitaw it-tixrid tal-virus, tant li l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa sejħet lil Malta bħala mudell ta’ kif mexxejna din il-kriżi. Madankollu, miżuri stretti bħal dawn ma ddaħħlux mingħajr prezz. L-għeluq tal-ajruport u l-lockdown parzjali li ġew imposti biex tiġi mħarsa s-saħħa tal-Maltin u l-Għawdxin, affettwa b’mod sinifikanti s-setturi relatati mat-turiżmu u l-attivitajiet tal-ħin liberu u divertiment, inkluż bejgħ bil-grossa u bl-imnut, servizzi tal-ikel u trasport fost l-oħrajn. Konxji b’dan l-impatt negattiv, bħala Gvern mill-ewwel ħadna azzjoni u bdejna niffukaw il-ħidma tagħna biex infasslu t-tieni baġit għas-sena 2020. IlBaġit supplimentari kien magħmul minn diversi pakketti finanzjarji maħsuba sabiex itaffu l-pressjoni tal-likwidità fuq in-negozji u jgħinu lill-individwi. Bħala Gvern, konna f ’pożizzjoni tajba li nniedu baġit addizzjonali għall-2020 għaliex tlaqna minn punt ta’ ekonomija b’saħħitha. Mill-bidu tal-ewwel leġiżlatura tagħna, bħala Gvern tajna prijorità lir-riforma tal-finanzi pubbliċi. Ħdimna ħafna sabiex inġibu taħt kontroll innefqa publika filwaqt li nżidu l-persuni li qegħdin fl-impjieg. Dan sabiex inżidu d-dħul tal-Gvern mingħajr ma nżidu ebda taxxa. Il-pjan tagħna dejjem kien li ntaffu l-piż
F’Malta, l-imxija tal-pandemija kienet ikkontrollata b’mod tajjeb ħafna meta mqabbla mal-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea. Il-miżuri f’waqthom li ħa l-Gvern kienu katalisti sabiex jillimitaw it-tixrid tal-vajrus, tant li l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa sejħet lil Malta bħala mudell ta’ kif mexxejna din il-kriżi
tad-dejn minn fuq il-familji u nibnu buffer fiskali annwali biex jintuża f ’ċirkostanzi negattivi mhux mistennija. Ridna nkunu prudenti u nġemmgħu għal meta jiġi l-maltemp. Mill-2016 ’il quddiem, irnexxielna nirreġistraw surplus fiskali kull sena u nnaqqsu l-proporzjon tad-dejn mal-prodott gross domestiku taħt il-limitu tal-Unjoni Ewropea ta’ 60%, għal qrib l-40% fl-2019. Fl-istess waqt, bħala pajjiż irreġistrajna fost l-ogħla tkabbir ekonomiku u fost l-ogħla rati fiż-żieda tal-impjiegi fl-Unjoni Ewropea, kull sena konsekuttiva. Is-sena li għaddiet, irreġistrajna wkoll ittielet l-ikbar żieda fir-rati ta’ impjiegi fost il-persuni ta’ bejn l-20 u l-64 sena mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. X’wassal sabiex il-Gvern Malti jkun f ’pożizzjoni li jagħti fost l-aqwa pakketti finanzjarji fl-Unjoni Ewropea? Is-surpluses annwali konsekuttivi li għamilna, kienu fattur importanti ħafna biex ippermettewlna bħala Gvern li nkunu f ’pożizzjoni li nagħtu fost l-aqwa pakketti finanzjarji fl-Unjoni Ewropea sabiex ngħinu lill-familji, lin-negozji u lil dawk li jaħdmu għal rashom. Bħala Gvern allokajna madwar €2 biljun, li huma ekwivalenti għal ftit iktar minn 15% tal-Prodott Gross Domestiku (PGD) fl-2019, biex il-Gvern ikollu likwidità biżżejjed li biha jkun jista’
jgħin lill-familji, lill-ħaddiema u lill-kumpaniji. Il-pakkett ta’ għajnuna finanzjarja fih sew għotjiet u sew self u garanziji. Parti sinifikanti minn dan l-ammont qed jintefaq fuq garanziji u differimenti tat-taxxa biex intaffu l-pressjoni tal-likwidità li qed iħabbtu wiċċhom magħha n-negozji. Il-COVID-19 Guarantee Scheme stabbilixxiet fond ta’ garanziji ta’ €350 miljun biex niggarantixxu self mogħti mill-banek kummerċjali biex ngħinu lil dawk in-negozji li qed jaffaċċjaw problemi ta’ cashflow. Dan ifisser li l-fond ta’ €350 miljun f ’garanziji jista’ jilħaq il-portafoll massimu ta’ €777 miljun mill-banek Maltin sabiex nagħtu l-ossiġinu li hemm bżonn lin-negozji biex jibqgħu joperaw. Mhux hekk biss. Il-Gvern ser ikun qed iħallas ukoll b’mod sinifikanti l-interessi tal-pagamenti marbuta mas-self għal sentejn. Din il-miżura se tkun qed tiswa’ lill-Gvern madwar €40 miljun. Għal ħafna negozji l-imgħax għas-sentejn li ġejjin ser ikun kważi żero għax ser iħallsu l-Gvern. Fl-istess waqt, id-differiment tat-taxxa fuq id-dħul, il-VAT, kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali, u dazju u sisa, huma stmati li ser jiswew lill-Gvern bejn €200 miljun u €400 miljun. Riċentement ħabbarna wkoll li dan id-differiment ser jiġi estiż għal aktar xhur, u l-Gvern ser jaġixxi skont kif ikun l-aħjar interess fiċ-ċirkostanzi futuri. Miżura oħra li ser ittaffi l-impatt negattiv tal-
COV l-imp fuq fa id-dir jibben l-inter Il-p l-iskem l-imp patt t miżur tal-pa jaħdm Flimk il-miż diema il-ġen perm b’diża Qed n jegati din ilqed ji Qed ma jis f ’daqq fuq le Qe tur ta meħti salvag Riż li tiżd bħala sabiex gozji
Bħala minn
15
03.05.2020
kullhadd.com
LLNA TUL DAWN STRUMENTALI
-ħidma ta’ dan il-Gvern sa mill-bidu tal-ewwel leġiżlatura tiegħu, kienet ir-riforma tal-fiqed naffaċċjaw bħalissa, idaħħal miżuri u jagħti fost l-aqwa pakketti finanzjarji fl-Unjoni VID-19, l-IMF qed tistenna li Malta tirreġistra l-inqas tkabbir ekonomiku negattiv minn
nzi bla preċedent li għaddej minnhom bħalissa pajjiżna.
VID-19 fuq il-likwidità tan-negozji u l-individwi hija plimentazzjoni tad-direttiva li tirregola l-moratorju aċilitajiet ta’ kreditu f ’ċirkostanzi eċċezzjonali. Din rettiva tippermetti lill-kumpaniji u lill-individwi biex nefikaw minn moratorju ta’ 6 xhur fuq il-kapital u ressi. pakkett finanzjarju ta’ żewġ biljuni jkopri wkoll mi u l-inizjattivi maħsuba biex jissalvagwardjaw pjiegi, jgħinu finanzjarjament lill-familji u jtaffu l-imtat-tnaqqis mid-dħul minn fuq l-impjegati. L-iktar ra importanti f ’dan il-kuntest hija s-suppliment aga ta’ €800 fix-xahar mogħtija lil dawk kollha li mu full-time u għal dawk li jaħdmu għal rashom. kien maż-żieda pprovduta minn min iħaddem, din żura tassigura lill-kumpaniji biex iżżommu lill-ħada tagħhom fl-impjieg. Tajna wkoll għotja lil dawk nituri li jieħdu ħsieb it-tfal u ma jistgħux jaħdmu mezz tat-teleworking u kif ukoll għotja lill-persuni abilità li jaħdmu iżda li jagħżlu li joqogħdu d-dar. nagħtu wkoll benefiċċju speċjali tal-qagħad lill-impli kellhom l-impjieg tagħhom terminat kawża ta’ -pandemija, filwaqt li s-sussidju fuq is-self tad-djar ingħata wkoll lil dawk li ġew imwaqqfa mix-xogħol. ngħinu wkoll persuni b’kundizzjonijiet kroniċi li stgħux jattendu għax-xogħol u qed nagħtu somma qa lil min iħaddem, għal dawk l-impjegati li jinsabu eave tal-kwarantina. ed nallokaw ukoll €150 miljun addizzjonali lis-setas-saħħa sabiex nassiguraw li jkollna l-mezzi kollha ieġa f ’din il-ġlieda kontra din il-pandemija, biex nisgwardjaw is-saħħa taċ-ċittadini kollha. żultat ta’ dawn il-miżuri, in-nefqa totali mistennija died għal iktar minn €500 miljun din is-sena. Aħna a Gvern kommessi li nagħmlu dak kollu possibbli x inkomplu nkunu ta’ spalla għall-familji u għan-nefi żminijiet diffiċli bħal dawn.
a Gvern, kif ser ikompli jindirizza din l-isfida n issa ’l quddiem?
Bħala Gvern issa ninsabu għaddejjin bil-ħidma tagħna biex nimplimentaw it-tieni fażi ta’ dan il-pjan ta’ għajnuna finanzjarja, dik li nfasslu strateġija mmirata biex nibdew il-fażi ta’ rkupru tat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi. Madankollu, ser nibqgħu nkunu responsabli u nassiguraw li filwaqt li nipprovdu l-għajnuna finanzjarja meħtieġa, ma nitilfux il-kontroll fuq id-dejn nazzjonali għaliex dan jiddetermina kemm l-ekonomija tirkupra malajr u kemm tkun preparata għal avvenimenti oħra li mhumiex prevedibli fil-futur. L-andament ekonomiku u fiskali b’saħħtu tal-ekonomija Maltija mistenni li jippermettilna bħala pajjiż li nkunu f ’pożizzjoni li nirkupraw malajr. Filfatt, fl-aħħar rapport li l-aġenzija ta’ kreditu Fitch ħarġet fuq Malta, din sostniet li għalkemm Malta mistennija li toħroġ minn din il-kriżi bl-livelli ogħla ta’ dejn publiku, s-suċċessi ekonomiċi li nkisbu fl-aħħar snin, inkluż is-surpluses konsekuttivi ta’ bejn l-2016 u l-2019, ipoġġuna f ’sitwazzjoni aħjar minn pajjiżi oħra sabiex nirkupraw u nikkonsolidaw il-finanzi publiċi fuq medda medja taż-żmien. Bl-istess mod, it-tkabbir ekonomiku qawwi ta’ Malta, il-livelli għoljin ta’ ġid li kapaċi jassorbu dan l-impatt, il-piż tad-dejn affordabli u kif ukoll bażi ta’ finanzjament domestiku affidabli, wasslet lill-Moody’s sabiex tafferma lil Malta bi klassifikazzjoni ta’ A2 bi prospetti stabbli, minkejja li ninsabu f ’nofs din il-kriżi globali tal-pandemija COVID-19. Barra minn hekk, l-IMF ukoll qed tbassar li l-ekonomija Maltija tirkupra b’mod b’saħħtu mill-effetti tal-COVID-19. Tant hu hekk li fil-World Economic Outlook tagħha għas-sena 2020, IMF qed tistenna li Malta tirreġistra l-inqas tkabbir ekonomiku negattiv minn fost il-pajjiżi kollha li hi tevalwa. Għalhekk ser nibqgħu nieħdu d-deċiżjonijiet b’mod responsabli sabiex meta din il-pandemija globali tkun spiċċat, bħala pajjiż ikunu kapaċi nimxu ‘l quddiem mingħajr miżuri ta’ awsterita’ li huma mistennija minn ħafna pajjiżi oħra li kif ser joħorġu minn din il-kriżi ser ikunu mgħobbija b’dejn kemm publiku u kif ukoll privat.
Il-Professur Edward Scicluna huwa Membru tal-Parlament u l-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji, minn Marzu tal-2003. Matul l-2013, il-Professur Scicluna assuma l-kariga ta’ Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), u Viċi Chairman tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (EBRD). Qabel Marzu 2013, huwa serva bħala membru tal-Parlament Ewropew (MPE), fil-kapaċità ta’ Viċi President tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON), u membru tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika (ESAC). Ħatriet oħra li kien jokkupa matul is-snin jinkludu dik ta’ Professur u Kap tad-Dipartiment tal-Ekonomija flUniversità ta’ Malta, Chairman tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, Chairman tal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Malti, Direttur tal-Bord tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, u kif ukoll Kummissarju Elettorali. Internazzjonalment Prof. Scicluna wettaq ukoll xogħol ta’ konsulenza ekonomika ma’ diversi istituzzjonijiet internazzjonali. Serva wkoll bħala Chairman u Direttur fuq numru ta’ kumpaniji ewlenin Maltin. Il-Professur Scicluna ggradwa mill-Università ta’ Oxford b’distinction fid-Diploma fil-Politika u l-Ekonomija, millUniversità ta’ Malta b’Baċellerat bl-Unuri (First Class) fl-Ekonomija, u mill-Università ta’ Toronto b’ Masters u Dottorat fl-Ekonomija.
