KullĦadd_04.04.2021

Page 1

KILBA GĦAL BOLLA RARI LI MA KINITX TAJBA GĦAT-TIMBRU BIS-SALIB TA’ MALTA Ħarġa Nru 1,447

Prezz €1

MESSAĠĠ TA’ KURAĠĠ LIN-NEGOZJI Il-Prim Ministru Robert Abela kellu messaġġ ċar ta’ kuraġġ għan-negozji f’pajjiżna. Intervistat fuq l-istazzjon nazzjonali, il-Prim Ministru esprima l-fehma tiegħu li n-negozji Maltin huma mmexxija b’mod onest u saħaq li l-Gvern se jibqa’ jagħtihom l-appoġġ kollu meħtieġ f’ħidmiethom. Waqt li għamilha ċara li l-istituzz­ jonijiet qed jissaħħu biex jiġġieldu l-kriminalità, Dr Abela kien kategoriku fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet tal-preżentatur meta ta s-serħan il-moħħ li l-istituzzjonijiet mhumiex hemm biex jagħmlu kaċċa għassħaħar (witch hunt) fuq in-negozji. “X’nemmen jien?! Jien nemmen li dan hu Gvern pro market,” qal ilPrim Ministru. Kien hawn li żied: “Aħna għandna negozji f’dan il-pajjiż b’saħħithom u li huma mibnijin fuq reputazzjoni tajba. Li jmexxu n-negozju tagħhom b’mod onest, li l-profitt tagħhom jagħmluh b’mod ġenwin. Dan id-dell li qed nipprovaw nixħtu fuq min hu fin-negozju… ejjew nieqfu f’din in-narrattiva. Jien se nkun wara kull business biex nibqa’ ninċentivahom jinvestu. Għamilna skemi tal-Malta Enterprise. Ħarsu lejhom, ibqgħu investu, ibqgħu agħmlu l-ġid f’dan il-pajjiż.” Tkompli f’paġna 6

L-GĦID IT-TAJJEB

Rapport f’paġni 10 u 11 Ritratt: ANTHONY AXIAQ

Il-Ħadd, 4 ta’ April, 2021

L-EWWEL SINJALI TA’ RKUPRU EKONOMIKU F’MARZU S-SENTIMENT TA’ OTTIMIŻMU FL-EKONOMIJA LOKALI JILĦAQ IL-LIVELL TA’ QABEL BDIET IL-PANDEMIJA U ANKE JAQBEŻ DAK FL-AĦĦAR SENA TA’ GVERN NAZZJONALISTA Stħarriġ magħmul mill-Kummissjoni Ewropea fost negozji u familji wera li f’Marzu li għadda s-sentiment ekonomiku kien reġa’ lura għal-livell li kien qabel bdiet il-pandemija. Minbarra hekk, l-istħarriġ xjentifiku u indipendenti ta’ kull xahar f’kull pajjiż membru fl-Unjoni Ewropea indika li, għall-ewwel darba minn Ottubru 2019, is-sentiment ekonomiku f’Malta fix-xahar li għadda kien aqwa minn dak li kien fl-istess perjodu sena qabel.

IL-ĠIMGĦA 9 T’APRIL | 20:35

Imqabblin mal-bqija tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, l-industriji u n-negozji lokali mhux biss huma aktar pożittivi dwar il-futur qrib, imma jirriżulta li għandhom ferm iżjed ordnijiet. Min-naħa tagħhom, il-familji Maltin u Għawdxin ukoll qed ibassru titjib fil-qagħda finanzjarja tagħhom, kontra s-sentiment irreġistrat fost il-familji Ewropej. Tkompli f’paġna 7


02

04.04.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 18°C L-Inqas Temperatura: 14°C L-Indiċi UV: 7 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni baxxa ser testendi minn fuq l-Alġerija sa fuq il-Baħar Jonju u ser tersaq lejn il-Lvant It-Temp: Ftit jew wisq imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif mill-Majjistral it-Tramuntana li jdur mill-Grigal Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Baxx mix-Xlokk It-Temperatura tal-Baħar: 17°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570

18°C UV 7

KUNTATT ĠENERALI

12°C

Il-Ħamis

19°C UV 8

13°C

Il-Ġimgħa

20°C UV 8

10°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

17°C UV 8

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

10°C

16°C UV 7

11°C

17°C UV 2

11°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD 20/21, Triq ir-Repubblika Il-Belt Valletta – 21246051 The Cross Pharmacy, 859, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21227682 St. George’s Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Ħal Qormi – 21443045 Mackie’s Pharmacy, Triq L. Casolani, Ta’ Paris, Birkirkara – 21496089 St. Anthony Pharmacy, 56, Triq San Ġużepp, Tal-Pietà – 21237327 J.V.’s Pharmacy, Wied is-Swieqi, Is-Swieqi – 21371062 Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21335492 Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Ħal Balzan – 21445741 Sta. Margherita Pharmacy, Vjal il-Qalbiena Mostin, Santa Margherita Estate, Il-Mosta – 21416426 Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar – 21571764 Maddalena Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija – 21677037 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Birgu – 27600126 May Day Pharmacy, Triq il-Vittorja, Ħaż-Żabbar – 21826529 Beta Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Ħal Għaxaq – 21663311 Qrendi Pharmacy, 6, Triq il-Kbira, Il-Qrendi – 21683781 Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Is-Siġġiewi – 21462957 Imtarfa Pharmacy, 207 Triq San David, L-Imtarfa – 21451261 Għawdex Abela Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Ir-Rabat– 21556170 Tony’s Pharmacy, “Egret Court”, Triq il-Wied, Marsalforn – 21563617 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

04.04.2021

KUMPANIJA AMERIKANA TAGĦŻEL LIL MALTA BĦALA BAŻI FL-EWROPA Il-kumpanija tat-teknoloġija Amerikana Vital4Data, li tispeċjalizza fis-servizzi teknoloġiċi bbażati fuq intelliġenza arti­ fiċjali, Machine Learning u Natural Language Processing, għadha kemm għażlet lil Malta bħala l-bażi Ewropea tagħha biex timraħ fil-kontinent u fi swieq ġodda. Dawk li huma magħrufa bħala KYC/AML, huma teknoloġiji użati meta istituzzjonijiet ikollhom bżonn analiżi dettaljata tal-klijenti tagħhom hekk kif mitlub mil-liġijiet internazzjonali fejn jidħlu mmaniġġjar tad-data, kondotti, sanzjonijiet, compliance, moniteraġġi ta’ riskji fis-settur tan-negozju u dwar Persuni Esposti Politikament (PEPs). Dawn jintużaw minn gvernijiet, banek u istituzzjonijiet finanzjarji qabel jaċċettaw li jibdew jagħtu servizzi lil klijenti partikolari. Il-bażi ta’ Vital4Data f’Mal-

Kristin Stafford (fuq) u Amy Barbieri, fundaturi tal-kumpanija Vital4Data ta se sservi wkoll ta’ ċentru għar-riċerka biex ikomplu jtej­ bu l-prodott tagħhom. Minn Malta, Vital4Data se jkunu eq­ reb għall-klijenti tagħhom fl-Ewropa u għalhekk se jkunu jistgħu wkoll ikabbru l-lista ta’ klijenti u jiddiversifikaw il-prodotti li joffru. Fl-aħħar żmien Vital4Data rat żieda fil-klijenti Ewropej u għalhekk ħasset il-bżonn li tiftaħ uffiċċji fl-Unjoni Ewropea. Kristin Stafford, il-Kap Eżekuttiv u kofundatriċi tal-kumpanija, spjegat kif qed taħdem mill-

qrib ukoll ma’ kumpanija oħra Amerikana li rrilokat f’Malta fis-sajf tas-sena li għaddiet, Trust Stamp, li wkoll toffri soluzzjonijiet teknoloġiċi fejn tidħol cyber security. Dan l-investiment ġie permezz tal-isforzi kontinwi tal-Malta Enterprise biex tattira investiment ta’ kwalità lejn pajjiżna. Fil-fatt Stafford stqarret li l-Malta Enterprise serviet ta’ gwida pass pass kif ukoll għenet b’inċentivi finanzjarji li huma ta’ għajnuna kruċjali hekk kif il-kumpanija

hi meqjusa fl-istadju ta’ scaleup. Kumpaniji bħal dawn ikunu qed jesperjenzaw rata ta’ tkabbir b’mod mgħaġġel li tiġi rre­ ġistrata minn sena għall-oħra għal mill-inqas sentejn konsekuttivi. Il-President u l-kofundatriċi tal-kumpanija Amy Barbieri wkoll saħqet kif bħalma Malta offriet opportunitajiet lilhom, il-kumpanija se toffri wkoll opportunitajiet lill-Maltin u l-ekonomija nazzjonali permezz ta’ postijiet tax-xogħol u investimenti. Fi tliet snin,

il-kumpanija se toħloq 10 impjiegi tal-ogħla kwalità, b’ħiliet tekniċi u speċjalizzati, bilproċess ta’ reklutaġġ issa beda fejn VITAL4Data se tkun qed timpjega l-ewwel ħaddiema f’Malta dalwaqt. Barbieri għarfet ukoll is-sbuħija ta’ Malta bħala post li wieħed jista’ jirriloka fih, biex jaħdem u anke biex jgħix, hekk kif hi stess se tkun qed tagħmel dan. Ta’ min ifakkar li l-Malta Enterprise, li taqa’ taħt il-portafoll tal-Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli, immexxi minn Miriam Dalli, fil-ġranet li għaddew nediet l-inizjattiva u s-sit elettroniku startinmalta.com biex tagħti informazzjoni dwar skemi u għajnuniet oħrajn kemm lil startups Maltin kif ukoll lil kumpaniji barranin li jixtiequ jibdew joperaw minn xtutna.


04

04.04.2021

Dakinhar li Karl Stagno Navarra żvela għall-ewwel darba fil-programm Pjazza l-atteġġjament irresponsabbli u perikoluż tad-Deputat Nazzjonalista

IR-RIŻENJA TA’ AQUILINA HI BISS “LOGĦOB BIL-BŻALLU” Ir-reazzjoni dgħajfa tal-Partit Nazzjona­ lista u d-Deputat tiegħu Karol Aquilina wara li nhar it-Tlieta sar magħruf li l-Pulizija se tipproċedi kontra dan talaħħar b’passi fil-Qorti talli kiser regoli tat-traffiku, fixkel il-ħidma tal-uffiċjali tal-forzi tal-ordni waqt li kienu fuq skorta ma’ diplomatiku barrani u naqas milli jobdi ordnijiet ripetuti ġiet deskritta bħala sempliċi “logħob bil-bżallu” minn ħdan id-Dar Ċentrali stess. Waqt li lagħabha tal-vittma u stqarr li hu innoċenti fuq Facebook, anke jekk filmati jixhdu l-atteġġjament irres­ po­nsabbli u illegali tiegħu filkaż li seħħ fl-2019, Dr Aquil­ ina din il-ġimgħa rriżenja biss mill-pożizzjoni tiegħu bħala Kelliem Ewlieni talOppo­żizzjoni għall-Ġustizzja. Il-każ kien żvelat għall-ewwel darba mill-preżentatur Karl Stagno Navarra fil-prog­ ramm televiżiv Pjazza fil-15 ta’ Mejju tas-sena l-oħra. Dak iż-żmien hu wkoll kien irrapporta l-każ lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Filmati ċari juru l-karozza ta’ Aquilina tfixkel il-ħidma ta’ skorta ta’ żewġ pulizija tat-Traffiku, li kienu qed jakkumpanjaw karozza b’diplomatiku fi triqtu

biex jiltaqa’ mal-Prim Ministru f’Kastilja. B’manuvrar u sewqan perikoluż tul Triq Diċembru Tlettax fil-Marsa, Aquilina wkoll għal ftit ma qalibx lil wieħed mill-uffiċjali minn fuq il-mutur tiegħu. Minkejja li kien qed jiġi mwissi l-ħin kollu mill-uffiċjali, ix-xenati tad-Deputat Nazzjonalista ssoktaw minn ħdejn in-niċċa tal-Madonna fit-triq sa taħt il-Kappella tal-Mużew fi Blata l-Bajda. Is-sena li għaddiet kien żvelat li eżatt wara dak l-inċident maħluq minnu Aquilina mar dritt il-Parlament jitlob il-protezzjoni tal-Ispeaker Anġlu Farrugia mingħajr ma qallu l-istorja proprja. Fil-fatt Dr Farrugia kien indika li Aquilina kien qarraq bih. Minbarra ksur tal-Kodiċi ta’ Etik­a għad-Deputati, kif imfassal minn Gvern Nazzjonalista stess, fejn Artiklu 3 jistipula li “membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti għandu kull ħin, barra u ġewwa l-Parlament, iġib ruħu sewwa b’tali manjiera li tirrifletti l-istat u d-dinji­tà tal-Kamra tar-Rappreżentanti”, issa l-Avukat Aquilina se jkollu jiffaċċja akkużi kriminali. Sorsi fi ħdan il-PN stess, li tkellmu mal-KullĦadd, qalu li Aquilina messu ilu li ssospenda ruħu, b’referenza għallfatt li l-atteġġjament tiegħu ilu kważi sena magħruf. “Min jaħseb li hu speċjali li (l-Pulizija) ma jaslux għalih jew ittama li ma jiġix investigat wara dan iż-żmien, arralu.

Kieku jien kont nirriżenja mill-Grupp (Parlamentari) l-ewwel darba li ntwera l-filmat,” qalulna s-sorsi, b’botta wkoll għall-establishment Nazzjonalista, li jagħmel parti minnu Aquilina u l-membri tiegħu kontinwament iriduha tal-pa­ ladini tal-korrettezza politika, tas-saltna tad-dritt u tal-governanza tajba. Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech tenna fi stqarrija, li ħabbret ir-riżenja sempliċi ta’ Aquilina minn Kelliem tal-Ġustizzja u Riformi Elettorali u Segretarju tal-Grupp Parlamentari, li dan kien qed isir “biex ikun jista’ jiddefendi l-każ tiegħu fil-Qorti bl-aktar mod ħieles u mingħajr ir-riskju li dan il-każ jiġi strumentalizzat għal skopijiet politiċi”. Minkejja dan, l-istess sorsi wkoll irredikolaw id-dikjarazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni li fl-istess stqarrija qal li dawn huma l-istandards li jemmen fihom u li jipprattika l-PN. Huma rrimarkaw li din ir-reazzjoni hi “sena tard”. Min-naħa tiegħu, l-Partit Laburista qal li r-riżenja ta’ Aquilina minn Kelliem Nazzjonalista tista’ tittieħed bis-serje­ tà daqskemm ittieħdet bis-serjetà r-riżenja ta’ Herman Schiavone meta mar jit­tallab mingħand dak li l-Kap tal-Oppo­żizzjoni qed joffrilu l-proklama, b’referenza għad-dikjarazzjoni flaħħar jiem ta’ Grech li jagħti l-maħfra Presidenzjali lil Yorgen Fenech, akkużat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.



06

04.04.2021

Il-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet fl-intervista fuq ix-Xandir din il-ġimgħa

IN-NEGOZJI MEĦTIEĠA FIT-TKABBIR EKONOMIKU Tkompli minn paġna 1 Din kienet waħda mit-temi ċentrali fil-programm, bil-Prim Ministru jgħid li hemm mumenti fejn irid ikun hemm sinerġija bejn il-politika u n-negozjant, għalkemm kulħadd irid iżomm il-post tiegħu. “Lin-negozji se nibqa’ nagħmlil­ hom kuraġġ, ninċentivahom biex jibqgħu jinvestu. Dan hu Gvern li se jkun kompletament wara n-negozji,” qal il-Prim Ministru li kien mistoqsi wkoll dwar tħassib li għandhom ċerti negozji. “Il-linja demarkatorja hija lin­ja ċara. L-istituzzjonijiet saħ­ħaħniehom biex jiġġieldu l-kriminalità, partikolarment il-kriminalità organizzata,” qal il-Prim Ministru għal aktar mis-

toqsijiet fejn fakkar ukoll kif f’pandemija n-negozji tagħna kienu kruċjali biex stajna nżommu l-workforce tagħna taħdem. “Kienu kruċjali, flimkien mal-għaj­ nuna li ta l-Gvern, biex 100,000 persuna ma tilfux ix-xogħol tagħhom. Għaldaqstant definittivament mhu se jkun l-ebda witch hunt fuq in-negozji. Din hi xi ħaġa li rrid nagħtu serħan il-moħħ lin-negozji tagħna,” qal Dr Abela. Mistoqsi dwar l-għeruq tal-Partit Laburista u jekk dan sarx wisq qrib in-negozji, Robert Abela kien ċar fir-risposta tiegħu. Hu saħaq li l-Partit Laburista jibqa’ l-partit tal-ġustizzja soċjali. Għas-suġġeriment tal-pre­żen­ta­tur li jrid jirnexxilu jżomm lill-Partit La-

burista sieq ’l hawn u sieq ’l hemm, il-Prim Ministru qal li mhix kwistjoni ta’ sieq ’l hawn u sieq ’l hemm. “Id-dinja tan-negozju tikkumplimenta l-aspetti l-oħrajn tal-ħajja. Id-dinja tan-negozju meħtieġa biex il-pajjiż jibqa’ jipprovdi x-xogħol, biex ikollna tkabbir ekonomiku. It-tkabbir ekonomiku jfisser li jkol­lok ġid li jinħoloq u jitqassam bejn kulħadd. Hi formula li tgħaqqad mal-prinċipji ta’ dan il-Gvern, ta’ dan il-Moviment, ta’ dan il-Partit. Mhijiex li toħloq ġlieda bejn il-ħaddiem u min iħaddem. Imma li l-aspirazzjonijiet iġġibhom jikkumplimentaw lil xulxin,” kompla l-Prim Ministru li enfasizza li hu xogħlu li jassigura li l-ġid jinfirex u kulħadd ikollu l-opportunità jimxi ’l quddiem.

BEJGĦ FIL-PITKALIJA BLA PITKALA Bl-għajnuna u l-koperazzjoni ta’ għaqdiet tal-bdiewa, ilMi­­nisteru għall-Agrikoltura u s-Sajd qed jieħu l-miżuri meħtieġa biex il-bidwi lokali għada xorta jkun jista’ jbigħ il-prodotti tiegħu stess mill-Pitkalija. Dan wara l-kwistjoni li nqalgħet mill-Assoċjazzjoni tal-Pitkala li qed jippretendu li titneħħa garanzija bankarja, li kienet ġiet imposta fuqhom sitt snin ilu biex proprju tipproteġi bdiewa li ma kinux qed jitħallsu fil-ħin tal-bejgħa li l-istess Pitkala jirkantaw lill-bejjiegħa tal-ħaxix. L-Assoċjazzjoni tal-Pitkala ħabbret li, f’isem il-membri tagħha, kienet se twaqqaf il-Koperattiva tal-Bdiewa u dawk li mhumiex membri tagħha milli jbigħu prodotti agrikoli miċ-Ċentru tal-Pitkalija. Huma qed jitolbu li titneħħa l-garanzija bankarja imposta ma’ kull tiġdid ta’

liċenzja ta’ intermedjarju jew ħruġ ta’ liċenzja ġdida skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 117.04. Il-Ministeru qal li kellu diversi laqgħat mal-Assoċjazzjoni u dejjem wera intenzjonijiet tajbin fid-diskussjonijiet dwar din il-kwistjoni kif ukoll talbiet oħrajn, bħal dik għal żieda fil-kummissjoni li jirċievu l-Pitkala u li jridu li tirdoppja. Fiċ-ċirkostanzi li żviluppaw il-Ministeru se jkun qed jiffaċilita l-proċess fil-Pitkalija billi l-bdiewa għada se jitħallew jidħlu fis-2.00 ta’ filgħodu fejn uffiċjali mill-istess Ministe­ru jindikawlhom spazju minn fejn ibigħu direttament il-prodotti tagħhom. Bejjiegħa tal-ħaxix se jitħallew jidħlu fil-Pitkalija sagħtejn wara biex ikun hemm ħin biżżejjed sakemm il-bdiewa jarmaw f’posthom.

