KullĦadd_03.11.2019

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd 3 ta’ Novembru, 2019

Ħarġa Nru 1,373

Prezz €1

TA’ BUSUTTIL DIŻAPPUNTATI B’LOUIS GALEA

Ara paġna 3

Il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil fil-Partit Nazzjonalista hija diżappuntata ferm li fil-laqgħa tal-eżekuttiv ta’ din il-ġimgħa Louis Galea m’għafasx biex il-bidliet li jridu għall-istatut isiru b’mod immedjat. Il-bidla li għandha tneħħi lil Clyde Puli minn Segretarju Ġenerali, għax deputati ma jitħallewx jikkontestaw il-kariga, Louis Galea hu favuriha. Iżda, meta ltaqa’ l-eżekuttiv din il-ġimgħa Galea ma qal xejn u minflok aċċetta li l-elezzjonijiet għall-karigi jkunu posposti għal Marzu. Imkejjen flIstamperija nnotaw kif wara li l-Partit Nazzjonalista ġab fix-xejn il-festi tal-Indipendenza issa qabeż ukoll il-Kunsill Ġenerali li kien isir f’dawn iż-żminijiet. Din id-darba l-iskuża tkun li għaddej proċess ta’ riforma.

MHIX SE SSIR IL-VILLA F’TA’ MUXI FIL-QALA

Is-Sindku tal-Kunsill b’maġġoranza Laburista fil-Qala esprima s-sodisfazzjon għall-aħbar li mhix se tinbena l-villa f’Ta’ Muxi fil-Qala. Il-Kunsill Lokali kien diġà ddikjara li se jappella middeċiżjoni tal-Awtorità talIppjanar, iżda, ilbieraħ kien l-applikant innifsu li qal li se jkun qed jirrinunzja għallpermess. “Din hi rebħa għallQala u rebħa għall-ambjent. Nirringrazzja lil dawk kollha li appoġġjaw il-kawża tagħna,” qal is-Sindku Laburista tal-Qala Pawlu Buttigieg. Ara paġna 4

BAQGĦU MINGĦAJR TEŻORIER

Meta ltaqa’ l-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ma saritx l-elezzjoni għal teżorier b’dak li kien hemm issa ilu li rriżenja diversi ġimgħat wara perjodu qasir ħafna fil-kariga. Jirriżulta li hemm problema kbira biex jinstab xi ħadd kredibbli li jikkontesta u sa xahar wara għadha lanqas biss saret elezzjoni tant li l-ħsieb ta’ wħud fl-Istamperija hu li din tkun posposta wkoll għal Marzu anke jekk il-post huwa battal. Hemm min qed jargumenta, birraġun, li dan mhux possibbli minħabba li l-liġi tal-finanzjament tal-partiti titlob li jkun hemm teżorier fil-kariga, xi ħaġa li l-Partit Nazzjonalista injora filwaqt li baqa’ jiġbor il-flus.

UGWALJANZA IKTAR IMĦARSA • Il-Parlament Malti se jibda jiddiskuti bidliet rivoluzzjonarji maħsuba biex jassiguraw ugwaljanza f’kull qasam tal-ħajja • Se titwaqqaf Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza li għandha l-awtonomija u s-saħħa tal-Kostituzzjoni • Se jkun il-Parlament, wara proċess miftuħ, li jagħżel din il-Kummissjoni Ara paġna 5


02

03.11.2019

kullhadd.com

IT-TEMP GĦAL-LUM Editur ALEANDER BALZAN

L-Ogħla Temperatura: 25°C L-Inqas Temperatura: 19°C L-Indiċi UV: 3 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni baxxa testendi minn fuq il-Gżejjer Brittaniċi sa fuq il-Punent tal-Mediterran It-Temp: Pjuttost imsaħħab bil-possibilità ta’ xi ħalbiet tax-xita li jsir ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ftit qawwi mil-Lbiċ li jsir ftit qawwi għal qawwi Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif għal moderat li jsir moderat L-Imbatt: Baxx mil-Lvant li jdur mil-Lbiċ It-Temperatura tal-Baħar: 24°C

email: aleander.balzan@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR tel: (+356) 2568 2570 It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Indirizz Postali KullĦadd

24°C

UV 3

17°C

Il-Ħamis

24°C

UV 3

18°C

25°C

Il-Ġimgħa

UV 2

18°C

Is-Sibt

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

Sit Elettroniku KullĦadd

23°C

UV 3

15°C

23°C

UV 3

17°C

23°C

UV 3

17°C

kullhadd.com

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000

Royal Pharmacy, 271, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21252396 Brown’s Pharmacy, 706, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238623 Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487020 Pharmaplus, Triq Ganu, Birkirkara – 21492958 Regal Pharmcay, 39B, Triq Antonio Bosio, L-Imsida – 21313115 St. Julian’s Pharmacy, 24, Triq G. Borg Olivier, San Ġiljan – 21369426 Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21335492 St. Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Ħ’Attard – 21413442 Sta. Margherita Pharmacy, Vjal il-Qalbiena Mostin, Santa Margherita Estate, Il-Mosta – 21416426 Euro Chemist, Triq il-Kurazza, Il-Qawra – 21581876 Brown’s Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21821646 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 Mediatrix Plus Pharmacy, 7, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 27826685 Martin’s Pharmacy, 182, Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa – 21651031 Bronja Pharmacy, Sonata, Triq il-Bronja, Iż-Żurrieq – 21682251 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 21467459 Imtarfa Pharmacy, 207 Triq San David, L-Imtarfa – 21451261

Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

Għawdex

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21566170 Ta’ Pinu Pharmacy, Triq Franġisk Portelli, L-Għarb – 27888128

Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

03.11.2019

kullhadd.com

JIPPOSPONU L-BATTALJA • L-AVVENIMENTI FIL-PN DIN IL-ĠIMGĦA KKONFERMAW DAK LI ŻVELAJNA L-ĦADD • JIRBĦU FTIT ĦIN BIT-TAMA LI JIMPLIMENTAW IL-BIDLA B’INQAS INKWIET • CLYDE PULI JIBQA’ JAĦSEB F’IMPJIEG ALTERNATTIV Dak li żvelajna nhar il-Ħadd li għadda dwar inkwiet ġdid fil-Partit Nazzjonalista kien ikkonfermat meta din il-ġimgħa l-Partit Nazzjonalista ppospona l-elezzjonijiet li kienu se jsiru dan ix-xahar. Dawn l-elezzjonijiet kellhom jeleġġu l-ogħla uffiċjali fl-istrutturi tal-Partit Nazzjonalista. Iżda, issa din l-għażla se tkun qed issir wara Marzu tas-sena d-dieħla. Jekk jgħaddu l-proposti maħsuba u li qed iressaq ’il quddiem l-Eks Ministru u Eks Segretarju Ġenerali, Louis Galea, nies bħal Clyde Puli u Kristy Debono ma jkunux jistgħu jikkontestaw għall-karigi li għandhom illum. Meta din il-ġimgħa ltaqa’ l-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ftit li xejn ingħataw dettalji dwar dak li żvelajna l-Ħadd u saħansitra r-riformi li suppost se jidħlu f ’dik li qed tissejjaħ it-tieni fażi ma kinux diskussi. Minflok tqajmet u kienet diskussa biss il-proposta biex l-elezzjonijiet isiru wara bidliet li jista’ jkun hemm għall-istatut għax ma jagħmilx sens li jinħatru uffiċjali b’regoli antiki li issa jaf ikunu qed jinbidlu. B’hekk, dak li ntqal minn din il-gazzetta nhar il-Ħadd li għadda, li se jinbidel l-istatut b’mod li jolqot l-elezzjonijiet, kien ikkonfermat mija fil-mija. L-elezzjonijiet ġew posposti

minkejja li l-Eks Ministru Francis Zammit Dimech kien diġà beda jaħdem u saħansitra kkonferma li f ’Novembru kien se jkun qed jikkontesta lil Clyde Puli, is-Segretarju Ġenerali. Puli, anke konxju mill-bidliet li setgħu jiġu proposti, kien ilu ġimgħat jaħsibha jibqax fil-kariga, tant li meta żvelajna dan lanqas nofs ċaħda ma kien hemm. Iżda, meta minn imkien tfaċċa isem Zammit Dimech, is-Segretarju Ġenerali bagħat sinjal ċar li ma kienx lest ikun umiljat u għalhekk ħabbar li se jkun qed jerġa’ jikkontesta. Din kienet sfida diretta għal Louis Galea u f ’taħditiet interni li saru fl-aħħar jiem waslu biss biex l-elezzjoni tkun posposta. Saħansitra l-Partit Nazzjonalista stess ikkonferma li se jkun hemm regoli ġodda biex jinħatru l-uffiċjali. “Il-Kap tal-Partit Adrian Delia spjega li din il-miżura hija meħtieġa biex it-tiġdid tal-Kumitati, tal-organi u tal-karigi tal-uffiċjali tal-partit iseħħ skont ir-regoli l-ġodda. Huwa qal li jinsab sodisfatt ħafna bl-interess ġenerali li qed iqanqal il-proċess ta’ riforma fil-partit,” intqal fi stqarrija dwar dan il-posponiment. Il-proposta li segretarju ġenerali u uffiċjali oħra ma jistgħux ikunu deputati ħareġ qatta bla ħabel kontra tagħha Pierre Portelli, l-Eks

Kap Eżekuttiv tal-midja tal-PN. Portelli qal li nies bħal Paul Borg Olivier u Rosette Thake ma kinux deputati iżda ġabu fost l-agħar riżultati fl-istorja għall-Partit Nazzjonalista. Fil-fatt, kien fi żmienhom li l-Partit Nazzjonalista ħa l-ewwel tkaxkiriet rekord. Tkaxkiriet li komplew fl-elezzjonijiet ta’ din is-sena. L-intervista ta’ Portelli ma’ The Malta Independent tal-Ħadd li għadda wkoll kienet interpretata bħala sinjal ċar min irid jimmina lil Clyde Puli u ta’ madwar il-Kap. Għalkemm il-Kap Delia, f ’dan l-istadju qed juri li lest jilħaq xi kompromessi mal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil bit-tama li jagħtuh xi ftit tan-nifs. Min-naħa l-oħra l-membri tal-fazzjoni Busuttil huma konxji li jridu jkomplu jdgħajfuh bil-għan li xħin jerġgħu jsibuh fuq sieq waħda, jattakkaw mill-ġdid it-tmexxija tiegħu. Fil-fatt, id-diskors fid-Dar Ċentrali hu li Delia qiegħed jitlef lil ta’ madwaru biex jogħġob lil ta’ kontra tiegħu.


04

03.11.2019

kullhadd.com

JGĦID LI MHUX L-ARĊISQOF IBIEREK SE JIBNI VILLA “IL-MIŻBLA”

TAĊ-ĊIMITERJU

Joseph Portelli, l-iżviluppatur li kien applika biex jibni villa fl-inħawi tal-Muxi fil-Qala, qal li se jirrinunzja għall-permess ta’ żvilupp. Permess li qajjem kontroversja u li kien ikkritikat minn bosta. Fi stqarrija saħaq li qed jagħmel dan minn jeddu b’effett immedjat u żied jgħid li l-każ tiegħu ngħata attenzjoni partikolari mill-midja li każi oħra ma ngħatawx u tenna li mexa skont il-proċeduri. Saħansitra sostna li hu applika skont ir-regoli li jeżistu. Dwar dan il-każ, meta nhar il-

Ħamis ġie approvat il-permess mill-Awtorità għall-Ippjanar, il-Kunsill Lokali Laburista tal-Qala kien saħaq li se jappella d-deċiżjoni u oppona bil-qawwa dan l-iżvilupp. Il-Kunsill Lokali b’maġġoranza Laburista kien saħaq li l-post għandu jibqa’ jżomm il-karatteristiċi rurali tiegħu. Anki l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi kienet qalet li fil-prinċipju dan l-iżvilupp huwa inaċċettabbli. Iċ-Chairman tal-ERA, il-Professur Victor Axiak ivvota kontra l-iżvilupp propost.

B’reazzjoni għall-aħbar tal-bieraħ, is-Sindku Laburista tal-Qala Paul Buttigieg żied li jinsab ferħan u sodisfatt biex b’hekk ma jinfetħux preċedenti għall-żviluppi oħrajn. “Ferm ferħan u sodisfatt anke f ’isem in-nies tal-Qala. Nemmen li l-proġett ma seħħx minħabba l-outcome tan-nies li kien hemm. Mhux ċajta, għaliex dan il-proġett kien se jiftaħ il-floodgates fuq inħawi oħra bħall-Qala,” stqarr Buttigieg li tenna li l-Kunsill Lokali jrid jara li l-permess ikun revokat għalkollox.

Fil-jum li l-Knisja Kattolika tfakkar l-erwieħ, l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna talab maħfra għal dawk li ndifnu f ’dik deskritta bħala “l-miżbla”, fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata. F’omelija li għamel fil-Knisja Neogotika taċ-ċimiterju, Monsinjur Scicluna spjega li l-ħajt li kien hemm bejn dawk midfuna b’mod sagru u dawk le, waqa’. “Hawn midfunin nies li meta ndifnu, bejn dawk li mietu f ’paċi mal-Knisja u huma kien hemm ħajt. Illum dak il-ħajt waqa’. U jiena nixtieq nitlob maħfra tal-ħitan li bnejna biex nifirdu l-mejtin tagħna,” qal l-Arċisqof.

Wara li kkonċelebra l-quddiesa li fakkret il-mejtin kollha, l-Arċisqof bierek l-oqbra. L-Arċisqof ta’ Malta poġġa fjuri u bierek il-qabar tal-Eks Deputat Prim Ministru Laburista u anki Deputat Mexxej tal-Partit Ġużè Ellul Mercer. Mercer li miet fl-eqqel tal-kwistjoni politika-reliġjuża tas-sittinijiet kien interdettjat bid-dnub il-mejjet u kien ndifen fil-parti mhux ikkonsagrata taċ-ċimiterju tal-Addolorata, magħrufa bħala “l-miżbla”. Monsinjur Scicluna poġġa l-fjuri wkoll fuq il-qabar tal-immigranti li mietu fi traġedja fil-baħar li seħħet erba’ snin ilu u anki fuq il-qabar tat-trabi mhux mgħammda.

B’niket inħabbru l-mewt ta’ MARY MINTOFF NÉE ATTARD KINGSWELL, li kienet residenti San Ġwann, li mietet fit-2 ta’ Novembru 2019, f ’Casa Antonia Balzan, ikkonfortata bis-Sagramenti Mqaddsa, fl-età ta’ 93 sena. Ħalliet jibku t-telfa tagħha lil uliedha Lilian Wismayer, Edwin u martu Patricia, Edith u żewġha Mario Cachia, neputijiet Amber, Kurt, Malcolm, Lesley-Ann, Jasmine May u Faye Dominique, lil ħutha John u Eleno, u bosta qraba u ħbieb. Il-funeral se jsir nhar it-Tlieta 5 ta’ Novembru fil-Knisja Parrokjali Madonna ta’ Lourdes, San Gwann, fis-2pm, fejn issirilha quddiesa præsente cadaver u wara issir id-difna fiċ-ċimiterju ta’ Santa Maria Addolorata. Flok fjuri, napprezzaw donazzjonijiet lid-Dar San Ġużepp, Santa Venera. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqha, tistrieh fis-sliem, Ammen.


05

03.11.2019

kullhadd.com

IL-PARLAMENT JIDDISKUTI BIDLA KBIRA FAVUR L-UGWALJANZA Fil-jiem li ġejjin il-Parlament Malti se jibda jiddiskuti bidliet importanti li għandhom jassiguraw iktar ugwaljanza f ’kull settur tal-ħajja. Żewġ abbozzi ta’ liġi se jkunu preżentati mill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Edward Zammit Lewis u dawn għandhom l-għan li jarmonizzaw il-liġi Maltija fis-settur, isaħħu l-qafas legali u iktar importanti minn hekk jipprovdu ħarsien legali għall-vittmi tad-diskriminazzjoni. Ħafna referenzi f ’liġijiet differenti se jsibu posthom f ’liġi b’saħħitha u bil-bidliet li se jsiru pajjiżna se jkun qiegħed imur pass oltre minn dak li jitolbu l-liġijiet Ewropej. F’kummenti mal-gazzetta KullĦadd il-Ministru Edward Zammit Lewis qal li permezz ta’ dawn l-abbozzi ta’ liġi, il-Gvern qed jagħmel dikjarazzjoni b’saħħitha. “Dik li f ’Malta, kulħadd għandu d-dritt li jiġi trattat b’mod indaqs, u li min jiġi diskriminat għandu r-rimedji kollha biex issir ġus-

tizzja miegħu. Bl-abbozz ta’ liġi dwar l-ugwaljanza, qed nipprojbixxu d-diskriminazzjoni f ’kull sfera tal-ħajja. Jekk ikunx il-qasam tal-impjieg, tal-edukazzjoni, jew l-aċċess għal servizzi, aħna lkoll għandna d-dritt li niġu trattati bl-istess mod,” qal il-Ministru Zammit Lewis. Għall-ewwel darba fil-liġi Maltija, id-diskriminazzjoni qed tiġi mfissra fid-diversità kollha tagħha u ssir referenza għal diskriminazzjoni diretta jew indiretta. Fost l-oqsma fejn ilGvern irid jiġġieled id-diskriminazzjoni hemm il-fastidju, struzzjonijiet għad-diskriminazzjoni, il-vittimizzazzjoni, in-nuqqas ta’ proviżjoni ta’ akkomodazzjoni raġonevoli u l-kiem jew imġiba ta’ mibegħda fost oħrajn. It-twaqqif tal-Kummissjoni qed ikun meqjus bħala pass mill-iktar importanti. Din se tkun komposta minn tmien membri u Kummissarju li għandu jkollu esperjenza u kwalifiki fil-qasam.

Saħansitra l-għażla ssir wara li l-Ispeaker iniedi konsultazzjoni pubblika fejn jistieden in-nomini. Dawn in-nomini mbagħad ikunu skrutinizzati mill-Kumitat għall-Ħatriet Pubbliċi tal-Parlament. Il-Kummissjoni se jkollha wkoll ħarsien kostituzzjonali u se tkun taqa’ taħt il-Parlament biex ikollha awtonomija assigurata. Fi ħdan il-Kummissjoni mbagħad għandu jkun hemm bord li jisma’ każi ta’ allegat ksur ta’ drittijiet jew diskriminazzjoni. Meta tkellem dwar l-importanza ta’ din il-Kummissjoni Zammit Lewis saħaq li ma jiswa xejn li jkollok dritt jekk ma tkunx tista’ tinfurzah. “Għal darb’oħra, pajjiżna qiegħed mhux biss jilħaq, saħansitra jaqbeż, l-istandards Ewropej u dawk internazzjonali fil-qasam. Iżda għalina, l-ogħla prijorità tibqa’ dejjem li ntejbu l-kwalità tal-ħajja u fuq kollox niksbu aktar ugwaljanza għal kulħadd u f ’kull aspett,” temm jgħid il-Ministru.