16
03.05.2020
kullhadd.com
LE GĦALL-VJOLENZA DOMESTIKA il-qasam. L-avukat se jikkomunika mal-vittma fl-iqsar żmien possibbli. Kien għal dan il-għan li anke ingaġġajna avukati li huma midħla ta’ dan is-settur, biex jaħdmu fuq din l-inizjattiva, biex ikun offrut l-aqwa servizz possibbli lil dawn il-persuni. Permezz ta’ dan is-servizz, nemmen li se nkunu qed ngħinu mhux ftit lil persuni li jinsabu vittmi f ’darhom stess. Waħda mir-raġunijiet li vittma tibqa’ lura milli titkellem hija minħabba kwistjonijiet finanzjarji li jagħmluha dipendenti fuq l-aggressur. Aktar assistenza tfisser ċans akbar biex vittma tagħmel dak ilpass importanti li jista’ jsalvalha ħajjitha. Il-vittmi tal-vjolenza domestika, bla dubju ta’ xejn, jistħoqqilhom l-aħjar.
Edward Zammit Lewis Ministru
L-imxija tal-Coronavirus f ’pajjiżna, u madwar id-dinja kollha, ġabet quddiemna sfidi ġodda, li għalkemm kienu jeżistu, gravaw waqt din il-kriżi. Qed nirreferi għall-fatt li persuni ġew esposti ferm iżjed għall-vjolenza domestika. Il-vjolenza domestika ilha teżisti sa minn dejjem. U fi żmien fejn il-Maltin huma mitluba li jibqgħu id-dar, huwa importanti li nżommu f ’moħħna li d-dar mhuwiex post sigur għal kulħadd. Fi żminijiet bħal dawn fejn it-tensjoni minħabba din l-imxija dejjem qed tiżdied, u l-persuni qed ikunu aktar flimkien id-dar, bħala fatt il-perċezzjoni żgur hi li dawn il-każijiet qed jiżdiedu. Bħala Gvern, u speċjalment jien bħala l-Ministru responsabbli mill-Ugwaljanza, ma stajniex nibqgħu siekta quddiem dawn
l-isfidi. Fil-jiem li għaddew, waqt konferenza virtwali, nibtet l-idea li nsaħħu s-servizz ta’ għajnuna legali professjonali b’xejn għall-vittmi tal-vjolenza domestika. Ridna li nimplimentaw din l-inizjattiva malajr kemm jista’ jkun, u b’hekk saħħaħna s-servizz offrut mill-Aġenzija tal-Għajnuna Legali. Ta’ dan nirringrazzja lill-MEP Miriam Dalli u l-kollega Rosianne Cutajar. Rajna wkoll li s-servizz ikun faċli kemm jista’ jkun għal min jagħmel użu minnu. Mingħajr
biss ma joqgħod jinqala’ middar, dak li jkun jista’ jċempel, jew jibgħat email, f ’liema ħin tal-ġurnata jrid, u jinqeda l-iktar ftit tas-sigħat wara. B’hekk issa, vittmi ta’ vjolenza domestika għandhom għajnuna legali professjonali mingħajr ebda ħlas, 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa. Meta l-persuna ċċempel, se titkellem ma’ persuna li se tara x’inhi l-problema tagħha, u imbagħad tagħmlilha appuntament ma’ avukat speċjalizzat f ’dan
Kullana ta’ miżuri
Ewropew, Helena Dalli. Għalhekk li fil-Ministeru li mmexxi jiena, poġġejt f ’postijiet sensittivi għadd ta’ nisa. Dan mhux għax huma nisa, iżda għax huma kapaċi fl-irwol tagħhom, u nemmen totalment fihom. Fost l-ewwel inizjattivi li għamel dan il-Gvern, li jiena tant kburi li nifforma parti minnu, huwa li ħoloq inizjattivi biex iktar nisa joħorġu fid-dinja tax-xogħol, bil-mara tikseb aktar dinjità u indipendenza finanzjarja. Anki fil-Parlament ta’ pajjiżna, bdejna billi rrikonoxxejna n-nuqqas ta’ Membri Parlamentari nisa. Huwa għalhekk li filġimgħat li għaddew ressaqt liġi li se tara li fl-elezzjoni ġenerali li jmiss, tal-inqas, 40% tal-Membri Parlamentari jkunu nisa. Dawn huma ftit mill-ħafna miżuri li daħħalna bħala Gvern biex inżidu l-ugwaljanza f ’pajjiżna. Dan ix-xogħol li wettaqna, għandu jservi ta’ garanzija għall-futur. Garanzija li pajjiżna, taħt it-tmun tal-Prim Ministru Robert Abela, se nħalluh aktar ugwali milli sibnieh!
Din mhix inizjattiva iżolata fis-settur tal-ugwaljanza, iżda waħda minn kullana ta’ miżuri li daħħalna biex nassiguraw li pajjiżna verament ikun wieħed ugwali. Fi ftit żmien, qlibna pajjiżna ta’ taħt fuq f ’dan is-setIt-talba għall-għajnuna tista’ tur, fejn fost waħda mill-bidliet prinċipali, daħħalna ż-żwieġ tintalab fuq: Email: domesticviolence.leċivili għal kulħadd. Bħala Ministru għall-Ugwal- galaidmalta@gov.mt Mobile: 7974 7974 (24 siegħa) janza rrid li mmexxi bl-eżempTelephone: 2567 4330 (9am – ju u fuq il-passi tal-predeċessur tiegħi, illum Kummissarju 3:30pm, mit-Tnejn sal-Ġimgħa)
SOLIDARJETÀ MAL-KAĊĊATURI
Alex Agius Saliba Membru Parlamentari Ewropew
Sa mill-bidu nett tal-kampanja elettorali tiegħi meta ħabbart li ser nikkontesta għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew kont tkellimt ċar dwar kif naħsibha fuq id-delizzji tal-kaċċa u tal-insib u d-diversi kwistjonijiet u diffikultajiet li hemm marbuta ma’ dan is-suġġett li minn żmien għal żmien ikun iċ-ċen-
tru tad-diskussjoni. Ilkoll nafu kif tradizzjonalment, il-kaċċaturi u n-nassaba tagħna ġew trattati b’mod diżgustanti minn amministrazzjonijiet preċedenti li daħqu bihom diversi drabi. Dejjem kont ċar li dawn id-dilettanti ser isibuni magħhom biex niddefendi d-dritt li għandu jkollhom bħalma għandhom kaċċaturi u nassaba fl-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea. Bla dubju ta’ xejn, ma nemminx li għandu jkollna anarkija fejn kulħadd jagħmel li jrid u ma jkunx hemm kontrolli. Nemmen li għandu jkun hemm sforzi kollettivi biex ikollna kaċċa sostenibbli u responsabbli, u filwaqt li nikkundanna lil dawk il-ftit li jiddeċiedu li jkunu irresponsabbli u jiġu jaqgħu u jqumu, insostni li l-maġġoranza tad-dilettanti huma responsabbli u jikkoperaw mal-aw-
toritajiet. Mhux aċċettabbli li minħabba l-iżbalji tal-ftit jeħlu l-kumplament tad-dilettanti li jobdu r-regoli u l-limitazzjonijiet imposti. Min jaqbeż il-linja għandu jiġi ppenalizzat, imma ma jistax ikun li f ’pajjiżna dawn id-dilettanti jibqgħu jiġu trattati daqslikieku kienu kollha kriminali. Il-kwerela kriminali li l-għaqda BirdLife Malta ressqet ’il quddiem matul il-ġimgħa li għaddiet hija inġusta, moqżieża u insensittiva. Ma nistax nifhem b’liema raġunament wieħed qatt jista’ jasal jiġġustifika attentat insensat bħal dan, li jitlob lill-Pulizija tinvestiga u tarresta lil aktar minn 6,000 kaċċatur biex eventwalment jitressqu quddiem il-Qrati b’akkużi kriminali, sempliċement għaliex qegħdin jgħidu li l-istaġun tal-kaċċa infetaħ b’mod illegali. B’din l-ak-
kuża, il-BirdLife Malta riedet li dawn id-dilettanti, irrispettivament minn jekk attwalment humiex qegħdin joħorġu għallkaċċa jew le, jiġu soġġetti għal akkużi kriminali li setgħu wasslu għal piena ta’ sentejn priġunerija u multa sa massimu ta’ €10,000. Naturalment, anke titkellem fuqha tinstema redikola din il-mossa, aħseb u ara kemm il-Pulizija qatt setgħet teħodha bis-serjetà. Infatti l-Pulizija qalet bl-aktar mod ċar li din il-kwerela ma tagħmilx sens u li mhux ser tieħu l-ebda passi. Jien bqajt inżomm il-wegħda li għamilt mad-dilettanti talkaċċa u l-insib f ’pajjiżna sabiex nara li dawn ma jkunux trattati anqas minn dawk ta’ Stati Membri oħra, u biex nara li jkollhom vuċi anke fil-Parlament Ewropew. Fil-bidu tal-ħidma tiegħi stinkajt biex nerġa’ nara
l-Intergrupp tal-Parlament Ewropew dwar il-Bijodiversità, kampanja, kaċċa u sajd rikreazzjonali jingħaqad u llum il-ġurnata kburi li qed inservi bħala l-Viċi President ta’ dan il-grupp. Matul il-jiem li għaddew, bħalma nagħmel b’mod kontinwu, kont viċin l-għaqdiet tal-kaċċaturi, b’mod speċjali il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti, u esprimejt solidarjetà sħiħa magħhom f ’dawn il-jiem diffiċli. Ħdimt magħhom u ser nibqa’ naħdem magħhom sabiex nindirizzaw dawn it-tattiċi tal-bullying mill-għaqdiet ambjentali bħalma hija l-BirdLife Malta. Il-wegħda tiegħi li nibqa’ naħdem għall-ġid tat-tradizzjonijiet tal-kaċċa u l-insib sostenibbli u tal-kaċċaturi u tan-nassaba Maltin u Għawdxin għadha u ser tibqa’ ħajja.