SE TIKBER IL-KWOTA TAT-TONN Il-Kummissjoni Ewropea din il-ġim­għa approvat it-talba ta’ Malta biex jiżdied l-ammont massimu ta’ ħut li jkun jista’ jidħol fl-irziezet tat-tonn lokali għallistaġun ta’ din is-sena. Iż-żieda approvata abbażi tar-regola­menti attwali hi ta’ 1,474.492 tunnellata iżjed biex twassal għal massimu ta’ 10,260.492 tunnellata ta’ tonn fl-irzie­zet f’pajjiżna dan l-istaġun. Dan ifisser ukoll li l-industrija se tesperjenza żieda fl-esportazzjoni ta’ madwar 15%, ekwivalenti għal €25 mil­ jun ieħor fl-ekonomija Maltija, skont il-Federazzjoni Maltija tal-Produtturi tal-Akkwakultura (FMAP). Stqarrija maħruġa mill-Minister­u għas-Sajd qalet li, f’laqgħa bilatera­ li li kellu mal-Kummissarju Ewropew għall-Ambjent, Oċeani u s-Sajd Virginijus Sinkevicus, il-Mi­nistru responsabbli Anton Refalo wiegħed il-koperaz­zjoni sħiħa tal-awtoritajiet Maltin fil-proċess ta’ tisħiħ tal-kontrolli fuq l-irziezet tattonn. Min-naħa tiegħu, il-Kummissarju Sinkevicus irrimarka li hemm lok għal aktar titjib b’mod progressiv anke fuq materji oħrajn. Il-Ministru Refalo wera s-sodis­faz­ zjon tiegħu għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni hekk kif dan hu ċertifikat li Malta qiegħda tagħmel xogħolha taj­jeb wara perjodu diffiċli ħafna għas-settur. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tilqa’ t-talba għal żieda tagħti nifs ġdid lis-settur tat-tonn, li hu settur importanti ħafna għal pajjiżna, speċjalment f’dawn iż-żminijiet diffiċli. Il-Kap Eżekuttiv tal-FMAP, Dr Charlon Gouder, innota li ż-żieda approvata hi turija tax-xogħol kbir li l-Gvern, id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura u l-operaturi rappreżentanti mill-istess Federazzjoni qed jagħmlu biex itejbu r-reputazzjoni tal-industrija fil-pajjiż. Hu qal fi żmien il-pandemija, forsi bil-kontra t’oħrajn, l-industrija tat-tkabbir tat-tonn f’pajjiżna rreġistrat żidiet notevoli t’esportazzjoni lejn pajjiżi bħalll-Ġappun. Hu stmat li fl-2020 l-industrija Mal­ tija ġġenerat madwar €185 miljun f’esportazzjoni, li din is-sena u biż-żieda approvata mill-Kummissjoni Ewropea hu stmat li tisboq il-€210 miljun sa Diċembru li ġej. “Din hi turija tal-importanza ta’ niċeċ u setturi differenti li fuqhom hi mibnija l-ekonomija ta’ pajjiżna. Fl2019 din l-industrija kienet iġġenerat mal-kważi €169.9 miljun f’esportazzjoni. Malta għandha l-kapaċità li tilqa’ mis-selvaġġ mal-kważi 12,300 tunnellata ta’ tonn, ma­dankollu l-kwota nazzjonali tagħha hi ta’ 8,786 tunnellata. Din is-sena l-kwota se tiżdied bi kważi 1,500 tunnellata,” qal Dr Gouder, waqt li radd ħajr lill-Prim Ministru Robert Abela, lill-Ministru Refalo u l-Gvern inġene­ rali għad-disponibilità biex isostnu fost l-aktar industriji sostenibbli mill-FAO taħt il-Ġnus Magħquda.


07

04.04.2021

ŻIDIET FI PRODUZZJONI U ORDNIJIET Tkompli minn paġna 1

XAHAR Marzu 2020 April 2020 Mejju 2020 Ġunju 2020 Lulju 2020 Awwissu 2020 Settembru 2020 Ottubru 2020 Novembru 2020 Diċembru 2020 Jannar 2021 Frar 2021 Marzu 2021

ANZJANI JAGĦMLU RIGALI TAL-GĦID LIL TFAL F’CARE ORDER Membri taċ-Ċentru għall-Anzjanità Attiva f’San Pawl il-Baħar għamlu rigali speċjali biex ġew ippreżentati lil tfal li attwalment jinsabu taħt care order. Fi kliem il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia din il-ħidma interġene­ razzjonali hi qafas importanti li qiegħda ssir ħidma kbira fuqha fis-settur tal-anzjanità. Membri li jattendu dan iċ-ċentru, flimkien mal-ħaddiema, ippreparaw għadd ta’ rigali tal-Għid magħmulin bl-idejn biex jingħataw lit-tfal f’kollaborazzjoni mad-Dipartiment Kura Alternattiva. “Qed naraw li ntejbu r-rela-

Imqabbel ma’ sena qabel

91 63 67 67 73 82 89 85 76 85 86 88 95

-11.8% -33.6% -32.0% -35.7% -30.4% -19.4% -14.1% -19.3% -27.2% -10.3% -16.2% -9.0% 3.9%

il-pandemija. Imqabbel ma’ dakinhar is-sentiment ekonomiku tax-xahar li għadda kien 51% aħjar. Dan l-istħarriġ seħħ wara li kienu tħabbru miżuri ta’ restrizzjoni ġodda, imma xorta jidher li kien hemm sens ta’ ottimiżmu ġdid fost il-maġġoranza tan-negozji u l-familji li ħadu sehem.

Ritratt: REUBEN PISCOPO / DOI

Fuq il-bażi ta’ dan l-istudju, l-esperti tal-Kummissjoni Ewropea joħolqu indiċi tal-ottimiżmu ekonomiku, li meta jilħaq il-livell ta’ 100 jkun ifisser livell ta’ sentiment ekonomiku daqs il-medja storika fil-pajjiż. Fix-xahar li għadda l-indiċi tas-sentiment ekonomiku laħaq il-livell ta’ 95, jew l-ogħla livell minn Frar 2020. Dan kien ifisser żieda ta’ 8% fuq Frar 2021 u kważi 4% fuq Marzu 2020. Ta’ min jinnota li l-livell ta’ sentiment ekonomiku f’Marzu 2021, minkejja li pajjiżna hu f’nofs pandemija, kien ogħla mil-livell li kien hawn f’Novembru 2012, meta Gvern Nazzjonalista kien jidher li se jitlef il-maġġoranza tiegħu fil-Parlament. Jekk tieħu l-2012 kollha kemm hi, il-livell tas-sentiment ekonomiku kien ftit inqas minn 95. Tul il-kriżi ekonomika tal-2009, il-medja tas-sentiment ekonomiku f’pajjiżna kienet ta’ 85, jew 10% inqas milli f’Marzu li għadda. L-inqas li qatt niżel is-sentiment ekonomiku kien f’April tas-sena l-oħra meta pajjiżna kellu restrizzjonijiet qawwija fuq l-attività, inkluż l-għeluq tal-Ajruport u l-portijiet, li wasslu għal inċertezza kbira fuq kemm tista’ ttul

Livell (100 medja storika)

zzjoni bejn l-anzjani u t-tfal jew żgħażagħ. Qed naraw ukoll li t-talenti tal-anzjani jiġu utilizzati bl-aħjar mod possibbli,” tenna l-Ministru, li wkoll fakkar li fi żmien il-Milied kien sar l-istess u rigali simili dak­inhar għaddew għand it-tfal ta’ Puttinu Cares. Id-Direttur tad-Dipartiment Kura Alternattiva, Remenda Grech, qalet li hu importanti ħafna, speċjalment fi żmini­jiet bħal-lum, li nagħrfu s-solidarjetà soċjali anke bejn l-anzjani u t-tfal fi djar tal-komunità u kemm hu sabiħ li żewġ ġenerazzjonijiet jinteraġixxu b’dan il-mod.

Fil-fatt is-sentiment ekonomiku hu ogħla mill-medja storika fost l-azjendi industrijali, il-familji u l-kumpaniji fil-qasam tal-kostruzzjoni. Maġġoranza ta’ 11% tal-azjendi industrijali stqarrew mal-Kummissjoni Ewropea li żiedu l-produzzjoni fl-aħħar xhur. Aktar importanti minn hekk

maġġoranza ta’ 27% indikaw li qed jantiċipaw ukoll titjib akbar fix-xhur li ġejjin. Dawn ir-riżultati huma d-doppju tal-medja Ewropea, tant li kum­ paniji Maltin għandhom ordnijiet daqs 14-il xahar produzzjoni, mentri dawk Ewropej għandhom ordnijiet għal inqas minn ħames xhur produzzjoni. L-operaturi fil-qasa­m tal-kostruzzjoni sostnew mal-Kummissjoni li għandhom ordnijiet bil-quddiem ta’ kważi tmien xhur ta’ produzzjoni, li hu d-doppju tal-ordnijiet li kellhom fl-2012. Il-familji Maltin u Għawdxin fil-maġ­ ġoranza tagħhom qed jistennew li l-qagħda finanzjarja tagħhom se titjieb fixxhur li ġejjin. B’kuntrast dawk Ewropej qed jistennew li s-sitwazzjoni tagħhom se teħżien. Din id-differenza toħroġ ukoll meta wieħed iqabbel l-aspettattivi dwar l-andament ekonomiku. Filfatt maġġoranza f’pajjiżna temmen li l-ekonomija Maltija se tikber, mentri maġġoranza ta’ kwart tal-familji Ewropej tbassar li l-ekonomija fil-pajjiż fejn tgħix se tkompli tonqos. Dan kollu jispjega għal xiex il-Kummissjoni Ewropea qed tbassar li pajjiżna se jkollu l-aqwa rata ta’ tkabbir ekonomiku minn fost il-pajjiżi kollha tal-UE meta tgħaddi l-pandemija.


08

04.04.2021

RIFORMA UMANA TAL-KANNABIS Aktar kmieni din il-ġimgħa l-Prim Ministru Dr Robert Abela nieda konsultazzjoni pubblika fuq sett ta’ proposti li għandhom iwasslu għal qafas legali li jirregola l-użu responsabbli tal-kannabis. X’qed jipproponi eżatt il-Gvern? Iltqajna ma’ Dr DÉSIRÉE ATTARD, avukat li tifforma parti mill-grupp ta’ ħidma li fassal dawn il-proposti, biex nifhmu fid-dettall dak li ġie propost. B’din il-White Paper, il-Gvern ħareġ proposti li jmorru ferm lil hinn mis-sistema kurrenti. Għalfejn inħass il-bżonn ta’ din ir-riforma? Sitt snin ilu, il-Gvern ħa pass importanti biex jibda jħott sistema li b’mod sproporzjonat tikkastiga lil min jagħżel li jikkonsma l-kannabis. Rajna li l-liġi tal-2015 tat ilfrott, għalkemm limitatament. Il-fatt li persuni li jinsabu b’pussess minimu tal-kannabis jidhru quddiem Kummissarju tal-Ġustizzja minflok quddiem Qorti Kriminali, pereżempju, żgur għen biex il-piena tkun iktar proporzjonata. Imma ma nistgħux ngħidu li l-liġi tal-2015 indirizzat is-sistema sħiħa. Għad għandna liġijiet kolonjali li jirriflettu approċċ projbizzjonist li falla mhux biss f’Malta, imma fid-dinja kollha. Fuq kollox, nemmnu li s-sistema tista’ tkun iktar umana. Jidher li l-pussess ta’ inqas minn 28 gramma kannabis issa mhux se jkun jista’ jwassal għal arrest. Il-Pulizija se jibqa’ jkollhom rwol f ’dan ilqasam? Il-Pulizija issa se jkunu jistgħu jiffukaw fuq l-iktar reat serju: it-traffikar tad-droga. Nafu li bħalissa, għall-pus­ sess ta’ ammonti minimi, il-Pulizija jispiċċaw jieħdu lill-persuna l-għassa u jin­ter­ ro­gawha. Minbarra l-umiljaz­z­ joni għal dik il-persuna, hemm il-fatt li ħafna drabi dan ilproċess isir għalxejn, għax ilpersuna ma tiżvelax minn fejn tkun xtrat il-kannabis. Minflok, qed nipproponu li jekk persuna jkollha inqas minn seba’ grammi kannabis, m’għandu jkollha l-ebda kuntatt mal-Pulizija. Jekk ikoll­ha inqas minn 28 gramma, il-Pulizija jagħtuha multa (blistess mod li jagħtu multi tat-

traffiku, pereżempju), imma ma jeħduha fl-ebda għassa, u ma ssir l-ebda interrogazzjoni. Il-ħsieb hu li l-utent talkannabis inħalluh jgħix ħajtu bil-kwiet, u minflok, nagħfsu fuq it-traffikanti tad-droga. Din il-proposta tista’ tiġi interpretata li qed tippromwo­ vi l-użu tal-kannabis, minkejja l-effetti tagħha fuq is-saħħa tal-bniedem. Din direzzjoni responsabbli? Hemm differenza kbira bejn li tippromwovi xi ħaġa, u li tneħħi l-element kriminali minnha. Din il-White Paper tagħmilha ċara li l-Gvern mhux jippromwovi l-kannabis, imma qiegħed jirrikonoxxi li adult

Il-White Paper tagħmilha ċara li l-Gvern mhux jippromwovi l-kannabis, imma qiegħed jirrikonoxxi li adult li jagħżel li jikkonsma l-kannabis, mhuwiex kriminal

li jagħżel li jikkonsma l-kannabis, mhuwiex kriminal. Bħalissa, ma’ dawk l-effetti potenzjali fuq issaħħa, is-sistema qed iżżid ukoll konsegwenzi soċjali u legali serji ħafna. Jekk it-tħassib huwa dwar l-effetti tal-kannabis fuq issaħħa, personalment nemmen li għandna nneħħu l-element kriminali mis-sitwazzjoni, u minflok, nindirizzaw l-użu ta’ sustanzi bħall-kannabis minn perspettiva ta’ saħħa u edukazzjoni. Fil-fatt, waħda mill-proposti hija li jkollna edukazzjoni iktar effettiva, ispirata mill-prinċipju ta’ mini­ mizzazzjoni ta’ ħsara. Minbarra l-effetti tas-saħ­ ħa, hemm min jgħid ukoll li l-kannabis twassal għall-użu ta’ hard drugs, jiġifieri drogi ferm iktar serji. Dan minnu? It-teorija tal-hekk imsejħa l-Gateway Drug tgħid li l-kan­­na­bis twas­­sal għaddi­pen­denza fuq sustanzi qaw­wijin bħall-eroina u l-ko­ kaina, sempliċiment għax statistikament, min juża dawk id-drogi, probabbli juża l-kannabis ukoll. Il-kannabis hi l-aktar dro­ ga kkonsmata fid-dinja u, għalhekk, hu iżjed probabbli li persuni dipendenti fuq drogi oħrajn, xi darba kellhom aċċess għall-kannabis ukoll. M’hemm l-ebda prova, iżda, li torbot l-użu tal-kannabis ma’

sustanzi oħrajn. Irridu nirrikonoxxu wkoll li l-kannabis tintuża miżżgħażagħ, xi ħaġa li tinkwieta kull ġenitur. Din il-White Paper xi tgħid fuq il-minorenni? Nemmnu li kemm jista’ jkun għandna nbiegħdu liżżgħażagħ mill-kannabis u, għal­hekk, il-proposti ma jip­ per­mettu l-ebda pussess ta’ kannabis, fi kwalunkwe am­ mont. Nemmnu wkoll, iżda, li ż-żgħażagħ mhux posthom ilQorti, u għalhekk, pussess ta’ 28 gramma jew inqas twas­ sal­hom quddiem il-Kummis­ sar­ju għall-Ġustizzja, u, jekk il-Kummissarju tħoss ilbżonn, quddiem il-Bord ta’ Riabilitazzjoni. Il-ħsieb, allura, mhux li nikkastigaw, imma li ngħinu lil dak iż-żagħżugħ biex ma jerġax jersaq lejn id-droga.

Dan huwa possibbli għax il-liġi ta’ sitt snin ilu neħħiet l-element ta’ kriminalità millpussess ta’ inqas minn tliet grammi u nofs kannabis, u għalhekk ridna nibnu fuq din is-sistema.

Il-Prim Ministru semma wkoll li jrid mudell ta’ fejn persuna tixtri l-kannabis. Kif se tkun qed taħdem? Hemm diversi mudelli li qed jiġu adottati f’pajjiżi oħrajn. Meta nħares lejn il-mudell Spanjol, pereżempju, nara mudell ta’ bejgħ regolat, imma li ma jikkummerċjalizzax ilkannabis, għax jagħti prijorità lin-nuqqas ta’ viżibilità talkannabis u s-sigurtà tas-soċ­je­ tà kollha kemm hi. Hemm mudelli oħrajn li l-Gvern qiegħed jistudja, iżda fuq kollox hemm il-perjodu ta’ konsultazzjoni li qiegħed hemm biex nisimgħu x’jixtieq il-pubbliku Malti f’dan ilXi tfisser li tidher quddiem qasam. Kummissarju għall-Ġustizzja? Qed naraw numru ta’ grup­pi Din mhux l-istess bħal Qorti? Il-Kummissarju tal-Ġustizzja u individwi li diġà qed jagħtu tagħti multi amministrattivi, r-reazzjoni tagħhom għal dan mhux kriminali. Is-seduti id-dokument. X’inhu l-pass li quddiemha jkunu ferm inqas jmiss? Il-konsultazzjoni pubblika formali, u l-Kummissarju, li ġejja mill-qasam soċjali, tisma’ tibqa’ għaddejja sal-11 ta’ Mejju lill-persuna, u tara għandhiex li ġej. Imbagħad wara dan iżbżonn għajnuna biex ma terġax żmien kollu, il-Gvern jirrifletti fuq is-sotto­missjonijiet li jkun tmiss mad-droga. Pieni li tagħti l-Kummissarju irċieva, u jipproponi abbozz ta’ lanqas ma jidhru fuq il-kon­ liġi finali, li sussegwentement dotta tal-persuna, u allura, ma jitressaq quddiem il-Parla­ ment. ntellfu l-ebda opportunità.


