KullĦadd_03.10.2021

Page 1

SENA FIT-TMUN: JIBQA’ MA JISPIRAX LILL-POPLU U LIL NIESU Il-Ħadd, 3 ta’ Ottubru, 2021

Ħarġa Nru 1,473

Rapport f’paġni 4 u 5

Prezz €1

PROPOSTA STUDJATA TA’ METRO MRESSQA GĦAD-DISKUSSJONI Il-Gvern ippreżenta riżultati ta’ studju li għamlet Transport Malta dwar il-possibbiltà li f’pajjiżna ssir metro. L-istudju hu ta’ ditta internazzjonali speċjalizzata f’dan is-settur u fi kliem il-Prim Minis­tru Robert Abela dan se jwassal biex “id-diskussjoni dwar il-proġett issa tieħu dimensjoni oħra. Se tkun diskussjoni aktar infurmata. Se tkun fuq kollox diskussjoni realistika.” Tkompli f’paġna 5

IT-TRAKKA SE TĦALLI DĦUL KBIR ANNWALI Studju ekonomiku dwar il-proġett f’Ħal Far jgħid li l-investiment għandu jrendi mal-€4.2 miljun kull sena fl-ekonomija It-trakka għat-tlielaq tal-karozzi u l-muturi f’Ħal Far se tkun qed trendi mal-€4.2 miljun fis-sena b’mod kumplessiv fl-ekonomija nazzjona­ li, skont l-istudju ekonomiku estensiv li tħejja speċifikament għallproġett. L-investiment f’din it-trakka, li għan­d­ha titlesta fi żmien sentejn mill-ħruġ tal-permessi neċessarji, tħabbar fil-bidu tal-ġimgħa millPrim Minis­tru Robert Abela nnifsu waqt laqgħa tal-Kabinett li saret fil-Padiljun tal-Basketball f’Ta’ Qali. Il-proġett se jkun qed jitwettaq b’injezzjoni ta’ €20 miljun mill-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali (NDSF). Meta tħabbar il-proġett it-Tnejn li għadda, is-Segretar­ju Parlamentari Alex Muscat, li hu responsabbli millfond nazzjonali, ukoll qal li l-Gvern ried jassi­gura li dan l-investiment ikun jagħmel anke sens ekonomiku u studja fid-dettall li kull miljun li se jiġi investit biex tinbena t-trakka, il-pajjiż ikun qed jieħu aktar mil-lat ekonomiku ġġenerat mill-proġett. L-istudju ekonomiku jgħid li l-fażi inizjali, li tinvolvi l-iżvilupp tat-trakka ġdida flimkien ma’ titjib f’dawk diġà eżistenti tal-kwart ta’ mil u l-karting, mistennija saħansitra tiġġenera ftit inqas minn €5 miljun kull sena f’impatt dirett, indirett u dak addizzjonali sakemm din titlesta. L-impatt ekonomiku hu bbażat fuq tliet aspetti distinti li jinkludu l-kontribuzzjoni diretta, li tikkonsisti mill-valur ekonomiku miżjud u l-impjiegi f’attivitajiet diretti mal-bini u l-operat tat-trakka, il-kontribuzzjoni indiretta, jiġifie­ ri minn kumpaniji li jipprovdu s-servizzi lill-benefiċjarji inizjali, u l-kontribuzzjoni addizzjo­nali, li tqis l-effetti tal-infi­q minn dħul iġġene­rat minn setturi oħrajn tal-ekonomija. Tkompli f’paġna 14


02

03.10.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 26°C L-Inqas Temperatura: 20°C L-Indiċi UV: 6 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja instabbli qed tkompli tiksi ċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita iżolati possibbilment bir-ragħad għall-ewwel, li jsir ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif min-Nofsinhar ix-Xlokk li jdur mix-Xlokk il-Lvant Il-Viżibilità: Tajba minbarra fix-xita Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 27°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

27°C UV 5

KUNTATT ĠENERALI

23°C

Il-Ħamis

28°C UV 5

23°C

Il-Ġimgħa

28°C UV 5

20°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

26°C

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

UV 5

20°C

25°C UV 4

20°C

25°C UV 5

20°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Empire Pharmacy (Branch), 46 Triq Melita, Il-Belt Valletta – 21238577 National Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, Il-Ħamrun – 21225539 Fatima Pharmacy, 82, Triq il-Ferrovija, Santa Venera – 21482856 The Local Dispensary, Triq Kan. K. Pirotta, Birkirkara – 21493549 Brown’s Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina Apartments, Triq il-Marina, L-Imsida – 21244366 Krypton Pharmacy, Triq l-Ibraġġ, Tal-Ibraġġ – 21370141 Edward’s Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334102 Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Ħal Balzan – 21444035 St. Louis Pharmacy, Shop 1, Bohemian Courts, Vjal l-Indipendenza, Il-Mosta – 21432802 Brown’s Village Pharmacy, Triq il-Kbira, Il-Mellieħa – 21523536 Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21693412 Brown’s Pharmacy, 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Il-Kalkara – 21673811 Hompesch Pharmacy, 207/2011, Triq Hompesch, Il-Fgura – 21807503 Pompei Pharmacy, Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk – 21651278 Salus Pharmacy, 21, Misraħ ir-Repubblika, Iż-Żurrieq – 21680761 De Rohan Pharmacy, Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żebbuġ – 21464128 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21454479 Għawdex Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Ir-Rabat – 21557819 Nadur Pharmacy, Pjazza it-28 t’April 1688, In-Nadur – 21563589 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.



04

03.10.2021

JIBQA’ MA JISPIRAX LILL-POPLU U LIL Numru ta’ riżenji minn attivisti u rappreżentanti, fosthom kun­sillieri, li ddeċidew li jwarr­bu wara snin jimmilitaw fil-Partit, ikkaratterizzaw l-ewwel sena ta’ Bernard Grech fittmun tal-Partit Nazzjonalista mindu bħal-lum sena ħareġ rebbieħ b’vot tat-tesserati kontra l-predeċessur tiegħu Adrian Delia. It-tneħħija ta’ dan tal-aħħar kienet sfurzata mill-establish­­ ment, b’mod par­tikolari min­ ħabba riżultati negattivi per­ sistenti fl-istħar­riġ tal-opinjoni pubblika. Iżda anke hawn Grech baqa’ ma tejjeb xejn, anzi! Mill-ewwel ġurnata sena ilu sa ftit tal-jiem ilu, Nazzjonalisti urtati għat-tmexxija attwali baqgħu jesprimu ruħhom anke bl-iżjed mod sfaċċat fil-pubbliku biex juru d-dispjaċir li m’għadhomx iżjed jaraw lill-PN bħala d-dar naturali tagħhom. Hemm min għamel ir-raġuni tiegħu magħrufa u hemm min uża l-karta tar-“raġunijiet personali” biex jabbanduna kollox. Fuq quddiem nett kien hemm ir-riżenji ta’ dawk li kienu urtati kif ġie stmat Delia wara sentejn mill-ħatra demokratika tiegħu, biex minfloku ddaħħal Grech, li fuq kollox m’għamel l-ebda avvanzi fl-appoġġ popolari kif wiegħed li se jagħmel. Kien hemm oħrajn li kienu kawti xi jgħidu, iżda li r-riżenja tagħhom hi wkoll il-frott talfatt li kif qalu sa din il-ġimgħa

BAQA’ MA QABADX ART FL-ISTĦARRIĠ Minn Jannar lil hawn saru erba’ stħarriġ tal-opinjoni pubblika mill-istatistiku Dr Vincent Marmara u li ġew ippubblikati f’It-Torċa. Meta wieħed iħares lejn issondaġġi kollha flimkien, tara kemm il-Prim Ministru Dr Robert Abela żamm appoġġ konsistenti ħafna b’maġġoranza kbira fost il-poplu Malti u Għawdxi f’din l-aħħar sena. F’termini ta’ voti, dan l-appoġġ jaqbeż anke l-aħħar riżultat elettorali li kien ġab il-Partit Laburista fl-2017. Min-naħa l-oħra l-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Bernard Grech mhux talli ma naqqasx id-distakk mill-2017, iżda l-popolarità tiegħu spiċċat tonqos fl-aħħar 10 xhur. Fil-fatt, wieħed jista’ jara li kien terz biss tal-poplu li qal li Grech hu l-aħjar mexxej biex imexxi l-pajjiż. L-aħħar stħarriġ ta’ Marmara li sar ġimagħtejn ilu (ritratti) jindika li l-Kap Nazzjonalista reġa’ naqqas dan l-appoġġ baxx bi 3% oħra. Bil-maqlub, il-Prim Ministru għandu l-maġġoranza assoluta tal-poplu warajh.

ta Nazzjonalista għax opinjonisti ewlenin, tħossha maqtugħa Grech, naqas milli mill-partit immex­xi jispira fiduċja fost nieminn Bernard Grech. su stess, aħseb u ara “Ippruvajt nitkellem ma’ oħrajn. It-tneħħija ta’ Delia kienet fuq temi marbuta Erba’ xhur wara man-nisa u s-saħħa, u l-ħatra tiegħu, Grech sfurzata “minħabba riżultati iffaċċja kriżi fl-elez- negattivi persistenti fl-istħarriġ għalquli ħalqi” kienet qalet Abela Wadge. zjonijiet tal-kumitati tal-opinjoni pubblika” sezzjonali tal-PN meta Alan Joseph Said kien hemm riżenji en F’Ġunju rriżenja minn bloc fil-kumitat ta’ testa l-elezzjoni għall-kariga fi Tas-Sliema li qalu li qed jiġu ħdan l-Assoċjazzjoni tal-Kun- Kunsillier fir-Rabat. mminati minn Nazzjonalisti silli Lokali bħala indipendenti. stess. Sitt membri fil-kumitat Dan wara li ġie organizzat block Ian Spiteri ukoll Nazzjonalista ta’ Bormla wkoll vote intern kontrih mill-PN ftit Kien irriżenjaw b’solidarjetà ma’ tal-ġimgħat ilu biex ikun ħad- f’Ġunju li għad­ sħabhom f’Tas-Sliema. Dawn dieħor li jirrappreżenta lill-Par- da li n-Nutar Ian Spiteri rri­ qalu li l-PN m’għadux l-ist- tit fil-pożizzjoni. minn ess partit li twieldu u trabMinkejja l-esperjen­za tiegħu żenja bew fih. fil-kariga, Azzopardi ġie skred- Sin­­d­ku ta’ Ħal Il-ġimgħa li għaddiet, itat minħabba li kien qrib ħaf- Balzan. Spiteri il-KullĦadd ukoll irrap- na ta’ Delia wkoll. Għadu mhux qal li r-raġuni kienet personportat kif l-Eks President magħruf s’issa li rriżenja jew li ali, iżda fl-istess ħin tkellem kif Reġjonali għal Għawdex ttieħdu passi dixxiplinari mill- id-deċiżjoni ħadha b’għafsa ta’ qalb u dispjaċir. Dr Samuel Azzopardi sfida PN wara din l-isfida tiegħu. lit-tmexxija ta’ Grech u se Dawn li ġejjin huma wħud jkun qed jerġa’ jikkon- minn dawk li rriżenjaw fl-aħħar Therese Comodini Cachia ­ ­t a ­­t a sena u għam­lu l-pożizzjoni I d- D e p u att­wali għam­ pubblika: lit­­ha ċara li mhix se terġa’ George Muscat Irriżenja mill-PN u rtira l-kan­ tkun kandidata di­datura tiegħu minn fuq għall-elezz­joni is-Sitt Distrett elettorali. ġenerali. Din żgur Fl-ittra tar-riżenja li kien bagħat lill-Kap Nazz- kienet sor­pri­ża għal ħafna jonalista qal li ħa din speċjalment meta kul­ħadd jaf id-deċiżjoni wara li li, sakemm intgħażel Grech bħala ż-“żiemel” tal-establishħaseb elf darba fuqha. ment, Comodini Cachia kie­net hi li bdiet tiġi im­bot­­tata l-ħin Tiffany Abela kollu mill-establishment anke Wadge F’Mejju li għadda biex issir Kap tal-Oppożizzjoni, Tiffany Abela appena kellu jiġi sfiduċjat Delia Wadge ħabbret fil-Parlament. pubblikament li rriżenjat milli Andre Grech tkun kandida- Mal-mument li ġie elett Grech,

dan irriżenja minn President tal-Forum tal-SME tal-PN. Grech hu persuna oħra leali ħafna lejn Delia. Meta rriżenja, kien qal li meta Delia kien Kap, tmexxiet kampanja ta’ ħdura mid-Deputati Jason Azzopardi, Karol Aquilina, Beppe Fenech Adami u Chris Said, fost oħrajn, li għażlu lil Bernard Grech biex iqaċċat lil Delia minn Kap. Doriana Portelli Ukoll irriżenjat mill-PN meta Delia ma baqax Kap u baqgħet kunsilliera indipendenti fil-lo­ kal ta’ Birżebbuġa. F’kummenti li kienet tat lil midja, Portelli qalet li hi qatt ma kienet se taċċetta li Kap (b’referenza għal Delia) jiġi umiljat b’dak il-mod minn nies li qatt ma riduh. Jonathan Dingli Dan irriżenja minn Minority Leader fil-Kun­ sil tal-Im­qabba l-ġim­għa li għad­diet wara li ma felaħx aktar indħil mill-Eks Segretarju Ġenerali Nazzjonalista tas-sebgħinijiet u t-tmeninijiet Louis Galea. Dingli, li rriżenja wkoll mill-Ku­­mitat Sezzjonali Nazz­ jo­­nalista tal-Imqabba, huwa magħ­ruf kif jeħodha kontra l-establish­ment fil-PN tant li kien ħareġ jikkritika lil Manwel Delia ta’ Repubblika, għax dan inaddaf l-annimali fuq il-bejt tiegħu u jarmi l-ilma għat-triq minn ġo katusa. B’konsegwenza li nitten it-triq bl-awrina u l-kumplament.


05

03.10.2021

NIESU

L-ESPERTI JIPPROPONU METRO BI 3 LINJI U 25 STAZZJON Tkompli minn paġna 1

Anne Fenech L-Eks Sindku ta’ San Pawl ilBaħar ukoll irriżenjat is-sena l-oħra meta ġie elett Kap Grech u baqgħet kun­ silliera indi­ pen­denti fil-Kunsill. Anthony Delia Irriżenja mill-PN mal-mument li ħuh, Adrian Delia, ma baqax Kap u baqa’ kunsillier indipendenti f’San Pawl il-Baħar. Charmaine Aquilina Din, li kienet tkun dejjem id-Dar Ċen­trali tagħti l-appoġġ lil Delia, irriżenjat malli dan tal-aħħar tqalfat mill-pożizzjoni. Deborah Mifsud Iddeċidiet li ma tibqax tir­rap­ preżenta l-PN f ’Birkirkara mal-mument li Adrian Delia ma baqax Kap u ġie elett floku Bernard Grech. Wara li rriżenjat Mifsud kienet qalet li tar-Repubblika ħadu over il-Partit Nazzjonalista u qalet li b’dawn l-istess nies il-Partit Nazzjonalista tilef għa­xar elezzjonijiet. Louise Tedesco Il-preżenta­­­­­t­ri­­­ċ­i magħrufa, li kienet ilha snin twal taħdem malmid­­ja tal-Par­tit, twaq­­­­q­fet minn dan kollu malli Grech ħa t-tmexxija f’idejh. Tedesco kienet persuna qrib ħafna ta’ Delia li malli ma baqax Kap, ma riditx iżjed tirrappreżenta lill-Partit fil-Kun­sill tal-Ħamrun.

Fi Pjazza Tritoni, fejn issa ntramat esi­ bizzjoni bl-użu tal-virtual reality biex wieħed jara kif tkun jekk issir metro f’pajjiżna, l-esperti tal-kumpanija Arup spjegaw l-istudju tagħhom u x’jagħmel sens għal pajjiżna. L-istess spjega issa wieħed isibha fis-sit elettroniku li tnieda apposta bl-indirizz metro.mt. Skont preżentazzjoni elaborata ta’ Arup, ippreżentata lbieraħ filgħaxija, qed ikun propost li Malta jkollha 3 linji u 25 stazzjon bil-metro li tkun tkop­ri parti kbira tal-pajjiż u tingħaqad mas-sistema tat-trasport pubbliku. Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru semma kif dan il-proġett, kemm-il darba jiġi implimentat, ma jistax jittieħed f’iżolament minn oħrajn, inkluż dak tar-reklamazzjoni tal-art hekk kif l-implimentazzjoni ta’ idea simili twassal għal produzzjoni ta’ ħafna materjal li jrid jiġi skavat. “Min-naħa l-oħra nafu li jekk irridu noħolmu b’ħafna iktar proġetti, fejn toroq u pjazez illum okkupati mill-karozzi jeħdulhom posthom in-nies, irridu nkomplu nwettqu bidliet kbar. U proprju l-proġett tal-metro jista’ jagħmel differenza kbira,” żied il-Prim Ministru. Hu tkellem ukoll dwar bidliet li jridu jsiru fil-mod kif ngħixu u ma naqsitx ir-referenza għall-finanzjament. Proġett

Il-Prim Ministru waqt il-preżentazzjoni tal-proposta ta’ metro bħal dan stmat li jiswa l-biljuni ta’ ewro. “Però hi realtà wkoll li dan hu proġett li jsir fuq medda ta’ snin. U allura din hija diskussjoni li rridu nagħmlu bħala parti minn dan il-proċess li issa jkompli jara studji oħrajn,” spjega l-Prim Ministru, li qal li żgur ma jkunx possibbli jekk ma nħarsux sew lejn is-sehem tal-privat, fejn jara wkoll is-sehem ta’ soċje­tajiet internazzjonali.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għatTras­port u l-Infrastruttura Ian Borg qal li pajjiżna għandu ambizzjonijiet li jkompli jeċċella u hu wkoll f’dan il-kuntest li għandha tittieħed din id-diskussjoni. Il-Ministru Borg stieden ukoll lill-pubbliku jipparteċipa fid-diskussjoni, waqt li jieħu l-opportunità biex jesperjenza l-installazzjoni speċjali li twaqqfet f’Putirjal u li se tkun disponibbli f’dawn il-jiem.