WHO: MALTA “CHAMPION” FIS-SETTUR TAD-DIMENSJA Fost l-ogħla uffiċjali tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ddeskrivew lil Malta bħala “champion” fil-ħidma li qed issir fil-qasam tad-dimensja. Dan għamluh f ’ittra li kitbu lis-Segretarju Parlamentari, Anthony Agius Decelis, wara li f ’Malta ħadu sehem f ’konferenza internazzjonali dwar issuġġett. “Bħala leader fil-qasam tad-dimensja, ir-Repubblika ta’ Malta taġixxi bħala champion globali u reġjonali, fejn tmexxi ’l quddiem l-implimentazzjoni ta’ politika effettiva, servizzi u innovazzjonijiet minn seba’ oqsma ta’ azzjoni tal-pjan għall-azzjoni globali 2017-2025 b’rispons

għad-dimensja,” qalu t-tliet uffiċjali li ffirmaw l-ittra tal-WHO. Minn hawn ’il quddiem l-uffiċjali tal-WHO kitbu fuq kemm kien importanti l-workshop li għamlu f ’pajjiżna fejn nibtu opportunitajiet ta’ kollaborazzjoni u stħarrġu r-rispons li jista’ jkun hemm fuq bażi reġjonali u nazzjonali. “Għal darb’oħra nirringrazzjaw lilek u lir-Repubblika ta’ Malta, li lqajtu dan il-workshop innovattiv dwar id-dimensja, u talli tmexxu sforzi globali maħsuba biex tkun indirizzata l-isfida tad-dimensja. Mingħajr dubju dawk li attendew ibbenefikaw ħafna mit-tmexxija u l-għerf ta’ Malta,” qalu l-fir-

matarji tal-ittra li kkummentaw kif f ’pajjiżna qed titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti, dawk li jieħdu ħsiebhom u l-familji tagħhom. Sodisfatt b’dan ir-rispons is-Segretarju Parlamentari Decelis qal: “Aħna l-ikbar sodisfazzjon tagħna jibqa’ dak ta’ meta b’dak li nagħmlu ntejbu l-ħajja tal-persuni bid-dimensja u ta’ madwarhom. Iżda, li organizzazzjoni kbira bħall-WHO tirrikonoxxi b’tant saħħa s-sehem li tista’ tagħti Malta fuq livell anke internazzjonali jimliek b’sodisfazzjon. Juri li għalkemm Malta pajjiż żgħir tista’ tkun leader anke f ’dan is-settur.”


06

03.11.2019

kullhadd.com

L-NAO JINNOTA TITJIB FIĊ-CHILDCARE B’XEJN • L-ASSENTEIŻMU SEWA L-GVERN €5 MILJUN F’SENA L-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali nnota titjib sostanzjali fil-mod kif titħaddem iskema taċ-childcare b’xejn li l-Gvern introduċa f ’April 2014. F’rapport li kien sar fis-sena ta’ wara li daħlet l-iskema, l-Awditur Ġenerali kien issuġerixxa titjib li jista’ jsir fil-mod kif titħaddem b’mod partikolari mil-lat amministrattiv. Issa, f ’rapport li ħareġ din il-ġimgħa, irriżulta li l-awtoritajiet li jħaddmu s-sistema implimentaw il-maġġoranza tar-rakkomandazzjonijiet li saru.

Fl-2015 meta l-Awditur Ġenerali għamel l-ewwel rapport tiegħu kien hemm 83 childcare jipparteċipaw fl-iskema. Dawn telgħu għal 136 din is-sena bittfal li jattendu iktar minn irdoppjaw meta minn 2,700 tifel u tifla fl-2015, din is-sena hemm 6,300 tifel u tifla jgawdu miċ-child care b’xejn. Programm li għalih ilGvern qed jinvesti mal-€20 miljun fis-sena. ippubblikat din il-ġimgħa hemm b’mod rigoruż mar-regoli dwar biex dan ikun assigurat isiru żjaFost l-iktar punti importanti li dak li minnu joħroġ biċ-ċar li kemm suppost jakkomodaw tfal rat spissi. Fl-2018 kien hemm 126 rriżultaw mill-follow-up report ċ-child care centres qed iżommu f ’kull ċentru, skont id-daqs. U żjara, biex sal-ewwel ftit tal-2019 kull ċentru kellu żjara li assigurat li qed jinżamm il-livell. F’każ li jinstab xi ħadd li ma jkunx qed iżomm ma’ dawn ir-regoli l-ewwel pass ikun li jitwaqqfu r-reġistrazzjonijiet ġodda. Fost il-bidliet pożittivi li mmarka l-Awditur Ġenerali hemm dik li ċ-ċentri llum ikunu mmoniterjati mill-qrib mill-uffiċjali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol (MEDE) u saħansitra jsiru spezzjonijiet fuq il-post jekk iqumu xi affarijiet suspettużi li jindikaw li l-affarijiet mhux qed isiru kif suppost. Biex anke seta’ jsir dan, issaħħaħ id-dipartiment li jieħu ħsieb l-iskema kif kien suġġerit mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali u fil-fatt sar. Illum hemm ukoll iktar kontrolli u rendikont aħjar tas-sigħat li jiġu bbukkjati mill-ġenituri u anke l-bdil tagħhom. L-Awditur Ġenerali moħħu mistrieħ ukoll li anke fejn f ’każ fejn l-ulied jattendu iktar minn child care wieħed, minħabba raġunijiet loġistiċi, teżisti sistema li tassigura li ma jsirux ħlasijiet doppji. Illum l-Awditur Ġenerali huwa sodisfatt ukoll li teżisti sistema online bil-għan li jkunu sottomessi l-applikazzjonijiet fejn imbagħad issir evalwazzjoni li s-sigħat attwali ta’ xogħol jaqblu mas-sigħat mitluba għaċ-childcare u jekk le jsiru l-verifiki u l-korrezzjonijiet meħtieġa. Massigħat ta’ xogħol jingħata 10% bonus għal dak li jista’ jinqala’ u 20 siegħa fil-ġimgħa għall-ħin tal-ivvjaġġar minn u lejn ix-xogħol. Jirriżulta li s-sena l-oħra l-assenteiżmu sewa lill-Gvern €5 miljun. Huwa meta wieħed ifalli iktar minn 25% li jintalab iħallas għal dawk is-sigħat li ma jkunx attenda ċ-childcare iżda bbukkjahom xorta waħda.


07

03.11.2019

kullhadd.com

FUQ IT-TOROQ LIL ADRIAN DELIA JMERUH SĦABU STESS Għal Adrian Delia saret regola li kważi f ’kull ħaġa li jgħid ikunu sħabu d-Deputati Nazzjonalisti stess li jmeruh pubblikament, anke fuq il-kritika li jagħmel biex jipprova jmewwet is-suċċess tal-Gvern bl-investiment li qed isir fl-infrastruttura tat-toroq. Adrian Delia għall-ewwel kien jinsisti li mhu veru xejn li t-toroq qegħdin jinbnew mill-ġdid. Iżda mbagħad, meta ma setax jibqa’ jmieri s-sewwa magħruf, il-kritika mqanżħa tiegħu dawwarha mod ieħor. Minflok beda jgħid li x-xogħlijiet qegħdin isiru għalxejn u li l-bottlenecks huma biss skuża biex jitwessgħu toroq arterjali. L-aħħar wieħed minn fost id-Deputati Nazzjonalisti li waqqagħlu l-kelma tiegħu fuq din il-ħaġa kien Ryan Callus waqt l-intervent li għamel fid-diskussjoni dwar l-estimi tal-Baġit għall-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali. Bl-ewwel kliem li ħareġ

minn fommu, id-Deputat Nazzjonalista talab lill-Ministru Ian Borg biex jindirizza l-problema li hemm mar-roundabout meta tiġi biex toħroġ mis-Siġġiewi għax kif qal hu hija bottleneck. Qablu din il-problema kien diġà semmieha Deputat Nazzjonalista ieħor. Karol Aquilina kien staqsa fil-Parlament x’qed isir biex tissolva l-problema ta’ konġestjoni tat-traffiku fil-parti fejn tinsab din ir-roundabout. Il-junction li rreferew għaliha tinsab fi Triq l-Imdina f ’Ħaż-Żebbuġ f ’waħda mir-rotot ewlenin bejn innaħa ta’ fuq u l-Punent ta’ Malta fid-direzzjoni lejn Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi, Ħal Qormi u ħafna lokalitajiet fin-Nofsinhar ta’ Malta. Kif kien spjega l-Ministru Ian Borg, il-Gvern diġà wettaq diversi xogħlijiet sabiex itejjeb l-effiċjenza, is-sigurtà u l-kwalità ta’ din ir-rotta. Fost oħrajn, inbnew mill-ġdid erba’ roundabouts f ’Ħaż-Żebbuġ u

Ħal Qormi sabiex ikollhom kapaċità akbar u inqas riskji ta’ aċċidenti. B’hekk jintilef inqas ħin fl-ivvjaġġar u jkun hemm inqas konsegwenzi ta’ konġestjoni, tniġġis tal-arja u storbju. Fl-istess waqt, għaddej ukoll il-bini mill-ġdid ta’ Triq Ħal Qormi, li magħha tingħaqad Triq l-Imdina fid-direzzjoni tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u n-naħa t’isfel tal-pajjiż. Dawn ix-xogħlijiet diġà qed iwasslu għal tnaqqis sostanzjali fil-ħin tal-ivvjaġġar għal dawk li jużaw din ir-rotta. Barra minn hekk, permezz tas-Central Link Project ser jonqsu wkoll id-diffikultajiet fi Triq l-Imdina Ħaż-Żebbuġ u l-konnessjonijiet tagħha, hekk kif jinħolqu rotot alternattivi aktar effiċjenti minn dawk li hemm illum biex nivvjaġġaw minn u lejn in-Nofsinhar ta’ Malta. Qed jitħejjew ukoll pjanijiet għal aktar titjib, fosthom tal-junction fi Triq is-Siġġiewi, sabiex din ukoll issir aktar effiċjenti u sigura.


08

03.11.2019

kullhadd.com

DEPUTATI JIMMARKAW IS-SUĊĊESS F’OQSMA DIVERSI Fl-aħħar jiem il-Parlament Malti ddiskuta l-estimi finanzjarji għas-sena d-dieħla bħala parti mid-diskussjoni dwar il-baġit 2020. Kienu jiem impenjattivi bi tliet sessjonijiet kuljum fejn diversi Ministri u Segretarji Parlamentari preżentaw il-pjani tal-Gvern f ’oqsma diversi. Spikka wkoll is-sehem tad-deputati tal-Partit Laburista li wkoll immarkaw għadd ta’ temi fuq diversi oqsma oħra. Illum nirreferu għal uħud minnhom.

Fit-tliet diskorsi li għamel matul id-dibattitu tal-baġit, id-Deputat tal-Gvern Glenn Bedingfield tkellem dwar kif għall-ewwel darba, il-Kottonera qiegħda fuq il-lista tal-prijoritajiet tal-Gvern. “Dan hu baġit li se jibda jimplimenta l-istrateġija għall-Kottonera li aktar kmieni din is-sena kienet approvata mill-Kabinett.” Glenn Bedingfield ippropona li flimkien mal-Awtorità tal-Artijiet, isir studju biex ikunu identifikati proprjetajiet vojta u spazji miftuħa fil-Kottonera ħalli l-użu tagħhom ikun immassimizzat fl-aħjar interess tan-nies. Proprjetajiet vojta jkunu jistgħu jingħataw għal skop soċjali waqt li spazji miftuħa jkunu identifikati u rranġati ħalli jitgawdew millkomunitajiet tal-Kottonera. Fil-baġit jissemmew għadd ta’ proġetti li diversi entitajiet, bħala Gvern wieħed, se jkunu qed jaħdmu fuqhom. Glenn Bedingfield tkellem dwar inizjattivi oħra li qed jittieħdu fil-Kottonera, bħat-twaqqif tal-Fondazzjoni Kottonera li se tkun responsabbli millimplimentazzjoni tal-istrateġija tal-Kottonera u allura tikkordina diversi xogħlijiet li jridu jsiru kemm fuq proġetti infrastrutturali u oħrajn ta’ laqta kulturali u soċjali. Id-Deputat Laburista ppreżenta petizzjoni fil-Parlament miġbura minn residenti Sengleani fejn qed jitolbu li l-Isla jkollha servizz ta’ ferry mal-Belt Valletta bħala parti minn proġett akbar tal-Gvern li se jkun qed jgħaqqad bil-baħar diversi lokalitajiet.

Dan hu baġit li se jibda jimplimenta l-istrateġija għall-Kottonera li aktar kmieni din is-sena kienet approvata mill-Kabinett

Id-Deputat Laburista, Clayton Bartolo tkellem dwar l-estimi tal-Ministeru talFinanzi fejn qal li fejn jidħlu l-finanzi talGvern u t-tmexxija tagħhom, kienu diversi l-baġits Nazzjonalisti li wiegħdu surplus. “Iżda kull sena kien jiġi l-Ministru talFinanzi u jgħidilna li minn dak kollu li jkun wiegħed ma jkun sar xejn, u fil-fatt jispiċċa b’defiċit. B’kuntrast, Gvern immexxi minn Joseph Muscat qiegħed jippreżenta l-ħames baġit b’surplus,” żied Bartolo. Tenna li hu importanti li dan ir-riżultat ma jitteħidx for granted. Li wieħed jagħmel surplus huwa riżultat ta’ żieda fid-dħul talGvern, mingħajr ebda żieda ta’ taxxi jew introduzzjoni ta’ taxxi ġodda, u fl-istess ħin kontroll fuq in-nefqa sabiex in-nefqa ssir b’iktar għaqal u tkun iffukata fejn l-iktar li hemm bżonn. “Dan qiegħed iwassal biex qegħdin inħallsu d-dejn li ħallew Gvernijiet Nazzjonalisti, biex din is-sena d-dejn pubbliku jinżel għal 43.1%. Dan waqt li qegħdin nieħdu ħsieb biex lill-ġenerazzjonijiet futuri nħallulhom il-ġid u b’hekk isibu pajjiż lest għall-futur. Fuq kollox dan huwa baġit li hu sostenibbli għall-pajjiż u bih il-pajjiż mhux talli ser iżomm il-kompetittività imma ser iżidha,” qal Clayton Bartolo.

Dan qiegħed iwassal biex qegħdin inħallsu d-dejn li ħallew Gvernijiet Nazzjonalisti, biex din is-sena d-dejn pubbliku jinżel għal 43.1%

Fid-dibattitu tal-estimi tal-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri sostna li huwa jemmen li matul l-aħħar snin, dan il-Ministeru kien responsabbli għal waħda mill-akbar bidla soċjali f ’ħafna u ħafna snin, b’mod pożittiv. Sostna illi ftit taż-żmien ilu l-esklużjoni kienet l-ordni tal-ġurnata, għaliex dawk responsabbli injoraw ir-realtajiet soċjali ta’ pajjiżna jew għażlu li jpoġġu rashom fir-ramel sempliċiment għaliex ir-realtajiet ġodda ta’ pajjiżna kienu jmorru kontra t-twemmin tagħhom. Fakkar illi kien hemm min kellu jipproċedi b’kawża legali kontra l-Gvern tal-ġurnata sabiex jipprova jikseb id-drittijiet tiegħu. Byron Camilleri sostna li l-akbar bidla li esperjenza pajjiżna fil-qasam tal-ugwaljanza ma kienx biss il-liġijiet introdotti mill-Partit Laburista fil-Gvern, iżda kienet il-bidla filħsieb tas-soċjetà Maltija li għal darb’oħra għarfet tagħżel l-inklużjoni fuq l-esklużjoni. Huwa sostna li l-qabża kbira progressiva li pajjiżna għamel fl-aħħar snin m’għandux ikun il-punt tal-wasla iżda bażi soda sabiex nagħmlu aktar xogħol, inbiddlu aktar ħajjiet u nagħmlu aktar persuni kuntenti li jħossuhom parti minn dan il-pajjiż. Huwa faħħar u rringrazzja lil Helena Dalli tal-ħidma eċċellenti tagħha f ’dan is-settur u fakkar fl-ostilità li ssuperat fl-aħħar snin, inkluż minn membri tal-Oppożizzjoni, u minn uħud li għax huma komdi, komdu kulħadd. Huwa sostna li għandu fiduċja li bl-istess mod, Edward Zammit Lewis ser ikompli jġib il-bidla f ’dan is-settur.


09

03.11.2019

kullhadd.com

Id-Deputat Etienne Grech intervjena fuq l-oqsma tas-saħħa u l-infrastruttura u tkellem dwar l-investimenti li qegħdin isiru. “Dan il-piż il-pajjiż jiflaħ għalih għax l-ekonomija hija b’saħħitha u qiegħda tikber. Dan grazzi għas-serje ta’ deċiżjonijiet tajba li ħa dan il-Gvern f ’dawn l-aħħar seba’ snin u serje ta’ baġits bil-għaqal li fihom żdiedu ħafna servizzi u ngħataw ħafna żidiet liċċittadini u l-ekonomija baqgħet tikber u mistennija tkompli tikber b’rata fost l-aqwa fl-Ewropa,” qal Grech. Meta tkellem fuq it-toroq enfasizza fuq id-differenza bejn illum u żminijiet oħra u fakkar fil-wegħda li qed isiru t-toroq kollha tal-pajjiż. “Din il-wegħda qiegħda tiġi fis-seħħ. Minn toroq li writna li kienu kollha ħofor, imkissrin u bis-servizzi jgħaddu min-nofs it-triq issa qegħdin jiġu rranġati bi professjonalità kbira u bis-servizzi jgħaddu mill-ġnub tat toroq. Id-dehra tat-toroq Maltin qiegħda titjieb sew u tiġi kif vera tixraq lil pajjiż żviluppat u b’ekonomija b’saħħitha,” qal Grech.

Meta tkellem fuq it-toroq enfasizza fuq id-differenza bejn illum u żminijiet oħra u fakkar fil-wegħda li qed isiru t-toroq kollha tal-pajjiż

Meta tkellem dwar l-estimi finanzjarji dwar il-qasam tas-Saħħa, id-Deputat Laburista t-Tabib Silvio Grixti semma l-qabżiet kbar li għamel dan il-qasam fl-aħħar seba’ snin u kif minn sitwazzjoni ta’ kriżi b’nuqqas kbir ta’ mediċini u lista ma tispiċċa qatt ta’ operazzjonijiet, illum għandna sitwazzjoni ta’ titjib konsiderevoli f ’kull livell, minn dak tal-mediċini għal dak tal-operazzjonijiet, kura ta’ outpatients, kura fil-komunità fejn qed naraw żviluppi kbar li jridu jwasslu biex kull belt u raħal f ’Malta u f ’Għawdex ikollhom iċ-ċentru mediku tagħhom. Dr Grixti rrefera wkoll għall-iżviluppi teknoloġiċi kbar li qed iseħħu fl-Isptar Mater Dei bl-introduzzjoni tar-robotika fis-swali tal-operazzjonijiet li hija ta’ benefiċċju kbir għall-pazjenti. It-Tabib Silvio Grixti indirizza wkoll ilParlament meta kien qed jiddiskuti l-voti li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Familja, Ħarsien tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali fejn fisser kemm il-baġit tas-sena d-dieħla huwa wieħed ta’ ruħ soċjali kbira fejn bl-akbar ġustizzja soċjali qed iqassam il-ġid kbir li rnexxielu joħloq il-Gvern Laburista fl-aħħar seba’ snin, b’enfasi partikulari fuq dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.

Semma l-qabżiet kbar li għamel dan il-qasam fl-aħħar seba’ snin u kif minn sitwazzjoni ta’ kriżi b’nuqqas kbir ta’ mediċini u lista ma tispiċċa qatt ta’ operazzjonijiet, illum għandna sitwazzjoni ta’ titjib konsiderevoli f’kull livell

Id-Deputat Laburista Stefan Zrinzo Azzopardi tenna kif il-baġit 2020 huwa mezz biex inwettqu bidla f ’pajjiżna u tkellem dwar oqsma differenti. Fost oħrajn qal li dawn il-miżuri huma biex nilħqu l-miri ambizzjużi li jindirizzaw il-bidla fil-klima sas-sena 2050. Bidla li trid isseħħ b’mod kordinat fl-oqsma kollha ta’ pajjiżna. Tenna li l-qasam tal-enerġija huwa wieħed mill-oqsma ewlenin li se jkompli jikkontribwixxi biex nilħqu dawn il-miri ambizzjużi. Qasam li l-Gvern għandu kredenzjali b’saħħithom għaliex wettaq bidliet importanti. “Is-settur tat-turiżmu wkoll jeħtieġ li jkompli jsaħħaħ l-attività kbira li qed jattira lejn pajjiżna iżda fl-istess ħin irridu nħarsu lejn il-metodi użati f ’dan il-qasam biex nipprepraw strateġiji li jħallu l-inqas impatt ambjentali possibbli,” qal Zrinzo Azzopardi. Żied li marbut mal-qasam tat-turiżmu huwa t-titjib tal-prodott turistiku billi nkomplu nsebbħu d-dehra ta’ pajjiżna. Dan irid ikompli jseħħ b’diversi proġetti iżda wkoll permezz ta’ pjani ta’ riġenerazzjoni li jagħtu valur lil żoni li waqgħu lura f ’pajjiżna. Riġenerazzjoni li trid toħloq bilanċ u tieħu ħsieb l-interessi tan-nies. “Biex pajjiżna jkompli jirnexxi rridu ninvestu aktar filqasam tal-edukazzjoni. Irridu nwettqu aktar bidliet biex aktar tfal u żgħażagħ ikomplu jirnexxu u jkunu mħejjija għal dak li se joffri l-futur,” qal ukoll id-Deputat Laburista waqt diskors ieħor biex fuq kollox bagħat il-messaġġ li baġit 2020 huwa għodda għall-investiment fil-ġejjieni ta’ pajjiżna.

