MANUVRI MILL-KLIKKA TAS-SOLTU
Nies mill-Kurja, Tonio Fenech u strateġisti tal-PN jikkordinaw il-kampanja kontra l-emenda li tħares l-omm … Fr Joe Borg jaqbeż għal Bernard Grech wara d-diskors fil-Parlament
Fl-aħħar sigħat intensifikat il-ħidma kontra l-emenda li ressaq il-Gvern fil-Parlament bil-għan li tagħti ċertezza legali littobba u lill-ommijiet f’każ li ħajjet l-omm tkun f’riskju jew saħħitha tkun f’periklu gravi.
Għal darb’oħra ngħaqdu biex jikkordinaw din il-kampanja persuni mill-Kurja talArċisqof, fosthom Fr Joe Borg, l-Eks Ministru Tonio Fenech u strateġisti tal-Partit Nazzjonalista fl-aħħar kampanja elettorali.
Il-parir li qed jagħtu hu li, filwaqt li l-PN iżomm b’saħħitha l-Oppożizzjoni fil-Parlament, fuq barra għandu jħalli f’idejhom ħalli jmexxu l-kampanja bil-għan li jiġbru lil kull min xi darba jew oħra tkellem kontra l-abort. Dan anke jekk l-emenda proposta ma tintroduċix l-abort u l-Gvern dan spjegah b’mod mill-aktar ċar.
F’chats, li nħolqu apposta fuq l-app ta’ WhatsApp u li l-KullĦadd għandha kopja tagħhom, hemm deputati Nazzjonalisti u opinjonisti li l-establishment ilu juża żmien twil. Fl-istess komunikazzjonijiet qed jintbagħtu messaġġi kontinwi dwar x’għandu jingħad u fejn. Il-parir hu li, din id-darba, dawk kollha involuti jridu jkunu sensazzjonali kemm jista’ jkun ħalli f’moħħ innies tiddaħħal il-perċezzjoni li l-Gvern irid idaħħal l-abort b’mod immedjat, mingħajr m’għandu mandat elettorali.
Tkompli f’paġna 5
TKABBIR FERM AKBAR MILLI KIEN IMBASSAR
Ħarġa Nru 1,534 Prezz €1 Il-Ħadd, 4 ta’ Diċembru, 2022
mill-ġdid
fit-triq it-tajba, bl-ewwel
xhur
jaqbżu sew kull
inkluż
Ikkonfermat
li l-ekonomija lokali tinsab
disa’
tal-2022
aspettattiva,
tal-Kummissjoni Ewropea Rapport f’paġna 8
VISITMALTA MAQBUD TAĦT TIFRIK TA’ BINJA LI ĠĠARRFET Rapport f’paġni 6 u 7
Ritratt:
L-Ogħla Temperatura: 21°C
L-Inqas Temperatura: 14°C L-Indiċi UV: 2
Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja ser tiksi ċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Xemxi
Ir-Riħ: Ħafif mill-Punent il-Lbiċ li jsir min-Nofsinhar il-Lbiċ Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif għal moderat L-Imbatt: Baxx mix-Xlokk It-Temperatura tal-Baħar: 20°C
SPIŻERIJI
LI
JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
Regent Pharmacy, 70, Triq Merkanti, Il-Belt Valletta – 21245135 Chemimart International Pharmacy, 650, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21236477 Anici Pharmacy, Triq Anici, Ħal Qormi – 21487162 Mackie’s Pharmacy, Triq L. Casolani, Ta’ Paris, Birkirkara – 21496089 St. Mark’s Pharmacy, Triq P. Borg Olivier k/m Triq Gianni Vella, Is-Swatar – 21440790 Balluta Pharmacy, 7, Pjazza Balluta, San Ġiljan – 21317888 Chemimart Pharmacy, 4,5,6, il-Piazzetta, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 21338369 Medicine Chest Pharamcy, Triq Demitriju Farrugia, Ħal Għargħur – 21422204 Rotunda Pharmacy, 7, Triq il-Kungress Ewkaristiku, Il-Mosta – 21411197 Health & Co Pharmacy, Triq l-Erba’ Mwieżeb, San Pawl il-Baħar – 79790119 St. Andrew’s Pharmacy, 25, Triq Dun Pawl, Ħal Luqa – 21820795
Pillhouse Pharmacy, 200, Triq il-Merħba, Il-Fgura – 21803008
St. James Pharmacy, Misraħ San Ġakbu, Ħaż-Żabbar – 21666194
Martin’s Pharmacy, 182, Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa – 21651031
Salus Pharmacy, 21, Misraħ ir-Repubblika, Iż-Żurrieq – 21680761
Remedies Pharmaacy, 5, Tagliaferro Mansions, Triq il-Prinċipessa Margerita, L-Imsida – 21346547 St. Anthony Pharmacy, 18 Triq il-Kbira, Ir-Rabat, Malta – 21454187 Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Ir-Rabat, Għawdex – 21557819 St. Joseph Pharmacy, 28, Pjazza San Ġużepp, Il-Qala, Għawdex – 21555348
SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR IL-ĦAMIS 8 TA’ DIĊEMBRU
Vilhena Pharmacy, 3, Triq Sant’Anna, Il-Furjana – 21244114
Trinity Pharmacy, 32 Triq il-Marsa, Il-Marsa – 21235595
Tal-Ħlas Pharmacy, 60, Triq Tumas Fenech k/m Triq l-Imdina , Ħal Qormi – 21487739
St. Bartholomew Pharmacy, 30, Triq Fleur-De-Lys, Santa Venera – 21482558
Remedies Chemists, Marina Court, 49A, Triq l-Abate Rigird, Ta’ Xbiex – 21341649
St. Andrew’s Pharmacy, Triq il-Qasam, Tal-Ibraġġ – 21371062
Brown’s Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Tas-Sliema – 21313233
Brown’s Naxxar Centre Pharmacy, Vjal il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar – 21411438
Brown’s St. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Ħ’Attard – 21436348
Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523554
Fleming Pharmacy, 61, Triq Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid – 21696893
Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126
Bellavista Pharmacy, 88 Triq il-Ħortan, Marsaskala – 21633788 34, Triq Ġużepp, Marsaxlokk – 21651873
Kristianne Pharmacy, Triq iċ-Ċavi, L-Imqabba – 21683048
Collis Williams St. Venera Pharmacy, 532, Triq ilKbira San Ġużepp, Santa Venera – 21238625
Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat, Malta – 21454274
Sokkors Pharmacy, Triq San Girgor, Kerċem, Għawdex – 21553018
St. John Pharmacy, 85, Triq l-Indipendenza, Ix-Xewkija, Għawdex – 21563052
*Mil-lum l-ispiżeriji se jkunu miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.
04.12.2022 02 NUMRI IMPORTANTI MEZZI SOĊJALI SIT ELETTRONIKU INDIRIZZ POSTALI KUNTATT ĠENERALI DISINN TAL-PAĠNI REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI EDITUR STAMPAT KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 www.one.com.mt tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495 email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495 email: ronald.vassallo@partitlaburista.org Miller Newsprint Ltd. KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000 www.facebook.com/kullhadd KIMBERLY CEFAI KIMBERLY CEFAI RONALD VASSALLO Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza – 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182 DETTALJI IT-TEMP
It-Tnejn 18°C 20°C 18°C 18°C 15°C 16°C 17°C 15°C UV 3 UV 3 UV 2 UV 2 Il-Ħamis L-Erbgħa Is-Sibt
GĦAL-LUM
19°C 16°C UV 1 It-Tlieta 20°C 17°C UV 1 Il-Ġimgħa
Din hi l-emenda għall-Kodiċi Kriminali li qed tiġi diskussa fil-Parlament
2. Minnufih wara l-artikolu 243A tal-Kodiċi għandu jidħol l-artikolu ġdid li ġej:
243B. Ma jkun twe aq l-ebda reat taħt l-artikolu 241(2) jew l-artikolu 243 meta t-terminazzjoni ta’ tqala tirriżulta minn intervent mediku magħmul bil-għan li tkun prote a s-saħħa ta’ mara tqila li tkun qiegħda tbati minn kumplikazzjoni medika li tkun tista’ tqegħdilha ħajjitha f’riskju jew saħħitha f’periklu gravi."
Q. Din emenda li se ddaħħal l-abort?
A. Le. Għax mhu se jitneħħa ebda reat mil-liġi tagħna u l-abort se jibqa’ reat.
Q. X’inhu l-iskop ta’ din il-liġi?
A. Din hi liġi favur id-dritt tal-ħajja u s-saħħa tal-omm u li se tiċċara fil-liġi dak li għal snin twal kien prassi interna fl-aħjar interess tal-pazjent.
Q. Min qal li l-liġi kif inhi llum ma tkoprix lill-professjonist mediku?
A. Kien l-Avukat tal-Istat li f’parir li ta, iddikjara b’mod ċar li l-prassi li ilha tintuża mit-tobba tagħna mhix koperta b’saħħa legali. Għalhekk jirriskjaw proċeduri kriminali kontra tagħhom, inkluż kontra l-omm.
Q. Omm tista’ tiddeċiedi waħedha li tittermina t-tqala?
A. Le. Id-deċizjoni li tkun itterminata t-tqala tista’ tittieħed biss mill-professjonisti mediċi bil-kunsens tal-omm u jekk ikun hemm l-estremitajiet provduti fil-liġi li huma riskju ta’ ħajja u periklu ta’ saħħa gravi. L-omm tista’ dejjem tirrifjuta intervent mediku.
Q. X’jiġri jekk it-terminazzjoni tat-tqala ssir b’abbuż tal-liġi?
A. Kemm il-professjonist mediku u kif ukoll l-omm ikunu suġġetti għal proċeduri legali kontra tagħhom.
Q. Jekk il-fetu jkun vijabbli u jista’ jgħix indipendentament mill-omm x’jiġri?
A. F’dak il-każ ma tiskattax in-neċessità rikjesta fil-liġi u jekk ikun stabbilit li l-fetu huwa vijabbli (jista’ jgħix barra l-ġuf) jrid jsir intervent mediku fl-interess tal-omm u kif ukoll tal-fetu, jiġifieri għandu jiġi mwelled. Il-ħajja tibqa’ prijorità.
FAQs Bl-emenda li ressaq il-Gvern, l-artikli fil-Kodiċi Kriminali li jagħmlu l-ABORT ILLEGALI, kienu, għadhom u SE JIBQGĦU HEMM. 1. 2. L-emenda tagħti ċertezza legali lit-tobba u l-ommijiet f’każ li ĦAJJET l-omm tkun f’riskju jew saħħitha f’PERIKLU GRAVI.
FEARNE: IL-LIĠI TRID TKUN HEMM
Wara li fil-Parlament aktar kmieni din ilġimgħa spjega kif ċerti komplikazzjonijiet gravi waqt it-tqala jpoġġu f’periklu kbir il-ħajja ta’ mara, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega li l-emenda li tressqet mill-Gvern għandha biss l-għan li ssalva l-ħajja u tassigura li ma jinbdewx proċeduri kriminali kontra t-tobba, li jintervjenu għal dan il-għan.
“Il-liġi għandha tkun hemm biex tipproteġi l-ħajja. Dan is-sajf indunajna li parti mil-liġi Maltija twaqqaf lit-tobba tagħna milli jsalvaw ħajja ta’ omm tqila li jkollha kumplikazzjoni serja ta’ saħħa. U, agħar minn hekk, il-liġi tikkastiga omm li tippermetti lil min isalvalha ħajjitha. F’soċjetà moderna dan mhuwiex aċċettabbli. Għalhekk, qed nagħmlu din l-emenda … emenda favur il-ħajja,” hu qal lill-KullĦadd
Il-Gvern qed iressaq qafas leġiżlattiv li jħares li tiġi salvata ħajjet l-omm u tiġi protetta saħħitha kemm-il darba jinqalgħu kumplikazzjonijiet mediċi matul it-tqala. L-emenda legali tagħti wkoll serħan il-moħħ lill-mara u lit-tabib li jagħmel l-intervent neċessarju, li ma jkunux jistgħu jiġu inkriminati, proprju kif tesiġi l-liġi llum.
Għaldaqstant, anke jekk hi prassi normali li ssir fl-Isptar (standing operational procedure) f’dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji, bl-emenda fil-liġi jkun hemm qafas leġiżlattiv li jagħtihom ukoll il-komfort li mhux se jkunu qed jiksru l-liġi meta jinqala’ l-każ.
Fl-aħħar jiem il-Prim Ministru Robert Abela wkoll kien ċar – l-emenda legali li qed iressaq il-Gvern tipproteġi ħajjet u saħħet l-omm f’każ ta’ kumplikazzjoni fit-tqala u mhix xi “ventilatur” biex jiġi introdott l-abort, kif hemm min qed jissuġġerixxi.
Huwa qal li d-diskussjoni għandha ssir mis-soċjetà u mhux tiġi maħnuqa mill-politiċi. Kien ukoll ċar, li n-naħa tal-Gvern żgur li mhux se tagħmel bħallKap tal-Oppożizzjoni li jgħid li nies li jaħsbuha bil-mod tiegħu biss fuq issuġġett għandhom jimmilitaw fil-Partit tiegħu.
L-argumenti ta’ Bernard Grech ġew attakkati għax huma kontra l-protezzjoni tan-nisa, iżda wkoll intremew il-baħar mill-Membru Parlamentari Ewropew tiegħu stess, Roberta Metsola. Il-President attwali tal-Parlament Ewropew iddikjarat ċar li l-pożizzjoni tagħha hi dik Ewropea, jiġifieri favur dritt sħiħ tal-abort. Bil-maqlub, l-emenda għal-liġi lokali ma tippermettix dan. Fid-dibattitu mqanqal fil-Parlament u fil-pajjiż, b’suġġett daqstant delikat u nazzjonali, spikkaw l-iżjed l-argumenti tal-PN ibbażati biss fuq il-gideb, il-biża’ u anke ż-żebliħ u d-disprezz lejn in-nisa inġenerali, kif għamel il-Kap Nazzjonalista nnifsu meta rrefera għall-każ ta’ koppja barranija li kixef l-anomalija filliġi ftit tax-xhur ilu.
F’diskors deskritt mill-Prim Ministru bħala misoġenista u dispreġjattiv fil-konfront tal-mara, Grech irredikola l-każ tal-Amerikana Andrea Prudente, li qanqal il-ħtieġa tal-emenda fil-liġi wara li fis-sajf li għadda kienet teħtieġ tali intervent mediku waqt li kienet għal btala f’pajjiżna. Grech saħansitra indika
li jaqbel ma’ teorija ta’ komplott li ħareġ biha wieħed mill-protagonisti tal-establishment, l-Eks Deputat Jason Azzopardi, li allega li l-barranija nġiebet apposta f’pajjiżna biex jinħoloq id-dibattitu.
L-intervent lil Prudente ma setax isir, għax ħajjitha kienet għadha mhix f’riskju dak il-ħin, kif tesiġi l-liġi Maltija, anke jekk it-tarbija tagħha ma kinitx se ssalva. Eventwalment il-fetu kien se jwassal biex aktar ma jgħaddi l-ħin il-ħajja tal-omm kienet se tiġi f’riskju gravi u jkun biss hemm li t-tobba f’Malta jintervjenu, kif tiddetta l-prattika lokali. Minflok, il-mara spiċċat tivvjaġġa lejn Spanja fejn sar l-intervent mill-ewwel.
Minnufih, grupp ta’ 135 tabib iffirmaw protest ġudizzjarju li talab għal reviżjoni taċ-ċaħda totali fil-kura tas-saħħa f’każi simili.
F’reazzjoni tiegħu mal-ġurnalisti, il-Prim Ministru qal li fil-Parlament il-poplu assista għal diskors xokkanti tal-Kap tal-Oppożizzjoni, anke ftit jiem biss wara l-qtil ta’ mara. Abela qal li żgur li l-Oppożizzjoni ma tistax titkellem li hi favur il-ħarsien tal-mara meta jkollok Kap tal-Oppożizzjoni li jitkellem b’dak ilmod fil-Parlament.
“Kont ixxokkjat u ddispjaċut għallmod kif tkellem,” tenna Dr Abela, filwaqt li għal darb’oħra saħaq li bl-emenda li qed iressaq ’il quddiem il-Gvern, mhux se jkun introdott l-abort.
Din mhix l-ewwel stqarrija li l-Prim Ministru kellu jagħmel fil-konfront talargumenti miġjuba mill-Oppożizzjoni, tant li bħal-lum ġimgħa waqt intervista fuq ONE Radio, indirizza lil dawk li llum qed jopponu l-emenda fil-kodiċi kriminali, fosthom l-Oppożizzjoni, u qal li mhix problema li dawn kontra l-emenda, li kuntenti bl-istatus quo, “imma għiduha kif inhi. Tiżirgħux biża’ billi tgħidu affarijiet li mhux minnhom.”
U ppreċiza wkoll il-qofol tal-emenda, li titkellem dwar riskju jew periklu gravi. “Għax min irid jopponi kollox, jibda jagħti l-impressjoni li din hi xi eċċezzjoni li se tintuża kapriċċjożament. Fissirna bl-aktar mod ċar li l-artikli li diġà jeżistu fil-kodiċi kriminali dwar l-abort se jibqgħu hemm … għalhekk emenda waħda, li se tkun qed tiċċara li meta l-professjonisti mediċi jaqblu li t-tqala għandha tkun itterminata minħabba kumplikazzjoni medika li tkun tista’ tqiegħed ħajjet l-omm f’riskju jew saħħitha ta’ periklu gravi, din it-terminazzjoni ma titqiesx bħala reat. Dik hi l-bidla li qed niddiskutu. Ċara!”
Il-Prim Ministru tenna wkoll kif innuqqas ta’ fatti u l-biża’ b’affarijiet li mhux minnhom huma intenzjonati biex iħawdu. Din l-arma ta’ tgħawwiġ tal-fatti u l-biża’ minn dejjem kienet favorita mal-PN.
Il-Partit Laburista wkoll fi stqarrija kkummenta dwar id-diskors tal-Kap tal-PN u ddeskrivieh bħala kontradittorju, konfuż u mibni fuq il-qerq, imma
L-emenda legali, li ġiet proposta mill-Gvern, tipproteġi ħajjet u saħħet l-omm f’każi ta’ kumplikazzjonijiet gravi li jinqalgħu fit-tqala l-abort se jibqa’ illegali fil-liġijiet ta’ pajjiżna
wkoll kien diskors insensittiv ta’ min reġa’ wera li mhux kapaċi jeleva ruħu mill-partiġjaniżmu biex jitkellem dwar suġġett daqstant sensittiv. Il-Kap tal-Oppożizzjoni jaf li m’għandux argument, tant li qabel bdiet id-diskussjoni fil-Parlament irrikorra għal messaġġ irrekordjat biex ma jkollux jiffaċċja l-mistoqsijiet li setgħu jpoġġuh dahru mal-ħajt. Li għamel fil-messaġġ kien biss tgħawwiġ tal-fatti minn dak li qed jiġi propost.
Kontra l-Prim Ministru li ripetutament qal li jibqa’ miftuħ għad-djalogu, Grech għalaq il-bieb għal kull tip ta’ demokrazija politika meta qed jinsisti li jgħaddi bilfors dak li qed jgħid il-PN. Apparti dan, qed jgħajjar b’ipokresija lill-Prim Ministru li qed ikun partiġjan u diviżiv, meta din hi l-għodda li qed iħaddan hu stess. Tant li se jagħlaq il-bieb f’wiċċ l-esponenti tal-Partit tiegħu li ma jaqblux mal-fehma tiegħu, kif iddettata lilu mill-establishment estremist Nazzjonalista.