ĠIMGĦA TA’ INVESTIMENTI ĦODOR L-aħħar ġranet kienu kkaratterizzati b’investimenti kbar fit-tħaddir ta’ żoni urbani mal-pajjiż kollu. Fil-fatt, bejn nhar il-Ħadd li għadda u lbieraħ tħabbru erba’ inizjattivi mill-Gvern li se jagħtu dehriet isbaħ u spazji miftuħa ġodda f’numru ta’ kunsilli lokali f’Malta u Għawdex. Bħal-lum ġimgħa, il-Gvern, permezz tal-Ministru għall-Ambjent it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia (rit­ratt), iffirma numru ta’ ftehimiet ma’ għaqdiet ambjentali mhux governattivi għall-ħarsien u l-użu ta’ siti ta’ importanza, kemm mill-apsett ambjentali, kif ukoll mill-aspett storiku. Is-siti kkonċernati u l-għaqdiet ambjentali li se jkunu qed jieħdu ħsiebhom huma medda ta’ art ta’ 14,400 metru kwadru f’Kemmuna u binja magħrufa bħala l-Forn l-Antik li se jkunu indokrati minn Friends of the Earth Malta, 670 metru kwadru fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali f’idejn Din l-Art Ħelwa u s-sit magħruf bħala r-Razzett tal-Qasam li jkopri 4,022 metru kwadru, flimkien ma’ għadd ta’ binjiet żgħar oħrajn, li se jkunu qed jitħarsu mill-Fondazzjoni Rurali Ma­ nikata. Uħud mis-siti jew il-viċinanzi tagħ­ hom huma skedati u protetti peress li huma ta’ importanza ekoloġika. Nhar it-Tnejn, l-istess Ministeru ffirma ftehim għal proġetti ta’ tħaddir urban ma’ 11-il Kunsill Lokali – Għajn­sie­

lem, San Ġiljan, Santa Luċija, il-Ħamrun, il-Belt Valletta, San Lawrenz, il-Birgu, Birżebbuġa, il-Qala, il-Munxar u TasSliema. Dawn huma parti mill-impenn tal-Gvern li jkompli jipprovdi spazji ħodor għall-familji anke f’żoni urbani u għal dan il-għan se jkun qed jinvesti iżjed minn €300,000 permezz tal-aġenzija Ambjent Malta. Ilbieraħ tħabbar li l-Gvern ikkommetta aktar minn €500,000 oħra, permezz tal-Awtorità tal-Ippjanar, għal tliet Kunsilli f’Għawdex biex iwettqu proġetti oħrajn ta’ titjib urban. Il-proġetti li se jgawdu minn dan l-investiment jinsabu fil-Belt Victoria, fiż-Żebbuġ u fix-Xagħra. Sadanittant, nhar l-Erbgħa, il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri, l-istess Ministru Farrugia u s-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċitta­dinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat ħabbru proġett ġdid ta’ tħaddir urban fil-wied ta’ Ħal Qormi. B’€1 miljun mill-Fond Soċjali u tal-Iż­vilupp Nazzjonali (NDSF), se jit­ħawlu siġar u pjanti aromatiċi, waqt li se jkun qed jinħoloq spazju ġdid għat-tgawdija tar-residenti u kull min iżur l-akkwati. Minbar-

ra post ta’ rilassament, se tinħoloq ukoll korsa għall-ġiri ta’ 200 metru li ddur mal-perimetru maqtugħa mit-triq. Il-proġett hu parti minn sensiela li se jkunu qed jitwettqu b’investiment millfond li jħares l-interessi taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, u permezz tiegħu pajjiżna jista’ jgawdi minn spazji isbaħ u kwalità ta’ ħajja aħjar.


06

03.10.2021

440 SENA STORJA MINN VERDALA Bħala parti mill-impenn tiegħu biex in-nies isiru jafu, jifhmu u japprezzaw aktar il-kultura u l-istorja Maltija, il-President tar-Repubblika George Vella qed jissokta bl-inizjattivi biex ikabbar l-aċċessibbiltà u l-għarfien tal-pub­b­ liku dwar it-tliet palazzi storiċi taħt ir-respon­ sabbiltà tiegħu – il-Palazz tal-Belt, dak ta’ San Anton u ta’ Verdala. Wara l-ewwel sensiela ta’ “Mill-Palazz” fuq TVM, li ttrattat il-Palazz ta’ Sant’Anton, mil-lum tib­da t-tieni waħda dwar il-Palazz Verdala. Dan il-Palazz fil-Buskett inbena mill-Gran Mastru l-Kardinal Hugh Loubenx de Ver­dalle madwar l-1580. Is-sensiela tieħu lit-telespettatur lura fiżżmien, b’memorji ta’ viżitaturi u vjaġġaturi, waqt li tiffoka fuq stejjer u aneddotti li jispjegaw l-istorja tal-post miż-żminijiet talOrdni ta’ San Ġwann għal żmien l-Ingliżi sal-lum il-ġurnata.

Ritratt: UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

Il-Kabinett tal-Ministri approva strateġija ġdida ta’ ħames snin għas-Servizz Pubbliku bil-viż­ joni aħħarija li jkun wieħed ta’ eċċellenza. Il-Prim Ministru Robert Abe­ la ħabbar dan waqt konferenza li fakkret il-ħames anniversarju tal-Istitut għas-Servizzi Pubb­li­ ċi (IPS) fejn tenna kif l-istra­ teġija proposta se tkun ibbażata fuq tliet pilastri – in-nies, itteknoloġija u s-servizz. Dawn se jħaddnu l-prinċipji tal-kwalità, il-kontabbiltà u s-sostenibilità, li jirriflettu proprju l-prin­ċipji komuni fil-ħidma tal-Gvern. Dan kollu juri kemm isSer­vizz Pubbliku mhux biss għandu viżjoni ta’ fejn irid jasal, imma jaf ukoll kif se jasal, tenna Dr Abela, li ddeskriva s-Servizz Pubbliku bħala leader ewlieni f’diversi oqsma f’pajjiżna, fost l-oħrajn bl-ewwel Remote Working Policy, u fis-settur ambjentali bl-istudju biex ilflotta kollha tal-vetturi jinqalbu għal dawk elettriċi. Hu temm jgħid li r-riformi li saru fl-aħħar snin fis-Ser­vizz Pubbliku wasslu biex pajjiżna jintgħażel minn dar tal-pubb­ likazzjoni internazzjonali bħala case-study għal pajjiżi oħrajn. Is-Segretarju Permanenti

Ritratt: JASON BORG / DOI

STRATEĠIJA GĦAL SERVIZZ PUBBLIKU TA’ EĊĊELLENZA

Ewlieni Mario Cutajar qal li, bħalma l-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi kien strumentali fittiġ­did u r-riformi li saru fl-aħħar snin, hekk ukoll se jibqa’ parti integrali fl-implimentazzjoni tal-istrateġija l-ġdida lejn ser­ vizz ta’ eċċellenza. Hu semma kif qabel kien hemm distakk bejn l-element ta’ taħriġ u l-bżonnijiet tasservizz, waqt li l-IPS kienet l-ewwel istituzzjoni li għaqqdet dawn l-elementi mal-viżjoni tas-Servizz Pubbliku. Illum ilġurnata, l-IPS joħroġ b’mod strutturat lista ta’ korsijiet permezz ta’ prospectus, waqt

li regolarment jisponsorja uffiċ­­jali pubbliċi biex jagħmlu l-qabża li jmiss. Il-Kap taċ-Ċivil semma kif f’dawn il-ħames snin madwar 400 ħaddiem ingħataw spon­ sorship, filwaqt li madwar 500 student ingħataw traineeship jew apprentistat. F’din is-sena akkademika ġdida, l-IPS se toffri 270 kors u s’issa diġà rċieva 2,500 appli­ kazzjoni għall-ewwel nofs tassena. Minn din is-sena, l-IPS se jkollu wkoll l-ewwel studenti full-time tiegħu fuq livell ta’ baċellerat, li jingħaqdu masServizz Pubbliku.


07

03.10.2021

ŻIEDA FIL-PAGI U FL-IMPJIEGI Fit-tieni kwart tal-2021 pajjiżna kellu rata ta’ impjiegi li tlaħħaq l-74.4%, skont il-Labour Force Survey. Din hi waħda mill-ogħla rati qatt irregistrati f’dan il-kwart mindu bdiet tinġabar din l-istatistika, u tfisser żieda ta’ 15% fuq l-aħħar sena ta’ amministrazzjoni Nazzjonalista. B’din l-aħħar ċifra, ir-rata ta’ impjiegi f’pajjiżna kompliet tkun aqwa minn dik Ewropea. Qabel il-bidla fil-Gvern fl-2013 kien hemm distakk ta’ kważi 5% bejn Malta u l-UE u li dak iż-żmien l-esperti kienu bassru li dan kellu jippersisti għal diversi deċennji. Minkejja dan, illum id-distakk inqaleb ta’ taħt fuq, b’5% favur pajjiżna. Fit-tieni kwart tal-2021, l-impjiegi kienu 8,317 aktar minn sena qabel u l-ammont ta’ dawk jaħdmu kien aktar minn 266,000 persuna, jew żieda ta’ 98,000 persuna (+58%) fuq l-2012. Din iż-żieda, b’kuntrast għal dak li kien jiġri taħt l-amministrazzjoni preċedenti, kienet kważi kollha f’impjiegi full-time. Fost l-aktar li bbenefikaw miż-żieda fl-impjiegi kienu n-nisa, tant li l-44% tan-nisa li kellhom impjieg qabel il-bidla fil-Gvern, issa tela’ għal 66%. Permezz ta’ dawn iż-żidiet, ir-rata ta’ qgħad waqgħet għal 3.5% fit-tieni kwart tal-2021 meta fl-istess żmien fl-2012 kienet aktar minn 6%, jew kważi d-doppju. Il-Labour Force Survey jin­ di­ka li fit-tieni kwart tal-2021 il-pagi wkoll żdiedu b’7% meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Dan fi żmien inflazz­joni ta’ 0.6%. Fl-aħħar sena ta’ Gvern Nazzjonalista l-paga medja għo­liet b’1.9% biss, fi żmien meta l-inflazzjoni kienet 2.4%. Skont l-NSO, il-paga medja f’Ġunju 2021 kienet €19,296, waqt li f’Marzu 2013 din kienet €15,923. Mentri xi wħud isos­ tnu li hawn għafsa fil-pagi u li l-pa­ga medja qed tonqos, l-istatistika uffiċjali turi titjib ta’ €3,373, jew 22% mill-bidla filGvern.

Skont l-UE, dawk ta’ 65 sena u iżjed f’pajjiżna esperjenzaw l-akbar titjib fil-livell tal-għajxien tagħhom

FL-2020 JONQSU DAWK F’RISKJU TA’ FAQAR U F’ESKLUŻJONI SOĊJALI IŻJED MALTIN U GĦAWDXIN KOMPLEW JESPERJENZAW TITJIB FIL-ĦAJJA PERSONALI FIS-SENA LI GĦADDIET MINKEJJA L-PANDEMIJA U KEJL EWROPEW AKTAR RIGORUŻ Ir-rata ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali naqset għal 19.9% fl2020 minn 20.8% sena qabel. Skont il-kejl uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dan jirrifletti tnaqqis fil-persentaġġ ta’ familji b’parteċipazzjoni baxxa fis-suq tax-xogħol kif ukoll tnaqqis fir-rata ta’ dawk li għandhom dħul taħt is-60% tal-medja nazzjonali. Ta’ min jinnota li dan it-titjib seħħ minkejja li s-sena li għaddiet pajjiżna, bħall-bqija tad-dinja, esperjenza l-agħar kriżi ekonomika. Li dan it-titjib seħħ waqt sena ta’ pandemija hu evidenza ċara ta’ kemm il-politika tal-Gvern issalvagwardjat is-suq tax-xogħol u d-dħul tal-familji f’pajjiżna. Iċ-ċifri jikkonfermaw ukoll l-importanza tal-intervent tal-Gvern permezz tas-sistema tas-sigurtà soċjali. Li ma kienx għall-intervent dirett tiegħu b’rekord ta’ €2 biljun f’benefiċċji soċjali, kieku l-ammont ta’ dawk li kienu jkunu f’riskju ta’ faqar kien ikun id-doppju ta’ li hu. Fil-fatt, hu stmat li l-benefiċċji soċjali fl-2020 ħarġu mir-riskju tal-faqar lil madwar 92,000 persuna. Minbarra hekk, il-kejl użat mill-Unjoni Ewropea f’dan l-aħħar stħarriġ (European Statistics on Income and Living Conditions – EU-SILC) kien aktar rigoruż minn dawk preċedenti. Fil-fatt, li kieku

wieħed jara l-kejl li kien jintuża sa sena ilu, it-titjib fir-rata ta’ dawk f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali kien ikun akbar, minn 20.1% għal 19.0%. Meqjusin l-għadd ta’ miżuri ta’ fejda li ġew introdotti jew issoktaw fil-perjodu indikat, mhijiex sorpriża li l-akbar titjib kien osservat fil-faxxa ta’ dawk ta’ età akbar minn 65 sena. Hawnhekk ir-rata naqset bi 2.2% meta mqabbla maċ-ċifra tal-2019. Fost it-tfal ukoll kien hemm tnaqqis sinifikanti fir-riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali, bir-rata tonqos b’1.3% fl-2020. Fl-2013 ir-rata ta’ dawk f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali kienet ta’ 24.6%, li jfisser li f’seba’ snin ir-rata ġiet kwart inqas milli kienet. Bil-maqlub ta’ dan, fis-seba’ snin qabel l-2013 kien hemm żieda minn 19.5% għal 24.6%, fi żmien li skont il-Gvern Nazzjonalista ta’ Lawrence Gonzi l-faqar kien biss perċezzjoni. Ir-rata osservata fl-2020 issa hi l-inqas rata osservata mindu bdiet tinġabar l-istatistika. Skont l-istess stħarriġ Ew­ ropew, ir-rata ta’ Maltin u Għawdxin f’sitwazzjoni ta’ ċaħda materjali u soċjali naqset minn 9.9% fl-2019 għal 9.4% fl-2020. Dan kien jirrifletti fi tkabbir fil-proporzjon ta’ dawk li jaffordjaw li jipparteċipaw f’attività ta’ rikreazz-

joni b’mod regolari, dawk li ma jsibux diffikultà biex iżommu darhom sħuna fix-xitwa, ibiddlu l-għamara antika fi djarhom jew iħallsu arretrati f’kontijiet, f’kirjiet jew fi djun. Ir-rata ta’ dawk f’sitwazzjoni ta’ ċaħda materjali severa baqgħet prattikament stabbli bejn l-2019 u l-2020. It-titjib fir-rata ta’ riskju ta’ faqar seħħ f’kuntest fejn il-qligħ disponibbli tal-familji kompla jogħla b’mod qawwi. Fil-fatt, id-dħul disponibbli medju ta’ familja żdied minn €28,505 fl-2019 għal €31,266 fl-2020, differenza ta’ kważi €2,800. Dan ifisser żieda ta’ 10% fuq is-sena ta’ qabel fl-ammont ta’ flus fl-idejn għall-familji. F’kumment wara l-pubblikazzjo­ ni tal-istħarriġ Ewropew, il-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon qal li fil-Baġit li se jitħabbar bħal għada ġimgħa, il-Gvern se jkompli jkun ta’ sostenn għall-pensjonanti u l-anzjani, il-familji bit-tfal, il-ħaddiema, il-persuni b’diżabilità u dawk vulnerabbli b’titjib akbar fis-servizzi soċjali kif ukoll b’miżuri ħalli jogħla d-dħul tagħhom. B’hekk pajjiżna jkompli l-ġlieda tiegħu biex jitnaqqas dejjem aktar ir-riskju ta’ faqar jew l-esklużjoni soċjali filpajjiż kif ilu jsir mill-2013 ’l hawn.


08

03.10.2021

X’FADAL SA “TARF” IL-MINA?! Dan l-aħħar intqal ħafna dwar il-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex, li għandu jwassal biex fl-aħħar tinqata’ x-xewqa ta’ ġenerazzjonijiet sħaħ ta’ familji Għawdxin li ma jibqgħux jgħaddu minn problemi soċjali u ekonomiċi meta jagħżlu li jgħixu fil-gżira ta’ twelidhom. Infrastructure Malta ħabbret ir-rakkomandazzjoni tal-bord tal-għażla għar-riżultat tal-ewwel stadju tal-proċess biex pajjiżna eventwalment jagħżel il-kuntratturi ta’ din il-mina. Xi tfisser eżatt din ir-rakkomandazzjoni? U fiex wasal il-proċess tal-ippjanar ta’ dan il-proġett għal konnessjoni permanenti bejn iż-żewġ gżejjer? Għal dan il-għan tkellimna mal-Inġinier FREDRICK AZZOPARDI, Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta. Kif qed jintgħażlu l-kuntratturi? F’Jannar 2020, Infrastructure Malta ħarġet sejħa internazzjonali fil-ġurnal uffiċjali tal-Unjoni Ewropea biex tistieden kumpaniji u konsorzji interessati biex jipparteċipaw fl-ewwel stadju minn tlieta tal-proċess li għandu jwassal biex jintgħażel il-konċessjonarju li se jiddisinja, jibni, jiffinanzja, jopera u jieħu ħsieb il-mina bejn Malta u Għawdex. F’dan l-ewwel stadju, dawk interessati kellhom iwie­ġ­bu kwestjonarju, imsejjaħ prequa­lification questionnaire (PQQ) biex juru li diġà għandhom esperjenza fil-bini ta’ mini simili, li għandhom rekord taj­ jeb fl-ħarsien tal-ambjent u s-saħħa u s-sigurtà, kif ukoll li għandhom il-kapaċità teknika meħtieġa. B’hekk, fil-bidu ta’ din it-tellieqa, qed niżguraw li dawk li qegħdin jieħdu sehem

fiha, jekk finalment jintgħażlu, wara li ħarġet ir-rakkoman- tal-proċess, u qabel ma joħorġu verament ikunu kapaċi jwettqu dazzjoni, l-erba’ kumpaniji li l-permessi tal-iżvilupp għal proġett bħal dan b’effiċjenza, ħadu sehem fl-ewwel stadju dan il-proġett, għadu xejn mhu b’sostenibilità u bl-ogħla livelli kellhom ċans jissottomettu deċiż u l-ebda ftehim ma jkun ta’ sigurtà. l-oġġezzjonijiet tagħhom għal iffirmat. Erba’ kumpaniji u konsorz- din ir-rakkomandazzjoni. Filji minn pajjiżi differenti ssot- fatt, meta għalaq il-perjodu Kif se jkompli l-proċess? tomettew il-PQQ biex daħlu f’dan il-proċess. Minkejja li ilu għadIt-tagħrif li taw ġie dej diversi snin u saru evalwat fuq kriterji ħafna tħejjijiet u studstabbiliti minn qabel ji, il-proċess tal-għażla Qabel jitlestew it-tliet stadji fix-xhur li għaddew tista’ tgħid li għadu jibu joħorġu l-permessi għal dan ħalli dan ix-xahar da. Jonqos żewġ stadji ħarġet l-ewwel rakko- il-proġett, għadu xejn mhu deċiż oħrajn. Meta jkunu mandazzjoni li tgħid li kkunsidrati l-appelli li konsorzju wieħed biss jidher li tal-appell ftit tal-jiem ilu, tnejn saru fl-aħħar jiem, ikun jista’ laħaq il-kriterji stabbiliti biex minnhom hekk għamlu. Dan jibda t-tieni stadju tal-proċess. jimxi għall-istadji li jmiss ta’ ifisser li wara s-smigħ ta’ dawn L-offerenti li finalment jgħaddu dan il-proċess tal-għażla. l-appelli, ir-rakkomandazzjoni mill-ewwel proċess jidħlu f’dak finali dwar liema mill-offerenti li jissejjaħ Invitation to ParticiJiġifieri jekk ġie rakkomandat se jgħaddu għall-pass li jmiss pate in Dialogue (ITPD). wieħed biss, l-għażla hi diġà tista’ tinbidel. Hawnhekk il-parteċipanti fatta? Minbarra hekk, ir-rakko- jridu jissottomettu pjani mandazzjoni ma tfissirx li tekniċi dettaljati tal-istruttura Le, xejn minn dan. Il-Bord l-Gvern hu marbut li jqabbad proposta minnhom għall-mina, għamel rakkomandazzjoni u lill-offerent rakkomandat għax kif ukoll dwar l-implimentazzmhux deċiżjoni. L-ewwel nett, qabel ma jitlestew it-tliet stadji joni, l-operat u l-manutenz-

joni tagħha kemm-il darba jingħataw il-konċessjoni biex iwettquha. Kull parteċipant jiġi mistieden għal taħditiet biex jispjega l-proposta tiegħu littim tal-evalwazzjoni li se jkun qed janalizza kull proposta. Wara li jkunu ċċarati l-pjani tekniċi ta’ kull offerent, il-proċess tal-għażla jgħaddi għall-istadju tal-Best and Final Offer (BAFO). Il-parteċipanti li jkunu ħadu sehem fit-tieni stad­ju tal-ITPD jintalbu jagħmlu l-proposta finali tagħhom għall-proġett. Din trid tinkludi offerta dettaljata kemm mil-lat tekniku kif ukoll finanzjarju. Ikun hawn li t-tim tal-għażla jirrakkomanda d-deċiżjoni finali dwar liema tkun l-aħjar offerta skont il-kriterji stabbiliti. Xi studji qed isiru? L-għażla tal-kuntratturi għallmi­na bejn Malta u Għawdex mhux qiegħda ssir kif ġieb u laħaq. Fil-fatt, Infrastructure Malta qed tadotta proċess mill-aktar rett u dettaljat biex tiżgura li l-għażla finali tkun l-aktar waħda sostenibbli u sigura, u li tkun imwieżna minn studji xjentifiċi li jaċċertawna li din l-infrastruttura jkollha l-aqwa benefiċċji u l-inqas konsegwenzi possibbli fuq pajjiżna. Dan se jkun l-akbar proġett li qatt sar f’Malta, tant li ilu jiġi ppjanat u studjat minn awtoritajiet u entitajiet differenti għal aktar minn 10 snin. Filwaqt li għaddej il-proċess tal-għażla, timijiet ta’ esperti ilhom għal dawn l-aħħar snin