Biex pajjiżna jkompli jirnexxi rridu ninvestu aktar fil-qasam tal-edukazzjoni. Irridu nwettqu aktar bidliet biex aktar tfal u żgħażagħ ikomplu jirnexxu



11

03.11.2019

kullhadd.com

SERVIZZI ĠODDA MILL-BANK TAD-DEMM PERMEZZ TA’ TEKNOLOĠIJA AVVANZATA Teknoloġija avvanzata użata minn makkinarju ġdid installat fiċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, aktar magħruf bħala l-Bank tad-Demm, hija strumentali biex ċertu mard li jista’ jiġi trażmess permezz ta’ trasfużjoni jinqabad aktar kmieni milli kien jinqabad qabel. Barra minn hekk l-istess makkinarju jista’ jintuża wkoll biex ikunu analizzati ċerti viruses li s’issa ma kienx possibbli li jkunu ttestjati, fosthom il-virus magħruf bħala West Nile Virus (WNV). Safejn huwa magħruf s’issa f ’Malta m’hawnx dan il-virus, madankollu huwa virus li jinsab f ’ħafna pajjiżi Ewropej. Il-virus WNV jiġi trażmess permezz tan-nemusa magħrufa bħala Tiger Mosquito, nemusa li nsibuha f ’pajjiżna wkoll. Ifisser li jekk

nemusa tkun infettata u tigdem persuna din tiġi infettata wkoll. Bl-introduzzjoni tal-makkinarju l-ġdid, il-Bank tad-Demm issa huwa mgħammar aktar milli kien għax għandu l-makkinarju li kien jintuża qabel il-wasla tal-makkinarju l-ġdid u li xorta għadu jintuża. Ir-riżultat huwa li ż-żewġ sistemi flimkien joffru livell għoli

ħafna ta’ sigurtà. Attwalment il-Bank tad-Demm ma ħallasx għall-makkinarju imma qiegħed iħallas għas-servizz provdut minnu, liema servizz huwa kofinanzjat permess ta’ fondi mill-EEA (Norveġja, Iżlanda u Liechtenstein). Is-servizz jitħallas skont l-użu li jsir minnu u li huwa stmat li jammonta għal madwar

€260,000 fis-sena. Il-ftehim ikopri perjodu ta’ 10 snin. Sadanittant għaddej il-proċess biex jinbena Bank tad-Demm ġdid, proġett li huwa stmat li se jkun jiswa madwar €17–il miljun u se jsir fil-Qasam Industrijali ta’ San Ġwann, fil-viċinanzi tal-Isptar Mater Dei. Riċentement il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) issottomettiet il-proposti talproġett lill-Awtorità ta-Ippjanar. F’kummenti li għamel ma’ din il-gazzetta r-rigward is-servizzi provduti mill-Bank tad-Demm attwali u mill-proġett ippjanat, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li “l-faċilitajiet u s-servizzi offruti llum huma ta’ livelli tajbin ħafna, imma hemm il-limitazzjonijiet, ħafna minnhom ikkawżati millfatt li l-post attwali huwa żgħir. Ma jfissirx li bil-proġett il-ġdid se jingħalaq il-Bank tad-Demm fl-isptar San Luqa. Anzi, il-pjan huwa li s-servizz tal-għoti taddemm jibqa’ jingħata minn fejn hu fil-preżent filwaqt li l-faċilità l-ġdida tkun tinkorpora servizzi oħrajn,

bħalma huma laboratorji għall-ipproċessar tad-demm, laboratorji għall-ittestjar tad-demm, laboratorji mikrobijoloġiċi kif ukoll laboratorji li jikkontrollaw il-kwalità. Il-faċilità l-ġdida se taħseb ukoll għal post fejn issir manipulazzjoni taċ-ċelloli u tessuti bħal għadam.” Id-Deputat Prim Ministru qal li minkejja dan kollu “l-iktar ħaġa kruċjali u li m’hemmx prezz għaliha huwa d-donatur tad-demm. Il-Gvern u dawk kollha involuti fit-tmexxija u t-tħaddim tal-Bank tad-Demm qegħdin, u se jkomplu jagħmlu dak kollu possibbli, imma d-donatur jibqa’ essenzjalissimu. Jintużaw madwar 50 borża demm kuljum mill-isptarijiet tagħna u għalhekk nappella lil kulħadd biex ma noqogħdux nistennew li jkun hemm bżonn immedjat għad-demm biex immorru nagħtu d-demm. Forsi ma nimmaġinawx biżżejjed kemm huwa ġest nobbli li tagħti d-demm, li ssalva ħajjet ħaddieħor. Ma ninsewx li dan il-ħaddieħor nistgħu nkunu aħna,” temm jappella d-Deputat Prim Ministru.

SPORTMALTA TIRBAĦ FL-EWROPA SportMalta l-entità governattiva għall-Isport rebħet l-unur ta’ #BeActive Workplace waqt ċerimonja Gala li saret fil-kapitali Ungeriża Budapest. L-unur ġie ppreżentat mill-Kumissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, Sport u Kultura, Tibor Navracsics. Din kienet il-ħames edizzjoni ta’ dan l-unur u li għalih kien hemm 63 nomina li finalment ġurija apposta għażlet tliet finalisti. Flimkien ma’ SportMalta, kien hemm ukoll l-Ungerija kif ukoll l-Estonja. Il-proġett Malti kien iffukat fuq l-inattività fil-post tax-xogħol, bi SportMalta tippreżenta pjan ta’ azzjoni u konkret sabiex il-ħaddiema tagħha jkunu aktar attivi. Barra minn sport varju milgħub fil-ħin tax-xogħol, SportMalta għamlet serje ta’ inizjattivi għall-ħaddiema fi ħdanha biex jgħixu ħajja iktar attiva u b’saħħitha. Il-proġett tal-entità kien imfaħħar mill-ġurija tant li f ’kummenti waqt iċ-ċerimonja huma qalu li tant kien hemm livell għoli ta’ proġetti mitfugħa li diġà kien tajjeb li tasal sal-finali u għalhekk li tirbaħ hija xi ħaġa eċċezzjonali.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta, Mark Cutajar, qal li l-entità għandha tkun ta` eżempju għal dawk il-kumpaniji kollha li għandhom numru kbir ta’ ħaddiema jpoġġu bilqiegħda għal sigħat twal. Huwa qal li jinsab kuntent li SportMalta qed tagħti eżempju u lesta biex issa tibda twassal il-messaġġ ta’ dan il-proġett lil oħrajn. Huwa irringrazzja lil Koordinatriċi tal-proġett, RoseMarie Mercieca, li mexxiet tim ta’ nies li fasslu u ħadmu sabiex ilproġett ikun wieħed interessanti. Iċ-Ċermen Ta’ SportMalta, Luciano Busuttil, feraħ lill-ħaddiema għal dan l-unur. Huwa qal li faċli titkellem fuq inattività iżda SportMalta marret oltre. L-Entità tat eżempju u dan l-eżempju ġie rikonoxxut mill-Kummissjoni Ewropea. Is-Segretarju Parlamentari, Clifton Grima, qal li dan l-unur ipoġġi lil Malta fuq nett ukoll fl-amministrazzjoni sportiva. Huwa qal li l-profil ta’ SportMalta huwa wieħed għoli immens barra l-pajjiż u dan l-unur ikompli jikkonferma li Malta għalkemm żgħira, tista’ tkun l-aqwa fl-Ewropa.


12

03.11.2019

kullhadd.com

X’GĦANDEK TKUN TAF DWAR IL-KANĊER? KIF TINDUNA U XI JSEĦĦ? Sfortunatament wieħed mill-mard l-aktar komuni fid-dinja u li tant u tant nisimgħu bih huwa l-kanċer. Hemm diversi tipi; jista’ jolqot lil kulħadd minn trabi tattwelid sa anzjani avvanzati fl-età. Hemm minnu li jkun fatali wara biss ftit xhur u hemm kanċer li jista’ jdum għal iżjed żmien u saħansitra tgħix ħajtek kollha

bih. It-tobba jsostnu li lkoll għandna nżommu appuntamenti regolari dwar saħħitna u niċċekkjaw mal-inqas sintomi strambi li ninnutaw jew inħossu. Jista’ jkun il-każ li jekk kanċer taqbdu mill-bidu, il-possibbiltajiet li tirbħu u ssalva jkunu akbar. Wieħed għandu jagħmel kuraġġ u ma jaqtax qalbu għax grazzi għatteknoloġija tal-lum il-ġurnata l-affarijiet imxew għall-aħjar. Huwa fatt li l-kanċer iġib miegħu sagrifiċċji kbar u taqtigħ ta’

bel ma jintebaħ li għandu hekk. Jekk il-kanċer huwa f ’post speċifiku, jista’ jkun hemm sintomi speċifiċi, bħal pereżempju b’kanċer tal-musrana tista’ tara demm fl-ippurgar. Huwa għalhekk li nħeġġu lill-pubbliku Xi biex ma jittratenix dwar saħħtu jkun u jekk iħoss sintomi strambi il-kanċer? għandu jagħmel check up. Ma jfissirx li għal kull ħaġa ta’ xejn, Il-kancer iseħħ naħsbu li għandna kanċer lanmeta grupp ta’ qas. Ma rridux nallarmaw irċelloli fil-ġisem wieħna. ma jibqgħux taħt il-kontroll tal-ġisem Xi jsir fil-bidu tal-marda? innifsu u jibdew jirriproduċu bla rażan. Fil-bidu wieħed ifittex l-għaEventwalment dawn jnuna tat-tabib biex jinstab iċ-ċelloli jistgħu wkoll il-kaġun ta’ ċerti sintomi. Isjinfirxu fid-demm u soltu dan jinkludi testijiet jinvadu organi oħratad-demm u x-rays. Jista’ jkun jn ’il bogħod minn hemm bżonn ta’ testijiet iktar fejn bdew, bħal speċifiċi bħal pereżempju jekk pereżempju kanċer tinstab tebgħa fil-pulmun fuq tal-musrana kapaċi x-ray imbagħad ikun hemm jinfirex fil-fwied u bżonn ta’ CT scan jew PET l-pulmun, fost oħrascan biex tara f ’liema stadju jn. Tipi ta’ kanċer qiegħed il-mard. Kważi dejjem jeżistu bil-bosta u spiss ikun hemm bżonn li tittieħed jiġu skopruti oħrajn ġodbiopsy mit-tumur, għax huwa da. fil-biopsy li ssir id-dijanjożi. Taħt il-mikroskopju l-patologu Kif tinduna b’din jkun jista’ jidentifika ċ-ċelloil-marda? li tal-kanċer u forsi jgħid x’tip huma u minn fejn ġejjin. Mhux dejjem tinduna mill-ewwel b’ din Jitfejjaq il-kanċer jew il-marda. Ħafna kull każ huwa differenti? drabi wieħed jista’ anke jkollu Bla dubju li kull każ huwa difkanċer għal ferenti. Hemm tipi ta’ kanċer ħ a f n a li jistgħu jitfejqu anke fi stadju s n i n avvanzat, bħal-lymphoma, filq a waqt li oħrajn ikunu jridu jinqabdu kmieni biex ikun hemm ċans ta’ fejqan minnhom. Ġeneralment iktar ma l-kanċer jinqabad fi stadju avvanzat, inqas ikunu il-probabbiltajiet ta’ fejqan għalih. Il-kanċer

qalb iżda teżisti wkoll it-tama li bil-kuraġġ li wieħed jagħti lilu nnifsu, jagħmel passi sbieħ ’il quddiem. Tajjeb jingħad ukoll, li wieħed m’għandux jinfaxxa rasu qabel jaqsamha. L-ansjetà u l-biża’ żejda ma jagħmlux ġid lill-bnedmin. Tkellimt ma’ Dr. Nick Refalo mid-Dipartiment talOnkoloġija fl-Isptar Mater Dei. Kitba ta’ CLIFFORD GALEA MASLENNIKOV

Huwa għalhekk li nħeġġu lill-pubbliku biex ma jittratenix dwar saħħtu; jekk iħoss sintomi strambi għandu jagħmel ‘check up’.

tipikament ikollu erba’ stadji b’kollox, ir-raba’ wieħed ikun l-iktar mifrux. Illum il-ġurnata aħna nispjegaw dan lill-pazjenti tagħna għaliex apparti li huwa dmir huwa d-dritt tal-pazjent li jkun jaf dwar saħħtu u jkun infurmat kif suppost. Kif tista’ tipprevjeni? Hemm ċerti affarijiet li tista’ tagħmel biex tnaqqas ir-riskju li jkollok kanċer, imma ma tistax tneħħi r-riskju għalkollox. Idealment wieħed jevita t-tipjip, jimmodera x-xorb, ikollu dieta tajba li tinkludi iktar ħaxix u frott u inqas laħam, u jagħmel ammont żgħir ta’ eżerċizzju kuljum. Imbagħad hemm affarijiet iktar speċifiċi, pereżempju t-tilqim taż-żgħażagħ bil-vaccine tal-Human Papilloma Virus li jnaqqas drastikament ir-riskju ta’ kanċer tal-għonq tal-utru.

għadna ma nifhmux sfortunatament. Hemm riskju akbar għallirġiel jew għan-nisa? Jew dan ma jagħmilx differenza? Il-kanċer huwa xi 20% iktar komuni fl-irġiel milli fin-nisa. Statistika li ġġiegħlek taħseb hija li 2 minn kull 5 persuni jiżviluppaw kanċer tul ħajjithom, avolja wisq probabbli din l-istatistika hija iktar għolja għax mhux kull kanċer jinkixef. Huwa possibbli ħafna li wieħed ikollu pereżempju kanċer tal-prostata u jgħix ħajtu mingħajr qatt ma jkun għaraf li kellu hekk. Il-kanċer fit-tfal huwa komuni?

Il-kancer huwa fortunatament rari fit-tfal, iżda l-inċidenza qiegħda tiżdied. L-iktar kanċer Xi jsaqsu l-aktar in-nies? komuni fit-tfal huwa l-leukaemia, li huwa kanċer tal-mudIl-mistoqsija oħt il-għerf, u ik- ullun. Dan it-tip ta’ kanċer jaftar ma jsaqsu n-nies, iktar ikunu fettwa l-produzzjoni taċ-ċelloli nistgħu infiehmu. Biss wieħed tad-demm. irid jiftakar li din il-marda għad hemm ħafna x’nitgħallmu Kif tista’ tgħin ruħek u fuqha u hemm ħafna affarijiet x’parir tagħti lil min għandu li anke bħala tobba u xjentisti din il-marda?


13

03.11.2019

kullhadd.com

Jien dejjem ngħid li parir li nista’ nagħti huwa li wieħed ifittex għajnuna mingħand nies li għamlu studju fuq dan issuġġett. Illum il-ġurnata hemm ħafna informazzjoni fuq l-internet imma daqs kemm hemm informazzjoni hemm probabbli iktar miżinformazzjoni. Wieħed jista’ jsib ħafna informazzjoni fuq dieti u mediċini eżotiċi imma ħafna minn dawn ma jkunux ġew ittestjati b’mod xjentifiku. Noqogħdu attenti. Aħjar ma nesperimentawx ma’ saħħitna. Ma ninsewx, ħajja waħda għandna u rridu nibżgħu għaliha. X’inhuma l-iżjed diffikultajiet li persuna bil-kanċer tgħaddi minnhom? Din bħall-mistoqsijiet l-oħra, hija waħda li jista’ jkollha tweġiba ta’ volumi sħaħ. Hemm diffikultajiet psikoloġiċi u fiżiċi. Hemm sintomi akuti bħal uġigħ u dardir li jistgħu jħallu wieħed mingħajr saħħa u mingħajr kwalità ta’ ħajja. Hemm problemi ta’ nuqqas ta’ enerġija u ta’ piż. Hemm problemi mentali, mhux biss biża’

Illum il-ġurnata aħna nispjegaw dan lill-pazjenti tagħna għaliex apparti li huwa dmir huwa d-dritt tal-pazjent li jkun jaf dwar saħħtu u jkun infurmat kif suppost u ansjetà imma anke mod kif wieħed iġib ruħu man-nies ta’ madwaru. Dawn huma affarijiet kumplessi ħafna li ma nistax nidħol fihom f ’dawn il-ftit kliem. Kulma nista’ ngħid hu li wieħed irid iżomm f ’moħħu li dak li qed iħoss ħaddieħor, għada kapaċi tħossu int. Allura importanti li wieħed jipprova jifhem dawn il-problemi biex ikun jista’ jgħin bl-aħjar mod possibbli.