Min-naħa l-oħra, il-Prim Ministru kkonferma li għaddejjin diskussjonijiet mhux biss mal-President ta’ Malta George Vella, imma wkoll ma’ stake-
holders oħrajn b’rabta mal-emenda proposta li tħares saħħet il-mara u l-professjonisti mediċi f’każ ta’ kumplikazzjonijiet fit-tqala.
Dan qalu f’kummenti lill-ġurnalisti l-Ħamis li għadda meta spjega li l-Gvern lest li jikkunsidra kwalunkwe rfinar li fi kliemu jista’ jagħti aktar serħan il-moħħ li l-intenzjoni hi ċarissima u limitata għal żewġ ċirkostanzi. Dawn huma meta “waqt it-tqala ħajjet l-omm qiegħda f’periklu jew saħħitha qiegħda f’periklu gravi … allura meta tabib jagħmel intervent u l-fetu jintilef hemm ikun eżentat kemm it-tabib kif ukoll l-omm prospettiva mir-responsabbiltà kriminali.”
Il-Prim Ministru għamilha ċara wkoll li b’dak li qed jiġi propost, ħadd mhu jikkontempla li b’xi mod se jkun introdott l-abort. Il-kampanja ta’ biża’ li qed tmexxi l-fazzjoni estremista Nazzjonalista hi bla limitu. Tant li biex jipprovaw jissostanzjaw l-argument tagħhom qed jikkwotaw ukoll statistika minn pajjiżi oħrajn, imma qed jikkwotawha barra mill-kuntest ta’ dak li qed tipproponi l-emenda fil-liġi mressqa mill-Gvern.
L-esponenti tal-PN qed jiżgwidaw ukoll bħalma għamel id-Deputat Beppe Fenech Adami meta fil-Parlament qal li bl-emenda, il-Gvern qed jittradixxi lill-poplu, inkluż lil-Laburisti. Kemm Fenech Adami kif ukoll sħabu li qed jikkummentaw qed jipprovaw idaħħluha
04.12.2022 04
L-arma ta’ tgħawwiġ tal-fatti u l-biża’ minn dejjem kienet favorita mal-establishment Nazzjonalista
BIEX TIPPROTEĠI L-ĦAJJA
huwa li tapoloġizzaw għall-insensittività u l-kummenti skorretti. Inkella, tistgħu tagħmlu kif għajjat diversi drabi l-Kap li kellkom qabel, ‘Barra’. Ma ħaqqkomx siġġu fil-Parlament.”
Il-kummenti ta’ Azzopardi qajmu wkoll rabja fil-grupp ta’ attivisti Women for Women. “Jiġifieri inti qed tinsinwa li din il-mara ġiet Malta biex tirriskja ħajjitha hawn? Għandek prova tal-allegazzjonijiet serji tiegħek jew kollox hu biss riżultat tal-immaġinazzjoni tiegħek?” kitbet Francesca Fenech Conti, fundatriċi tal-għaqda, waqt li akkużat lil Azzopardi bi tfigħ ta’ tajn.
L-attivista Andrea Dibben appellat lil Azzopardi biex isemmi lil dawk li hu sejjaħ kospiraturi, fil-każ tal-koppja Amerikana. “Kont naħseb li int persuna serja. Illum nikkonferma li sfortunatament dan mhux il-każ,” qaltlu Dibben, waqt li akkużatu b’gideb.
Fuq Twitter, l-Eks Deputata Nazzjonalista Therese Comodini Cachia, ukoll kienet iebsa fil-konfront tal-kummenti tal-eks kollega tagħha, anke jekk ma rreferietx għalih b’mod dirett. Hi kkritikat lil dawk kollha li “jitkellmu mill-warrani misoġiniku isteriku tagħhom aktar milli sempliċement jipparteċipaw u jikkontribwixxu għal dibattitu”.
Metsola kontra l-pożizzjoni tal-PN
Il-President tal-Parlament Ewropew u Membru Parlamentari Ewropew f’isem il-PN, Roberta Metsola, esprimiet fehma bil-kontra tal-Partit tagħha stess, anke jekk evitat li tkun ċara dwar id-dibattitu bl-emenda legali f’Malta u nħbiet wara l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew.
JOE BORG JIDDEFENDI D-DISKORS TA’ GRECH
Tkompli minn paġna 1
Fil-fatt, id-diskors tal-Kap Nazzjonalista Bernard Grech fil-Parlament nhar l-Erbgħa li għadda ġie kkritikat minn firxa wiesgħa tas-soċjetà, ħlief għal nies f’dan il-grupp ta’ strateġija, fosthom Joe Borg (ritratt).
f’moħħ il-poplu li din l-emenda hi “liġi tal-abort”.
Dan minkejja li jafu sew li b’dak li qed jiddiskuti l-Parlament l-abort fil-liġijiet Maltin se jibqa’ illegali.
Kif diġà ġie spjegat, fil-liġijiet qed issir emenda waħda biss, li tiċċara li, meta l-professjonisti mediċi jaqblu li t-tqala għandha tkun itterminata minħabba kumplikazzjoni medika, din ma tibqax titqies bħala reat taħt l-Artikli 241(2) jew 243 tal-istess Kodiċi Kriminali la għat-tobba nfushom u lanqas għallomm. Sal-lum dawn għadhom suxxettibbli għal massimu ta’ sentenza ta’ ħabs ta’ erba’ snin u tliet snin rispettivament.
Dak li qed iressaq il-Gvern, li qed jibqa’ jafda fl-abbiltà tal-professjonisti mediċi li jiġġudikaw każ każ individwalment, jinġabar f’sentenza waħda: li jassigura li l-omm tingħata l-kura meħtieġa f’każ li jkun hemm riskju għal ħajjitha jew każ ta’ periklu gravi għal saħħitha.
Tal-PN “ma ħaqqkomx siġġu fil-Parlament”
Kien hemm ukoll kliem iebes fil-konfront tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista minn Dr Lara Dimitrijevic, rappreżentanta legali tal-koppja Amerikana Andrea Prudente u żewġha Jay Weeldreyer, li spiċċaw fl-aħbarijiet lokali u internazzjonali wara li għaddew minn kumpli-
kazzjonijiet serji fit-tqala tal-mara waqt il-btala tagħhom fostna.
Il-koppja fetħet libell kontra l-Eks Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, li fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook allega li l-Amerikana nġiebet apposta Malta biex, skontu, titqajjem kontroversja u għalhekk tgħin lill-Gvern Laburista biex imexxi ’l quddiem l-emenda legali li qed tiġi proposta.
Azzopardi kiteb: “Trid tkun verament żibel (imma qaluli ma nistax nużaha din il-kelma) biex tikkonfoffa ma’ terzi barra minn Malta biex mara tqila tinġieb f’Malta ħalli tqum il-kontroversja tat-terminazzjoni tat-tqala għax taparsi kienet f’periklu. Din mhijiex ipoteżi, mhijiex teorija. DIN HIJA VERITÀ OĠĠETTIVA FATTWALI li seħħet”.
Dr Dimitrijevic ippreżentat ukoll libell ieħor kontra l-akkademiku Simon Mercieca minħabba kitba li dehret fuq il-blogg tiegħu intitolata “How two Americans games their child and the Maltese: The Prudente story”.
Fuq il-paġna tagħha fuq Facebook, Dimitrijevic indirizzat bi kliem iebes lill-Kap tal-Oppożizzjoni li wkoll għadda kummenti ċiniċi dwar il-koppja Amerikana u lil dawk li tkellmu f’isem il-PN, u qaltilhom li m’għandhomx għalfejn jinħbew wara l-privileġġ Parlamentari: “Istħu, u l-inqas ħaġa li tistgħu tagħmlu, jekk għandkom nitfa ta’ diċenza umana,
Mistoqsija diretta minn ġurnalista Żvediża f’isem il-MaltaToday, Metsola wieġbet li “din hi diskussjoni li qed issir fil-Parlament Malti. Jien ninsab hawn bħala President tal-Parlament Ewropew. Minn mindu sirt Viċi President, imbagħad President, il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew hi ċara dwar din il-kwistjoni, u din hi wkoll il-pożizzjoni tiegħi,” irrispondiet Metsola.
Kif inhu magħruf, il-Parlament Ewropew hu favur l-abort assolut u aktar kmieni din is-sena stess il-maġġoranza tal-MEPs ivvotaw biex jiddikjaraw l-abort bħala dritt bażiku tal-bniedem.Għalhekk, din id-dikjarazzjoni tpoġġi lil Metsola f’konfront mal-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni Maltija, li hi kontra bis-sħiħ l-abort.
Interessanti ferm intervista li Metsola kienet tat u kienet irrappurtata fil-ġurnali barranin, fosthom mill-ġurnalista Concha Lozano fir-rivista Spanjola Aceprensa, bit-titlu “Roberta Metsola: Politikanta kontra l-abort, sa ċertu punt”. “Sorsi fi ħdan il-PE kkonsultati minn Aceprensa jiddubitaw jekk Metsola tikkundannax l-abort jew jekk sempliċement hix qed tipprova tagħti vuċi lill-poplu Malti li vvota lilha fil-poter,” tgħid il-ġurnalista.
Metsola kienet diġà ffaċċjat mistoqsijiet simili dwar l-abort fl-ewwel konferenza tal-aħbarijiet wara l-ħatra flogħla kariga tal-Parlament Ewropew. Dak iż-żmien insistiet li se tirrispetta l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew.
Bħal Peppi Azzopardi, Joe Borg ta sehmu fl-aħħar kampanja Nazzjonalista u hu wkoll ħabib intimu ta’ Beppe Fenech Adami, wieħed minn dawk li għandu kontroll fuq Grech.
Fuq Facebook, Fr Borg qal li s-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg messha tistħi għall-mod kif ikkritikat id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni. “Bernard Grech għamel diskors tajjeb ħafna fil-Parlament,” kiteb Joe Borg, li skontu l-kritika kollha dwaru hi għax “minn żewġ ċagħkiet għamlu muntanja.” Mhux hekk biss, imma Borg qal li: “Bernard Grech wera sensittività kbira għan-nisa.”
Sakemm kien qed isir dan, nies mibgħutin mill-Kurja talArċisqof kienu qed iħabbtu l-bibien fil-lokalitajiet iwasslu l-istess messaġġ li Tonio Fenech kien qed jibgħat fuq WhatsApp biex illum in-nies jipprotestaw fi Pjazza Kastilja.
L-istess messaġġ inxtered fliskejjel kollha tal-Knisja, bħalma kien ġara f’okkażjonijiet oħrajn meta pajjiżna kien qed jagħmel riformi importanti, fosthom dik tal-In vitro fertilisation (IVF), li tat id-dritt lil aktar persuni biex isiru ġenituri.
04.12.2022 05
MAQBUD TAĦT TIFRIK TA’ BINJA LI ĠĠARRFET
Operazzjoni twila biex jiġi salvat żagħżugħ ta’ 20 sena wara inċident f’sit ta’ kostruzzjoni f’maħżen fiż-Żona Industrijali ta’ Kordin … b’kollox kienu involuti sitt ħaddiema, bi tnejn jiddaħħlu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva
Operazzjoni delikata mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex tinstab persuna li nqabdet qalb it-tifrik ta’ binja fi proċess ta’ kostruzzjoni, kienet għadha għaddejja sakemm morna għall-istampar tard ilbieraħ filgħaxija.
Kien għall-ħabta tad-9:30 a.m. li sfronda bini li kien jintuża bħala maħżen fiż-Żona Industrijali ta’ Kordin. Fil-ħin tal-inċident, jirriżulta li kien hemm sitt persuni ġewwa, b’ħamsa jinħarġu fi ftit ħin, iżda żagħżugħ Malti ta’ 20 sena kien għadu midfun taħt it-tifrik. Minn dawk salvati, li ttieħdu għall-kura l-Isptar Mater Dei, tnejn spiċċaw jiddaħħlu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva (ITU).
ONE News żvela wkoll li tlieta minn dawk midrubin jeħtieġu operazzjoni.
Filmat, li ġie ċċirkolat fuq il-midja soċjali, wera proprju l-mument li ġġarrfet il-binja f’Kordin. Il-ħin fuq il-filmat minn kamera tas-CCTV immarka preċiżament id-9:27 a.m. Id-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili Peter Paul Coleiro informa lill-midja minn fuq il-post tal-inċident li erba’ persuni ġew salvati minn ħaddiema tas-salvataġġ, waqt li persuna oħra
rnexxielha toħroġ waħedha minn qalb it-tifrik.
Hu spjega wkoll li l-operazzjoni biex tinħareġ l-aħħar persuna kienet delikata ħafna, minħabba li partijiet oħrajn tal-binja setgħu jċedu wkoll u b’hekk għamlitha diffiċli. Fuq il-post intalbet l-għajnuna mill-kumpanija Polidano Group li pprovdiet krejn biex ikun jista’ jitneħħa ċertu materjal.
Mal-aħbar tal-inċident inġabru fuq il-post numru kbir ta’ ħaddiema tas-salvataġġ mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, timijiet mediċi u għadd ta’ qraba ta’ dawk involuti.
Minn fuq il-post tal-inċident, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Byron Camilleri ħabbar, permezz tal-midja soċjali, li fl-operazzjoni mal-uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivli u uffiċjali mediċi, intużaw ukoll klieb imħarrġa fit-tiftix u drones.
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne rringrazzja lill-ħaddiema mediċi fuq is-sit fejn seħħ il-każ.
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali, immexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Marseanne Farrugia, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
04.12.2022 06
Kif antiċipajna ġimgħa ilu, il-Kelliem talOppożizzjoni għall-Intern Joe Giglio (taħt) fl-aħħar jiem kompla jressaq mistoqsijiet dwar l-istrateġija ta’ trasformazzjoni tal-Pulizija li tnediet sentejn ilu bl-iskop li, mingħalih, isib xi defiċjenzi fiha u jkun jista’ jattakka l-ħidma li saret u għadha ssir f’dan ir-rigward fejn qed jingħata servizz aħjar liċ-ċittadin u drittijiet u dinjità akbar lill-uffiċjali involuti.
Fl-aħħar jiem id-Deputat daħħal numru kbir ta’ mistoqsijiet Parlamentari, inklużi 18 fi spazju ta’ tliet seduti l-ġimgħa li għaddiet, biex anke jipprova jħammar wiċċ il-Korp jew il-Ministru responsabbli Byron Camilleri. Minflok, kif irrapportat fil-ħarġa tal-KullĦadd il-Ħadd li għadda, dan wassal biex effettivament inqela f’żejtu stess wara li t-tweġibiet tawh biss effett pervers.
L-aħħar mistoqsijiet tiegħu ffokaw fuq tliet miri fl-istrateġija għall-Korp, li għandha tiġi implimentata b’mod sħiħ sal-2025, u li jittrattaw il-benesseri, ittaħriġ u l-fakultà ta’ flessibbiltà fost l-uffiċjali.
Għad-domanda tiegħu dwar il-wegħda li jinbeda proċess ta’ saħħa u kura biex kull uffiċjal ikollu l-appoġġ fi kwistjoni ta’ saħħa mentali “u b’hekk ikollna Korp b’saħħtu, kemm fiżikament kif ukoll mentalment” u x’sar s’issa, il-Ministru Camilleri wieġeb fil-Parlament li ġie mwaqqaf il-Malta Police Wellbeing Working Group (MPWWG), li jiffoka fuq miżuri konkreti ta’ kif wieħed jista’ jtejjeb il-benesseri tal-impjegati kollha tal-Korp. “Għall-ewwel darba fit-18 ta’ Frar 2022, ġiet fis-seħħ Well-being Policy bil-ħsieb li l-Korp jippromwovi u jżomm is-saħħa mentali, fiżika u l-benesseri tal-impjegati fil-milja kollha tagħhom, permezz ta’ prattiċi ta’ xogħol xierqa, u tippermetti lill-ħaddiema li jieħdu r-responsabbiltà għassaħħa u l-benesseri tagħhom servizz ieħor introdott ma’ din il-policy hu dak tat-Traumatic incidents support outreach. Dan jippermetti li meta xi impjegat talKorp ikun espost għal xi sitwazzjonijiet trawmatiċi, bħal każi ta’ suwiċidji, telf ta’ ħajjiet jew involviment ta’ minuri waqt l-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tiegħu, il-Vic tim Support Agency, immedjatament tirreferih lill-Employee Support Pro gramme (ESP),” tenna Camilleri. Giglio wkoll staqsa dwar pro ta’ career path, kif indikat fl-istrateġi ja, biex kull membru fil-Korp ikollu l-istess opportunità li jiġi promoss u jmur f’taqsimiet biex isaħħaħ l-ab biltà tiegħu. Mit-tweġiba joħroġ li xahrejn biss wara li ġiet ippubblikata l-istrateġija, il-Korp nieda Horizon tal Movement Policy li tirregolarizza l-mod kif isiru trasferimenti ta’ uffi jali għal units speċjalizzati.
“B’din il-policy ġie stabbilit li sakemm ma jkollux xi forma ta’ spe jalizzazzjoni speċifika, kuntistabbli ġdid fil-Pulizija jrid jagħmel l-ewwel perjodu ta’ tliet snin jaħdem fid-dis trett jew fil-Community Policing, qabel
ma jkun jista’ jesprimi l-interess tiegħu għal ċaqliq f’xi skwadra speċjalizzata. Dan il-proċess reġa’ nbidel, tant li skont il-Policy eżistenti, tinħareġ espressjoni ta’ interess biex uffiċjali jesprimu l-interess tagħhom.”
Tweġiba oħra dettaljata, tat tagħrif dwar sistema fejn il-livell ta’ sodisfazzjon ta’ kull membru fil-Korp jiġi mkejjel u kif diġà twettaq stħarriġ intern minn PricewaterhouseCoopers fejn ħareġ li 77% tal-uffiċjali jħossuhom kburin li jifformaw parti mill-forza għaż-żamma tal-ordni. “Fil-ġimgħat li ġejjin il-Korp se jwettaq it-tieni verżjoni tal-istess studju, għas-sena 2022, fejn bir-riżultat tal-analiżi sussegwenti, ikun jista’ jsir paragun minn sena għall-oħra. Dan jgħin ukoll biex isir kull titjib u mmaniġġjar neċessarju,” saħaq, fost oħrajn, il-Ministru.
Permezz ta’ sensiela ta’ tweġibiet, li ngħataw il-ġimgħa l-oħra, ukoll ħareġ bl-aktar mod ċar kif l-istrateġija ta’ trasformazzjoni tal-Korp tal-Pulizija mhux biss qiegħda titħaddem, iżda, aktar minn hekk, tinsab fi stadju avvanzat minkejja li din mibnija fuq perjodu ta’ ħames snin.