09

03.10.2021

L-għażla tal-kuntrattur/i għall-mina fil-fliegu qed issir bi proċess mill-aktar rett u dettaljat bil-għan li d-deċiżjoni finali tkun sostenibbli u sigura, imwieżna wkoll minn studji xjentifiċi li jaċċertaw l-aqwa benefiċċji għall-pajjiż għaddejjin b’diversi studji, li wħud minnhom ġew konklużi diġà u ġew ippubblikati. Fosthom hemm studji ġeoloġiċi u ġeofiżiċi li saru fuq kampjuni tal-blat li tħaffru minn fuq l-art u minn qiegħ il-baħar miż-żona fejn tista’ ssir il-mina, studji dwar l-andament tat-traffiku, kif ukoll stħarriġ ieħor xjentifiku fuq l-art u f’qiegħ il-baħar. Saru wkoll disinji preliminari ta’ kif tista’ tkun il-mina, li se jkollha korsija f’kull direzzjoni, korsija oħra t’emerġenza u diversi miżuri oħrajn ta’ sigurtà, fuq rotta ta’ 14-il kilometru. Tim ta’ esperti indipendenti approvati mill-awtoritajiet tal-ambjent u l-ippjanar qed jagħmlu wkoll studju estensiv dwar l-impatt ambjentali (EIA) tal-proġett. Dan jinkludi analiżi xjentifika tal-impatti kollha possibbli li jista’ jkollu l-proġett, fosthom dawk fuq il-baħar, fuq il-ħajja naturali fl-inħawi, fuq l-arja, fuq l-agrikoltura, fuq ilwirt storiku u ħafna u ħafna aspetti oħrajn. Għaliex ma sarux l-istudji l-ewwel, u mbagħad morna biex nagħżlu l-kuntratturi? Kieku sar hekk, pajjiżna kien ikun qed iwettaq studji nofs leħja b’mod irresponsabbli. Ħafna mill-istudji li qed isiru ma jistgħux jiġu konklużi qabel ikun hemm rakkomandazzjoni finali dwar liema kuntratturi se jiddisinjaw, jibnu u joperaw il-mina. Ikun biss f’dan l-istadju li nkunu nafu x’inhi l-proposta

teknika finali, bil-pjanti kollha meħtieġa, u għalhekk, ikun biss f’dak l-istadju li l-istudji dwar l-impatti ambjentali, soċjali u ekonomiċi tal-proġett jistgħu jiġu konklużi b’mod serju. Fi ftit kliem, ma tistax tistudja proġett b’mod sħiħ qabel ikollok id-dettalji kollha tiegħu. Bil-metodu li qed issegwi Infrastructure Malta, l-istudji se jiġu ffinalizzati wara li jkun hemm proposta finali. B’hekk, l-esperti indipendenti minn oqsma differenti jkunu jistgħu jikkunsidraw l-ispeċifikazzjonijiet kollha tad-disinn li jkun intagħżel sal-inqas dettall. Meta jitlestew l-istudji u l-proċess tal-għażla xi jkun jonqos? Kollox ikun għadu jrid jiġi deċiż. Ladarba nlestu l-istudji u l-proċess tal-għażla, l-istudji kollha li qed isiru jew għadhom iridu jsiru jiġu ppubblikati għall-konsultazzjoni pubblika u jiskatta l-proċess tal-ippjanar stabbilit biex l-awtoritajiet tal-ambjent u tal-ippjanar finalment jieħdu deċiżjoni finali dwar jekk dan il-proġett jitwettaqx jew le. Dan il-proċess jimxi fuq l-istess binarji ta’ kull żvilupp ieħor, fejn il-pubbliku u l-għaqdiet, kunsilli lokali u entitajiet oħrajn jiġu mistiedna jagħtu l-fehmiet tagħhom u jieħdu sehem b’mod attiv anke fil-laqgħat li jwasslu għad-deċiżjonijiet finali mill-bordijiet tal-Awtori­ tà tal-Ippjanar u tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.


10

03.10.2021

TITJIB FIŻ-ŻONI INDUSTRIJALI LOKALI Is-Central Business District fl-Imrieħel qed jingħata ħajja ġdida bit-tlestija ta’ xogħlijiet industrijali wara nuqqas ta’ iżjed minn 25 sena, b’investiment ta’ madwar €12-il miljun. F’kummenti lil din il-gaz­zet­ ta, il-Ministru Silvio Schembri qal li “l-ħolma li qed inwettqu hi li qed nagħmlu mill-Imrieħel żona ta’ kummerċ u negozju mmexxija b’mod professjonali għal operat b’saħħtu u ta’ tkabbir, fejn in-negozji u l-ħaddiema għandhom punt ta’ referenza. Dan il-mudell kien suċċess, tant li beda proċess biex nestendu dan il-mudell fuq żoni oħra,” qal il-Ministru Schembri. Il-Ministru feraħ lis-Central Business District Foundation, li hija komposta minn membri tal-Gvern u operaturi privati u mmexxija mis-CEO Keith Fenech, li temmet l-ewwel żewġ fażijiet minn tlieta ta’ dan ix-xogħol ta’ titjib, ħames snin

qabel id-data prevista. Il-Ministru Schembri spjega li l-kontribuzzjoni ta’ dan il-proġett lejn l-ekonomija huwa wieħed sinifikanti, hekk kif iżjed minn 270 negozju privat, li fil-maġġoranza tagħhom huma industriji żgħar, joperaw mis-Central Business District b’iżjed minn 100 attività kummerċjali differenti. Din iż-żona tkopri art daqs tal-Belt Valletta, in-numru ta’ impjegati jlaħħaq iżjed minn 12,000 u bl-iżvilupp li qed isir huwa stmat li l-attività kummerċjali f’din iż-żona se tiżdied b’madwar 50% sas-sena 2022, u se toħloq mijiet ta’ opportunitajiet ta’ impjiegi ġodda fi ħdan l-operaturi. Il-Ministru saħaq li, minkejja li din hija żona industrijali, wieħed fehem li mażżmien żdiedu wkoll ir-residenti fil-viċinanzi u għalhekk sar investiment fi proġetti li jtejbu s-sigurtà, l-indafa, it-traffiku u

Il-Ministru jilqa’ l-ewwel żewġ fażijiet ta’ xogħlijiet fis-Central Business District li jospita 270 negozju privat l-ispazji pubbliċi. Spjega li fost il-proġetti kompluti fl-ewwel żewġ fażijiet, wieħed isib: • ’il fuq minn 13,000 metru kwadru ta’ tarmak, tiswijiet f’diversi bankini u parkeġġi li jinsabu fit-toroq; • parkeġġ u pjan tat-traffiku li jinkludi ftuħ ta’ toroq ġodda, servizz tat-trasport pubbliku ġdid, kif ukoll parkeġġ tempo­ ranju. Infetħu wkoll diversi toroq ġodda li gawdew minnhom ir-residenti ta’ Ħal Qormi, b’nefqa ta’ ’l fuq minn €3.8 miljun mill-Gvern ċentrali, waqt

li għaddej xogħol fuq triq li minnha se jibbenefikaw ir-residenti ta’ Santa Venera. Sar ukoll irranġar u titjib fil-kwalità ta’ żewg junctions prinċipali li jservu ta’ dħul u ħruġ mis-Central Business District;

• wara investiment ta’ kważi €850,000, illum iż-żona għandha madwar 400 lampa LED; • b’€160,000 tpoġġew katu­ si ġodda ħalli l-ilma tax-xita jgħaddi mingħajr xkiel u jibqa’ sejjer fis-sistema nazzjonali tal-għargħar; • żona abbandunata nbidlet fi ġnien pubbliku b’investiment ta’ €650,000 oħra, li qed jitgawda mill-ħaddiema u r-residenti fl-inħawi ta’ Birkirkara; • pulizija tal-komunità għal iżjed sigurtà fiż-żona; • ġbir ta’ ’l fuq minn 3,100 tunnellata ta’ skart; • saru tabelli ġodda b’ismijiet tat-toroq u mapep kbar f’postijiet strateġiċi li jindikaw il-ħames żoni; u • branding taż-żona u kodiċi postali. Ix-xogħol għaddej b’iżjed pro­ġetti u l-pass li jmiss hu li jsir studju fuq pjan strateġiku fit-tul ħalli ż-żona jkollha viżjoni għall-10 snin li ġejjin.

Il-mudell tax-xogħlijiet fis-Central Business District tant kien suċċess, li beda proċess biex nestenduh f’żoni oħrajn


03.10.2021

11

Waqt l-interventi tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela fil-laqgħat tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi organizzati fostna din il-ġimgħa

ESPERJENZA TA’ SUĊĊESS GĦALL-S&D Erbat ijiem ta’ laqgħat f’pajjiżna mill-grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi ntemmu b’suċ­ ċess wara li matulhom ġew dis­kussi diversi temi ta’ interess għall-popli Ewropej u din il-familja politika li l-Partit Laburista Malti hu affiljat magħha. L-għażla tal-S&D li l-grupp tal-Membri Parlamentari Ewropej tiegħu jiltaqa’ f’pajjiżna kienet waħda sinifikattiva. Iratxe García Pérez, il-President tal-Grupp stess, mhux biss innotat li wara tmien snin dawn il-laqgħat ħarġu minn Brussell, iżda wkoll riedu jiġu hawn speċifikament biex jagħtu s-sostenn lir-riformi pożittivi li qed imexxi l-Gvern Malti. L-attivitajiet kollha ġew organizzati fiċ-Ċentru għall-Konferenzi ta’ Dar il-Mediterran. Minn sessjoni ta’ mistoqsija u tweġiba mal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela għal sessjoni maċ-ċittadini u ż-żgħażagħ dawn l-erbat ijiem raw djalogu miftuħ u diskussjonijiet interessanti bil-prinċipji komuni tal-ugwaljanza, il-ħarsien tal-ambjent, ix-xogħol u d-drittijiet għal kulħadd ikunu fost it-temi fuq l-aġenda. Il-Membru tal-Parlament Ew­ropew Alex Agius Saliba, li kien qed jikkordina dan l-avveniment, esprima sodis­ fazzjon għall-fatt li dawn illaqgħat seħħew f’pajjiżna. “Bħala membri tal-grupp dawn huma laqgħat importanti qabel sessjonijiet tal-Parlament Ewropew. Kienu laqgħat li ħallew il-frott fejn iddiskutejna l-politika tagħna għaż-żmien li ġej. Fuq kollox erġajna wrejna kemm il-Partit Laburista huwa membru importanti fil-grupp tal-S&D u fiż-żmien li ġej il-ħidma u l-kollaborazzjoni bejnietna se tkompli tiżdied,” tenna d-Deputat Ewropew Malti.


12

03.10.2021

NIPPROTEĠU DAK LI JSAWWAR LIL PAJJIŻNA

AMANDA SPITERI GRECH Kandidata fit-2 u r-4 Distrett

X’inhu dak li jagħmel lil pajjiżna dak li hu? Wieħed jista’ jsemmi bosta fatturi. Lil ħafna jiġuhom f ’moħħhom affarijiet b’rabta mal-kultura bħall-festi li jikkaratterizzaw is-sajf tagħna. Oħrajn isemmulek il-ġmiel naturali ta’ din l-art f ’nofs il-Mediterran. Oħrajn jgħidulek ir-riċetti ta’ ikel tradizzjonali li ma jagħmlu xejn għajr jitjiebu hekk kif minn ġenerazzjoni għall-oħra jkomplu jiġb-

ru l-familji madwar il-mejda tal-ikel. Iżda, jekk tiġbor dan kollu fiċ-ċentru ta’ dak li jagħmel lil Malta dik li hi hemm in-nies. Il-Maltin u l-Għawdxin li bil-bżulija, bil-karattru solidali u bil-qlubija li writna minn missirijietna ngħixu u niżviluppaw dan il-pajjiż. Dan ifisser ukoll li huma t-tfal tal-lum li ser isawru lil Malta tagħna għada. Iżda, pajjiżna mhuwiex jitlaqhom għal riħhom. Sa minn età żgħira l-Istat joffri edukazzjoni b’xejn lil kull tifel u tifla. Jagħtik garanzija li kull wild li ġġib f ’din id-dinja ser jingħata l-opportunità li jimxi ’l quddiem akkademikament u jagħtih l-għodda biex iwettaq il-ħolm tiegħu. Xi kultant ikollna bżonn nieqfu u naħsbu. Inħarsu lura u naraw il-mixja li mxejna biex hekk verament nevalwaw fejn wasalna. Il-progress li sar tul iż-żmien jidher sfumat fid-dawl ta’

dinja li kulma jmur tinbidel. Huwa għalhekk tajjeb li biex intejbu u nġeddu b’għaqal, inħarsu lejn il-passat b’għajn oġġettiva u li ma tostorx in-nuqqasijiet. Filwaqt li f ’pajjiżi oħra madwar id-dinja meta żagħżugħ jidħol fid-dinja tax-xogħol jibda jistinka minnufih biex bil-mod ilmod jaqta’ d-dejn li jkun akkumula matul is-snin biex wasal fejn xtaq akkademikament, pajjiżna mhux biss joffri edukazzjoni b’xejn iżda saħansitra assistenza fiskali permezz tal-istipendju. Dan il-Gvern saħansitra kompla jżid din l-għajnuna lil studenti li għal xi raġuni jew oħra jkollhom bżonn ċans ieħor biex jiksbu suċċess fl-istudji tagħhom hekk kif kien dan il-Gvern li beda jagħti stipendju wkoll lill-istudenti li jirrepetu xi sena. Maż-żmien l-infrastruttura edukattiva f ’pajjiżna tjiebet ukoll permezz ta’ investiment wara ieħor kemm

fi skejjel ġodda iżda wkoll rinnovar u xogħol fi skejjel li diġà kellna sabiex dawn ikunu attrezzati għall-esiġenzi tal-qasam edukattiv illum il-ġurnata. Però dan ma jfissirx li wasalna. Ifisser biss li għandna bażi soda fuq xiex inkomplu naħdmu biex b’hekk inkomplu nkabbru l-investiment fil-ġenerazzjonijiet futuri. Irridu naraw li lit-tfal tagħna ndaħħluhom f’sistema edukattiva li ma tħarisx lejhom bħala numru jew titrattahom daqslikieku qegħdin f’xi kompetizzjoni kontinwa kontra xulxin ta’ min ser iġib l-aħjar marki. Minflok, ikollna sistema edukattiva li filwaqt li toħloq rotta effiċjenti għas-suċċess akkademiku u tħejji lill-istudent għad-dinja tax-xogħol, tnaqqax fl-istudenti l-valuri l-iżjed importanti u li rridu li jsawru l-Malti u l-Għawdxi ta’ għada. L-edukazzjoni toffri garanzija li għada pajjiżna nħalluh f’idejn tajbin, idejn ulied

preparati li jmexxu lil dan ilpajjiż b’imħabba u b’għożża. Bħala omm u eks għalliema llum nifhem iżjed minn qatt qabel l-importanza li l-investiment fil-qasam edukattiv jibqa’ jevolvi. Dan għaliex huwa proċess li kulma jmur dejjem irid jara li jsirulu l-aġġornamenti meħtieġa. Irrid nara li jiżdied ukoll l-apprezzament lejn ix-xogħol tal-għalliema. Naf li filwaqt li huwa xogħol li joffri sodisfazzjon kbir iġib miegħu wkoll ħafna ħidma li mhux dejjem tiġi apprezzata. Irridu kulma jmur naħdmu għal sitwazzjoni fejn l-Istat, l-għalliema u l-istudenti jiksbu b’mod ugwali mis-sistema edukattiva ta’ pajjiżna. Huwa b’hekk biss li jista’ jkollna l-garanzija li pajjiżna jibqa’ jkun l-art tal-opportunitajiet ġodda. Garanzija li pajjiżna jibqa’ jiżviluppa u jaġġorna ruħu maż-żminijiet. Iżda, fuq kollox ikollna garanzija li ma nitilfu qatt dak li jagħmel lil pajjiżna dak li hu.


13

03.10.2021

EKONOMIJA QRIB IN-NIES

SILVIO SCHEMBRI Ministru

L-ekonomija ta’ ġid għal kulħadd. Dan jirnexxilna nagħmluh għaliex qatt ma nibżgħu mill-isfidi li ż-żminijiet li nkunu għaddejjin minnhom, ikunu qegħdin iġibu magħhom. Il-memorja għadha friska ta’ meta faqqgħet pandemija li d-dinja qatt ma kienet rat bħalha u jsejjaħli l-Prim Ministru Robert Abela sabiex jgħidli li minn wieħed kull erbgħa hemm ċans serju li jista’ jitlef ix-xogħol, 50,000 impjegat kellhom il-ħobża ta’ kuljum tagħhom fil-periklu. Wegħedna li ser inkunu hemm għalikom, sabiex insalvaw in-negozji u l-impjiegi għaliex emminna fir-reżiljenza tal-ekonomija Maltija. Kull darba li wegħedna xi ħaġa għamilnieha u hekk reġa’ sar.