14

03.11.2019

kullhadd.com

MILL-BENNIENA TAL Żgur li l-leġġendi Maltin huma parti sħiħa mill-folklor u mill-kultura magħġuna ta’ pajjiżna. Humiex stejjer li ġraw tabilħaqq, inkella ivvintati minn missirijietna, ma jaf ħadd. Li hu żgur hu li kienu u għadhom isaħħru lil numru ta’ tfal u kultant anki lill-kbar. Dawn il-leġġendi offrew ukoll studju

Salvator, għal xi kemm-il sena jmorru lura l-leġġendi? L-eqdem leġġendi, jiftakru żmien il-Medjuevu, jiġifieri madwar 2,000 sena ilu, preċiżament fis-sena 60 wara Kristu, b’rabta mal-miġja tal-Appostlu tal-Ġnus (San Pawl), li kien l-aktar popolari fil-ħolqien tal-leġġendi. Hemm xi 10 leġġendi, li naf bihom jien, li huma marbutin ma’ din l-epoka u kollha huma msenslin ma’ xi lokalità bħar-Rabat (Malta), l-Imdina, Burmarrad, il-Wardija, San Pawl ilBaħar (Għajn Rażul) u l-Ħġejjeġ, Birmiftuħ, iż-Żejtun, il-Mellieħa u saħansitra Bormla. Tista’ tirrakkontalna xi ħaġa? Mela nibdew bil-leġġendi ta’ Birmiftuħ, tal-Mellieħa u Birżebbuġa. Kulħadd jaf li l-ogħla post f ’Malta għall-panorama hu l-għolja tal-Mellieħa. Dal-post, minkejja li hu fil-għoli, fi żmien ir-Rumani kien magħruf għall-produzzjoni tal-melħ. Fil-blat, li fforma u ħareġ mill-baħar, iffurmaw ħafna għerien, u fejn jidħlu dawn, jinbtu l-leġġendi. Terġa’ f ’ħafna każi, fejn naraw l-għerien, spiss jekk mhux dejjem, kellna l-oriġini tal-knejjes, jew aħjar, tal-kappelli tagħna. Dan it-tbegħid fl-oskurità ta’ żmien tant bogħod minna, nibbet u rawwem leġġendi saħansitra sa minn żmien il-mitoloġija. U la qed insemmu l-mitoloġija, bosta jsostnu u wħud għadhom sal-lum, li l-għar ta’ Calypso ma kienx f ’Għawdex iżda f ’Malta, u preċiżament f ’wieħed mill-għerien imdaqqsa tal-Mellieħa. Issa, l-għar l-aktar ċelebri, storiku u leġġendarju hu dak tas-Santwarju tant magħruf tal-Madonna tal-Mellieħa. Leġġenda minnhom, jew l-eqdem, hi dik marbuta ma’ San Pawl innifsu, fit-tliet xhur li qatta’ Malta. Issemmi li hu mar f ’dan l-għar u qaddsu bil-preżenza tiegħu. Iżda jekk San Pawl telax hemm fuq ma nistgħux ngħiduh. Fl-istess perjodu tal-miġja ta’ San Pawl kien hawn l-Evanġelista San Luqa u tajjeb li ndaħħluh fil-leġġenda li tgħid li l-affresk tal-Madonna tal-Għar tal-Mellieħa pinġieh hu stess, peress li hawn bosta li jsostnu li San Luqa kien pittur ukoll. Iżda din żgur li hi leġġenda għax San Luqa ma kienx pittur. Terġa’ l-affresk jurina biċ-ċar, stil ta’ pittura ta’ madwar 1,000 sena wara l-epoka Rumana ta’ żmien l-Appostlu tal-Ġnus. Dan ġie dikjarat minn diversi esperti u kritiċi tal-arti kif ukoll minn storiċi. Allura kif kien hemm dan it-twemmin? Din li San Luqa kien pittur kienet idea li mxiet f ’diversi lokalitajiet oħra Ewropej u l-aktar fl-Italja, u aktarx tnibbtet mill-fatt li fis-seklu 11 kien jgħix pittur ieħor jismu Patri Luqa, li kien jispeċjalizza f ’pitturi tal-Madonna, u peress li bl-istess isem, tħalltu flimkien. Tant hu hekk li fl-1478, San Luqa ġie dikjarat qaddis protettur tal-pitturi. Għalhekk, huma ferm interessanti r-rapport u l-konklużjoni tal-mibki Samuel Bugeja li fl-1972 irrestawra l-kwadru, u wara li flieh, kiteb: “Hu innegabbli li l-im-

lil nies li interessawhom u wieħed minn dawn hu l-Kommendatur Salvator Mousù, li llum għażilt li nintervistah fuq tliet postijiet Maltin li joffru l-leġġendi tagħhom.

maġini tal-Madonna kienet teżisti qabel il-miġja tan-Normanni. Kemm qabel, ma nistgħux ngħidu. Li hu żgur hu li hi l-eqdem ikona f ’Malta.” X’leġġenda hemm marbuta ma’ din il-pittura? Meta kien hawn l-Għarab bdew jeqirdu l-imqades kollha u ma ħasbuhiex darbtejn li jeqirdu din l-immaġini, jekk kienet diġà eżistenti fi żmienhom. Sa 600 sena wara l-okkupazzjoni ta’ gżiritna, eżattament fl-1614, dawn attakkaw il-Mellieħa u ħarbtu kulma ġie għal idejhom. Vittma wkoll kien dan is-Santwarju, li farrkuh: u dan fi żmien il-Kavallieri! Mela jingħad li t-Torok b’xi xniebek tagħhom u karfa ta’ kursari daħlu l-Għadira, attakkaw l-abitazzjonijiet u s-Santwarju. Wieħed miċ-ċorma, fl-orġja tat-tkissir, tela’ fuq l-artal u b’ximitarra pprova jfajjar fuq l-immaġini, iżda mal-pront iċċungatlu idu. Jgħajjat bl-uġigħ, bewweġ ma’ sħabu fuq ix-xini u skjav Nisrani ċanfru u qallu li dak kien kastig, u jekk ried li l-Madonna taħfirlu, kellu jsewwi l-iżball. It-Tork sema’ minnu u ma’ xi ħadd bagħat xemgħa kbira biex tinxtegħel quddiem dik ix-xbieha. Lanqas laħaq għamel hekk li idu ma reġgħetx ġiet f ’tagħha. Nistgħu noħorġu xi realtà minn din il-leġġenda? Din hi twemmin popolari, kif spiss jiġri fil-leġġendi. Filħsieb tan-nies twajba u devoti tal-Madonna, att sagrilegu bħal dan ma setax ma jiġix ikkastigat u allura nibtet l-istorja tal-ipparalizzar ta’ id it-Tork. Id-donazzjoni tax-xemgħa – kbira wkoll – setgħet kienet verità, iżda aktar nemmen li kienet xi xemgħa kbira eks voto li qatt ma nstab min bagħatha. Hemm leġġendi oħra marbutin ma’ dan is-Santwarju? Iva. Li fl-attakk tat-Torok dehret mara fuq żiemel abjad u madwarha armata bajdanija lesti biex jaffrontaw lit-Torok, u li kull min azzarda jgħolli l-arma tiegħu lejn il-mara, spiċċa ċċungat. Il-leġġenda ma tiqafx hemm. Jingħad li fl-għar kien jgħix xwejjaħ bilkemm jiflaħ jimxi, li meta lemaħ lil dik iċ-ċorma salvaġġa, talab lill-Madonna tipproteġih. Minkejja n-nuqqas ta’ saħħa, qabad is-sikka tal-moħriet f ’idejh u l-ewwel Tork li daħal, tajjarlu rasu biha! Naturalment, il-mara bajda taf kienet il-Madonna. Din tal-iċċungar tal-idejn minn dejjem ittieħdet bis-serjetà, tant li fuq il-lemin, int u dieħel fis-Santwarju, jinsab basso riliev tal-alabastru, juri x-xena ta’ Tork qed jipprova jiċċippja l-figura tal-Madonna. Immoru lejn il-Gudja, fejn hemm il-leġġendi fuq Birmiftuħ. X’tirrakkontalna? Illum tista’ tgħid li ħafna jsiefru bl-ajru. Fit-triqat lejn l-ajruport fuq ix-xellug u ftit ’il bogħod qabel induru, nilmħu

Minn Charles B. Spiteri

kappella mdaqqsa, weħidha qalb l-għelieqi mhux bogħod minn triq ferm traffikuża li tieħdok għall-Gudja bħalma t-triq ta’ biswitha tieħu preċiżament għall-ajruport. Għedt “weħidha u qalb l-għelieqi” għal raġuni doppja, għax minkejja l-iżolament tagħha, din kienet parroċċa ferm importanti. Kienet il-parroċċa ta’ Birmiftuħ, waħda mill-eqdem, anzi waħda minn dawk li ssemmew millmagħruf Senatore de Mello, li diġà kienu parroċċi sa qabel is-sena 1436. Din il-knisja, għaż-żmien Medjevali li fih inbniet u ntużat għal sekli sħaħ, hi wkoll imsaħħra bil-leġġendi li nħolqu għaliha u madwarha. Bħal bosta lokalitajiet ta’ dak iż-żmien, nibbtet il-leġġendi tagħha.

sza

Mela x’kienet il-leġġenda?

w bi S l-a de ilT ja m m le

L-ewwel leġġenda torbot ukoll mal-miġja ta’ San Pawl f ’Malta. Tgħid li mar hemm jipprietka l-messaġġ ilġdid tal-Bxara t-Tajba lin-nies tan-Nofsinhar ta’ Malta. Il-leġġenda ma damitx ma saret tradizzjoni, u bosta sostnew li kien hemm, li San Pawl kien iqaddes u għammed lill-ewwel Insara. U minħabba f ’hekk ma setgħux jonqsu li jibnu l-ewwel knisja Nisranija f ’dak il-post li għaliha sar qaddis. Mal-1,000 sena kellhom jgħaddu qabel ma l-Konti Ruġġieru niżel bħal sajjetta fuq gżiritna u reġa’ saħħaħ il-fjamma li kienet għadha tnemnem, tal-Kristjaneżmu f ’pajjiżna. Dan l-episodju tant tkabbar u ntefaħ minn missirijietna, li kien jingħad li dan il-Konti sa qiegħed l-ewwel ġebla ta’ dan it-tempju u talab ukoll biex issir parroċċa. Il-leġġenda marbuta ma’ dan il-post hi unika u oriġinali; mimlija bi fwejjaħ li jgħaxxqu. Lura ferm, eremiti kienu ġejjin u sejrin Malta fi triqthom lejn jew mill-Afrika tan-Nofsinhar. Uħud kienu jiddeċiedu li jgħammru f ’pajjiżna, f ’xi għar. Wieħed minnhom għażel dan il-post, fejn wara ttellgħet il-knisja. Hu ħaseb f ’attività biex tgħinu jaqla’ x’jiekol u l-esperjenza tiegħu fid-deżert swietlu ta’ ġid u għenitu bil-kif. Beda jesperimenta bil-fjuri salvaġġi li kienu jiksu dawk in-naħat u fl-aħħar irnexxielu jsawwar riċetta li biha żviluppa l-essenza tal-fwieħa. In-nies li xammew l-irwejjaħ bdew imorru għandu u bi tpartit, huma kisbu l-fwieħa u hu l-għajxien tiegħu. Meta t-talba żdiedet, żdiedet il-produzzjoni tal-fwieħa. Il-fama tant inxterdet li nħoloq l-isem tal-lokal u appuntu bdew isibuh bħala l-post ta’ “Bir ilma tfuħ”. Mhux wisq wara, dan it-titlu tqassar f ’dak ta’ “Bir ma tfuħ”, iżda maż-żmien meta l-irwejjeħ kienu ilhom li għebu u ntesew, l-isem sar Bir Miftuħ. Instabu xi dokumenti dwar dan il-post? Iva, insibu xi dokumenti tas-sena 1436, bħal dak ta’ Senatore de Mello. Qabel din id-data ma jistax ikun diskuss il-qedem ta’ dak il-post. L-eżistenza ta’ bjar fil-qrib, medjevali, anki possibilment Rumani, jippruvaw li minkejja li

H

Iv le te ħa bl er f’ hi

Sa il-

D va ju ta pr S fih G ba ril sa żm ni ħa H pe qo

sa u L m jik lb iż de m “


15

03.11.2019

kullhadd.com

L-LEĠĠENDI MALTIN

-sit kien u hu mbiegħed mill-abitanti, il-bniedem utilizah għal mijiet u forsi wkoll eluf ta’ snin.

Hemm xi leġġenda li tirrakkonta fuq monasteru?

va. Għal dak li għandu x’jaqsam mal-eremit jew eremiti, eġġenda oħra tirrakkonta li hemm kien hemm monaseru ċkejken tal-Anakoreti, li bħall-eremiti kienu jgħixu ajja solitarja. Dawn ġew Malta, art Nisranija, miżgħuda l-għerien u qishom f ’deżert. Għalhekk, il-possibbiltà ta’ remiti, jew anakoreti, li ġew u abitaw f ’xi post bħal dan, ’għar jew f ’kapanna primittiva qrib xi nixxiegħa tal-ilma i ferm probabbli. Fil-każ tal-ħolqien tat-taħlita, bħal dik tal-fwejjaħ, wieħed irid jiftakar li l-eremiti kienu jridu jaraw x’jagħmlu iex jgħixu. Skont il-leġġenda wkoll, f ’attakk fuq din il-knisja, li forsi agħar wieħed kien dak tal-Assedju tal-1565, it-Torok idesagrawha u vvandalizzawha u sal-lum għadu jidher fuq -bieb tal-ġenb, kurċifiss imkisser minnhom. Tradizzjoni oħra tirrakkonta li l-qniepen ta’ din il-knisa ta’ Birmiftuħ kienu ndifnu b’għaġla kbira fil-ħamrija meta t-Torok invadew lil Malta fl-1565, u llum għadhom midfunin jistennew lil min isibhom. Din ħadd ma jaf hix eġġenda oħra.

alvator, forsi tgħidilna wkoll xi ħaġa fuq -leġġenda ta’ Għar Ħasan.

Dan l-għar jinsab fit-trufijiet ta’ Birżebbuġa. Jeżistu żewġ arjanti ta’ din il-leġġenda. Waħda teħodna għall-Meduevu, fi żmien it-tkeċċija tal-Għarab u l-oħra tirrakkona l-istorja leġġendarja matul l-Assedju l-Kbir. Il-punti rinċipali huma simili ferm. Se nirrakkonta l-ewwel dik tal-Medjuevu għax inħoss li ha sens aktar storiku u aktar drammatiku. Għarbi li baqa’ Malta kien Ħasan, li ġġennen wara xbeja Maltija u riedha b’martu. Ħatafha u heddidha li jħanxlha għonqha jekk ma tmurx miegħu. L-uniku post ta’ alvazzjoni għalih kien għar kbir inaċċessibbli għal dak iżmien, li llum hu magħruf bħala l-Għar ta’ Ħasan. Biex iżel hemm max-xbejba kellhom jiddendlu permezz ta’ abel. Hu ttama li jagħmel kuntatti ma’ baħħara Misilmin, iżda eress li l-għassa fuq il-baħar kienet ferm attenta, ebda oxra Torka ma resqet lejn ix-xatt. Ħasan tertaq qalbu. Saret tfittxija qalila għax-xbejba Maltija u għal Ħasan, akemm fl-aħħar, xi raħħala skoprew il-ħabel imdendel marbut mat-tarf tal-irdum. Huma għarrfu lil kulħadd. L-għassa kienet sfiqa u kontinwa. Issa Ħasan induna li ma kienx fadallu tama li mal-lejl jixxabbat mal-ħabel u kseb xi forma ta’ ikel u ilma għalih u għax-xbejba ta’ qabu. Hu seħet l-iżball li għamel meta xxabbat għall-għar, żda ma setax jagħmel mod ieħor u meta ra li l-folla bdiet ejjem tiżdied u toqrob lejh, b’kuraġġ jew aħjar b’disprament, qam u għajjat b’kemm kellu saħħa: “Intom mingħalikom li se taqbduni u teħduli lill-maħbu-

ba tiegħi, iżda dan qatt mhu se jirnexxilkom!” U filwaqt li ħataf lix-xbejba, qabadha b’għafsa qawwija mill-polz, ressaqha lejn tarf l-għar u flimkien, id f ’id, intefgħu minn dak il-preċipizzju għal isfel, fejn il-baħar profond belagħhom f ’ħakka t’għajn biex qatt aktar ma reġgħu dehru jew instabu. Semmejt xi varjazzjonijiet oħra simili. Tagħtina xi dettalji? L-aktar waħda magħrufa hi dik li x-xini tal-Berberi, li kienu midħla ta’ Ħasan, resqaq taħt l-għar u hekk kif hu kien qed iniżżel lix-xbejba għal fuqu, il-Maltin ħasduh, telaq il-ħabel minn idejh u x-xbejba għerqet mill-ewwel. Meta ra li kollox mitluf, Ħasan qabeż għal warajha u għereq hu wkoll. Instabet xi ħaġa dokumentata fuq dan l-għar, fejn qisna għandna Tork li ħalla ismu f ’Birżebbuġa? Nistgħu ngħidu li hekk hu, iżda jekk immorru għall-isem

Din li San Luqa kien pittur kienet idea li mxiet f’diversi lokalitajiet oħra Ewropej u l-aktar fl-Italja, u aktarx tnibbtet mill-fatt li fis-seklu 11 kien jgħix pittur ieħor jismu Patri Luqa, li kien jispeċjalizza f’pitturi tal-Madonna, u peress li bl-istess isem, tħalltu flimkien. Tant hu hekk li fl-1478, San Luqa ġie dikjarat qaddis protettur tal-pitturi

tal-post insibu li Għar Ħasan kien ġa magħruf bħala tali fil-Medjuevu u allura seta’ xi ħadd b’dan l-isem għex jew utilizza b’xi mod dawn l-għerien. Is-sabiħa hi li Balbi da Correggio, fid-djarju tiegħu tal-Assedju l-Kbir, jirrakkonta inċident ta’ meta xi Maltin li ma laħqux daħlu f ’xi fortifikazzjonijiet, marru jinħbew f ’għar imwarrab. L-isfortuna tagħhom kienet li nqabdu u l-uffiċjal tatTorok tefa’ għajnejh fuq xbejba sabiħa u kaxkarha miegħu f ’roqgħa mwarrba tal-għerien. Iżda f ’dak il-waqt l-isfortuna nbidlet f ’fortuna meta kavallerija ta’ Maltin ma’ xi suldati tad-dejma ġew b’ġirja għal fuqhom u salvawhom. Meta l-uffiċjal Tork induna li ma seta’ jagħmel xejn, qatel lix-xbejba u qabeż mill-irdum għal isfel. Dan hu li jgħidilna Balbi u li sakemm ma jinstabux xi dokumenti li jirrifjutaw dawn l-inċidenti, nistgħu nqisuh bħala fatt li ssuċċieda, għalkemm naturalment mhux fid-drammatiċità li jirrakkonta l-awtur. Salvator għamilli enfasi fuq id-differenza tal-leġġendi minn kull forma ta’ storja/ħrafa oħra u din hi dik li biex tkun magħrufa bħala tali, leġġenda jeħtieġ tkun marbuta ma’ lokalità.


16

03.11.2019

kullhadd.com

FIDDA U FILI Il-fuħħar jew il-bizzilla huma wħud mill-affarijiet li mal-ewwel jiġuna f’moħħna meta naħsbu fis-snajja’ lokali, iżda mal-mogħdija taż-żmien kapaċi nsiru inqas konxji tad-diversità li teżisti fix-xena tal-artiġjanat. Eric Attard huwa artist li jħaddan bosta forom artistiċi fir-repertorju tiegħu, iżda fost oħrajn jitħarreġ fis-sengħa tradizzjonali tal-filugranu: minn apprendist għal prattikant regolari, Eric jaqsam magħna kif sab ruħu involut f’din il-linja ta’ xogħol, fiex tikkonsisti, kif ukoll ir-riflessjonijiet personali tiegħu mhux biss fuq l-artiġjanat iżda anki fuq id-dinja tal-arti minn lenti lokali u internazzjonali. Kitba ta’ KURT GABRIEL MELI Ix-xogħol tiegħek x’jinvolvi eżattament? Jiena nitgħallem nitħarreġ fissengħa tal-filugranu, iżda b’ċerta libertà kreattiva u b’ħafna opportunità għall-iżbalji. Il-mod ta’ tagħlim huwa wieħed tradizzjonali, u dan jinvolvi l-bini tal-iskeletru ta’ barra b’fidda daqsxejn ħoxna – jiġifieri l-fil ta’ barra – li mbagħad jimtela permezz tar-rizzoll – materjal magħmul minn żewġ fili rqaq sew li jiġu mremblin flimkien, mgħaffġin, imbagħad iċċattjati. Qabel dan ikun hemm stadju inizjali fejn ikollok bżonn toħloq ir-rizzoll u l-fil, fejn tibda minn biċċa fidda u minn hemm traqqaqha. Wara d-disinn tal-iskeletru u l-mili, il-proċess tipiku mbagħad jinvolvi s-saldatura u flaħħar it-tindif finali. Kemm ilek involut fih issa?

tkun konxju tal-limitazzjonijiet li għandek quddiemek. Dħalt fid-dinja tagħha meta xtaqt biċċa tal-filugranu ta’ disinn li kont għamilt jiena stess; imbagħad ġejt mitlub niddisinja b’mod regolari, fejn ħadt gost u gawdejt l-esperjenza. Wara ċertu żmien niddisinja, progressivament sibt ruħi nitgħallem il-ħidma nnifisha. X’kien dak li ħajrek lejn din il-linja ta’ xogħol? Naħseb dak li ħajjarni l-aktar kien il-fatt li hija xi ħaġa li tinħadem lokalment. Barra minn hekk, tkun qed tħares lejha minn punto di vista esterna, ċoè mingħajr ma tkun konxju tax-xogħol li fiha, il-filugranu fih ċertu maġija li kultant tgħid isbaħ li ma tkunx taf kif eżattament jinħadem: jidher delikata ħafna, mentri fil-verità mhuwiex daqshekk. Ċerti affarijiet li jidhru antiki jew aktar tradizzjonali fihom ċertu faxxinu: għandhom element ta’ preġju li jiġbduk lejh. L-oġġett ikun sofistikat, magħmul minn fidda ta’ valur, li għalkemm ikun ġdid fjamant xorta waħda qiegħed jinħadem minn teknika antikissima li tagħtih xejra mhux biss ta’ estetika iżda wkoll ta’ storja.

Issa ili involut fis-sengħa għal madwar sena u nofs, sentejn, iżda ili nitgħallem il-filugranu ferm inqas minn hekk; kważi sena issa. Jiena oriġinarjament bdejt biss bħala disinjatur sabiex Kevin, l-imgħallem, ikun jista’ jaħdmu. Ħafna mix-xogħol inizjali, allura, kien jikkonsisti f ’diskussjonijiet fejn hu jispjegali x-xogħol kif isir b’mod intelliġenti, għaliex trid X’inhuma wħud mill-affarijiet li jispirawk fix-xogħol li twettaq?