09

04.04.2021

Il-pjan ta’ rkupru għat-turiżmu għall-industrija lokali, bl-investiment ta’ madwar €20 miljun f’għajnuna diretta lejn in-negozji u s-setturi involuti, ġab reazzjonijiet pożittivi ħafna minn assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lil dawn tal-aħħar. Mindu nhar it-Tlieta l-Ministru Clayton Bartolo nieda l-pjan nazzjonali, fejn tħabbru l-azzjonijiet li se jsiru biex pajjiżna jibda jipprepara għall-ftuħ gradwali tas-settur turistiku mill-bidu ta’ Ġunju li ġej, il-maġġoranza tas-setturi tkellmu favur din l-imbottatura. Skemi, li se jinħarġu mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), se jkunu ddedikati għall-operaturi tal-ivvjaġġar, l-iskejjel tal-Ingliż, is-settur tal-konferenzi (MICE) kif ukoll s-settur tal-avvenimenti u l-festivals. Minbarra hekk se jkun hemm inizjattivi li jindirizzaw il-Quality Assured Visitor Attractions, it-turisti indiviwali, long-stay tourists, turiżmu sportiv u dak tal-għadis. Fi kliem il-Ministru, l-iskop aħħari ta’ dan il-pjan hu li fl-iqsar żmien itturiżmu lokali jaqbad ir-rotta ta’ rkupru biex pajjiżna jkun jista’ jiġġenera n-numru meħtieġ ta’ turisti li jkunu kapaċi jsostnu l-investimenti li saru mis-settur lokali. Malta se tkun qed terġa’ tilqa’ t-turisti b’mod gradwali lejn pajjiżna mill-bidu ta’ Ġunju li ġej, bl-ewwel swieq li niftħu għalihom ikunu dawk Ewropej u anke dak tar-Renju Unit minħabba li dawn mistennija jkollhom rati sodisfaċenti ta’ tilqim sa dakinhar. Il-perjodu ġie maqbul ukoll mal-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika flimkien mal-partijiet kollha tas-settur tat-turiżmu. L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta se jkun fuq il-mappa ta’ 18-il linja tal-aj-

Ritratt: ANTHONY AXIAQ

L-IŻJED PJAN TURISTIKU POŻITTIV

ru differenti, inklużi erbgħa ġodda għal pajjiżna. Dawn in-numri huma ekwivalenti għal 70% tal-linji tal-ajru li kienu joperaw lejn Malta fl-2019. Min-naħa l-oħra, il-Valletta Cruise Port ħabbret li Malta se tkun qiegħda tifforma parti minn 34 rotta differenti mill-cruiseliners li se jkunu qed jaslu fil-Port il-Kbir. Dan wassal għal kummenti favore­ voli mill-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Restoranti (MHRA), l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu (FATTA), il-Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji, l-Assoċjazzjoni Turistika t’Għawdex, l-Assoċjazzjoni għall-Istabbilimenti tal-Catering (ACE) u l-Assoċjazzjoni tal-Piloti (ALPA). Tony Zahra f’isem l-MHRA sostna li l-miżuri huma kruċjali għall-irkupru tas-settur. “Il-miżuri għandhom jistartjaw il-magni biex nerġgħu nibdew nieħdu r-rotta fejn konna qabel,” qal Zahra. Philip Fenech mill-Kamra tal-Intra­

priżi Żgħar u Medji qal li wara li l-miżuri l-oħrajn għenu lin-negozji biex ma jagħlqux il-bibien tagħhom, il-miżuri l-ġodda se jkomplu jtejbu l-qagħda ta’ pajjiżna. “Safeguards għandhom ikunu hemm u għalhekk il-Green Passports se jkunu hemm ukoll bħala prekawzjoni għat-turist li jiġi.” L-Assoċjazzjoni Turistika t’Għawde­x iddeskriviet din l-aħbar bħala raġġ ta’ dawl fi triq twila u mudlama li ilna fiha għal din l-aħħar sena. Il-Kap Eżekuttiv Joe Muscat qal li dan “il-pjan hu bbażat fuq ħames passi li nemmen li għandna nilħquhom u li permezz tagħhom żgur li nerġgħu noħorġu minn din is-sitwazzjoni diffiċli għas-settur turistiku.” Fi stqarrija, il-FATTA qalet li taqbe­l li nerġgħu nattivaw it-turiżmu minn Ġunju li ġej bi pjan maq­bul mal-Awtorita­jiet tas-Saħħa. “L-inves­timent hu kritiku hekk kif Malta mistennija tkun f’kom-

petizzjoni ħarxa ma’ destinazzjonijiet oħrajn għall-irkup­ru fis-sajf li ġej.” L-ACE qalet li l-pjan tal-Gvern fih ele­ment importanti li jipprova jintegra mal-istrateġija fuq terminu fit-tul, billi jħares lejn niċeċ ġodda. “Marbuta ma’ dawn l-iskemi u l-ftuħ mill-ġdid tar-restoranti, nappellaw lill-Ministeru għall-Ekonomija biex joħroġ il-vouchers ħalli tingħata imbottatura immedjata lill-ekonomija u b’hekk tħeġġeġ lin-negozjanti biex jibdew jinvestu mill-ġdid.” L-ALPA, min-naħa tagħha, qalet li l-pjan ta’ rkupru għat-turiżmu juri li Malta hi lesta, abbli u determinata li tibda t-triq għall-qawmien mill-ġdid tas-settur. “Tali strateġiji jżidu sigur­tà u serħan il-moħħ mhux biss għat-turist Ewropew li se jkun qed ifittex l-ewwel destinazzjoni tiegħu wara l-pandemija, iżda wkoll għall-operaturi lokali u stakeholders fl-industrija.”


10

04.04.2021

Is-sett ta’ 12-il Penny Black għall-bejgħ għal aktar minn €813,000

IL-KILBA GĦALL-BOLLA RARI LI MA KINITX TAJBA GĦAS-SALIB TA’ MALTA It-tfittxija minn kollezzjonisti madwar id-dinja għall-ew­ wel bolla użata fid-dinja kważi 200 sena ilu għadha attiva u tinħass anke jekk illum dan m’għadux xi passatemp komuni bħalma kien dari. Il-bolla, magħrufa bħala Penny Black, kienet ġiet introdotta mis-servizz postali Ingliż (Post Office) f’Mejju tal-

1840, bl-iskop li jkun faċilitat it-tqassim tal-ittri fost il-popo­ lin. Minkejja dan, serviet għal inqas minn sena minħabba li t-timbru aħmar fil-forma tas-Salib ta’ Malta ħafna drabi ma kienx jidher fuqha. Din il-kilba għall-Penny Black b’valur ta’ penny wieħed reġgħet tqanqlet din il-ġimgħa hekk kif l-irkantaturi Ingliżi

Just Collecting żvelaw sett rari ta’ erba’ bolol simili mhux użati u f’kundizzjoni perfetta, bilprezz inizjali għalihom ikun ta’ £80,000 (€93,645). L-istess irkantaturi speċjalizzati minn St Helier f’Jersey ukoll jesponu fuq is-sit elettroniku tagħhom (justcollecting.com) sett ta’ 12il Penny Black għall-prezz ta’ £695,000 (€813,546).

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Just Collecting, Mike Hall, qal li “din ir-rarità filatelika hi parti minn grupp ta’ bolol tal-ogħla livell. Dawk li ġeneralment jinstabu fl-ifjen u l-aktar kollezzjonijiet tal-bolol ta’ valur fid-dinja. Diġà hu diffiċli ħafna li ssib Penny Black mhux użata u f’kundizzjoni tajba, inkluż bil-kolla oriġinali tagħha.”

Hall kompla jgħid li għandhom xorti jekk jirnexxilhom isibu waħda jew tnejn fis-sena biex jiġu offruti lill-klijenti tagħhom. “Li ssib blokka t’erb­ għa bħal din tieħu ferm aktar, ġieli għexieren ta’ snin. Li jkollok xi ħaġa simili fil-kollezzjoni tiegħek hu privileġġ ta’ veru,” kompla l-Kap Eżekuttiv ta’ Just Collecting b’referenza għall-bolol li tpoġġew għallbejg­­ħ b’irkant din il-ġimgħa. Bid-dehra tar-Reġina Vittorja fuq sfond iswed, din kienet l-ewwel bolla fid-dinja u kienet ġiet adottata uffiċjalment millPost Office biex tippermetti lill-klijenti li jibagħtu ittri ta’ inqas minn 14-il gramma, għall-prezz ta’ penny wieħed. It-timbru aħmar, li kien beda jintuża mill-postmasters f’din ir-rivoluzzjoni dinjija, iżda, bilkemm beda jidher u kien anke faċli li jitħassar, u wassal biex il-bolla bi sfond iswed titwaqqaf mill-produzzjoni. Fi Frar tal-1841 it-Teżor qaleb għall-Penny Red u beda juża t-timbru iswed minflok, waqt li s-Salib ta’ Malta xorta baqa’ l-marka li tħassar il-bolla. Il-forma tiegħu kienet tvarja xi ftit minn lokalità għal oħra fir-Renju Unit. B’disinn identiku għall-predeċessura tagħha, il-bolla l-ġdida ġiet introdotta biex tevita l-frodi u tippermetti li s-Salib ta’ Malta jkun iżjed viżibbli bħala indikazzjoni li l-bolla ma setgħetx terġa’ tintuża darb’oħra. Diversi kollezzjonisti u rkantaturi jqisu l-Penny Black bħala l-aktar bolla famuża b’disinn sempliċi, imma bi storja intriganti. L-istorja tal-bolla Fit-tletinijiet

tas-Seklu

19,

Il-Penny Black (xellug), l-ewwel bolla fid-dinja varata f’Mejju tal-1840 bit-timbru aħmar tas-Salib ta’ Malta (fin-nofs), ir-rati postali fir-Renju Unit qabel inbidel il-kulur u saret il-Penny Red (lemin) fejn beda jintuża l-iswed għat-timbru biex bolla ma terġax tintuża kienu għaljin u l-ħlasijiet mit-


11

04.04.2021

AWLA – FATTWALI, UMAN U DISKUSSJONI Programm televiżiv ġdid fuq ONE nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija

L-aħħar sett ta’ erba’ Penny Blacks mhux użati u f’kundizzjoni tajba li Just Collecting poġġiet għall-bejgħ din il-ġimgħa għall-prezz inizjali ta’ iżjed minn €93,000 lubin kienu kumplessi biex jinftiehmu. Ġeneralment kienet tkun il-persuna li tirċievi l-posta li tħallas għall-pustaġġ, ħlas li jiġi determinat skont il-piż u d-distanza li jkun hemm minn post għal ieħor. Biex jagħmel l-affarijiet aktar faċli għall-Post Office u għall-pubbliku, Sir Rowland Hill ippropona l-użu ta’ bolol bil-kolla biex jiġi indikat li l-pustaġġ ikun tħallas minn qabel. Għalkemm hu ressaq l-idea tiegħu fl-1837, ma kienx qabel tliet snin wara li fl-1 ta’ Mejju 1840 il-Penny Black inħarġet għall-ewwel darba fir-Renju Unit, għalkemm ma kinitx validata għall-użu qabel is-6 ta’ Mejju. Il-bolla ppermettiet l-istes­s ħlas għall-ittri taħt l-14-il gramma, irrelevanti mid-distanza. Id-disinn kien idur ma’ stampa tar-Reġina Vittorja, ibbażata fuq abbozz ta’ meta kellha 15-il sena u li baqa’ jintuża għal 64 sena sat-tmiem tar-renju tagħha li wasal ma’ mewtha fit-22 ta’ Jannar tal1901. Filwaqt li fil-kantunieri ta’ fuq ta’ kull bolla kien hemm żewġ stilel, f’dawk ta’ taħt iddaħħlu żewġ ittri, waħda kull kantuniera, biex jixhdu f’liema parti tal-folja sħiħa kienet meta ġiet stampata. Provvista ta’ bolol ġew stampati wkoll bl-ittri VR fil-kantunieri ta’ fuq, minflok l-istilel, bl-iskop li jintużaw mill-uffiċini governattivi, iżda din l-iskema wkoll ġiet abbandunata u ftit biss baqgħu fiċ-ċirkolazz­joni biex jagħmluhom fost l-aktar rari. Folja sħiħa kienet tinkludi 240 bolla li kienu jiġu stampati

Kull nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija, l-istazzjon televiżiv ONE se jwassal programm ġdid investigattiv bl-isem ta’ AWLA b’diskussjonijiet xprunati mill-iktar suġġetti kontroversjali. Bil-preżentazzjoni ta’ Luke Dalli, servizzi u investigazzjonijiet ta’ Clara Farrugia, u fatti preżentati minn Wayne Sammut, dan il-programm se jkollu panel biex jiddiskuti filwaqt li jidħol fid-djar tan-nies biex anki dawk li jkunu qed isegwu minn djarhom ikunu jistgħu jgħidu tagħhom fuq is-suġġett. L-intervisti esklussivi se jagħtu ħajja lid-diskussjoni li tkun qed issir mal-panel ta’ mistiedna, billi min ikun lest jaqsam l-esperjenzi umani tiegħu mal-bqija tas-soċjetà Maltija, jiġi intervistat, ħalli s-segwaċi jkunu jistgħu jifhmu aħjar dak diskuss mil-lenti personali. Bil-fatti ppreżentati, l-udjenza se tkun mgħarrfa dejjem b’mod fattwali biex min

ikun qed isegwi, ikun jista’ jifhem u janalizza hu mingħajr ma jkun influwenzat bl-opinjoni ta’ ħaddieħor. Dan speċjalment f’kuntest jekk is-suġġetti diskussi jkunu kontroversjali u jkunu fuq fomm kulħadd, allura meta kulħadd jgħid tiegħu jkun hemm lok għal miżinformazzjoni. Dan mhux se jitħalla jsir f’AWLA. Luke, Clara u Wayne se jimlew programm ta’ 90 minuta kull nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija b’kontenut esklussiv u kurrenti. Jiddependi minn dak li jkun qed isegwi biex jaqta’ l-verdett finali tas-suġġett diskuss, wara li jkun sema’ l-fatti, l-aspett uman u l-esperjenza personali mingħand min għexha. AWLA jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fit20:35 fuq ONE bi produzzjoni ta’ tim kbir ta’ nies taħt il-gwida ta’ Marouska Pisani Bugeja.

mill-kumpanija Perkins Bacon, waqt li l-bolol individwali kienu jinqatgħu bl-imqass. Total ta’ 286,700 folja – 68,808,000 bolol – saru disponibbli u hu stmat li minnhom 1.3 miljun bolla għadhom jeżistu. Il-Mużew Postali Ingliż, li jinsab f’Londra, hu l-uniku sid magħruf ta’ folja sħiħa ta’ bolol Penny Blacks. …u s-Salib ta’ Malta Għalkemm mhux magħruf kif l-għażla waqgħet fuq is-Sali­b ta’ Malta, l-użu tat-timbru aħmar b’dan is-simbolu beda proprju mad-dħul tal-bolol Penny Black u Two Pence Blue f’Mejju tal-1840, iżda l-użu talinka ħamra kompla sa Frar tal1841 meta mbagħad ġiet introdotta l-inka sewda. L-inka sewda kienet intużat ukoll b’mod esperimentali fid-distrett postali ta’ Londra mill-31 ta’ Awwissu tal-1840 salaħħar ta’ Novembru. Fil-bidu, id-disinn standard tat-timbru tas-Salib ta’ Malta kien prodott bil-massa bejn April u Mejju tal-1840 f’Londra u ntuża l-istess kemm flIngil­terra, l-Irlanda u Wales, għalkemm sussegwentement kull reġjun u lokal addatta di­ sinji xi ftit differenti. Wara li fl-1849 ra l-amal­ga­ mazzjoni tal-Island Post Offi­ ce u l-Packet Office, li kien jagħmel parti mill-Post Office fir-Renju Unit, pajjiżna beda juża wkoll il-bolol Ingliżi minn Awwissu tal-1857, waqt li l-ewwel bolla lokali – il-Halfpenny Yellow – iddaħħlet fl-1860 għall-pustaġġ f’artna stess. Posta internazzjonali kienet issir bl-użu tal-bolol Brittaniċi.

DOKUMENTARJU DWAR IMXIJI U MIŻURI TA’ MITIGAZZJONI PASSATI Pandemiji u epidemiji li laqtu lil Malta fl-imgħoddi, il-konsegwenzi tagħhom u l-mod kif ingħelbu, se jkunu t-tema ċentrali ta’ dokumentarju bl-Ingliż li Heritage Malta se xxandar fuq Facebook nhar il-Ħamis, 8 ta’ April, fis-6.30pm, bit-titlu “Pesti, Pandemiji, Prevenzjoni u Mitigazzjoni – Storja li Tirrepeti Ruħha”. Filwaqt li jenfasizza r-relevanza ta’ dokumenti arkivjati u tar-riċerka, u kif dawn influwenzaw il-miżuri ta’ mitigazzjoni kurrenti kontra l-COVID-19,

id-dokumentarju ta’ 20 minuta se jieħu lill-ispettaturi fuq vjaġġ mgħaġġel mal-milja taż-żmien, fejn se jagħti titwila lill-ħajja lokali waqt imxiji mgħoddija u jara kif l-awtoritajiet tas-saħħa Maltin għelbu dan il-mard matul is-sekli. Id-dokumentarju jibda b’ħarsa lejn l-istorja tal-pandemiji u l-epidemiji fil-Gżejjer Maltin, fosthom il-pesta u l-Influwenza Spanjola, u jiddeskrivi kif il-mard li jittieħed wassal lill-Kavallieri ta’ San Ġwann biex itejbu s-sistema tal-kura

tas-saħħa u jadottaw miżuri ta’ kwarantina aktar effettivi bittwaqqif tal-lazzarett f’Manoel Island. It-Tieni Gwerra Dinjija wkoll tissemma bi prominenza fid-dokumentarju, b’tagħrif dwar kif ix-xnigħat li se tfaqqa’ gwerra nisslu biża’ ta’ pandemija ġdida, u kif l-awtoritajiet tas-saħħa ħejjew għal din il-kontinġenza. Tingħata ħarsa wkoll lejn ir-reazzjonijiet tannies għat-tilqim offrut fi żmienhom, kif jixhdu ittri ppubblikati f’gazzetti tal-epoka.


12

04.04.2021

L-EMENDI FIL-LIĠI TAD-DIVORZJU

NATALIA MUSCAT

Għal diversi snin f’Malta kien hawn biss il-possibbiltà li l-qrati Maltin jirrikonoxxu d-divorzji mogħtija mill-qrati barranin iżda, il-liġi tagħna naqset milli tagħti l-fakultà lill-qrati Maltin milli jamministraw id-divorzju huma stess. B’referendum fl-2011 il-poplu wera x-xewqa tiegħu li d-divorzju jiġi introdott ukoll fil-liġi tagħna hekk kif dan jittermina l-għaqda matrimonjali u jħassar l-obbligi u r-responsabilitajiet legali taż-żwieġ fosthom l-obbligu ta’ koabitazzjoni u fedeltà u b’hekk iħoll l-għaqda tażżwieġ tal-koppja li tkun applikat għalih. Dan ifisser illi meta koppja takkwista d-divorzju, it-tnejn ikunu jistgħu jkomplu b’ħajjithom separatament simili għas-separazzjoni, iżda bid-differenza li ma jiġux imwaqqfa milli jerġgħu jidħlu f’relazzjoni matrimonjali oħra hekk kif iż-żwieġ oriġinali jkun intemm b’ordni tal-Qorti. F’dawn l-aħħar snin deher ċar illi, kien hemm bżonn li din il-liġi tiġi emendata peress li kien hemm numru ta’ ċittadini li għalkemm kellhom il-possibbiltà li jitolbu għad-divorzju xorta ma setgħux jagħmlu dan qabel l-iskadenza ta’ erba’ snin. Dan il-Gvern għalhekk reġa’ kien katalista biex jara li r-rieda tas-soċjetà tinstema’ u ħa d-deċiżjonijiet neċessarji u b’hekk isiru l-emendi f’din il-liġi li tant huma importanti. Min jista’ jirrikorri għad-divorzju?