Investiment ta’ iżjed minn €900 miljun fil-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika ra fisseħħ miżuri li għamlu d-differenza kollha bħal dawk ta’ għajnuniet fil-kirjiet u l-Covid Wage Supplement. Għal darba darbtejn ħriġna l-vouchers tal-€100. Il-konsumatur baqa’ bil-fiduċja tiegħu fil-konsum tal-prodott lokali u min iħaddem, fehem li dan għandu Gvern ta’ spalla miegħu u għalhekk seta’ jżomm il-ħaddiema tiegħu. Illum, qegħdin f’sitwazzjoni fejn r-riżultati ekonomiċi tagħna ġew innutati minn aġenziji ta’ kreditu internazzjonali, mill-Bank Ċentrali ta’ Malta u mill-International Monetary Fund. Fl-aħħar jiem kellna f’pajjiżna lill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von Der Leyen li wkoll innutat ix-xogħol qatigħ li qed iġib bosta riżultati. Fost il-frott li qed jinqata’ nsibu li l-qgħad kompla jonqos għal livelli rekord. Din is-sitwazzjoni tgħin biex inkomplu nħejju l-futur ta’ pajjiżna flimkien fejn niffokaw kif il-ħaddiem jibqa’ fiċ-ċentru tat-tfassil tal-politika tagħna. B’hekk ilbaġit li ġej se jerġa’ jkun ieħor mingħajr taxxi. Ser inkomplu nġeddu Malta flimkien biex noffru kwalità ta’ ħajja aħjar. Però nemmnu li minkejja dak

kollu li wettaqna flimkien, hemm aktar x’nagħmlu. Tiġdid li se nwettquh bil-qalb soċjali li tħaddem din l-amministrazzjoni Laburista. Min-naħa tiegħi ser nibqa’ impenjat li nkun ta’ sostenn għall-industrija sabiex din tkompli tkun ta’ sostenn għallħolqien ta’ impjiegi ġodda u għal titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol eżistenti. Fost il-proġetti li ħabbarna fl-aħħar ġimgħat insibu l-investiment multimiljunarju minn De La Rue li se jwassal biex Malta tospita l-ikbar impjant li għandha din il-kumpanija internazzjonali fil-portafoll tagħha. L-Aġenzija INDIS Malta kienet ta’ appoġġ għal din il-kumpanija permezz ta’ allokazzjoni ta’ spazju ta’ iżjed minn 12,500 metru kwadru sabiex tkun tista’ tkabbar l-operat tagħha.

Fil-fatt, investiment ieħor li ħabbarna fl-aħħar ġimgħat huwa dak ta’ €3 miljun f’impjant industrijali ġdid f’Ħal Far li jimmanifattura strutturi tal-ħadid. Allokazzjoni ta’ medda t’art ta’ 3,500 metru kwadru minn INDIS Malta lill-kumpanija General Maintenance Ltd. Iż-żieda fid-domanda tax-xogħol li l-kumpanija ser tkun tista’ tidħol għaliha fuq livell lokali u internazzjonali ser twassal għall-ħolqien ta’ impjieġi ġodda. Kommess li nibqa’ ta’ spalla fit-tkabbir tal-manifattura f’pajjiżna u rrid nassigura li l-ispazju allokat għall-industrija lokali jkun utilizzat bl-aqwa mod u jwassal għal ħolqien ta’ karrieri ġodda. F’dan ir-rigward, bħalissa INDIS Malta għaddejja b’ħidma li se twassal għal titjib tat-toroq fiż-żoni in-

Fost il-frott li qed jinqata’ nsibu li l-qgħad kompla jonqos għal livelli rekord. Din is-sitwazzjoni tgħin biex inkomplu nħejju l-futur ta’ pajjiżna flimkien fejn niffokaw kif il-ħaddiem jibqa’ fiċ-ċentru tat-tfassil tal-politika tagħna

dustrijali ta’ Ħal Luqa, Ħal Far, Bulebel, il-Marsa, Kordin u San Ġwann. Ħidma oħra għaddejja pari passu hija dik mis-Central Business District Foundation li b’appoġġ sħiħ mill-Gvern ċentrali u operaturi privati f’terminu ta’ 5 snin, diġà tlesta xogħol ta’ titjib industrijali fiż-żona, li ra investiment ta’ madwar €12-il miljun. Xogħol li kien ilu fin-nuqqas tiegħu għal iżjed minn 25 sena! Determinat li l-ħidma tagħna tibqa’ waħda mhux biss fl-interess tal-pajjiż iżda li tkun ukoll qrib il-bżonnijiet tal-komunitajiet fosthom li nassiguraw pulmun aħdar fl-irħula tagħna. Sa din il-ġimgħa stess, ħabbarna ġnien ġdid fil-Wied ta’ Ħal Qormi b’investiment ta’ €1 miljun. Wara li smajt it-talbiet tar-residenti, il-ħolma tal-Qriema se ssir realtà. Dan il-ġnien se joffri fost oħrajn running track u post għal rikreazzjoni. Dan permezz ta’ ftehim li ġie ffirmat bejn ilLands Authority, WasteServ u l-NDSF, li minnu se jgawdu wkoll lokalitajiet oħra madwar Malta u Għawdex. Huwa dan u aktar li pajjiżna rnexxielu joħloq u se jibqa’ joħloq, grazzi għall-Gvern li jmexxi b’għaqal, b’deċiżjonijiet konsistenti li jġibu l-interess tal-benesseri tal-poplu tagħna l-ewwel u qabel kollox.

LAQGĦA TAL-S&D F’MALTA B’SUĊĊESS

ALEX AGIUS SALIBA Membru Parlamentari Ewropew

Matul din il-ġimgħa, f’pajjiżna saret l-ewwel laqgħa esterna tal-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi wara ħafna snin ta’ nuqqas. Kienet opportunità tajba ħafna għall-familja politika li nifforma parti minnha jien biex inkomplu noħorġu mill-effetti tal-pandemija u niltaqgħu lkoll flimkien biex niddiskutu l-politika li tagħmilna dak li aħna. Iżda fuq kollox, din kienet laqgħa li serviet biex niddisku-

tu l-viżjoni tagħna bħala Grupp u d-direzzjoni li rridu nieħdu fuq diversi temi topiċi u ta’ interess fuq livell Ewropew. Minbarra li kienet ġimgħa importanti għall-Grupp, din kienet opportunità importanti għal pajjiżna biex ikompli juri l-valuri li jħaddan u x-xogħol kbir li qed iwettaq il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela, xogħol li fuq kollox qiegħed jiġi rikonoxxut internazzjonalment. Qed naraw kif ġimgħa wara l-oħra din il-ħidma u r-riformi kbar li qed isiru, flimkien mal-progress li sar f’oqsma varji, qed ikunu rikonoxxuti u pajjiżna qed ikun imfaħħar. Dan kien is-sentiment ta’ ħafna mill-kollegi Ewroparlamentari li kelli ċ-ċans nitkellem magħhom matul din il-laqgħa u li esprimew ruħhom dwar dan. Kellhom kliem ta’ tifħir għall-mod li bih il-Gvern Malti qiegħed jaħdem bla heda biex ikun Gvern b’saħħtu għan-nies u tan-nies, u biex jieħu passi importanti li qed iwasslu għal

riformi maġġuri f’bosta oqsma. Pajjiżna qed jiġi meqjus bħala mudell għal Stati Membri oħra fil-mod li bih għandhom jitmexxew riformi leġiżlattivi biex jissaħħu l-istituzzjonjiet u s-saltna tad-dritt, u fir-rigward tal-politiki soċjali li għandu. Kien ċans importanti biex nuru lil wieħed mill-akbar gruppi fil-Parlament Ewropew li pajjiżna għandu Gvern b’saħħtu, u li huwa ddeterminat li jagħmel dak kollu meħtieġ. Fuq kollox l-iktar ħaġa importanti li esprimew bosta kollegi kienet dwar kif pajjiżna qed jirnexxilu jdawwar episodju ikrah f’opportunità biex juri kemm verament għandu l-valuri Ewropej għal qalbu. Diskussjoni importanti matul din il-laqgħa li wkoll kelli sehem attiv fiha jien kienet dik dwar il-futur tal-Ewropa, fejn tkellimna dwar il-ħsibijiet talGrupp fuq l-Unjoni Ewropea t’għada, fuq l-isfidi u l-opportunitajiet li għandna quddiemna u aktar minn hekk, dwar l-irwol li għandu jkollna bħala Unjoni

fuq livell globali. B’mod speċjali jien tkellimt fuq it-tranżizzjoni diġitali u l-importanza li fil-proċess ta’ din il-qalba nagħtu prijorità lill-ħaddiema tagħna, li naraw li ħadd ma jitħalla jaqa’ lura u kulħadd ikun protett. Fuq kollox din it-tranżizzjoni hija ta’ importanza kbira sabiex nassiguraw li jkollna ekonomija Ewropea aktar sostenibbli u reżiljenti li tagħtina wkoll saħħa fuq livell internazzjonali. Kienet sessjoni interessanti aktar u aktar minħabba li kienet l-ewwel diskussjoni oranizzata mill-Grupp fil-kuntest tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, li kienet miftuħa u fiha kellna ċ-ċans nisimgħu x’kellhom xi jgħidu ċ-ċittadini. Ħadt pjaċir nara l-involviment ta’ nies ġejjin minn mixjiet differenti talħajja, inkluż bosta żgħażagħ li semmgħu leħinhom. Aħna qegħdin fil-politika għal dan ilgħan, biex ikollna ċ-ċans li nisimgħu lin-nies u naħdmu biex nagħtu prosperità u opportuni-

tajiet aħjar għall-futur. Avvenimenti bħal dawn jinvolvu ħafna xogħol ta’ tħejjija, mhux l-inqas fir-realtajiet ġodda li qed ngħixu fihom matul il-pandemija, u nistqarr li kienet sfida eċitanti għalija li kont qed nikkordina din illaqgħa f’pajjiżna. Però, ninsab ferm sodisfatt li kollox mar kif pjanat u l-laqgħat li kellna tmexxew b’suċċess. Sodisfatt li flimkien mat-tim tiegħi u mas-segretarjat tal-Grupp tas-Soċjalisti ħejjejna erbat ijiem mimlija b’diskussjonijiet interessanti, u fuq kollox tajna lill-Membri Parlamentari tagħna l-kuntatt reali li konna ilna ħafna neqsin minnu, u l-opportunità li jitkellmu mal-Gvern Malti u mal-Prim Ministru Robert Abela. Fuq kollox ninsab ferm sodisfatt li pajjiżna ġie magħżul biex jospita din il-laqgħa għaliex minnha nnifisha, din id-deċiżjoni kienet sinifikanti u hija turija ta’ fiduċja u appoġġ sħiħ lejn il-Gvern Laburista f’pajjiżna.


14

03.10.2021

KONTRIBUT KBIR EKONOMIKU SA

VERŻJONI A Trakka għal avvenimenti internazzjonali 1,938 metru Tkompli minn paġna 1 L-assessjar jisħaq li, fil-fażi ope­ razzjonali tiegħu, il-proġett mistenni jattira lejn Malta għadd ta’ turisti u viżitaturi internazzjonali. Dan minbarra li hu meqjus li l-komunità tat-tlielaq u l-motorsport f’pajjiżna tlaħħaq bejn 20,000 u 30,000 per­suna. “Din il-komunità se tiġġenera nfiq totali ta’ madwar €4.2 miljun fl-ewwel sena ta’ operaz­zjoni u tiżdied b’rata ta’ inflazzjoni ta’ 2% kull sena. Dan hu konsistenti mal-ingaġġ dirett ta’ 45 persuna fl-attività, kif joħroġ mill-istudji tekniċi għal dan il-pro­ġett,” jisħaq l-istudju eko­nomiku. Il-proġett se jkollu kontribuzzjoni ekonomika pożittiva f’termini ta’ valur miżjud u impjiegi kemm fil-fażi inizjali kif ukoll fis-snin ta’ tħaddim tat-trakka. Il-proġett mistenni jiġġenera valur miżjud medju kull sena ta’ €1.9 miljun b’mod dirett fil-fażi ta’ kostruzzjoni, li jitilgħu għal €3.4 miljun meta jitqiesu l-effetti indiretti u €4.9 miljun meta jingħaddu wkoll l-effetti multiplikanti involuti. Fl-istess fażi ta’ kostruzzjoni madwar 52 impjieg dirett mistennija jinħolqu, li jiżdiedu għal 95 bl-impjiegi indiretti u 131 b’impjiegi addizzjonali. Wara t-tlestija tiegħu, ilproġett mistenni jiġġenera medja annwa­li ta’ €2 miljun f’valur miżjud fl-ekonomija, li jiżdiedu għal kważi €3 miljun bl-effetti indiretti u €4.3 miljun meta jitqiesu l-effetti addizzjonali. F’termini ta’ impjiegi, l-ope­ rat tat-trakka l-ġdida se joħloq medja ta’ 45 impjieg full-time, li jiżdiedu għal 63 bl-effetti indiretti u 88 b’mod addizzjona­li. Fit-tħabbira tal-proġett nhar

it-Tnejn, il-Prim Ministru qal li “qed inpoġġu l-isport fuq nett tal-aġenda talGvern għax fis-snin li ġejjin irridu nagħmlu kisbiet li qatt m’għamilna qabel u nidħlu għal proġetti li ilhom mistennijin is-snin.” Hu insista li b’din il-wegħda oħra mwettqa b’għaqal, li twassal għal 95% tal-miżuri sportivi impli­mentati mill-manifest elettorali, se nassiguraw li ġenerazzjonijiet futuri ta’ Maltin u Għawdxin jaspiraw li jkunu sportivi ta’ karriera. Duncan Micallef, Pre­sident tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport, li kien preżenti, ukoll tenna li dan il-proġett tal-ogħla livell hu r-riżultat ta’ koperazzjoni bejn il-Gvern u d-dilettanti u se jwassal biex Malta jkollha aktar champions internazzjonali f’dan l-isport. Hu ħabbar ukoll li jekk ix-xogħlijiet fuq it-trakka tad-drag racing jitlestew sas-sena d-dieħla, f’April tal-2023 Malta tkun qed tospita l-kampjonat Ewropew tad-drag racing. F’messaġġ imwassal waqt it-tnedija uffiċjali tal-proġett,

Is-Segretarji Parlamentari Clifton Grima u Alex Muscat il-President tal-FIA Jean Todt laqa’ l-impenn tal-Gvern Malti li jwettaq din il-ħolma għad-dilettanti Maltin u wiegħed l-appoġġ tal-federazzjoni internazzjonali tal-motorsport fit-twettiq tagħha. Is-Segretarju Parlamen­tari għall-Is­port, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima saħaq dwar kif iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Motorsport f’Ħal Far se jkun qed jassigura li jsaħħaħ id-drag racing u l-karting li diġà huma eżistenti, filwaqt li jinbena ċirkwit biswit dawn l-istess faċilitajiet. Hu qal ukoll li ser isir upgrade tal-faċil-

itajiet ezistenti tad-drag racing u l-karting fejn permezz tal-investiment li se jsir, diġà hemm kommessi avvenimenti internazzjonali f’pajjiżna. Sadanittant l-istudji fuq il-pjanti tat-trakka jindikaw li din se tkun tista’ tintuża f’erba’ verżjonijiet għal kompetizzjonijiet differenti fit-tlielaq tal-karozzi u l-muturi. Fl-itwal verżjoni tat-trakka, hu kkalkulat li dawra ta’ kważi 2,000 metru bi 12-il kurva ssir f’inqas minn minuta b’veloċità medja ta’ 117-il kilometru fissiegħa. Minkejja dan, fid-dritta tal-korsa, li se tkun twila 472 metru, kapaċi tintlaħaq veloċità massima ta’ 216-il kilometru fissiegħa. L-investiment se jitgawda minn dilettanti ta’ tlielaq talkarozzi u muturi f’kampjonati nazzjonali, reġjonali u internazzjonali, avvenimenti tad-drifting, testijiet u taħriġ għal kompetituri u entużjasti tal-motorsport, ittestjar u tnedija ta’ karozzi ġodda, faċilità għal taħriġ fis-sigurtà fit-toroq u avvenimenti oħrajn rikreazzjonali.

a

68 km/h (min)

BREAK POINT 147 km/h (max) brake 37m

76 km/h (min)

BREAK POINT 181 km/h (max) brake 69m


15

03.10.2021

A MILL-FAŻI INIZJALI

VERŻJONI B

Trakka għal avvenimenti iżgħar 1,274 metru

VERŻJONI Ċ

VERŻJONI D

Trakka għal drifting #1 726 metru

Trakka għal drifting #2 447 metru

Tul (massimu):

1,938 metru Ħin (lap):

58.45 sekonda Veloċità (medja):

117.34 km/h BREAK POINT 102 km/h (min)

BREAK POINT

216 km/h (max) brake 97m

199 km/h (max) brake 40m

73 km/h (min)

BREAK POINT 180 km/h (max) brake 58m

80 km/h (min)