17
03.05.2020
kullhadd.com
IL-PARTIT Mi d -Dj a rj u t a ’ TAL-ĦADDIEMA Nazju n-Nazzjonalist
Catherine Fenech Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL
Irrid nibda dan l-artiklu tiegħi billi nirringrazzja bis-sħiħ lid-Deputat Mexxej Dr Chris Cardona għas-snin twal li rrappreżentana fil-Kamra tad-Deputati, tas-sagrifiċċju u tal-ħidma tiegħu kemm meta konna fl-Oppożizzjoni u kemm meta konna fil-Gvern. Lil Chris nafu snin twal ilu. Niftakru fil-kamra tal-aħbarijiet tal-One, nafu joħroġ l-ewwel darba għall-politika billi ħareġ għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara. Persuna li ssibu dejjem meta tfittxu, il-lealtà li għandu lejn il-PL hija mmensa. Jien li ġejja wkoll minn ħdan it-8 distrett bħal Chris, nirringrazzjah li kien leħen dan id-distrett fil-Parlament. Imnikkta li tlifnieh mill-Parlament. Però, kuntenta ferm li se nibqa’ naħdem qribu fil-ħidma għall-PL. Jumejn ilu ċċelebrajna l-1 ta’ Mejju, Jum il-Ħaddiem. Ma ninsewx lanqas li ftit ġranet qabel fakkarna l-irvellijiet tat-28 t’April 1958. Dawn iż-żewġ ġranet huma ġranet imnaqqxa f ’qalbna bid-deheb, għaliex nemmen bis-sħiħ li l-Partit Laburista biss huwa l-partit li tassew għandu l-awtorità biex jiċċelebra u jikkommemora dawn il-ġranet għax hu l-partit li hu tassew it-tarka tal-ħaddiem. Din is-sena ċ-ċelebrazzjonijiet ħadu xejra oħra, fejn għas-sejħa tal-PL wieġbu l-eluf li mmanifestaw l-għaqda nazzjonali u dendlu l-bandiera Maltija fuq il-bjut u l-gallariji tagħhom. Il-PL ġie mwaqqaf bl-iskop li jkun leħen il-ħaddiem. Ġie mwaqqaf meta l-ħaddiem iż-żgħir lanqas biss kellu vot, la mara u lanqas raġel. Kienu żminijiet fejn raġel sinjur u mimli propjetà jkollu 5 voti u ħaddiem li jaqla’ l-ħobża ta’ kuljum bl-għaraq ta’ ġbinu jiġi mċaħħad mid-dritt tal-espressjoni permezz tal-vot. Il-PL kien li imbotta, kien strumentali u kien il-leħen ewlieni f ’pajjiżna favur dak li jgħidulu universal suffrage, jiġifieri vot lil kulħadd. Dan id-dritt il-partiti konservattivi kienu jibżgħu minnu u bir-raġun għaliex meta fl-1947 ġie introdott dan il-vot għal kull persuna ’l fuq minn 21 sena, il-poplu bi ħġaru vvota lill-PL u tellgħu fil-Gvern. Il-ħaddiema flimkien mal-PL f ’dawk iż-żminijiet ma ddejqux isemmgħu leħinhom u juru l-għadab kontra l-oppressjoni u t-tkaxkir tas-saqajn tal-kolonjalisti li kienu
jaħkmu lil pajjiżna u wara li ġġieled gwerra ħarxa għall-barrani, ħallewh bilġuħ u b’pajjiż imfarrak. Fit-28 t’April 1958, il-ħaddiem Malti qal daqshekk għal din l-oppressjoni, ħareġ fit-toroq jipprotesta għal ħobż, għax-xogħol. Lil dawn ħutna Maltin insellmulhom għax iġġieldu għall-ħaqq u wittew it-triq sabiex pajjiżna jkun tassew indipendenti u ħieles u jfassal id-destin tiegħu hu stess u mhux ifassalulna ħaddieħor. Il-PL huwa d-dar naturali tal-ħaddiema, kull faxxa ta’ ħaddiema, tal-id, tal-pinna, self-employed, min iħaddem. Ilkoll aħna ħaddiema u nikkontribwixxu għat-tkattir tal-ġid f ’pajjiżna. Gvernijiet Laburisti ħasbu dejjem għall-ħaddiem. Gvern Laburista ħoloq ix-xogħol, saħħaħ is-servizzi tas-saħħa u għamilhom b’xejn, investa fil-ġenerazzjoni futura billi saħaq u introduċa l-edukazzjoni b’xejn sa 16-il sena. Ta l-opportunità li t-tfal tal-ħaddiema jkomplu l-istudji terzjarji tagħhom. Lil ħaddiem tah saqaf fuq rasu, għamlu sid daru permezz ta’ skemi estensivi ta’ housing, ta dinjità lill-anzjani permezz tal-pensjoni. Ta dinjità lil min hu vulnerabbli permezz ta’ sensiela ta’ benefiċċji soċjali, introduċa il-paga minima nazzjonali, il-ħaddiem beda jibbenefika minn żieda sostanzjali fil-paga tiegħu, ibbenefika minn leave u sick leave imħallas u ġimgħa xogħol ta’ 40 siegħa. Dan u aktar kollu għamlu Gvern Laburista. Illum il-ġurnata fiċ-ċirkustanza ta’ inċertezza li qed ngħixu fiha, nirringrazzjaw lil Alla li hawn Gvern Laburista li qed imexxi lill-pajjiż. Ħaseb li jibni ekonomija soda sabiex meta jiġi l-maltemp bħal m’għandna issa, il-poplu ma jkunx magħkus u l-pajjiż ma jegħriqx. U dan il-Gvern kellu l-mezzi u għandu l-għaqal ta’ kif dan il-ġid akkumulat jitqassam fost dawk l-aktar li ġew milquta mill-effetti ta’ din il-pandemija fuq ix-xogħol u t-tħaddim tal-ekonomija. L-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista wrietna Enemalta li qas tiswa €1, Airmalta għarkupptejha, dejn nazzjonali u defiċit li beda jingassa m’għonqna u l-qgħad jgħolli rasu kull xahar. Immaġinaw kieku Gvern Nazzjonalista kien għadu qed imexxi dan ilpajjiż f ’dik il-qagħda li tefgħuna fiha. B’xorti tajba l-poplu warrabhom bissħiħ u għadu u se jibqa’ jurihom il-karta l-ħamra għat-tmexxija tal-pajjiż. Għemil l-Oppożizzjoni hu għemil ta’ għira għall-ġid li ħoloq Gvern Laburista, għemil ta’ vendikazzjoni fuq il-poplu li warrabhom, għemil ta’ tfixkil u jiżirgħu l-firda u d-dubju. Din hi l-politika li jaf jagħmel il-PN fl-Oppożizzjoni u ta’ dan persważa li l-poplu se jħallihom fl-Oppożizzjoni għal ħafna snin għax ma jindmux u ma jirrassenjawx ruħhom li l-poter mhux dritt divin tagħhom.
Il-Ħamis, 23 ta’ April Prosit kbira lil Herman Schiavone! Vera ġietu idea tajba, man! F’isem il-partit darba glorjuż tagħna, qiegħed jipproponi li l-Gvern jagħti voucher ta’ €50 lil dawk kollha li għalqu s-16-il sena biex hekk kif jerġgħu jiftħu l-bars u r-restorants, dawn jerħulha jieklu u jixorbu. Tgħiduli xejn għax lili għoġbitni l-idea u nittama li l-vouchers ma jkunux bl-ismijiet fuqhom u allura jkunu trasferibbli, għax hekk ingawdi ħafna iżjed, għax la oħti u lanqas it-tfal tagħha ma jixorbu. U joħorġu jieklu darba fil, u żgur li jagħtuhom lili. Ara kemm ingawdi man! Filgħodu nerħilha lejn il-Belt nixrob ma’ min niltaqa’ u filgħaxija l-każin ma’ Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna. Il-Ġimgħa, 24 ta’ April Qiegħed norqod imsarni f ’saqajja, man! Kif smajt fl-aħbarijiet li l-Kap tal-partit darba glorjuż tagħna, Adrian Delia, żar il-kwartieri tal-Pulizija u qalilhom prosit u rringrazzjahom tax-xogħol li jagħmlu, qalbi għamlet tikk. Għidt nispera li ma għamilx xi waħda minn tiegħu Jason Azzopardi u bit-tieni kappell li jilbes fetaħ xi kawża kontra l-Pulizija. Imma milli jidher ma hemm xejn minn dan. Ikolli ngħid li lil Jason Azzopardi ġibdulu widnejh waħda u sew wara l-praprata li għamel fuq tal-armata. Min jaf, forsi xi darba jagħlaq ħalqu u ma jkomplix jagħmlilna l-ħsara li qiegħed jagħmlilna! Is-Sibt, 25 ta’ April Kemm qegħdin tajjeb, man! Hekk jonqos ukoll, ikun hawn xi ħadd li jindaħal ma’ min jiltaqa’ u ma jiltaqax il-Kap tal-partit darba glorjuż tagħna. X’jaħsbu li huma dawn tal-BirdLife, jew x’imniefaħ jisimhom? Il-Kap tagħna għandu dritt jiltaqa’ ma’ kulħadd, aktar u aktar meta bil-mod ilmod, l-elezzjoni li jmiss riesqa ġmielha. Billi qal lill-kaċċaturi u lin-nassaba li jappoġġjahom x’fiha, man! Anke Eddie l-kbir u Simon Busuttil kienu jgħidulhom li kienu se jkomplu jgawdu d-delizzju tagħhom, meta ma kienx minnu. Imma l-aqwa li ħadna l-vot tagħhom u spiċċajna fl-Unjoni Ewropea. Ħalliha li hemm min li ma ħafirilna qatt, bħal Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, imma m’hemmx x’tagħmel! Il-Ħadd, 26 ta’ April Mifxul għall-aħħar jidher il-Kap tal-partit tagħna Adrian Delia! Taħwid fuq taħwid dwar il-COVID-19. Nhar il-Ġimgħa, Stephen Spiteri, il-kelliem tagħna dwar is-saħħa, waqt Xarabank ma sab xejn xi jmaqdar fil-mod kif miexi l-Gvern dwar il-Coronavirus, u għalhekk bqajt skantat kif ilbieraħ Adrian Delia ħareġ jgħid qud-
diem kulħadd li l-Gvern la kien, u lanqas hu ppreparat għal dan l-imniefaħ virus. U biex tgħaxxaqha llum sirna nafu li l-eks ministru tagħna Joe Cassar qal li, li kieku kien ministru hu, kien jagħmel l-istess affarijiet u ma jbiddel assolutament xejn. Taħwid li lili jinkwetawni bil-kbir, man! It-Tnejn, 27 ta’ April Ikolli ngħid li Robert Abela għandu kuntatti qawwijin aktar minn ta’ qablu. Ta’ qablu kien jaqbeż għalih Juncker, dak li ma kienx jista’ għal Simon Busutill. Imma dan Robert Abela għandu ħafna aktar min jaqbeż għalih u jfaħħru. Speċjalment bħalissa minħabba l-imniefaħ imxija tal-COVID-19. Kulħadd ifaħħar lill-Gvern ta’ Robert Abela, mhux l-inqas il-Kummissarju Ewropew. Ma niflaħx iżjed nisma’ lil min ifaħħar lill-Gvern Malti, għalkemm fil-qalb ta’ qalbi, nieħu gost, mhux biss għax qegħdin ningħataw prova li l-awtoritajiet tas-saħħa qegħdin jibżgħu għal saħħitna, imma wkoll għax jien Malti u nieħu gost nisma’ lil min ifaħħar lill-awtoritajiet Maltin. Il-ħasra hi li fil-Gvern m’hemmx il-partit darba glorjuż tagħna, għax kieku kemm nogħrok idejja! It-Tlieta, 28 ta’ April Għalija kollu ħela ta’ ħin li noqogħdu nsejħu konferenza tal-aħbarijiet biex nappellaw lill-Membri Parlamentari tal-Gvern jivvutaw favur mozzjoni li ressaqna aħna. Naħseb li qegħdin nippretendu wisq meta l-mozzjoni mressqa minna tikkundanna l-aġir tal-membri tal-Gvern. Ara kif qatt jistgħu jivvutaw kontra tagħhom infushom. Għandu jkun il-Kap tagħna Adrian Delia jaħseb li jista’ jaqsamhom minkejja li dawn jidhru, u jien konvint li huma, magħqudin daqs qaqoċċa. Tal-Labour m’għandhom lil ħadd bħal Jason Azzopardi, Carol Aquilina u l-grupp ta’ 17-il eroj, jew 17-il traditur. Ikun aħjar jekk jara kif se ningħaqdu aħna milli jipprova jaqsam lilhom. L-Erbgħa, 29 ta’ April Għal sieħbi tal-Istamperija li Chris Cardona se jirriżenja mill-Parlament, mhijiex sorpriża, għax skont hu, anke fid-Dar Ċentrali ilhom jistennewha. Jien bdejt nogħrok idejja għax ħsibt li għandhom xi inkwiet serju, imma sieħbi qalli li mhux il-każ, tant li Chris Cardona se jibqa’ fil-partit iservi bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit. Ma nafx kif, imma tal-Labour donnhom li kapaċi jsibu rkaptu għalkollox, mhux bħalna, għax aħna anke fuq il-futbol spiċċajna niġġieldu, bi Dione Borg juri l-ħerqa tiegħu li l-kampjonat ikompli, ovvjament dejjem bit-tama li jirbħuh il-Furjana. Ngħid għalija jista’ jirbħu min irid, ladarba t-tim tiegħi maqtugħ mit-taqtigħa.