F’każ ta’ separazzjoni de facto, biex il-koppja tkun ikkunsidrata tali skont kif rikjest mil-liġi, tkun trid tipprova li qegħdin jgħixu b’mod separat. Dan mhux neċessarjament ifisser illi l-persuni jkunu jgħixu f’żewġ postijiet separati jekk jippruvaw illi għalkemm jgħixu taħt l-is­ tess saqaf dawn ma jkollhom l-ebda kuntatt ma’ xulxin, jieklu separatament u jgħixu ħajja kompletament separata minn ta’ xulxin. F’sitwazzjoni fejn l-applikanti jitolbu d-divorzju mingħajr ma jkunu preċedentement talbu s-separazzjoni bonarja jew b’ordni tal-Qorti, ikollhom jgħaddu minn xi proċeduri simili għal dawk tas-separazzjoni bħal medjazzjoni bejn il-koppja biex jippruvaw jidħlu fi qbil rigward ċerti assi u kif dawn għandhom jitqassmu, aċċess u manteniment fost diskussjonijiet oħra li ġeneralment isiru waqt il-medjazzjoni. Jekk ir-rekwiżiti tal-liġi jkunu sodisfatti allura l-Qorti tgħaddi biex tawtorizza d-divorzju flok is-separazzjoni f’tali każ. L-emendi li dan il-Gvern qiegħed jipproponi ser ikunu qegħdin inaqqsu l-perjodu li dawn il-koppji jkollhom jistennew qabel ikunu jistgħu jitolbu lill-Qorti biex ixolji ż-żwieġ.

Kull persuna fiż-żwieġ li jkun sfaxxa tista’ titlob lill-Qorti b’rikors biex ixolji ż-żwieġ kemm flimkien bħala koppja kif ukoll separatament anke meta dawn l-istess persuni Rekwiżiti tal-liġi ma jkunux akkwistaw is-sep- kif proposti arazzjoni bonarja jew legali, Fil-każ fejn koppja flimkien b’ordni tal-Qorti.

tasal għad-deċiżjoni li titlob għad-divorzju għaliex iżżwieġ tagħhom ikun krolla, il-liġi ser tirrikjedi illi dawn ikunu ilhom ma jgħixux flimkien għal tal-anqas sitt xhur mis-sena preċedenti. Filwaqt li f’każ li r-rikors ikun qiegħed isir minn parti waħda minnhom kontra l-parti l-oħra jrid ikun għadda perjodu ta’ sena mis-sentejn preċedenti. Koppja li tkun akkwistat separazzjoni bonarja jew b’sentenza tal-Qorti mhi ser ikollha l-ebda obbligazzjoni li tistenna dawn il-perjodi msemmija u tkun tista’ titlob id-divorzju meta jidrilha li hu xierqa. Il-liġi kif inhi mingħajr l-emendi saħansitra tgħid li persuni li jkunu sseparaw b’dan il-mod iridu jħallu erba’ snin jgħaddu qabel ikunu jistgħu jitolbu għad-divorzju. Il-Qorti tirrikjedi wkoll illi l-koppja ma jkollha l-ebda possibilità ta’ rikonċiljazz-

joni, kif ukoll trid tkun sodisfatta li qiegħed jingħata l-manteniment adekwat qabel ma taċċetta t-talba talpersuna jew koppja li tkun qed titlob għad-divorzju. L-għan tal-emendi u l-effetti li ser iħallu fuq is-soċjetà F’dan il-pajjiż tlaqna minn sitwazzjoni fejn id-divorzju ma kienx diskuss jew ikkunsidrat. Fl-2011 wasalna f’sitwazzjoni fejn inħass il-bżonn illi jsir referendum. Minkejja x-xewqa tan-nies hekk kif intwera mir-riżultat tar-refendum kienu biss 12-il membru tal-Partit Nazzjonalista li vvutaw favur l-introduzzjoni tad-divorzju fil-liġi tagħna, filwaqt li l-kumplament tal-membri vvutaw kontra jew astjenew. Minkejja d-diversi argumenti li saru tul ix-xhur li wasslu għar-referendum,

Dan il-Gvern għalhekk reġa’ kien katalista biex jara li r-rieda tas-soċjetà tinstema’ u ħa d-deċiżjonijiet neċessarji u b’hekk isiru l-emendi f’din il-liġi li tant huma importanti

meta d-divorzju ġie introdott fil-liġi tagħna, ma kellniex sitwazzjoni fejn kull koppja li titlob għas-separazzjoni, talbet ukoll għad-divorzju. Fil-fatt, għad għandna diversi koppji li ma talbux għad-divorzju minkejja li illhom isseparati għal aktar minn erba’ snin. Iżda kellna sitwazzjoni wkoll fejn persuni oħra xtaqu li jkomplu b’ħajjithom separatament minn dik tal persuna l-oħra fosthom diversi vittmi ta’ vjolenza domestika illi kienu mġiegħla jistennew perjodu li għalihom kien twil wisq. Biex lil dawn l-individwi verament nagħtuhom il-ġustizzja li jistħoqqilhom, dan il-perjodu kellu jitnaqqas u jsir aktar realistiku għas-sitwazzjoni li dawn l-individwi jsibu ruħhom. L-għan prinċipali tal-emendi proposti juru verament ir-ruħ soċjali, hekk kif dan il-Gvern qiegħed jassigura li dawn il-proċeduri jkunu aktar spediti u ġusti fl-aħjar interess tal-partijiet kollha involuti fix-xoljiment tażżwieġ. Il-liġi se tkun qiegħda tirrispeta d-deċiżjoni tal-koppja li tinħall miżżwieġ u konsegwentement ikomplu b’ħajjithom liberalment. Dan se jwassal għal titjib fil-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadin li mhux ser iġiegħel lill-koppji jistennew aktar perjodu ta’ żmien li mhux realistiku, filwaqt li tagħtihom prospett ta’ futur aħjar inkluż li jidħlu f ’relazzjoni matrimonjali liberalment.


13

04.04.2021

NIRXUXTAW MILL-PANDEMIJA

SILVIO SCHEMBRI Ministru

Qed niċċelebraw il-festa tal-Għid u ngħixu l-istaġun tar-rebbiegħa, it-tnejn elementi li jiena nqishom bħala simbolu ta’ tama, tiġdid u kapitlu ġdid fil-ħajja. Iżda xejn ma jiġi waħdu, lanqas it-tama u t-tiġdid. Dawn jeħtieġu ħidma iffukata, kollettiva u reżiljenti u xi kultant anke sagrifiċċju. Fl-aħħar jiem, ilPrim Ministru Robert Abela talab minna iżjed sagrifiċċji, permezz ta’ miżuri aktar stretti immirati biex inaqqsu l-każi tal-pandemija. Kienet deċiżjoni diffiċli li irrikjediet implimentazzjoni diffiċli minna wkoll. Iżda bi ftit attenzjoni u responsabbiltà minn kulħadd, qed naraw ir-riżultati. In-numri

naqsu, għaliex in-nies qed jimxu mal-miżuri ta’ kontroll. Jekk inħarsu lejn is-sena l-oħra, naraw kif wara xhur ta’ sagrifiċċju kellna żmien aħjar fix-xhur tas-sajf. Għaldaqstant, għandna għal xiex inħarsu ’l quddiem b’tama u b’kuraġġ. Bħala Gvern, mill-ewwel ġurnata tal-pandemija sa issa, ħadna l-miżuri kollha neċessarji biex nipproteġu mhux biss is-saħħa imma anke l-għajxien tan-nies. Ħabbarna l-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika biex inkunu ta’ sostenn għan-negozji, insalvaw l-impjiegi tal-ħaddiema u nżommu r-rota ekonomika ta’ pajjiżna għaddejja. Iżjed minn sena wara, nirrikonoxxu li l-miżuri qed iħallu impatt pożittiv fuq in-negozji, is-self-employed u l-ħaddiema. Ma ħallejna lil ħadd waħdu s’issa u mhux ser inħallu. Qed ngħinu u ser tibqgħu ssibuna ta’ spalla u ta’ għajnuna. Jekk inħarsu biss lejn żewġ miżuri ta’ assistenza finanzjarja, dawk tal-Covid Wage Supplement u d-differiment tat-taxxa, bihom għenna direttament lil dawk in-negozji u s-self-employed li kellhom jagħlqu b’mod temporanju, sabiex is-settur tan-negozju

jkun jista’ jirriġenera u jinvesti fit-tkabbir tiegħu. Sa din il-ġimgħa stess tħabbar kif skont statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, jirriżulta li fi Frar li għadda n-numru ta’ nies jirreġistraw għax-xogħol kien ta’ 2,585. Dan ifisser 90 ruħ inqas mill-ewwel xahar tas-sena, meta n-numru ta’ nies qiegħda kien ta’ 2,675. Dan kollu jfisser ħaġa waħda, li bil-mod, il-mod qed nirxuxtaw minn din il-pandemija. Nemmen bis-sħiħ li l-poplu Malti huwa wieħed reżiljenti u qed jagħraf jadatta għal din is-sitwazzjoni, anka f’dak li jagħmel u jonfoq. L-għaqal tal-Maltin qed isarraf f’reżiljenza għaliex mill-ġid ekonomiku li ġġenera dan il-pajjiż,

il-Malti dejjem ħaseb għal meta tagħmel ix-xita. F’parallel ma’ dan kollu, il-pajjiż għaddej bit-tisħiħ tal-istituzzjonijiet, fejn pajjiżna aġixxa fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Moneyval u għada se jkun aħjar mil-lum. Bħala l-Ministru responsabbli mill-Ekonomija u l-Industrija, ottimist li l-ekonomija daqt se terġa’ tibda ddur. Inqawwi qalbi meta nara s-suċċess li qed niksbu fl-għoti tal-vaċċin. Bħala poplu ser inkunu qegħdin fil-pożizzjoni li nirritornaw għan-normalità aktar malajr. Il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika tagħna, għadu ċar u fis-seħħ. Ir-ritmu ekonomiku jrid l-ewwel jirranka domestikament. Wara

Ma ħallejna lil ħadd waħdu s’issa u mhux ser inħallu. Qed ngħinu u ser tibqgħu ssibuna ta’ spalla u ta’ għajnuna

ngħaddu għat-tieni stadju fejn fuq livell internazzjonali naraw progress. Dan wara li bosta pajjiżi Ewropej ikunu laqqmu lil nieshom u b’hekk tinħoloq sitwazzjoni ekwa ta’ immunità fuq livell Ewropew. Dan sabiex in-nies jerġgħu jkollhom is-serħan il-moħħ li jivvjaġġaw u x-xogħol fil-qasam tat-turiżmu jerġa’ jibda jirkupra. Kif tgħaddi l-pandemija l-Ewropa u d-dinja se jsibu fina pajjiż armat bl-ideat ta’ fejn irridu mmorru. Fl-aħħar nett, nagħmel nota fuq dak li qed jiġri madwarna, għal dawn l-aħħar ġimgħat. Jiena nsostni li l-Partit Laburista fil-Gvern, kien dak li ta l-qawmien ekonomiku lil dan il-pajjiż. Gvern li ta l-qawmien lid-drittijiet ċivili, l-għajnuna soċjali u l-qawmien tax-xogħol. Dan hu l-Gvern li ħoloq u għadu qed joħloq l-ekonomija ta’ ġid għal kulħadd. Ġid li tista’ tarah u tħossu b’idejk f’bosta setturi fis-soċjetà; mill-eradikazzjoni tal-faqar, it-tisħiħ fil-mobilità soċjali, it-tkabbir ta’ niċeċ ekonomiċi ġodda, ħolqien tal-impjiegi, għall-opportunitajiet tal-kummerċ għan-negozji madwar id-dinja. Hekk ser inkomplu nagħmlu, minkejja l-attakki mill-Oppożizzjoni.

GVERN TAL-MALTEMP UKOLL

IAN CASTALDI PARIS Membru Parlamentari

Żgur li l-Prim Ministru Robert Abela għadda minn kull eżami biex wieħed isejjaħlu Prim Ministru b’viżjoni biex imexxi lil pajjiżna ’l quddiem. Dan ma ngħidux b’kapriċċ iżda bil-fatti. Jekk wieħed iħares lejn din l-ewwel sena fit-tmexxija tiegħu, ma nistgħux ma nosservawx li ma kinux żminijiet faċli. Pajjiżna kellu sfidi li qatt ma ffaċċja. Iżda minkejja dan, ħarġet l-eleganza u l-klassi ta’ Robert Abela għaliex fl-aktar

mumenti diffiċli dejjem ħa l-aqwa deċiżjonijiet għal pajjiżna. Deċiżjonijiet li ma kinux faċli iżda wrew li kienu tajbin, f’ħinhom u f’waqthom. Faċli tiggverna meta kollox għaddej ward u żahar, iżda jeħtieġ viżjoni u kapaċità kbira meta tkun qed tissielet kontra l-kurrent. Hekk ħareġ biċ-ċar il-Prim Ministru Robert Abela. Fl-agħar mumenti ta’ sfida, b’mod naturali ħafna, ħa l-aktar deċiżjonijiet iebsa u li fihom ma setax jiżbalja, b’mod eċċezzjonali u kull deċiżjoni kienet tajba. Il-pandemija wriet biċ-ċar li aħna Gvern mhux tal-bnazzi biss iżda anki tal-maltemp. Gvern li meta niġu ffaċċjati bi sfidi li wieħed qatt ma ra bħalhom, aktar u aktar ningħaqdu flimkien u niġbdu ħabel wieħed biex inkomplu ninċentivaw lin-nies jimxu ’l quddiem u ma jaqtgħux qalbhom. Din il-pandemija ħadd ma bassar fiex kienet ser issarraf, iżda aħna bħala Gvern ma qtajna qatt qalbna. Saħansitra drajna naħmdu fi

sfidi bħal dawn. Mhux faċli iżda meta tibda tara s-setturi kollha jduru fuqek bħala Gvern għall-għajnuna iżda wara kollox aħna għalhekk ġejna eletti, biex niggvernaw kemm fit-tajjeb u kemm f’mumenti ibsin. Żgur li wara li jgħaddu dawn iż-żminijiet ta’ sfida minħabba l-pandemija, ser ikollna l-akbar ċertifikat li aħna Gvern għallMaltin u l-Għawdxin kollha u Gvern li dak li nagħmlu nagħmluh biex kulħadd jirnexxi. Ma nħarsux lejn kuluri jew uċuħ, iżda nħarsu li l-politika tagħna tkompli

tasal fid-djar tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. Konna ta’ spalla għal kulħadd u ridna ninċentivaw lil kulħadd u aċċertajna ruħna li ħadd ma jaqa’ lura. Dan huwa s-sodisfazzjon tagħna. Bqajna madankollu għaddejjin bir-riformi kollha neċessarji. Raħħasna t-taxxa fuq ix-xiri u l-bejgħ ta’ proprjetà u donazzjonijiet għax nemmnu li kulħadd irid ikollu saqaf fuq rasu u ma ridniex inħallu l-pandemija taqta’ qalb lil min kien ser jixtri. Għamilna Baġits li qatt ma ra bħalhom pajjiżna mimli-

Bqajna madankollu għaddejjin bir-riformi kollha neċessarji. Raħħasna t-taxxa fuq ix-xiri u l-bejgħ ta’ proprjetà u donazzjonijiet għax nemmnu li kulħadd irid ikollu saqaf fuq rasu

jin b’kuraġġ u fiduċja għallMaltin. Baġits li jħarsu longterm u mhux short-term biss. Dan għamilnieh għax aħna Gvern bil-għaqal u l-ġid li noħolqu nrodduh lura lillMaltin u Għawdxin. Ħdimna id f’id ma’ kulħadd u kollna ta’ spalla għal kulħadd. Hekk ser inkomlu nagħmlu għaliex dan huwa li jixraqlu l-poplu Malti. Wrejna biċ-ċar li n-nies tlabniehom jagħtuna l-problemi tagħhom u aħna nroddulhom lura s-soluzzjonijiet. Għandna żmien sabiħ ferm quddiemna. Żmien eċitanti għal pajjiżna. Żmien fejn irridu nerġgħu nitilqu niġru biex inkomplu nnaqqsu l-qgħad, noħolqu aktar impjiegi, noħolqu aktar investiment u nkomplu nagħmlu isem Malta l-aqwa fid-dinja. Jien persważ li dawn il-miri ser nilħquhom, mhux biss għax aħna tim magħqud iżda għax għandna Prim Ministru li jispirana bil-kuraġġ, bil-fiduċja li twassal għal aktar suċċessi għal Malta tagħna.


14

04.04.2021

“L-INNU TAL-ĦEL JINGĦATA LIBSA MAL-40 SENA W Fit-42 anniversarju mill-kisba tal-Ħelsie­n f’pajjiżna, ġiet ikkummissjonata verżjoni ġdid­a tal-kanzunetta “L-Innu tal-Ħelsien”, li kienet instem­għet għall-ewwel darba firrock ope­ra naz­z­jo­nali “Ġensna” fl-1982. B’arranġament mużikali ġdid u vid­jow tal-okkażjoni, din il-ġimgħa tnediet il-verżjoni tal-kantanta żagħżugħa Claudia Fa­ niel­lo ta’ din il-kanzunetta, li tissimbolizza l-emozzjo­nijiet varji ta’ poplu li fl-1979 kiseb lura daru wara sekli ta’ ħakmiet u tkasbir. Fl-imgħoddi l-kanzunetta ġiet interpretata minn għadd ta’ artisti stabbiliti u l-interpretazzjoni ta’ Faniello tagħmel ġieħ mhux biss lill-kompożizzjoni leġġendarja bil-mużika ta’ Maestro Paul Abela u l-lirika ta’ Ray Mahoney, imma ssegwi s-suċċess li kellhom biha artisti oħrajn. Kmieni fis-snin 80, kien hawn furur f’Malta meta ħarġet ir-rock opera “Ġensna”. Dan il-kapolavur mużikali ttratta l-istorja ta’ pajjiżna u l-ħakmiet varji li esperjenza ġensna mal-milja taż-żmien. Minnu kienu ħarġu numru ta’ kanzunetti li baqgħu anke jindaqqu fuq irradji­jiet matul is-snin kollha li ġew wara, fosthom “Qalu Li Raw”, “Mitna Għall-Bar-

rani”, “Tema ’79”, “Agħtuna x-Xogħol” u “Aria”, waqt li ħafna artisti, li ħadu sehem, bħall-kantanti Renato, Mary Rose Mallia, Catherine Vigar, Tony Camilleri l-“Bayzo”, Joe Cutajar, Paul Giordimaina, Joe Carr u Mariella Azzopardi, baqgħu jqisu l-avve­ niment bħala imbottatura importanti fil-karrieri tagħhom. In-numru ta’ rappreżentazzjonijiet li ttellgħu kienu ħafna u kien hemm mu­ men­ti meta “Ġensna” reġa’ ttella’ fuq ilpalk f’forma ta’ kunċert u l-Maltin reġgħu kkonkorrew bi ħġarhom. Din is-sena, fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħelsien, l-aħħar silta minn din ir-rock opera storika reġgħet ġiet irrekordjata permezz ta’ Claudia Faniello, b’arranġament ġdid ta’ Elton Zarb u produzzjoni ta’ Joe Julian Farrugia. Sar ukoll vidjow mużikali, miġbud kollu kemm hu fil-Kottonera speċjalment madwar l-Għolja tal-Ħelsien fil-Birgu. IlPort il-Kbir, l-użu tad-dgħajsa tradizzjonali Maltija u l-monument li jfakkar it-tluq talaħħar ħakkiem fuq pajjiżna huma biss ftit mix-xeni mill-isbaħ f’dan il-vidjow. Dwar din il-verżjoni ġdida, Claudia Fa­ niello qaltilna: “Ninsab onorata li ġejt mistiedna biex nagħti l-kontribut tiegħi waqt

iċ-ċ is-s da tal-Ħ l-av Il twa emm li m “L-In inki dik stem wel il-M S zjon stor li, il tal-m mal Il u ba ni. tagħ hon ja t pajj


15

04.04.2021

LSIEN” ĠDIDA WARA

ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Ħelsien ta’ din sena billi nkanta proprju verżjoni ġdiakkumpanjata minn vidjow ta’ ‘L-Innu Ħelsien’ biex flimkien nicċeleb­raw dan vveniment storiku fl-istorja ta’ pajjiżna.” l-kanzunetta tirrakkonta dawk is-snin al ta’ tbatija meta poplu magħqud men fit-triq il-ġdida li qabad u ħalef ma jkun qatt aktar bażi għall-barrani. nnu tal-Ħelsien”, li fil-bidu tas-snin 80 itbet minn Mahoney u Abela ftit wara il-ġrajja storika, bħall-bqija kienet inmgħet l-ewwel darba fil-pubbliku fl-ewl rappreżentazzjoni ta’ “Ġensna” f’Dar Mediterran għall-Konferenzi fl-1982. Sentejn wara kien hemm rappreżentaz­ ni oħra magħru­fa, dik li ttellgħet fis-sit riku ta’ Ħaġar Qim. Fil-verżjoni oriġinal-kanzunetta tiġi interpretata fl-aħħar musical mill-kantanti kollha flimkien l-kor. l-musical inħoloq fuq kunċett oriġinali ażi għall-istorja ta’ Anthony De GiovanKif iddeskrivew bit-talent artistiku ħ­hom il-Meastro Abela u l-poeta Maney, ir-rock opera kienet wirja tal-istortal-poplu Malti u t-tfittxija għar-ruħ ta’ jiżna.