16

03.10.2021

PARTIT FIL-GVERN LI JAĦSEB F’KULĦADD

CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

Żminijiet eċitanti għall-Partit Laburista bħalissa. Ftit ġranet ilu organizza konferenza fuq erbat ijiem li matulhom f ’diversi attivitajiet bħal business breakfast, workshops u diskussjonijiet, il-Partit Laburista sema’ lill-istakeholders, għaqdiet, NGOs, professjonisti u l-poplu b’mod ġenerali x’għandu xi jgħid fuq ħafna suġġetti differenti. Dan hu partit li jisma’ tassew u li dak li jisma’ mhux jinsieh imma jieħu nota, jevalwa, jiddiskuti u fl-aħħar mill-aħħar jiddeċiedi u jieħu pożizzjoni. Il-Partit Laburista jara li minn dawn id-diskussjonijiet isejjes il-viżjoni tiegħu għall-futur qrib u anki dak distint. Il-viżjoni tal-Partit Laburista tixpruna diskussjoni fuq livell nazzjonali u tqanqal lill-Gvern sabiex jevalwa u jikkunsidra proposti u inizjattivi li jkunu ħarġu minn dawn id-diskussjonijiet. Għalhekk, il-PL jibqa’ forza politika li tibqa’ tixpruna l-bidla u tibqa’ żżomm lill-Gvern fuq ponot subgħajh u b’rieda dejjiema għat-tiġdid. Għax meta tieqaf tiġġedded, tieqaf tkun relevanti, meta tieqaf tibni viżjoni bi pjan ta’ implimentazzjoni sostenibbli marbut ma’ din il-viżjoni, tibqa’ biss toħlom u twiegħed l-isħab fl-ajru. Dan ġie kkonfermat bil-fiduċja li ntweriet mill-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi Ewropej li fil-fatt għażlu lil pajjiżna sabiex jiltaqgħu din il-ġimgħa bħala grupp għall-ewwel darba barra Brussell wara tant xhur minħabba l-pandemija. L-istess fuq livell taż-żgħażagħ, bħalissa qed jitlaqqa’ f ’pajjiżna l-Kungress taż-Żgħażagħ Soċjalisti Ewropej (YES). Pajjiżna permezz tal-Partit Laburista u l-Gvern Laburista qiegħed bil-fatti jikseb appoġġ u fiduċja minn fora internazzjonali. Organizzazzjonijiet Dinjin bħall-Għaqda Dinija tas-Saħħa jiddikjaraw li Malta hija ta’ eżempju ewlieni ta’ kif pajjiż għandu jamministra r-roll out tal-vaċċin kontra l-COVID-19 u kif jimmaniġġja l-imxija nnifisha. Issa l-istennija fil-ġranet li ġejjin hija għall-11 t’Ottubru fejn se jiġi ppreżentat il-Baġit. Mhux daqstant ’il bogħod, disa’ jew għaxar snin ilu, il-Baġit kien inissel diqa jekk mhux

ukoll biża’ li ġejjin miżuri t’awsterità fuq il-poplu, jew inkella jkun eżerċizzju ta’ wegħdi u tbassir matematiku u mbagħad matul is-sena jiġu introdotti baxx baxx taxxi indiretti u xorta meta niġu għal Baġit ieħor insibu li t-tbassir matematiku ma wasal imkien u nispiċċaw b’aktar defiċit u aktar djun. Nazzarda ngħid li l-istennija pożittiva għall-Baġit teżisti biss f ’pajjiżna. Barra minn xtutna jinsabu mwerwrin mit-tħabbir tal-Baġit ta’ pajjiżhom għax jafu li se jiġu mħabbra miżuri t’awsterità u żidiet fit-taxxi. L-Oppożizzjoni Nazzjonalista trid u tixtieq tikkritika lill-Gvern Laburista fuq id-defiċit li akkumula minħabba l-miżuri li kellhom jittieħdu biex nilqgħu għall-isfidi ekonomiċi, soċjali u ta’ saħħa fuq pajjiżna u l-poplu. Tberbiq ta’ flus qalulna. Nistaqsi lill-Oppożizzjoni x’kien iżommha milli tonfoq fi żmien ta’ sfida bħal dan bla preċedent? Forsi ma kinux jagħtu l-wage supplement, il-vouchers, ma jixtrux l-apparat kollu mediku meħtieġ, ma kinux iġibu kemm jifilħu vaċċini, ma kinux isaħħu l-istaff mediku, ma kinux jgħinu sabiex l-edukazzjoni tibqa’ tingħata lil uliedna bl-inqas riperkussjonijiet possibbli? L-Oppożizzjoni titkellem u tħabbat fuq sidirha rigward l-għoli tal-ħajja. Tassew il-PN m’għandux kredenzjali sabiex jitkellem dwar l-għoli tal-ħajja. Niftakru Prim Ministru Nazzjonalista li għajjat: “Ħallihom ħa jogħlew il-prezzijiet”. Niftakru wkoll li kien Gvern Nazzjonalista li hu nnifsu kien jgħolli l-ħajja bit-taxxi indiretti u l-aktar meta għolla l-kontijiet tad-dawl u l-ilma b’mod eżorbitanti u kien jgħolli l-prezzijiet tal-fuel u l-gass kull xahar. Il-verità hija li imqar f ’Awwissu li għadda ġie rreġistrat tnaqqis fiddefiċit minkejja l-pandemija u dan hu frott ta’ Gvern għaqli. L-ammont taddħul tal-Gvern fl-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena kien għola minn saħansitra dak irreġistrat fl-istess żmien fl-2019, jiġifieri qabel il-pandemija. Madanakollu, il-Gvern ma xxaħħaħx u l-ispiża rikorrenti laħqet ċifra rekord, tliet darbiet in-nefqa li kellu l-Gvern fl-istess xhur tal-2009, meta kien affaċċja kriżi ekonomika b’miżuri ta’ awsterità u billi poġġa l-piż fuq il-familji u n-negozji. Pajjiżna biċ-ċar qed juri li diġà qed jirnexxilu jirkupra mid-daqqa ferm akbar tal-pandemija. Il-verità hija li nafu diġà li qed nistennew Baġit ieħor bla taxxi, Baġit ieħor fejn se jiżdiedu l-pensjonijiet, fejn se jiżdied l-investiment fl-edukazzjoni, fis-saħħa u fit-tisħiħ u s-sostenibiltà fis-servizzi soċjali, fil-housing u l-appoġġ lejn min hu fil-faxex l-aktar ’l isfel tas-soċjetà sabiex jinħolqu l-opportunitajiet u l-għodda ħalli kullħadd ikollu ċ-ċans li javvanza, li jtejjeb il-kwalità talħajja tiegħu u tal-familja tiegħu u jitla’ l-iskaluni tal-mobbiltà soċjali għaliex ma’ dan il-Gvern kulħadd jaf fejn hu.

Sur Editur, Illum mhux kolonna għandi bżonn, gazzetta sħiħa bis-suppliment b’kollox. Imnalla m’iniex Melda tiegħi, għax jien naf inkun konċiż. Ara marti, biex tgħidlek li ħadet bajda filgħodu tibda l-istorja minn meta marret tixtri l-bajd u ma’ min iltaqgħet u x’qalu u x’kienu lebsin u x’naf jien. Biex imbagħad is-sustanza tkun li ħadet bajda. Anki bajda għandha aktar sustanza minn dawn li jippretendu li huma l-Kinks ta’ Malta. Għal Bernie tagħhom, ta’ madwaru, ta’ kontrih imma fl-istess partit u ta’ dak li miskin li qal li qed jiġi mhedded u se jkollu jmur barra mill-pajjiż, b’kollox qed ngħid. Ħa nibda mill-faqar. Mhux il-faqar ta’ partit li huma, dik kulħadd jafha u kienet qalithieli l-qabla meta twelidt. Naħseb mal-partit tagħna kienet. Il-faqar fil-pajjiż. Mela meta għall-grazzja t’Alla tlaj­na filgvern, f’pajjiżna kien hawn xi 25% jitqiesu bħala familji vul­nerabbli, grazzi għal Eddie! Eddie! Eddie! U ta’ warajh. F’seba’ snin na­q­­­q­­as­ nieha bi kważi kwart milli kienet. U jiġi Bernie u se joqgħod jgħid li l-Gvern tagħna mhuwiex jindirizza s-sitwazzjoni tal-faqar b’politika sostenibbli. U jmorru jgiddmu difrejhom! B’ta’ saqajhom b’kollox! X’kull waħda. Dik waħda. Imbagħad hemm dik ta’ Gonzi. Dak li tajnieh tkaxkira papali fl-2013. Mar jindirizza l-anzjani tal-PeNe. Lawrence Gonzi qal lil dawk l-erbgħa li kellu quddiemu li Gvern Nazzjonalista wara l-ieħor ra li jsaħħaħ is-servizzi għall-anzjani. Ried idaħħak dan. Għax kulħadd jaf il-pensjonanti kif kienu taħt Gvernijiet tagħhom. Kellu jkun dan il-Gvern li tana d-dinjità, ibda minni u minn Melda tiegħi. Dan il-Gvern żiedna fil-pensjoni u se jerġa’ jżidna. U hemm dawk il-bonds li joħroġ għalina bħala għajnuna, u tana tal-linja b’x­ejn u saħħaħ is-servizzi kollha li hemm għalina. U m’għadniex kif konna qabel, immorru għand l-ispiżjar u l-Gvern jiġi għal għajnu għax ilpirmli kienu xalata out of stock. Issa l-istorja differenti. Anzi l-pirmli jġibhomli d-dar, ‘kk ma tridx! Ma nafx xiż-żikk mar jgħidilhom Gonzi lill-anzjani! Ma tantx għandu biex jiftaħar l-ewwel wieħed hu, kif kien jittratta lill-anzjani. Imma nsomma! U fil-laqgħa kien hemm il-pretty boy. Louis il-Galea. Tal-ħaddiema awżiljarji. Taf x’qalilhom Sur Editur? Li llum l-anzjani qed jaqtgħu l-frott ta’ dik il-viżjoni li dejjem kellhom Gvernijiet Nazzjonalisti. Ieħor dan, li kollox grazzi għan-Nazzjonalisti. Aħjar jgħaddas rasu f’xi platt sħun fuq ir-roti dan. U jħallina bi kwietna. Issa ’kk Alla jrid reġgħu qabdu bid-diska li l-Gvern tagħna ħataf il-PeeBeeEss. Kultant joħorġuha mill-arkivji tal-għanqbut li għandhom din. Dejjem l-istess diska Marija Madalena! Issa jekk kien hawn televixin tal-istat maħtuf, kulħadd jaf min ħatfu. Huma! Imlewh b’tan-NET. U malajr daħal jagħtihom palata r-Ragħaj ta’ Malta fuq din. Mela waqt quddiesa fil-Konkatidral, Arċi qal li x-xandir pubbliku għandu jippromwovi sens ta’ demokrazija permezz ta’ informazzjoni li tingħata b’mod ħieles u mhux waħda ta’ ingann. X’ried jgħid biha dan? Tgħid mhux se jgħallimna dak il-Bejrut li għandu jmexxilu l-istazzjon u l-kamra tal-aħbarijiet tat-taparsi Knisja jew! Qas jarah wiċċ Alla dak! U kulħadd jaf għal xiex. Missu jistħi u jgħid posta rużarju forsi ma tafx kif. Il-Partit Nazzjonalista għandu l-enerġija u r-rieda politika li flimkien inwettqu s-soluzzjonijiet, qalilna Bernie, Sur Editur. Iva mela. U jien l-istess għandi l-enerġija u r-rieda li nagħmel tliet kutrumbajsi mingħajr ma jfaqqa’ l-għadam. Ħallina Bernie! Bernie li jibrilla biex jgħajjat u jitgħajjar. U li għadu maħruq sallum bix-‘show of force’ ta’ Delia għax serqet l-attenzjoni mid-diskors ta’ Bernie u ħadd ma ta kas x’qal il-Kap f’attività tant importanti għall-Partit Nazzjonalista – dik tal-Indipendenza. Għal min ma semax id-diskors ta’ Bernie, u qagħad iħares lejn Delia u dawk tal-flokk iswed li kellu miegħu, don’t worry. Ma tliftu xejn. Għad-dieħla!


17

03.10.2021

OPERA IN THE CITY THE THREE TENORS Intervista mat-tenur Cliff Zammit Stevens Wara s-suċċess tal-ewwel edizzjoni ta’ Opera in the City li saret f’Diċembru 2020, l-Aġenzija Kulturali għallBelt Valletta qed tippreżenta Opera in the City: The Three Tenors – kunċert li qed jintlaqa’ b’entużjażmu liema bħalu u li l-biljetti għalih inħatfu hekk kif tħabbar. Din ser tkun lejla ta’ melodiji operistiċi magħrufa ma’ kulħadd mit-tenuri Nico Darmanin, Alan Sciberras u Cliff Zammit Stevens, akkumpanjati minn Sofia Narmania fuq il-pjanu. Wara nuqqas ta’ kunċerti fil-beraħ fil-qalba tal-Belt, l-Aġenzija Kulturali għallBelt Valletta qed toffri opportunità unika permezz ta’ kunċert mill-isbaħ, minn tliet vuċijiet meraviljużi. L-ilħna tat-tliet tenuri huma uniċi u eċċezzjonali ħafna. X’jagħmel kunċert minnkom it-tliet tenuri affaxxinanti u eċċezzjonali? Kull leħen huwa uniku u kull artist għandu kwalità speċjali li bis-saħħa tagħha jispikka wkoll individwalment. Ir-repertorju huwa wieħed tal-widna ħafna u jinkludi ħafna melodiji li huma magħrufa. Wara nuqqas ta’ kunċerti u produzzjonijiet tal-palk, aħna entużjasti bil-kbir li nerġgħu nkantaw għall-udjenza fil-Belt Val-

letta. Li jkollok tliet ilħna u mhux wieħed, ikantaw dawn is-siltiet żgur se jkompli jagħmel dan il-kunċert iżjed spettakolari. Il-Belt Valletta toffri atmosfera liema bħala u l-esperjenza li tkanta fi Pjazza Maltija, u proprju fi Pjazza San Ġorġ, hija partikolari ħafna.

aħna għandna ilħna differenti li jfisser li nistgħu nkopru ammont iżjed vast ta’ repertorju u nippreżentaw l-aqwa biċċiet għall-udjenza. Nista’ ngħid li min ser jingħaqad magħna nhar is-Sibt, se jkollu esperjenza sabiħa ħafna u din hija opportunità li mhux ta’ min jitlef.

Il-pubbliku Malti jafkom mill-irwoli li kellkom fl-opra u f ’diversi kunċerti. X’għandha tistenna l-udjenza minn dan il-kunċert?

L-Aġenzija Kulturali għallBelt Valletta qed toħloq avvenimenti artistiċi u b’mod partikolari, qed tippreżenta l-opra (bel klassiku f’ambjent sabiħ Din hija produzzjoni canto) fil-qalba tal-Belt bħalma hija Pjazza San Ġorġ tal-Aġenzija Kulturali għallkapitali. Għaliex huwa hija ħaġa mill-isbaħ sabiex Belt Valletta f’kollaboraDan il-kunċert jimmarka importanti li jsir dan? inġibu l-mużika fl-iżjed for- zzjoni ma’ FTZ Community l-ewwel prestazzjoni professma passjonali għall-pubbli- Foundation. jonali għal udjenza f’Malta Il-mużika hija lingwa uni- ku fejn tista’ titgawda minn li fiha se nkunu qed nieħ- versali u b’xi mod jew ieħor kulħadd. Il-biljetti huma b’xejn iżda du sehem it-tlieta li aħna. kulħadd jista’ jirrelata Opera in the City – The baqa’ biss l-aħħar ftit. Għal Huwa ta’ unur kbir għalija magħha. Id-dinja għaddi- Three Tenors, ser tittella’ fi aktar informazzjoni jekk li naħdem ma’ Nico Darm- et minn wieħed mill-iktar Pjazza San Ġorġ, il-Belt Val- jogħġbok ikkuntattja lill-Aġenanin u Alan Sciberras. Se żminijiet ta’ sfida fis-seklu letta, nhar is-Sibt 9 ta’ Ottub- zija Kulturali għall-Belt Valnkunu qed inkantaw uħud 21 u li norganizzaw kunċert ru, fit-8.30pm. letta fuq info@vca.gov.mt. mill-aqwa xogħlijiet miktuba minn kompożituri kbar fosthom ‘O Sole Mio’, ‘E Lucevan MIN HU CLIFF ZAMMIT STEVENS? Le Stelle’ u siltiet mit-Tosca u La Boheme, fost l-oħrajn. It-tenur Cliff Zammit Stevens ġie deskritt bħala ‘rivelazzjoni’ (Daily Express), u bħala wieħed li Ilna naħdmu ħafna sabiex juri “indikazzjoni ta’ suċċess eċċezzjonali fil-futur’ (Opera Magazine). noħolqu lejla indimentikabMatul is-snin, Cliff ħa sehem f’ħafna workshops u masters classes ma’ diversi mużiċisti bli u dan bla dubju jagħmel dan il-kunċert iżjed speċjali. famużi, inklużi Dame Ann Evans, Anna Tumowa Sintow, Edith Wiens u Delfo Menicucci. Ir-repertorju operistiku tiegħu jinkludi lil Otello Otello (Rossini), Don José La Tragédie de X’tista’ tgħidilna Carmen, Lensky Eugene Onegin, Don Ottavio Don Giovanni, Tamino Die Zauberflöte, Tebaldo dwar ir-repertorju? I Capuleti e i Montecchi, Ismaele Nabucco, Nemorino L’elsir d’amore, Beppe Rita (Donizetti), Cassio Otello u Beppe Pagliacci. Huwa wettaq tenor solos Requiem at St. Martin-in-the-Fields Ir-repertorju jvarja minn Verdi sa Tchaikovsky għal Tota’ Mozart, f’Messa di Gloria ta’ Puccini u f’Stabat Mater ta’ Rossini fil-Katidral ta’ Harrogate. sti u anki Puccini. It-tlieta li

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.


18

03.10.2021

INTI TAF VERAMENT X’INHU R-RWOL TAL-ASSOĊJAZZJONI TAL-KUNSILLI LOKALI? INFORMA RUĦEK Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Il-Kunsilli Lokali smajna bihom u għamilna użu misservizzi tagħhom, aktarx ħafna drabi. Lill-Kunsilliera tal-lokal tagħna, aktarx nafuhom sew ukoll. Smajtu bla dubju xi darba jew oħra bl-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u forsi ma timmaterjalizzawx x’inhu l-iskop tagħha eżatt u kemm hija tassew importanti. Il-ħidma hija kbira u kontinwa. Iddeċidejt li nkellem lill-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, is-Sur Mario Fava fejn tani spjega ċara tax-xogħol li din twettaq u l-viżjoni għall-futur, id f’id ma’ kull Kunsill Lokali f’Malta u f’Għawdex. Xi jfisser għalik li erġajt inħtart bħala President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali? Iffisser responsabbiltà akbar u aktar xogħol. Irrid qabel xejn nirringrazzja lil sħabi l-Kunsilliera kollha, huma min huma, li dejjem urew fiduċja fija u emmnu li l-kariga qiegħda hemm biex isservi u taħdem biex verament televa u ġġib ’il quddiem il-lokalitajiet tagħna. Inwiegħed li se nkompli naħdem bl-istess integrità, dedikazzjoni u maturità politika tul il-mandat li ngħatajt. Il-prinċipju ta’ Resident First, li huwa l-viżjoni tagħna, jibqa’ jnebbaħni fid-deċiżjonijiet li nieħu. X’inhu l-għan talAssoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali? L-Assoċjazzjoni tul dawn l-aħħar ħames snin, rat li tħejji viżjoni komuni għall-Kunsilli Lokali u r-Reġjuni kollha, sabiex il-Kunsilli Lokali ma jibqgħux biss jirreaġixxu għal dak li jiġri fil-lokalitajiet tagħhom imma jkunu aktar proattivi billi jkunu huma li jressqu ’l quddiem il-proposti għall-bidliet li jixtiequ jaraw fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom. Nemmnu li viżjoni komuni, li iżda trid tiġi implimentata skont il-bżonnijiet differenti tal-lokalitjiet, verament tista’ tħalli impatt għal titjib ta’ kwalità tal-ħajja tar-residenti. U għalhekk Res-

ident First, għaliex nemmnu li l-Kunsilli Lokali għandhom obbligu li jħarsu d-drittijiet tar-residenti tagħhom. Għaliex qed tinsisti fuq resident u mhux ċittadin? Illum kulħadd jagħraf li l-kommunitajiet tagħna saru aktar internazzjonali. Ir-residenti tal-lokalitajiet tagħna huma wkoll ċittadini ta’ pajjizi oħra li għal xi raġuni jew oħra għażlu jew sabu ruħhom f’pajjiżna. Nagħżlu din it-terminoloġija wkoll għaliex anki ċ-ċittadini Maltin, li huma residenti fi bliet u rħula differenti, jistgħu jkollhom bżonnijiet differenti. Għaliex l-esiġenzi jvarjaw minn lokal għall-ieħor. X’inhuma l-isfidi l-kbar u dawk fuq bażi ta’ kuljum? Ikollok diversi. Għandek dawk li nsejħilhom fire fighting għaliex ikunu affarijiet li jinqalgħu bla mistenni, bħal problemi ta’ skart ma nġabarx, ċerti applikazzjonijiet ma’ entitajiet jew aġenziji u oħrajn. Ikollok imma

wkoll sfidi li huma strutturali, bħal; nuqqas biex issib nies kompetenti li jkunu jridu jassumu rwol ta’ Segretarju Eżekuttiv, livell ta’ ħaddiema li jridu jaħdmu fil-qasam tal-Gvern Lokali, sfida anke għaż-żewġ partiti sabiex isibu kandidati kompetenti u li verament iridu jaħdmu għal-lokal tagħhom, ċerta apatija li tiltaqa’ magħha kuljum, deċentralizzazzjoni u awtonomija, nuqqas ta’ impenn minn ċerti individwi fil-qasam tal-gvern lokali, l-isfida

tal-iskart u l-indafa fil-lokaltiajiet, nuqqas ta’ interess mir-resident fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill tiegħu u oħrajn. Kollha huma sfidi li naħdmu fuqhom kuljum imma l-ġurnata fiha l-ammont ta’ sigħat li fiha sfortunatament, għax tajjeb infakkru li din il-kariga mhix waħda full time u anki r-riżorsi tal-Assoċjazzjoni, huma limitati, anki biex tħaddem nies ġodda. Aħna għandna biss tliet impjegati full time u Segretarju Eżekuttiv. Kultant niskanta li

nagħmlu dak li jsir. Xi proġetti hemm ippjanati? Kif spjegajtlek, l-Assoċjazzjoni nediet viżjoni lura fl2019. Viżjoni li hija bbażata fuq erba’ pilastri ewlenin; Mobbiltà Sostenibbli, Ambjent Urban, Spazji Miftuħa u Bliet Intelliġenti. Kull wieħed minn dawn il-pilastri jinqasmu f’24 qasam ieħor fosthom; it-tindif, l-infurzar, last mile transportation, walkabilty, EV infrastructure, parking u