Fost oħrajn issemma wkoll kif iddaħħlu numru ta’ proċeduri standard (SOPs) ta’ kif isiru l-affarijiet, verifiki fuq l-uffiċjali u l-introduzzjoni ta’ uffiċjal tal-integrità, fost ħafna aktar. Ilkoll urew li l-Korp tal-Pulizija qed jagħmel progress, bil-maqlub ta’ x’taħseb l-Oppożizzjoni li spiss tattakka lill-uffiċjali, inkluż Pulizija
04.12.2022 07
GĦAX-“XAGĦRA”
GIGLIO JKOMPLI JFITTEX BLA SUĊĊESS
FL-ISTRATEĠIJA TAL-PULIZIJA
TKABBIR FERM AKBAR MIT-TBASSIR
L-attività ekonomika fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena kienet 7.6% akbar minn dik irreġistrata fl-istess xhur tal2021, fost l-ogħla rati ta’ tkabbir li qatt ġew osservati mindu bdiet tinġabar din l-istatistika. Fil-fatt, din ir-rata hi ferm ogħla mit-tbassir ta’ madwar 6% li għamlu istituzzjonijiet, bħall-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali ta’ Malta. Minkejja li fl-ewwel xhur tas-sena f’pajjiżna kien għad hemm diversi restrizzjonijiet fuq l-attività ekonomika, il-Prodott Gross Domestiku (PGD) kien tliet kwarti ta’ biljun ewro aktar mil-livell milħuq fl-2019. Dan juri kemm l-ekonomija Maltija rkuprat malajr mill-pandemija, minkejja l-inċertezza ekonomika globali preżenti.
Fil-fatt, nofs it-tkabbir li seħħ, imqabbel mas-sena li għaddiet, kien ġej mis-settur tal-bejgħ, tat-trasport u tatturiżmu, biex issa dan qabeż dak irreġistrat qabel il-pandemija. Settur ieħor li f’pajjiżna baqa’ jikber b’rata fenomenali hu dak tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, li issa hu kważi 25% akbar milli kien fl-2019, indikatur kemm qed tibbenefika lil pajjiżna l-qalba diġitali. Anke s-settur tas-servizzi professjonali u dawk tar-remote gaming, il-manifattura u s-servizzi finanzjarji raw tkabbir sostanzjali.
L-ixprun tat-tkabbir ekonomiku kienet id-domanda domestika. Dan kien jirrifletti l-fatt li bejn Jannar u Settembru 2022 kien irreġistrat l-ogħla ammont ta’ dħul għall-ħaddiema li qatt ġie osservat fl-istorja. Fil-fatt, id-dħul tal-ħaddiema laħaq il-figura rekord ta’ €5.5 biljun, żieda ta’ 8% jew kważi nofs biljun ewro akbar mill-ammont ta’ dħul osservat is-sena li għaddiet.
Dan it-titjib fid-dħul wassal biex il-konsum privat tal-familji żdied b’aktar minn 11% fuq is-sena l-oħra, indikazzjoni oħra tal-qagħda b’saħħitha tal-Maltin u l-Għawdxin. L-istatistika tikkonferma kemm kien hemm żieda fl-attività tar-restoranti u anke l-lukandi mqabbel ma’ sena ilu, li fil-fatt żdiedet bi kwart.
Fattur importanti ħafna kien li l-investiment baqa’ għoli ħafna u laħaq iż-
€2 biljun. Dan hu fl-istess livelli osservati qabel il-pandemija meta l-ekonomija kienet qed tikber b’ritmu qawwi.
B’kuntrast, fl-erba’ snin wara r-riċessjoni li kien hemm fl-2008, l-investiment kien żdied biss f’sena waħda, anke jekk il-kriżi globali dak iż-żmien kellha impatt żgħir fuq pajjiżna u insinifikanti ħdejn dak li ġie esperjenzat bil-pandemija tal-COVID-19 u issa bil-gwerra fl-Ukrajna.
Din id-darba, sostnuti mill-appoġġ li ta l-Gvern, in-negozji reġgħu mill-ewwel lura għall-pjani ta’ espansjoni li kellhom. Dan wassal biex l-esportazzjoni laħqet rekord ta’ €18.6 biljun fl-ewwel
tliet kwarti tas-sena, jew €2.2 biljun aktar mil-livell ta’ qabel il-pandemija. Din hi l-aqwa konferma li permezz tal-politika progressiva li ħaddan il-Gvern Laburista ġiet salvagwardjata l-kapaċità produttiva tal-pajjiż.
Dan joħroġ ukoll mill-fatt li, skont l-istħarriġ ta’ kull xahar li tagħmel il-Kummissjoni Ewropea fost familji u negozji fl-istati kollha membri, f’Malta f’Novembru kien hemm żieda qawwija fil-fiduċja. Dan kien jirrifletti wkoll l-impatt pożittiv li l-miżuri mħabbrin filBaġit ta’ Ottubru kellhom fuq in-negozji u l-familji f’pajjiżna b’fiduċja akbar biex jimxu ’l quddiem.
04.12.2022 08 MARATONA 11 TA’ DIĊEMBRU ĠBIR TA’ FONDI 7987 0017 5170 2053 €15 BOV APP 5061 8900 SMS €6.99 5180 2036 €25 5190 2060 €50
VISITMALTA
Ir-riżultati ekonomiċi f’pajjiżna fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena jaqbżu sew kull aspettattiva li kien hemm Bejn Jannar u Settembru li għaddew ġie rreġistrat l-ogħla dħul għall-ħaddiema lokali li qatt ġie osservat fl-istorja ta’ pajjiżna –€5.5 biljun – li hu 8% akbar mill-2021 Nofs it-tkabbir fuq is-sena l-oħra jirriżulta f’setturi bħat-turiżmu li issa qabeż il-livell ta’ qabel il-pandemija Ritratt:
L-MTA TIFTAĦ UFFIĊĊJU REĠJONALI FIL-POLONJA
L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fetħet uffiċċju reġjonali f’Varsavja, il-Polonja, biex iservi bħala ċentru għad-domanda qawwija tas-suq Pollakk kif ukoll bħala punt ta’ riferiment għall-Ewropa tal-Lvant u r-reġjun Baltiku. L-uffiċċju reġjonali se jkun qed jitmexxa mid-Direttur għall-Polonja, l-Ewropa talLvant u r-reġjun Baltiku John Mary Attard.
Tul is-snin, is-suq Pollakk stabbilixxa ruħu bħala suq importanti għat-turiżmu lejn il-Gżejjer Maltin, b’żieda kostanti ta’ turisti rreġistrata kull sena. Filfatt, qed jiġi mbassar li sal-aħħar ta’ din is-sena, l-ammont ta’ turisti mir-reġjun li se jkunu għażlu li
jżuru pajjiżna jqarreb il-135,000.
Dan ifisser żieda ta’ kważi 30% fuq in-numru ta’ turisti Pollakki li kienu żaru Malta fl-2019.
Din l-informazzjoni tħabbret fil-ftuħ uffiċjali ta’ dan l-istess uffiċċju reġjonali mill-Ministru għatTuriżmu Clayton Bartolo, fil-preżenza ta’ Carlo Micallef u Gavin Gulia, Kap Eżekuttiv u Ċermen tal-MTA rispettivament.
Il-Ministru saħaq li l-ftuħ ta’ dan l-uffiċċju hu impenn ċar ta’ kemm Malta tinsab kommessa li tinvesti fis-settur turistiku. “It-turiżmu jibqa’ mutur ewlieni tal-ekonomija Maltija. Il-ftuħ ta’ dan l-uffiċċju jkom-
pli jikkonferma kemm il-Gvern hu determinat jara li s-settur turistiku mhux biss jirkupra, imma jissaħħaħ u jkun sostenibbli għaż-żmien li ġej,” hu qal.
Iċ-Ċermen tal-MTA qal li wara t-tkabbir konsistenti fl-ammont ta’ turisti mill-Polonja u anke mil-Lvant tal-Ewropa u mir-reġjun Baltiku, ittieħdet id-deċiżjoni li jinfetaħ is-seba’ uffiċċju reġjonali tal-Awtorità proprju fil-qalba tal-belt kapitali Pollakka.
“Permezz ta’ dan l-uffiċċju se nkomplu nsaħħu l-viżibilità ta’ VisitMalta, waqt li naħdmu wkoll fuq elementi oħrajn bħal konnettività u partnerships ma’ bosta operaturi tal-ivvjaġġar lokali,” temm Gulia.
Between 8th and 18th of December, 2022 we are transforming Salini Park into a magical, sustainable Christmas Village, where families can share the festive spirit, with lots of fun and scrumptious food, while discovering tips on how to make your Christmas celebrations sustainable and environment friendly.
Immerse yourself in the illuminated trail experience. Get in line to meet up with Santa Claus and enjoy the live entertainment and many other activities! FOR MORE INFO christmasinthepark.mt
04.12.2022 09
PROGRAMMI OPERATTIVI TAL-UE APPROVATI LKOLL B’SUĊĊESS
Il-Gvern Malti għalaq in-negozjati mal-Kummissjoni Ewropea fuq il-programmi operattivi kollha għas-snin 2021-2027. Din il-ġimgħa pajjiżna rnexxielu jagħlaq dawn in-negozjati xahar qabel iż-żmien miftiehem mal-Kummissjoni Ewropea. Din kienet l-aktar darba li l-Gvern Malti għalaq in-negozjati b’mod rapidu u rċieva l-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea fuq il-Programmi kollha fi żmien 18-il xahar.
B’mod parallel u fl-istess ħin, ingħalqu wkoll negozjati fuq l-ammonti u l-programmazzjoni, waqt li beda jiġi implimentat il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza u ġew assorbiti fondi mill-aktar kruċjali millprogramm REACT-EU b’risposta għall-pandemija COVID-19. Bl-għeluq tan-negozjati u l-approvazzjoni tal-programmi operattivi b’mod bikri, issa l-pass li jmiss hu li pajjiżna jibda jutilizza l-akbar pakkett li qatt ġie nnegozjat, dak ta’ €2.2 biljun ta’ fondi Ewropej, wara trattattivi mmexxija mill-Prim Ministru Robert Abela sentejn ilu. Dawn il-fondi se jgħinu lillGvern ikompli jinvesti u joħroġ bi proġetti jew inizjattivi ġodda li jgħinu fl-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż.
Wieħed mill-aħħar programmi approvati mill-Kummissjoni Ewropea kien l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi li għalih ġew allokati €47.8 miljun biex tissaħħaħ is-sorveljanza talfruntieri u jiġi ssalvagwardjat il-moviment ħieles tal-persuni fl-Unjoni Ewropea, fost oħrajn. Il-Ministru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u Artijiet Silvio Schembri rringrazzja lil dawk kollha involuti biex illum pajjiżna mhux biss għandu l-akbar programm ta’ fondi miġjub lejn pajjiżna, iżda kull programm ġie approvat qabel iż-żmien. “Issa se nkunu qed inxammru l-kmiem u naħdmu għall-implimentazzjoni ta’ kull programm. Se nkomplu nħeġġu lill-privat biex hu wkoll japplika u jagħmel użu mill-fondi Ewropej, biex b’hekk inkomplu ntejbu l-prodott tagħna u ninċentivaw l-ekonomija,” qal il-Ministru Schembri.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett qal li hu sodisfatt li l-Gvern Malti rnexxielu jagħlaq in-negozjati mal-Kummissjoni Ewropea fi żmien rekord u xahar qabel iż-żmien miftiehem
u issa jħares ’il quddiem għallproċess ta’ implimentazzjoni li se jwassal biex pajjiżna jkompli jikseb l-għanijiet soċjo-ekonomiċi tiegħu.
“Inħares b’ħerqa lejn Jannar li ġej fejn se jkun hawn f’pajjiżna l-Kummissarju Ewropew għall-Koeżjoni u Riformi Elisa Ferreira biex invaraw dawn ilprogrammi. Ninnota b’sodisfazzjon li l-Kummissjoni dejjem ikollha kliem ta’ tifħir għall-ħidma li qiegħda twettaq Malta fejn jidħlu l-fondi Ewropej, għax konxji li malGvern Malti jafu fejn qegħdin u ċerti li l-fondi se jiġu investiti fl-aħjar interess tal-pajjiż u tal-poplu Malti,” tenna s-Segretarju Parlamentari Bonett.
€166 miljun f’fondi Ewropej għas-settur agrikolu
Sadanittant, din il-ġimgħa wkoll, il-Kummissjoni Ewropea approvat il-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komu-
ni (CAP) għas-snin 2023-2027. B’allokazzjoni ta’ €166 miljun f’fondi Ewropej, il-Gvern Malti se jkun jista’ jkompli jinvesti fis-settur agrikolu u jindirizza sfidi nazzjonali li jaffettwaw dan is-settur u żoni rurali.
B’dawn il-fondi, il-pjan għandu l-għan li jkompli jgħin fejn tidħol is-sigurtà tal-ikel u l-miri ambjentali u klimatiċi, fost oħrajn. Il-Gvern se jniedi inizjattivi u jinvesti fil-bdiewa anki permezz ta’ skemi ġodda li għandhom l-għan li jgħinu b’mod dirett lill-bdiewa, fosthom biex jinvestu u jiddiversifikaw. Se jinħarġu wkoll skemi apposta biex żgħażagħ jiġu inkoraġġiti jidħlu f’dan il-mestier.
Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet talAnnimali Anton Refalo qal li “b’sodisfazzjoni kbir nilqa’ l-aħbar li l-Kummissjoni Ewropea approvat il-pjan strateġiku Malti. Permezz ta’ dan il-pjan, pajjiżna se jkun qed jassigura
li l-qasam agrikolu jibqa’ jissaħħaħ u jsir aktar sostenibbli, reżiljenti u modern.”
Hu kompla jgħid li s-settur agrikolu Malti qed jiffaċċja bosta sfidi u l-pjan strateġiku qed jara li l-bdiewa Maltin u Għawdxin ikollhom dħul ġust għax-xogħol li jwettqu. “Dan jimliena b’kuraġġ ukoll, hekk kif fi żmien li l-isfidi internazzjonali qed iħallu impatt fuq is-settur agrikolu ta’ pajjiżna, dawn il-fondi Ewropej li pajjiżna nnegozja b’suċċess, se jkunu qed ikomplu jservu ta’ spalla għall-ħaddiema kollha f’dan il-qasam,” ikkonkluda l-Ministru Refalo.
Il-Ministru Silvio Schembri qal li dawn huma fondi li se jintużaw f’settur importanti ħafna għal pajjiżna, speċjalment fl-isfond tal-kunflitt bejn ir-Russja u l-Ukrajna. “Irridu naraw li l-bdiewa tagħna jinvestu fi proġetti diversi u sostenibbli biex b’hekk jibqgħu jiżguraw li jkollna sigurtà fl-
ikel.”
Is-Segretarju Parlamentari Bonett qal li pajjiżna rnexxielu jinnegozja b’suċċess dan ilpjan strateġiku mal-Kummissjoni Ewropea li permezz tiegħu Malta se tingħata €166 miljun għas-settur. “B’dawn il-fondi mhux biss se nindirizzaw l-isfidi ambjentali li qed iħallu impatt fuq dan is-settur, imma se nkomplu ngħinu b’mod tanġibbli lill-bdiewa u nintervjenu u ninvestu fejn hemm bżonn f’dan is-settur importanti għal pajjiżna,” qal Bonett.
€31 miljun fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura
Il-Kummissjoni Ewropea approvat ukoll il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, isSajd u l-Akkwakultura għal Malta għas-snin 2021-2027.
Bl-allokazzjoni li ħadet Malta u bil-kontribuzzjoni nazzjonali, pajjiżna se jkun qed jinvesti €31.1 miljun fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura, settur li hu wkoll riżorsa importanti għall-pajjiż.
Dawn il-fondi se jiġu investiti biex Malta timplimenta azzjonijiet li jindirizzaw it-tibdil fil-klima, il-protezzjoni tal-ambjent u l-bijodiversità. Se jingħata taħriġ professjonali lis-sajjieda, se jitwettaq investiment infrastrutturali fil-portijiet tas-sajd u għandha ssir riċerka u kampanja biex tiġi mħarsa l-bijodiversità.
F’dan ir-rigward, il-Ministru Schembri qal li dawn huma fondi għal settur importanti fl-ekonomija ta’ pajjiżna. “Sa mill-bidu tal-istorja tagħna, is-sajd kien dejjem industrija importanti u fond ta’ għajxien għal pajjiżna. Permezz ta’ dawn il-fondi se nkunu qed naraw li jkollna proġetti li jgħinu biex dan il-qasam ikun aktar sostenibbli.”
Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej millġdid laqa’ l-approvazzjoni ta’ programm operattiv ieħor mill-Kummissjoni Ewropea li se jgħin lil Malta tinvesti aktar fis-sajjieda u f’dan is-settur. “Malta issa impenjata li twettaq b’suċċess l-implimentazzjoni ta’ dan il-programm biex b’dawn il-fondi nkomplu nibnu fuq id-diversi azzjonijiet li ġew implimentati mill-programm 2014-2020.
Għaldaqstant, kommessi li nkomplu ninvestu f’dan is-settur li minnu jaqilgħu l-għajxien tagħhom is-sajjieda,” qal Dr Bonett.
04.12.2022 10
mill-bidu ta’ Jannar
pajjiżna
Il-pass li jmiss hu li,
li ġej,
jibda jutilizza l-akbar pakkett ta’ fondi Ewropej innegozjat Illum Malta mhux biss għandha l-akbar programm ta’ fondi li nġieb bi trattattivi mmexxijin mill-Prim Ministru Robert Abela, iżda kull programm ġie approvat mal-UE qabel iż-żmien
“RIGAL BI MĦABBA”
QED TIRRITORNA GĦAT-TIELET SENA
L-inizjattiva ta’ altruwiżmu mnedija minn mart il-Prim Ministru li taċċerta li t-tfal kollha jirċievu mument ta’ ferħ għal żmien il-Milied
Mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela, ħabbret għat-tielet sena konsekuttiva l-inizjattiva “Rigal bi Mħabba”.
Fi Pjazza Kastilja, is-Sinjura Abela flimkien mat-tifla tagħha Giorgia Mae, xegħlu s-Siġra tal-Milied u taw bidu għall-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ “Rigal bi Mħabba”.
Fl-aħħar snin eluf kbar ta’ familji u anke negozji Maltin u Għawdxin laqgħu din l-istedina u ħallew ir-rigali għat-tfal inqas ixxurtjati taħt is-Siġra tal-Milied li tintrama fil-pjazza prominenti fil-kapitali quddiem l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
“L-iskop ewlieni ta’ ‘Rigal bi Mħabba’ hu li nferrħu lit-tfal Maltin u Għawdxin kollha u għalhekk irridukom tingħaqdu magħna fl-aħħar ġurnata ta’ din l-inizjattiva, għal spettaklu mill-isbaħ u ġurnata ta’ attivitajiet li se nkunu qed intellgħu fi Pjazza Kastilja – permezz ta’ Villaġġ tal-Milied,” qalet Dr Abela, waqt li ħabbret li se jittella’ wkoll spettaklu ta’ mużika u kunċert mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta, fost attivitajiet oħrajn. “Li hu żgur hu li l-21 ta’ Diċembru se tkun
ġurnata għall-familji,” kompliet mart il-Prim Ministru.
Dr Abela ħabbret ukoll li din is-sena l-inizjattiva se tkun mifruxa madwar il-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex bis-sehem tal-kunsilli lokali li se jkunu qegħdin jinvolvu u jħeġġu lin-nies iħallu r-rigali fil-pjazez rispettivi tagħhom.
In-nies huma mħeġġa li mit12 ta’ Diċembru li ġej iħallu rigal addattat għal tfal sal-età ta’ 12-il sena, bil-qofol tal-kampanja mbagħad jintlaħaq disat ijiem wara fi Pjazza Kastilja.