18
03.05.2020
INFRASTRUTTURA GĦAL AMBJENT AĦJAR Spiss ngħaddu minn inħawi fejn naraw proġetti għaddejjin dejjem bil-għan li jsebbħu lil pajjiżna. Mhux biss it-toroq ġodda li jsiru iżda anke l-ħsieb biex il-madwar jissebbaħ b’ideat ġodda fl-ispazji li għandna f ’pajjiżna. Tkellimt ma’ Infrastructure Malta li l-iskop tagħha huwa li taqdi liċ-ċittadini kollha fl-aspett ta’ vjaġġar f ’pajjiżna, titjib fl-infrastruttura u anke tisbiħ. It-twaqqif ta’ Infrastructure Malta madwar sentejn ilu ta bidu għal ħidma bla heda tal-Gvern biex pajjiżna ma jkollux biss toroq li jwassluna aktar malajr, iżda infrastruttura sostenibbli li tagħti ambjent u kwalità ta’ ħajja aħjar lilna u lill-ġenerazzjonijiet ta’ warajna. F’kull proġett li tagħmel, Infrastructure Malta qed tibni infrastruttura ppjanata apposta biex tilqa’ għall-ħtiġijiet tal-iv-
vjaġġar tal-lum u tal-futur, mhux biss għal dawk li jsuqu l-karozzi, iżda wkoll għal ħafna persuni oħrajn li jużaw mezzi alternattivi biex jivvjaġġaw, bħat-trasport pubbliku b’tal-linja u bil-laneċ fil-portijiet, kif ukoll bil-mixi jew bir-rota. Fl-istess waqt, qed taħdem biex l-infrastruttura u l-postijiet pubbliċi madwarna joffru ambjent aħjar għar-residenti u ħaddiema li jgħixu u jaħdmu fl-inħawi. Permezz tal-proġetti li lestiet fl-aħħar xhur u li qed twettaq bħalissa, l-aġenzija qed tintroduċi mat-12-il kilometru ta’ korsiji ġodda għar-roti, faċilitajiet u korsiji għall-użu tat-trasport pubbliku, faċilitajiet ta’ park and ride, pontijiet u subways biex taqsam minn triq għal oħra bil-mixi jew bir-rota u kilometri ta’ bankini ġodda f ’kull lokalità. B’hekk, Infrastructure
Malta qed tħajjar aktar persuni jużaw mezzi tal-ivvjaġġar aktar sostenibbli, li jniġġsu inqas millkarozzi privati, u b’hekk jikkontribwixxu wkoll għal arja aħjar. Permezz tal-inizjattiva ta’ afforestazzjoni li l-aġenzija varat is-sajf li għadda, f ’inqas minn sena, diġà żiedet f ’Malta aktar minn 11,800 siġra indiġena fi 80 post differenti mal-ġnub tat-toroq u f ’postijiet pubbliċi oħrajn. Din is-sena biss, Infrastructure
Malta diġà ħawlet 3,123 siġra u 1,800 arbuxell u qed timmira li fix-xhur li ġejjin tkompli tħawwel eluf oħrajn, biex taqbeż it-total ta’ 8,719-il siġra tas-sena l-oħra. Sabiex dan l-investiment verament jilħaq l-għanijiet ambjentali tiegħu, ikkuntrattat ukoll is-servizzi meħtieġa biex tibqa’ ssaqqi u tieħu ħsieb dawn issiġar għal diversi snin, sakemm jaqbdu sew. L-aġenzija qed taħdem ukoll
Il-Gvern kommess mhux biss li jagħti lill-pajjiż infrastruttura tal-ogħla kwalità imma qed jippjana u jwettaq proġetti li jilħqu miri ambjentali
kullhadd.com
Kitba ta’ CLIFFORD GALEA biex iżżid kemm jista’ jkun iżżoni ta’ tħaddir f ’kull proġett li tagħmel. Bħalissa, pereżempju, qed taħdem ma’ Ambjent Malta biex mal-ġenb tal-Marsa Ħamrun Bypass, li bniet millġdid fl-2018, tiżviluppa l-itwal ġnien vertikali f ’Malta, kunċett relattivament ġdid li se jara ħajt tal-konkos twil 350 metru jinbidel f ’oasi ta’ pjanti indiġeni li jissaqqew is-sena kollha b’sistemi awtomatiċi. Bil-bini mill-ġdid ta’ Triq Ħal Qormi u Triq San Tumas, bejn Ħal Qormi u Ħal Luqa, Infrastructure Malta ħolqot spazji għal ħafna iktar siġar milli kien hemm qabel, u bniet ġibjuni u sistemi għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita, biex ikun hemm biżżejjed ilma għat-tisqija tagħhom. Bħalissa qed toħloq aktar żoni ta’ siġar u pjanti madwar il-flyovers, passaġġi għar-ro-
19
03.05.2020
kullhadd.com
ti u l-mixi, żoni ta’ park and ride u korsiji għal tal-linja ġodda bil-Marsa Junction Project. L-istess qed isir permezz tas-Central Link Project. B’dan l-investiment, f ’Ħ’Attard, Ħal Balzan u Birkirkara, Infrastructure Malta se żżid madwar 24,000 metru kwadru ta’ żoni mħaddra bis-siġar u pjanti. Uħud minnhom se jifirdu b’mod sigur il-korsiji tal-karozzi
mill-itwal passaġġ għar-roti li qatt sar f ’Malta, b’tul ta’ madwar erba’ kilometri mill-Imrieħel sa Ta’ Qali. Bis-siġar ġodda li se jitħawlu, dawn l-inħawi fiċ-ċentru ta’ Malta se jkollhom 333 aktar siġar milli kien hemm qabel beda l-proġett. “Il-Gvern kommess mhux biss li jagħti lill-pajjiż infrastruttura tal-ogħla kwalità imma qed jippjana u jwettaq proġetti
li jilħqu miri ambjentali. Kull investiment li qed nagħmlu fit-toroq arterjali, bi proġetti kbar bħal tal-Marsa Junction u Central Link, tal-Balal, Buqana, Marsa-Ħamrun Bypass u bosta oħrajn, qed innaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar u għalhekk intejbu l-kwalità tal-arja tal-inħawi tal-madwar, filwaqt li qed insaħħu wkoll l-investimenti b’infrastruttura li taħseb għal mezzi
alternattivi tat-trasport. L-aġenzija Infrastructure Malta kompliet twessa’ dawn il-parametri bi żvilupp ta’ proġetti ambjentali oħra – bi tħawwil ta’ ammont sostanzjali ta’ siġar f ’diversi lokalitajiet kif ukoll b’kunċetti innovattivi għal pajjiżna bħal dak tal-ġnien vertikali. Fl-istess waqt qed nippjanaw proġetti oħra bħal tal-Malta National Park f ’Ta’ Qali – l-ikbar park nazz-
jonali, pulmun ġdid għal pajjiżna. Ir-rieda ta’ dan il-Gvern li jaħdem biex iwassal benefiċċji lil dan il-pajjiż hija waħda b’saħħitha u dan qed nuruh mhux biss bil-pjanijiet tagħna, imma fuq kollox bit-twettiq ta’ proġett wara ieħor,” qal il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg f ’kumment lil din ilgazzetta.
20
03.05.2020
kullhadd.com
NAWFRAĠJU SIMILI GĦAL DAK TA’ SAN PAWL Pajjiżna hu mogħni b’bosta rakkonti marittimi u arkeoloġiċi li jaffaxxinaw lill-kbar u liż-żgħar. Huma jiftħulna beraħ il-bibien u t-twieqi fuq il-passat tal-antenati tagħna u jqegħdulna quddiemna l-mera tagħna nfusna, biex inkunu nafu aktar fuq pajjiżna u fuq dak kollu Fr Eugene, f ’dak li għandu x’jaqsam mal-marittimu, x’hemm x’tgħidilna? Insemmilek każ ta’ nawfraġju li seħħ fl-1810, li jixbah ferm lir-rakkont ta’ San Pawl, li nsibu fil-Bibbja. Mhux hekk biss, talli dan il-bastiment Ingliż, bl-isem ta’ HMS Lively, kellu prattikament l-istess qisien u ekwipaġġ (fuq il-282 ruħ) bħalma nsibu li kien hemm fuq dak ta’ San Pawl. Dan il-bastiment, li kien ġej Malta f ’operazzjoni ta’ konvoj, weħel fuq is-sikka ta’ fuq, finnaħa ta’ barra tal-Qawra. Kif irriżulta dan il-każ? Kienet lejla ta’ jum maltemp fl10 ta’ Awwissu. Il-kaptan tal-bastiment, li kellu jdaħħlu fil-port tal-Belt, irtira minn fuq il-gverta, u ta’ warajh ħa t-tmexxija f ’idejh. F’xi ħin, dan ra dawl mixgħul; li aktarx kien dak li kien hemm fuq it-Torri ta’ Wignacourt, f ’San Pawl il-Baħar u ħasbu lanterna. Għalhekk dawwar il-bastiment lejn id-dawl għax ħaseb li kien id-dawl ta’ port. Minħabba dan il-każ li rriżultalhom f ’telf ta’ bastiment mill-aqwa li kellhom, l-Ingliżi ressqu lill-kaptan quddiem Qorti Marzjali, iżda naturalment ma weħel ħadd, għax għalihom l-inħawi kienu għadhom ġodda. Xi nsibu rappurtat fuq dan
in-nawfraġju? Hekk kif il-kaptan qaċċat l-arbli tal-bastiment biex iżommu stabbli, l-ekwipaġġ niżżel id-dgħajjes tas-salvataġġ u l-kurrenti wassluhom preċiż taħt is-Sirens, jew it-Torri ta’ Wignacourt. Dan l-inkaljar sar b’dinamika simili għal dak li nsibu fl-Atti tal-Appostli. L-Ingliżi għamlu minn kollox biex jirkupraw il-bastiment. Battluh minn kulma kien fadallu fuqu, iżda mbagħad, peress li raw li l-majjistra (keel) inqasmet min-nofs, abbandunawh fil-post. Kien hemm min induna b’dak li ġara? Mhux mill-ewwel, għax it-toroq bejn il-Belt u San Pawl il-Baħar ma kinux jeżistu. Iżda kif l-Ingliżi saru jafu b’dak li kien ġara, bagħtu dgħajjes bit-tined u l-ikel, għax sakemm inġabar u twarrab minn hemm, l-ekwipaġġ kellu joqgħod jistenna għal xi ġimgħa, sa ma kien organizzat trasport bilbaħar għalihom. Iżda l-ekwipaġġ tal-HMS Lively niżel ukoll fejn niżel dak ta’ San Pawl? Inkredibbli, għax jekk wieħed iħares fuq il-baħar lejn il-Qawra u San Pawl il-Baħar, l-iktar parti mkennija hi l-arja bejn il-kappella ta’ San Pawl tal-Ħġejjeġ u
li sawwarna. Fl-intervista tal-lum, Patri Eugene P. Teuma O.F.M Conv. idewwaqna togħmiet storiċi minn dak li studja u sab hu stess fiż-żewġ taqsimiet.
t-Torri ta’ Wignacourt. Postijiet oħra fil-Qawra huma esposti ferm u ma tistax, pereżempju, tqabbad nar. Iżda nistgħu ngħidu li hi ripetizzjoni tal-ġrajja ta’ San Pawl? Ejja ngħidu li hi simili ħafna. Meta kont qed nagħmel riċerka fuq dan in-nawfragu, ġew f ’idejja l-pjanti tal-kurrenti tal-baħar li l-Ingliżi għamlu fl-1859. Dawn għamluhom għax kienu qed jitolbu stima ta’ kif kienet tiffunzjona l-ekonomija tal-pajjiż, speċjalment dik tal-qoton u l-proċess tat-tunnari, għax il-binja tat-tunnara kienet fil-Mellieħa, iżda s-sajd għall-qbid tat-tonn ma kienx isir hemm. Kien isir qrib il-gżejjer ta’ Selmun għax hemm mappa dettaljata ħafna, li turi li l-kurrenti f ’San Pawl il-Baħar iduru lejn il-lemin
Minn CHARLES B. SPITERI (clockwise), jiġifieri jaħbtu ma’ Ras il-Qawra, jidħlu ’l ġewwa, jibqgħu neżlin sa ħdejn l-Għażżelin u mbagħad iduru ’l fuq u jerġgħu joħorġu minn ħdejn il-gżejjer ta’ Selmun. Tant hu hekk li n-nases il-kbar li kienu jniżżlu biex jaqbdu t-tonn, kienu preċiż fejn kien hemm ilfish farm ta’ San Pawl il-Baħar, ftit taż-żmien ilu. Importanti jingħad li kull min jiġi f ’diffikultà fil-baħar fuq innaħa tal-Qawra, il-kurrenti jiġbduh ’il ġewwa, waqt li jekk ikun lejn il-gżejjer ta’ Selmun, jitfgħuh ’il barra. L-Atti tal-Appostli jitkellmu ċar. Isemmu li l-bastiment “kien imwaħħal fuq is-sikka, in-nies qabżu l-baħar u bdew jgħumu. Min ma kienx jaf jgħum, qabad ma’ injama u ħalla l-kurrent imexxih.” Jiġifieri jekk qed nitkellmu fuq is-sit ta’ San Pawl il-Baħar propr-
Meta kont qed nagħmel riċerka fuq dan in-nawfragu, ġew f’idejja l-pjanti tal-kurrenti tal-baħar li l-Ingliżi għamlu fl-1859. Dawn għamluhom għax kienu qed jitolbu stima ta’ kif kienet tiffunzjona l-ekonomija tal-pajjiż