L-INNU TAL-ĦELSIEN (Lirika Ray Mahoney; Mużika Paul Abela)

B’saħħitna u kburin ninsabu mexjin, bi dmugħ mifdijin tul it-triq tar-rebbiħin. Bir-rieda t’azzar, jittajjar ix-xrar mit-toroċ imkebbsin f’dan il-jum tal-meħlusin. Minquxa fid-demm sa żmienna itemm, din l-għodwa tar-rebħ li fiha rajna s-sebħ. Kotrana fis-sliem qed nixhdu t-tmiem ta’ ħakmiet is-sid: Artna ħielsa - Għajxien ġdid! Tgħib fil-bogħ’d triq l-imgħoddi, jersaq qrib iż-żerniq ta’ ġejjieni f’dijet ix-xemx li tbus demgħat l-ilfiq. Xefaq ġdid lilna jsejjaħ biex ninsew il-bikjiet ta’ ħajjitna f’qillet l-uġigħ ta’ toqol kemm ġrajjiet. U llum b’ħars’tna ’l quddiem f’mixjet ħlew is-sliem ngħixu ħielsa l-jiem li radd lilna Dal-jum li dawwal fuq artna ġieħ u ġrajja għal li ġej. B’tama f’qalbna, qawwa u dehen – dal-ġens qatt qaddej!


16

04.04.2021

IL-COVID-19:

KURAĠĠ, REŻILJENZA U TAMA

CLIFTON GRIMA Segretarju Parlamentari

Il-pandemija tal-COVID-19 ġiet fuqna ħabta u sabta. Id-dinja ma kinitx qed tistenna daqshekk gravità u konsegwenzi qawwija u koroh. Għalina u għad-dinja kollha din l-imxija kienet għalkollox esperjenza ġdida li, bir-raġun, ħasdet lil ħafna pajjizi. Ħadd minna ma kien għex f’pandemija. Veru li kultant snin l-influwenza kienet tiġi b’aktar qawwa. U fl-2003 kien hawn is-SARS li lilna f’Malta, b’xorti tajba, ma laqtitniex. Konna drajna ngħixu bl-influwenza li wkoll, b’xorti ħażina, kienet iġġib magħha ammont ta’ mwiet speċjalment fost

dawk li huma anzjani u li jkollhom problemi mediċi serji oħra. U bħal kull virus ieħor, l-influwenza jkollha wkoll varjanti differenti. Imma konna drajna nieħdu l-vaċċin tal-influwenza biex inkunu aktar protetti u li wkoll il-Gvern kien jipprovdi b’xejn, kif għamel ukoll f’Ottubru li għadda. Imma għalkemm konna smajna bil-COVID-19 għal xi xahar jew tnejn, meta waslet, din kienet għalkollox esperjenza differenti. U bħal kull esperjenza ġdida, id-dinja kellha titgħallem aktar u tesperimenta bl-għaqal kif se tadatta għal din iċ-ċirkostanza ġdida. Minkejja dan, l-impatt tal-imxija kien wieħed enormi. Kemm fuq is-saħħa fiżika u mentali, fir-relazzjonijiet, fix-xogħol tagħna, fl-edukazzjoni, fl-isport u f’kull qasam ieħor inkluż l-ekonomija. Kif nafu l-ekonomija dinjija ħadet daqqa qawwija speċjalment f’dawk il-pajjiżi li ma kinux ekonomikament sodi. Aħna, għall-kuntrarju, kellna pedament ekonomiku sod. Mill-bidu nett il-Gvern mexa b’mod kawt u bilanċjat. IlGvern kien jaf li Malta se jkollha biżżejjed reżiljenza li tibqa’

fuq saqajha bil-paċenzja u bil-galbu, u fuq kollox bl-għaqda. L-imxija tal-COVID-19 mhix u m’għandhiex tkun logħba politika. L-imxija laqtet lin-nazzjon kollu bħalma ġara fi żmien it-tieni gwerra dinjija. Imma llum qed naraw differenza kbira. Fil-gwerra wieħed ikun jaf min hu l-għadu u saħansitra jkun jista’ jbassar ħafna mill-azzjonijiet tiegħu. Fil-każ tal-COVID-19 kollox kien ġdid. Ma kien hemm ebda manwal ta’ kif wieħed għandu jimxi. L-għadu konna għadna ma nafux x’inhu eżatt, xi jsarraf u kif se jaġixxi. U għalhekk kien hemm diversi affarijiet li ma stajniex inbassruhom. Imma ftit, ftit, hekk kif bdiet ħierġa informazzjoni ġdida, il-Gvern ħa deċiżjonijiet fuq fatti xjentifiċi u fuq il-parir ta’ dawk li verament jifhmu f’dan il-qasam. Mill-bidu nett, il-Gvern ukoll ħaseb għal quddiem. U hekk, kif qed naraw issa, aħna wieħed mill-pajjiżi fid-dinja fejn il-vaċċin qed jingħata b’rata eċċellenti bi proporzjon mal-popolazzjoni, u hawn ta’ min jgħid li f’dan l-aspett ninsabu l-ewwel fl-Ewropa. Dan ma ġarax b’kumbinazzjoni. Dan sar

b’għaqal u ppjanar. Il-Gvern dejjem ħadem id f’id mal-Awtorità tas-Saħħa li, kif għamlu fi żminijiet oħra wkoll, urew kemm huma professjonali, ħabrieka u qalbiena. Lil dawn nerġgħu nirringrazzjawhom minn qalbna. Minkejja dawn l-isforzi kellna wkoll insofru d-dieqa tal-konsegwenzi li dan il-virus qerried ħalla fuq ħutna Maltin u Għawdxin. Huwa proprju hawn li rridu nkomplu naħdmu u nwieżnu lil dawn ħutna. Dan il-pajjiż dejjem wera sens ta’ reżiljenza qawwija. Mhux l-ewwel darba li wrejna li meta nkunu magħqudin aħna kapaċi ħafna biex negħlbu ostakli kbar għalkemm aħna żgħar. Issa qed naraw li l-isforzi pożittivi u reżiljenti fi żminijiet straordinarji qed iħallu frott tajjeb. Importanti ħafna, u hawn rrid nagħmel enfasi fuq din l-importanza, li lkoll kemm aħna nkomplu nagħmlu sforz ġenwin biex nobdu u nsegwu d-direttivi tal-Awtorità tas-Saħħa. Kruċjali ħafna li nkomplu nieħdu l-miżuri kollha anke jekk xi kultant dawn idejquna. Niftakru li dan qed nagħmluh

għall-ġid tan-nazzjon, ilkoll kemm aħna bħala aħwa. Tkun ħasra kbira li s-sagrifiċċji li għamilna matul din l-aħħar sena jintilfu. Ma ninsewx kemm il-Gvern investa ekonomikament biex jgħin lill-ħaddiema. Ma ninsewx il-progress li għamilna. Għalhekk ilkoll għandna responsabilità li nsegwu bir-reqqa dak li jgħidulna l-Awtoritajiet tas-Saħħa. F’din is-sena diffiċli tgħallimna ħafna affarijiet. Sirna nafu aktar dwar dan l-għadu tal-vaċċin ġdid. Sirna nafu li l-Gvern kien bieżel u ħabrieki biex jgħin. Sirna nafu li meta nkunu magħqudin nimxu aktar u aktar ’il quddiem. Sirna nafu li hemm vaċċin li jaħdem. Iva, l-pożittività flimkien mal-bżulija, l-għaqal, l-informazzjoni xjentifika, il-kuraġġ u r-reżiljenza jrendu frott pożittiv. Għalhekk huwa essenzjali li nkomplu nobdu lill-awtoritaijiet u nieħdu l-vaċċin. Hekk żgur li jibqa’ jkollna suċċess u nkunu nistgħu nimxu ’l quddiem għallġid ta’ kulħadd, kif dejjem qalilna l-Prim Ministru Robert Abela, flimkien bħala poplu wieħed, poplu magħqud.

IR-RIFORMA TAL-KANNABIS

ALEX AGIUS SALIBA Membru Parlamentari Ewropew

Matul din il-ġimgħa, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar il-bidu ta’ proċess konsultattiv pubbliku mibni fuq white paper ippubblikata mill-Gvern dwar ir-riforma tal-qafas leġiżlattiv għallużu responsabbli tal-kannabis. Kienu bosta dawk li matul is-snin semmgħu leħinhom fuq din il-kwistjoni, u nistgħu ngħidu li speċjalment

f ’dawn l-aħħar snin kompla kiber is-sentiment tan-nies li hemm bżonn li l-Gvern jagħmel il-parti tiegħu. Gvern wara ieħor baqa’ jwarrab din ir-realtà u baqa’ jinjora l-fatt li hemm il-ħtieġa li jintervjeni sabiex ma nibqgħux nisimgħu b’każijiet inġusti ta’ nies li għax jinqabdu b’pussess sempliċi ta’ ftit grammi tal-kannabis għall-użu personali, jgħaddu minn martirju u jispiċċaw interrogati u kkundannati b’sentenza ta’ priġunerija. Jien meta nisma’ b’każ bħal dan nistaqsi, x’qed jieħu l-Istat u x’qed tiggwadanja s-soċjetà billi bniedem li kien għal kwiet ipejjep joint, bgħatnieh il-ħabs? Possibbli għadna daqshekk magħluqin fina nfusna li għadna nemmnu li persuna flok ngħinuha għandna bilfors nikkastigawha u nħallu ħajjiet u familji jitkissru? Fl-opinjoni tiegħi dak li

qed jagħmel il-Gvern huwa pass fid-direzzjoni t-tajba u ninsab ċert li din ir-riforma tirrifletti s-sentiment ta’ ħafna nies. Wara snin ta’ stennija, fl-aħħar għandna Gvern li m’għadux qed jibża’ jiffaċċja din id-deċiżjoni u qed juri biċ-ċar li qed jifhem ir-realtajiet tas-soċjetà li qed ngħixu fiha. U le, mhijiex mossa populista. Din hija karba li qed tinstema’, inġustizzja li qed tissewwa. Jien tajt sehmi f ’din id-diskussjoni bosta drabi fil-passat u tkellimt ħafna kontra l-qafas leġiżlattiv attwali għaliex għalija ma jagħmilx sens li għadna nagħżlu li nittrattaw daqs l-akbar kriminal u nfarrku l-ħajja ta’ persuna fuq pussess ta’ ftit grammi kannabis għall-użu personali. Hemm bosta argumenti tajbin li jitqajmu, u li għalkemm ma naqbilx magħhom kompletament, naħseb li jimmerita li nagħtuhom rikon-

oxximent u nagħtu kashom. Pereżempju jkun hemm min jgħidlek li l-Gvern qiegħed iwassal messaġġ ħażin linnies u li qed jinkoraġġixxi l-użu tad-drogi. Ma nemminx li huwa l-każ għaliex din ir-riforma trid tittieħed f ’kuntest soċjali. Jiena nemmen li s-soċjetà tagħna mmaturat u żviluppat biżżejjed, taf tifhem u tiżen u fl-aħħar mill-aħħar taf tagħmel l-għażliet tagħha. Bl-ebda mod m’għandu jiġi inkoraġġut l-użu tad-droga jew abbuż ta’ kwalunkwe forma, u l-Gvern għandu jibqa’ jaħdem sabiex ikollna soċjetà b’saħħitha li ma tkunx dipendenti u affettwatha b’mod negattiv minn kull forma ta’ sustanza. Ma naħsibx li għadu ż-żmien li l-Istat jibqa’ jkun oppressiv u jikkastiga lil min jagħmel użu. Naturalment, bħal kull forma oħra ta’ abbuż, l-użu eċċessiv jaf ikun

perikoluż u jaf ikollu impatt negattiv. Għalhekk, b’mod partikolari nemmen bis-sħiħ fil-bżonn li jibqa’ jkun hemm u anzi saħansitra tintensifika l-kampanja ta’ informazzjoni sabiex nassiguraw li l-pubbliku jkollu l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-effetti negattivi li jista’ jġib miegħu l-użu tal-kannabis, fuq kif wieħed għandu jagħraf jikkontrolla l-użu, u fuq kollox, dwar l-għajnuna li wieħed jista’ jfittex. Nemmen li wasal iż-żmien li nieqfu nkunu insensittivi għall-bidliet fis-soċjetà u għandna nkomplu nibnu fuq il-passi tajbin li għamel il-Gvern matul l-aħħar snin. Fl-aħħar mill-aħħar issa li qed inżommu wkoll il-kelma tagħna billi nwettqu din il-wegħda elettorali, nittama li dan il-proċess konsultattiv iwassalna sabiex ikollna qafas leġiżlattiv adattat għażżmien li qed ngħixu fih.


17

04.04.2021

ĦSIEB FUQ IL-ĦELSIEN

CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

F’nofs din il-ġimgħa iċċelebrajna festa tant għażiża għalina, Jum il-Ħelsien. Hija festa li tqanqal nostalġija storika, sens ta’ patrijottiżmu, imħabba lejn din artna omm. Dan huwa kollu tajjeb, anzi tajjeb ħafna. Nemmen li fit-tfal u fiż-żgħażagħ tagħna għandna nkebbsu aktar il-fjamma ta’ interess fl-istorja ta’ pajjiżna, il-lingwa tagħna u dak kollu li tiddistingwina bħala nazzjon Malti sabiex mhux biss jitilgħu b’aktar għarfien kulturali imma wkoll iħossu xrar ta’ kburija b’pajjiżhom u b’nieshom. U dan il-mistier ma nippretenduhx li jinġarr kollu mill-kotba u mil-lezzjoni tal-istorja fil-klassijiet, imma

rridu nkunu aħna l-ġenituri u l-gwardjani tat-tfal li qegħdin taħt il-ħarsien tagħna sabiex innisslulhom il-kurżità biex ikunu jafu aktar fuq Malta, art twelidhom, jew l-art li qed tospitahom. Għalkemm art ċkejkna, pajjiżna għandu storja sinjura u interessanti, li għalkemm kien għal eluf ta’ snin maħkum, fl-aħħar irnexxielu mhux biss jieħu l-indipendenza u jsir pajjiż repubblikan imma wkoll jikseb il-ħelsien minn kull irbit soċjali, politiku u ekonomiku minn mal-barrani. F’dan il-jum sikwit nirrifletti kemm din id-daqsxejn ta’ gżira f’nofs ta’ baħar kisbet u wettqet, kemm kienet mixtieqa, kemm għelbet ostakli u fl-aħħar mill-aħħar minkejja nuqqas ta’ riżorsi naturali, emminna fil-kapaċità ta’ dan il-ġens u wellidna flimkien pajjiż ħieles minn kull irbit u dipendenza fuq il-barrani. Biżżejjed tħares lejn gżejjer madwarna fil-Mediterran ferm akbar minna li jagħmlu parti minn pajjiż akbar bħal Sqallija, Korsika, Sardinja, Kreta u Ċipru li din talaħħar għadha sal-lum mifnija mill-indħil barrani u ma tistax tkun pajjiż sovran sħiħ. Dan għalija diġà huwa

fenomenu storiku li jagħti piż u importanza kbira lil Jum il-Ħelsien. Kienu diversi l-ħassieba fil-passat li ħolmu b’Malta Maltija, ħafna minnhom kienu jesprimu dan fil-kitba letterarja, fl-imħabba lejn il-lingwa Maltija: minn Pietru Caxaru, Mikiel Anton Vassali, Agius De Soldanis u oħrajn. Dawn kienu jħarsu l-interessi tar-ruħ nazzjonali f’għalqa li qed jaħkimha l-barrani li kellu kull interess li jsikket is-sentiment patrijottiku. U issa li għaddew 42 sena mill-kisba tal-ħelsien, kisba li nnegozzjaha u fassalha Duminku Mintoff, wieħed jistaqsi kemm għadha ta’ relevanza din il-kisba fiż-żminijiet tal-lum. Jien inwieġeb li llum aktar minn qatt qabel, il-ħelsien huwa importanti li jiġi mħares u mġedded. Il-ħelsien, mhux neċessarjament dak li nafu bih b’mod patrijottiku imma f’forom oħra f’pajjiżna u fid-dinja globalizzata li ngħixu fiha. Id-demokrazija hija s-sisien ta’ pajjiż meqjus ħieles. L-ebda pajjiż li ma jħaddanx demokrazija ma jista’ jitqies li ġensu qed jgħix ħieles. Madanakollu, ħadd ma jrid jilludi ruħu li f’pajjiż

demokratiku, il-poplu jħossu dejjem ħieles għax jeżistu ħafna fatturi li jistgħu joħonqu l-ħelsien ta’ poplu, il-ħelsien tal-individwu. X’tiswa il-libertà tal-espressjoni jekk hemm min b’irresponsabbiltà jħoss id-dritt divin li jista’ jgħid li jrid u kif jiftaħ ħalqu ħaddieħor, dak li jħossu divin jibilgħek u jippretendi li tiskot u tisma’ lilu biss? Bosta lanqas jirrealizzaw li din hi forma ta’ deprivazzjoni tal–ħelsien tal-individwu permezz ta’ bullying sottili imma fil-fatt jeżisti u jħalli l-marka tiegħu. Biżżejjed naraw ix-xettiċiżmu ta’ ħafna partikolarment nisa u anki żgħażagħ sabiex jipparteċipaw u jkunu frontliners fil-politika jew fil-ħajja pubblika. Ma’ dan ngħaqqad ukoll il-fenomenu tal-isterjotipi li nammettu jew ma nammettux, għadu b’saħħtu partikolarment f’pajjiżna fejn is-soċjetà għalkemm tilqa’ metodu ta’ rwoli ġodda, xorta fl-aħħar tal-ġurnata tippretendi li rwoli tradizzjonali jibqgħu hemm. Dan rajnieh manifestat u ppruvat f’dawn iż-żminijiet ta’ pandemija fejn assistejna għal deċiżjonijiet awtomatiċi li pereżempju ġaladarba t-tfal ma setgħux

jattendu l-iskola allura hija awtomatika li l-omm hija dik li għandha tibqa’ d-dar ma’ wliedha. U nemmen li din id-deċiżjoni ħafna drabi ttieħdet b’mod awtomatiku mill-omm stess. Jistgħu jkunu diversi fatturi għaliex sar dan, forsi l-istint matern li jissupera kull istint ieħor f’mara li qed trabbi, forsi wkoll id-dħul finanzjarju għax ir-raġel iġib ħobża akbar lejn id-dar. Imma jibqa’ l-fatt li l-pandemija kixfet in-nuqqas ta’ ħelsien fuq il-mara mill-irwol sterjotip li dejjem ġarret u milli jidher s’issa se tibqa’ ġġorr. Kemm hu sabiħ il-ħelsien. Biżżejjed tfaqqa’ pandemija bħalma ġara u telfet il-ħelsien tagħna lkoll, ħelsien fiżiku li ma tistax tmur fejn tixtieq u tagħmel li tixtieq, ħelsien intimu li ma tistax tgħannaq l-għeżież tiegħek, ħelsien mentali li minħabba li konna aktar maqfula f’darna kkawża problemi psikoloġiċi. Il-ħelsien qatt m’għandu jittieħed for granted. Il-ħelsien irridu niksbuh kuljum, f’kull forma tiegħu, f’kull aspett tal-ħajja. Nawgura lill-għeżież qarrejja tal-KullĦadd, l-Għid it-tajjeb.