“Iż-żewġ edizzjonijiet preċedenti kienu suċċess. Ma nistax ma nirringrazzjax lill-forzi dixxiplinati kollha li għenu mill-bidu sal-aħħar fit-tqassim tar-rigali. Din ilparti ta’ ‘Rigal bi Mħabba’ jkun fiha ħafna xogħol u napprezza s-sens ta’ altruwiżmu li wrew biex jaċċertaw li kull tifel u tifla jkollhom rigal. Il-forzi tal-ordni tagħna se jerġgħu jkunu magħna mill-ġdid f’din l-edizzjoni u ta’ dan ngħidilkom grazzi talli se tmorru pass oltre mix-xogħol tagħkom u turu kemm verament għandkom is-soċjetá kollha għal qalbkom,” qalet is-Sinjura Abela.
L-attività se tkun mifruxa fil-lokalitajiet kollha bis-sehem tal-kunsilli lokali
Sejħa għall-offerta għ al xogħlijiet:
Framework Agreement għat-twettiq ta’ xogħol ta’ tiswija strutturali u oħrajn f’postijiet tal-Gvern f’Malta u f’Għawdex (Rif. CT 2373/2022, Avviż Nru. CT001/2022).
L-offerta tagħlaq fl-20 ta’ Diċembru 2022 fid-09:30 ta’ filgħ odu.
Id-dokument jiġ i miksub u imniżżel BISS minn fuq is-sit eletroniku http://contracts.gov.mt/en/Tenders/Pages/Tenders.aspx.
Kull kjarifika jew addenda fuq l-offerta jiġ u mtella u jinkisbu minn fuq is-sit http://contracts.gov.mt/en/Tenders/Pages/Tenders.aspx.
04.12.2022 11
MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI GVERN TA’
MALTA
Ritratt: CLIFTON FENECH/DOI
F’AKKOMODAZZJONI AFFORDABBLI
tipprovdi għalihom il-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli, entità li l-Ministeru tiegħi fetaħ mal-Arċidjoċesi ta’ Malta ftit tax-xhur ilu.
It-Tnejn li għadda, wara tmiem il-ġimgħa fejn ġarrabna kemm maltemp kif ukoll traġedja piroteknika li xxukkjat lil pajjiż kollu speċjalment lir-raħal żgħir u trankwill ta’ Ħal Kirkop, inżilt proprju ġewwa dan ir-raħal biex inżur proprjetà li se tagħti ftit tama.
Din il-proprjetà llum hija vakanti u tista’ tidher mitluqa mal-ewwel daqqa t’għajn, però għada pitgħada din se tkun qed tilqa’ fiha l-ewwel persuni li se jibbenefikaw minn kirjiet affordabbli li se
Tajjeb li nisħaq l-importanza tal-kollaborazzjoni tal-Gvern mal-Knisja f’dan il-qasam, għaliex mingħajr l-għajnuna tagħhom, dawn il-proġetti kienu jibqgħu xewqat sbieħ fuq il-karta. Filfatt, din il-binja li żort aktar kmieni din il-ġimgħa kienet kunvent tas-sorijiet li sa ftit anqas minn 10 snin ilu kienet għadha tintuża għal skopijiet ta’ duttrina.
Bl-intervent tas-sezzjoni tal-proprjetà tal-Arċidjoċesi ta’ Malta u l-kollaborazzjoni sħiħa tal-Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Anard f’Ħal Kirkop, din il-binja se tgħaddi b’titolu ta’ ċens lill-Fondazzjoni biex tiġi konvertita f’għadd ta’ djar residenzjali li se jinkrew b’rati li huma anqas minn dawk tas-suq lil persuni li jikkwalifikaw għal tali għajnuna. Nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja
lill-Arċisqof talli emmen f’dan il-kunċett mill-ewwel ġurnata u li qed jgħinna noħolqu dan is-settur ġdid u bżonjuż ta’ akkomodazzjoni f’pajjiżna. Dan l-isforz li qed nagħmlu ġej mill-fatt li qed nirrikonoxxu li hemm sfida fost dak il-grupp ta’ persuni li mhumiex eliġibbli għall-akkomodazzjoni soċjali però lanqas
jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fis-settur tal-proprjetà privat. Għamilna kulma stajna għal dan is-settur f’dawn l-aħħar ħames snin billi ħloqna diversi skemi ta’ sussidju u għajnuna, però ma kienx biżżejjed.
Wasal iż-żmien li l-Gvern flimkien mal-entitajiet li jaqsmu l-istess impenn soċ-
jali jibdew jidħlu huma wkoll bħala players fis-suq u joffru alternattiva denja lil min bħalissa jħossu emarġinat mill-prezzijiet medji li jeżistu kemm fejn jidħlu kirjiet residenzjali privati u kemm il-bejgħ ta’ proprjetajiet residenzjali. Pass pass, naslu wkoll biex nagħmlu tibdil pożittiv f’dan il-qasam.
Ir-responsabbiltà primarja tal-Gvern hija li juża r-riżorsi kollha għad-dispożizzjoni tal-pajjiż u biex bihom itejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini li jirrappreżenta. Għaldaqstant, quddiem din ir-responsabbiltà l-ewwel prijorità tal-Gvern dejjem kienet li r-riżorsi li għandna ma naħluhomx u wisq aktar nitilfuhom. U din il-mentalità ġiet riflessa fuq il-fondi Ewropej.
Malta diġà użat 80% tal-fondi Ewropej tal-Koeżjoni allokati għalina għas-snin 2014-2020. Figura li hi 7% aktar meta mqabbla mal-fondi
użati għall-2007 - 2013. Dan issuċċess faħħritu l-Kummissarju Ewropew Elisa Ferreira li stqarret li Malta hi fost l-aqwa pajjiżi tal-Unjoni Ewropea flużu tal-fondi Ewropej.
Din il-ġimgħa għalaqna n-negozjati mal-Kummissjoni Ewropea fuq il-programmi operattivi, għalaqna dawn in-negozjati xahar qabel iż-żmien.
Din hija kisba importanti ħafna li għamilna bħala Gvern Laburista. Taħt Gvern Nazzjonalista, kellna sitwazzjoni fejn konna qed nirriskjaw li jitnaqqsulna l-fondi allokati għal Malta għax il-Gvern ta’ dak iż-żmien ma użax il-flus għad-dispożizzjoni tiegħu. Din kienet riflessjoni tat-traskuraġni fit-tmexxija li wasslet għal staġnar ekonomiku u soċjali.
Illum Malta qed tgawdi minn reputazzjoni ta’ pajjiż serju li għandu Gvern bi pjan għall-fondi li nnegozja għalihom, u li qiegħed jimplimenta dak il-pjan b’suċċess.
Din is-sena kienet sena kruċjali għal Malta fejn jidħlu l-fondi Ewropej. Kemm biex nikkonkludu l-programmi eżistenti, kif ukoll għax
din is-sena kienet il-qofol għan-negozjati mal-Kummissjoni Ewropea biex nibdew kapitlu ġdid ta’ suċċess. Kapitlu ġdid imsejjes fuq il-kisba storika ta’ fondi Ewropej ta’ aktar minn €2 biljun li nnegozja l-Prim Ministru. Hemmhekk skatta proċess importanti fejn is-segretarjat li tiegħu responsabbli jien beda jaħdem fuq l-iżvilupp ta’ programmi u pjanijiet li jipprovdu l-qafas sabiex matul is-seba’ snin li ġejjin niktbu iktar stejjer ta’ suċċess.
Issa għandna għajnejna fuq Jannar għax hemm irridu nwettqu t-tieni parti mill-wegħda li għamilna lill-Kummissarju. Fl-ewwel xahar tas-sena se nibdew niftħu l-programmi ta’ dawn il-fondi u nitilqu niġru biex niktbu iktar stejjer ta’ suċċess.
Dawn il-fondi ser ikunu pedina importanti fil-viżjoni tal-Gvern Laburista, sabiex inwettqu l-bidliet li hemm bżonn nagħmlu biex nibqgħu fost l-aqwa fl-Unjoni Ewropea f’oqsma differenti. Issuċċess tal-Gvern mhux skuża biex nieqfu naħdmu. Dan mhux Gvern li se jistrieħ fuq
is-suċċessi tiegħu stess imma li ser ikompli jibni Malta dejjem iktar reżiljenti, Malta iktar ġusta, Malta iktar ambjentali u fuq kollox Malta ta’ iktar opportunitajiet.
Madanakollu, l-opportunitajiet inutli jkunu qegħdin hemm jekk in-nies jemmnu li l-fondi Ewropej huma wisq diffiċli għalihom biex jilħquhom. L-ambizzjoni tiegħi hi li dik iżżagħżugħa li tixtieq tkompli tistudja fix-xjenza; dak il-ħaddiem li jrid jitħarreġ biex isib xogħol aħjar; dak l-individwu li jrid jiftaħ l-ewwel negozju tiegħu; dak in-negozju li jrid jimmodernizza, dik il-komunità li tixtieq ittejjeb l-ambjent tagħha; u dak l-anzjan li jixtieq akkomodazzjoni soċjali iktar aċċessibbli kollha jkollhom aċċess miftuħ u sempliċi għall-fondi li għandom għad-dispożizzjoni tagħhom.
Minn Jannar li ġej ser nitilqu niġru bl-implimentazzjoni ta’ skemi u proġetti b’dawn il-fondi, sabiex nibdew naqtgħu l-frott li żrajna u li pajjiżna għandu f’idejh. F’Jannar mill-ewwel ser nibdew billi niftħu l-iskemi li nnegozjajna, nibdew nużaw
il-flus li hemm allokati għalina u ser nagħmlu kampanja b’saħħitha b’messaġġ wieħed, li l-fondi Ewropej huma viċin in-nies, għan-nies u tan-nies.
Illum Malta qed tgawdi minn reputazzjoni ta’ pajjiż serju li għandu Gvern bi pjan għall-fondi li nnegozja għalihom, u li qiegħed jimplimenta dak ilpjan b’suċċess
04.12.2022 12
Ministru
IL-FONDI EWROPEJ
RODERICK GALDES
STORJA TA’ SUĊĊESS
Segretarju Parlamentari
CHRIS BONETT
REKLAMAR TURISTIKU B’SAĦĦTU U EFFETTIV
Il-kampanja “Dream Malta Now....Visit Later” kienet waħda ta’ suċċess tant li offritilna pjattaforma b’saħħitha sabiex nimirħu fl-attività ta’ marketing tagħna, l-ewwel fil-pajjiżi Ewropej, imbagħad komplejna nifirxu fi swieq iktar imbiegħda fl-Amerka ta’ Fuq, filLvant Nofsani u f’ċerti pajjiżi Ażjatiċi malli reġgħu fetħu għat-turizmu internazzjonali.
vixin nazzjonali fi Franza, fir-Repubblika Ċeka, fil-Ġermanja, fl-Olanda, fl-Italja, fil-Ġappun, fil-Polonja, fil-Korea t’Isfel, fi Spanja, fil-Portugall, fl-Iżvizzera u fil-Gran Brittanja.
ta’ numru ta’ awards bl-aktar wieħed riċenti dak ta’ Lonely Planet.
ra l-pajjiż flimkien mar-rotot u mal-frekwenzi ta’ titjiriet minn bliet barranin.
Il-promozzjoni ta’ pajjiżna fi swieq barranin, anke waqt il-pandemija, ma waqfet qatt. Filwaqt li assigurajna li n-nefqa tkun ikkontrollata għas-sitwazzjoni u l-prospetti ta’ turiżmu f’xenarji differenti, bqajna dejjem attivi, b’inizjattivi differenti, kemm mal-pubbliku ġenerali kif ukoll ma’ aġenti tal-ivvjaġġar, operaturi turistici kif ukoll mal-linji tal-ajru.
B’dan il-mod saħħaħna l-koperazzjoni tagħna mal-industrija turistika f’Malta, f’Għawdex kif ukoll barra l-pajjiż, tejjibna l-għarfien tal-prodott u tal-esperjenza turistika li joffru l-Gżejjer Maltin.
L-investiment maġġuri f’dawn l-aħħar snin kien intensifikat iżjed fuq mezzi diġitali hekk kif l-industrija ta’ reklamar u marketing żviluppat kunċetti ġodda li jippermettu u joffru opportunità li kampanji jkunu ppjanati u mmirati lejn gruppi demografċi, reġjuni ġeografiċi u niċeċ speċifiċi.
Mill-bidu tas-sena sallum l-Awtorità Maltija għatTuriżmu f’pajjiżna laqgħet f’pajjiżna 323 persuna li jinkludu ġurnalisti, influencers u blogers, 19-il krew tat-televixin u iżjed minn 400 aġent tal-ivvjaġġar. Miż-żjarat tal-midja huwa stmat li l-valur tal-midja li Malta bbenefikat minnu f’termini promozzjonali jaqbeż it-€30 miljun.
Malta u Għawdex gawdew minn promozzjoni fuq it-tele-
Matul din is-sena, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu pparteċipat f’iżjed minn 50 fiera, esibizzjoni jew workshop madwar id-dinja. Il-parteċipazzjoni involviet stand ta’ pajjiżna, attendenza minn membri tal-MTA minn Malta, l-uffiċini ta’ barra l-pajjiz, flimkien ma’ lukandiera u aġenti Maltin u Għawdxin.
Il-qofol ta’ dan kollu lħaqnieh f’waħda mill-akbar fieri internazzjonali fid-dinja, il-World Travel Market, fejn fiha l-impatt ta’ Malta kien pożittiv ferm u l-indikazzjonijiet li ħadna mid-diversi laqgħat li kellna kif ukoll minn dak li qalulna l-lukandiera u l-aġenti Maltin preżenti, għas-sena 2023, Malta u Ghawdex huma mfittxija ferm u nistennew li l-andament turistiku jkun b’saħħtu u aħjar mill-2022.
Il-ħidma tal-uffiċċji reġjonali tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kienet effettiva u dan deher biċ-ċar bir-rebħ
Malta rebħet awards fil-Ġermanja, fl-Italja, fl-Ingilterra, fl-Amerika, fl-Irlanda u fi Spanja, f’niċeċ varji bħalma huma dawk tal-Konferenzi, LGBTIQ+ u turiżmu sportiv. Dawn l-awards intrebħu bil-voti tal-pubbliku, tal-aġenti tal-ivjaġġar, tal-operaturi turistiċi, tal-ġurnalisti u tal-esperti fit-turiżmu.
Qegħdin inħarsu lejn is-sena l-ġdida b’ottimiżmu minkejja l-isfidi kollha madwar id-dinja u l-kompetizzjoni sfrenata ta’ destinazzjonijiet ġirien.
Dan is-settur jeħtieġ sforz kollettiv minn kulħadd sabiex flimkien ma’ dawk kollha involuti nwasslu l-messaġġ ta’ Malta u Għawdex li pajjiżna jingħażel ghax joffri esperjenza turistika unika li kapaċi tissodisfa lil kull età tul is-sena kollha b’attrazzjonijiet u b’attivitajiet li jissodisfaw l-interess ta’ dawk li jsiefru sabiex jesperjenzaw u jgawdu storja, arti, gastronomija, attività sportiva u kulturi oħra.
Sabiex nagħmlu dan ser inkabbru u nestendu l-attività ta’ marketing tagħna bar-
Gwidati mill-pjan strateġiku 2021-2030 se nimmiraw li nkabbru t-turiżmu barra mix-xhur tas-sajf u nattiraw turiżmu ta’ kwalità li f’kull niċċa jkun lest jonfoq iktar għall-esperjenza filwaqt li l-industrija ssir dejjem iżjed sostenibbli.
Dan huwa frott ta’ ħidma impenjativa ta’ numru kbir ta’ nies li r-riżultati tagħhom rajniehom u qegħdin narawhom b’għajnejna f’lukandi u f’restoranti mimlijin attività u f’postijiet turistiċi oħra.
Għas-sena d-dieħla, il-miri huma li nkomplu nkattru l-konnettività bl-ajru billi nżidu n-numru ta’ rotot u l-frekwenzi ta’ rotot eżistenti sabiex ikollna airline capacity adekwata f’pajjiżna u li nwessgħu l-attività ta’ marketing f’aktar swieq u segmenti bħat-turiżmu sportiv, turiżmu kulturali u reliġjuż hekk kif dawn jgħinuna nistimolaw it-tip ta’ investiment turistiku li jeħtieġ sabiex inkunu nistgħu nilħqu l-miri strateġiċi tagħna ta’ turiżmu aktar sostenibbli u ta’ valur ogħla b’mod aktar effettiv.
L-ISFIDI F’OPPORTUNITAJIET
jonqos. Bla dubju kisbiet bħal dawn, ma jsirux waħedhom. Warajhom hemm ħidma li ma tieqaf qatt sabiex pajjiżna jibqa’ jkollu ekonomija b’saħħitha li tħeġġeġ lin-negozji u lill-investituri jinvestu f’diversi oqsma f’pajjiżna. Gvern Laburista għall-kuntrarju ta’ Gvern Nazzjonalista, meta jinqalgħu sfidi globali, mhux iwaħħal f’dawk l-isfidi u jgħolli l-kontijiet tad-dawl, jew jipprova jiġġustifika l-qgħad.
dawl u l-fuel. Gvern Nazzjonalista tefa’ piż ta’ €1,500 fuq il-familji Maltin, filwaqt li Gvern Laburista qiegħed ikun ta’ sostenn għall-familji b’€2,000.
Issa li resqin lejn tmiem is-sena wieħed jirrifletti fuq dak li għaddejna minnu fl2022 u x’jixtieq jara fis-sena l-ġdida. Wieħed jinnota kif minkejja l-isfidi li għaddejna minnhom bħala pajjiż, kif ukoll b’mod globali, Gvern Laburista rnexxielu jegħleb dawn l-isfidi, kif ukoll jibdilhom f’opportunitajiet.
Rajna kemm intilfu impjiegi b’mod globali, iżda f’pajjiżna għall-kuntrarju ta’ dawn il-pajjiżi, il-qgħad baqa’
Id-differenza toħroġ biċċar f’sitwazzjonijiet sensittivi bħal dawn. Gvern Laburista anke fid-dawl ta’ sfidi globali bħal dawn tal-pandemija u tal-Gwerra fl-Ukrajna, jirnexxilu jkompli għaddej b’ritmu ekonomiku b’saħħu, kif ukoll ikun ta’ spalla għan-negozji u għall-ħaddiema tagħna, kif ukoll għall-familji Maltin u Għawdxin.
Id-differenza bejn Gvern Laburista u Gvern Nazzjonalista tkompli toħroġ biċ-ċar fejn jidħlu l-prezzijiet tad-
Bla dubju wieħed jinnota kif Gvern Laburista mhux jieħu mill-bwiet tal-familji tagħna, iżda jkun ta’ sostenn sabiex iħalli l-flus fil-bwiet tagħhom. Dan kollu jagħmel differenza fil-ħajja ta’ kuljum tan-nies, kif ukoll joffri serħan il-moħħ lill-poplu tagħna. Dan għaliex il-poplu fis-skiet ta’ daru jaf li anke fl-iktar mumenti turbolenti, ħa jsib lill-Gvern Laburista spalla ma’ spalla miegħu.