ju, jagħmel ħafna sens li l-ponta tal-Qawra hi l-punt fejn seta’ kien hemm in-nawfraġju. U hu interessanti li meta jitkellem mid-diviżjoni tal-baħar, il-ponta tal-Qawra tissepara żewġ bajjiet kbar. Ma ninsewx li Burmarrad kien differenti ħafna. Kien hemm port li jibqa’ dieħel sa taħt il-Victoria Lines, u nsibu wkoll fatturi arkeoloġiċi li wkoll jikkonfermaw li l-port kien jibqa’ dieħel s’hemm ġew. Dawn jidhirli li jissemmew f ’xi kitbiet ta’ Timmy Gambin (Arkeologu Marittimu) u Godfrey Wettinger (Riċerkatur) ukoll, hux? Iva, Timmy Gambin isemmi u jgħid li kien hemm Portolan, li jsemmi li sal-1460 kienu għadhom jidħlu l-bastimenti sa taħt il-kappella ta’ San Pawl Milqi u jankraw hemmhekk. Terġa’ l-port tal-Imdina kien Burmarrad u filfatt għandna ittra ta’ Kaptan, fejn qed jgħarraf lill-Università, li kien ilu ġimgħa jistenna l-merkanzija, u jekk ma joħduhielux mill-aktar fis, ikollu jsalpa. Hu jindika wkoll lil Burmarrad bħala l-post fejn jinsab ankrat bil-bastiment. Minbarra hekk, il-Portolan jgħid li meta wieħed jidħol fl-ambjent ta’ Burmarrad, irid joqgħod attent għax hemm sikek magħmulin minn materjal iswed, bħal ħama, li jekk bastiment jidħol fih ma jkun hemm xejn x’tista’ tagħmel biex
21
03.05.2020
kullhadd.com
Issa l-frejgati Spanjoli u Franċiżi kienu jimmanuvraw b’mod inkredibbli. Tal-Ingliżi kienu tqal, għalkemm kienu jifilħu aktar għall-isparar. Li ġara kien li l-HMS Lively kienet għadha kif inbniet fl-1804, fuq mudell speċjali u fil-ġirja wara dawn il-frejgati, hi qabżet lil kulħadd, tant li spiċċat tiġġieled weħidha kontra l-erba’ frejgati Spanjoli, għax l-oħrajn kienu għadhom ġejjin. Irnexxielha żżommhom u laqtet lill-frejgata prinċipali, li kienet qed iġġorr it-teżor, fil-porvlista u splodiet. Il-flus, f ’boroż tal-ġilda spiċċaw Żgur li minn żmien ir-Ruma- f ’qiegħ il-baħar, iżda aktar tard ni, għax fuq naħa hemm il-villa dawn ġew rikoverati biss matul li minnha kienu qed jipproduċu is-seklu 21. ż-żejt taż-żebbuġa. L-attakk fejn kien sar, qrib Jiġifieri fejn kien jgħix Publiju Spanja? meta San Pawl wasal Malta? L-attakk kien sar viċin il-port ta’ Iva, fejn jgħidu li kien hemm Pub- Cadiz. Rigward il-Blata ta’ Ġibilliju, għax mill-arkeoloġija jidher li terra, din kienet f ’idejn l-Ispanfl-ewwel seklu wara Kristu, il-villa joli. Kien biss wara l-gwerer Nakienet ħadet in-nar u xi kmamar poleoniċi li din għaddiet f ’idejn biss kienu għadhom jintużaw l-Ingliżi. Dan ġara għax imbagħad, minnha. Biss, in-naħa tas-Salini, xi billi Spanja alleat ruħha mal-Insnin ilu u m’ilhiex iddokumentata gilterra u l-Ingliżi ħallsulhom miħafna, instabet struttura kbira, fejn jiet ta’ miljuni fil-gwerra kontra illum hemm blokk ta’ apparta- Napuljun, ir-Re ta’ Spanja, li ma kellux biex iħallas lura, offrielhom menti, li jħares fuq is-Salini. Meta studjajtha, sibt li kienet Ġibilterra bħala ħlas. speċi ta’ fortizza. Ġiet skavata mid-Dipartiment tal-Arkeoloġija u Allura kif kienet meqjusa forsi tinsab 100 metru minn dawk l-HMS Lively? li huma magħrufa bħala l-famużi Katakombi tas-Salini. Għax snin Għall-Ingliżi kienet imħarsa bħailu, meta kont qed nistudja l-kata- la xi ħaġa speċjali u għalhekk fi kombi, kont ngħid li la hemm dak ftit snin inbnew numru ieħor in-numru ta’ katakombi, bilfors bħalha. Aspett ieħor interessanried ikun hemm villa, villaġġ, jew ti tal-Lively hu li William Henry Smyth, li għamel il-mapep ta’ Malstrutturi fil-viċinanza. Xi ħaġa li nafu fiż-żgur hi li ta, tal-Mediterran, tal-Ingilterra u hemmhekk kienu qed jaqtgħu l-Irlanda, fl-1814 għamel studju il-ġebel, għax il-katakombi huma tal-Gżejjer Maltin b’mod partikomaqtugħin f ’barrieri li huma lari l-port ta’ San Pawl il-Baħar, eqdem minnhom. Aktarx li dan għax kienu qed jikkunsidrawh il-ġebel maqtugħ hawn, kien jiġi bħala port navali; il-port tal-Belt u mgħobbi fuq ċattri/bastimenti fil- dak ta’ Marsaxlokk. Interessanti li port u mbagħad esportat. Hawn- fil-mappa, stampata fis-sena 1824 hekk qed nitkellmu fil-perjodu m’hemm l-ebda traċċa ta’ dan Ruman u għalhekk malajr nifhmu il-bastiment li weħel fuq is-sikka l-bżonn tar-Rumani li jżommu tal-Qawra. Issa, meta l-bastiment tal-inl-port miftuħ, għax huma kellhom diġà dredgers biex ma jħallux jam tneħħilu l-kanuni, l-apparat tal-ħadid u s-savorra, jeħfief u jitqiegħ il-baħar jitħammeġ. la’ fil-wiċċ. Id-dokument tal-Qorti Minn dak iż-żmien għal żmien Marzjali jsemmi wkoll li dak li l-Ingliżi setgħu jirkupraw, irkuprawh. l-Ingliżi. Għaliex ħaduha Interessanti li fil-mappa ta’ Wildaqshekk bi kbira t-telfa liam Henry Smyth, taħt il-preċipiztal-Lively? zju ta’ Selmun, niżżel nota li taqra: Dak il-bastiment kien frejgata, ‘shipwreck’ u jirreferi għaliha bħaarmata b’36 kanun. Kien wieħed la St. Paul’s Shipwreck, meta filmill-aktar rinomati u fuqu kellu fatt aktarx ried jgħid St. Paul’s Bay ekwipaġġ li kien ikkunsidrat speċ- Shipwreck. Iżda għamilha fil-qasir u ħafna interpretawha bħala li jalizzat. Interessanti jingħad li meta kien il-post fejn inkalja l-bastiment Spanja alleat ruħha ma’ Napuljun, ta’ San Pawl. Probabbli li nies dan kien talabhom somma enormi fid-dawra, indikaw dan ir-relitt ta’ flus biex juru li huma l-alleati bħala dak ta’ San Pawl. Possibbli li wara ħames snin, tiegħu. Issa, il-flus mitluba kienu mgħobbija fuq erba’ frejġati Span- l-HMS Lively żelqet minn fuq joli mill-Amerka t’Isfel. L-Ingliżi is-sikka, u daħlet fil-Bajja ta’ San saru jafu b’dik il-missjoni u bagħtu Pawl il-Baħar imkaxkra mill-kurerba’ frejgati minn tagħhom, in- rent clockwise, imsemmi qabel. kluż l-HMS Lively biex jinterċet- Eventwalment, minn taħt Selmun ħarġet ’il barra mill-bajja. tawhom.
taqilgħu minn postu. Min-naħa tiegħu Godfrey Wettinger, minn dokumentazzjoni notarili, kien ta diċitura fuq art innaħat ta’ Burmarrad jew Benwarrad (li sal-lum għadna ma nafux liema hi jew fejn qiegħda) bħala Ħerbet l-Imriekeb; u mhux fis-singular, mirkeb jew bastiment, iżda ħafna. Dan kollu jikkorrispondi ma’ dak li kien qal il-Portolan. U dan il-port ta’ Burmarrad minn kemm kien ilu jiffunzjona?
Il-mapep ta’ Smyth tant kienu preċiżi, li n-Navy Ingliża, baqgħet tużahom sal-1969. Jekk dan il-bastiment ħareġ ’il barra, dak ta’ San Pawl, li bla dubju kien eħfef, x’sar minnu?
li l-bastiment tal-qamħ kien iġorr sitt ankri, li erbgħa minnhom inxteħtu l-baħar. U l-ankra tal-Qawra hi l-akbar waħda li qatt instabet tal-perjodu Ruman fid-dinja. Għax terġa’ u tgħid iċċomb għandu vantaġġ, li jibqa’ ppriservat, mhux bħall-injam, li jitmermer. Biex jinstabu l-ankri l-oħra, wieħed irid jikkalkula sew il-livell tal-baħar, peress li minn żmien San Pawl lil hawn, dan għola b’xi tliet metri u nofs. Jiġifieri bħala art, Malta qed ‘togħdos’?
Iva, kien eħfef u jaf spiċċa ħareġ ’il barra bl-istess mod, tant li qatt ma nstab xejn mill-injam tiegħu. Iżda x-xhieda li hemm fuq San Pawl hi dik il-famuża ankra ta’ kważi erba’ metri u tiżen tliet tunnellati, li nstabet fil-ponta tal-Qawra. Din kienet ittellgħet mill-RAF Ingliża. Illum tinsab fil-Mużew Marittimu. La jogħla l-baħar, jirkeb fuq l-art. Kif kienu indunaw bl-ankri? Hu għalhekk li ħdejn is-Sirens, dawk it-toqob li jirreferu għaKien sabhom Commodore Sci- lihom bħala l-banjijiet, nafu li cluna, li kien wieħed mill-ewwel kienu l-hypocaustum, li kienet Maltin li kien jogħdos u ddoku- il-parti mnejn tiċċirkola l-armenta madwar 13-il sit ta’ bas- ja sħuna ta’ banjijiet Rumani, u timenti li nkaljaw, speċjalment mhux fejn tinżel tgħum. Ħaġa oħra interessanti ferm fl-inħawi tal-Qawra. Fihom instabu munzelli ta’ fuħħar, li nat- hi s-Salina ta’ Buġibba, fejn uralment jistgħu jindikaw bas- il-kelma Buġibba tfisser ‘mistimenti mgħarrqin. Barra minn sier il-ġwiebi’, għax bl-Għarbi, hekk, kien hu li sab ukoll kwan- ‘ġibba’ tfisser ‘ġiebja’. Sfotunatament, dawn ġarrbu ħafna tità ta’ ankri f ’qiegħ il-baħar. ħsarat. Bla dubju saru fil-perjo U kif kienu jindunaw li dawk du Ruman u żgur li ma għamlux li jsibu, ikunu ankri Rumani? proġett bħal dak biex jispiċċa fil-livell tal-baħar. Jiġifieri, il-livGħax il-parti ta’ fuq, madwar ell tal-baħar hemm, għola wkoll. wieħed minn tlieta tat-tul, kienet Is-salini jridu almenu tliet metri tkun magħmula miċ-ċomb. Dik għoli ’l fuq mill-baħar biex jifli nstabet fil-ponta tal-Qawra funzjonaw kif suppost. kienet f ’tul ta’ tliet metri u nofs u hi biss il-parti ta’ fuq u l-parti Hi storja interessanti għax tal-injam kienet tkun ta’ madwar l-ekwipaġġ tal-HMS Lively 10 sa 12-il metru tul. Il-basti- kollu salva, hux hekk? menti Rumani tal-merkanzija jew trasport, rari kienu jaqbżu Iva, ħadd ma tilef ħajtu u minn t-12-il metru, għax huma ma dak li rrakkuntaw, jgħidu li “mxkinux magħrufa bħala speċjalisti ejna xi kilometru mal-kurrent u sibna ruħna taħt kastell.” Ovvjafuq il-baħar. Ħaġa interessanti wkoll hi ment, il-kastell kien it-Torri Wigli l-Atti tal-Appostli jsemmu nacourt.
Mill-Qorti Marzjali x’irriżulta? Kollox miet fuq ommu, għax l-Ingliżi fehmu li billi kienu nħawi ġodda għalihom, il-fatt li raw dawl, kien interpretat bħala lighthouse u dak iż-żmien ma kellhomx mapep preċiżi tal-inħawi. Dawn bdew isiru minn William Henry Smyth fl1814, u probabbilment għalhekk bagħtuh. Madankollu, wara li spiċċa ħidmietu, insibu li l-ewwel kopja tal-mapep ħarġet fl-1824. Tajjeb ngħid li kollezzjoni kompleta ta’ dawn il-mapep tinsab fl-Arkivju tal-Mużew tal-Wignacourt, ir-Rabat (Malta). Kopja diġitali teżisti fl-Arkivju Nazzjonali, f ’Santu Spirtu, ir-Rabat (Malta).
Interessanti li fil-mappa ta’ William Henry Smyth, taħt il-preċipizzju ta’ Selmun, niżżel nota li taqra: ‘shipwreck’ u jirreferi għaliha bħala St. Paul’s Shipwreck, meta fil-fatt aktarx ried jgħid St. Paul’s Bay Shipwreck
22
03.05.2020
kullhadd.com
KARMELITAN FID-DISPUTA Kitba ta’ EMAN BONNICI
Għall-Provinċja tal-Qalb Pura ta’ Marija tal-Patrijiet Karmelitani fl-Istati Uniti tal-Amerka, il-figura ta’ P. Telesforo Zazza O.Carm., hija ġojjell fl-istorja tagħha. Tiegħu hija ġrajja kiebja, miżgħuda niket, imma ta’ perseveranza sħiħa lejn is-sejħa u l-qadi ministerjali. Naraw min kien.