Fil-bidu kont inħares ħafna lejn ikonografija Maltija sekondarja, jiġifieri simboli li tilmaħ regolarment iżda li qatt ma ġew apprezzati daqs simboli oħrajn. L-ewwel kollezzjoni li ddisinjajna kienet fil-fatt hekk, fejn qbadna l-lampi ornamentali tat-toroq ta’ żmien l-Ingliżi: mhijiex xi ħaġa intrinsikament Maltija iżda xorta mogħnija b’karattru lokali. Ispirazzjoni primarja oħra kien il-kunċett tal-filugranu bħala materjal għall-aċċessorji li jintlibsu u li jżejnu l-ġisem ta’ dak li jkun. Hawnhekk, kull biċċa li toħloq m’għandhiex tiġbed l-attenzjoni kollha fuqha, iżda għandha ssir parti minnek: jekk ħa tilbisha għandha tmur mal-ħwejjeġ u tmur mal-karattru li trid twassal.

Mhijiex il-parti ewlenija, iżda hija parti mill-bqija. Bil-mod il-mod però ntbaħt li tiddisinja x’tiddisinja, il-filugranu ħa tidher bħala xi ħaġa antikwata quddiem in-nies, speċjalment minħabba l-limitazzjonijiet li fih minn lat tekniku. Biex il-filugranu jsir kontemporanju – għall-kuntrarju ta’ modern – naħseb wieħed irid ikun konxju tal-limiti li jimponi: ma tipprovax tagħmel iżżejjed bih, u tifhem li mhux kull ħaġa hija vijabbli. Għall-ewwel xtaqt li l-filugranu jerġa’ jsir xi ħaġa li tolqot liżżgħażagħ Maltin u b’hekk isir simbolu ta’ ġenerazzjoni li żżomm it-tradizzjoni ħajja u relevanti; issa, sirt nippreferi niddisinja b’mod aktar liberu. L-isforz sintendi xorta qiegħed hemm, iżda nħoss li huwa sforz aktar onest: mill-esperjenza tiegħi, il-maġġor parti tal-Maltin mhumiex interessati f ’affarijiet li huma partikolarment Maltin. Jekk xi ħaġa tolqothom mela tolqothom, u jekk le, mela ma tolqothomx. Kellek xi ħsibijiet jew għanijiet partikolari f ’moħħok int u tinserixxi ruħek fid-dinja tal-filugranu? Fil-bidu kelli l-intenzjoni li nagħti xejra ta’ arti lill-artiġjanat: kont tal-fehma li r-raġuni għaliex il-filugranu qiegħed imut għaliex huwa artiġjanat biss: jekk l-arti tikkomunika messaġġ personali, naħseb li din tista’ tintlaħaq bi kwalunkwe metodu. Għaldaqstant, dik il-motivazzjoni li kelli sabiex inkun artistiku abbandunajtha: fl-aħħar mill-aħħar aċċettajt li jien u nipprova nintgħoġob bħala artist kien qed ixekkilni. Ix-xogħol li qed nipproduċi issa mhux biss jogħġobni aktar, iżda huwa wieħed li jgħinni nifhem is-sengħa aktar. Għalik, x’inhi d-differenza bejn l-arti u l-artiġjanat? Fil-qosor, l-artiġjanat huwa s-sengħa: huwa teknika li tista’ titgħallem u tipperfezzjona. L-arti mhijiex xi ħaġa li tista’ tipperfezzjoni: hija suġġettiva. Hemm


17

03.11.2019

kullhadd.com

Fattur kbir tad-dewmien jiddependi jekk l-oġġett jikkonsistix minn desinn uniku li ħa jsir wieħed biss minnu jew huwiex xi ħaġa li se tinħoloq ħafna drabi. Ċurkett wieħed jaf ħadli tmien sigħat xogħol għaliex qgħadt naħdmu bil-mod u nagħmel kollox b’idejja mingħajr għodod speċjalizzati; min-naħa l-oħra, ċurkett li ħa jinħolqu 100 bħalu, wieħed ta’ disinn faċli li ħa jinħoloq ripetutament, forsi f ’dak il-każ kulma jieħu kwarta. Fl-aħħar mill-aħħar jiddipendi wkoll minn kemm l-oġġett hux sempliċi jew mhuwiex, jew kemm tixtieq tipperfezzjona d-dettalji li hemm fih.

Mil-lat ta’ teknika, il-persona ta’ artist ma tantx għadha tinteressani: naħseb li qed ngħixu f ’epoka fejn it-teknika tal-artist hija ferm inqas imfittxija mill-messaġġ tal-artist. L-arti kontemporanja lokali, kif esperjenzajtha jiena, ma tolqotnix daqshekk, għaliex il-messaġġ ma nħoss li ġie trasmess għalija. Bħalma jkollok disinjaturi li jwasslu messaġġ permezz tal-ħwejjeġ, ma narax għaliex Malta għandna nibqgħu marbutin biss ma’ tila u skultura. Jiena li studjajt il-pittura, nippreferi npitter xi ħaġa li nħobb inħares lejha u li forsi ma jkollhiex messaġġ daqshekk qawwi – iżda t-teknika hija waħda tajba, u tpatti għan-nuqqas ta’ messaġġ. Bl-istess mod inħoss li jekk ikollok bżonn leġġenda maġenb il-pittura biex twassal il-messaġġ allura tkun qed twaqqa’ l-valur tagħha: il-messaġġ għandu jkun qawwi biżżejjed li jasal waħdu mingħajr għajnuna. Meta nara xi ħaġa astratta li ma twassalx il-messaġġ b’mod awtonomu nara li jkun każ ta’ falliment, allura jiena nippreferi ngħid li m’għandi l-ebda messaġġ li nwassal: l-estetika hija biżżejjed, u l-ġojjellerija tippermettilek tagħmel hekk. Naħseb id-dixxiplina li teħtieġ bil-fidda hija ħafna ogħla minn pinzell u tila. Iż-żebgħa taħfirlek, tħallik tgħattiha u tibda mill-ġdid; il-fidda mhux daqshekk.

X’inhuma wħud mill-isfidi li tiltaqa’ magħhom f ’dan ix-xogħol?

Kif taħseb li din il-linja partikolari għenitek tikber u tiżviluppa bħala artist?

Naħseb li l-kwistjoni ta’ sfida titlob li jitqies il-kuntest tagħha. Jekk tqis l-isfidi ta’ ħaddiem li jaħdem il-filugranu sabiex jaqla’ l-għajxien tiegħu minnu, sfida kbira hija li l-oġġett ma jistax jinbiegħ għoli; dan mhuwiex element uniku tal-filugranu, iżda jista’ jingħad għall-ġojjellerija kollha. Ċurkett sempliċi li Malta tbigħu għal €20, barra jista’ jinbiegħ għal €50 avolja jitlob l-istess ammont ta’ xogħol. Minn naħa jien privileġġat għaliex l-intenzjoni tiegħi hi t-tagħlim mhux il-bejgħ – iżda min qiegħed jgħallimni ovvjament irid jaqla’ biex jiekol. Barra minn hekk, jekk ix-xogħol tiegħek tixtieq li jkopri ċertu preġju jew kwalità, inti ma tantx tista’ tagħmel kif ifettillek: l-oġġett irid ikun b’saħħtu u mimli sew, u din xi ħaġa li tiġik bil-prattika. Jekk ma tinvestix il-ħin fis-sengħa mhux se jkollok riżultati tajbin: trid tiġi minnek li tiddedika l-ħin għaliha. Għalkemm ix-xogħol tista’ tagħmel kważi li trid bih, meta ngħid li fih il-limitazzjonijiet jiġifieri li għandek timponihom inti stess jekk l-oġġett tixtiequ jidher kif tixitieq inti.

Għalkemm tinstema’ kerha, il-filugranu għenni naċċetta l-fatt li minkejja t-tradizzjoni, jekk trid li s-sengħa tibqa’ ħajja ma tistax iżżommha tradizzjonali biss. Trid tibqa’ rilevanti, u għalija biex tagħmel hekk għandha tinqata’ minn dak li huwa Malti: minn banda, xi ħaġa li hija tradizzjonalment parti mill-identità Maltija għenitni nsir ċittadin globali aħjar. Salib ta’ Malta sabiħ u għandu postu – imma ma tistax tippretendi li s-sengħa titqies bħala forma ta’ arti, jew imqar tiġi invoga, jekk huwa dak biss li qed tipproduċi.

arti li titqies sabiħa jew kerha minħabba regoli oġġettivi, imma naħseb li hija bilanċ bejn teknika u messaġġ. Jekk il-messaġġ minn xi ħaġa bħall-ġojjellerija ma jasalx minn komponent wieħed imma jasal minn sett sħiħ, mela jien personalment inħoss li nkun ilħaqt l-għan tiegħi: l-estetika u l-attitudni qegħdin hemmhekk. L-arti mhux bilfors tinvolvi messaġġ politiku, tista’ tkun biss it-tqanqil ta’ emozzjonijiet differenti. Għalija dik hi l-linja fina: mhijiex biss teknika li tistagħġeb inti u tħares lejha, imma xi ħaġa li fl-aħħar tissodisfak u tagħmlek kuntent. Kemm idum il-proċess sabiex isir oġġett?

Inti tinvolvi ruħek f ’diversi forom artistiċi oħrajn, bħallillustrazzjoni. Il-filugranu kif tqisu differenti?

Taħseb li Malta lesta tmur lil hinn minn dan il-lat tradizzjonali? Bla dubju: meta tara x’jinbiegħ, il-ġojjellerija inqas tradizzjonali tikseb aktar suċċess. Fil-verità m’iniex daqstant interessat fil-lokali u x’jinbiegħ lokalment, iżda dik hi r-realtà: tfajla mhijiex se tilbislek l-antikwat, imma l-modern – maħdum b’sengħa li xorta waħda hija antika – iva. U din mhix ristretta għaż-żgħażagħ biss. Kif għedt, din hija xi ħaġa li tolqtok jew ma tolqtokx. Mhux ngħid li l-ġenerazzjoni tal-lum ma jogħġobhiex it-tradizzjonali – anzi, naħseb li hemm apprezzament kbir għalih. Imma

Ċerti affarijiet li jidhru antiki jew aktar tradizzjonali fihom ċertu faxxinu: għandhom element ta’ preġju li jiġbduk lejh

ma nħossx li huma marbutin biss miegħu. Aħna l-ġenerazzjoni li kbirna bl-internet, u konxji ta’ dak li jsir lil hinn minnha. Lil min tirrakkomandaha din il-linja ta’ xogħol? Meta titgħallem il-filugranu, l-ewwel ħaġa li ssir familjari magħha hija l-paċenzja… u d-diżappunt. Jirrikjedi ċerta kalma fik – li biex ngħidu kollox, trabbiha biż-żmien, u paċenzja li hija unika għall-filugranu. Madankollu, jekk il-persuna tkun waħda kreattiva, is-sengħa hi ta’ min jittanta xortih biha u jagħtiha ċans. Ħafna nies jaċċettaw li jgħallmu, imma bħal kull ħaġa oħra mhijiex għal kulħadd: jien ma kellix interess fil-ġojjellerija kif bdejt, iżda hija namra li żviluppajt biż-żmien. Huwa interessanti ħafna għaliex fih ħafna flessibbiltà. Naħseb li huwa wkoll possibbli li taqla’ l-għajxien tiegħek minnu, imma fl-istess waqt jirrikjedi studju u dedikazzjoni liema bħalhom biex wieħed jirnexxi u jisfruttah. Li ngħid biss huwa li ma tridx tibża’ mix-xogħol jew li tqatta’ sigħat sħaħ bilqiegħda u kkonċentrat mingħajr ma tpaċpaċ. Però huwa xi ħaġa li żgur tindara, minnies ta’ kull età.


18

03.11.2019

kullhadd.com

INSAĦĦU L-EKONOMIJA Clayton Bartolo Membru Parlamentari

Il-baġit 2020 li ppreżenta l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna jikkonferma li l-unika alternattiva għal tmexxija b’ekonomija serja f ’pajjiżna huwa proprju dan il-Gvern. Gvern immexxi mill-Prim Ministru Joseph Muscat li kulma jmur qiegħed ikompli jsaħħaħ u jkabbar l-ekonomija ta’ pajjiżna sabiex din isservi bħala l-pjatta-

forma biex inkomplu nibdlu lil pajjiżna għall-aħjar. Fil-Parlament smajna lillKap tal-Oppożizzjoni jgħid li l-ekonomija ta’ pajjiżna qiegħda tikber għax qegħdin jiġu iżjed persuni jgħixu f ’pajjiżna. Dan huwa kollu kemm hu bil-maqlub – in-nies qegħdin jiġu hawn Malta għaliex għaddejjin minn tkabbir ekonomiku li qatt ma rajna bħalu f ’pajjiżna. Illum il-ġurnata għandna Oppożizzjoni li mhijiex kapaċi ġġib argumenti bażiċi dwar l-ekonomija ta’ pajjiżna, aħseb u ara kemm wieħed se jafdaha sabiex tmexxi din l-istess ekonomija. U meta qiegħed nirreferi għall-ekonomija, irrid infisser dak kollu li jmiss mal-pajjiż innifsu. Il-pensjonijiet, l-istipendji, il-qasam tas-saħħa, il-qasam soċjali, il-qasam edukattiv u kull settur ieħor li jidħol fih il-Gvern. Dan għaliex huwa grazzi għal

tmexxija b’ekonomija għaqlija li l-Gvern jista’ jkompli jżid l-investiment f ’dawn l-oqsma kollha tant kruċjali għal pajjiżna. Meta daħal fit-tmexxija talpajjiż, Gvern immexxi minn Joseph Muscat sab ekonomija li kienet qiegħda tipproduċi €7 biljun, filwaqt li għas-sena d-dieħla qegħdin naraw ekonomija li se tkun qiegħda tipproduċi €14-il biljun. Dan ifisser li f ’seba’ snin il-ġid li jinħoloq mill-ekonomija ta’ pajjiżna se jkun irdoppja, u dan grazzi għat-tmexxija għaqlija fil-qasam ekonomiku. Mingħajr ma żidna taxxi ġodda, anzi kull sena rajna kif għamilna u naqqasna l-piż tat-taxxi fuq il-familji Maltin u Għawdxin, qegħdin inżidu d-dħul talGvern. U dan qiegħed iwassal biex għal sena oħra pajjiżna se jkun qiegħed jirreġistra surplus. Surplus li qiegħed jgħin sabiex inħallsu d-dejn ta’ pajjiżna. Fil-

waqt illi fl-2013 id-dejn kien b’hekk ikun jista’ jkompli jibni ilaħħaq it-78% tal-Prodott Do- fuq is-suċċessi li qegħdin niksbu mestiku Gross, matul din is-se- bħala pajjiż. na dan se jkun niżel għal 43% u s-sena d-dieħla mistenni jkompli jinżel għal 40% tal-Prodott Domestiku Gross. Dan ifisser li bħala pajjiż ta’ kull sena qegħdin niffrankaw iżjed flus fuq l-interessi li jħallas il-pajjiż għad-dejn li għandu, u l-finanzi ta’ pajjiżna Waqt li qegħdin inpoġġuhom dejjem iktar fuq sisien sodi. ħaddieħor kien Iżda fuq kollox, il-fatt li qegħdin insaħħu l-ekonomija u l-finanzi jgħid li “d-dejn ta’ pajjiżna ifisser li lill-ġeneriħallsuh uliedna azzjoni li ġejja se nkunu qegħdin inħallulhom il-ġid. Waqt li ħadu wlied uliedna,” dieħor kien jgħid li “d-dejn iħalldan il-Gvern suh uliedna u wlied uliedna,” dan il-Gvern huwa kommess li huwa kommess lil dawk li ġejjin warajna jħallilli lil dawk li hom il-ġid. Dan sabiex min ġej warajna ma jsibx l-istess probġejjin warajna lemi li sab dan il-Gvern meta ħa l-mandat tiegħu fl-2013, u jħallilhom il-ġid

IL-ĠID LI QED NOĦOLQU FLIMKIEN

Catherine Fenech Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL

Intqal ħafna dwar il-baġit li tressaq kważi ġimagħtejn ilu. Il-poplu u l-maġġor parti tal-unjins u l-korpi kostitwiti laqgħu dan il-baġit u sejħulu bħala wieħed tajjeb, bħala baġit ta’ kontinwazzjoni fuq is-snin preċedenti, baġit soċjali u wkoll baġit li ta importanza kbira u serja lill-ambjent u lill-isfida tat-tibdil fil-klima. L-Oppożizzjoni biss ħarġet b’wiċċha mqarras wara l-qari ta’ dan il-baġit. Qalulna li hu xott, li hu riċiklat, li ma jindirizzax l-isfidi ekonomiċi u soċjali fittul u saħansitra qalulna li Gvern Laburista huwa ffortunat għax hawn ekonomija li sejra tajjeb bħalissa. Bħal dak li qallu l-ekonomija li sejra tajjeb giet mix-xejn. Anzi il-PN jibqgħu jinsistu fuq l-ipoteżi tal-fantaxjenza tagħhom li l-ekonomija qed tikber għax il-Gvern qed

iġib ħafna nies minn barra. L-ewwel nett, il-barranin ma jġibhomx il-Gvern imma dawk li jħaddmu, li mhumiex isibu Maltin biżżejjed għad-domanda tax-xogħol li għandhom. Id-domanda tax-xogħol kibret għax in-negozjanti qed ikabbru n-negozji tagħhom u jimirħu f ’oqsma ġodda ta’ negozji u servizzi. U għaldaqstant, il-loġika hi li la jikber l-investiment, se jikber ilħolqien tax-xogħol. F’Settembru li għadda l-Eurostat reġgħet poġġiet lil Malta bħala r-raba’ l-aktar pajjiż bl-inqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi membri fl-UE. U dan huwa prova ċara li l-qgħad f ’pajjiżna kważi spiċċa u b’ekonomija u ħolqien tax-xogħol dejjem jikbru, dawk li jħaddmu qegħdin jirrikorru għall-ħaddiema barranin. Il-ħaddiema barranin li aktar minn 70% ġejjin minn pajjizi tal-UE. Qed jiġu f ’pajjiżna sabiex jaħdmu, għax hawn ix-xogħol. Li kieku m’hawnx xogħol ma jersqux ’l hawn. Għalhekk, it-teorija ta’ Delia li l-ekonomija Maltija qed tikber bil-barranin hi teorija fażulla u tad-daħk. Gvern Laburista mhux se jieħu lezzjonijiet mingħand l-Oppożizzjoni. Dawn lanqas kienu kapaċi f ’seba’ snin jirranġaw ftit mid-diżastru finanzjarju li jinsabu fih bħala partit. Anzi bagħtuh lura aktar, bi djun kbar li jlaħħqu l-għaxriet tal-mil-

juni u qed jiddependu biss fuq il-maratoni li jagħmlu kull xahrejn u mill-ħniena tal-kredituri u l-banek. Pajjiżna tassew qed jesperjenza l-aqwa żmien meta kuljum fl-aħbarijiet nisimgħu aħbarijiet sbieħ bħal ngħidu aħna li Malta għandha s-sitt l-inqas rati ta’ taxxi fost il-pajjiżi kollha Ewropej u li l-kontijiet tad-dawl għall-familji f ’Malta huma r-raba’ l-orħos fl-UE. Il-Eurostat tgħid ukoll li Malta qabżet il-medja Ewropea fl-użu tal-enerġija rinovabbli minn sorsi ta’ sħana u kesħa. L-użu tal-enerġija rinovabbli fl-2004 kienet biss ta’ 1% u fl-2010 kienet ta’ 5.7%. Fil-fatt din issa tlaħħaq il-ftit aktar minn 20%. Malta għandha t-tielet l-aktar ekonomija effiċjenti fl-enerġija fl-UE wara d-Danimarka u l-Irlanda. Laqqmuna ffortunati. Kemm huma ħelwin hux? Mur ġib fi żmienhom f ’seba’ snin kabbru l-ekonomija bid-doppju kif għamel Gvern Laburista kemm kienu jagħmlu storbju u jaħarqu trikki trakki. U dan it-tkabbir fl-ekonomija li qed jiġġenera surplus sena wara sena, li qered id-defiċit, li qed inaqqas il-piż tad-dejn, li qed joħloq aktar xogħol, min qed igawdih? Qed ingawdu aħna lkoll, il-poplu Malti u Għawdxi bit-tnaqqis fittaxxi, biż-żidiet fil-pensjonijiet, b’għajnuna b’saħħitha lill-first

time buyers, lill-ġenituri ġodda, lill-pazjenti b’aktar mediċini b’xejn u l-lista tal-out of stock sparixxiet. Qed igawdu l-persuni b’diżabbiltà severa li l-pensjoni tagħhom żdiedet daqs il-minimum wage, u aħna lkoll qed ingawdu minn proġett ta’ infrastruttura u toroq li jlaħħaq is-€700 miljun. Imma xejn ma jsir b’kumbinazzjoni. Hekk kien jgħid Lawrence Gonzi. Fuq din kellu raġun. Dan il-ġid kollu maħluq u t-tqassim serju u ġust ta’ dan il-ġid ma waqax mis-sema. Huwa frott il-viżjoni, it-tfassil u l-ħidma ta’ dan il-Gvern li qed ifassal lil pajjiżna mhux għall-mument biss imma sabiex uliedna jirtu pajjiż ekonomikament b’saħħtu biżżejjed biex ikomplu jibnu fuq is-sod. Huwa frott tal-għaqal u tal-bżulija tal-poplu Malti u Għawdxi li dejjem ra li jaħtaf l-opportunitajiet li jiġu quddiemu u jibqa’ jagħraf li sabiex dan il-ġid jibqa’ jitwettaq u jikber u sabiex dan ilġid jibqa’ jitqassam b’mod ġust kif qed jitqassam, se jibqa’ jafda lill-Partit Laburista mmexxi minn Dr Joseph Muscat fittmun tal-pajjiż. Qatt ma rridu nieħdu dan il-ġid maħluq for granted. Ma nistgħux ninsew minn fejn tlaqna, b’pajjiż mifni bl-excessive deficit procedure u bl-UE tindaħlilna kif għandna nagħmlu l-baġit u tiddettal-

na minn fejn għandna naqtgħu u ma nagħtux lil poplu. Malta nbidlet mil-lejl għan-nhar f ’seba’ snin biss u sirna fost l-aqwa fl-Ewropa mingħajr ma ttieħdet imqar miżura waħda ta’ awsterità. U biex dan kollu jibqa’ jseħħ, Gvern Laburista biss jiggarantih. Ħaddieħor għandu storja anki interna li kapaċi biss iħott, li lanqas biss kapaċi jżommu unjoni bejniethom, li biex jagħmlu proġett iridu jiddejnu. Kif tista’ qatt tafdahom?!