Hekk kif resqin lejn sena ġdida, meta nitkellem magħkom tgħiduli li tħarsu ’l quddiem sabiex tkomplu taraw l-implimentazzjoni tal-manifest elettorali tal-Partit Laburista tal-aħħar elezzjoni ġenerali.
Niftakru li l-poplu Malti u Għawdxi meta ta l-ikbar rebħa lill-Gvern Laburista għamel dan għax jemmen
fil-ħidma li dan il-Gvern qiegħed iwettaq fil-prattika, jemmen fil-viżjoni tal-Prim Ministru Robert Abela, kif ukoll ivvota favur manifest elettorali li se jkompli jmexxi lil pajjiżna ’l quddiem u jagħmel differenza fil-kwalità tal-ħajja tal-poplu tagħna.
Niftakru li l-kwalità talħajja tfisser ukoll il-futur li wieħed jara f’pajjiżu, kemm għalih, kif ukoll għal uliedu. Nemmen li bil-ħidma tagħna lkoll b’mod kollettiv, għandna futur mill-isbaħ f’pajjiżna.
Dan hu pajjiż b’sistema ta’ saħħa b’saħħitha, b’ekonomija b’saħħitha, b’sistema ta’ siġurtà soċjali soda, b’sistema t’edukazzjoni għolja għal kulħadd, u b’impjiegi stabbli f’oqsma varji li wliedna jistgħu jibnu karriera mill-isbaħ fihom.
Iżda fuq kollox nara pajjiż immexxi minn Gvern Laburista b’viżjoni għall-futur, nara Gvern determinat li jaħdem u jkompli jbiddel għax jaf li l-mument li ngħi-
du li kollox huwa perfett, inkunu għamilna l-ikbar żball.
Gvern li jaf li fil-polit— ika trid taħdem ta’ kuljum u tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa sabiex inkomplu naħdmu għall-ġid ta’ pajjiżna u l-poplu tagħna.
04.12.2022 13
f’pajjiżna NIBDLU
Nemmen li bil-ħidma tagħna lkoll b’mod kollettiv, għandna futur mill-isbaħ
ANTHONY AGIUS DECELIS
Ministru
CLAYTON BARTOLO
L-AKROBAZIJA SPETTAKLU
LURA F’DAR
Sat-18 ta’ dan ix-xahar qed jittella’ l-ispettaklu akrobatiku u artistiku ta’ fama dinjija, Cirque Du Soleil, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Il-wirja impressjonanti din is-sena għandha tema ispirata minn esperjenza fit-toroq Maltin fejn jiġu esposti wkoll il-karatteristiċi kulturali ta’ pajjiżna.
Fil-fatt, waqt l-ispettaklu msejjaħ “Amora”, is-Cirque Du Soleil tieħu lill-udjenzi fi vjaġġ ta’ mħabba fit-toroq tal-Belt Valletta, li jingħataw il-ħajja permezz ta’ elementi akrobatiċi mżewqin b’karattri kurjużi fi produzzjoni li wkoll qed tkompli ssaħħaħ il-prodott turistiku lokali.
Wara s-suċċessi li l-ispettaklu tas-Cirque Du Soleil kiseb f’pajjiżna fl-2019 u fl-2021, fejn b’kollox attendew mal-50,000 spettatur, għal din l-edizzjoni l-kumpanija se tkun qed tippreżenta spettaklu magħmul esklussivament għal Malta.
Il-karattru prinċipali, Mick Holsbeke, tkel-
PROFESSJONALI
IL-MEDITERRAN
lem dwar kif l-istorja madwar 75 minuta żewġ protagonisti: Bruno Hu spjega li “‘Amora’ bejn Bruno u Loulou, tru stramb u mgerfex, jesprimi s-sentimenti batiċi sħabu jagħtu larija u eventwalment
Id-Direttriċi Kreattiva diża, Marie-Hélène Delagem, joni għal dan l-ispettaklu fit-toroq Maltin, wara bl-arkitettura li huma
“Kif konna qed meraviljati bil-faċċati, munità tagħti l-ħajja għlet l-idea li t-toroq għal ‘Amora’,” qalet t-12-il akrobata professjonali tagħhom bl-aktar mod
04.12.2022 14
ARTISTIKA BI PROFESSJONALI IL-MEDITERRAN
l-istorja ta’ dan l-ispettaklu ta’ ddur ma’ mħabba bejn iżBruno u Loulou.
“‘Amora’ huwa storja ta’ mħabba Loulou, fejn tal-ewwel hu karatmgerfex, li jsibha diffiċli jasal s-sentimenti tiegħu, waqt li l-akrodaqqa t’id biex jilħaq il-galeventwalment l-imħabba li jixtieq.”
Kreattiva tal-kumpanija KanaDelagem, qalet li l-ispirazzl-ispettaklu tnisslet minn mixja wara li baqgħu affaxxinati huma mżewqin biha.
inħufu fit-toroq, bqajna bil-faċċati, l-ilwien, bil-fatt li l-kol-ħajja fil-passaġġi, u allura xet-toroq ta’ Malta jsiru t-teatru Delagem, waqt li tenniet li professjonali jesprimu l-wirja mod spettakolari għall-gosti
tal-membri kollha tal-familja Fit-tnedija tal-edizzjoni ta’ din is-sena, ilMinistru għat-Turiżmu Clayton Bartolo qal li s-Cirque Du Soleil hu konferma oħra ta’ kemm il-prinċipji tal-kwalità u tal-kwantità fid-dinja turistika qegħdin jimxu id f’id flimkien. Żied jgħid li l-ħidma kontinwa tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) qiegħda tiġi sostnuta b’ippjanar serju biex jiġi assigurat li t-turiżmu lejn pajjiżna jibqa’ sostenibbli.
“Is-Cirque Du Soleil se jkompli jsaħħaħ mhux biss il-kalendarju kulturali Malti, iżda anke l-prospetti tan-niċċa tat-turiżmu talfamilja, li kulma jmur qiegħda tikber. U dan l-avveniment sar mistenni minn bosta,” tenna l-Ministru.
Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-MTA Carlo Micallef stqarr li din il-kollaborazzjoni se tkompli toħloq niċċa ġdida għat-turiżmu, filwaqt li tpoġġi lil pajjiżna fil-quċċata tax-xena kulturali.
04.12.2022 15
L-AKROBAZIJA
Ritratti: AWTORITÀ MALTIJA GĦAT-TURIŻMU (MTA)
BEJN L-INTERESS KOMUNI U DAK PARTIĠJAN
partikolarment fis-sittinijiet. Dawn l-episodji ħlifna li ma jerġgħux jirrepetu ruħhom u l-bon sens ta’ kulħadd jawgura li dan qatt ma jerġa’ jiġri. Madanakollu, il-politika żviluppat tant li b’mod aktar sottili u studjat din il-politika ta’ intimidazzjoni tasal xorta fil-forma ta’ interpretazzjoni ħażina u ta’ tixrid ta’ biża’.
Sikwit nisimgħu l-frażi “l-għaqda meħtieġa għall-interess komuni tal-poplu.’’ Imma kemm verament jiġri dan? Meta niġu għas-si u n-no kemm verament kapaċi nintrefgħu ’l fuq mill-politika partiġjana, u nħarsu lejn il-ġid komuni, jipprevali l-bon sens u nagħrfu nkunu objettivi partikolarment fuq suġġetti sensittivi?
Kemm kapaċi ma nilagħbux mas-sentimenti tal-poplu, inkunu onesti u ma nwerwruhx għalxejn permezz ta’ informazzjoni ħażina jew tgħawwiġ tal-fatti u agħar minn hekk kampanji ta’ biża’?
Meta nħares lura lejn il-passat kif ukoll lejn il-preżent tal-politika f’pajjiżna partikolarment meta ġew trattati suġġetti ta’ ċerta sensittività jew ta’ importanza partikolari, nara kemm sfortunatament kien hemm wisq episodji fejn din l-għaqda meħtieġa għall-interess nazzjonali ma kinitx l-iskop ewlieni kif il-poplu jistenna u jistħoqqlu.
Meta partit ifittex it-triq tat-tfixkil, tal-intoppi, tat-tixrid ta’ informazzjoni skorretta u tixrid ta’ messaġġi ta’ biża’, ikun biċ-ċar li qed jagħmel dan sabiex jipprova jiskurja punti politiċi, sabiex jieħu mingħalih xi vantaġġ politiku. Il-politika talbiża’ kienet taħdem ferm fil-passat, kienet għodda li tirnexxi. Biżżejjed naraw l-Interdett li kien ġie imponut għal darba, darbtejn is-seklu li għadda fit-tletinijiet u fis-sittinijiet, intenzjonat speċifikament sabiex ibeżża’ lill-poplu u jagħmel sarima u ingassa m’għonq dawk li l-Knisja dak iż-żmien dehrilha li qed jisfidaw u jheddu l-istatus quo u li qed jipproponu bidliet li jmorru kontra d-duttrina.
Fl-istorja kontemporanja tal-politika Maltija rajna dawn l-episodji ta’ dispjaċir li bata minnhom il-poplu, episodji li naqqru l-libertà tal-assoċjazzjoni u l-libertà tal-espressjoni b’intimidazzjoni u logħob mal-kuxjenza. Bata wkoll il-Partit Laburista darbtejn fejn kellu jikkontesta f’elezzjonijiet mhux ħielsa nazzarda ngħid
Wieħed jargumenta li l-poplu llum tgħallem, m’għadekx tbellagħlu r-ross bil-labra billi tippontifikalu. Verità. Hija verità wkoll li min għandu prinċipju għandu kull dritt sagrosant li jżommu u jargumenta favurih. Però, li tipprova tinfluwenza l-prinċipji tiegħek fuq ħaddieħor billi titimgħu l-biża’ u l-inċertezza, hemmhekk tkun tlift kull skop ġenwin fl-opinjoni tiegħi.
F’dawn l-aħħar snin rajnieha timmanifesta ruħha f’diversi okkażjonijiet partikolament fuq suġġetti sensittivi, fl-introduzzjoni tad-divorzju, tal-unjoni ċivili u taż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess, fl-emendi filliġi tal-IVF u issa erġajna fl-emendi fil-Kodiċi Kriminali sabiex jiġu protetti l-mara u l-professjonisti mediċi f’każijiet fejn kumplikazzjonijiet fit-tqala jpoġġu ħajjet jew saħħet ilmara f’periklu.
Nerġa’ ntenni, il-prinċipji tal-individwu jibqgħu dritt mhux kontestat. Lil hinn milli nidħol fl-argument ta’ min hu fuq in-naħa tas-sewwa tal-istorja (għax dak jiġġudikah il-poplu kif dejjem għaraf jagħmel) nemmen li meta tpoġġi l-argumenti tiegħek favur il-prinċipji li tħaddan billi tuża tattika ta’ tbeżżigħ u saħansitra ta’ informazzjoni ħażina jew disprezz lejn min ma jassoċjax max-xejriet tiegħek, allura iwaqqa’ l-kredibilità kollha li jista jkollok fl-argument li qed tpoġġi ’l quddiem.
Nemmen li f’suġġetti hekk sensittivi, it-triq ’il quddiem li jistħoqqlu l-poplu hi li l-partiti flimkien ma’ kull min iħoss li għandu interess għandhom ifittxu t-triq tad-djalogu u mhux tal-konfrontazzjoni, li tipprova tasal għal qbil, imma jekk il-qbil ma jintlaħaqx (għax kulħadd għandu d-dritt li jemmen fil-prinċipji u fil-ħsibijiet tiegħu) il-partijiet jagħrfu jirrispettaw u ma jippruvawx jaslu biex jimponu billi jmorru għal tattiċi li ma jagħmlux ġieħ lid-demokrazija bħal attakki personali u kampanji ta’ tixrid ta’ biża’ fost il-poplu. Huwa tassew ħasra li suġġetti sensittivi jiddawru f’ballun politiku.
L-iskop kollu jintilef meta jiġri dan, għax ikunu l-politiċi stess li jitilfu imma l-aktar li jitlef huwa l-poplu għax ikun iċċaħħad minn opportunità ta’ diskussjoni serja u objettiva sabiex jasal għal deċiżjoni libera, serena u ġusta.
Sur Editur, Beda l-istaġun tal-faċċol, jew tal-ipokrita, sejjaħlu li l-qaddisa trid. Tgħidli biex ħiereġ illum? Mela ħa ngħidlek jien, Sur Editur! Mela kont qed naqra b’sagrifiċċju kbir u b’żewġ pilloli għallħruq tal-istonku, il-gazzetta tagħhom. Fi żmien ommi, Alla jagħtiha l-Glorja tal-Ġenna, kienet tgħalli ftit fejġel u nixorbu l-ilma tiegħu biex inpoġġu l-istonku postu. Niftakar kien morr iktar minn ma nafx xiex. Imma wara kienet tagħtina blokka zokkor, noqogħdu nerdgħuha ftit ftit.
Mela, qanna, ma naqrax x’qal Karol “il-boxer” l-Aqulina! U mhux bikkerin ilma tal-fejġel kelli bżonn, imma barmil. Ara vera ma jinbidlux dawn in-Nazzjonalisti ta! Kollhom ħdura, tfigħ ta’ tajn u daqqiet ta’ stalletti. Imbagħad biex jidhru ħelwin u Kattoliċi ta’ ruħ ommhom, iżeffnu l-knisja u s-Sinjur fin-nofs. Lanqas se jarawh wiċċ Alla dawn, Sur Editur!
Dan il-Karol, bħall-kumplament ta’ sħabu minn fuq s’isfel, li qed iqarrqu bil-poplu fid-diskussjoni dwar l-abort, qal hekk lillGvern: “Qed iddaħħal l-abort ftit jiem biss qabel ma niċċelebraw it-twelid ta’ Ġesù”. Kemm hu vojt, ħanina dinja! Ipprova jilgħab mal-emozzjonijiet Kattoliċi l-għaref!
U l-Hatin’Labour ġabuh ukoll ta – b’ritratt tiegħu ħdejn ritratt ta’ Ġesù tarbija fil-maxtura. Qisek tfajt ritratt ta’ Rudolfo Valentino ħdejn ritratt ta’ Fester tal-Adams Family. Mhux qed ngħajru ta, għax meta nħares lejn il-mera, dejjem nieqaf naħseb jekk nibqax nilbes il-maskra tal-Covid għall-għomor li baqagħli. Għamilt paragun biss, Sur Editur.
Issa ħa nagħmilha ċara kristall, Sur Editur. Jien kontra l-abort. U l-Prim tagħna spjega tajjeb li b’dak li qed jagħmel il-Gvern tagħna, mhux se jdaħħal l-abort. Imma dawn l-intamati marru lura għall-politika favorita tagħhom, ibeżżgħu l-poplu. Għax b’hekk biss jistgħu, forsi, jirbħu ftit punti. U morru sibu ġemel!
Imbagħad fil-gazzetta tagħhom ta’ nhar l-Erbgħa, naqra x’qal il-pupazz ta’ dan Karol l-Aquilina, ta’ Beppe iben Eddie! Eddie! Eddie! U ta’ dawk li jmexxu l-partit tagħhom. X’qal Bernard il-Grech. Qalilhom li l-PeNe kommess li jmexxi b’politika reali minflok b’politika ta’ kliem biss.
Ħallini, Sur Editur, għax se naqla’ l-balbuljata li għamlet Melda tiegħi dalgħodu. Kultant għadha tmidd idejha u tagħmel xi ħaġa li nħobb. Avolja meta tagħmel hekk, il-lista tat-tgergir tikber b’karta ta’ pitazz sħiħa. U għalxejn ngħidilha li m’għadnix niflaħ nitla’ u ninżel fuq slielem, għax għall-festi li ġejjin dejjem tara x’tivvinta. Biex inkunu bħan-nies. Ara jien x’ala l-brunġielu!
Imma nsomma. Ħalliha dik. Kont qed nitkellem fuq il-Grech. Li ma nafx minn fejn joħroġhom l-istqarrijiet li jagħmel. Kellu bżonn jagħmel ftit proponimenti tal-Ewwel tas-Sena dan l-imniefaħ. Forsi ma jibqgħux jitmejlu bih ta’ madwaru stess.
Skont dan is-Salamun kollu għerf, il-Gvern tagħna ma jmexxix b’politika reali, imma b’politika ta’ kliem biss. Issa jew dan politikament trux u għami, jew ma nafx. Għax trid tkun agħar millgħaġeb tal-presepju, la qbadnieha fuq il-Milied, biex tgħid hekk.
Dan ma jaqrax l-istqarrijiet tal-Unjoni Ewropea jew, Sur Editur? Li qed joħorġu ċertifikat wara ieħor għall-politika ta’ Bertu tagħna? Li permezz tagħha qed ingawdu kollha kemm aħna? U li permezz tagħha qed isalva tant familji u negozji? Jew fejn jaqbillu jikkwota lill-Unjoni Ewropea dan? Insomma għidtha għalxejn din, għax hekk jagħmel.
U miskin ta! L-ewwel qabel mal-Prim tagħna fuq il-ħatra ta’ dawk il-karigi għoljin, imbagħad mar fil-klassi u qala’ after class mingħand dawk li semmejt. Għax kellu jdawwar kliemu u jgħid li ma jaqbilx mal-ħatra ta’ wieħed minnhom.
Kieku jien floku, mhux maskra tal-Covid nilbes, biex ma jagħrfunix in-nies barra, imma balaklava. U jħossu home kieku. Għax jiftakar fil-baklava, deżerta ħelwa manna, li hija popolari immens fl-art li jħobb, il-Greċja. Xejn xejn ineħħi ftit il-morr politiku li jħaddan.
Ħa nferra tè jien. Għad-dieħla!
04.12.2022 16
Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL
CATHERINE FENECH
“BONĠU SOLID GOLD” JAGĦLAQ 30!
Il-programm radjufoniku bl-isem ta’ “Bonġu Solid Gold” hu sinonimu ma’ eluf ta’ semmiegħa li nhar ta’ Ħadd filgħodu jagħżlu lill-istazzjon ONE Radio mal-qawmien tagħhom bejn is-6:00 u 9:00 ta’ filgħodu. F’rekord bla preċedent għal pajjiżna, din il-ġimgħa l-programm qed jiċċelebra t-30 anniversarju mindu beda jixxandar fuq l-istess stazzjon f’Novembru tal-1992 bil-preżentazzjoni ta’ Josef Caruana, li għadu jmexxih sal-lum il-ġurnata.
Il-programm, li għandu stil partikolari u uniku kif jiġi ppreżentat u joffri divertiment permezz tal-aqwa mużika popolari, l-aktar dik li oriġinat bejn issnin 50 u s-snin 70, baqa’ għaddej kontinwament għal dawn is-snin kollha. Fil-fatt, “Bonġu Solid Gold” twieled sena wara li beda jxandar l-istess stazzjon, dak iż-żmien magħruf bħala Super One Radio.
Għal din il-kisba sinifikanti, l-edizzjoni ta’ dalgħodu se tkun waħda speċjali fejn is-semmiegħa wkoll qed jiġu mistiedna jsegwu x-xandira diretta mill-istudios prinċipali fil-Kumpless ta’ ONE fil-Marsa, minflok jisimgħu bħassoltu minn fuq ir-radju tagħhom. Huma se jkollhom l-opportunità wkoll, forsi għall-ewwel darba, li jiltaqgħu u jitkellmu mal-preżentatur, anke jekk dan żgur mhux xi wiċċ ġdid.