Nemmnu li viżjoni komuni, li iżda trid tiġi implimentata skont il-bżonnijiet differenti tal-lokalitjiet, verament tista’ tħalli impatt għal titjib ta’ kwalità tal-ħajja tar-residenti


19

03.10.2021

Mario Fava

L-Assoċjazzjoni u jien personalment, naħdmu mal-Kunsilli u mal-Kunsilliera kollha b’mod miftuħ. Qatt ma ddefendejt Sindku jew Kunsillier li naqas. Dan jagħtik kredibbiltà

dritt li jkollhom fejn jilagħbu fil-lokalità tagħhom bla ma jkollhom bżonn il-ġenituri jsuquhom għal lokal ieħor bil-karozza. Irridu nitgħallmu nittolleraw aktar lil xulxin u nifhmu d-drittijiet ta’ xulxin. Dan iwassal biex jinħoloq bilanċ aċċettat minn kulħadd. L-ambjent bla dubju ta’ xejn huwa aspett importanti ħafna biex naraw titjib fil-kwalità tal-ħajja tan-nies. Kif taħdem b’mod kooperattiv mal-Kunsilli kollha? X’inhuma l-ħtiġijiet li l-Kunsilli Lokali l-aktar li jitolbu?

oħrajn. Kull wieħed minn dawn l-24 oqsma, jimpattaw jew jaffettwaw il-ħajja tar-resident fil-lokalità. Għaldaqstant, l-Assoċjazzjoni qed tagħmel riċerka u se tkun qed tniedi dokumenti fuq kull wieħed minn dawn l-24 qasam. Dan sabiex il-Kunsilli Lokali jkollhom proposti konkreti u għodda sabiex jaraw it-tibdil li jixtiequ fil-lokalitajiet tagħhom, bil-ħsieb li jtejbu l-kwalità ta’ kif jgħixu l-istess residenti. Nemmnu li dawn l-erba’ pilastri jmissu ma’ kull sitwazzjoni li jħabbat wiċċu magħha r-resident. Dan huwa approċċ ta’ minn isfel għal fuq fejn allura l-Kunsilli Lokali u l-Assoċjazzjoni jkunu l-pont bejn ir-resident u l-Gvern Ċentrali.

mill-postijiet diġà eżistenti huwa kruċjali. Li tisma’ mir-resident dak li verament irid jgħinek biex tilħaq dawn l-għanijiet. Meta pereżempju qed nitkellmu fuq spazji miftuħa għan-nies, qed ngħidu li nagħtu prijorità lir-resident fi spazji li forsi llum huma okkupati bil-karozzi. Ifisser aktar kunfidenza fin nies li joħorġu fil-lokal tagħhom, li jimxu aktar, li jużaw ir-rota tagħhom aktar u li jkun hemm aktar nies fit-triq. Dan jgħin in-negozji lokali għaliex meta jiġri hekk, tara żvilupp u titjib ukoll minn negozji żgħar lokali għaliex tkun qed tagħtihom spazju fejn jikbru. In-nies jippreferu jieklu barra f’ambjent bla karozzi għaddejjin magħhom. It-tfal nagħtuhom żvog fejn jistgħu jilagħbu. Nagħtu spazju fejn Kif tara li l-viżjoni talresident jista’ jimxi. Il-mixi Kunsilli Lokali f ’pajjiżna tkun huwa l-aktar mezz ta’ trasport waħda bbażata fuq tkabbir sostenibbli. Tajjeb għas-saħħa ekonomiku sostenibbli wkoll. Meta n-nies tagħtihom biex il-ġenerazzjonijiet ta’ infrastruttura fejn jeżerċitaw, issa u dawk futuri jgħixu fejn jiltaqgħu, ikun qed isir inf ’lokalitajiet aħjar? vestiment dirett f’saħħithom, fis-saħħa mentali tagħhom. Li tagħmel l-aħjar użu Mela allura se jkollna anqas

nies ibatu b’dipressjoni, anqas tfal b’obeżità, aktar lok ta’ bdil ta’ opinjonijiet, aktar għarfien tat-tessut soċjali tal-kommunitajiet eċċ. Dan kollu jikkontribwixxi għal tkabbir ekonomiku b’bilanċ mas-saħħa tan-nies u l-ħajja ta’ kuljum fil-lokalitajiet tagħna. Residenti aktar kuntenti jfissru komunitajiet aktar b’saħħithom u nies b’aptit li jinvestu u parteċipi fil-proċess socjo-ekonomiku. X’inhu l-ħsieb tiegħek fuq l-aspett ambjentali fl-irħula u fl-ibliet Maltin u Għawdxin? Irid isir aktar u rridu nibżgħu għal dak li għandna. Nifhem li kulħadd għandu d-drittijiet tiegħu u ma tistax tieħu deċiżjonijiet drastiċi. Nifhem li persuna għandha dritt tiżviluppa l-propjetà tagħha, li tinvesti. Però, irridu nifhmu wkoll li kulħadd għandu dritt ukoll li jgħix fil-paċi f’daru bla biżà, dritt li tgawdi l-investiment li int ukoll tkun għamilt snin ilu, il-ġnien żgħir tiegħek forsi jew bitħa. It-tfal għandhom ukoll

L-Assoċjazzjoni u jien personalment, naħdmu mal-Kunsilli u mal-Kunsilliera kollha b’mod miftuħ. Qatt ma ddefendejt Sindku jew Kunsillier li naqas. Dan jagħtik kredibbiltà. Nitkellmu wkoll ma’ entitajiet u aġenziji talGvern fuq policies Nazzjonali u nikkonsultaw bla waqfien mal-Kunsilli Lokali kollha. F’dan il-livell m’hemmx politika partiġjana. Naħdmu lkoll flimkien għall-ġid tal-komunitajiet tagħna għax nemmnu li nistgħu nagħmlu differenza. Differenzi jkollna imma nafu li kulħadd huwa ġenwin bil-mod tiegħu fl-argumentazzjoni tiegħu. Jekk niġġieldu, niġġieldu l-argument u mhux il-persuna. Kultant naħseb li l-Kunsilli Lokali bejniethom, bilmod kif jaħdmu, huma ta’ eżempju tajjeb ħafna għaliex jagħtu ħinhom, jissagrifikaw lill-familja u lill-membri tagħha sabiex jaħdmu għal-lokal li jħobbu. Il-Kunsilliera jitolbu rispett, riżorsi u li jaħdmu b’mod seren għal dak li jemmnu fih. Messaġġ mingħandek lill-Kunsilli Lokali, u lill-pubbliku biex jifhem aħjar il-ħidma ta’ din

l-Assoċjazzjoni tant utli għal aktar ħidma kollaborattiva fl-ibliet u fl-irħula tagħna. Naqsam il-messaġġ tiegħi fi tnejn. L-ewwel nindirizzah lill-Kunsilliera eletti. Ejjew inżommu r-ritmu li qbadna tul dawn l-aħħar hames snin. Sar ħafna xoghol u dan jidher u jinħass. Ejjew nibqgħu ffukati li nagħmlu l-ġid fil-lokalitajiet rispettivi tagħna. Ejjew ma nibżgħux nieħdu deċiżjonijiet li jistgħu jidhru radikali. Ejjew ma nibżgħux mill-bdil tal-kultura li hemm u possibilmet nibdlu l-prijoritajiet tagħna. Ejjew ma naqtgħux qalbna nispjegaw lir-residenti dak li qed nippruvaw nagħmlu flimkien. Importanti nifhmu li huwa kruċjali li nikkomunikaw u nġibu nies onboard il-proġett tagħna. Aktar ma jkollna nies magħna, aktar jista’ jkollna ideat u proposti tajbin. L-importanti mhux min jieħu l-krettu ta’ dak li nagħmlu imma li dak li nemmnu fih narawh iseħħ, irrispettivament min jieħu l-ownership tiegħu. Għax aħna m’aħniex qedgħin hemm għall-grazzi u għall-prosit imma biex nagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies billi nimplimentaw dak li nemmnu fih. Lir-residenti nixtieq nistedinhom biex jismgħu aktar. Biex jistaqsu iktar. Biex ikunu parti mid-deċiżjonijiet li jittieħdu billi jieħdu sehem fil-konsultazzjoni li tkun qed issir. Ipparteċipaw fix-xogħol tal-Kunsilli Lokali. Ikkritikaw u kunu awtokritiċi kemm tridu lejn il-lokal tagħkom imma kunu wkoll rikonoxxenti għax-xogħol volontarju li jagħmlu l-Kunsilliera. Għinuna ngħinuhom biex verament naħdmu flimkien għal titjib tal-kwalità ta’ ħajja aħjar fil-lokalitajeit kollha billi intom ukoll tkunu parteċipi f’din il-viżjoni ta’ Resident First. Bla dubju, ilkoll flimkien nistgħu naslu qabel u b’mod aħjar.


20

03.10.2021

ILQUGĦ GĦALL-ABBUŻI FUQ PERSUNI B’DIŻABILITÀ U VULNERABBLI F’numru ta’ każi, persuni b’diżabilItà jew vulnerabbli minħabba l-età jisfaw abbużati saħansitra mill-familjari tagħhom. Dan l-abbuż jaf jimmanifesta ruħu fiżikament, riżultat ta’ swat u jista’ jkun ukoll abbuż psikoloġiku, fejn il-vittma tiġi mbeżżgħa minn ħaddieħor. Fuq dan il-punt tkellimt ma’ Ruth Sciberras CEO tal-Aġenzija Sapport, li hi l-aġenzija Nazzjonali li toffri servizzi lil persuni b’diżabilità u tippromwovi l-inklużjoni tagħhom fis-soċjetà. Minn CHARLES B. SPITERI Ruth, kif tiddefinixxi d-diżabilità? Id-diżabilità, hi meta persuna jkollha restrizzjoni minħabba kundizzjoni fiżika jew intellettwali; fiżika, bħal meta persuna jkollha nuqqas ta’ smigħ, nuqqas ta’ vista, jew diffikultajiet fil-mobbiltà. Insibu wkoll id-diżabilità intellettwali. Jiġifieri d-diżabilità hi enormi u vasta. Insibu wkoll diżabilità oħra li nirriferu għaliha bħala acquired disability, fejn l-individwu ma jkunx twieled bid-diżabilità, iżda tiżviluppa fih matul is-snin. Din il-forma ta’ diżabilità tirriżulta minn xi inċident; bħal meta persuna titlef parti minn ġisimha, jew inċident tat-traffiku jew fil-baħar, u ssir paraplegic. Insibu wkoll min forsi għadda minn marda u b’konsegwenza ta’ hekk, ikollu bżonn siġġu tar-roti. Id-diżabilità tolqot ukoll lill-anzjani, li biż-żmien ma jibqgħux dawk li kienu meta kienu iżgħar, speċjalment minħabba kundizzjonijiet ta’ saħħa li taffettwa l-indipendenza tagħhom. Magħhom irridu nżidu lil dawk milqutin mid-dimensja u mard ieħor. Ħafna mard iwassalhom għal diżabilità minħabba l-età. Irridu nifhmu wkoll li anki persuni b’diżabilità jsiru anzjani, u għalhekk it-total tan-nies b’diżabilità dejjem jiżdied. Jiġifieri l-medja tan-nies b’diżabilità hi meqjusa bħala waħda għolja f ’pajjiżna? In-nies li huma reġistrati mas-CRPD jammontaw għal madwar 20,000 ruħ. Issa aħna nafu li mhux kull min għandu diżabilità hu reġistrat. Jiġifieri n-numru ta’ dawn il-persuni jaf hu akbar. Qed naraw li n-nies qed jgħixu iktar u għalhekk il-problemi joħorġu aktar fid-dieher meta jirfsu l-għatba tax-xjuħija. Minbarra li l-anzjani qed jgħixu aktar fit-

tul u għalhekk aktar probabbli li tiżviluppa xi forma ta’ diżabilità, persuni b’diżabilità wkoll qed jgħixu aktar u dan qed iwassalna biex niffaċċjaw realtà fejn persuni b’diżabilità jiżviluppaw diżabilitajiet aktar kumplessi ladarba jilħqu l-anzjanità huma wkoll. Dan narawh ċar is-servizzi tal-Aġenzija Sapport, speċjalment fiċ-ċentri ta’ matul il-jum fejn għandna nies b’diżabilità li ilhom jattendu għal aktar minn 20 sena, li issa resqin jew resqu lejn l-anzjanità. Semmejtli ċ-ċentri tagħkom. Fejn jinsabu u jkunu miftuħin kuljum? Aġenzija Sapport tmexxi ċentri mxerrdin ma’ Malta kollha u wieħed f’Għawdex. F’Malta nsibu tnejn fl-Imtarfa, ieħor f’Ħal Far, fi Fleur de Lys, fisSwatar, f’Baħar iċ-Ċagħaq, f’Raħal Ġdid, f’Bormla u fl-Isla. Dawn huma ċentri għalladulti, li jiftħu kuljum għal persuni b’diżabilità. Fix-xit-

wa jinfetħu bejn it-7.45a.m. u l-4.30p.m. Fis-sajf jinfetħu mis-07.30a.m. sas-1.30p.m. Fiċ-ċentri jitwasslu diversi programmi; nirrikonoxxu li għalkemm huma persuni b’diżabilità, dawn xorta għandhom abbiltajiet u mmexxuhom sabiex ikunu jistgħu jtejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom waqt li ngħinuhom jakkwistaw aktar ħiliet sabiex jgħixu ħajja indipendenti. Għalhekk meta wieħed jagħmel kuntatt mal-Aġenzija, nagħmlu evalwazzjoni u niżnu d-diżabilità li jkollhom. Barra minn hekk ikollna laqgħat mal-familjari u l-professjonisti biex ningħataw stampa ċara ta’ xi jkunu jinħtieġu. Minn hemm jitfassal programm skont l-individwu li jkun, skont id-diżabilità, il-bżonnijiet u x-xewqat tal-persuna. Jitħejjew diversi programmi skont l-abbiltajiet tagħhom. Isiru wkoll diversi kollaborazzjonijiet ma’ voluntiera u entitajiet oħrajn, bħal Special Olympics Malta fejn coaches professjonali qed iħarrġu per-

suni b’diżabilità għall-edizzjoni tal-Olimpjadi Speċjali li se jsiru f’Malta s-sena d-dieħla. Impjegati tal-Aġenzija rċevew ukoll taħriġ fuq l-eżerċizzju u n-nutrizzjoni, biex fl-aħħar mill-aħħar ikunu jistgħu jgħaddu dan it-tagħrif lill-persuni b’diżabilità li jaħdmu magħhom. Minbarra ċentri ta’ matul iljum, Aġenzija Sapport tmexxi wkoll numru ta’ djar residenzjali, fejn persuni b’diżabilità, li għal xi raġuni jew oħra ċ-ċirkustanzi tagħhom ma jkunux jippermettu li joqogħdu mal-familji, ikunu jistgħu jgħixu b’mod indipendenti bl-għajnuna tas-Support Workers tal-Aġenzija. Servizz ieħor importanti ferm hu dak fil-komunità, fejn għandna nies li jagħtu servizz lill-familji fid-dar tagħhom. Aġenzija Sapport tagħmel ħafna aktar xogħol, iżda dan hu l-essenza ta’ kollox. Għax id-diżabilità tieħu ħafna forom u aħna għandna policies ċari ħafna, apparti mil-liġijiet talpajjiż, fejn jekk persuna tinqabad tabbuża minn xi per-

Persuna blab’diżabilità, flus hi abbuż suna oħra nieħdu azzjoni mill-ewwel u jekk naraw li l-każ għandu bżonn imur għand il-pulizija, ngħarrfuhom aħna stess. Dawn huma policies imħaddmin mill-aġenziji kollha bħal tagħna, kemm jekk titkellem fuq anzjani u wkoll fuq it-tfal. Insibuhom kull fejn hemm persuni vulnerabbli. Għax ħadd ma jista’ jew għandu jieħu vantaġġ minn persuni oħrajn, speċjalment jekk ikollhom xi forma ta’ diżabilità jew vulnerabbiltà. Meta nħarsu lejn dan kollu; din il-qabża għall-aħjar, ma nistgħux ma nsemmux li fl-antik, qabel ma fetħet id-Dar tal-Providenza, konna nafu b’nies li anki lit-tfal tagħhom b’xi diżabilità, kienu jaqfluhom f ’xi kamra fuq il-bejt jew ġieli f ’kantina, jagħtuhom jieklu u jixorbu u jħalluhom hemm. Jien nara li saret qabża kbira. Fl-antik, in-nies kienu jistħu jaċċettaw u juru li jkollhom persuna b’diżabilità, għax


21

03.10.2021

ti ferm li wieħed jilqa’ kontra l-abbuż billi nqajmu aktar kuxjenza. Fil-fatt meta kien hemm rapporti ta’ abbużi fuq anzjani, dan wassal biex nies jittellgħu l-Qorti. Meta jkun hawn dawn l-abbużi, taraw li jħallu effetti psikoloġiċi fuq il-vittma?