ma sab ħtija fih, iżda biex isalva lill-Karmelu mill-eżasperazzjoni li t-tali akkużi kienu qegħdin jidderivaw lejh permezz tal-figura tiegħu, Zazza ddeċieda li jieħu pass deċisiv sabiex iġib il-biċċa fi tmiemha. Fil-Kanada
P. Zazza qatagħha li minkejja l-innoċenza sħiħa tiegħu fil-konfront tal-akkużi Imwieled fil-31 ta’ Mejju 1881 ġewwa miġjuba kontrih, kellu mhux biss iħalSan Vito Romano, ftit inqas minn 40 li l-kattedra tiegħu, imma saħansitra mil ’il barra minn Ruma sewwasew fuq l-pajjiż. Is-Sant’Uffizzju qabel mal-fehil-Lvant tagħha, Zazza pprofessa fi ħdan ma tiegħu u xejn ma nstema’ aktar dwar l-Ordni Karmelitan fl-1 ta’ Diċembru il-każ f ’Ruma. Intant P. Zazza kien assenjat fin-Niagara Falls ġewwa 1897. Ordnat presbiteru fitl-Kanada fejn kellu jibqa’ 28 ta’ Mejju 1904, għadda sakemm miet. Hemm s-seba’ snin li segwew sab ruħu mar-reliġf ’Ruma u aktar tard jużi preżenti diġà f ’Nocera, fir-reġTgħallem iterraq fil-post f ’daqsxjun tal-Umbria, ejn ta’ kunfejn kien assenb’riġlejh minn vent ċkejken jat bil-kattedra kunvent għal ieħor meta preżenti fi tat-teoloġija preċipizju ta’ dommatika kien hemm il-ħtieġa li għolja donfis-seminarju nu se jeħodha djoċesan taljagħmel dan għax l-aħħar għal ispost. il-Karmelu fl-Amerka ma fel. Għall-kunF’perjodu li trarju tal-kunmatulu l-Knisja kellux mezzi ta’ vent maestuż li kienet f ’battaltrasport x’jipprovdi nsibu fil-post ilja intensa kontra lum, l-ewwel kunvent l-Moderniżmu, b’Rumill-membri mhux biss kien żgħir, ma invażata għajdut, imma nieqes minn kollox. Issuspetti u spjunaġġi, bosta membri tal-kleru, kemm sekulari kif snin li P. Zazza kien baqagħlu fuq din ukoll reliġjuż, sabu rwieħhom f ’inkwi- l-art kellhom ikunu għalih ta’ sagrifiċċet serju mal-awtoritajiet ekkleżjastiċi ju sħiħ kontinwu. Hemm, minn katsforz tal-fehmiet jew tal-pożizzjonijiet tedra universitarja, tgħallem fil-veru tagħhom. Filwaqt li minnha nfisha din sens xi jfisser il-Karmelu fil-Kontinenti hija storja għaliha u sintendi waħda twila Amerikani sa mill-ewwel xitwa tiegħu ferm, il-personaġġ tagħna kien wieħed fil-post. It-tiġrib li għadda minnu, flimminn dawk li sab ruħu implikat fil-biċċa. kien mar-reliġjużi ħutu sabiex ikunu P. Telesforo infatti, bħal numru ta’ Kar- jistgħu mqar jitrejqu, huwa fil-veru sens melitani oħra, seħħlu jsir jaf mill-qrib immaġinabbli għar-reliġjużi preżenlil Dun Ernesto Buonaiuti, storiku, fi- ti llum fil-lok. Bħall-bqija tar-reliġjużi losfu, teologu u akkademiku rinomat, preżenti dik il-ħabta fil-kunvent ta’ li l-pożizzjonijiet anti-Faxxisti tiegħu Niagara, tgħallem, b’basket imdendel wassluh biex jitlef il-kattedra tal-Is- ma’ driegħu, jimxi tul il-linji ferrovjarji, torja tal-Kristjaneżmu fl-Università ta’ bil-għan li jiġbor biċċiet tal-faħam saRuma. Esponent kbir tal-Moderniżmu, biex ikun jista’ “jitma’” l-istufa “dejjem spiċċa biex ġie skomunikat mill-Knisja. bil-ġuħ” fiċ-ċella miżerabbli tiegħu saIssa ġara li Zazza, jew għax personal- biex ikun jista’ jissaħħan kemm kemm. ment kien imur tajjeb ma’ Buonaiuti jew Tgħallem jostor taħt l-abitu oħxon u inkella għax kien jammira fih il-kwalita- għaldaqstant durabbli tiegħu miġjub jiet tiegħu, kien jiltaqa’ miegħu ta’ spiss. sintendi mill-Italja, il-ħwejjeġ ta’ taħt Dawn il-laqgħat kellhom iwassluh f ’ink- immermra u mqattgħin li l-Provinċja wiet serju. Mons. Giuseppe Vizzini, ġdida tiegħu ma kellhiex imnejn tibdilprofessur tal-istorja tal-Knisja, tat-te- lu jew imqar traqqalu. Tgħallem iterraq oloġija sagramentarja u dommatika, kif b’riġlejh minn kunvent għal ieħor meta ukoll fil-filosofija klassika fis-Seminarju kien hemm il-ħtieġa li jagħmel dan għax Ruman tal-Apollinare, futur isqof ta’ il-Karmelu fl-Amerka ma kellux mezzi Noto fi Sqallija, offiż minn Zazza sforz ta’ trasport x’jipprovdi mill-membri. U ta’ rimarka li mid-dehra għadda fir-rig- tgħallem jaċċetta wkoll manċa ta’ ħames ward tiegħu, ġietu x-xoqqa f ’moxtha xelini meta megħjun minnu biex itella’ sabiex jirrapporta dwar it-tali ħbiberija l-vettura tiegħu staġnata fit-tajn, ix-xubejn Zazza u Buonaiuti lill-Kanċelleri- fier għaddieh b’tallab fqajjar sforz tal-ilja Appostolika. Iżda meta din, wara li bies miżeru tiegħu u tah xi ħaġa żgħira. Dan kollu, huwa mera ċara ta’ bnieinterrogat lil Zazza, ma sabet fih l-ebda ħtija, Vizzini, ma kienx sodisfatt mit-ta- dem li ħabb il-vokazzjoni u l-Ordli konklużjoni u mexxa l-każ quddiem ni tiegħu, li għall-ġieħ tiegħu nfatam is-Sant’Uffizzju. Dan tal-aħħar lanqas għalkollox minn dik is-sigurtà materjali P. Telesforu Zazza
li l-Italja setgħet toffrilu u li lejha fittex li ma jersaq qatt aktar sabiex bl-ebda mod ma jseħħlu jkun ta’ “periklu” għalih permezz tal-preżenza tiegħu fil-pajjiż li nisslu. ’Il bogħod minn artu, miet ta’ 57 sena fit-2 ta’ Marzu 1939 u ndifen fiċ-Ċimiterju ta’ Sidtna Marija tal-Paċi f ’Niagara Falls, fejn salib sempliċi jindokra qabru. Dan ir-raġel, li ħtija ma kellux, iżda għaraf jieħu deċiżjoni iebsa li sforz tagħha kellu jbati saħansitra fiżikament għall-unur ta’ dak l-Ordni li fittex iħaddan f ’żgħożitu u tiegħu baqa’ leali salmewt, huwa indubbjament mhux ġojjell għall-Provinċja msemmija tal-Qalb Pura biss imma għall-Ordni b’mod sħiħ, figura denja ta’ Karmelitan awtentiku li għex il-ħajja reliġjuża tiegħu b’diffikultà iżda wkoll b’mod l-aktar ġenwin. Dik li tagħha kien iben fl-art, żgur li daħlet għalih fis-siegħa tal-bżonn u akkumpanjatu bħala wieħed minn uliedha għall-mistrieħ u l-premju mistħoqq.
’Il bogħod minn artu, miet ta’ 57 sena fit-2 ta’ Marzu 1939 u ndifen fiċ-Ċimiterju ta’ Sidtna Marija tal-Paċi f’Niagara Falls, fejn salib sempliċi jindokra qabru
23
03.05.2020
kullhadd.com
FIGURA TA’ “ERBA’ SOLDI” LI KIENET ISSARRAF MITQLU DEHEB Kitba ta’ EMAN BONNICI Li kieku kellek tarah kont dlonk taqtgħu b’ċakkar ta’ “erba’ soldi”. Kien bħal donnu magħġun ħaġa waħda mal-mard, mija f ’ġismu u elf oħra f ’moħħu. Kont taħsbu xi manijaku għaddej ikun fejn ikun, iġorr bagalja kbira mimlija pirmli, riċetti u rimiżolji mediċi oħra. Imma ma kien xejn minn dan kollu. La kien mentalment iddisturbat u lanqas iffittat. Kien reliġjuż li ġarrab b’mod l-aktar atroċi sew fil-ġisem kif ukoll fir-ruħ. Għal 38 sena missjunarju fl-Indja, il-paġni tad-djarju mħolli minnu jisiltu lil min jaqra ideal missjunarju mill-aktar iddedikat u konsegwenza ta’ hekk, mill-aktar imġarrab. Bniedem li ħadem qatigħ miegħu nnifsu sabiex ikun jista’ jitbissem, jissaporti u jitlob. Fuq kollox, bniedem ċajtier li kellu sens ta’ umoriżmu hekk ġenwin li kienu jisiltu minnu l-figura ta’ ruħ twajba u innoċenti li magħha kont tassew tieħu pjaċir titkellem u tħossok aħjar wara li tkun għamilt dan. Qalbu kienet iżjed tenera minn dik tat-tfal u bħalhom kellu jberren dejjem f ’moħħu ideal partikolari. Tiegħu kien dak tas-salvazzjoni tal-erwieħ. Id-djarju tiegħu huwa rivelazzjoni sħiħa. Jibda bit-tislima: “Ikun imfaħħar Ġesù Kristu!” u huwa indirizzat ’l oħtu, “sabiex hekk tkun tista’ tivverifika”, kitbilha, “li anki jien inġorr xi ftit jew wisq ta’ sentiment, li għandi ruħ li anki hi kapaċi tħoss”. Intitolah “Eżordju tal-ħajja ġdida tiegħi” b’referenza għal dik missjunarja tiegħu. Matulu jiddeskrivi metikolożament laqgħat, persuni, postijiet, inċidenti u sentimenti bi stil u b’espressjonijiet mill-aktar ċari u b’onestà kważi infantili. Matulhom iseħħilna nagħrfu sewwasew l-impressjonijiet tiegħu lejn dal-fatti msemmija u d-distakk tiegħu minn pajjiżu u oħtu iżda nisiltu fuq kollox il-qalb u l-ħolma ta’ saċerdot twajjeb u ġenwin. Id-djarju huwa mqassam f ’ħames pitazzi miktuba b’idejh u ndukrati b’ritratti, kartolini u tqasqis mill-ġurnali. Fl-ewwel pitazz, jinseġ talba li għallmitu ommu hekk kif beda jlissen l-ewwel kliem: “Signurìn, fasì ch’a sia bon, piò da grand ch’a ne da znìn; che s’a io’ da es catìv da grand, fasìm murì adèss ch’a so bon, e ch’a so znìn, perché a venga in Paradis, a còi i fiuradìn, cun i tù anzulìn”. Minsuġa bid-djalett Romanjol, din it-tal-
ba ħelwa tgħid: “Mulej, għamel li nkun bniedem tajjeb, sew ta’ kbir kif ukoll ta’ żgħir; jekk ta’ kbir għad inkun bniedem kattiv, għamel li mmut issa waqt li għadni żgħir u twajjeb, sabiex hekk niġi l-Ġenna niġbor il-fjuri mal-anġli żgħar tiegħek”. Ħjiel bijografiku P. Rainerio, fis-seklu Giovanni Calboli, twieled Bertinoro, fil-Provinċja ta’ Forlì-Cesena, fl-Italja, fis-6 ta’ Ġunju 1901 u ssieħeb mal-Patrijiet Franġiskani Minuri Kapuċċini fil-kunvent tagħhom ta’ Cesena fl-1 ta’ Lulju 1920. Mogħti l-isem reliġjuż ta’ Fra Rainerio minn Bertinoro, ipprofessa l-ewwel voti fid-9 ta’ Lulju 1921 fl-istess belt u dawk solenni f ’Faenza fis-26 ta’ Mejju 1927. Ordnat presbiteru ġewwa Bologna fit-22 ta’ Settembru 1929, f ’Diċembru tal-1931 irħielha lejn l-Indja, fejn għat-38 sena li segwew qeda uffiċċji diversi. Insibuh infatti fost l-oħrajn, kappillan ta’ żoni missjunarji diversi u assistent fi ħdan l-Iskola San Ġużepp ta’ Lucknow bejn l-1932 u l-1933; kappillan tal-parroċċa ta’ San Patrizju f ’Allahabad mill-1937 sal-1939; kappillan ta’ Dilkusha mill-1939 sal-1942, meta ġie internat fil-kamp ta’ konċentrament ta’ Dehra Dun bħala ċittadin Taljan fejn inżamm sal-1946; kappillan ta’ Sitapur bejn l-1950 u s-sena ta’ wara; ta’ Bareilly minn din l-aħħar sena sal-1953; ta’ Nainital mill-1953 sal-1957 u finalment ta’ Ranikhet mill-1962 sal-1967. Milqut mill-marda ta’
Parkinson, irritorna lura fi ħdan il-Provinċja Kapuċċina tal-Emilia-Romagna f ’Marzu 1969 u għadda l-aħħar snin tiegħu fl-infermerija provinċjali ta’ Bologna. Ftit wara li beda triqtu għas-saċerdozju, ommu, li kienet issofri minn dak li dik il-ħabta kienu jsejħu “mal caduco”, ċoè epilessija, peress li t-tobba ma fehmux minn xiex kienet qiegħda ġġarrab sewwasew, sabiex jaħslu jdejhom minn każ li ma setgħux ifejqu, ikkonfinawha fi sptar ġewwa Imola u hemm, mietet qalbha maqsuma fis-solitudni fl-età bikrija ta’ 41 sena. “Dak iż-żmien kont għadni naqra ta’ tifel”, kiteb ’il quddiem dwar dan l-episodju kiebi fid-djarju tiegħu P. Rainerio, “għaldaqstant it-tort waħdan tiegħi f ’dan kollu kien dak li ma kontx għadni naf nirraġuna ta’ raġel biex hekk stajt nimpedixxi trattament bħal dan”. Ideal missjunarju profond “Fuq l-altar sejra tibda l-ħajja ġdida tiegħi, il-ħajja missjunarja tiegħi”, niżżel wara ftit li kien ordnat saċerdot. “Ta’ 31 sena bdejt kulma jmur inħoss is-sejħa għall-missjoni, sejħa li kont ili nħoss sa minn żmien l-istudji tiegħi. Ngħiduha kif inhi, kieku s-superjuri ddeċidew għalija li minflok nibqa’ pajjiżi, kont lil hinn minn kull dubju nippreferi t-tali deċiżjoni! Imma r-raġuni wara dal-pass kienet sempliċement il-vuċi tal-Mulej, il-glorja tiegħu u l-ġid tal-erwieħ…” “Sal-istazzjon tal-ferrovija ġejna akkumpanjati minn P. Mau-
Ta’ 31 sena bdejt kulma jmur inħoss is-sejħa għall-missjoni, sejħa li kont ili nħoss sa minn żmien l-istudji tiegħi ro minn Grizzana. Il-vjaġġ kien wieħed trankwill imma moħħi kien miżgħud ħsibijiet wieħed fl-ieħor. Il-passat, il-preżent, il-futur ta’ ħajti, l-Indja, l-Italja, l-għeżież tiegħi, qrabati mejtin, il-weġgħat, il-ferħ... kieku lkoll kemm huma kellhom jintiżnu, ilpiż tagħhom ibqa’ ċert li kien jisfronda l-qiegħ tal-vagun li fuqu kont għaddej!” “Minkejja dan kollu”, insibu miktub fit-tielet pitazz, “kont qed inħoss sens ta’ sodisfazzjon kbir għal dak is-sagrifiċċju mwettaq minni. Kont infatti qed inħossni bħal donni kumpann ta’ xi bosta eroj... Eroj tat-tajjeb, b’risq il-proxxmu tiegħi, skont il-possibiltajiet, il-fakultajiet u l-mezzi spiritwali tiegħi…” Minkejja s-saħħa delikata u aktarx fraġli tiegħu, P. Rainerio seħħlu jwettaq bħalma rajna bosta ħidmiet fir-reġjun li fih sab ruħu assenjat fl-Indja. It-tjubija li biha kien mogħni għenitu biex jiġbed lejh, kien fejn kien, għexieren kbar ta’ nies, li sabet fih figura benevolenti li qiegħdet dejjem l-ewwel l-interess u l-ġid tagħha. Saħansitra, il-Ħinduisti kienu jġibuh bil-kbir u numru mhux żgħir minnhom ikkonvertew f ’idejh. Aktar minn
kollox, il-karattru tiegħu kien magħġun fis-silenzju. U kien proprju f ’dak l-istess silenzju li ħalla din l-art fl-għomor ta’ 74 sena fis-siegħa u nofs ta’ wara nofsinhar tad-19 ta’ Settembru 1975. Forsi wara kollox, P. Rainerio ma wettaqx opri kbar, imma dak li wettaq għamlu tajjeb u mill-qalb. Il-figura tiegħu għaddiet fis-silenzju, mingħajr xkiel għal ħadd. U s-Sinjur, li jbaxxi s-setgħana u jgħolli ċ-ċkejknin, żgur li ma naqasx milli jeżalta lil dan il-qaddej umli tiegħu. Il-fdal tiegħu jinsab midfun fl-oqbra tal-Franġiskani Minuri Kapuċċini fiċ-Ċimiterju Monumentali taċ-Certosa ta’ Bologna.