18

04.04.2021

IT-TWAQQIF TAL-KONFRATERNITÀ L-ewwel nies li nġabru flimkien għat-twaqqif ta’ din il-Konfraternità, kienu Kavallieri minn Calatrava. Huma, imbuttati mill-ħniena u l-ħasra għall-bosta katavri mitluqin fit-toroq, wara l-ġlied li kien seħħ fi Spanja fis-sena 1522, talbu lis-Sultan biex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb li jidfnuhom. Urewh ukoll ix-xewqa tagħhom li jwaqqfu għaqda, biex anki jfarrġu linnies li jisfaw priġunieri u oħrajn li jkunu kkundannati għall-mewt. Magħhom riedu jitolbu qabel ma tingħata s-sentenza finali u jserrħulhom rashom li lesti jidfnuhom u jitolbu għalihom. Minn CHARLES B. SPITERI Lis-Sultan għoġbu l-ħsieb u huma kitbu lill-Vatikan u ma damux ma ħadu permess biex iwaqqfu l-konfraternità. Minnaħa tiegħu, il-Papa imponielhom li jgħidu r-Rużarju bi ħrara u devozzjoni u tefagħhom taħt il-ħarsien tal-patrijiet Dumnikani. Naturalment dan sar fl-1571 qabel ma kienet stabbilita l-festa tar-Rużarju u wara r-rebħa li l-Insara għamlu fuq il-Misilmin fil-ġlieda ta’ Lepanto. F’pajjiżna, l-istess konfraternità twaqqfet minn grupp ta’ Kavallieri ta’ San Ġwann fil-parroċċa tal-Portu Salvu, il-Belt. Fost il-Kavallieri kien hemm Spanjoli, Taljani, Franċiżi u xi Maltin. Kien żmien meta d-Dumnikani kienu qed jibnu l-knisja u l-kunvent tagħhom, u minnufih laqgħu t-talba li titwaqqaf l-għaqda. Kienu kisbu wkoll il-permess mill-Vatikan. Għotja ta’ art Biex kollox isir kif kienu jitolbu l-obbligi, id-Dumnikani taw lil din l-għaqda biċċa art mal-kunvent tagħhom. B’hekk twaqqfet il-konfraternità Maltija, li kellha tibni minn flusha, żewġ kappelli fil-knisja. Dan jidher imniżżel u reġistrat fl-atti tan-Nutar Salvatore Briffa, tas26 ta’ Ottubru 1576. Parti minn ħidmet il-konfraternità u skont kif stipulati minn Ruma, l-imseħbin kellhom id-dmir li jxerrdu r-Rużarju u jieħdu ħsieb ukoll lil dawk li jkunu se jispiċċaw jinqatlu fuq il-forka. Dan id-dmir wettquh bil-galbu kollu, tant li wara ftit snin, il-Gran Mastru Jean de la Cassiere, bl-approvazzjoni tal-Kunsill tal-Ordni, tahom il-privileġġ li mal-isem li kellhom ta’ Confraternita del Santissimo Rosario, jgħaqqdu wkoll della Misericordia. Għal dan irċevew il-bolla mingħand il-Kanċillier tal-Ordni u tinsab reġistrata fl-atti tan-Nutar Giuseppe Mamo, fil-25 ta’ Ġunju 1584. Fuq l-art mogħtija mid-Dumnikani fi Triq San Duminku, ir-Rużarjanti bnew oratorju u xi djar. Iżda meta fl-1604, il-patri-

Il-piżijiet ta’ mal-forka

jiet reġgħu bnew u kabbru l-knisja u l-kunvent, ħtiġilhom jieħdu lura l-art li kienu taw lill-konfraternità. Il-Gran Mastru ta’ dak iż-żmien, Alof de Wignacourt offrielhom biex imorru fl-oratorju ta’ San Ġwann u billi allura l-fratelli kienu nqatgħu minn mad-Dumnikani, bidlu isimhom u semmew il-konfraternità tagħhom Societas misericordiae u ħadu l-pussess tal-Oratorju fit-22 ta’ Diċembru tal-1603. Iżda ma damux wisq f’San Ġwann għax ħassewhom qishom ġew assorbiti mill-Ordni u sikwit kien ikollhom xi tilwima mal-Prijur. Għalhekk marru lura fil-post oriġinali u fis-sena 1697 reġgħu rranġaw l-oratorju, biex il-konsulti u l-laqgħat tal-konfraternità setgħu jsiru hemm mill-ġdid. Ħidmet il-konfraternità Permezz tal-Kummissarju tal-Pulizija, li kien ikun avżat mill-Gran Viskonti, kull meta kien ikun hemm xi ħadd li se

jingħata mewt bil-forka, kien jibgħat jinforma lill-Konfraternità u din, skont l-istatut, kienet tieħu ħsieb l-aħħar jiem tal-ħati, bid-dfin tiegħu wkoll wara mewtu. Il-fratelli kienu jkunu l-aqwa nies tal-pajjiż u matul it-tlett ijiem ‘kappella’ tal-priġunier, kienu joħorġu jiġbru l-flus f’bottijiet apposta fit-toroq talbelt u fl-irħula, lebsin il-kunfratija bajda, biċ-ċinglu abjad u l-kuruna tar-Rużarju sewda mdendla minnu u kappell qisu trespikos f’rashom. Il-flus li jinġabru kienu jinqasmu fi tnejn: nofs jingħataw lill-familja tal-iġġustizzjat u n-nofs l-ieħor għand id-Dumnikani biex joffru quddies għal ruħ il-mejjet. Il-konfraternitajiet kollha sabu intopp fi żmien l-imblokk tal-Franċiżi, li dam sentejn, bejn l-1798 u l-1800, għax Vaubois, ir-rappreżentant ta’ Napuljun f’pajjiżna, ordnalhom ilkoll biex jieqfu minn ħidmiethom. Il-verità hi li fl-istess perjodu aktarx li ma kienu

għallqu lil ebda kkundannat. Minflok il-forka, kienu daħħlu s-sistema militari; dik li jiffuċillaw lill-ħatjin fil-pjazza u wara jidfnu l-katavri tagħhom fiċ-ċimiterju ta’ taħt il-knisja tal-Furjana, inkella fil-knisja tal-Erwieħ fil-Belt. Madankollu, mis-sena 1800 reġgħu ddaħħlu d-drawwiet il-qodma. Kien l-Isqof Vincenzo Labini, li fl-1807 reġa’ waqqaf il-konfraternità tar-Rużarjanti u ġeddilhom il-privileġġi li kellhom biex jieħdu ħsieb lil dawk li jkunu se jiġu ġġustizzjati. L-ewwel ġustizzjat f’dan iżżmien kien Ġ. Camilleri, il-Pajliċ, li ntemmitlu ħajtu fit-18 ta’ Settembru 1807. Maħtura kummissjoni F’Lulju ta’ ħames snin wara nsibu li l-konfraternità ħatret kummissjoni magħmula millMarkiż Girolamo Delicata, Giovanni Battista Grognet u n-Nutar Gavino Bonavita, bl-iskop li jitolbu lill-Gvern jagħti-

hom żewġ kmamar qrib il-Forka u l-aktar viċini taċ-ċimiterju ċivili. Dawn il-kmamar riduhom biex ikollhom fejn iqiegħdu u jerfgħu l-għodod li jintużaw għall-forka. Talbu wkoll li peress li ma kienx fadal post għaddfin fil-fossa komuni tal-iġġustizzjati, iħaffru fossa akbar. Il-ħsieb tal-konfraternità kien li jakkwistaw waħda minn dawk il-kmamar fil-post magħruf bħala Il-Foss tal-Klieb. Min-naħa tiegħu l-Gvern tahom dak li xtaqu u wkoll ilfakultà biex iħaffru sitt vaski kbar biex l-iġġustizzjati setgħu jindifnu fihom. Id-drawwa li l-iġġustizzjati jibqgħu jindifnu bl-addoċċ, f’foss komuni nqatgħet fl-1829, minn meta d-dfin beda jsir fiċ-ċimiterju tal-Blata l-Bajda. L-ewwel tnejn li ndifnu fil-Blata l-Bajda kienu Xmun Grech u Indrì Farrugia, fit-3 ta’ Jannar 1829. Huma tkebbu fi xkora u ntradmu fil-ħamrija. Warajhom indifnu 17-il wieħed ieħor fl-istess ċimiterju, iżda minflok fi xkora, f’tebut.


19

04.04.2021

TAR-RUŻARJANTI il-Konfraternità tar-Rużarjanti, ħteġilhom iwassluh minn Kordin saċ-ċimiterju tal-Blata l-Bajda, fejn difnuh. Imbagħad, mis-sena 1880, il-mewt permezz tal-Forka bdiet issir privatament. Xi snin wara li sar it-trasferiment tal-Forka għal Kordin, il-Konfraternità talbet lill-Gvernatur biex il-fratelli jibdew jiltaqgħu fil-knisja ta’ Santa Ubaldeska, f’Raħal Ġdid, peress li minn hemm ma kellhomx wisq bogħod biex jimxu bil-purċissjoni sal-ħabs u biex wara jerġgħu lura għall-quddiesa għal ruħ il-mejjet. Ta’ min jgħid ukoll li sal-1853 il-poplu kien iħares lejn il-forka bħala okkażjoni li jkollu fiex jedha, bħalma kienet il-festa tar-raħal. Iżda minn dik is-sena, qisu kulħadd beda jistmerrha tant li skont ma tirrapporta l-gazzetta Malta Times tat-13 ta’ Diċembru 1853 bdiet kampanja kontra dik l-għamla ta’ forka. Mhux talli hekk, talli minn dakinhar l-iġġustizzjati bdew jindifnu fiċ-ċimiterju tal-Erwieħ, qrib it-tempji preistoriċi, billi hu l-aktar ċimiterju qrib tal-ħabs. Fih baqgħu jidfnu sal1876 u b’kollox indifnu seba’ ġġustizzjati. Wara li bniedem kien jingħata s-sentenza tal-mewt mill-Qorti, il-ħati kien iqatta’ tlett ijiem magħrufin bħala ‘kappella’, fil-ħabs. Ingħataw dawn l-isem minħabba li matulhom, il-ħati kien jisma’ prietki u meditazzjonijiet bi tħejjija għall-mewt.

Rużarjant

Mill-purċissjoni sal-forka Insemmu issa xi ħaġa fuq il-forka. Din żgur li kienet l-agħar kastig li seta’ jingħata l-bniedem. Żgur li kienet titqies bħala l-aqwa sagrifiċċju f’ġieħ il-ġustizzja. Fi żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann, il-forka kienet fuq il-blat f’tarf il-Port ilKbir, magħruf bħala r-Rikażli. Fl-antik, l-istess inħawi kienu magħrufa bħala Tal-Forok, iżda meta snin wara, il-Kavallier G. Orsi bena torri żgħir biex jindokra d-daħla tal-port, in-nies bdew jirreferu għalih bħala ‘Ponta Orsi’. F’xi inċiżjonijiet qodma fil-lok tidher il-forka u jista’ jkun li hemm kienu jiġu mgħallqa dawk in-nies mixlija b’piraterija jew bil-kuntrabandu. Pjazza Forok Billi fi żmien l-Università tal-Imdina, il-Gvern ta’ dari kellu l-Qorti tiegħu fl-istess belt, lil dawk li kienu jisfaw ikkundannati kienu jdendluhom jew fuq

is-Saqqajja jew fil-post li għadu magħruf minn bosta ‘Pjazza Forok’. Dak iż-żmien kienu jagħmlu użu mill-aktar postijiet fil-għoli u li jidhru mill-bogħod, speċifikament ukoll biex l-ikkundannati jservu ta’ twissija għan-nies ta’ kondotta ħażina. Fi żmien il-Kummissarju Ingliż Ball, il-Qorti ġiet trasferita mill-Imdina għall-Belt Valletta, fil-Klistanija. Għalhekk lill-ikkundannati kienu jdendluhom fuq l-għolja tal-Furjana, fejn illum hemm il-Monument tal-Gwerra. Dak il-post kien magħruf jew bl-isem ta’ ‘It-Tomba’, jew ‘Tat-Tripunti’, billi hemm tliet swar ħerġin ’il barra, bħal speċi ta’ tliet ponot. Però l-Furjaniżi talbu lill-Gvernatur biex il-forka ma tibqax armata fil-lokalità tagħhom. U din it-talba ma saritx għalxejn. Kien innutat li d-djar qribha kienu żvujtaw kollha u ħadd ma ried jibqa’, jew imur jgħix fihom. Imbagħad, meta xi kkundannat ma kienx ikun Kattoliku, ma kienx ikun

assistit mir-Rużarjanti u kienu Kif jintemmu dawn il-jiem, jħalluh mgħallaq qisu minsi, kien jibda l-aktar ħin umiljanjitbandal mar-riħ fuq il-forka. ti għall-priġunier, li jkun wasal biex itemm ħajtu. Hu kien Tinqata’ l-prietka jittieħed mill-ħabs għall-forka. Kien jitwassal f’forma ta’ Ħaġa interessanti li nqatgħet purċissjoni u jgħadduh mit-towara l-1825 kienet l-ispeċi ta’ roq tal-Belt Valletta, fejn it-toprietka li kien jagħmel l-iġġus- roq kollha kienu jkunu mimlijin tizzjat. Xi drabi, lil dawn l-id- bin-nies. diżgrazzjati kienu jistaqsuhom Għalhekk il-purċissjoni kienet ridux jgħidu xi ħaġa qabel ma titlaq mill-Klistanija fi Triq tintrabtilhom l-ingassa ma’ il-Merkanti meta jaslu l-fratelli għonqhom. Jirriżulta li bil-‘pri- tal-Konfraternità tar-Rużaretka’ li kien għamel Ġużè Grech, janti, li jkunu telqu mill-Parftit qabel ma dendluh fl-1825, roċċa ta’ Portu Salvu, u toħroġ qajjem għagħa fost in-nies mat-tokki ta’ diqa kbira tal-qau għalhekk il-Gvern ordna li npiena tal-ħabs. dawn il-prietki ma kellhomx Fuq quddiem, fuq żiemel, isiru aktar mill-ikkundannati. kien ikun riekeb il-Gran VisIl-forka reġgħet kienet tras- konti. Hu kien is-simbolu ferita meta nbena l-ħabs ta’ tal-Ġustizzja. Warajh kien jimxi Kordin. Għalhekk intramat l-assistent tal-bojja, li xogħlu fix-xagħra li kien hemm quddi- kien ikun li f’kull kantuniera emu u l-eżekuzzjoni kienet issir jdoqq il-fanfara. Warajhom b’mod pubbliku. L-ewwel mew- kienu jimxu l-fratelli Rużarta fuq il-Forka ta’ Kordin kienet janti, b’salib u żewġ lanterni, ta’ Anġlu Farrugia, magħruf merfugħin minn tnejn mill-imbħala Il-Krozz, u billi ma kienx seħbin, lebsin il-konfratija bagħad hemm ċimiterju fil-ħabs, jdanija, b’wiċċhom mgħotti u

bil-kappell qisu t-trespikos. Finalment, fuq wara kien jimxi l-ikkundannat, imdawwar minn għadd ta’ pulizija. Hu kien ikun marbut b’tarf il-ħabel ma’ għonqu u ma’ idejh u bittarf l-ieħor tal-ħabel miżmum mill-bojja li jimxi ħdejh sew jew warajh. Din il-purċissjoni, li kienet toħroġ mill-ħabs tal-Klistanija fit-Triq tal-Ġanċ, kienet tinżel għal Triq San Pawl lejn ix-xellug, u tibqa’ miexja sa Triq San Felice, wara s-suq. Iddur għal Triq il-Merkanti, dejjem fuq ix-xellug u tibqa’ sejra għal quddiem San Ġwann u minn hemm għal Triq San Ġorġ sa Putirjal. Iċ-ċerimonja tal-forka Minn hemm tibqa’ sejra għal wara l-Mall, tilwi għall-Quarantine Sally Port Gate, fejn illum hemm il-Lukanda Phoenicia, titla’ l-għolja baxxa li jgħidulha ‘Tat-Tripunti’ u tibda ċ-ċerimonja tal-forka. Wara li l-iġġustizzjat ikun ilu ftit imdendel u jkun assigurat li jkun miet, kienet titħaffer ħofra jew fossa, jitniżżel il-katavru tiegħu, iqegħduh fiha u jidfnuh. Ma kien ikun hemm xejn li jixhed fejn kienu jindifnu l-imgħallqin – la salib u lanqas qabar. Hu reġistrat biss li f’dik il-fossa kienu ndifnu 21 persuna bejn l-1807 u l-1825. Sa sena wara nħass li d-dfin ta’ dawk mgħallqin kellu jkollu aktar sens umanitarju, tant li bdew jindifnu fiċ-ċimiterju, li allura kien art ikkonsagrata. Dan beda jsir meta nstab lokal ieħor barra l-Bieb tal-Bombi, jiġifieri fi Blata l-Bajda. Snin aktar qabel u sewwasew fl-1777 iċ-ċimiterju li kien hemm ħdejn l-isptar tas-Sacra Infermerija, ħdejn il-knisja tal-Kavallier G. Nibbia, li llum m’għadhiex teżisti u ħafna kienu jafuha bħala ċ-Chapel of Bones, kien imtela kollu u ma kienx għad hemm aktar oqbra għad-dfin ta’ dawk il-pazjenti li kienu jmutu fl-isptar. Għalhekk, fl-aħħar il-Kavallieri qatgħuha li jagħmlu ċimiterju ġdid, li kien barra s-swar tal-Belt, u għażlu t-tumbata ta’ taħt fejn jgħidulu tat-Tripunti, fejn fiż-żmien kienet titwaqqaf il-forka. Huma bdew inaddfu t-tumbata, tellgħu u ġabru l-għadam tal-katavri talimgħallqin li kien hemm midfunin u difnuhom post ieħor. Iżda l-proġett tagħhom ma damx ma sfaxxa fix-xejn, għax il-poplu kien qed jistkerrah sew dawk l-inħawi u ħadd ma ried li l-mejtin jindifnu taħt il-forka. (Tagħrif miġbur minn kitba ta’ Joseph Galea)