Persuni b’diżabilità jitħarrġu għal ħajja indipendenti kien hemm ċerta stigma jekk ikollhom persuna b’diżabilità. Jaf għalihom kienet tfisser li fil-familja tagħhom kien hemm xi ħaġa ħażina u għalhekk biex jibqgħu aċċettati mis-soċjetà, kienu jaħbu lill-persuna b’diżabilità. Madankollu ma naħsibx li kienu jagħmluha b’xi kattiverija, jew għax ma jħobbux lill-persuna b’diżabilità. Naħseb li iktar kienu jagħmluha biex kif għedt, jibqgħu jkunu aċċettati fis-soċjetà u biex il-familja tagħhom tibqa’ għaddejja normali, u jekk ikollhom tfal għaż-żwieġ, ma jkollhomx problema minħabba d-diżabilità ta’ xi membru fil-familja. Illum is-sitwazzjoni nbidlet. Hawn aktar għarfien, il-persuni b’diżabilità qed jiġu integrati fil-post tax-xogħol, fl-iskejjel u fil-komunità; il-familjari qed jiġu megħjuna b’ħafna servizzi u benefiċċji utli; u anke qed jingħataw għajnuna meta l-ġenituri jingħataw l-aħbar dwar id-diżabilità tat-tifel jew tifla tagħhom. Illum nippromwovu d-drittijiet u l-kapaċitajiet tal-persuni b’diżabilità, kif ukoll ngħinuhom jakkwistaw ħiliet sabiex jgħixu ħajja indipendenti.

Iżda dan kollu ma kienx jitqies bħala abbuż? Iva, iżda dik kienet il-mentalità dak iż-żmien. Kien abbuż, għax aktar ma persuna jkollha diżabilità, aktar trid tgħinha u tara x’għandha bżonn, u mhux taħbiha. Illum għamilna qabża enormi. Imbagħad fl-istorja tal-persuni b’diżabilità hawn movimenti li twaqqfu minnhom stess biex jieħdu u jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom. Minn hemm żviluppat il-Konvenzjoni tal-Ġnus Maħquda dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u bdew il-liġijiet marbutin mal-persuni b’diżabilità, li kien hemm bżonnhom ferm. Illum, għall-grazzja t’Alla, anki lil tfal b’diżabilità narawhom kullimkien u sa jieħdu sehem fl-isport u jimmudellaw. Dan juri li fiż-żmien li qed ngħixu fih, il-ġenituri jinsabu iktar lesti biex jimbuttaw lil dawn uliedhom ħalli jgħinuhom joħorġu l-potenzjal tagħhom, tant li nsibu tfal li għamlu u għaddew l-eżamijiet tal-MATSEC, daħlu l-Università u mxew il-mixja tagħhom. Biex ngħaqqdu aktar mal-abbuż...Kif tindunaw bih,

jew min jirrapporta? L-aktar abbużi li jsiru fuq dawn in-nies huma mill-ħbieb u l-membri tal-familja. Il-familja tinsab dejjem fuq nett ta’ kull statistika li ssir. Għaliex? Għax ġeneralment kemm jekk tibda minn tfal u kemm jekk għandek anzjani, l-aktar li qed jieħdu ħsiebhom huma tal-familja. Issa r-rapport jasal jew meta jitkellem xi ħadd ieħor tal-familja, jew jirrappurtaw xi ġirien, jew meta l-persuna b’diżabilità tkun iddaħħlet l-isptar u jaraw li jkollha xi tbenġil jew feriti li ma jkunux kompatibbli ma’ xi waqgħa. Insibu wkoll persuni li ma jitkellmux, u dawn ikunu aktar vulnerabbli minn oħrajn u għalhekk ma jkunux jistgħu jikkomunikaw dwar is-sitwazzjoni tagħhom sakemm ma jindunax xi ħadd. Iżda dawn il-każi jitqiesu bħala ħafna, jew waħdiet? Jien ili fil-kariga tiegħi sentejn u bħala Aġenzija qatt ma kellna dawn ir-rapporti. Iżda waqt li fil-passat kien hemm waħdiet, illum hemm postijiet oħrajn ukoll fejn wieħed jista’ jirrapporta abbuż. Importan-

naħa tagħhom. Wieħed mill-agħar abbużi psikoloġiċi fuq il-mara hu meta l-abbużi jsiru quddiem it-tfal jew meta jiddaħħlu huma stess fin-nofs, għax dawn l-abbużi jwasslu għal trawma kemm għall-omm, kif ukoll għall-ulied, li jaraw lil ommhom tissawwat jew tiġi insulentata. Ġeneralment, kull abbuż iħalli effett psikoloġiku u dan skont Meta niġu għall-abbuż huma kemm dam għaddej l-abbuż dejjem in-nisa li jisfaw vittmi? u minn min. Għax minkejja d-diżabilità, il-persuna tifhem Fil-vjolenza domestika, kull li meta jabbużaha membru statistika fid-dinja turi li l-aktal-familja, dik il-persuna sup- bar ammont ta’ vittmi huma post li tħobbha u mhux tab- n-nisa. Iżda dan ma jfissirx li buża minnha. m’hawnx vjolenza domesti ka fuq l-irġiel. Imbagħad fejn Xi kwalità ta’ hemm nisa b’diżabilità, hemm abbużi jistgħu jsiru? aktar vulnerabbiltà. Għax aħna, anki jekk jiġi xi L-abbuż fih diversi forom. Jis- ħadd biex idaħħal mara f’xeta’ jkun hemm min jabbuża lter u din ikollha siġġu tar-robilli lill-persuna b’diżabilità ti, irridu naraw li jkun hemm jeħdilha l-flus u jġegħilha tid- l-aċċessibbiltà. Jiġifieri teżisti dependi fuqu, b’mod li l-vitt- din il-vulnerabbiltà minħabba ma tibqa’ mingħajr għaxja ta’ d-diżabilità, li tinħtieġ ukoll lejla jew trid toqgħod tittallab ċerta dipendenza, li tagħmilbiex tingħata xi ħaġa tal-flus. ha aktar diffiċli lill-mara biex Imbagħad hemm abbużi titlaq minn fejn tkun. Dawn fiżiċi, sesswali u ta’ trasku- huma fatturi li aħna, bit-tim raġni. Iżda l-aktar li nsibu ab- tal-ħaddiema soċjali tagħna, bużi huma dawk fejn xi ħadd naħdmu ma’ entitajiet soċjali iħalli individwu jiddependi oħrajn fejn tidħol il-vjolenza fuqu totalment. domestika biex nipproteġu lill-vittma u lit-tfal mill-abbuż. Iżda d-dipendenza fuq xi ħadd, kif titqies abbuż? S’issa nafu b’xi każi ta’ abbużi fi djar residenzjali u f’xi Li persuna jkollha tiddepen- sptarijiet. Jibdew u jieqfu di fuq ta’ madwarha hija ab- hemm? buż għax ikun qed jitteħdilha d-dritt li tkun indipendenti, L-abbużi fi djar residenzjali taċċessa flusha għall-bżonni- jkunu rrappurtati għax hemm jiet tagħha, taċċessa servizzi ċerti regoli u policies, u ħadu jkunu limitati l-opportuni- diema li forsi jirrappurtaw lil tajiet futuri tagħha inkluż li ħaddiema oħrajn li jabbużaw, forsi tgħix għal rasha bil-flus waqt li fil-familja ma jkollokx tagħha stess. min jirrapporta. Għalhekk ma Iltqajna wkoll ma’ każi ta’ nistgħux ngħidu fiż-żgur li nisa b’xi forma ta’ diżabil- fid-djar residenzjali jsiru akità fejn ikun hemm vjolenza tar milli jsiru fid-djar komuni. fuqhom. Ġieli kellna nisa li Għax fil-familji jaf jibqa’ kollox daħħalniehom f’xelters ap- mistur, u fid-djar residenzjali posta minħabba li tkun saret hemm regoli u protokolli, fejn xi vjolenza domestika fuqhom. xi ħaddiema jitkellmu; ir-rapU dawn mhux bilfors ikunu port jasal lill-midja u nsiru nisa b’diżabilità fiżika, għax nafu bih. Iżda mbagħad hemm id-diżabilità tista’ timmanifes- abbużi oħrajn fil-familja li ta ruħha taħt forma psikoloġi- jibqgħu misturin, jew li jinkixka aktar ma l-abbuż jidħol ’il fu wara ħafna żmien. ġewwa. Insibu każi oħrajn fejn familImbagħad dejjem inkellmu jari jmorru jżuru lil persuni lill-persuna li tkun għaddejja vulnerabbli, bħalma huma mill-abbuż u naraw xi tkun tix- l-anzjani u nies b’diżabilità li tieq. Ġeneralment, fil-każ ta’ għandhom pensjoni dieħla, vjolenza domestika, jekk tkun speċifikament għax ikunu jafu trid tidħol f’xelter insibul- li rċevew iċ-ċekk tal-pensjoni ha, sakemm nevalwaw is-sit- jew tal-benefiċċji. Dan ukoll hu wazzjoni. Insibu nisa li ma abbuż deplorabbli. jkunux iridu joħorġu mid-dar tagħhom u għalhekk ngħaddu Iltqajtu ma’ każi ta’ abbuż r-rapport lill-pulizija. minħabba wirt? Tagħmlu xi diskussjonijiet Ġieli jiltaqgħu miegħi familmal-koppja qabel? jari, fejn ikun miet il-ġenitur u ħalla flus lil persuna b’diżabilAħna niddiskutu mal-vittma u ità. Dan joħloq ħafna inkwiet, jekk naraw li fil-każ għandha akkużi u pika bejn l-aħwa. Għal tidħol il-pulizija, nagħtu r-rap- dan hemm bord li jaħtar amport aħna, għax wara tkun trid ministratur, biex persuna vulissir l-investigazzjoni min- nerabbli ma tiġix abbużata.


22

03.10.2021

JOSEPH SCHIRÒ

KOLLEZZJONIST TA’ MAPEP TA’ MALTA Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Fid-dinja mgħaġġla tal-lum, u sabiex jaljena ruħu mill-ġenn li taf iġġib il-ħajja ta’ kultant, huwa għaqli li wieħed jinvesti ftit ħin f’passatemp. Hawn min iġemma’ l-bolol, jew xi oġġetti oħra. Għall-intervista tal-lum għażilt li nitkellem ma’ persuna li jġemma’ l-mapep. Qed nirreferi għal Joseph Schirò. Joseph kien jaħdem bħala għalliem u wara xi tliet snin jgħallem, kien rebaħ scholarship tal-British Council u mar jistudja barra biex isir Biblijotekarju. Ġie lura u beda jaħdem il-Biblijoteka, il-Belt. Illum huwa rtirat mix-xogħol. Għalhekk, għandu l-ħin biex jikteb iżjed u jagħmel ir-riċerka. Jikteb diversi artikli fuq ħafna suġġetti, imma dan l-aħħar qiegħed jagħfas iżjed fuq il-kartografija Maltija. Joseph huwa kollezzjonist ta’ mapep ta’ Malta. Ħallejt f’idejh sabiex jgħidli aktar dwar din il-passjoni tiegħu lejhom. “Jien ili żmien twil ħabib ħafna ta’ Dr Albert Ganado li msemmi u magħruf mhux biss Malta għar-riċerka li għamel fuq il-mapep ta’ Malta, iżda barra minn Malta wkoll. Bdejt nixtri xi mappa żgħira jew minjatura, għax ma kellix wisq flus biex nixtri. Il-kollezzjoni bdiet tikber u bdejt inġemma’ anke l-mapep kbar. Iżda jien, li dejjem għext ħajti mal-ktieb, kemm bħala biblijotekarju kif ukoll bħala restawratur, dejjem ippreferejt li, kemm jista’ jkun, il-mappa nixtriha mal-ktieb. Sfortunatament ħafna mapep u stampi oħra jinqalgħu minn mal-ktieb u titlef ħafna għaliex xi minn daqqiet ma tkunx taf minn liema edizzjoni ħarġet. Jiġifieri għandi ħafna mapep li qegħdin ġol-kotba,” beda jgħidli Joseph. Mistoqsi kemm għandu mapep, ir-risposta kienet li ma jafx, imma jaħseb li għandu ’l fuq minn 200. “Iżda jien inġemma’ wkoll mapep anke moderni ta’ Malta, speċjalment jekk ikunu ta’ ċerta kwalità. Dan l-aħħar iddobbajt mappa maħruga mill-HSBC, probabbli bil-kollaborazzjoni tal-Kunsilli tal-Kalkara, l-Isla, Bormla u l-Birgu li magħmula sabiħa ħafna. Il-Kunsill ta’ San Pawl il-

Baħar ukoll kien ħareġ mappa bl-istampi tridimensjonali fejn turi li kien hemm ħafna ħsieb wara l-produzzjoni tagħha. Illum il-ġurnata kważi kull Kunsill joħroġ il-mappa tal-post. Meta l-kollezzjoni tikber, tibda, mingħajr ma trid, tispeċjalizza aktar u tibda tħares u tfittex dik il-mappa rari li ma tkunx f’kollezzjonijiet oħra. Meta nsib xi mappa hekk nara kif nagħmel u nixtriha għax fl-istess waqt nieħu pjaċir nistudja fuqha bil-ħsieb li anke noħroġ artiklu fuqha wara.” Possibilment il-produzzjoni ta’ mapep stampati żdiedet aktar milli naqset Fatt magħruf huwa li llum il-ġurnata jekk wieħed irid direzzjoni ta’ post, juża google maps. Iżda, fiż-żminijiet ta’ qabel, il-mappa kellha użu b’saħħtu f’dan ir-rigward. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar. “Qiegħed nieħu pjaċir jistaqsini din id-domanda. Darba tajt taħdita li kien jisimha: ‘Did google maps kill the car-

tographic star?’ It-titlu kien ispirat mill-kanzunetta li kienet ħarġet fl-1979 tal-Buggles ‘Video killed the Radio Star’. Mhux talli l-vidjow ma qatilx lill-istilla tar-radju meta ħarġet il-kanzunetta, iżda żiedu ħafna l-programmi fuq ir-radju u saru popolari immens. L-istess japplika għall-mapep stampati. Nazzarda ngħid li possibilment il-produzzjoni ta’ mapep stampati żdiedet aktar milli naqset minħabba li google maps ġabu l-kartografija eqreb tan-nies. Kelma waħda ta’ parir nagħti fuq il-mapep u l-użu tagħhom biex issib id-direzzjoni. Jekk trid tidħol fid-deżert, kun żgur li tieħu mappa miegħek u mhux l-ipad tiegħek... u kumpass ukoll! Iżda, il-mapep mhumiex qegħdin biss biex jagħtu direzzjoni. Il-mapep isiru għal ħafna raġunijiet. Pereżempju l-mapep li juru l-Assedju ta’ Malta tal1565 saru biex dak li jkun ikun jaf fejn qiegħed l-għadu u fejn kien qiegħed jattakka, u b’hekk tkun mgħarraf x’qiegħed isir. Għandi mappa manuskritta

ta’ Ħal Muxi, raħal żgħir ħdejn Ħaż-Żebbuġ, li għandha konnessjoni ma’ delitt. Biex nagħti eżempju ieħor jeżistu mapep li juru l-ġeoloġija ta’ Malta. U għalhekk il-kollezzjoniżmu tal-mapep huwa sabiħ għaliex idaħħlek f’ħafna suġġetti. Naf minn iġemma’ l-mapep li juru l-miġja ta’ San Pawl f’Malta,” stqarr miegħi. Kompla jgħidli li għandu mapep li jmorru lura għas-seklu 16, imma fosthom għandu mappa tal-Assedju ta’ Malta ta’ Francesco de Marchi li hija rari ħafna u li ħarġet fl-1597, ħafna snin wara l-Assedju. “S’issa nafu biss b’kopja oħra fil-British Library. Iżda mhux iż-żmien biss jagħmilhom rari. Ir-rarità tiddependi wkoll mill-informazzjoni li jkollha fuqha. Għandi mappa ta’ Brocktorff tal-1850 li hi rari ħafna għax ġiet stampata Marsilja, Franza. Kont ktibt artiklu fuqha biex nispjega x’kienet l-affari. Għandi mapep li huma mwaħħla mal-ħajt u għandi oħrajn li jinsabu fil-kxaxen. Fejn il-mappa tkun rari ħafna, nagħmlilha ħġieġa li

tkun ‘Museum Glass’ li minnha ma jgħaddux ir-raġġi UV taddawl li jagħmlu ħafna ħsara lill-mapep u lill-kulur li jkollhom fuqhom. Dan jgħodd ukoll għall-istampi, watercolours, eċċ. Il-kotba bil-mapep qegħdin ġo vetrini għaliex hawn Malta t-trab huwa l-akbar għadu tal-kotba.” Ta’ min jgħid ukoll li Joseph sar il-President tal-Malta Map Society f’Marzu ta’ din is-sena. Barra minn hekk, Joseph kien involut f’wirjiet ta’ mapep fosthom ta’ minjaturi f’Għawdex. “Il-wirja tal-mapep minjaturi li kienet saret f’Għawdex hija għal qalbi ħafna għalkemm għamilna wirjiet oħra warajha. Ir-raġuni hi li kienet proprju wara din il-wirja li għamilna kuraġġ biex nifforma s-Soċjetà. Kienet wirja li kellha suċċess kbir għax iż-żgħir dejjem jattira.” Il-mappa daż-żminijiet tinqara faċli Mistoqsi jaħsibx li l-użu tal-mapep fil-preżent qed jinqata’,


08.11.2020 03.10.2021

23

SKEDA ONE 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:15 17:30 18:30 19:15 19:20

ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Better Living Filler Flimkien ma’ Nancy Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp

19:30 20:10 20:30 21:15 22:15 23:30 23:45

TNEJN ONE News 04-10 Primetime Reboot Pre Budget 2021 Cash Ride ONE News Mill-Chcina ta’ Dari

06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Popcorn 09:30 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt

13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:30 18:30 19:15

Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Ondroad Dak Li Jgħodd Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari

19:20 19:30 20:10 20:30 21:00 22:15 22:50 23:30 23:45

ONE Sports & Temp ONE News Primetime Revved X’taf x’qed jgħidu? The Big Step Country Jamboree ONE News Mill-Chcina ta’ Dari

06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 09:30 12:30 12:35 13:00

15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:15 18:00 18:30 19:15 19:20

ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Pink Panther Mqades l-Istorja What’s Cooking Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp

ERBGĦA 19:30 ONE News 06-10 20:10 Primetime 20:30 The Local Traveller 21:00 Tuna ċ-Ċans Ħa Ngħidu Storja 22:15 Ondroad 22:45 Mill-Chcina ta’ Dari 23:30 ONE News 23:45 Mill-Chcina ta’ Dari

06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Żona Sport 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt

13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 16:45 17:00 17:30

Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Popcorn Filler Żona Sport Mhux kemm taf

18:30 19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 22:30 23:30 23:45

Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Awla Reebot ONE News Mill-Chcina ta’ Dari

06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 10:00 12:30 12:35 13:00

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Sabiħa l-ħajja Espresso ONE News Ħabrikt Kalamita

15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 16:45 17:20 17:30 18:30 19:15

ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview What’s Cooking Country Jamboree Filler Indhouse Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari

19:20 & Temp 19:30 20:10 20:30 21:00 22:30 23:00 23:30 23:45

ONE Sports

06:30 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:15 Reboot 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Better Living 09:35 ŻonaSport 10:05 The Local Traveller

10:50 11:50 12:30 12:35 13:00 14:00 15:30 15:30 16:30

Dak Li Jgħodd Popcorn ONE News Telebejgħ Indhouse Taf x’qed jgħidu ONE News Mhux Kemm Taf Flimkien ma’ Nancy