Minbarra li hu eks ġurnalist u editur tal-gazzetta l-orizzont u It-Torċa, Caruana kien kandidat fl-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew, waqt li għadu anke involut fi programmi oħrajn tar-radju u t-televiżjoni, bħala analist politiku.
Minkejja dan, il-programm mużikali hu dak li jagħtih “nifs ġdid” kull ġimgħa, kif jispjega hu stess. “Il-programm sar parti fundamentali minn ħajti u ma nimmaġinax kif din tista’ tkun mingħajru. Anzi nazzarda ngħid li qisu l-mediċina tiegħi ta’ kull ġimgħa. L-uniċi drabi li ma stajtx nagħmlu (l-programm), minħabba mard jew safar, xorta nqum fl-4:30 a.m. il-Ħadd. Minbarra hekk, il-
lum jien u l-programm sirna t-tnejn għamara fl-istazzjon, li rajnieh jiżviluppa u jikber għal dak li hu,” jiċċajta Caruana.
“Imma bis-serjetà rrid nesprimi kull gratitudni tiegħi lil dawk kollha li fdawli din ir-responsabbiltà u wrew fiduċja fija mill-ewwel ġurnata u għadhom jagħmlu dan, skeda wara oħra.”
B’enfasi fuq id-diski l-iżjed popolari fil-klassifika Ingliża u dik Amerikana, li jvarjaw f’ġeneri mir-Rock ’n Roll għarRhythm & Blues, mill-Jazz għall-Pop, mir-Reggae għar-Rock, il-preżentatur jidħol ukoll f’ħafna dettalji partikolari tal-istorja warajhom. Skontu huwa dan li wisq probabbli baqa’ jattira lis-sem
ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24.
Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek.
Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.
miegħa u jagħmlu “programm partikolari u ideali f’ġurnata, li għal ħafna hi ddedikata għall-mistrieħ wara ġimgħa xogħol”. “Ħafna jwaqqfuni biex jgħiduli li, iżjed mill-kanzunetti li jkunu jafuhom anke bl-amment, jinteressawhom iżjed l-istejjer warajhom,” qalilna Caruana.
B’ħarsa lura lejn il-bidu tal-karriera radjufonika tiegħu, jispjega li din pjuttost seħħet b’kumbinazzjoni. “Inzertajt fil-post it-tajjeb u fil-ħin it-tajjeb,” hu qal, waqt li spjega kif dak iż-żmien u fl-istess ġimgħa kien beda wkoll karriera fil-ġurnaliżmu, li fuq kwart ta’ seklu wkoll tatu ħafna sodisfazzjon, tant li wasslitu jilħaq l-ogħla pożizzjoni fit-tmexxija tal-gazzetti tal-Union Print.
“Waqt attività fl-istazzjon, biex nippromwovu attività tal-Għaqda Żgħażagħ Soċjalisti (llum Żgħażagħ Laburisti), diriġenti ta’ ONE kienu staqsewni kif qatt ma tħajjart nippreżenta programm fuq ir-radju. Minn hawn insistew biex nibda nitħarreġ u nagħmel demo tapes ħalli jiġu evalwati. Fl-ewwel xhur kont bdejt bi programm billejl u ftit wara ġejt assenjat minn Ray Azzopardi dan il-breakfast show u l-bqija hija storja,” kompla l-preżentatur.
Hu temm jirringrazzja lis-semmiegħa li jikkonkorru b’tant ħeġġa u lil żewġ preżentaturi – Simon Pisani u Charles Marsh – li għamlu xi snin jippreżentaw l-istess programm miegħu.
04.12.2022 17
Il-breakfast show tal-Ħadd fuq ONE Radio ilu jixxandar mill-1992 bl-istess preżentazzjoni ta’ Josef Caruana
Josef Caruana li, għall-aħħar 30 sena u kull nhar ta’ Ħadd, qajjem lis-semmiegħa ta’ 92.7 FM bil-vuċi tiegħu
KAPPILLAN INFORMATUR GĦALL-KURSARI MALTIN
Fl-artiklu tal-25 ta’ Settembru li għadda, LIAM GAUCI, il-Kuratur tal-Mużew Marittimu, li jaqa’ taħt Heritage Malta, tana tagħrif fuq il-gżejjer li fihom kienu jidħlu l-kursara Maltin minħabba l-maltemp jew biex ikunu jistgħu jagħmlu xi tiswijiet fil-bastimenti tagħhom. Sirna nafu li fuq Lampedusa kien hemm kappillan ta’ nisel Malti, li kien jinnegozja fix-xiri tal-kursari Maltin. Illum se nkomplu fuq l-istess tagħrif interessanti, li Liam ġabar tul l-istudju tiegħu.
Minn CHARLES B. SPITERI
Liam sab li dan il-kappillan kien jgħaddi tagħrif u aħbarijiet fuq il-bastimenti li kienu jgħaddu minn hemm, tant li fil-25 ta’ Mejju 1791 informa lill-Kaptan Michele Picasso li ħamest ijiem qabel, żewġ galeri tal-gwerra tal-Ordni ta’ San Ġwann kienu għaddew minn Lampedusa. Il-kappillan ta’ Lampedusa ma kienx l-uniku informatur tal-kaptani tal-kursari, għax f’xi drabi, in-nies stess talpost kienu jgħinuhom ukoll billi jagħtuhom aħbarijiet ta’ fejn setgħu jkollhom prejjeż potenzjali.
F’okkażjonijiet, Lampedusa kienet tintuża wkoll biex tagħti kura lill-morda abbord il-bastiment. Iżda nsibu li fil-21 ta’ Ġunju 1797, il-Kaptan Ġużeppi Camilleri żbarka lill-baħrin morda tiegħu Lampedusa sabiex ikunu jistgħu jieħdu ħsiebhom b’mod aħjar fuq l-art, milli abbord. Dan ma kienx każ iżolat.
Antonio Vella, kien serva bħala skrivan mal-Kaptan Giovanni Andrea Preziosi fl1779. Meta s-sena ta’ wara imbarka bħala skrivan abbord il-bastiment tal-Kaptan Pietro Zelalich, ġie wkoll żbarkat f’Lampedusa, biex ikun jista’ jingħata kura aqwa. Insibu miktub li Vella, li kien mill-Belt Valletta, ċeda għall-marda li ħakmitu u miet f’Lampedusa fit-18 ta’ Diċembru 1780.
Imut fi sparatura
Fl-1797 f’Lampedusa miet ukoll Salvatore Asciaq, baħri ta’ 17-il sena. Hu kien niżel minn fuq il-bastiment flimkien mal-baħri ħabibu Publio Darmanin biex jimxi lejn l-Isola dei Conigli biex jikkaċċja għall-fniek li kienu abbundanti fil-gżira. Waqt il-kaċċa, Salvatore qabeż fuq fenek fl-istess waqt li Publio spara lejn l-istess priża. Salvatore ntlaqat mill-isparatura u weġġa’ serjament f’rasu. Għamel sitt ijiem f’agunija
f’Lampedusa, sakemm flaħħar miet u ndifen hemm.
Dan l-episodju jwassalna għal ftehim interessanti li ffirmaw żewġ kaptani tal-kursari. Dawn inkitbu fl1791 għal żewġ spedizzjonijiet separati tal-kursari; wieħed kien għall-Kaptan Michele Picasso u l-ieħor għall-Kaptan Benedetto Valentini. Ilftehim kien isostni li l-Kaptani kienu responsabbli li ma jħallux lill-irġiel tagħhom jinżlu fuq Lampedusa. Għalhekk il-baħrin tal-imsemmija vapuri ġew imwissija biex ma jagħmlux ħsara: la lill-proprjetà u lanqas lill-annimali tal-abitanti. Barra minn hekk, l-ebda baħri ma seta’ jinżel fuq Lampedusa bil-ħsieb li jikkaċċja xi annimal selvaġġ jew domestiku. Sad-dħul sew tas-seklu
18, il-gżira ta’ Lampedusa kienet bażi importanti ħafna għall-kursari Maltin u l-preżenza tal-Maltin għamluha aktar attraenti. Imbagħad, għalkemm mhux popolari daqs Lampedusa, gżira Taljana oħra frekwentata mill-kursari kienet Pantelleria. Fl-1778 il-Kaptan Ġermaniż ħa xi provedimenti mill-gżira. Dawn kien xtrahom mingħand il-Konslu Malti fuq Pantelleria, ċertu Paolo Romeo. Il-konslu kien qed jaġixxi skont il-ħidma u l-mandat tiegħu bħala rappreżentant tal-gvern tal-Ordni f’territorji barranin, li, jekk ikun hemm bżonn kien jinkludi wkoll il-medjazzjoni bejn il-kaptani u l-ekwipaġġ.
Gżejjer iffrekwentati
Lampedusa u Pantelleria kienu l-aktar żewġ gżejjer importanti ffrekwentati fil-Punent tal-Mediterran. Lejn il-Lvant, kien hemm diversi gżejjer oħra li l-kursari Maltin kienu jżuruhom minn żmien għal żmien. Meta l-kursari kienu jkunu ’l barra fit-territorju tal-għadu, kienu jkunu f’riskju kbir u għalhekk, kemm-il darba kienu jagħmlu użu minn dawn il-gżejjer żgħar. Filbiċċa l-kbira tad-drabi dawn il-gżejjer kienu jintużaw għall-vantaġġ tal-kaptan li jkun, iżda f’okkażjonijiet oħrajn, waqfien fi gżira ġieli ma marx kif ippjanat.
Kultant, bażijiet bħal dawn ’il bogħod minn pajjiżna kienu importanti ħafna, iżda nuqqas ta’ dixxiplina kien iwassal għal riżultati
diżastrużi. Xi minn daqqiet, l-inżul tal-kursari fuq dawn il-gżejjer kien ikun perikoluż, peress li l-Greċja kienet ikkontrollata mill-Ottomani, iżda l-benefiċċji li kienu joffru l-gżejjer dejjem tqiesu li kienu importanti ferm biex il-kursari ma jmorrux fuqhom.
Argentiera, jew kif inhi magħrufa llum, Kimolos, kienet destinazzjoni oħra importanti. Tul is-seklu 19 kienet deskritta bħala: Gżira fl-arċipelagu Grieg, f’forma tonda, b’diversi muntanji u vulkani l-aktar reqdin. L-art mhix fertili ħafna u tipproduċi biss ammonti limitati ta’ qamħ, xgħir, qoton u żebbuġ. Fil-wied u madwaru jirgħu diversi mogħoż u nagħaġ. Jingħad ukoll li l-gżira kellha diversi minjieri tal-fidda li
04.12.2022 18
Bastimenti tal-Ordni, bil-korteżija ta’ Saviour Garcia
Lampedusa u Pantelleria kienu l-aktar żewġ gżejjer importanti ffrekwentati fil-Punent tal-Mediterran. Lejn il-Lvant, kien hemm diversi gżejjer oħra li l-kursari Maltin kienu jżuruhom minn żmien għal żmien
jmorru lura għad-dinja talqedem.
Kienu jeżistu diversi kaverni fil-muntanji ta’ Kimolos. Il-gżira għandha port wieħed sigur, u raħal ewlieni wieħed. Il-gżira kollha toffri dar għal 200 abitant miżerabbli.”
Port għat-tiswijiet
Normalment, Argentiera kienet użata bħala port biex fiha jsiru t-tiswijiet tal-bastiment u jinkisbu l-provvisti. In-nies tal-lokal ukoll kienu jipprovdu aħbarijiet lill-kursari dwar priża faċli fl-inħawi. Fl-1776 il-Kaptan Giuseppe Estaden abbord il-galjotta tiegħu ġie mgħarraf min-nies tal-post f’Argentiera, li żewġ bastimenti kbar tal-merkanzija mhux imħarsa, kienu mistennija jbaħħru qrib il-gżira. U kif issemma qabel, kmieni fl-1778, il-Kaptan Guglielmo Lorenzi kellu jitlaq f’temp qasir wara li n-nies għarrfuh li żewġ
xambekki armati apposta biex jaqbduh kienu resqin lejn Argentiera.
Insibu li matul Diċembru tal-1778, Argentiera serviet ukoll bħala dar għal tmien korsari nawfragati. Domenico Mursello, iben Michele mill-gżira ta’ Caso, fil-Greċja, kien l-ewwel logutenent tal-frejgata mmexxija mill-Kaptan Leopoldo Desira.
Il-kaptan kien tah l-ordni biex jimmaniġġja l-feluka kbira tal-frejgata b’27 raġel. Huma ġew ordnati jgħabbu l-feluka bl-armi u l-provvisti għal sitt ijiem. Il-missjoni tagħhom kienet li jbaħħru flArċipelagu Grieg u ma jħallux jidħlu bastimenti żgħar tal-merkanzija. Mursello kellu suċċess kbir f’dan. Huwa ċaħħad bosta vapuri tal-għadu, u ġarr kollox fuq il-feluka tiegħu.
Wara sitt ijiem salpa salpost li fih kellu jerġa’ jiltaqa’ mal-Kaptan Desira. Madanakollu, għal xi raġuni, il-kaptan qatt ma deher u Mursello
dar dawra mal-arċipelagu għalxejn. Din id-dawra ħaditlu 22 jum ieħor. Waqt li kien qed ifittex lill-kaptan tiegħu baqa’ jgerrex lill-bastimenti tal-għadu. F’ħin minnhom ix-xorti ta’ Mursello ntemmet: waqt li kien qed jiġġieled ma’ sacoleva, ħarġet galjotta tal-gwerra Torka.
Bil-kanuni tal-għadu mmirati fuq il-vapur ta’ Mursello, hu ma tantx kien fadallu ċans ta’ ħarba. Din kienet taqbida irregolari, u li tiġġieled kontra bastiment tal-għadu bħal dan, kien ifisser telfa ċerta. Għalhekk, Marsello ta l-ordni li jbaħħru l-feluka lejn gżira fil-qrib. Il-pjan kien li l-feluka titkisser fuq il-bajja ramlija. Hu abbanduna l-kmand u ħalla warajh il-prejjeż kollha li kellu, fosthom 12,000 piastre u 12-il raġel mill-ekwipaġġ tiegħu. It-12-il baħri nqabdu mit-Torok u ttieħdu bħala skjavi, iżda Mursello u tmienja oħra mill-irġiel tiegħu rnexxielhom jaħarbu
lejn għoljiet fil-qrib. Meta l-għadu rritorna lejn il-galjotta, Mursello u l-ekwipaġġ li kellu miegħu niżlu sal-kosta u rnexxielhom jiksbu passaġġ lejn Argentiera. Meta niżlu hemmhekk, kienu jafu li kienu f’territorju ostili u għalhekk qattgħu x-xahar ta’ Diċembru tal1778 jistaħbew f’għerien fil-muntanji, jistennew xi bastiment ta’ ħbieb.
Salpaw lejn Malta
Meta fit-22 ta’ Diċembru, frejgata Franċiża daħlet f’Argentiera, ħamsa mill-irġiel ta’ Mursello imbarkaw fuqha u salpaw lejn Malta. Nhar il-Milied tal-1778 Mursello u t-tliet irġiel li kien fadal kienu ferħanin meta lemħu l-frejgata l-qadima tagħhom qed tbaħħar f’Argentiera. Wara xhur maħrubin, flaħħar reġgħu ngħaqdu ma’ sħabhom il-baħrin u l-kaptan.
Gżira oħra li kienet toffri ankraġġ sigur lill-bastimenti tal-kursari kienet Cephalonia. Il-gżira nnifisha kienet magħrufa minn diversi baħrin oħra, mhux biss mill-kursari Maltin. George Watson, il-baħri kwalifikat għal diversi xogħlijiet fuq il-bastimenti tar-Royal Navy Brittanika kiteb:
“Ftit nista’ ngħid fuq Cephalonia, peress li darba biss niftakar li kont inżilt fuq ix-xatt tagħha. Madankollu smajt li kien hemm ħafna frott, inbid u xbejbiet sbieħ, li huma l-affarijiet prinċipali li l-baħħara jfittxu fi kwalunkwe port.”
Lorenzi qatta’ hemm xi jiem fix-xitwa tal-1778. L-istess għamel il-Kaptan Estaden lejn l-aħħar tal-1776. L-ebda dokument ma jsemmi x-xbejbiet sbieħ li jiddeskrivi Watson. Għall-kuntrarju, il-Kaptan Pietro Zelalich kellu jiskopri li n-nies tal-post kellhom karattru qarrieqi waqt l-ammutinament tal1785.
Kien hemm diversi gżejjer oħra li kienu ffrekwentati mill-kursari Maltin. Normalment dawn kienu użati biex fix-xitwa. Monte Santo kienet intużat mill-Kaptan Lorenzi fix-xitwa tal-1778. Hemmhekk qatta’ xahrejn, jistenna biss li t-temp jibbnazza. F’Syros, magħruf bħala Sira dak iż-żmien, il-Kaptan Giuseppe Grech qatta’ xahar jiffaċċja l-kundizzjonijiet tas-silġ.
Matul dik l-istess xitwa, il-gżira kienet tat ukoll kenn lil kaptan ieħor; il-Kaptan Giuseppe Galea. Wara disat ijiem fuq il-gżira, sewwasew fit-18 ta’ Frar 1795, waqt li l-ekwipaġġi taż-żewġ bastimenti kienu qed jagħmlu xi tiswijiet, żewġ bastimenti
oħra daħlu fil-port.
Battalja ta’ sagħtejn
Hekk kif il-Maltin talbu lill-vapuri misterjużi biex jidentifikaw lilhom infushom, il-kursari indunaw li kienu bastimenti Ottomani. Mingħajr telf ta’ żmien, ingħatat l-ordni bil-għaġla lill-kursara Maltin biex jitilgħu abbord il-bastimenti u jkunu lesti biex jisparaw. In-nies tal-Kaptan Galea u dawk ta’ Grech intasbu wara l-kanuni; oħrajn ikkargaw l-armi li kellhom u faqqgħet battalja ta’ sagħtejn.
Il-ġlied imdemmi waqaf biss wara li t-Torok abbandunaw il-vapur tagħhom, u ħallew l-ekwipaġġ midrub u l-merkanzija li kellhom abbord, għall-ħniena tal-kursari Maltin. Kemm Grech kif ukoll Galea qattgħu xi jiem oħra f’Syros, fejn tkompliet it-tiswija fuq il-bastimenti tagħhom u raw il-prejjeż ġodda akkwistati minn fuq l-Ottomani. Meta t-tiswija tlestiet, il-bastimenti taż-żewġ kaptani Maltin, baħħru flimkien lejn Malta.
L-inżul fuq il-gżejjer seta’ jkun perikoluż. Ma kienx ikun biss l-ghadu li seta’ jfixkel lill-kaptan, iżda wkoll l-ekwipaġġ storbjuż u indixxiplinat li jkollu. Il-gżira ta’ Thermi (illum Kythnos) ħadet isimha mill-għejun minerali sħan li jinsabu fit-Tramuntana tal-gżira. Fl-1796, it-30 raġel abbord il-galjotta tal-Kaptan Gerolamo Ricardi niżlu l-art fuq din il-gżira. Skont l-iskrivan Angelo Calandri mill-Isla, l-ekwipaġġ ġabar żewġ bhejjem u ħames imtaten.