24
03.05.2020
kullhadd.com
reċensjoni tal-ktieb
VJOLA DDUR ID-DINJA Ommi hija bomba-tal-kanuni-umana u missieri huwa domatur tal-insetti – hekk twieġeb Vjola kull darba li xi ħadd isaqsiha x’jagħmlu l-ġenituri tagħha. Għax Vjola ħajjitha tqattagħha ddur id-dinja magħhom u mas-Cirque de la Lune, iċ-ċirku tal-qamar. Imma kultant, ngħiduha, tkun tixtieq li kellek ħajja normali bħal tat-tfal l-oħra, b’dar ta’ veru u ġenituri b’xogħlijiet monotoni bħal ta’ kulħadd. Imma ma tantx hemm ċans li dix-xewqa tinqatgħalha lil Vjola, u għalhekk – xi ftit kontra qalbha – ikollha tgħix il-ħajja vagabonda tan-nies taċ-ċirku. Sakemm, jum minnhom, iċ-ċirku jasal Pariġi, il-belt tal-arti. Hemm
tiltaqa’ ma’ Henri de Toulouse-Lautrec, pittur eċċentriku u kaxxa ġenn li juriha kemm hu sabiħ li tkun differenti! Ambjentat fi tmiem is-seklu 19, Vjola ddur id-dinja hija l-istorja ta’ tifla ta’ 12-il sena, affaxxinata mill-ġmiel tad-dinja ta’ madwarha: il-mużika, il-pittura, in-natura. Din l-istorja hija wkoll opportunità tad-deheb għat-tfal qarrejja biex jieħdu togħma ċkejkna ta’ Pariġi vibranti u artistika fi żmien il-post-impressjoniżmu. Fil-fatt, l-istorja tlaqqa’ lill-qarrejja ma’ artisti li verament għexu, f ’kuntest fittizju, u b’hekk tgħaqqad lezzjoni tal-arti u tal-istorja ma’ storja avvinċenti, bla ma t-tfal biss jindunaw. Iżda li jkompli jagħmel dan il-ktieb daqstant speċjali huwa l-format tiegħu: huwa l-ewwel graphic novel bil-kulur ippubblikat mill-Merlin Publishers. L-istorja ta’ Vjola hija fil-fatt miktuba u illustrata b’xalata ta’ kuluri u stampi, fil-format ta’ comic. Miktub oriġinarjament minn Teresa Radice u illustrat minn Stefano Turconi, Vjola ddur id-dinja huwa maħsub għal tfal minn 8 snin ’il fuq, u perfett ukoll għal qarrejja ikbar li forsi ma tantx iħobbu jaqraw bil-Malti. Il-graphic novels huma fil-fatt ideali għal tfal li għal raġuni jew oħra jaqtgħu qalbhom mill-qari. Xi tfal iħarsu lejn paġna mimlija kliem, u jaqtgħu qalbhom. Il-graphic novels joffru soluzzjoni perfetta: l-istampi jgħinuhom jidħlu fl-istorja, anki għax hemm iżjed stampi milli kliem, u fl-istess ħin xorta jistgħu jirrakkontaw storja kumplessa.
IĊ-ĊKEJKEN PRINĊEP Bdot ikollu ħsara fl-ajruplan u jkollu jinżel f ’nofs id-deżert tas-Sahara. Kif ikun qed isewwi l-ajruplan qabel ma jispiċċalu l-ilma biex jgħix, jiltaqa’ ma’ tifel ċkejken b’xagħru kulur id-deheb, li jibda jistaqsih ħafna mistoqsijiet. Tul it-tmint ijiem li jmiss, dan ittifel – li l-bdot isejjaħlu “ċ-ċkejken prinċep” – jirrakkonta l-istorja ta’ ħajtu, u jispiċċa b’sigriet: l-aktar affarijiet importanti fil-ħajja nistgħu narawhom biss bil-qalb, u mhux bl-għajnejn. U hekk twieled wieħed mill-iżjed rakkonti ċelebri fl-istorja tal-letteratura dinjija, rakkont li ma jmut qatt u jgħix fost ġenerazzjoni wara ġenerazzjoni. Merlin Publishers għadhom kemm ippubblikaw addattament ta’ Iċ-Ċkejken Prinċep. Hija l-istorja taċ-ċkejken prinċep kif żgur qatt ma rajtuha qabel – picture book inkredibbli, b’illustrazzjonijiet tal-ħolm u test simplifikat għal ġenerazzjoni ġdida ta’ qarrejja żgħar. Iċ-Ċkejken Prinċep, oriġinarjament mill-awtur Franċiż Antoine de Saint-Exupéry, ġie addattat għat-tfal żgħar minn Agnès de Lestrade flimkien mal-illustratriċi Valeria Docampo. Huwa l-istess tim li kien wasslilna l-maħbub Il-Fabbrika tal-Kliem, u proprju bħal Fabbrika l-addattament għall-Malti sar minn Clare Azzopardi. Azzopardi tistqarr li minn dejjem kienet affaxxinata mill-innoċenza taċ-ċkejken prinċep. “Kull darba li nerġa’ naqrah, dejjem niskopri xi ħaġa ġdida. Huwa ktieb dwar l-umiltà u dwar il-bżonn li nieħdu ħsieb l-affarijiet li
nħobbu – storja mhux biss għattfal imma għall-adulti wkoll.” Iċ-Ċkejken Prinċep kien ġie ppubblikat għall-ewwel darba fl-1943. Minn dakinhar, inbiegħu ’l fuq minn 140 miljun kopja madwar id-dinja u ġie maqlub għal aktar minn 300 lingwa differenti. Il-maġija ta’ din l-istorja qiegħda filfatt li minkejja li miktub bħala storja għat-tfal, Iċ-Ċkejken Prinċep jagħmel osservazzjonijiet intelliġenti dwar il-ħajja u n-natura umana, u jmiss ma’ tant temi fosthom il-ħbiberija, l-imħabba, is-solitudni u t-telfa ta’ xi ħadd.
Dawn il-kotba jinsabu għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew online direttament minn merlinpublishers.com, b’pustaġġ b’xejn. Mistoqsija: X’jagħmel il-ktieb Vjola ddur id-dinja daqstant speċjali ? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-kotba VJOLA DDUR ID-DINJA u IĊ-ĊKEJKEN PRINĊEP. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 10 ta’ Mejju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb MONUMENTI U BUSTI FIL-GŻEJJER MALTIN huwa: C. BONNICI - ĦAL GĦAXAQ
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
05
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Meta mistenni jibda jiffunzjona l-proġett għal distribuzzjoni aħjar tal-ilma tax-xorb? Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
03.05.2020
kullhadd.com
L-ERWIEĦ TA’ WIED GĦAMMIEQ Ritratti: TVM U ASSOĊJAZZJONI WIRT IL-KALKARA
Kitba ta’ MARY CHETCUTI
Qegħdin ngħixu emerġenza tassaħħa straordinarja li lanqas fl-iktar immaġinazzjoni fertili tagħna ma stajna noħolmu li nistgħu ngħaddu minnha. Sa ftit taż-żmien ilu meta nisma kliem bħal pandemija u mxija kienu jiġu f ’moħħi l-ġenerazzjonijiet mgħoddija li kienu jintlaqtu minn epidemiji qattiela tal-pesta jew kolera fost mard infettiv ieħor li kienu jħallu mijiet u eluf ta’ vittmi, saħanistra rħula sħaħ. Waħda mill-agħar epidemiji li laqtu lil Malta kienet dik li bdiet mid-dar tal-merkant u importatur tad-drappijiet Matteo Bonnici nhar lejlet il-Milied tal-1675, filBelt Valletta. F’temp ta’ ftit jiem mietu kważi l-membri kollha tal-familja Bonnici u nies oħrajn ġirien tagħhom. L-awtoritajiet tal-Ordni ta’ San Ġwann mill-ewwel basru li l-kawża tal-imwiet kienet marda infettiva u b’mod immedjat daħħlu miżuri u regoli sabiex id-deni li qatel lil dawk in-nies Beltin ma jkomplix jinfirex u jagħmel ħerba fi bliet u rħula oħrajn tal-Gżejjer Maltin. Kellhom raġun għax il-marda kienet il-pesta li aktarx inġiebet fuq artna minn skwadra Ingliża li kienu għadhom kemm żaru Tripli, fil-Libja. Il-Kavallieri ta’ San Ġwann imponew kwarantina iebsa ferm sabiex ikkontrollaw dik li bdiet tilħaq il-livell ta’ epidemija. B’danakollu, is-sitwazzjoni xorta waħda ħarbet minn taħt ide-
jhom għax sa Ġunju tal-1676 il-pesta qatlet mal-11,300 ruħ (22% tal-popolazzjoni); 10 minnhom kienu Kavallieri tal-Ordni, għalkemm Għawdex baqa’ ħieles mill-infezzjonijiet. Epidemija kerha oħra li misset il-Gżejjer Maltin kienet tal-pesta wkoll li faqqgħet fis-16 ta’ April 1813 mid-dar ta’ Salvatore Borg fi Triq San Pawl, il-Belt Valletta, meta bintu ta’ tmien snin telgħalha deni qawwi u mietet tlett ijiem wara. Iċ-ċkejkna sarilha l-funeral fil-Knisja ta’ Ġieżu u ndifnet fil-kripta tal-knisja stess. L-allarm tqajjem mit-tobba meta mart Salvatore Borg mardet l-istess bħal bintha u mietet; Salvatore marad bħalhom u miet fil-Lazzarett (l-isptar tal-kwarantina għall-mard infettiv mibni mill-Kavallieri). Fl-4 ta’ Mejju 1813, l-awtoritijiet Brittaniċi ħarġu twissija li s-saħħa pubblika kienet tinsab f ’periklu kbir għax il-kawża tal-mewt tal-familja Borg kienet il-pesta. Għall-bidu l-imxija bdiet b’pass kajman tant li n-nies ħasbu li l-awtoritajiet kienu qed jesaġeraw. Imma wara s-16 ta’ Mejju l-pesta qabdet tinfirex b’ritmu mgħaġġel minn triq għal oħra ġol-Belt u saħansitra ħarġet mill-kapitali, kompliet tinfirex mal-Gżejjer Maltin u ħasdet il-ħajja ta’ 4,500 ruħ, li jfisser 5% tal-popolazzjoni f ’dak iż-żmien.