17:30 18:00 18:45 19:20 19:30 20:10 20:35 23:30

Sabiħa l-Ħajja Pink Panther Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News

06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 09:30 12:30 12:35 13:00

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-jum Telebejgħ What’s Cooking? Espresso ONE News Ħabrikt Kalamita

TLIETA 05-10

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Żona Sport Espresso ONE News Ħabrikt Kalamita

ĦAMIS 07-10

jew jaħsibx li xorta għadhom jintużaw, Joseph weġibni: “Taf lil xi ħadd li ma jitlobx mappa tal-belt fejn ikun hekk kif jasal fil-lukanda? U li wara ma jżommhiex bħala tifkira tal-vjaġġ tiegħu? It-teknoloġija sabiħa u tajba ħafna iżda tiddependi wisq fuq affarijiet oħra bħall-internet, fuq il-provvista ta’ enerġija, fuq l-apparat, eċċ..., u malli tagħmel zoom titlef kull sens ta’ spazju. Il-mappa tista’ taraha kollha f’daqqa, tista’ tintewa u ġġorrha fil-but, ħafifa, u jekk isir xi tibdil, toħroġ mappa ġdida imma fl-antika għad għandek kif kien il-post qabel. Jiġifieri tibqagħlek l-istorja,” stqarr miegħi. Immaġinajt li biex persuna taqra mappa, irid ikollha ċerti direzzjoni u gwida bażika, għax mad-daqqa t’għajn faċilment dak li jkun jitħawwad. Iżda ridt nikkonferma dan ma’ Joseph. “Il-mappa daż-żminijiet tinqara faċli għaliex illum hemm il-konvenzjoni li ’l fuq tal-mappa huwa dejjem it-Tramuntana, in-Nord. Qabel, il-mapep antiki ma kinux hekk

u għalhekk kultant tara mappa antika ta’ Malta rasha ’l isfel. Jekk tkun xi mkien u taf fejn hi t-Tramuntana, il-post ser issibu mill-ewwel. Meta tara xi turisti jdawru l-mappa bħal żugraga dak għaliex ma jkunux sabu d-direzzjoni t-tajba.” Fl-aħħar nett, Joseph ħalla messaġġ lill-qarrejja ta’ din ilgazzetta. “Nibda biex ngħid li kull mappa li teżisti għandha l-importanza tagħha u ma tridx tkejjilha biss b’kemm hi antika, kif għedna. Aħna bħala Soċjetà ngħinu lil kulħadd meta jkollu xi domandi fuq xi mappa li għandu d-dar. Nagħtuh anke pariri kif għandu jżommha biex ma jkollhiex ħsara. Fl-aħħar nett, inħeġġu lil dak li jkun, speċjalment żgħażagħ, biex jidħlu magħna fis-Soċjetà billi jmorru fil-website tagħna u jimlew l-applikazzjoni. Nispiċċa biex ngħid li mhux veru li dan xi passatemp tal-irġiel biss. Fuq il-Kumitat għandna tliet nisa. Tnejn huma kuratriċi li jaħdmu ma’ Heritage Malta u oħra lettur fl-Università,” temm jgħid.

SIBT 09-10

06:30 06:45 07:15 07:55 08:00 08:40 10:00 10:30 11:30

ONE News Niftakru Revved Mill-Chcina ta’ Dari Il-Quddiesa tal-jum Paper Scan Ieqaf 20 Minuta Attività Politika Mill-Chcina ta’ Dari

12:30 12:35 13:00 15:30 15:35 16:30 17:00 18:00 19:20

ONE News Telebejgħ Arani Issa ONE News Arani Issa Country Jamboree Mqades l-istorja L-Argument One Sport & Temp

ĠIMGĦA 08-10

ONE News Primetime Niftakru Min Imissu Popcorn Żona Sport ONE News Mill-Chcina ta’ Dari

ĦADD 10-10

19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Attività Politika 21:30 Min Imissu?! 22:50 The Local Traveller 23:30 ONE News 23:45 Mqades l-istorja


24

03.10.2021

reċensjoni tal-ktieb

ID-DJARJU L-ISWED

rakkont ibbażat fuq storja vera Id-Djarju l-Iswed, għalkemm jittratta l-okkult, fih ukoll storja ħelwa, iżda fl-istess ħin xokkanti tal-koppja Kai u Angèle. Ħajjithom iddur fuq patt; patt li kellu jsir bejn sitta min-nies li jkunu jipprattikaw l-okkult. Dawn ikollhom missjoni biex jaqdu ċ-ċirku tad-dlam; patt li kellu jsir b’demm sagru u nadif! Minħabba dan kollu d-destin ta’ Kai u Angèle jkun wieħed kiefer. Dan kollu jwassal f’vendetta personali bejn żewġ rivali kbar għaliex it-tnejn ikunu jħobbu lill-istess persuna!

Mistoqsija: Biex kellu jsir il-patt biex jaqdu ċ-ċirku tad-dlam? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb ID-DJARJU L-ISWED. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 10 ta’ Ottubru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb KWARANTINA hija:

A. FRENDO - BIRKIRKARA

04 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Skont il-Labour Force Survey, b’kemm żdiedu l-pagi meta mqabbel mas-sena ta’ qabel?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

03.10.2021

IL-‘LONELY HEARTS KILLER’ Nannie Doss, magħrufa wkoll bħala l-‘Giggling Granny’, ammettiet li qatlet 11-il qarib IT-TIENI PARTI Melvina qasmet it-tħassib tagħha ma’ żewġha u ma’ oħtha u dawn qalu li Nannie qaltilhom li t-tarbija kienet mejta u li anke huma rawlha labra f ’idha. Minkejja dan, it-tobba ma setgħux jagħtu indikazzjoni ta’ x’wassal għall-mewt tat-tarbija. Din l-esperjenza kerha wasslet biex jitkisser iż-żwieġ bejn Melvina u żewġha. Ftit wara, Melvina bdiet tiltaqa’ ma’ suldat u ommha ma kinitx kuntenta b’din ir-relazzjoni. Din ir-relazzjoni kienet tqajjem argumenti kbar bejn l-omm u l-bint u darba minnhom wara argument jaħraq, Melvina marret għand missierha u ħalliet lil binha Robert ma’ Nannie. Fis-7 ta’ Lulju tal-1945, Robert miet waqt li kienet qiegħda tieħu ħsiebu Nannie. It-tifel miet minħabba nuqqas ta’ ossiġnu iżda r-raġuni ta’ x’wassal għal dan ma kinitx magħrufa. Xahrejn wara l-mewt ta’ Robert, Nannie marret tiġbor il-flus tal-polza tal-assigurazzjoni li kellha f ’isem Robert. Nannie ġabret is-somma ta’ 500 dollaru. Fl-istess sena, wara lejl ta’ xorb bla rażan, Harrelson stupra lil Nannie. Waqt li kienet qiegħda fil-ġnien tagħha, Nannie sabet flixkun tal-whiskey moħbi ta’ Harrelson u tefgħetlu l-velenu tal-ġrieden fih. Dik il-lejla stess, Harrelson miet wara li xorob mill-flixkun. Nannie ltaqgħet mat-tielet raġel tagħha, Arlie Lanning, minn kolonna tal-lonely hearts. Wara tlett ijiem biss, Nannie u Arlie żżewġu iżda ż-żwieġ ma kienx wieħed feliċi. Arlie kien alkoħoliku u Nannie kienet titlaq mid-dar għal xi ġranet u ġieli xhur, u wara kienet tirritorna qisu xejn mhu xejn. Arlie miet b’allegatament attakk tal-qalb u n-nies tar-raħal daru b’Nannie waqt il-funeral ta’ żewġha. Ftit wara l-funeral, iddar ta’ Lanning, li kien ħalliha lil oħtu, inħakmet min-nirien u Nannie ġabret il-flus tal-polza tal-assigurazzjoni. Wara li ġabret il-flus, omm Lanning u li tiġi l-kunjata ta’ Nannie, intqal li mietet fl-irqad. Wara dan kollu, Nannie telqet tgħix għand oħtha Dovie, li kienet kostretta f ’qiegħ ta’ sodda. Il-ħaġa stramba kienet li Dovie mietet ftit wara li Nannie marret tgħix magħha u din tal-aħħar kien moħħha biex issib raġel ieħor biex tiżżewġu. Nannie rreġistrat mad-Diamond Circle Club u minn hemm iltaqgħet mar-raba’ raġel tagħha, Richard L. Morton minn Jamestown f ’North Carolina. Huma żżewġu fl-1952 u minkejja li ma kienx alkoħoliku, Morton ma kienx fidil lejn Nannie. Waqt dan iż-żwieġ, omm Nannie marret tgħix magħhom u f ’Jannar tal1953 ġiet ivvalenata. Fid-19 ta’ Mejju tal-istess sena, Nannie vvalenat ukoll lil Morton. F’Ġunju tal-1953, Nannie ltaqgħet malħames raġel tagħha, Samuel Doss minn Tulsa f ’Oklahoma. Doss kien ministru Nazzarenu li kien tilef lill-familja tiegħu waqt uragan f ’Madison County f ’Arkan-

Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

sas. Doss ma kienx jieħu pjaċir bil-passatemp ta’ martu li taqra kotba u stejjer romantiċi. F’Settembru tal-istess sena, Doss iddaħħal l-isptar b’sintomi ta’ riħ. Waqt li kien l-isptar, sar magħruf li Doss kellu infezzjoni kbira fl-imsaren u ġie rilaxxat fil-5 ta’ Ottubru wara li ġie kkurat. Sebat ijiem wara li mar lura d-dar, Doss miet. It-tabib ta’ Doss beda jissuspetta ħażin u b’hekk sejjaħ biex issir awtopsja. Mill-awtopsja rriżulta li Doss kellu ammont kbir ta’ arseniku f ’ġismu u din is-sejba wasslet għall-arrest ta’ Nannie. Jidher li Nannie kellha żewġ poloz tal-assigurazzjoni fuq Doss u kienet ħerqana biex tiġborhom wara li qatlet lil żewġha. L-arrest ta’ Nannie

NANNIE DOSS MAR-RABA’ U L-ĦAMES RAĠEL TAGĦHA

Hekk kif ġiet arrestata mixlija bil-qtil ta’ Samuel Doss, Nannie ammettiet li hi ma qatlitx lilu biss. Nannie ammettiet li qatlet erbgħa mill-ħamest irġiel li kellha, lil tnejn minn uliedha, lil ommha, lil oħtha, lil żewġ neputijiet u lil kunjata minnhom. Minkejja dan, l-istat ta’ Oklahoma kien qed jixliha bil-qtil ta’ Samuel Doss biss. Nannie Doss instabet ħatja fis-17 ta’ Mejju tal-1955 u weħlet għomor il-ħabs minflok il-piena kapitali għax kienet mara. Doss qatt ma ġiet mixlija bl-omiċidji l-oħrajn li qalet li wettqet. Nannie Doss mietet bil-kanċer fl-1965 fl-Oklahoma State Penitentiary. NANNIE DOSS WARA LI ĠIET ARRESTATA

Il-ħaġa stramba kienet li Dovie mietet ftit wara li Nannie marret tgħix magħha u din tal-aħħar kien moħħha biex issib raġel ieħor biex tiżżewġu

TMIEM


26

03.10.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

03.10.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 401

C. APAP - TAL-PIETÀ

Bi 3 NUMRI 011 035 038 060 103 168 222 257 495 785 B’4 NUMRI

0090 0464 0480 1548 1576 1988 2150 2467 3006 3716 3837 3871 4072

4125 4184 4212 4482 4831 4890 5023 5185 6502 7017 7290 7727 7810

8075 8273 8442 8444 8573 8819 8939 9451 9709 9788 9804 9983

B’5 NUMRI 00804 02968 03034 12503 21557 31323 33135 38704 40573 42097 45862 46516

62670 63068 66319 75414 80568 87655 88920 89003 91519 95502

350603 849232 969417 B’7 NUMRI 4635868 8208945

Bi 8 NUMRI 38486829 80343011 B’6 NUMRI 87903759 250698 91008240

MIMDUDIN: 9,21M. Mis-Sirja dan (6) 19. 1. Kompli l-qawl: 10. Il-lingwa tiegħi (6) 20. Frar fawwar ........ 12. Kunjom (6) l-bjar (5) 16,21W. Għajdut (6) 21. 4. Raħal f’Għawdex (4)18,19. Imperattiv singular 23. 7. Nota mużikali (2) ta’ ċaħad (5) 24.

Ara 18 Ħajta bil-maqlub (5) Ara 9 Ara 3 Jixtiequ (5)

WEQFIN: 1. Jieħu li mhux tiegħu (6) 2,12W. Raħal (5) 3,23. Ġennen! (7) 5,11. Pjazza? (5)

Żgur mhux minn ta’ quddiem (6) Qiskom żugragi (6) Kunjom (3) Ara 16 Isem (3)

6. 8. 11. 12. 13.

Isem Għarbi (3) Imseħbin (9) Ara 5 Ara 2 Imur ma’ skorfina (3)

14. 15. 17. 21. 22.

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Qalbi, 4.Ħati, 7,9.Nutar, 10.Trabbi, 12.Lingwa, 16.Rio, 18,23.Iwitti, 19.Tut, 20.Blajt, 24.Niddi

WEQFIN: 1.Qattar, 2,17.Larinġ, 3,6.Intiżi, 5,11. Arbli, 8.Urugwajan, 12,21M. Loġġa, 13.Nil, 14.Attard, 15.Atturi, 21.ĠMI, 22.Att


28

26.09.2020

SENA WARA Editorjal

Minbarra li kien inkapaċi fuq numru ta’ temi importanti għallpajjiż, inkluża s-saħħa ta’ kull ċittadin, il-Kap tal-PN baqa’ ma ġabhiex żewġ lanqas internament wara sena sħiħa fit-tmun

Illum Bernard Grech jagħlaq sena fit-tmun tal-Partit Nazzjonalista. Sena ilu kien għeleb il-kompetizzjoni tal-predeċessur tiegħu Adrian Delia b’vot sfurzat fost it-tesserati, avolja twassal fuq mewġa li ħolqulu dawk tal-establishment. Megħjun b’kampanja orkes­ trata u kull skuża immaġinabbli, kiseb appoġġ intern wara biss sentejn li kien ilu fil-kariga ta’ qablu, li, jekk xejn, ipprova joftom lill-Partit mill-elementi li wassluh għas-sitwazzjoni diżastruża li kien fiha sal-2017. Jekk dak il-manuvrar – jew konġura b’kull isem ieħor – ġabx xi riżultati u x’tip ta’ riżultati għat-tmexxija Nazzjonalista għad irridu nistennew il-kejl definittiv tal-elezzjoni ġenerali. Għax min se jargumenta biss abbażi taċ-ċifri li joħorġu minn diversi stħarriġ tal-opinjoni pub­b­­­lika li jsiru perjodikament u minn fonti indipendenti diffe­renti, ikollu ħjiel tal-istam­ pa att­wali, imma żgur mhux stampa sħiħa li tiddetermina d-destin ta’ nazzjon. Dik teħtieġ riflessjoni ferm aktar profonda. Fil-verità dawk tal-establish­

ment, li jippretenduha tal-pala­ dini tal-governanza u s-saltna tad-dritt, hekk għamlu tul is-sajf tas-sena l-oħra u waqfu san-numri fis-surveys biex jiġġustifikaw kull attakk kontra Delia. Id-distakk mal-Partit Laburista kien wieħed mill-argumenti persistenti tagħhom. Ma tista’ tlum lil ħadd (mhux l-inqas lil partitarji Nazzjona­ listi) li issa jgħidu li, dak li kien jgħodd għall-papra sena ilu, għandu jgħodd ukoll bl-istess kejl għall-papru llum il-ġurnata. Ovvjament, kif nafu, skont is-surveys ma kien hemm l-eb­da ċaqliq sinifikanti li jiġ­ ġustifika l-bidla sfurzata sena ilu. Anzi pjuttost il-PN baqa’ jit­lef il-fiduċja popolari taħt Grech. Għal dan nistgħu nimmaġinaw id-dellirju fost il-forzi li llum jiġbdu l-ispag fil-Partit u r-rabja kontrihom għal dak li wettqu s-sena l-oħra. Veru li l-benefiċċju tad-dubju għandu jingħata anke lil min qatt qabel ma kien fil-politika, imma sena hi perjodu biżżejjed biex Grech jitkejjel fil-kapaċità jew in-nuqqas tagħha li jagħti lill-pajjiż Oppożizzjoni serja u

kredibbli, kif jixraq. Sfortuna­ tament, anke hawn Grech reġa’ falla miżerjament, minkejja li fl-aħħar jiem tambrilna li jrid ikun il-Prim Ministru. Skont id-deċiżjonijiet tiegħu f’dawn l-aħħar 12-il xahar, Alla jilliberana li kieku kien hu qed imexxi l-pajjiż tul il-pandemija tal-COVID-19, pereżempju. B’kumitati għall-apparenza biss, skreditar tat-tilqima u attakki kontinwi anke fuq is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, lanqas biss tidħol fil-fantażija ta’ moħħna x’sitwazzjoni konna nkunu fiha. Mur ġibu kien flok il-Prim Minis­tru u Mexxej Laburista li, għalkemm kien għadu dieħel fil-kariga wkoll, kellu jiffaċċja l-akbar kriżi globali ta’ dawn l-aħħar 80 sena! Bil-maqlub, illum ir-riżultati tat-tmexxija ta’ Robert Abela llum tfaħħarhom id-dinja. Is-saħħa ta’ kull ċittadin prattikament tegħ­leb kull ħaġ’oħra fil-ħajja, imma żgur li din ma kinitx l-unika fergħa fl-inkapaċità tal-Kap Nazzjonalista biex jieħu d-deċiżjonijiet jew id-deċiżjonijiet it-tajbin fuq

livell nazzjonali. Grech ukoll tkaxkar lejn xfar l-irdumijiet f’temi oħrajn importanti, bħall-ambjent, l-iżvilupp, il-finanzi, l-investimenti, ix-xogħol, l-edukazzjoni u iżjed. Tifhem li ilhom tmien snin fl-Oppożizzjoni u baqgħu ma tgħallmu xejn meta jagħżlu li jkunu populisti u jisparaw wegħ­di bl-addoċċ, mingħajr ma jkunu jafu mqar il-bażiku ta’ kemm dawn jistgħu jiswew. Iżjed minn hekk meta, kontra l-ħafna retorika li jafu jdoqqu, juru sfaċċatament li m’għandhom l-ebda intenzjoni li jinbidlu, anzi jiftaħru li għadhom jaraw l-aħħar żminijiet tagħhom fil-Gvern bħala “s-snin tad-deheb”, allura bilfors tispiċċa taqta’ qalbek mill-PN. Il-fatt li wara sena sħiħa x-xquq fi ħdan il-Partit baqgħu ma ngħalqux u b’Kap ġdid il-vulkan f’Tal-Pietà ma jridx jorqod, iżda għadu attiv iżjed minn qabel, mhumiex xi kredenzjali tajbin li t-tmexxija attwali tista’ tibbaża fuqhom. Żgur mhux se jgħinuha trażżan l-emorraġija u tinjetta xi demm ġdid fil-vini.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.