Il-bhejjem, li kienu nsterqu, kif ukoll l-annimali l-oħra, tkaxkru lejn ix-xatt fejn inqatlu u tqattgħu għall-ikla ta’ filgħaxija. Il-laħam misruq kien jittiekel mill-ekwipaġġ kollu f’dak l-istess jum. Mhux sodisfatti wara ikla daqshekk grandjuża, it-tmunier u l-ewwel logutenent, li kienu huma li bdew din il-festa illeċita, kienu ppruvaw jaħtfu mara żagħżugħa Griega minn fuq ilbajja.
Madanakollu, ix-xhud ikompli jispjega li ma setax jirrakkonta x’ġara lix-xebba wara li ġrew warajha. Din hi referenza rari ħafna għallħin mgħoddi f’telqa min-nies indixxiplinati waqt il-kors, li bħalha nsibu f’bosta navies kontemporanji oħrajn. Baħri fil-flotta Georgjana kiteb: “hu (il-baħri fuq l-art) li jsegwi dak li jiddettawlu l-passjonijiet u l-aptit li jkollu.
Dawn l-istess passjonijiet jistgħu jwassluh fejn ikunu jridu. Iżda, jidhru kemm jidhru ħżiena l-okkażjonijiet li l-baħrin ikollhom fuq il-baħar, ikunu agħar meta l-istess nies jinżlu f’xi port.”
04.12.2022 19
Is-Santwarju Beata Vergine Maria di Porto Salvo
F’QALBNA GĦANDNA KOMPASSJONI LEJN MIN QED IBATI
Iltqajt mal-Ministru għallPolitika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon fejn iddiskutejna l-iżvilupp fis-soċjetà, kif qed naġixxu anke fuq livell individwali u anke dwar il-festi tal-Milied kif jaffettwawna.
Nibda billi nistaqsik dwar il-każ ta’ żgumbrament tal-każin tal-Banda Stella Maris f’Tas-Sliema fejn inti għandek l-irwol ta’ President tas-Soċjetà. Nafek bħala bniedem li tħobb il-kultura b’mod speċjali l-festi. X’taħseb dwar is-sapport li kellkom meta tqajmet din il-kwistjoni?
Għandek sitwazzjoni fejn madwar 20 każin tal-banda qegħdin f’kiri jew ċens. Il-kwistjoni ddur fejn kienet inbidlet il-liġi fejn f’każ li każin jittella’ l-qorti fuq il-bażi li għandek fih tibdil strutturali, hemmhekk il-Gvern kien bidel il-liġi fejn qal li ma jistax isir l-iżgumbrament imma għandha titla’ l-kera għal 1% tal-valur tal-proprjetà.
Din il-proviżjoni tal-liġi ġiet sfidata u l-qrati ddeċidew li tmur kontra l-kostituzzjoni, allura għandek numru ta’ soċjetajiet fil-periklu li jispiċċaw barra fit-triq minkejja li wħud minnhom ilhom jokkupaw dak il-lok għal mijiet ta’ snin.
Fil-każ tal-Banda Stella Maris kienet ilha mija u sentejn fih. Il-Gvern kien wiegħed l-għajnuna minħabba l-valur soċjali u l-kontribut tagħhom fis-soċjetà u xtara l-proprjetà, ġiet fuq ismu u l-proprjetà se tibqa’ tintuża mis-soċjetà nnifisha. Il-kera se tiġi tirrifletti l-valur ta’ dik il-proprjetà.
Kien sorprendenti li ħafna nies urew sapport anke minn dawk li forsi mhumiex intiżi fuq dawn it-tip ta’ soċjetajiet u festi. Kellna sapport minn għaqdiet mużikali oħra u anke min-nies inġenerali. Li hu fatt, li meta wara l-Covid saret riċerka dwar l-ikbar nuqqasijiet li ħassew in-nies matul il-pandemija, kien hemm 70% li qalu l-festi.
Dan juri sinjal li s-soċjetajiet minbarra t-tagħlim
tal-mużika u l-festi, joħolqu wkoll sens ta’ komunità.
Smajna ħafna fuq il-vjolenza domestika dan l-aħħar. Iżda, x’qed isir min-naħa tal-Ministeru li tmexxi anke fir-rigward tal-‘parent to child violence’ u anke dik fuq l-irġiel?
Każi ta’ vjolenza domestika sfortunatament jeżistu f’kull soċjetà u eżistew f’kull żmien. Li nbidel huwa kif inħarsu lejhom. Fejn qabel kienet xi ħaġa ta’ mill-bieb ’il ġewwa, illum il-kuxjenza hemm barra tqajmet sew u ngħid li għandha tiżdied fejn hemm bżonn.
Tradizzjonalment, meta nitkellmu fuq vjolenza domestika dejjem jiġi l-ħsieb li raġel isawwat lill-mara u rridu nammettu wkoll li aktarx hija fil-maġġoranza tal-każi. Imma, hemm forom oħrajn pereżempju, vjolenza domestika fuq it-tfal. Hemm ukoll każi fejn ikollok ‘child to par-
ent’ meta wild juża l-vjolenza domestika mal-ġenituri tiegħu u grazzi wkoll għallFSWS għandna wkoll sezzjoni ffukata fuq hekk.
X’nagħmlu? L-ewwel nett aħna nikkollaboraw ma’ ħaf-
na NGOs fejn tidħol vjolenza domestika fejn eżempju l-Gvern jiffinanzja x-xelter tal-emerġenza f’Merħba Bik u jagħmel tajjeb għall-operat tiegħu. Hemm ukoll Dar Santa Bakita li l-Gvern jagħmel tajj-
ta’ CLIFFORD GALEA
eb għaliha.
Hemm is-sezzjoni wkoll tal-vjolenza domestika fi ħdan l-FSWS fejn il-Gvern jagħti ħafna servizzi imma anke bħala FSWS għandna wkoll ix-xelters tagħna; ir-Reach; li
Każi ta’ vjolenza domestika sfortunatament jeżistu f’kull soċjetà u eżistew f’kull żmien. Li nbidel huwa kif inħarsu lejhom. Fejn qabel kienet xi ħaġa ta’ mill-bieb ’il ġewwa, illum il-kuxjenza hemm barra tqajmet sew u ngħid li għandha tiżdied fejn hemm bżonn
04.12.2022 20
Kitba
Nemmen li tajna ħafna drittijiet u ma rajniex ir-responsabbiltajiet. Id-drittijiet huma importanti imma d-dmirijiet għandhom jingħataw l-attenzjoni meħtieġa. Meta titfa’ t-tajn, ħafna minnu jeħel u ma jkunx sew
li qiegħda San Ġwann (xelter sekondarju) u għandna wkoll L-Għabex li huwa wkoll xelter ieħor. Naħdmu m’għaqdiet oħrajn bħal Jeanne Antide Foundation li huma bbażati f’Ħal Tarxien u li huma ffukati l-iktar fuq in-naħa t’isfel. Naħdmu wkoll mal-Fondazzjoni Sebħ fiż-Żejtun.
Issir ħidma kontinwa ma’ ministeri oħrajn li f’dan il-qasam hija essenzjali għaliex mal-vjolenza domestika hemm aspetti differenti; pulizija, liġi u aktar. Qed nagħmlu biiżżejjed? Dejjem hemm iżjed x’nistgħu nagħmlu imma l-iktar ħaġa importanti hija li l-kuxjenza tikber u s-servizzi jiżdiedu wkoll.
Taħseb li meta jkollna każijiet ta’ vjolenza domestika, inkunu fallejna bħala nazzjon?
Ma naħsibx li huwa falliment
tas-soċjetà Maltija. Jekk tistaqsini jekk f’Malta hawnx iżjed każi mill-medja Ewropea ngħidlek le. Għandna każi iva, li forsi ma jkunux irrappurtati pereżempju vjolenza domestika ta’ kontroll fejn wieħed iġib id-dipendenza finanzjarja fuqu nnifsu eżempju u ħaddieħor jista’ jagħmel vjolenza domestika psikoloġika. Imma ovvjament l-iktar magħrufa tibqa’ dik fiżika.
Ma naħsibx li fallejna iżjed minn soċjetajiet oħra imma bla dubju, aħna nindirizzaw dawk f’pajjiżna. Il-midja soċjali saret għodda kbira li tista’ tintuża tajjeb u tista’ tħalli wkoll impatti negattivi. Tista’ wkoll tintuża f’forma ta’ abbuż.
Għandha rwol importanti ħafna u ħadd ma jimmaġina d-dinja mingħajrha llum imma nemmen li wasalna għal ‘wake up call’ dwar l-użu tagħha fejn naraw b’għajnej-
na eżempji fejn bniedem jiġi akkużat, mixli u kieku jistgħu, xi wħud, joqtluh. Dan sempliċiment għax il-midja soċjali tkun sallbitu mingħajr ma jkun hemm ċans li nisimgħu l-istorja kollha.
Teżisti wkoll l-attitudni fejn l-ewwel niġġudikaw bniedem u wara nippruvaw inbenġluha. Nemmen li tajna ħafna drittijiet u ma rajniex ir-responsabbiltajiet. Id-drittijiet huma importanti imma d-dmirijiet għandhom jingħataw l-attenzjoni meħtieġa. Meta titfa’ t-tajn, ħafna minnu jeħel u ma jkunx sew.
Ftit ilu semmejt li qed jiġu indirizzati inġustizzji tal-passat. Spjegali.
Aħna ħarisna lejn inġustizzji u anomaliji tal-passat. L-iskemi li għandna sa issa (ħames skemi) kienu marbutin ma’ kategoriji partikolari.
Minnhom indirizzajna tlieta u baqa’ tnejn oħra. Dawn kienu mwiegħda fil-manifest elettorali u qed naraw li dawn il-kategoriji ta’ nies tingħatalhom il-ġustizzja. Il-Gvern qed jagħmel tajjeb għalihom. Mhux qed ngħid li mhux se jkun hemm inġustizzji oħra li ser jinġiebu għall-attenzjoni imma din mhix kwistjoni li ‘għax jien irrid xi ħaġa wkoll’. Il-Gvern minn jeddu ħadem b’għaqal biex jindirizza dawn l-inġustizzji. Dan il-Gvern ma kellu ebda obbligu li b’xi mod għandu jerfa’ responsabbiltà għalihom iżda tajna kelma u żammejnieha. In-nies qed jifhmu u japprezzaw dan.
Ġej żmien il-Milied. Kif għandna nħarsu lejh anke minn punto di vista tiegħek li tħobb dak li hu tradizzjonali?
Naħseb li kull okkażjoni li
ġġib ferħ u ġenerożità, u li ġġib ċerta għaqda, fiha nfisha hija diġà pożittiva. Żmien il-Milied huwa żmien partikolari u għandu rabta speċjali magħna l-Maltin. Jekk hemm xi ħaġa li verament tagħmlek kuntent fi żmien il-Milied hija meta tagħti xi ħaġa lil xi ħadd. Mhux li tirċievi. Li tagħti, li tgħin hija xi ħaġa sabiħa immens. Hemm l-aspett reliġjuż u tradizzjonali u allaħares nitilfu iktar milli diġà tlifna f’dan iż-żmien bħall-quddiesa ta’ nofsillejl li ftit li xejn għadek issibha u bidlet il-ħin.
Il-Milied għandu sinifikat fid-dinja kollha anki f’pajjiżi kważi atei. Jiġifieri xi ħaġa speċjali għandu. Għandu spirtu li sar parti minna wkoll. Huwa mument fejn inħarsu lejn il-ġewwieni tagħna u nippruvaw inżommu l-ispirtu ta’ dan iż-żmien matul ħajjitna kollha.
04.12.2022 21
TERENCE ABELA BEDA L-EWWEL JIMMUDELLA F’KONKORS NAZZJONALI
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Ix-xena tal-immudellar f’Malta dan l-aħħar aktar minn qatt qabel qed tagħti ħafna opportunitajiet lil min jipparteċipa fiha. Dan l-aħħar sirt naf b’żagħżugħ li rnexxielu jirbaħ it-titlu ta’ Mr Malta 2022 minkejja l-fatt li beda mill-ewwel fl-immudellar f’konkors ta’ livell nazzjonali. Qed nirreferi għal Terence Abela.
Għandu 28 sena u għex dejjem il-Fgura. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala bniedem kariżmatiku, vanituż u sportiv ukoll.
Gradwat fil-Computer Science (BSc) u fil-professjoni tiegħu jaħdem bħala Awditur fuq sistemi ta’ teknoloġija fl-industrija tal-gaming. Apparti dan ix-xogħol, fl-aħħar snin kwalifika f’żewġ liċenzji tal-coaching tal-football (CYF u UEFA C) u apparti x-xogħol full-time, jaħdem bħala coach tal-futbol mal-klabb Fgura United ma’ tfal li l-età tagħhom tvarja bejn 10 u 11-il sena.
Fil-ħajja ta kuljum, rari jkollu ġurnata kwieta għaliex il-passatempi tiegħu huma vasti. Apparti l-imħabba li għandu lejn it-teknoloġija u
l-futbol, iħobb ħafna l-ħwejjeġ, u l-moda li fil-fatt illum il-ġurnata saret parti minn ħajtu.
Isostni li minn dejjem kien jogħġbu l-immudellar. Qabel kellu diversi offerti, iżda dejjem irrifjuta. Barra minn hekk, kellu kundizzjoni fil-ġilda li żammitu xi ftit lura milli jieħu sehem f’xi tip ta’ konkors tas-sbuħija. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar. “Ta’ 15il sena ħarġitli kundizzjoni fil-ġilda, u meta kont nagħmel xi attività sportiva, il-ġisem kien jagħmel reazzjoni u nittebba’ bi dbabar kbar.
Kienet diffiċli ħafna dak iż-żmien, speċjalment li kont naspira li nkompli nilgħab il-futbol. Minn sena għalloħra kienet qed issir iktar diffiċli u xi mumenti żammitni lura milli nittrenja wkoll għax kont inħossni intmidat li mmur quddiem in-nies bil-kundizzjoni viżibbli. Għal diversi kont nirċievi messaġġi mingħand nies fil-qasam tal-moda, kif wkoll mingħand Ivan Gaffiero biex nibda nimmudella, imma dak iż-żmien ma kontx inħossni lest. Kont għadni qiegħed nistudja u fl-istess ħin kelli l-kundizz-
joni fil-ġilda li damet fuqi ’l fuq minn 10 snin. Illum il-ġurnata, grazzi għas-sapport li sibt mingħand it-tobba lokali u l-familjari tal-kuraġġ, sibt il-kura għal din il-kundizzjoni u ilha sentejn li għaddietli. Wara dawn is-snin kollha, erġajt irċevejt mingħand Ivan u din id-darba ma stajtx nirrifjuta opportunità bħal din, għax il-moda hi xi ħaġa li tispirani,” stqarr miegħi Terence fil-bidu ta’ din l-intervista.
Minn dejjem aspira li jimmudella, imma kien għadu mhux iż-żmien opportun
Ta’ min jgħid li Terence ilu fix-xena tal-immudellar għal dawn l-aħħar sitt xhur. “Kont insegwi fil-passat xi konkorsi, imma kont għadni qatt ma ħadt it-tagħlim u qatt ma ħadt sehem. Tħajjart għaliex minn dejjem aspirajt li nimmudella, imma kien għadu mhux iż-żmien opportun. Bdejt mill-ewwel f’konkors ta’ livell nazzjonali, u kont naf li rrid naħdem għaliha bis-serjetà. Kienu ħames xhur ta’ ħidma fuq fiżika u apparenza, kif ukoll kienu xhur ta’
tagħlim. Inħoss li f’dawn ixxhur iddedikajt ħafna ħin u onorat li ġejt premjat bit-titlu ta’ Mr Malta.”
Eventwalment fl-aħħar lejl dakinhar rebaħ Best Personality, kif ukoll it-titlu prinċipali ta’ Mr Malta 2022. Fil-fatt, ser ikun qed jirrappreżenta lil Malta f’Manila, il-Filippini, fejn matul din is-sena u s-sena li ġejja ser ikun qed jipprepara għaliha. Iddiskutejt miegħu x’tip ta’ preparazzjoni ser ikun qed jagħmel għal din l-avventura internazzjonali ġdida għalih. “It-titlu nnifsu jġorr ħafna responsabbiltajiet ġodda u nħossni preparat biex inservi dan it-titlu. Għandi sena ta’ ħidma, fejn ser inkun qiegħed nipprepara ħafna fuq il-fiżika, kif ukoll fuq l-apparenza u l-preżenza fuq l-istage. Apparti dan l-imsemmi, ser inkun preżenti f’ħafna attivitajiet fil-komunità fejn ħa nkun qiegħed ngħin u naspira lil nies oħra, kif ukoll inkun qiegħed nibni iktar kunfidenza u l-personalità tiegħi għal-livell li jmiss.”
Mistoqsi xi jfisser għalih dan it-titlu, Terence stqarr miegħi li jfisser ħafna għalih. “Fuq livell personali, jagħ-
tini s-sodisfazzjon tax-xogħol kollu li għamilt fl-aħħar xhur, kif ukoll jippremjani ta’ kemm fl-aħħar snin iġġilidt mal-kundizzjoni fil-ġilda fejn bqajt sod, sakemm sibt il-kura effettiva. Mill-parti l-oħra, inħossni onorat li ser inkun qiegħed nirrappreżenta lil Malta fuq livell internazzjonali. It-titlu tani responsabbiltajiet ġodda li ser naqdi dmirijieti b’entużjażmu.”
Mistoqsi jekk hux biħsiebu jkompli fix-xena tal-immudellar, issa li beda jieħu spinta ġdida f’ħajtu, Terence wieġeb fil-pożittiv. Fil-fatt, stqarr miegħi li l-konkors ta’ Mr Malta fetaħlu bibien ġodda f’ħajtu. Il-pass li jmiss ser ikun fil-Filippini fil-kompetizzjoni ta’ Manhunt International.
Miegħu ddiskutejt ukoll dwar kif iħares lejn ix-xena tal-moda lokali. “Nemmen li bħala nazzjon għandna potenzjal kbir; potenzjal li ġej miż-żgħażagħ kif ukoll mill-għalliema. Però, nixtieq nirrimarka li għandna diretturi bravi ħafna u ta’ livell għoli fejn jidħlu konkorsi. Jien rajt b’għajnejja x-xogħol ta’ Ivan Gaffiero u huwa prova
04.12.2022 22
ta’ kemm hawn ħidma tajba. Importanti li nkomplu nibnu fuq il-bażi, nitgħallmu u napplikaw affarijiet ġodda biex dejjem intejbu l-iskala.”
Rigward ix-xena lokali tal-moda mqabbla ma’ pajjiżi barranin, jemmen li minn sena għall-oħra, il-kompetizzjoni qed iżżid; u dan iġib iktar sfidi ġodda fejn il-livell nazzjonali dejjem jikber. “Nemmen li fadal xogħol xi jsir għal skala internazzjonali, imma ninsabu fit-triq it-tajba.”
Staqsejtu xi jdejqu fil-ħajja b’mod ġenerali. “Fil-ħajja trabbejt u tgħallimt li għandi nimxi mal-prinċipju. Il-ġenituri dejjem għallmuni biex immur fejn immur, inġorr miegħi r-rispett, il-manjieri u l-valuri. Meta nara dawk in-nuqqasijiet fil-ħajja kemm fil-konfront tiegħi, jew ta’ madwari, ovvjament idejquni.”
Jiekol 28 smoothie fuq perjodu ta’ sebat ijiem
Ma’ Terence tkellimt ukoll dwar xi tip ta’ dieti speċjali li forsi jsegwi u jipprattika. Filfatt, stqarr miegħi li jħobb ħafna jżomm il-bilanċ fl-ikel.