Din il-pesta kienet ġiet importata mill-belt ta’ Lixandra fl-Eġittu meta merkanzija infettata nsterqet minn fuq il-brigantin ‘San Nicola’ li sorġa fil-port Malti taħt kwarantina peress li kienu mitulu abbord xi membri tal-ekwipaġġ bid-deni. Waħda mill-aktar epidemiji li ħolqot għagħa fost il-Maltin hija dik tal-kolera li faqqgħet fl-Ospizio tal-Floriana li kien sptar għax-xjuħ u l-foqra. Meta fid-9 ta’ Ġunju 1837 it-Tabib Axisa ntalab jinvista żewġt ixjuħ li kienu magħkusin sew minn marda li ħakmithom, hu investiga u kkonferma li l-pazjenti kienu qed imutu minn każ ta’ Kolera Ażjatika, varjant oriġinat mill-Indja snin qabel li jinfirex malajr u joqtol ħafna. Bla telf ta’ ħin it-Tabib Axisa informa lill-Awtoritajiet tas-Saħħa sabiex iħaffu u jdaħħlu l-kwarantina. B’danakollu l-Ispettur Ġenerali għall-Isptarijiet Militari Brittaniċi, Dr Clarke ma qabilx mad-dijanjosi tat-tabib Malti għax skont hu dawn kienu żewġ każi ta’ kolera ħafifa. Sat-13 ta’ Ġunju 1837 il-każi telgħu għal 27 anzjan li 17 minnhom mietu. Wara ħafna argumenti kien stabbilit u kkonfermat li din fil-fatt kienet Kolera Ażjatika u ttieħdu passi sabiex ix-xjuħ kollha tal-Ospizio jkunu trasferiti u iżolati fil-Forti Rikażli, liema fortizza ma kenitx baqgħet tintuża bħala sptar tal-Qawwa Militari Brittanika
f ’Malta mindu mxew lejn Bighi. F’temp ta’ 40 jum l-epidemija kienet diġà qerdet 455 minn madwar 855 xiħ u xiħa li ntefgħu fil-fortizza. Minħabba n-numru daqstant għoli ta’ mwiet f ’daqqa, kellhom jitħaffru ħofor fil-ħamrija fuq l-art magħrufa bħala Ta’ Wied Għammieq ftit ’il bogħod minn Forti Rikażli, biex iservu ta’ oqbra komuni għall-vittmi. Minħabba ż-żmien li kien inħela sabiex l-Awtoritajiet tas-Saħħa kolonjali ħadu l-miżuri meħtieġa, il-kolera laħqet ħeġġet mal-irkejjen ta’ Malta u Għawdex u sa Ottubru tal-istess sena ħalliet mal-4,252 vittma, li kważi 900 minnhom mietu fil-Forti Rikażli. Dawn tal-aħħar indifnu kollha fil-ħofor komuni li kienu tlestew għalihom u kienu jibqgħu minsijin hemm li ma kienx għal devozzjoni li bdiet titqanqal lejn ix-xjuħ tal-Ospizio li waqgħu vittmi tal-kolera. Kien fl-1878 li l-fdalijiet tagħhom reġgħu nqalgħu biex ingħataw difna xierqa. Fuq qabarhom tqiegħdet kolonna pira-
midali bħala monument ta’ tifkira u fuqha tqiegħed salib (li llum m’għadux jeżisti), tnaqqxet xbieha tad-Duluri u twaħħlet kitba bilMalti li tgħid: “Hawn għadam il-foqra li fis-sena 1837, ġewwa Rikażli nġabru u bil-kolera mietu. Dan iċ-Ċimiterju bi flus id-devoti sar fl-1881. Intom ikollkom ħniena, itolbu għas-serħan tagħhom.” Devozzjoni kbira għall-erwieħ ta’ Wied Għammieq għadha tħeġġeġ sal-lum. Iċ-Ċimiterju ċkejken li jinsab fl-inħawi tal-Kalkara ikun miftuħ għall-viżitaturi fit-tieni jum ta’ Novembru. Il-kolera reġgħet tfaċċat fuq il-Gżejjer Maltin fl-1850 meta ħalliet 1,738 vittma, imbagħad reġgħet faqqgħet 15-il sena wara u qatlet mal-1,479 ruħ. L-aħħar żewġ epidemiji tal-kolera f ’Malta kienu fl-1867 fejn ħalliet 259 mejta u fl-1887 meta mietu 463 ruħ, (iċ-ċifri jistgħu jvarjaw xi ftit minn riċerka għal oħra). Epidimiji li barra l-biża’ u l-imwiet ikkaġunaw qgħad, ġuħ u faqar fost il-popolazzjoni Maltija.
26
03.05.2020
kullhadd.com
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
03.05.2020
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 327
V. DEBONO - MOSTA
Bi 3 Numri 017 046 067 114 165 271 272 299 310 333 370 391 421 477
479 621 625 701 794 795 882 913 B’4 Numri 0759 2752 2792 2880 3496
3912 3948 5606 5999 6040 6229 6464 7186 7368 7715 7824 7834 8443 8731 9126
9436 9836 8910 B’5 Numri 02976 08278 11160 15107 20810 20941 22150 26201 34241 43947
49391 53245 55398 65409 67221 67771 69772 70752 82947 87364 89240 90287 97500 97947 99381
99861 B’6 Numri 095675 108276 282289 431298 533801 648937 710410 739125 B’9 Numri 482681347 524079923
1. 4. 7,9. 9. 10. 12. 16. 18,19. 19.
Mimdudin: Kompli l-qawl: Ix-xita ħdiet, kull tajra ....... (5) Pettne (4) Tebut? (5) Ara 7 Jgħin fil-quddies (6) Frotta (6) Xandru Urpani Inglott (1,1,1) Iżżomm il-vapur (5) Ara 18
20. 21. 23. 24.
Kellu fiduċja fik (5) Proprjetarju (3) Ara 5 Ħares lejna (5)
1. 2,6. 3,11. 5,23. 6. 8.
Weqfin: Kiel? (6) Inaqqas (6) Skanta? (5) Minn Amster- dam dan (7) Ara 2 Telaq għal riħhom (9)
11. 12,22. 13. 14. 15 17. 21. 22.
Ara 3 Post bejn Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn (5) Għandi konoxxenza (3) Xela (6) Ħabel tal-ħadid? (6) Iddimostra (3) Qaddis (3) Ara 12 wieqfa
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: Weqfin: 1.Pawsa, 4.Djar, 7,9.Baned, 10.Xjat1.Punent, 2,17.Widien, 3.ABX, 5,JIT, en, 12.Duluri, 16,18.Tiret, 19.Ful, 6,11.Renju, 8.Ajjutanti, 12,22.Drapp, 20.Ġlata, 23.Tapp, 24.Iridu 13,21 mimduda. Lelina, 14.Ifalli, 15.Fliegu, 21.Int
28
03.05.2020
kullhadd.com
FL-INTERESS NAZZJONALI Editorjal
Fit-tentattiv li jikseb ftit punti politiċi, Delia u sħabu saħansitra riedu jipperikolaw is-saħħa taċ-ċittadini kollha Maltin u Għawdxin
Jekk xi ħadd ried raġuni valida biex jikkonvinċi lilu nnifsu min hu fuq in-naħa t-tajba tal-istorja politika lokali, din il-ġimgħa kellna tassew fiex nixxalaw. Minkejja dan, waħda partikolari li spikkat fost dawn żgur kienet dik li tatna fil-Parlament l-Oppożizzjoni Nazzjonalista nnifisha nhar ilĦamis li għadda filgħaxija. Il-Partit, li għad-dehra biss huwa mmexxi minn Adrian Delia, dakinhar irnexxielu jerġa’ jikkonvinċina kemm tassew hu maqtugħ mir-realtà u iżjed minn hekk hu ddisprat li jsalva ġildu, anke a spejjeż tal-ġid nazzjonali. Għax mhux la kemm it-tond tipprova tpinġih kwadru. Bħala Partit Laburista u bħala parti millmaġġoranza assoluta fil-pajjiż ma kellniex bżonn tali konferma. F’ġimgħa kkaratterizzata b’tifħir internazzjonali, daqskemm għira globali, għall-mod kif Malta rnexxielha taffronta u trażżan bl-aktar mod eżemplari l-agħar kriżi fl-istorja riċenti, ilPartit Nazzjonalista kellu biss tir wieħed, dak li jkisser dan kollu b’tattika oħra viljakka, minn dawk li hu magħruf sew għalihom. Fit-tentattiv li jikseb ftit punti politiċi, Delia u sħabu
saħansitra riedu jipperikolaw issaħħa taċ-ċittadini kollha Maltin u Għawdxin. Fl-aktar mument kritiku li qed jiffaċċja pajjiżna ġew itemmgħulna mozzjoni Parlamentari ta’ bla preċedent, li ġġiegħel lill-Gvern juża l-“poteri ta’ emerġenza” biex iħassar kuntratt iffirmat mal-privat filkura tas-saħħa. Sa minn qabel bdew jiftħu ħalqhom l-ewwel esponenti tal-Oppożizzjoni fil-Kamra tad-Deputati, kulħadd fil-pajjiż seta’ jifhem l-iskop prinċipali Nazzjonalista… għat-tmiem ħesrem tal-kuntratt li għandha l-kumpanija Steward Healthcare biex din tirrinova u tamministra l-Isptar Ġenerali t’Għawdex,lIsptar San Luqa u l-Isptar Karin Grech, proprju issa li għandna kontroll tajjeb f ’kull sens fuq l-imxija tal-COVID-19. Ir-raġuni (jew in-nuqqas tagħha) għal xiex Adrian Delia wkoll iddeċieda li litteralment jinjora l-eventwali eżitu talproċeduri ġudizzjarji dwar l-istess suġġett li fetaħ hu stess sentejn ilu fil-Qorti u minflok iressaq bilġri għall-vot tali proċedura Parlamentari, tista’ tiġi interpretata biss bħala li ried
iħarbat it-triq pożittiva li mxejna s’issa biex jingħoġob mal-fazzjoni antagonista fi ħdanu. L-istess fazzjoni li għaliha donnu mhux biżżejjed li għamlet ħerba fil-pajjiż sal-2013 u daqstant ieħor ikkawżat ħsara irreparabbli lill-fundamenti ta’ darha stess (id-Dar Ċentrali) li ħallietha għarwiena minn kull beni. Bil-maqlub ibbrilla l-għaqal ta’ Gvern Laburista, immexxi minn Robert Abela. Fil-Parlament, ilPrim Ministru ma qagħad jinħeba wara l-ebda skuża u fakkar li, mal-ħatra tiegħu, kien hu stess li wiegħed analiżi tal-kuntratt. Minkejja dan, tenna li dan żgur mhuwiex il-mument li jiddibatti dan il-kuntratt u wisq inqas li jipprova jiġbed il-brejkijiet tassistema tas-saħħa. Il-Prim Ministru Abela, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis ilkoll qanqlu argumenti serji kontra l-mozzjoni frivola u malinna tal-Oppożizzjoni. In-naħa talGvern ikkonfermat li, fil-mument propizju, l-amministrazzjoni tal-pajjiż se jkollha tliet għażliet quddiemha: li żżomm il-kuntratt;
li ttemmu; jew li tirrevedih. Minkejja dan, Robert Abela kien ċar: l-unika ħaġa li mhix se tinbidel hi dik li l-poplu jingħata l-valur tal-flus li qed jinvesti fissistema tas-saħħa. Bħas-soltu, iżda, l-allat talipokrisija mill-PN kellhom biss ħanxra distruttiva f ’dan ir-rigward u ppretendew li jagħtu s-soltu lezzjonijiet u eżempji tal-prattiċi tajbin, l-għada li kien għadu jrewwaħ rapport mill-Awditur Ġenerali dwar l-iskandli kollha li fuqhom hu mibni l-Isptar Mater Dei. Tbażwira nobis ibda mid-deċiżjoni tal-Kabinett Nazzjonalista li jaqleb ta’ taħt fuq ir-rakkomandazzjoni tadDipartiment tal-Kuntratti salklawżola li illiberat lill-kuntratturi internazzjonali minn kull ħtija f ’każ ta’ problemi li setgħu jinqalgħu, bħalma nstab filkonkos inferjuri fil-qafas tal-binja nnifisha. B’kundanna simili għall-agħar tip ta’ prattiċi, li dak iż-żmien żgur ma poġġewx liċ-ċittadin filquċċata ta’ kull interess, tlett ijiem ilu Delia reġa’ ttanta jsalva l-futur tal-Partit tiegħu qabel kollox … u għal darb’oħra ħalla lil min joħorġu ta’ mażetta.