Huwa frott il-viżjoni, it-tfassil u l-ħidma ta’ dan il-Gvern li qed ifassal lil pajjiżna mhux għall-mument biss, imma sabiex uliedna jirtu pajjiż ekonomikament b’saħħtu biżżejjed biex ikomplu jibnu fuq is-sod


19

03.11.2019

kullhadd.com

PAJJIŻ LI QED JIKBER F’KULL LAT Editorjal

Meta jkollok ekonomija soda, tista’ wkoll tħares lejn setturi oħra. F’dan il-każ, il-patrimonju nazzjonali

Inbniet fl-1900 u ilha fl-aħbarijiet mill-1929, minn meta nkriet lil Louis Mountbatten, ziju talPrinċep Filippu u wkoll qarib viċin tar-Reġina Eliżabetta, li eventwalment umbagħad xtraha. Il-Prinċipessa Eliżabetta u d-Duka ta’ Edinburgu Philip, użawha bħala residenza tagħhom mill-1946 sal-1951. Ir-Reġina Eliżabetta dejjem qalet li l-perjodu li matulu kienet tgħix f ’Villa Gwardamangia – f ’Malta – kien l-isbaħ perjodu ta’ ħajjitha. Villa Gwardamangia hija wkoll l-unika post barra r-Renju Unit li fih għexet ir-Reġina Eliżabetta. L-aħħar li daħlet fiha r-Reġina Eliżabetta kien fiż-żjara statali tal-1992. F’dawn l-aħħar erba’ snin, speċjalment minn wara l-aħħar żjara tar-Reġina Eliżabetta f ’pajjiżna fl-2015, Villa Gwardamangia rxoxtat fuq l-aġenda fl-aħbarijiet. Dan minħabba l-istat dilapidat tal-binja u wkoll diċeriji dwar x’se jkun il-futur tagħha, bi spekulazzjonijiet ukoll li kienet se tinbiegħ biex titwaqqa’ u flokha jinbnew appartamenti. Bil-proprjetà f ’idejn sidien privati, ilGvern xorta għamel tentattivi

biex jakkwistaha, ħalli din tkun restawrata u użata kif xieraq. Apparti li hija parti importanti wkoll mill-istorja ta’ pajjiżna minħabba l-konnessjoni rjali tagħha. L-aħbar li ntlaqgħet tajjeb ferm kemm lokalment u wkoll mill-midja internazzjonali taha l-Prim Ministru waqt id-diskors tiegħu tal-baġit nhar it-Tlieta 22 tax-xahar. Ħabbar li l-Gvern Malti kien xtara Villa Gwardamangia, se jirrestawraha bil-potenzjal li wkoll tkun attrazzjoni turistika, u dwar dan se jkun hemm diskussjonijiet mall-Kunsill Lokali ta’ Tal-Pietà. Din hija l-istorja f ’erba’ paragrafi qosra qosra ta’ Villa Gwardamangia. Imma hemm ħafna aktar minn hekk. Gvern ta’ pajjiż serju jaħdem għall-ġid ta’ pajjiżu. Mhux biss għall-poplu li jmexxi u jagħmel dak kollu possibbli biex il-familji jkunu qed jgħixu verament ħajja denja, imma wkoll f ’dak kollu li huwa s-sisien li fuqu jkunu mibnija s-setturi kollha li jiffurmaw lis-soċjetà u wkoll in-nisġa talpajjiż innifsu. Hekk qed isir f ’pajjiżna. B’għaqal, dan il-Gvern beda

mill-qiegħ nett. Irranġa l-finanzi tal-pajjiż, kabbar l-ekonomija u llum il-ġurnata għandna moħħna mistrieħ li għalkemm il-Gvern baqa’ għaddej b’miżura wara miżura li kollha kemm huma qegħdin dejjem itejbu l-ħajja tagħna lkoll, imma jekk jinqala’ l-bżonn, il-Gvern ħaseb ukoll għal dan, mingħajr ma jintlaqtu l-miżuri. Meta jkollok ekonomija soda, tista’ wkoll tħares lejn setturi oħra. F’dan il-każ, il-Patrimonju nazzjonali. Dan il-Gvern ilu għaddej b’investiment qawwi fil-patrimonju tagħna. Sa mill-bidu nett kien hemm pjan li qed jitwettaq ta’ restawr ta’ binjiet maġġuri u siti li kienu abbandunati minkejja l-importanza tagħhom. Illum, tħares lejn il-Belt Valletta biss, tara differenza. Tara dan il-bini li ħa ħajja mill-ġdid u issa qiegħed hemm bħala legat għall-ġenerazzjonijiet futuri. Imma l-pjan ta’ restawr mhux esklussiv għall-belt kapitali tagħna, imma qed isir mal-pajjiż kollu. Villa Gwardamangia, issa salvata wkoll minn futur inċert li kellha quddiema. Wirt storiku ieħor,

ewlieni għal Tal-Pietà, li se jkun salvat u jingħaqad mal-lista twila ta’ palazzi, bini u wkoll siti oħra li l-Gvern tahom lura d-dinjità li jixirqilhom. Apparti minn dan, din l-aħbar ingħatat prominenza fil-mezzi tax-xandir. Lokalment l-aħbar intlaqgħet tajjeb ħafna minn diversi NGOs u wkoll individwi li jħobbu u japprezzaw l-istorja ta’ pajjiżna. Intlaqgħet tajjeb ukoll mir-residenti ta’ Tal-Pietà. Imma ngħatat prominenza wkoll fil-mezzi tax-xandir barranin, l-aktar dawk tar-Renju Unit. L-aħbar ukoll intlaqgħet b’mod pożittiv ferm. Meta jkollok ekonomija soda, meta jkollok pjan b’viżjoni ta’ futur aħjar, tkun tista’ taħdem b’mod ħolistiku u timraħ ukoll f ’setturi li huma ħolqa oħra fit-titjib li minnu jgawdu ċ-ċittadini tiegħek. B’din il-politika, dan il-Gvern qiegħed itejjeb l-ambjent għal kulħadd. Mhux biss f ’dak li jolqot b’mod dirett lill-individwi, mhux biss f ’dak li huwa l-ambjent rikreazzjonali għall-familji, imma wkoll l-ambjent kulturali u patrimonjali rikk li huwa mogħni bih dan il-pajjiż.


20

03.11.2019

kullhadd.com

RIĠENERAZZJONI, MODERNIZZAR U INVESTIMENT

Mid-Djarju ta’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 24 ta’ Ottubru mhux jaħlih. Xi ħaġa għallġid tal-partit darba glorjuż Bħal daż-żmien l-hena tiegħi, tagħna qiegħed jagħmel żgur. man! Imnalla li l-Ispeaker Imma skont sieħbi tal-IstamAnġlu Farrugia kien irsista perija, ir-raġuni ewlenija hija biex is-seduti kollha tal-Par- li kien qiegħed ikollna ftit lament jintwerew diretti għax wisq nies, bir-riżultat li waqt f ’dawn il-ġranet, meta jkunu l-aħbarijiet fuq it-televixin, qegħdin isiru d-dibattiti dwar konna naraw lil Joseph Musil-baġit, ħallini ninstasab qud- cat ikellem sala mimlija nies, diem it-televixin insegwi kull u min-naħa l-oħra konna kelma li tkun qiegħda tingħad. naraw lill-Kap tagħna jindNitpaxxa nisma’ lid-deputati irizza dejjem lill-istess erba’ tagħna, għalkemm ma nafx min-nies, fosthom jien, għax kemm kollha huma tagħna. jien ma kontx nitlef waħda. Illum verament ħadt gost nara u nisma’ lil Kristy Debo- Il-Ħadd, 27 ta’ Ottubru no. Kienet liebsa pulit għallaħħar, għalkemm l-ilbies Ladarba l-Ħadd m’għadniex mhux daqshekk importanti. ikollna attivitajiet, il-Ħadd filL-importanti hija s-sustan- għodu sirt inqattgħu il-każin za f ’dak li tgħid anke jekk bi nieħu żewġt ifliexken birra kliemha ħarġet tmieri lill-Kap ma’ xi erbat iħbieb. Il-barAdrian Delia. Nispera li mhix man huwa mill-aqwa u ma jħalliniex neqsin mill-apitizse tabbandunah hija wkoll. ers, tant li issa lanqas għadni Il-Ġimgħa, 25 ta’ Ottubru nsajjar għal nofsinhar, għax immur lura d-dar b’żaqqi Ma jridx jisma’ Ġorġ tal-ħa- mimlija. Ngħid is-sewwa nut ta’ ħdejna. Jibqa’ jwebbes llum ma tantx ħadt gost għax rasu u jisma’ qanpiena waħ- l-erbat iħbieb li kont qed nixda. Għalxejn ngħidlu biex rob magħhom, ċewċuni meta meta jkunu qegħdin isiru rripetejt dak li qalu l-Kap d-dibattiti tal-baġit, jagħlaq Adrian Delia u l-Viċi Kap il-ħanut u jsegwihom biex Robert Arrigo dwar il-baġit. ikun jaf verament fejn jins- Għalkemm, l-erba’ li huma ab pajjiżna. Illejla argumen- Nazzjonalisti, baqgħu jinsistajt ftit miegħu għax għadu tu miegħi li s-sewwa ma jisgħaddej ifaħħar u jiftaħar ta’ jmerih ħadd u li ngħidu bil-baġit, qisu għamlu hu. U x’ngħidu, il-baġit intlaqa’ tajjjaħasra biex jiftaħar m’għan- eb minn ħafna nies, u li jkun dux, għax kif qal il-Viċi Kap fl-ispazju min jgħid il-kontra. tagħna Robert Arrigo, ilbaġit mhu xejn għajr baġit It-Tnejn, 28 ta’ Ottubru tal-ispazju! U mela joqogħdu jiftaħru li l-baġit għas-sena li Erġajt intfajt quddiem it-teleġejja huwa l-aqwa baġit li qatt vixin nitpaxxa bid-diskorsi ġie ppreżentat, x’kull waħ- tad-deputati tagħna fil-Parda! Ara kif jista’ jkun li baġit lament. B’xi mod jew ieħor, tal-ispazju, ikun l-aqwa baġit! kull wieħed u waħda minnhom qegħdin isegwu dak li qaltilhom Claudette Buttigieg Is-Sibt, 26 ta’ Ottubru biex jikkritikaw il-baġit, tajjeb Drajnieh issa lill-Kap Adrian kemm hu tajjeb. U llum kien Delia jiġi kull nhar ta’ Sibt fuq imiss lilha li tagħmel dan. ir-radju tagħna biex ikellem Ma qagħdetx tiddejjaq tgħid lill-familji Maltin u Għawdxin li l-baġit naqas li jindirizkollha, minflok joqgħod jiġri za lin-nisa. Ma nafx x’riedet ’l hemm u ’l hawn kull nhar tgħid biha għax sa fejn naf ta’ Ħadd, kif jagħmel Joseph jien, u sa fejn jaf kulħadd, Muscat. Jien m’għandi l-eb- il-pensjonanti nisa wkoll da dubju li l-Ħadd filgħodu se jiżdiedu b’seba’ ewro fil-

ġimgħa. Ma nafx x’se jieħdu aktar in-nisa romol. Se jieħdu aktar għajnuna dawk in-nisa, jew tfajliet li jkunu jridu jixtru l-ewwel propjetà tagħhom. Imma hekk irridu nagħmlu. Nibqgħu nivvintaw, basta ngħidu kontra l-Gvern. It-Tlieta, 29 ta’ Ottubru Imnalla kien id-Deputat tagħna Toni Bezzina, dak li kien ħadilna ħsieb il-każin tagħna taż-Żurrieq, li fetaħli għajnejja. Kont ili naħsibha biex xi darba ninżel in-naħa ta’ isfel ta’ Malta biex ngħaddi minn fuq il-flyover li tant qegħdin jiftaħru biha tal-Labour. Imma issa reġa’ bdieli wara li smajt lil Toni Bezzina jgħid li meta tkun għaddej taħseb li hemm sensiela ta’ sleeping policemen u li jekk ikollok ilsienek bejn snienek jista’ jinqata’ barra bl-iskossi. Jien għandi vizzju li nżomm ilsieni bejn snieni, għax ikolli nigdmu kull darba li nara lil xi Laburist. Għalhekk issa ddeċidejt li nabbanduna l-ħsieb tiegħi! L-Erbgħa, 30 ta’ Ottubru Lanqas ridt nemmen lil għajnejja meta Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna wrieni l-istorja li kiteb Saviour Balżan tal-Malta Today dwar il-ġurnalist bravu u kuraġġuż Ivan Camilleri tat-Times. L-istorja tidher li lil Ivan tatu ġewwa bil-kbir. Min-naħa tiegħi, ladarba Ivan Camilleri huwa Nazzjonalist kbir, għalkemm mhux daqsi, il-verżjoni tiegħu nemmen. U mela jiġu jgħidu li seraq, x’kull waħda! M’għandniex xi ngħidu, tal-Labour malajr għamlu plejtu. Għandu jkun ma jafux li l-kameras jitwaħħlu fis-supermarkets mhux għax ikun hemm min jisraq, imma għal min jagħmel żball, jew jinsa li jħallas ta’ xi oġġetti li jkun tefa’ ma nafx fejn. Kuraġġ Ivan! Qed jgħidu hekk għax bil-kitba tiegħek tniggiżhom u mhux għax veru sraqt!

Clint Camilleri Segretarju Parlamentari

Il-baġits ta’ Gvern Laburista dejjem kienu baġits għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi u mingħajr ebda dubju dan huwa l-aktar baġit b’saħħtu sa issa li qatt għamel il-Gvern. Gvern li nistgħu ngħidu jagħti kas lil kull settur u lil kull faxxa tas-soċjetà biex ħadd ma jaqa’ lura. Dan għaliex fost l-oħrajn aħna nippremjaw lill-familji bieżla filwaqt li ngħinu lil dawk vulnerabbli. Fil-baġit għall-2020 se nkomplu ninvestu bis-sħiħ fis-setturi tal-Biedja u tas-Sajd. Allokajna €940,000 għall-istorm damages scheme. Il-Gvern introduċa qafas biex tingħata l-assistenza għall-ewwel darba lill-bdiewa Maltin u Għawdxin wara l-ħsarat strutturali li ġarrbu fil-maltempata ta’ Frar li għadda. Dan huwa pass ieħor pożittiv bla preċedent favur is-sostenibilità tas-settur agrikolu. Kif kien ġie spjegat fid-dettall ser nagħtu l-ammont ta’ 45% li hija l-ogħla rata konsentita meta wieħed iqis ir-regoli applikabbli fiċ-ċirkostanzi ta’ pajjiżna. Nibsab infurmat, li sal-11 ta’ Ottobru, 2019 kienu applikaw ’il fuq minn 100 bidwi bil-valur tal-ħsara jaqbeż il-€1.1 miljun. L-applikazzjonijiet għadhom miftuħin u żgur li n-numru ta’ bdiewa eliġibbli se jkun aktar minn hekk. Is-sajjieda tagħna li sofrew danni f ’din l-istess maltempata, kif diġà ħabbart se jingħataw kumpens ukoll. Dan huwa Gvern li jemmen filbdiewa u fis-sajjieda, Gvern li jrid li s-setturi tal-agrikoltura u s-sajd jiffjorixxu u mhux imutu mewta naturali. U biex nagħmlu hekk aħna rridu u qegħdin ninvestu fiż-żgħażagħ tagħna. Qegħdin nirristrutturaw dawn is-setturi sabiex ikunu aktar profittabbli u allura nattiraw żgħażagħ li jistgħu jibdew iħarsu lejn kunċetti ta’ agribusiness u mhux biss biedja bil-mod tradizzjonali. Aħna rridu nkunu bħala Gvern

li xħin naraw l-interess tażżgħażagħ ngħinuhom ikabbru u jimplimentaw dawn l-ideat biex jimxu ’l quddiem anki permezz ta’ inċentivi. Dan għaliex b’hekk biss ikunu jistgħu jiddiversifikaw, jagħmlu profitt u konsegwentament iżommu ħajjin lil dawn l-oqsma. Fil-fatt, ftit tal-jiem ilu nedejna l-korsijiet mingħajr ħlas fl-MCAST għall-bdiewa u għar-raħħala. Kif kien imħabbar fil-baġit, se niżviluppaw Fisheries Services Hub ċentrali fil-Marsa b’allokazzjoni ta’ €400,000. Grazzi għal dan il-hub, is-servizzi offruti lis-sajjieda se jkunu ċentralizzati sewwasew biswit il-Pixkerija. Dan se jaffettwa lil madwar 1,000 persuna jew aktar. Matul is-sena d-dieħla, se nkunu qegħdin inlestu wkoll pjan ta’ riġenerazzjoni u modernizzar tal-Pitkalija. Dan il-pjan qegħdin nagħmluh bil-galbu u b’konsultazzjoni wiesgħa u għal darb’oħra nirringrazzja lill-bdiewa kollha li tkellimna magħhom u qed jagħtu l-ideat tagħhom inkluż l-Għaqda Bdiewa Attivi li stqarrew li d-diskussjonijiet kontinwi li qegħdin isiru huma pożittivi. Il-Pitkalija trid qalgħa mill-qiegħ mhux biss f ’dik li hija infrastruttura ta’ bini qadim, iżda aktar minn hekk, fejn tidħol sistema operattiva fil-bejgħ u l-branding tal-prodott lokali. Barra minn hekk, b’allokazzjoni ta’ €300,000, ir-razzett talGvern fl-Għammieri se nbiddluh f ’Ċentru ta’ Innovazzjoni u Riċerka Agrikola għall-gwadann tal-pubbliku ġenerali li għandu għal qalbu l-parks u l-agrikoltura. Bid-diversi miżuri li tħabbru, jidher ċar li l-baġit imħabbar għas-sena d-dieħla huwa sostenibbli għall-pajjiż u bih il-pajjiż mhux biss se jżomm il-kompetittività imma wkoll iżidha. Huwa baġit ieħor ta’ Gvern Laburista li jaħseb f ’kulħadd sabiex verament Malta - Inkomplu Nikbru Flimkien.