20

04.04.2021

SAMUEL DEGUARA L-ITWAL RAĠEL MALTI LI JILGĦAB IL-BASKETBALL B’MOD PROFESSJONALI Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Li persuna tkun unika hija speċjali fil-ħajja li qed ngħixu, iżda dan mhux kollox. Hawn min jitwieled b’xi don speċjali mit-twelid u hawn oħrajn li jakkwistaw xi don maż-żmien. Kollox bil-ħin tiegħu u f’waqtu. Hemm min jirnexxilu u hemm min le. Kollox ma’ kollox, filħajja għandna nkunu kuntenti ta’ dak li veru aħna. Dan l-aħħar sirt naf b’Malti li minbarra li huwa plejer tal-basketball professjonali, huwa wkoll l-itwal persuna f’Malta u fl-Italja. Fil-fatt huwa twil 7.5 metri. Mhux normali li tara bniedem twil quddiemek, speċjalment meta tkun trid tkellmu u tħares ħafna ’l fuq. Qed nirreferi għal Samuel Deguara. Għandu 29 sena, trabba n-Naxxar qalb il-ħdura tal-għelieqi u ta’ dan huwa grat. Xogħlu huwa dak ta’ plejer tal-basketball professjonali fejn kontinwament issibu jipprattika f’kull ċans li jkollu sabiex dej­ jem itejjeb il-professjoni tiegħu f’dan ir-rigward. Il-prattika li jħaddan ma tikkonsistix biss f’taħriġ fiżiku, iżda wkoll jaqra diversi kotba u jagħmel korsijiet online, kif ukoll jitgħallem u jitkellem ma’ professjonisti oħra rigward dan l-isport. Jinteressa ruħu wkoll fl-industrija tal-bini, fejn jixtieq li jkompli fuq din il-linja wkoll. Jikkunsidra lilu nnifsu bħala bniedem determinat u li ma jaqta’ qalbu qatt. Meta jkun jixtieq xi ħaġa jibqa’ sakemm jakkwistaha. Kollox ma’ kollox huwa kuntent bil-persuna li huwa llum il-ġurnata, minkejja li minħabba t-tul tiegħu għadda minn żmien diffiċli fil-passat. It-tul li kiseb illum

il-ġurnata aktarx li wirtu minnaħa t’ommu għax kif qalli hu stess dejjem kienu naqra itwal min-normal. Mistoqsi kif iħossu bħala l-itwal persuna f’Malta u anke fl-Italja, Samuel weġibni hekk: “Biex inpoġġi l-kliem aħjar u sempliċi, ser nikkwota basketball player li nammira ħafna – Scottie Pippen, x’kien qal waqt dokumentarju ‘The Last Dance’ – Tajjeb ħafna”, stqarr kuntent. Staqsejtu wkoll jekk minħabba t-tul qattx kellu xi ċirkostanzi f’ħajtu fejn seta’ kellu vantaġġ fuq ħaddieħor. “Dażgur, l-aktar fl-isports, speċjalment fil-basketball l-aktar ħaġa ovvja hija li nkun nista’ nagħmel basket faċilment permezz tat-tul tiegħi. Ħaġa oħra li hija favur tiegħi hija li nista’ faċilment inpoġġi jew naħbi xi affarijiet fuq il-gwardarobbi fejn ħaddieħor ma jkunx tant faċli li jarahom jew imisshom. Vantaġġ ieħor huwa meta nattendi xi kunċerti jew avvenimenti fejn kien ikun hemm massa ta’ nies. Bla dubju ma kienx ikolli problemi b’ta’ quddiemi,” tbissem jgħidli Samuel. Ma jiddejjaqx li kieku kien itwal Ma’ Samuel iddiskutejt il-fatt jekk qatt xtaqtx li qatt ma kien twil iżżejjed. “Jien kuntent bija nnifsi u għall-fatt li jien diff­ erenti minn ħaddieħor. Anzi ma niddejjaqx li kieku kont itwal. Fid-dinja li qed ngħixu fiha llum, kważi kważi nazzarda ngħid li jeħtieġ li tkun differenti minn ħaddieħor. Tħares lejn il-midja soċjali wkoll tiġi influwenzat minnha, u bla ma trid

Tħares lejn il-midja soċjali wkoll tiġi influwenzat minnha, u bla ma trid persuna tipprova tkun unika u differenti minn ħaddieħor. Jien f’din il-ħaġa m’għandix din il-problema

persuna tipprova tkun unika u differenti minn ħaddieħor. Jien f’din il-ħaġa m’għandix din il-problema.” Rigward fejn jidħlu xiri ta’ ħwejjeġ u żraben, immaġinajt li din hija problema għal Samuel. Fil-fatt, stqarr miegħi li jsibha ta’ problema sabiex isib ilqisien adattati għalih. “Naf b’xi ftit ħwienet fl-Amerka jew online li jkollhom il-qisien tiegħi.

Iżda l-prezz ikun ferm ogħla fejn jidħlu l-qisien tiegħi.” Mit-tul, qlibt l-intervista dwar il-basketball. Fil-fatt Samuel stqarr miegħi li ilu jilgħab il-basketball minn meta kellu 13-il sena. “Mal-ew­ wel inġbidt lejn dan l-isport u fuq kif kont inħossni tajjeb wara. Filfatt ħdimt u stinkajt, sakemm meta kelli 15-il sena ridt naħdem serjament sabiex

naqleb professjonali.” Jilgħab b’mod professjonali għat-tim tal-basketball Ġappuniż Tant hu hekk, li llum il-ġurnata, Samuel jilgħab b’mod professjonali għat-tim Ġappuniż - Tokyo Excellence. Din kienet waħda mix-xewqat u ħolm tiegħu li jilgħab u jikkompeti fil-Ġap-


21

04.04.2021 pun. “Finalment qed ngħix din il-ħolma. Apparti dan, qed ikolli ħafna opportunitajiet oħra fejn nista’ nikber personalment. Ma’ dan it-tim għandi l-pożizzjoni tiegħi bħala main center u qed nipprova nikseb l-aħjar pożizzjoni tiegħi,” Naturalment immaġinajt li ma kienx faċli għalih li jħalli Malta, sabiex iwettaq il-ħolm fil-karriera tiegħu fil-basketball. Iżda għalkemm kif stqarr miegħi hu stess – iħobb lil Malta – għal raġunijiet ta’ xogħol kellu jħalli pajjiżna u jiffoka aktar fuq il-basketball. “Il-leagues f’pajjiżi oħra huma b’saħħithom. Madanakollu, kont u nibqa’ nissapportja littim Malti. Kont nilgħab mattim Malti meta kont iżgħar, u llum il-ġurnata rrid nibqa’ nagħti l-kontribut tiegħi. Filfatt għandi xi proġetti futuri f’moħħi, fejn għadni qed infittex xi kollaborazzjoni u sponsors ukoll.” Mistoqsi kemm ta’ spiss qed iżur Malta minn min-

du telaq jgħix barra, Samuel stqarr miegħi li normalment jiġi Malta bejn xi leagues u tournaments li jkollu. “Iżda fis-sena 2020 qattajt madwar nofs sena Malta minħabba l-pandemija tal-Covid. Dan għaliex il-maġġoranza talleagues mondjali kellhom jitħassru.” Ta’ min jgħid ukoll, li permezz tal-basketball, Samuel dar id-dinja mhux ħażin. Fosthom ta’ min isemmi li mar jilgħab l-Italja, Spanja, il-Kanada, l-Amerika, il-Lit-

wanja, it-Tajlandja, Hong Kong, iċ-Ċilì u l-Filippini. Kif stqarr miegħi hu stess dan huwa privileġġ għalih, għallfatt li kellu l-opportunità li jiskopri ħafna kulturi. Fl-aħħar nett, Samuel xtaq jgħaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta li biħsiebu jkompli jagħmel ħiltu sabiex jagħmel lil Malta u lilna l-Maltin kburin fil-qasam tal-basketball, kemm lo­ kalment kif ukoll internazzjonalment.

Kont nilgħab mat-tim Malti meta kont iżgħar, u llum il-ġurnata rrid nibqa’ nagħti l-kontribut tiegħi

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.


22

04.04.2021

SE NIRXOXTAW JEW LE? Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Illum huwa Jum l-Għid il-Kbir, l-akbar festa għall-Knisja Kattolika. Hija festa li tfakkarna fil-qawmien mill-imwiet ta’ Ġesù Kristu wara tlett ijiem. Huwa spiss relatat mal-mumenti ibsin tal-ħajja, li wara n-niket u d-dlam, ser jerġa’ jkun hemm id-dawl, it-tama u l-ħajja l-ġdida. Għalkemm nippruvaw nemmnu dan, meta mqabbel magħna nfusna, niddubitawh. Irridu nammettu li meta aħna personalment ngħaddu minn turmenti tal-ħajja, xorta nibqgħu nemmnu li ż-żmien iebes donnu ma jridx jintemm. Tħoss it-toqol u tħossok qed tibqa’ togħdos ’l isfel. Hemm ħaġa waħda li kapaċi tgħinek imma li trid taħdem fuqha wkoll biex iġġegħelha tgħinek; il-moħħ. Il-moħħ huwa b’saħħtu immensament. Kapaċi jagħmlek kuntent jew ikissrek. Kapaċi jgħinek tħossok tant tajjeb li tipproduċi iżjed, imma daqstant ieħor kapaċi jagħmillek bil-maqlub. Huwa tajjeb li titkellem u tiftaħ qalbek mal-grupp żgħir li tafda u tiżen sewwa xi jkunu qed jissuġġerulek. Iżda mhux biss. Tajjeb li tieħu pariri professjonali speċjalment mingħand min joffri l-kura, bħal ngħidu aħna tabib speċjalizzat, psikologu jew psikjatra. Iżjed importanti minn hekk, tajjeb ukoll li tifhem il-mod li qed ikellmuk bih u fejn ma taqbilx, tiddiskutih. Fejn tidħol is-saħħa, għalkemm aħna, bħala poplu, f ’pajjiżna mdorrijin inħallu f ’idejn it-tobba u n-nies li jaħdmu b’mod professjonali fil-qasam tas-saħħa b’għajnejna magħluqa, huwa xorta meħtieġ li int tifhem liema kura qed tieħu. Forsi li jgħodd għal ċerti nies, ma jgħoddx għalik ukoll. Trid

tkun assertiv u tammetti fejn mhux jogħġbok ħalli jsir verament il-progress. Ma tistax taċċetta dejjem kull forma t’għajnuna mingħajr ma tkun taf tgħoddx għalik jew le. U din tgħodd ukoll mhux għallforom tal-mediċini, imma anke għall-kliem li jingħad. Għalhekk dejjem huwa importanti li tiddiskuti b’mod liberu man-nies professjonali, inkella jista’ jkun li ma jiswielek xejn, dak li tkun qed tiddiskuti. L-onestà mhix faċli, anke forsi għaliex wieħed jew waħda, jistħu jgħidu kollox u dak li hu personali. Imma hawn jidħol ir-raġunament;

taffordja tibqa’ kif int u taħbi, bil-konsegwenza li se tbati iżjed, milli tagħżel triq aħjar; dik li tiftaħ qalbek u fl-aħħar tibda tistejqer u tirxoxta? L-għażla hija f ’idejk. Qatt mhu faċli, imma aħjar għafsa ta’ qalb issa u forsi tistħi ftit u tgawdi ’l quddiem, milli tibqa’ mjassar sakemm ħajtek tiġi fi tmiemha u tkun għext miżerja. Illum ħsibt li nislet dan ilħsieb b’referenza għal bosta persuni anke li jitkellmu miegħi ta’ kuljum, dwar dak li għaddejjin minnu. Għażilt il-jum tal-lum, b’simboliżmu mal-Irxoxt li qed niċċelebraw illum. Ejjew ngħinu lil xulxin. Meta tgħaddi minn es-

Huwa tajjeb li titkellem u tiftaħ qalbek mal-grupp żgħir li tafda u tiżen sewwa xi jkunu qed jissuġġerulek. Iżda mhux biss. Tajjeb li tieħu pariri professjonali speċjalment mingħand min joffri l-kura, bħal ngħidu aħna tabib speċjalizzat, psikologu jew psikjatra

perjenzi differenti fil-ħajja, tinduna kif il-flus u t-titli mhumiex kollox. Minn Prim Ministri, ministri u nies fil-politika, professjonisti u oħrajn, studjużi jew ċelebritajiet sa dawk li forsi jaħdmu xogħol differenti u li hemm min iħarislu blikrah, kulħadd jibqa’ uman. Ftakar li l-ħajja xi darba trid tintemm. M’intix se tieħu l-prestiġju tat-titli miegħek fil-qabar u lanqas il-flus. Se tieħu biss ismek, u r-rispett li tħalli warajk jew dwarek, għaliex dak jibqa’ jingħad u jissemma. Il-pandemija li messet lid-dinja kollha aktar minn sena ilu ’l hawn, għajjiet lill-umanità u anke ħasdet il-ħajja ta’ ħafna. F’pajjiżna wkoll, tlifna persuni li forsi kienu jiġu minna. Bil-mod il-mod qed naraw in-numri neżlin, finalment. Grazzi dejjem tmur għal dawk kollha ta’ rieda tajba li mxew mar-regolamenti tal-awtoritajiet sa mill-bidu. Fl-istess ħin, il-pandemija talCOVID-19 urietna wkoll kemm hawn min ikun egoist. Imma dik hi n-natura tal-bniedem; li fis-siegħa tal-prova jrid jagħżel, u jispiċċa jagħżel lilu nnifsu. Mhux dejjem! Niġġeneralizza qatt, imma din hija r-realtà.

Innutajna li meta ħdimna id f ’id u b’rieda li ġejja mill-qalb, imxejna sew ’il quddiem b’passi ta’ ġgant. Dan l-Għid forsi jkun il-bidu ta’ tama ġdida li verament jurina li l-pandemija se tispiċċa. Ejjew niffukaw. Tbati ftit issa, tgawdih ’il quddiem. Nifhem li kulħadd jixba, jien l-ewwel wieħed. Imma meta nħares lura, ngħid imma hawn min donnu qatt ma tilef xejn fil-ħajja? Bla marċ, bla festa, bla ikla, bla safra, bla laqgħa ma’ ħafna nies... imqar għal ftit ma ngħaddux?! Iebsa kemm hi iebsa, suppost ir-risposta tkun iva, la hemm is-saħħa fin-nofs, u s-sens komun. Madanakollu, issa rridu nħarsu ’l quddiem. Irridu nibnu grinta għal li ġej, ħalli lkoll nissaħħu. Mhux biss bħala pajjiż imma anke aħna lkoll fuq bażi personali. Mhux biss, nerġa’ ntenni fuq livell ta’ finanzi, iżda wkoll dak mentali. Anzi, dan għandu jkun l-aktar suġġett li nagħfsu fuqu. Irridu nitgħallmu nippreparaw għal meta nsibu ma’ wiċċna l-maltemp. Irridu nkunu kapaċi nilqgħulu. Ma nistgħux naffordjaw ngħidu: “U iva, issa m’għaddiex?!’ Jekk mhux għalina, għal dawk li għadhom ferm


08.11.2020 04.04.2021

23

SKEDA ONE Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Duurella Mhux kemm taf

17:30 18:30 19:15 19:30 20:10 20:35 22:45 23:30

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Liquorish Daytime 08:40 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News

12:35 12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 17:05

Ftit Ħin għal saħħtek Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Country Jamboree Ħabrikt

17:30 Dak li Jgħodd 18:30 Pjazza 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 Gladiator 21:00 Lux Aeterna 22:30 Distintivi 23:30 ONE News 23:45 Liquorish Daytime

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:50 09:35 10:00 12:30 12:40

12:45 Telebejgħ 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Liquorish Daytime 15:45 Ieqaf 20 Minuta 16:00 Telebejgħ 16:15 Prime Time Preview 16:30 Duurella 16:45 Pink Panther 17:30 Fish On 18:30 Pjazza

19:15 ONE ERBGĦA Sports & 07-04 Temp 19:30 ONE News 20:10 PrimeTime 20:35 Reboot 21:15 Follow Up 22:15 Country Jamboree 22:50 Ondroad 23:30 ONE News

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Liquorish Daytime 08:40 Step Up 08:45 Pjazza 09:35 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News

12:35 12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 17:00

17:40 Teżori 17:50 Mhux kemm taf 18:30 Pjazza 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 Twenty ONE 20:45 Midneb u Duluri 21:00 Ilsien in-Nisa 22:40 Fish On 23:30 ONE News

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:50 09:35 10:00 12:30

13:15 ONE News 13:20 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Kalamita 16:05 Liquorish Daytime 16:15 Telebejgħ 16:30 Telebejgħ 16:45 Prime Time Preview 17:00 Duurella 17:30 Indhouse 18:30 Pjazza

19:15 ONE 09-04 Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 L-Awla 22:00 Kick Off 23:30 ONE News 23:45 Liquorish Daytime

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Better Living 09:45 Twenty ONE 10:15 Il-Kostruzzjoni

10:57 11:53 12:30 12:35 13:10 13:40 14:10 14:50 15:30

Indhouse Telebejgħ ONE News Żona Sport Country Jamboree Liquorish Omnibus Fish On The Local Traveller ONE News

15:35 16:30 17:30 18:05 18:45 19:22 19:30 20:05 23:30

07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:30 11:55 12:30

12:35 15:30 15:35 15:50 16:15 17:30 19:15

Arani Issa ONE News Arani Issa - Ikompli Duurella Gladiator L-Argument ONE Sport & Temp

19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Attività Politika 21:30 A day in the life 22:30 Distintivi 23:30 ONE News

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News

TLIETA 06-04

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

ĦAMIS 08-04

Bil-mod il-mod qed naraw in-numri neżlin, finalment. Grazzi dejjem tmur għal dawk kollha ta’ rieda tajba li mxew mar-regolamenti tal-awtoritajiet sa mill-bidu iżgħar minna jew ulieda li forsi ’l quddiem jafu jerġgħu jsibu ma’ wiċċhom għawġ ieħor. Jalla li le, imma qatt ma tista’ tgħid. Għalhekk, dejjem tajjeb li nkunu preparati. Però, irridu wkoll ngħixu l-mument ħalli nħossuna pożittivi u l-ħajja li għandna, ngħixuha sew u tajjeb. Hekk ser ikun l-Irxoxt tagħna. Apparti r-reliġjon, li hi għal qalbi ħafna, imżewġa mal-kultura u t-tradizzjonijiet kbar f ’pajjiżna, nawguraw l-isbaħ ġejjieni lil kulħadd. Jalla lkoll nirxuxtaw sew u jgħaddi kollox malajr kemm jista’ jkun. Ħadt din l-opportunità tallum, biex nesprimi ftit ruħi

flok kif nagħmel is-soltu, fejn nagħti tagħrif storiku, kulturali jew inkella xi intervista li issa drajtuni nagħmel. Xtaqt ngħin lill-qarrejja li forsi jaqraw din il-paġna, u qed iħossuhom imtaqqlin. L-aħħar punt. Malli jgħaddi kollox, nispera li nħarsu lura u nitgħallmu sew. Nindunaw li l-id tal-ħbiberija bla pika, dejjem ġid wettqet. Meta nkunu leali lejn l-umanità nirnexxu lkoll. Infakkar li ħadd mhu aqwa minn ħadd; kemm jekk int sinjur jew jekk int fqir fit-triq, għalina lkoll hemm sinjal meta ħajtek se tinqata’ ħesrem. Għalhekk, nirxuxtaw flimkien minn issa, ħalli ngħixu b’pożittività.