U biex nagħmlu hekk aħna rridu u qegħdin ninvestu fiż-żgħażagħ tagħna


21

03.11.2019

kullhadd.com

reċensjoni tal-ktieb

IL-WIĊĊ L-IEĦOR Kumment ġeneriku ta’ Tarċisju Zarb

FEJN NINSABU F’DAN ILBAĦAR TA’ METAFORIĊITÀ GĦADDIENA? FORSI ALMA, KOKOSCHKA JEW STENDHAL JIFHMU AKTAR F’DIN L-EFFIMERJITÀ. FORSI DIN HI PARTI MILL-ISTORJA U L-FLUSS TAGĦHA. L-istorja tittratta dwar kritiku tal-arti u mara. Id-differenza ewlenija bejniethom kien il-fatt, li, il-kliem, lilha, ma nistgħux ngħidu li kien iqanqalha, għalkemm kellha ġibda kbira lejn l-uċuh u dak li wieħed jista’ jsejjaħlu ‘lussu’. Min-naħa l-oħra hu, bħala kritiku tal-arti kienu jinteressawh l-uċuħ, imma meta kont tħares lejh, bħal qisu kien hemm il-vojt...bħal qisu ma kont tara l-ebda wiċċ. Ilmara għaldaqstant tinħass bħala li kienet mara li tiġri wara l-frugħa, imma hu kien mod ieħor. U forsi kien minħabba f ’hekk li ġara dak li ġara, f ’dan ir-rumanz li huwa aktar miktub mill-id tal-immaġinazzjoni u l-istħajjil, milli, forsi minn xi konxjożità vera u proprja li ngħidulha awtur jew

awtriċi. Il-mara tispiċċa ‘maqtula’, minn dak l-istess kritiku tal-arti, li tant kien affaxxinat u mmeżmerizzat minnha. Il-figura, bħal qisu kenet ħarġet minn xi pittura, u għaldaqstant, aktar milli kienet il-mara taddemm u l-laħam li aħna niltaqgħu magħha, fil-ħajja ta’ kuljum, kien hemm iċ-ċans li din kienet xi konglomerat ta’ sensazzjonijiet u sensorjiet riżultat ta’ miġemgħat ta’ immaġnijiet, li sawrulu l-psike tiegħu – dak il-psike, li fih hu kien jgħum u jiffantistikizza, l-istess bħalma jagħmel kull artist, li hekk kif ikun qiegħed jibni l-kwadru tiegħu, ikun qiegħed jibni l-iskema/i mentali tiegħu skont regoli li mhux wisq dawk li jixbhu lill-moħħ imqajjem, daqskemm dawk, li jixbhu lis-sottorenitajiet tal-inkonxju li minnu jitilgħu bħal boqoq ta’ ‘ispirazzjonijiet’ li jsefsu ġo qiegħ il-kranju tiegħu, u huwa jobżoqhom fuq it-tila. Dawk ix-xintilli li l-artist, l-istess bħall-kritiku jidħol fihom, l-istess bħal qisu f ’kożmoloġija, li minnha ma jkunx jista’ jinfatam. Hawnhekk, madankollu, wara 15–il sena, li fihom il-mara marret timraħ xi mkien ieħor fil-platejalitajiet tal-ħajja, għax iżżewġet bniedem ieħor, issa, li reġgħet ġiet lura,

wara l-mewt ta’ żewġha, dan l-istess kritiku tal-arti, jerġa’ jibda jfittixha, b’tali mod u manjiera li bħal qisu maħkum mis-sindrom ta’ Stendhal, u l-arti ta’ xi Kokocshka, jinbela’ minn din il-figura passiġġiera fil-qiegħ tal-iffantastikar ta’ moħħu, aktar milli fir-realtà mimsusa tal-ħajja ta’ kuljum. U hawnhekk wara li r-‘relazzjoni’ tikber bejn it-tnejn, iseħħ is-suwiċidju, imma fit-taħdit intimu għaddej il-ħin kollu fil-qiegħ nett tat-tempesti tal-moħħ, il-kritiku tal-arti, jifhem, jew jipprova jagħti x’jifhmu lill-ġudikanti, li dan tiegħu ma kienx qtil proprju. Dan tiegħu kien il-qerda tal-fantasija li tħalla jintrikeb minnha. Il-wiċċ vera tiegħu ma kienx dak. Jew

kien? Il-wiċċ tagħna, dak li naraw, jekk qatt jirnexxilna naraw, għax hawn min m’għandux memorja lanqas tal-wiċċ tiegħu, b’mod speċjali jekk ikun ibati mill-prosopagnosia, huwa l-wiċċ l-ieħor -- the other face. U liema huwa l-wiċċ l-ieħor? U kemm–il wiċċ għandna? U f ’liema personalità-multipla jidħlu dawn l-uċuħ. U safejn jasal kull wiċċ li jarrampika minn qiegħ il-bir ta’ ġo fina? In-narrattiva timxi bil-mod. U bis-salt. B’sentenzi suċċinti. Daqskemm b’sentenzi elaborati. B’dizzjoni ta’ artist. Daqskemm b’dizzjoni ta’ narratur li jikteb b’mod distakkat. Daqskemm ukoll involut. Bl-ipparagrafar għaddej il-ħin kollu bejn djalogar

u narrazzjoni. Bejn dak li qiegħed iseħħ fil-qiegħ nett tal-moħħ u dak li jidher fir-realtà tal-madwar. Bejn dak li huwa Peressonjan, daqskemm interteswalizzat – fejn l-awtur idaħħal narrazzjoni f ’narrazzjoni f ’narrazzjoni, f ’ritmiċità li titlob li wieħed jara bħal qisu tila kbira kbira ta’ fantażmi għaddejjin il-ħin kollu jippruvaw jibnu u jsawru xi tip ta’ tila b’dawn il-figuri enigmatiċi maqlugħin minn saffi qodma daqskemm torja tal-immaġinazzjonijiet-ħolm tagħna. L-‘awtur’ vera u proprju bħal qisu jgħib mix-xena, għalkemm il-kritiku tal-arti jagħtih xi ftit ta’ sembjanza, imma l-awtur veru u proprju qiegħed hemm jgħum u jitgħawwem fil-baħar mitiku tal-immaġnijiet li minnhom u permezz tagħhom, huwa jikseb konxjożitajiet imqallba, ta’ dak li jsawwar il-personalità tagħna, bit-tlugħ u l-inżul tagħha, bl-abberrazzjonijiet daqskemm bil-fatiċità tagħha. Bid-deiktiċità tagħha, daqskemm bil-mod kif ilwien jissieħbu ma’ lwien biex joħorġu bħal qisu biċċa pittura li taħtha u/jew lilhinn minnha hemm wiċċ ieħor – wiċċ evanexxenti, li mhux lakemm taħtfu. Mhux lakemm tarah. Kulma tista’ tagħmel huwa tfittxu. Nawgura lil Ġorġ Peresso aktar kitba. Il-kitba tgħinna lkoll. Nissuġġerixxi li dan ir-rumanz jinqara minn kull min jara fin-narrattiva, mod kif aħna nfanndu fil-qiegħ nett tat-tempesti kontinwi ta’ moħħna. Bilħaqq, Stendhall u s-sindromu tiegħu, għandu mnejn, l-istess bħala Kokoschka, jifhmuh ħafna aktar dan it-tip ta’ diskors.

Mistoqsija: Għaliex kienet reġgħet ġiet lura l-mara wara 15–il sena? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IL-WIĊĊ L-IEĦOR. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 10 ta’ Novembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb L-OPPOSTI U KULURI: DAWWAR IR-ROTA huwa: J. AGIUS - IL-MOSTA

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

04

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Min waqqa’ l-kelma ta’ Adrian Delia li l-bottlenecks huma biss skuża biex jitwessgħu t-toroq?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


22

03.11.2019

kullhadd.com

VOLONTIERA MEGĦJUNA JŻOMMU L-KULTURA ĦAJJA L-importanza tal-volontarji f ’kull qasam u f ’kull settur hija bla limitu. Jekk tanalizza diversi setturi, tara li dawn irnexxielhom jibqgħu għaddejjin minn seklu għall-ieħor, apparti bil-ħidma ta’ awtoritajiet u ta’ entitajiet uffiċjali, imma wkoll permezz ta’ ħidma volontarja minn persuni li għandhom interess f ’dak is-settur partikolari. Insibu volontarji li jaħdmu fissettur soċjali u umanitarju; saħħa u diżabilità, edukazzjoni, żgħażagħ u sport, ambjent, ħarsien tal-annimali, lista ma tispiċċa qatt. Anki fis-setturi tal-arti u l-kultura. Hemm diversi eżempji ħajjin ta’ kull tip u għamla. Jekk biss biss inħarsu lejn ix-xogħol tal-idejn, naraw fost oħrajn li l-bizzilla tradizzjonali Maltija, tant imfittxija kemm mill-Maltin kif ukoll mill-barranin li jżuruna, baqgħet ħajja billi tteknika tagħha għaddiet minn ġenerazzjoni għall-oħra, minnanna, għat-tifla, għan-neputija. U għalhekk is-sengħa ma ntilfitx u għadha ħajja sal-lum. It-tradizzjoni tal-bini tal-presepju Malti, kienet mgħoddija b’għożża u b’mod volontarju, tant li baqgħet ħajja u llum issib għaqdiet u individwi li qed ikomplu jippromwovu dan it-talent Malti. Niftakru fis-suċċess li qed ikollu l-presepju Malti li s-sena li għaddiet rajnieh armat fid-daħla tal-Belt Valletta, imma wkoll fil-pjazza tal-Vatikan u fil-pjazza ewlenija ta’ Betleħem. Huwa fatt magħruf ukoll li kien permezz tad-dedikazzjoni u x-xogħol volontarju għal snin kbar li llum għadhom magħna l-baned Maltin u l-logħob tan-nar. Żewġ oqsma li huma parti intrinsika mill-ħajja kulturali tagħna. Ix-xogħol volontarju huwa rikonoxxut minn dan il-Gvern. Tant li jagħti appoġġ sħih lil dawk li jaħdmu fis-settur tal-volontarjat. Appoġġ li jingħata mhux biss bħala sostenn finanzjarju, imma rajna wkoll għaqdiet li jaħdmu filvolontarjat jingħataw saħansitra bini biex ikunu jistgħu jwettqu x-xogħol volontarju tagħhom fih. Anki fil-qasam kulturali. Fil-fatt, fi Frar li għadda, anki bħala legat ta’ Valletta 2018, twaqqfet Voluntiera Malta, programm li jitmexxa mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat. Voluntiera Malta bdiet il-ħidma tagħha fil-qasam kulturali taħt l-isem “Tal-Kultura” u llum espandiet ukoll f ’setturi bħall-ambjent, is-settur soċjali u setturi oħra. “Tal-Kultura” kien programm tal-volontarjat għal Valletta 2018, immexxi minn SOS Malta bil-

għan li jimmobilizza ċittadini attivi u jinbena network ta’ persuni mis-setturi kollha tas-soċjetà interessati li jgħinu b’mod volontarju għall-programm kulturali ta’ dan l-avveniment u fl-istess ħin ikunu qed jieħdu l-esperjenza fil-qasam. Dan il-programm kien ġibed interess kbir. U dawk li ssieħbu fih kellhom opportunitajiet kbar li jieħdu sehem fil-programmi kulturali, jiltaqgħu ma’ artisti lokali u barranin u jieħdu esperjenza kbira fil-qasam, li se tiswielhom għallfutur tagħhom. Permezz tal-Ministeru għallĠustizzja, Kultura u Gvern Lokali, il-Gvern qiegħed jirrikonoxxi bis-sħiħ lill-volontarji. Fis-snin li għaddew tnedew skemi u ddaħħlu miżuri li qed jgħinu luralil dawn loqsma ikomplu jimirħu fil-qasam tagħhom. Il-Gvern qed jgħin lura lil diversi setturi fil-ħidma volontarja tagħhom f ’oqsma bħallbaned kif ukoll it-tradizzjoni tallogħob tan-nar. Il-Baned Minn meta feġġet l-ewwel banda Maltija madwar l-1860, dik li tissejjaħ il-Banda ta’ Indri, minħabba li kien ċertu Indri Borg li għaqqad din il-banda f ’ĦażŻebbuġ, l-istorja tal-baned kibret u llum il-ġurnata dawn huma parti integrali mill-ħajja kulturali u wkoll mill-ħajja tagħna ta’ kuljum. Ħadd ma jimmaġina Festa Nazzjonali, festa tal-patrun jew avvenimenti oħra mingħajr il-ħoss tal-banda Maltija. Il-baned baqgħu ħajjin permezz tal-interess u tal-ħidma volontarja ta’ individwi li maż-żmien ingħaqdu flimkien biex twaqqfu l-Każini tal-Baned u s-Soċjetajiet Mużikali li minnhom insibu f ’kull Belt u raħal tagħna. Illum nafu li dawn iservu bħala ċentri kulturali essenzjali ta’ attività u li għandhom rwol importanti fil-ħajja tal-komunitajiet lokali tagħhom. Mhux biss iservu bħala skejjel tal-mużika bla ħlas, imma wkoll jorganizzaw attivitajiet kulturali matul is-sena kollha li jgħinu biex iħarsu u jippriservaw it-tradizzjonijiet kulturali tagħna. Minnhom ħarġu ismijiet kbar li għamlu unur lil pajjiżna. L-aħħar skema mnedija Il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, permezz tal-Kunsill Malti għall-Arti b’kollaborazzjoni mal-Għaqda Każini tal-Banda, nedew fond ġdid li huwa mmirat għax-xiri ta’

strumenti mużikali tas-Soċjetà talBanda Maltija. Il-fond se jkompli jsaħħaħ ixxogħol li jagħmlu s-soċjetajiet mużikali, biex tiġi promossa aktar il-mużika fil-komunitajiet tagħna, filwaqt li ngħinuhom biex jixtru u jrawmu aktar l-edukazzjoni fuq listrumenti. Din hija wkoll wegħda elettorali oħra mwettqa. Wegħda li tirrikonoxxi l-ħidma tas-Soċjetajiet tal-Banda Maltija u l-ħidma tagħhom għal dawn issnin kbar. Dan il-fond huwa għallkofinanzjar ta’ strument li jinxtara għall-użu minn bandist/i reġistrati mas-soċjetà li qed tapplika. Il-fond jista’ jkopri sa 85% tal-ispiża totali tal-proġett u l-proposta trid tinkludi programm edukattiv dettaljat u realistiku u tinkludi l-isem u l-esperjenza tal-għalliem, flimkien ma’ dak li mistenni li jkun it-tagħlim proġettat. Il-lista ta’ strumenti eliġibbli taħt din l-iskema huma l-piccolo, oboe, cor anglais, bass clarinet, bassoon, baritone saxophone, eflat trumpet, flugelhorn, bass trombone u d-double bass. Il-bandist/i reġistrati jrid ikollhom minn tal-inqas sentejn esperjenza fid-daqq ta’ strument tal-istess familja mużikali li qed jiġi propost kofinanzjar fuqu u/ jew tliet snin jekk tkun se tinqaleb it-tip ta’ strumentatura. Il-bandist hu mistenni li jidher quddiem panel ta’ esperti għal smigħ biex jiġi ddeterminat il-livell tajjeb ta’ kompetenza. Il-proġett propost irid ikollu xejriet innovattivi, professjonali u kreattivi fejn jidħol it-tagħlim u l-implimentazzjoni tiegħu. L-applikazzjoni trid ukoll tikkunsidra s-sostenibbiltà fittul tal-proġett kif ukoll l-iskop u l-benefiċċji. Il-proposti jridu jitressqu fuq www.vofunding.org.mt sat-3 ta’ Diċembru f ’nofsinhar. Fond għat-tisħiħ tal-ħidma kulturali Fl-2017 il-Gvern permezz talMinisteru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali waqqaf fond ieħor għas-Soċjetajiet Mużikali. Għalhekk ippremjati wkoll ilkażini tal-banda għar-rwol komunitarju importanti, li joħolqu sens ta’ appartenenza u jservu bħala punt ta’ dħul u impenn flarti. Wieħed ma jridx jinsa li dawn il-volontarji maż-żmien ġabru oġġetti ta’ valur storiku marbuta ma’ dan is-settur kulturali fil-binjiet tagħhom. Dan il-fond għandu l-għan


23

03.11.2019

kullhadd.com

li jsaħħaħ dan ix-xogħol billi jappoġġa diversi inizjattivi proposti mill-każini tal-banda nfushom. Dawn jistgħu jvarjaw minn restawr ta’ oġġetti storiċi li jinsabu fil-bini tal-każini tal-banda sa appoġġ fittaħriġ ta’ kondutturi u għalliema mużikali fil-livell terzjarju. Il-fond għandu wkoll l-għan li jappoġġja kollaborazzjonijiet bejn il-każini tal-banda u l-implimentazzjoni ta’ proġetti innovattivi biex jespandu l-attivitajiet tal-każini tal-banda kemm f ’Malta kif ukoll barra. Il-fond huwa amministrat millGħaqda Każini tal-Banda u millKunsill Malti għall-Arti fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. Ġeneralment l-għotjiet li jingħataw minn dan il-fond ikopru 85% jew 75% talispejjeż tal-proġett rispettivament. Il-proġetti ta’ profitt mhumiex eliġibbli. Dan il-fond jitħabbar perjodikament u huwa miftuħ għallkażini tal-banda kollha f ’Malta u Għawdex li huma rreġistrati bħala organizzazzjonijiet volontarji u li huma konformi mal-Att dwar Organizzazzjonijiet Volontarji sad-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet; il-każini tal-baned eliġibbli għandhom ukoll ikunu membri attivi tal-Għaqda Każini tal-Banda skont l-istatut tagħha. Il-każini tal-baned lokali jaħdmu bla heda biex isaħħu l-kultura talmużika tal-pajjiż, kif ukoll jissalvagwardjaw it-tradizzjonijiet kulturali tagħna. Dan ix-xogħol kollu jsir fuq bażi volontarja u għalhekk il-Gvern iħoss li dan għandu jkun appoġġjat. Il-Logħob tan-nar Il-logħob tan-nar, jew aħjar issengħa tal-piroteknika, hija arti li tmur lura snin kbar u f ’pajjiżna għadha ħajja sal-ġurnata tal-lum, indokrata minn għadd sabiħ ta’ volontarji. Din it-tradizzjoni Maltija, f ’pajjiżna tmur lura għal żmien l-Ordni talKavallieri ta’ San Gwann, li kienet tiċċelebra avvenimenti speċjali billogħob tan-nar, fosthom elezzjoni ta’ Gran Mastru jew ta’ Papa ġdid. Interessanti li nsibu ħafna kliem f ’din is-sengħa li addottajnieh, bħal ħafna kliem ieħor, l-aktar popolari forsi, ġigġifogu mit-Taljan gioco di fuoco, u musketterija li żviluppat minn moschettiere, is-suldati li kienu jisparaw salut biex jilqgħu xi dinjitarju fi żmien l-Ordni. Minn hemm l-istorja tal-logħob tan-nar ma waqfitx, imma kibret maż-żmien biex illum il-ġurnata għandha l-istorja rikka u l-popolarità kbira li tgawdi fostna. Il-logħob tan-nar huwa forsi l-aktar assoċjat mal-festi tal-patrun jew patruna talbliet u tal-irħula li jżejjen is-smewiet fix-xhur tas-sajf f ’pajjiżna, imma huwa wkoll marbut u jintuża wkoll bħala tislima xierqa f ’funerali ta’ volontarji ta’ din is-sengħa. Insibuh ukoll f ’ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u qed isir popolari wkoll

f ’okkażjonijiet ta’ ferħ, fosthom tiġijiet. Tant hija importanti din it-tradizzjoni Maltija, li ħarġet ’l hinn mill-festi, u nsibu wkoll avvenimenti marbuta mal-logħob tannar li jiġbru l-folol. Fost dawn bla dubju hemm il-Festival Internazzjonali tal-logħob tan-Nar u wkoll il-Festa Nar, imtellgħa b’tant professjonalità minn 20 kamra tan-nar mill-14-il lokalità fi ħdan ir-reġjun Nofsinhar. Dan kollu huwa possibbli biss permezz ta’ dawk li b’mod volontarju jaħdmu f ’dan is-settur! Din l-arti hija waħda ta’ passjoni, li t-tagħlim tagħha jintiret minn ġenerazzjoni għall-oħra, ġeneralment b’membri ta’ familji sħaħ li ssibhom dilettanti u wkoll jaħdmu n-nar f ’waħda mill-kmamar li nsibu mferrxin ma’ pajjiżna. U kieku ma kienx għal dan l-entużjażmu, li kieku ma kienx għal dawn id-dilettanti li fil-ħin liberu tagħhom b’mod volontarju, jiddedikaw sigħat sħaħ, li fl-aħħar mill-aħħar il-prodott tagħhom ingawduh aħna u dawk li jżuru pajjiżna – kieku n-nar ilu li nqata’ minn pajjiżna. Il-Fond għall-Kmamar tan-Nar U hawn fejn jidħol il-Gvern permezz tal-Ministeru għallĠustizzja, Kultura u Gvern Lokali. Dan il-Gvern dejjem emmen li dak li huwa parti mill-Kultura Maltija, għandu jissaħħaħ, jgħinu jikber u wkoll jieħu ħsieb li jżommu, mhux biss għat-tgawdija tagħna, imma wkoll biex jibqa’ hemm ħalli jitgawda minn dawk ta’ warajna. Kien għalhekk li għall-ewwel darba fl-istorja, il-Ministeru ħass li lill-għaqdiet tal-logħob tan-nar kellu joffrilhom għajnuna finanzjarja biex ikunu jistgħu jkomplu jtejbu l-operat tagħhom. Fil-fatt qabel beda l-istaġun talfesti tal-2018, tħabbar fond li nħoloq apposta biex jipprovdi għajnuna lill-kmamar tan-nar, fond li huwa mmaniġġjat mill-Kunsill Malti għall-Arti fi ħdan il-Ministeru. Il-fond jaħseb biex jalloka fondi biex il-kmamar tan-nar itejbu l-infrastruttura tagħhom ħalli lvolontiera jkunu jistgħu jaħdmu f ’post aktar sigur, kemm waqt ilmanifattura kif ukoll waqt il-ħruq tan-nar. Jaħseb ukoll biex il-volontiera jkunu jistgħu jinvestu f ’riżorsi li jgħinu biex tittejjeb il-kwalità tal-prodott pirotekniku Malti fejn tidħol sikurezza. Dan il-fond qed jgħin l-iżvilupp ta’ industrija popolari li għandha rwol tant ċentrali fiċ-ċelebrazzjonijiet u l-kultura Maltija. Isir ħafna xogħol minn wara l-kwinti biex ikollna dawk il-wirjiet spettakolari u artistiċi li jixegħlu s-sema tagħna. Permezz ta’ dan il-fond, qed nirrikonoxxu u nħarsu aktar dan ixxogħol. Apparti minn dan, il-fond huwa fuq l-istess linja mal-għan

tal-professjonalizzazzjoni talIstrateġija2020 li jisħaq biex inrawmu l-potenzjal kreattiv u nappoġġjaw l-iżvilupp tiegħu f ’attività professjonali.

Il-logħob tan-nar u l-ħiliet artistiċi li jmorru miegħu huma parti integrali mill-kultura tagħna, u sikwit insibuhom dritt fil-qalba tal-komunità. Flimkien mal-professjonaliz-

zazzjoni, il-komunità hija waħda minn ħames miri strateġiċi talIstrateġija2020, il-pjan tal-Kunsill Malti għall-Arti għas-setturi kulturali u kreattivi sal-2020.


24

03.11.2019

kullhadd.com

IL-MUŻIKA TTIHA DAK LI XEJN U ĦADD QATT MA JISTA’ JTIHA Kitba ta’ Il-mużika taf tieħdok f ’dinja oħra. RAMONA PORTELLI Irrelattivament x’tip ta’ mużika tkun. Kollha fiha s-sabiħ u jgħodd biss dak li wieħed kapaċi japprezza. Dan l-aħħar sirt naf b’mużiċista li l-mużika ttiha dak li xejn u ħadd qatt ma jista’ jtiha. Qed nirreferi għal Jessica Ellul. Għandha 28 sena, u minn Ħal Għaxaq. Gradwata b’baċellerat fix-xjenza u b’masters fil-mużika. Illum il-ġurnata taħdem f ’Dipartiment tal-Finanzi ġewwa kumpanija privata u ddoqq mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta’ Malta fuq bażi part-time. Apparti dan, tgħallem ġewwa tliet każini talbaned. Tħossha ffortunata għaliex ix-xogħol tagħha fil-mużika ma tqisux bħala xogħol, iżda bħala xi ħaġa li tħobb u li lejha għandha passjoni kbira. Ix-xogħol tagħha fil-mużika kuntenta tagħmlu bi mħabba kbira; kemm meta ddoqq kif ukoll meta tgħallem. Mitluba tiddeskrivi lilha nnifisha, Jessica sabitha ftit bi tqila biex twieġeb għall-fatt li skont hi ma tantx tinqala’ biex tiddeskrivi lilha nnifisha. “Però, l-aktar aġġettiv li nħoss li jqarreb lejn dak li veru jien huwa determinata. Minn mindu kont żgħira kont ngħix billi noħlom affarijiet li għal ċertu żmien kienu jidhru impossibbli, iżda mbagħad jekk taħdem fuqhom tinduna li kapaċi tasal bi ftit sagrifiċċju u b’determinazzjoni. Illum għadni noħlom ħolm li għal waqtiet ngħid li mhux possibbli, iżda xi darba se jasal il-mument li nwettaqhom. Fi żmien l-Università r-rettur ta’ dak iż-żmien kien waħħal mad-dħul tal-Università ħsieb: “Oħlom ħolma siewja, ħabrek biex twettaqha.” Dan ilħsieb għadni ngħix bih kuljum,” stqarret miegħi. Jessica bdiet tinteressa ruħha fil-mużika minn mindu kienet tifla ċkejkna. Fil-fatt, bdiet iddoqq meta kellha seba’ snin. Irrakkontatli kif il-festi dejjem kienu b’saħħithom speċjalment fin-naħa t’isfel ta’ Malta u sa minn mindu kienet żgħira kienet tiffrekwenta l-baned. “In-nannu tiegħi kien solista mal-Banda Santa Marija t’Għawdex u xi ftit jew wisq, iddemm ġibed. Iżda, kienet xewqa tiegħi li mmur nitgħallem il-Banda mal-Banda San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq. Bdejt indoqq il-kwartin għaliex kont għadni wisq żgħira biex indoqq il-klarinett. Infatti qlibt għall-klarinett meta kelli madwar 16-il sena. 20 sena ilu t-tagħlim fil-każini ma kienx daqstant b’saħħtu akkademika-

ment kif inhu llum u għalkemm l-għalliema ta’ dak iż-żmien tawni dak li jafu, ommi ddeċidiet li ddaħħalni fl-iskola tal-Mużika Johann Strauss tal-Belt. Hemmhekk bdejt nistudja mal-għalliem li għadu jsegwini sal-lum, Godfrey Mifsud,” irrakkontatli b’ċertu sodisfazzjon fuqha. Illum il-ġurnata Jessica hija Assistent Surmast fi tliet soċjetajiet mużikali. Dawn huma Banda Sagra Familja tal-Kalkara, Banda San Leonardo ta’ San Ġiljan u Ħal Kirkop. B’hekk ma stajtx ma nistaqsihiex kif jirnexxilha tlaħħaq ma’ tliet soċjetajiet, u kif tqassam il-ħin tagħha magħhom kollha.” Naturalment, il-baned li ngħallem fihom illum saru parti minni u minn ħajti għaliex sehmi fil-baned ma jiqafx b’lezzjoni li nagħti lit-tfal darba fil-ġimgħa. Għalkemm, l-għan ewlieni tal-assistent surmast hu li jassisti s-surmast u jgħallem, il-verità tmur lil hinn minn hekk. Fortunatament jien ngħallem fi tliet każini b’mentalità friska u żagħżugħa. Qed ngħid hekk għaliex ix-xogħol tiegħi u tas-surmastijiet li naħdem magħhom jinvolvi ħinijet twal ta’ xogħol differenti. Permezz ta’ fondi pubbliċi, illum il-każini tal-baned qed ikollhom għajnuna finanzjarja sabiex iwettqu diversi proġetti mat-tfal ta’ età żgħira u maż-żgħażagħ tas-Soċjetà. Insemmi Żunżana, proġett bejn ħames soċjetajiet mużikali fosthom il-Banda San Leonardu ta’ Ħal Kirkop, BandaStorja mill-Banda Sagra Familja tal-Kalkara, Ancient Clarinet and Early Music Festival mill-Banda San Ġiljan, eċċ. Dawn huma ftit mill-proġetti li jien flimkien mal-baned fejn ngħallem, involuti fihom.” It-triq tal-bilanċ bejn is-sessi fil-każini mhix faċli għal diversi raġunijiet, iżda nemmen li mhix impossibbli. Ta’ min jgħid li f ’Malta l-preżenza femminili f ’din il-pożizzjoni, hi xi ftit limitata. B’hekk ħadt il-kummenti mingħandha dwar dan il-fatt. “Sabiex ma nkunx negattiva, naħseb li llum il-preżenza femminili bdiet tiddomina xi ftit aktar speċjalment fis-sezzjoni tal-klarinetti. Niftakar ftit tas-snin ilu fejn meta kont indoqq, ġieli kont tfajla waħda qalb ħafna rġiel. Illum b’ċertu sodisfazzjon ħafna mid-drabi, is-sezzjoni tal-klarinetti qed tkun iddominata min-nisa. Rigward il-pożizzjonijiet, naħseb li ma ndumux ma naraw aktar nisa jiżdiedu f ’diversi pożizzjonijiet ġol-każini. Diġà qed naraw

presidenti nisa, segretarji nisa u anke membri fil-kumitati. Madwar erba’ każini llum għandhom mara tokkupa kariga mużikali, jew assistent surmast jew għalliema. It-triq tal-bilanċ bejn is-sessi fil-każini mhix faċli għal diversi raġunijiet, iżda bil-mod naslu,” stqarret miegħi. Ridt inkun naf jekk tikkunsidrax il-kariga ta’ surmast tal-banda. Fi kliemha stess stqarret miegħi li fil-preżent mhix tħares lejn il-kariga ta’ surmast bħala prijorità. “L-imħabba tiegħi dejjem kienet lejn it-tagħlim u l-performance. Bħal kollox, jien nemmen li ma tistax tibbrilla f ’kollox. Onestament, ma nħossnix li għalissa nista’ nkun direttur jew surmast. Nixtieq li l-kontribut tiegħi nibqa’ ntih permezz tad-daqq u permezz tat-tagħlim li nagħti lil alljievi u l-mużiċisti tas-Soċjetajiet Mużikali.” Ta’ min jgħid ukoll li f ’Diċembru li ġej ser tkun qed tniedi l-album tagħha b’kollaborazzjoni mal-Orkestra Nazzjonali. Ħallejt f ’idejha sabiex telabora aktar. “Dan l-album ilni naħdem fuqu madwar sentejn. F’dawn is-sentejn stajt napplika għal fondi u niddeċiedi r-repertorju x’se jkun. Ix-xogħol wara dan l-album kien kbir, kemm min-naħa loġistika kif ukoll min-naħa ta’ studju. Wara ħafna diskussjonijiet kemm

Minn mindu kont żgħira kont ngħix billi noħlom affarijiet li għal ċertu żmien kienu jidhru impossibbli, iżda mbagħad jekk taħdem fuqhom tinduna li kapaċi tasal bi ftit sagrifiċċju u b’ determinazzjoni mal-għalliem tiegħi kif ukoll ma’ wħud min-nies qrib tiegħi, iddeċidejt li niddedika dan l-album lill-kompożituri Maltin li kitbu xogħlijiet għall-Klarinett u Orkestra. F’dan l-album ser inkunu qed naraw sitt kompożituri Maltin, tlieta ħajjin u tlieta oħra li sfortunatament


25

03.11.2019

kullhadd.com

ħallewna. Dan l-album ser inkun qed invarah fit-12 ta’ Diċembru 2019. Nixtieq nirringrazzja minn hawn liċ-Ċerpersin tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta’ Malta, Sigmund Mifsud u lill-Ministru tal-Kultura

Dan kollu qed jittella’ għaliex fil-każini hemm ħafna nies li għandhom għal qalbhom il-mużika, nies li jaħdmu lejl u nhar għal ġid tal-alljievi tagħhom

l-Onor. Dr. Owen Bonnici li kienu strumentali sabiex din il-ħolma, dalwaqt issir realtà. Dan il-proġett qed ikun megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti.” Ta’ min iżid jgħid li lil Jessica l-mużika b’xorti tajba ħaditha f ’diversi postijiet, speċjalment fl-Ingilterra. “Bdejt insiefer fuq attivitajiet mużikali meta kelli 17-il sena. L-ewwel esperjenza tiegħi kienet li mmur nistudja għal ġimgħa sħiħa ġewwa Harrogate fl-Ingilterra mal-Professur David Campbell. Dawn kienu l-ewwel Masterclasses li attendejt għalihom. Imbagħad, kull sena bdejt immur f ’postijiet differenti fosthom Londra u Wales, sabiex nesperjenza aktar opportunitajiet. Sakemm fl-2014 tlajt l-Ingilterra

li tħoss wara xi kunċert ikun indeskrivibbli. Biżżejjed, biex tgħid li s-sodisfazzjon mużikali, ma jerbaħlu ħadd u xejn. Definittivament ma timmaginax ħajjitha mingħajr mużika. “Min jafni mill-qrib, jaf li mingħajr mużika ma nistax inkun Jessica li Illum iż-żgħażagħ tagħna qegħdin jieħdu interess akbar jien. Kull min jaf lili, jaf bir-relazzjoni tiegħi mat-tagħlim, mal-każifil-mużika inġenerali ni, mal-baned u mal-mużika inĦadt ukoll l-opinjoni ta’ Jessica ġenerali. Naħseb il-mużika kienet dwar dak li tinnota madwarha u parti minn ħajti u minni nnifsi sa jekk taħsibx li ż-żgħażagħ Maltin għadhomx interessati f ’Mużika Klassika. “Iva, naħseb li llum iż-żgħażagħ tagħna qegħdin jieħdu interess akbar fil-mużika inġenerali. L-opportunitajiiet kibru sew u l-interess dejjem jiżdied. Biżżejjed wieħed iħares lejn l-Orkestra Nazzjonali tażŻgħażagħ. Din l-orkestra hija l-ewwel esperjenza qabel wieħed jingħaqad mal-Orkestra Nazzjonali. Mil-lenti tal-baned dan l-aħħar qed naraw ukoll diversi proġetti li qed jinvolvu numru sostanzjali ta’ mużiċisti żgħażagħ. L-opportunitajiet huma diversi u jvarjaw minn tagħlim sa performances. Riċentement rajna ħafna opportunitajiet fejn iż-żgħażagħ mużiċisti kellhom iċ-ċans li jistudjaw taħt għalliema internazzjonali fuq l-istrumenti tagħhom, ġewwa Malta. Xi ħaġa li kieku kellhom jagħmluha privatament kienet tiswiehom ħafna flus. Dan kollu qed jittella’ għaliex fil-każini hemm ħafna nies li għandhom għal qalbhom il-mużika, nies li jaħdmu lejl u nhar għal ġid tal-alljievi tagħhom. Naturalment, wieħed irid jirrikonoxxi l-fatt li llum għandna l-fondi li huma strumentali biex dan kollu jkun possibbli.” Kif qaltli hi stess, il-mużika ttiha dak li xejn u ħadd qatt ma jista’ jtiha. Il-mużika ttiha s-sodisfazzjon li wara ħafna sagrifiċċji, il-ferħ nagħmel Masters fil-Mużika. Aktar kmieni din is-sena mbagħad kelli l-opportunità li niġi mistiedna sabiex indoqq mal-Orkestra Filarmonika ta’ Kent bħala principle clarinetist.”

minn età żgħira u li issa impossibbli ngħaddi mingħajrha. Il-mużika tkun miegħi f ’kull sekonda ta’ ħajti, anke jekk direttament ma nkunx qed naħdem fuq il-mużika. Moħħi ma jiqafx jaħseb jew jisma’. Għajnejja u widnejja, jaraw u jisimgħu kollox f ’termini ta’ mużika.” Fl-aħħar nett, Jessica għaddiet messaġġ wieħed lejn il-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Bħalissa u f ’dan il-mument ikun wieħed, dak li

nissapportjaw it-talent lokali u nagħtu l-opportunitajiet kollha lil min veru juri interess u determinazzjoni. Qabel xi ħadd jemmen fik, ma tistax tibda twettaq dak li veru tixtieq. Nemmen ukoll li trid taħdem, tistinka u tkun lest għad-disfatti qabel tirnexxi. Iżda, is-sapport lejn l-arti inġenerali u t-talent lokali għandu jkun ta’ prijorità minn min veru jixtieq il-ġid lill-kultura u l-identità Maltija,” temmet tgħid.


26

03.11.2019

kullhadd.com

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

03.11.2019

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 301

J. BONNICI - IL-ĦAMRUN

Bi 3 Numri 124 145 184 334 677 734 795 844 923 975 B’4 Numri

0085 0093 0405 0654 0759 0848 1131 1166 2490 2704 2969 3114 3416

3440 4115 4221 4614 5208 5278 5325 5537 5615 5974 5986 6262 6311

6436 7064 7373 7454 7939 8092 8495 8557 8729 8787 9067 9707 9916

9956 B’5 Numri 06103 06601 06681 07351 20054 23262 25287 33175 34570 40258

41602 43880 46377 50045 56465 62680 74938 76043 81804 84033 89218 97203

B’6 Numri 340474 724712 793815 858733 B’7 Numri 3758090 7004139

1. 4. 7,15. 9. 10. 12. 16.

Mimdudin: Kompli l-qawl: Jekk il-qamar ta’ Settembru jimla bix-.......jagħmel 9 xhur tas-sena (5) Hemm 12 f ’sena (4) Entużjasta? (8) Tnejn Taljani (3) Uża l-martell (6) Mis-suldati u l-pulizija (6) Ara 6

18,21W. Frott tal-baħar (5) 19. Norman Borg Attard (1,1,1) 20. Tal-bozoz (5) 21. Hija Ingliża! (3) 23. Sessjoni ta’ talb? (4) 24. Ma niftakarx (5) 1. 2. 3,5. 5.

6,16. Mhux komuni (6) 8. Jivvjaġġa bejn Malta u Sqallija (9) 11,13. Għajnuna (5) 12.,22. Biċċa (5) 13. Ara 11 14. Xiħ (6) Weqfin: 15. Ara 7 Annimali (6) 17. Tlieta Taljani (3) Solskjær (3) 21. Ara 18 Il-każ tagħhom? (6) 22. Ara 12 wieqfa Ara 3

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA

Mimdudin: 1.Riġel, 4.Dras, 7,16.Eżatt, 9,17.EdiBi 8 Numri tur, 10.Gabuba, 12.Itebba, 20.Perit, 02693461 21.Ort, 24.Ardit 18278726

Weqfin: 1.Rnella, 2,23.Ġwienaħ, 3,11.Legat, 5,19.Reuter, 6,18.Sħana, 8.Żabbarija, 12,22.Ittra, 13.Ene, 14.Attard, 15.Ċraret, 21.Ore



Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.