TNEJN Flimkien 05-04 ma’ Nancy Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Prime Time Liquorish Stejjer wara t-Tmienja ONE News

12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 16:45

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:45 09:35 10:00 12:30

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso PRESS CONFERENCE: COVID 19

SIBT 10-04

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Paper Scan Attività Politika Telebejgħ ONE News

Ftit Ħin għal saħħtek Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime Time Preview Żona Sport Il-Kostruzzjoni

ĠIMGĦA

Dak li Jgħodd Flimkien ma’ Nancy Il-Kelma Pink Panther Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Arani Issa ONE News

ĦADD 11-04


24

04.04.2021

reċensjoni tal-ktieb

L-INVENTARJU TAL-KAMRA L-KAĦLA Mal-pubblikazzjoni tal-ewwel ġabra ta’ poeżiji tagħha, bl-isem ta’ l-inventarju tal-kamra l-kaħla, tkellimna mal-awtriċi Leanne Ellul dwar il-ktieb: Nafuk sew bħala awtriċi ta’ proża, bir-rumanz tiegħek għall-adolexxenti Gramma li rebaħ diversi premjijiet, kif ukoll kittieba ta’ kotba għat-tfal u għall-iskejjel. Il-poeżija hija direzzjoni ġdida għalik jew minn dejjem kienet parti minnek? “Ili nikteb il-poeżija minn mindu kont tifla. Għall-bidu, bħal kulħadd, tibda tikteb taqbiliet, imbagħad tkompli taqra u titgħallem u tibda tesperimenta. Għall-bidu kont nikteb bir-rima, u llum (ħlief fil-poeżiji tat-tfal), bilkemm nużaha. Il-poeżija kibret miegħi, jew jien kbirt magħha. Kont inkanta, kont indoqq, kont niżfen … kollox kellu żmienu. Imma l-poeżija baqgħet dejjem hemm.” Ħafna drabi nassoċjaw il-poeżija ma’ ġeneru ta’ qari iżjed diffiċli jew ermetiku. Imma fl-istess ħin jidher li hawn ‘renaissance’ ta’ kitba ta’ poeżija proprju fost iż-żgħażagħ. Poeżija mhux konvenzjonali, libera, qed terġa’ tieħu r-ruħ anki online. X’inhi allura għalik, il-poeżija? “Il-poeżija għalija qiegħda kullimkien. Jekk tfittixha sew, jekk tieqaf ftit u tisma’, hemm poeżija. Mhux dejjem sabiħa, mhux dejjem tarmi l-ferħ, anzi …

imma hemm poeżija tistenna li tinkixef jekk ninfetħu għaliha.” Kif kien il-proċess tal-kitba? “Il-maġġoranza ta’ dawn il-poeżija ktibthom fuq medda ta’ fi ftit xhur. Imbagħad komplejt norqomhom. Twieldu minn uġigħ u naqra inqas uġigħ. Ħafna minnhom jaqbdu mument partikolari, sekonda kultant. Imma l-poeżija ġġarrab iż-żmien differenti. U dak li fid-dinja jieħu sekonda, fil-poeżija ġieli jieħu eternità. L-isfida hi li tagħżel l-aħjar kliem possibbli, u dak li tista’ tgħid f’kelma ma tgħidux f’ħames kelmiet. “Il-proċess ta’ dawn il-poeżiji kien interessanti ferm għalija. L-editjar tal-poeżija u l-proża pereżempju hu differenti ferm. Ħdimt mill-qrib ma’ Glen Calleja biex anke tajna sura lil dan il-ktieb. Fetaħli għajnejja għall-mod ta’ kif nikteb jien stess, ġejt iktar konxja tal-kitba tiegħi stess. Ħdimt ukoll mill-qrib ma’ Clare Azzopardi li l-pariri tagħha deheb.” “Il-kamra l-kaħla hija kamra speċjali għalija. Taqbad fiha oġġetti u mumenti li kollha jfissru xi ħaġa u hemm stejjer sħaħ wara kull oġġett.” l-inventarju tal-kamra l-kaħla huwa pubblikazzjoni ta’ Merlin Publishers, u jinsab għall-bejgħ millħwienet tal-kotba kollha kif ukoll online b’pustaġġ b’xejn minn merlinpublishers.com

Mistoqsija: Ma’ min ħadmet fil-qrib l-awtriċi biex taw sura lil dan il-ktieb? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb L-INVENTARJU TAL-KAMRA L-KAĦLA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 11 ta’ April. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb AMALIA - L-IMGĦALLAQ TAL-BOSK hija:

J. CASSAR - DINGLI

03 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Meta kienet ġiet introdotta mis-servizz postali Ingliż il-bolla magħrufa bħala Penny Black?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

04.04.2021

QALBHA ĦEBBRITHA LI XI ĦADD KIEN SE JOQTOLHA DEBBIE DICUS KIENET TAĦDEM BĦALA DJ FUQ STAZZJON TAR-RADJU RINOMAT Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

RONALD BLANCHARD

DEBBIE DICUS Debbie Dicus kienet ċelebrità lokali li kienet taħdem fuq stazzjon tar-radju rinomat f ’Hampton, f ’Virginia fl-Istati Uniti. Dicus kellha ħafna segwaċi għax apparti li kienet iddoqq diski li jolqtu lin-nies, kienet tħobb titkellem mas-semmiegħa tagħha u kienet ukoll taqsam magħhom xi avvenimenti li jkunu seħħew f ’ħajjitha. L-għarus tagħha, William Campbell, ukoll kien jaħdem magħha mal-istess stazzjon tar-radju. Dicus kienet tgħidlu u lill-kollegi tagħha li kellha biża’ kbir li xi ħadd mis-semmiegħa li jkun fanatiku għad jidħol fl-istudio biex jistupraha u joqtolha. Jidher illi Dicus kienet taf li se titlef ħajjitha iżda mhux bil-mod li bassret hi. Dakinhar tad-delitt Wara x-xogħol, Dicus kienet tħobb tmur fil-parti tagħha tal-ġnien tal-komunità fejn kienet tkabbar il-ħaxix. Kienet tmur hemm biex tneħħi l-ħsibijiet tax-xogħol u tirrilassa ftit qabel tmur id-dar. Jidher imma li mhux hi biss kienet tmur fil-ġnien tal-komunità biex tgħaddi ftit ħin. F’Mejju tal-1987, Dicus kienet qiegħda fil-ġnien

IL-KELB RODY tal-komunità tieħu ħsieb il-ħaxix li kienet qiegħda tkabbar u ltaqgħet ma’ Ronald Earl Blanchard, li kien qiegħed idur hemmhekk b’senter f ’idu jikkaċċja l-għasafar. Mhuwiex magħruf eżattament x’ġara iżda huwa maħsub li Dicus kellha xi tgħid ma’ Blanchard minħabba l-fatt li kien qiegħed jikkaċċja f ’post fejn in-nies imorru biex jirrilas-

IL-ĠNIEN TAL-KOMUNITÀ Wara li qatel lil Dicus, Blanchard mar lura d-dar għand il-mara tiegħu. Xħin martu ratu kollu dmija, qalilha li sab mara mejta u ċċappas bid-demm xħin prova jara kinitx għadha ħajja. B’hekk, martu bdiet tinsisti miegħu biex iċempel lill-pulizija u jgħidilhom bis-sejba tiegħu. Xħin il-pulizija waslu fuq ilpost, laħqu nġemgħu n-nies u fost il-ġemgħa kien hemm

fuqha, il-kelb resaq lejn il-folla li nġabret u mar jinbaħ quddiem Blanchard. Il-pulizija, xħin raw hekk, marru fuq Blanchard u staqsewh għaliex l-kelb kien qiegħed jinbaħ quddiemu u għaliex kellu ħwejġu mċappsin bid-demm. Għal dawn il-mistoqsijiet, Blanchard qalilhom li kien hu li sab il-vittma u li ċemplilhom jgħidilhom bis-sejba. Saħaq li d-dmija fuqu ġew

Mhuwiex magħruf eżattament x’ġara iżda huwa maħsub li Dicus kellha xi tgħid ma’ Blanchard minħabba l-fatt li kien qiegħed jikkaċċja f’post fejn in-nies imorru biex jirrilassaw ftit saw ftit. Li ma kinitx taf Dicus li kellu jkun Blanchard li jneħħilha ħajjitha b’diversi daqqiet bis-senter tiegħu u b’lasta ta’ pala. Apparti d-daqqiet li taha, Blanchard fegaha, qattgħalha ħwejjiġha u tefagħha f ’gandott qrib ilġnien. Blanchard jipprova jqarraq bil-pulizija

Blanchard. Il-pulizija sabu parti minn senter qrib Dicus u ftit iktar ’il bogħod mill-katavru sabu l-lasta tal-pala li kkaġunat diversi ġrieħi fuq ġisem Dicus. Il-pulizija kellhom magħhom kelb bl-isem ta’ Rody, li kienu jużawh f’diversi każijiet ta’ omiċidji, u ħaduh ħdejn il-lasta biex ixommha. Wara li xamm riħa partikolari

ittrasferiti xħin mar jiċċekkja jekk Dicus kinitx ħajja. Minkejja l-verżjoni li ta, il-pulizija arrestawh erbat ijiem wara li seħħ id-delitt. Il-pulizija pruvaw janalizzaw l-evidenza li nstabet u mit-titjir tad-demm li kellu fuq ħwejġu Blanchard, irrealizzaw li ma kienx possibbli li d-demm ġie ttrasferit fuqu xħin tbaxxa biex jara kinitx

ħajja. It-tiċpis tad-demm fuq ħwejġu ġie trasferit waqt li beda jagħtiha d-daqqiet. Apparti dan, il-pulizija sabu xi xagħar minn ta’ Dicus fuq is-senter ta’ Blanchard u sabu wkoll li s-senter kellu biċċa minnu nieqsa, liema biċċa nstabet fuq ix-xena taddelitt. Il-pulizija sabu wkoll li minkejja li Dicus kellha ħwejjiġha mqattgħin, din ma kinitx ġiet stuprata. Dan kien ifisser li l-attentat seta’ kien ta’ stupru iżda ma rnexxiex. Apparti hekk, xejn ma nsteraq mill-basket ta’ Dicus, u dan juri li l-motiv tad-delitt ma kienx dak ta’ serq. Minkejja l-evidenza kollha miġjuba kontrih, Blanchard prova jilgħabha tal-eroj u qal li s-senter waqagħlu xħin prova jara jekk Dicus kinitx għadha ħajja u li b’hekk inqasmitlu biċċa minnu li nstabet mill-pulizija. L-evidenza kontrih rebħet fuq l-iskużi li beda jsib u nstab ħati għal qtil tal-ewwel grad, attentat ta’ stupru, ħtif u l-użu ta’ arma tan-nar waqt azzjoni kriminali fit-8 t’April tal-1988. Blanchard kellu biss 21 sena meta nstab ħati. Blanchard weħel żewġ sentenzi ta’ għomor il-ħabs flimkien ma’ 12-il sena oħrajn u qiegħed jiskonta s-sentenza tiegħu f’ħabs f’Virginia.


26

04.04.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

04.04.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 375

R. BORG - BIRGU

MIMDUDIN: 1. Kompli l-qawl: Il-mard jidħol riekeb fuq id-........ u joħroġ riekeb fuq in-nemla (5) 4. Ikun hemm Bi 3 NUMRI 934 045 944 114 971 149 977 165 985 256 322 B’4 NUMRI 382 0286 410 0387 412 0421 516 0652 827 1316 902 1351

1988 2264 2294 2337 3064 3224 3529 3754 4389 4463 4534 4787 4921

4992 5516 5849 5858 6024 6064 6125 6257 6354 6434 6460 6480 6926

6928 7083 7092 7664 7963 8777 B’5 NUMRI 05373 15210 16969 39948 41704

49392 52871 53110 59299 61024 61542 66456 75659 77190 90434

B’6 NUMRI 002355 044034 087002 234779 417710 491206 504970 534457 542037 753799 774736 820545

ħafna fl-estates (4)16. 7,19. Borża antika? (5)18. 9, 12W. Insajru fiha (5) 19. 10. Is-saħħara 20. taqrahielek (6) 21. 12. Il-ktieb tal-istruzzjonijiet 23. bl-Ingliż (6) 24.

WEQFIN: 8. 1,11. Fitta (8) 2,3. Kollox f’daqqa (6) 3. Ara 2 11. 5,14. Isaqsihom (9) 12. 6,23. Storja (7) 13,17.

Membru tal-ikbar partit politiku 14. fir-Russja (9) 15. Ara 1 wieqfa 17. Ara 9 21. Ma nibqax 22.

Epoka (3) Ġewwa bl-Ingliż (2) Ara 7 Qishom qraba (5) Daniel Dalli Tabone (1,1,1) Ara 6 Fl-aħħar tat-talb (5) akkanit (6) Ara 5 Aħna lkoll (6) Ara 13 Mhux din (3) Frott (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Bajda, 4,16. Bejtiet, 7,9.Skada, 10.Tabiba, 12.Evadew, 18,19.Miami, 20.Kines, 24.Irtuh

WEQFIN: 1.Bnazzi, 2.JAA, 3,23.Astratt, 5,15. Eliminawh, 6.Tua, 8.Kardinali, 11,21 M. Gvern, 12.Et, 13.Ami, 14.Waslet, 17.Ebr, 21.Err, 22.Net


28

04.04.2021

“ILLUM LI M’GĦADNIEX MIXTIQIN…” Editorjal

Kienet fin-natura ta’ dan il-Moviment li ma jiqafx mal-kisbiet popolari. Kull tarġa ogħla li wassal lillpoplu fuqha kienet il-bidu għal ħidma sfiqa oħra filpass li jmiss ’il quddiem

L-istorja politika Maltija talaħħar mitt sena hi miżgħuda bl-okkażjonijiet fejn il-ħidma ħawtiela tal-Partit Laburista fil-Gvern kienet ta’ benefiċċju kbir għal ġensna. Prattikament kienet mixja waħda, minn żminijiet ta’ għaks u tbatijiet ġenerali sa livell ta’ għajxien bin-neċessitajiet kollha li wieħed jistenna u ħafna iżjed illum, flimkien ukoll ma’ opportunitajiet għal kulħadd biex javvanza bl-aħjar mod li jista’. Kull ġrajja u mument ta’ importanza kbira f’dan l-iżvilupp dejjem sabu t-tlajja’ quddiemhom. Il-kisbiet baqgħu sinifikanti proprju b’riżultat tas-sagrifiċċji kbar li kienu involuti biex intlaħqu. L-ebda minnhom ma sabu xi tapit jew sodda mifruxa. Anzi, ġrajjiet li għadhom jiġu miftakra minn missirijietna, li għexu dawk iż-żminijiet partikolari, jew l-ulied u n-neputijiet, li jirrepetu r-rakkonti li kibru bihom, huma xhieda ħajja ta’ ostakli u anke tfixkil minn min konvenjentement kellu intenzjonijiet u prijoritajiet differenti milli l-ġid komu-

ni tal-Maltin u l-Għawdxin. Minkejja dan, kienet fin-natura ta’ dan il-Moviment li ma jiqafx mal-kisbiet popolari. Kull tarġa ogħla li wassal lill-poplu fuqha kienet il-bidu għal ħidma sfiqa oħra fil-pass li jmiss ’il quddiem. “Illum li m’għadniex mixtiqin mill-ward, iż-żahar u nwar” (kliem Ray Mahoney minn Tema ’79), ma jfissirx li wasalna. Il-fatt li fl-aħħar tmien snin twettqu qabżiet kbar li pattew u għadhom ipat­tu għal żminijiet li l-poplu għamel jittituba fuq l-indana tal-ħajja biex forsi jagħmel pass ieħor jew almenu ma jaqax lura, ifisser li l-mixja trid tissokta. Għalkemm żgur mhux il-każ, imma jekk nillax­ kaw jew naħsbu li lħaqna kull milja nkunu qed inwettqu żball simili għal dak ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti, li nkixfu kemm żammew lin-nies ’il bogħod miċ-ċentru ta’ ħidmiethom. F’dan ir-rigward, din il-ġim­ għa l-Prim Mi­nistru Robert Abela kien preċiż u konċiż meta ddeskriva s-sinifikat tallum ta’ Jum il-Ħelsien li fakkarna nhar l-Erbgħa li għadda

– “Għan li rridu nġeddu u naħdmu għalih kuljum. Bħallum irridu nħarsu lura lejn l-imgħoddi biex napprezzaw minn fejn ġejjin. Iżda daqstant ieħor irridu naħsbu u nirriflettu dwar fejn irridu mmorru.” L-istess kif il-Mexxej Labu­ rista tenna li l-Ħelsien ta’ 42 sena ma kienx jieqaf dakinhar mat-tluq mill-Port il-Kbir tal-bastimenti bil-bandiera ta’ pajjiż barrani, daqskemm ma jfissirx li llum għandu jieqaf mal-fatt li aħna pajjiż sovran u indipendenti. Għax din ilġrajja baqgħet ħajja u se tibqa’ tħabbat fostna, inkluż illum li qegħdin niffaċċjaw il-bidu tal-irkupru mill-agħar pande­ mija f’għexieren ta’ snin. Għal darb’oħra, bi gwida ta’ Gvern għaqli u bieżel konna strumentali biex fl-aħħar 12-il xahar ġiet protetta bl-aħjar mod is-saħħa tan-nies u protetti anke l-interessi ta’ pajjiżna, tant li konna eżempju klassiku għal bosta oħrajn madwar id-dinja kollha. Għal darb’oħra, ir-reżiljenza tal-poplu inġenerali kienet fundamentali fis-sostenn tal-miżuri kollha li kellhom

jiddaħħlu u llum ninsabu fuq quddiem biex noħorġu minn dan iż-żmien diffiċli fl-istorja moderna. Għal darb’oħra, il-ħidma konġunta bejn amministrazzjoni u poplu se tkun ir-riċetta li tgħinna, bħala pajjiż, nirkup­ raw mir-riperkussjonijiet serji li kellna niffaċċjaw fl-aħħar xhur, inklużi dawk ekonomiċi. Se tgħinna nqumu fuq saqajna biex inkomplu niġru. Bl-istess mod bħalma, fl-aħħar tmien snin, l-istess riċetta biddlet ta’ taħt fuq id-destin li kien diġà mnaqqax għall-pajjiż. Għaldaqstant ejjew ma nħallu lil ħadd li jnessina jew jaljenana qisu l-ġid li nħoloq fl-aħħar snin waqa’ mis-sema, inkella agħar ikun hemm min jipprova jieħu xi kredtu meta mhux biss ma ħaqqux, iżda kien fl-ewwel lok responsabbli għall-problemi jew għallqagħ­da ħażina. Inħarsu lkoll ’il quddiem meta dak li għaddejjin minnu nimmarkawh bħala ostaklu ieħor megħlub u paġna oħra tad-deheb fl-istorja ta’ ġensna, grazzi għall-għaqal fit-tmexxija ta’ Gvern Laburista.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.