Però, f’xi mumenti, iħobb jagħmel dieta li tikkonsisti fi smoothies tal-ħaxix biss għal ġimgħa sħiħa. Bażikament jiekol 28 smoothie fuq perjodu ta’ sebat ijiem.
Skoprejt ukoll li Terence jikkunsidra lilu nnifsu vanituż ħafna. Bażikament ma tgħaddix ġimgħa li ma jmurx għand il-beautician u l-barbier. Il-ħwejjeġ ma jonqsux għax huma parti minnu u huma parti mid-dehra tiegħu ta’ kuljum.
Fl-aħħar ta’ din l-intervista, Terence ħalla messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Il-messaġġ tiegħi ser niddedikah lin-nies li għaddejjin minn żmien diffiċli. Kull persuna jkollha l-mumenti diffiċli tagħha, u xi drabi s-sitwazzjonijiet ikunu itwal minn kemm nimmaġinawhom. Pero, ibqgħu għamlu kuraġġ sakemm toħorġu mis-sitwazzjoni li tridu toħorġu minnha. Fuq nota oħra, nħeġġeġ iżjed żgħażagħ biex jagħmlu l-ewwel pass biex jieħdu t-tagħlim fl-immudellar għax hi esperjenza unika, ta’ sodisfazzjon u fl-aħħar mill-aħħar, tagħlim ġdid,” temm jgħid.
SKEDA ONE
06:30 ONE News
06:45 Popcorn
07:15 Mill-Chcina ta’ Dari
07:20 Denfil 07:25 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update
TLIETA
06-12
06:30 ONE News 06:45 Żona Sport 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari
07:20 Denfil 07:25 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update
06:30 ONE News 06:45 Esperti 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Denfil 07:25 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update 09:55 Denfil
ĦAMIS 10-12 SIBT
08-12
09:55 Denfil
10:00 Fost il-Ġimgħa
12:30 ONE News
12:35 Telebejgħ
12:50 HazZzard Update
13:00 Kalamita
15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:00 Indhouse 17:30 Flimkien ma’ Nancy
09:55 Denfil
10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 HazZzard Update 12:55 Denfil 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:00 Flimkien ma’ Nancy 17:00 Dak li Jgħodd
10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 HazZzard Update 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Dak li Jgħodd 17:00 Esperti 17:30 What’s Cooking 18:00 Pjazza 18:45 Żona Dinjija
18:00 Pjazza 18:45 Żona Dinjija 19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE News 20:10 PrimeTime 20:30 Esperti 21:00 Awla 22:30 Country Jamboree 23:00 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News
19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE News 20:05 PrimeTime 20:35 The Local Travel 21:00 Jackpot 4 22:20 Imqades L-Istorja 23:00 Ondroad 23:30 ONE News
ERBGĦA
07-12
06:30 ONE News 06:45 What’s
Cooking 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Denfil 07:25 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update
09:55 Denfil 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 HazZzard Update 13:00 Indhouse 14:00 Dak li Jgħodd 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:00 The Local Traveller 16:35 Żona Sport
10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 HazZzard Update 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:00 What’s Cooking 16:30 Popcorn 17:00 Indhouse 18:00 Pjazza
11:57 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:38 Brillanti 14:45 Imqades l-Istorja 15:30 ONE News 15:35 Flimkien ma’ Nancy 16:39 Sabiħa l-Ħajja 17:10 Ondroad 17:45 Pink Panther 18:28 Primetime
18:45 Żona Dinjija 19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE News 20:05 PrimeTime 20:35 Niftakru 21:00 Pandora 21:00 Imqades l-Istorja 22:30 Żona Sport 23:00 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News
18:30 Pjazza 18:45 Żona Dinjija 19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE News 20:10 PrimeTime 20:30 HazZzard 22:30 Teżori fil-Garaxx 23:30 ONE News 06:30 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 HazZzard 10:33 Aroma Kitchen 11:30 Popcorn
09-12 ĠIMGĦA
18:45 Żona Dinjija 19:30 ONE News 20:05 Rapport tat-Temp 20:12 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Arani Issa 23:30 ONE News
11-12 ĦADD
06:30 ONE News 06:45 Ondroad 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:40 Paperscan
10:03 The President’s Solidarity Fun Run 12:30 ONE News 12:35 Maratona Ġbir ta’ Fondi
15:30 ONE News 15:35 Maratona Ġbir
ta’ Fondi 19:30 ONE News 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Maratona Ġbir ta’ Fondi 23:30 ONE News
08.11.2020 04.12.2022 23
17-02 19-02
15-02
05-12
17:00 Aroma Kitchen 17:30 Mill-Festa 19:30 ONE News 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Mill-Festa 23:30 ONE News TNEJN
06:30 ONE News 06:45 Taste & Travel 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Denfil 07:25 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update 09:55 Denfil
ID-DAR TAL-ĦOLM
Xi kultant tiġi wiċċ imb wiċċ ma’ ktieb verament tal-ħolm f’kull sens tal-kelma li jitfgħek ġo dinja kollha kuluri. Wieħed minnhom huwa Id-Dar tal-Ħolm, ktieb ġdid pubblikazzjoni Merlin Publishers. Huwa ktieb bl-istampi, l-hekk imsejjaħ picture book, miktub u illustrat minn Moira Scicluna Zahra. Il-ktieb jirrakkonta storja evokattiva li tibda Malta u tkompli bi vjaġġ t’immaġinazzjoni u safra barra minn Malta, li tesprimi l-kurżità u l-innoċenza tat-tfal. Id-Dar tal-Ħolm jesplora d-differenzi bejn id-djar kif nifhmuhom u mdorrijin narawhom f’pajjiżi differenti, kif ukoll id-differenza bejn id-dar tal-ġebel u dik magħmula mill-persuni li jgħixu fiha.
Id-dar tal-ħolm idur madwar l-immaġinazzjoni tat-tfal u sa fejn jaslu biex jgħixu l-ħolm tagħhom. Il-ħolm ta’ Stella huwa bbażat fuq l-istampi li tara fil-kotba tagħha, li normalment ikunu ta’ djar barra minn Malta. Meta tibda tqabbel dawn id-djar ma’ tagħha, id-dar tagħha tibda taraha b’lenti kemxejn kritika. Oħtha l-kbira, Luċija, kemm-il darba ma tagħtix kas dan l-entużjażmu ta’ Stella. L-illustrazzjonijiet ta’ Scicluna Zahra
jdaħħluk dritt fl-istorja, fejn naraw il-kliem donnu jimxi bis-saħħa tal-immaġinazzjoni ta’ Stella. Hija turi immaġinazzjoni liema bħalha li tkompli tikber u tikber ma’ kull paġna tal-ktieb. Bħala qarrejja dan l-aspett narawh meta l-aħwa jżuru lil zijiethom l-Ingilterra. Matul dan il-vjaġġ, kemm fis-safra tal-aħwa kif ukoll fil-paġni tal-ktieb, niskopru fejn tista’ teħodna l-immaġinazzjoni jekk inħallu lilna nfusna noħolmu.
Għall-bidu, f’għajnejn Stella dar hija sempliċement binja fejn tgħix. Però, iktar ma naqraw mill-istorja iktar narawha tiskopri din id-differenza.
Moira Scicluna Zahra hija illustratriċi magħrufa, rebħet bosta premjijiet nazzjonali, u hija wkoll lettur fil-livell postsekondarju. Dan huwa t-tieni ktieb bl-istampi tagħhawara Mamà, allura din imħabba? - fejn mhux biss għamlet l-illustrazzjonijiet iżda kitbet ukoll l-istorja.
Id-Dar tal-Ħolm huwa pubblikazzjoni ta’ Merlin Publishers u jinsab fil-ħwienet tal-kotba kollha kif ukoll mis-sit merlinpublishers. com
Mistoqsija: Ta’ min hu l-ħolm f’dan il-ktieb?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb ID-DAR TAL-ĦOLM. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 11 ta’ Diċembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb TAĦBIL IL-MOĦĦ hija:
S. CIANTAR - ĦAMRUN
Tweġiba:
04.12.2022 24 reċensjoni
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 05 Fuq liema vjaġġ ser jittieħdu l-udjenza fl-ispettaklu ta’ Cirque Du Soleil?
tal-ktieb
Isem: Numru tat-telefown:
Indirizz:
IWETTAQ L-EWWEL QTIL TA’ 13-IL SENA
Carl ‘Charlie’ Brandt jerġa’ joqtol wara 33 sena
Carl ‘Charlie’ Brandt kien qattiel tal-massa Amerikan li qatel minn tal-inqas erba’ nisa, fosthom ommu, li kellha tmien xhur tqala. Fit-3 ta’ Jannar tal-1971, Brandt spara tiri b’arma tan-nar lil missieru u lil ommu, fejn ħalla lil ommu mejta. Peress li kellu biss 13-il sena, hu ma setax jgħaddi ġuri u ntbagħat fi sptar mentali għall-kura. Hekk kif għaddew 33 sena mill-qtil ta’ ommu, Brandt qatel lil martu u lin-neputija tiegħu, u wara tgħallaq fil-garaxx. Mas-sejba tal-katavri u l-mod kif sabu vittma minnhom, il-pulizija bdew jaħbsu li Brandt kien ħati ta’ iktar omiċidji li ma kinux solvuti.
It-tfulija ta’ Brandt
Charlie Brandt twieled fit-23 ta’ Frar tal-1957 f’Fort Wayne, fl-istat ta’ Indiana tal-Istati Uniti. Hu kien it-tieni wild ta’ Herbert u Ilse Brandt, li kienu immigranti Ġermaniżi. Peress li missier Brandt kien jaħdem ma’ diviżjoni tal-International Harvester, il-familja Brandt kienet tiċċaqlaq minn post għal ieħor ma’ kull promozzjoni li kien jieħu.
Brandt kien deskritt bħala tifel kwiet u mistħi. Minħabba f’hekk, hu kien isibha diffiċli biex jidra l-bidla kontinwa li kien espost għaliha. Fit-3 ta’ Jannar tal-1971, waqt li l-ġenituri tiegħu kienu fil-kamra tal-banju, Brandt daħal fuqhom u sparalhom bil-pistola ta’ missieru. Missieru għex iżda ommu mietet bit-tarbija f’ġufha. Wara, Brandt mar fil-kamra ta’ oħtu l-kbira, Angela, u prova jisparalha iżda l-pistola ma kienx fiha iktar balal. Oħtu pruvat tikkalmah ħalli ma jweġġax lilha u lil ħuthom iż-żgħar u kif irnexxielha, hi marret issejjaħ għall-għajnuna għand il-ġirien.
Oħt Brandt qalet li ħuha deher qisu ma kienx f’sensih u ġie f’tiegħu xħin ikkalmatu. Fil-fatt, hu stqarr ma’ oħtu li ma kienx jiftakar x’ġara. Peress li Brandt kellu biss 13-il sena xħin qatel lil ommu u prova joqtol lil missieru, hu ntbagħat sena fi sptar mentali għall-kura. Minkejja li saru diversi evalwazzjonijiet, il-psikjatri ma setgħux isibu raġuni għalfejn Brandt aġixxa hekk. Kien għalhekk li hu reġa’ ntbagħat jgħix mal-familja tiegħu f’Ġunju tal-1972. L-azzjonijiet li wettaq fl-1971 ma reġgħux issemmew mill-membri tal-familja u ħutu ż-żgħar kien mingħalihom li ommhom mietet f’inċident tat-traffiku.
Ftit wara li ngħaqad ma’ familtu, il-missier ħa lill-familja toqgħod f’Ormond Beach fi Florida. Sena wara, missier Brandt iżżewweġ u flimkien mażżewġt itfal iż-żgħar, mar lura f’Indiana
filwaqt li ħalla lil Brandt u lil oħtu man-nanniet. Fl-1984, Brandt gradwa u sab xogħol bħala speċjalista tar-radar mal-Ford Aerospace, f’Astor. Fl-1986, Brandt iżżewweġ Lil Theresa Helfrich. Oħtu u r-raġel tagħha provaw jgħidu lil Brandt biex jgħid lil martu b’dak li ġara meta kellu 13-il sena, iżda qatt ma qalilhom għarrafhiex jew le. Tliet snin wara miż-żwieġ, Brandt u martu marru joqogħdu f’Big Pine Key.
Jerġa’ joqtol
Fit-2 ta’ Settembru tal-2004, Brandt u martu evakwaw mid-dar tagħhom minħabba l-Urugan Ivan u marru joqogħdu man-neputija, Michelle Lynn Jones, f’Orlando. Jones kienet iżżomm kuntatt ma’ ommha u ma’ sħabha ta’ spiss, fejn anke kienu jżuruha. Fit-13 ta’ Settembru, ħabiba ta’ Jones kellha tmur s’għandha iżda Jones qaltilha biex ma tmurx għax Brandt u martu kellhom xi jgħidu. Dik kienet l-aħħar darba li sħabha u ommha semgħu mingħand Jones.
Jumejn wara, il-ħabiba ta’ Jones, Debbie Knight, marret iżżur lil Jones. Hekk kif Knight daħlet fil-garaxx, hi sabet lil Brandt mgħallaq. Knight ċemplet lill-pulizija, u kif dawn ġew u daħlu ġewwa, huma sabu l-katavri talmara ta’ Brandt u ta’ Jones. Il-mara ta’ Brandt kellha seba’ daqqiet b’arma
bil-ponta filwaqt li Jones kellha diversi organi mneħħija u rasha maqtugħa. Il-mod ta’ kif inqatlet Jones qajjem suspett fost il-pulizija li Brandt kien diġà qatel b’mod simili minħabba xi każijiet li kellhom mhux solvuti. Fost dawn il-każijiet kien hemm il-qtil ta’ Sherry Perishio, mara ta’ 38 sena, li kienet tgħix fuq dinghi. Il-katavru tagħha nstab fis-16 ta’ Lulju tal-1989 ħdejn inNorth Pine Channel Bridge f’Big Pine Key; qrib fejn kien joqgħod Brandt dak iż-żmien. Il-pulizija qabbblu ritratt ta’
Brandt mat-tpinġija tas-suspettat li xxandret fl-aħbarijiet u kkonfermaw li kien Brandt. Kien hemm ukoll evidenza mill-ħatni tal-mara ta’ Brandt fejn kien qal li Theresa kellha suspett li żewġha qatel lil Perishio għax kien mar id-dar bil-flokk imċappas bid-demm. Meta staqsietu xi ġralu, Brandt qalilha li ċċappas waqt li beda jnaddaf il-ħut. Brandt huwa wkoll suspettat għallqtil ta’ Carol Sullivan ta’ 12-il sena, Lisa Saunders ta’ 20 sena u Darlene Toler ta’ 38 sena.
04.12.2022 25
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
In-neputija Michelle (xellug) u l-mara ta’ Brandt, Therese (lemin)
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi.
Eżempju:
Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR
04.12.2022 26
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri. 1 7 13 19 25 4 10 16 22 2 8 14 20 26 5 11 17 23 3 9 15 21 6 12 18 24
04.12.2022 27 TISLIBA 463 MIMDUDIN: 1.Qamar,
24.Ostja WEQFIN:
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 P. VASSALLO - KALKARA Isem: Indirizz: WEQFIN: 1. Għani (6) 2,11. Ċelebrazzjoni (5) 3. Il-parti ta’ fuq tal-ġisem (3) 5,21M Annimal (6) 6. Drawwa? (3) 8. Ikunu fuq barra tad-djar (9) 11, Ara 2 12. Ara 7 13. Ara 9 14. Ħaseb? (6) 15. Jgħaddi l-ilma minnha (6) 17. Mhux issa (3) 21. Mhux isfel (3) 22. Ikunu fuq oġġett imdewwed (3) MIMDUDIN: 1. Ivvjaġġar? (5) 4. Kompli l-qawl: Għall-għera u għall-għar, il-.... jitrekken fid-dar (4) 7,12W,19. Deliberatament (7) 9,13. Naħbi (6) 10. Raħal (6) 12. Tidħol ma’ ħafna ikel Malti (6) 16. Belt (3) 18. Oliver Pavia (1,1) 19. Ara 7 20. Libsa Ingliża (5) 21. Ara 5 23. Faċendi (4) 24. Iniedi (5) Bi 3 NUMRI 030 059 091 100 138 198 199 291 331 337 382 443 469 510 538 846 B’4 NUMRI 0232 0649 0731 0821 0891 2154 2169 2294 2795 2899 2990 3676 3777 4249 4718 4793 5859 6013 6054 6283 6313 6423 6530 6677 6680 7084 7517 7657 7864 8117 8356 8858 9446 9680 9765 9972 B’5 NUMRI 14140 14861 15866 25968 28282 33263 39972 43071 46785 47283 58493 59012 66749 66784 66839 67632 70375 79838 87579 87744 89450 97891 B’6 NUMRI 025866 188782 206444 267359 815302 834946 864759 940179 993095 995807
4.Ferħ, 7,23.Ippika, 9,16.Welled, 10.Periti, 12.Ballut, 20.Ficus,
1,11.Qawsalla, 2,18.Malti, 3.RIP, 5,21M.Editur, 6,17.Ħlietu, 8.Pellicano, 12,19.Bdiet, 13.LTI, 14.Tisħet, 15.Italja, 21.Tip,22.Rak
KAPRIĊĊ MONSTRUŻ MILL-PN
Editorjal
Il-pożizzjoni li qed tieħu l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kontra l-emenda proposta mill-Gvern bil-għan li tipproteġi lill-omm meta jinqalgħu kumplikazzjonijiet fit-tqala li jirriżultaw f’riskju serju għal ħajjitha u saħħitha, hi mnebbħa kompletament minn attitudni kapriċċjuża mhux denja għal min qed jirrappreżenta fazzjoni kbira ta’ nisa fil-pajjiż u anke jaspira li jiġi fdat bħala rappreżentant tal-bqija fil-pajjiż.
biex tiġi pari passu mar-raġel.
Id-diskors tal-Kap Nazzjonalista Bernard Grech nhar l-Erbgħa fil-Parlament ukoll wera li l-ħafna retorika tiegħu favur in-nisa hi biss duħħan, partikolarment meta rredikola lil min spiċċa b’kumplikazzjonijiet fit-tqala. Saħansitra nefaħ fuq il-ġamar ta’ min allega li dawn l-istess kundizzjonijiet mediċi kienu ppjanati u intenzjonati bil-għan li jitqanqal ilbżonn tal-emenda fil-liġijiet.
daqstant partikolari jsiru, ma jeskludix milli xorta jitressqu akkużi fil-qrati u jiġu imposti l-pieni msemmija.
Il-każ tal-Amerikana Andrea Prudente fis-sajf fejn ma setgħetx tiġi kkurata f’pajjiżna bl-istess mod, għax din kienet għadha mhix f’riskju imminenti bejn ħajja u mewt, anke jekk it-tarbija tagħha ma kinitx se tgħix, tefa’ l-akbar dawl fuq il-ħtieġa ta’ emenda kif ġiet proposta mill-Gvern.
joni ma titqiesx bħala reat. “Meta r-realtà turi kif f’kull qasam hemm iżjed xogħol xi jsir, żgur li mhux se nkunu aħna li l-fiduċja tal-poplu nsarrfuha f’attitudni indifferenti. In-nies ma tawniex is-siġġu biex noqogħdu komdi ma niddeċidux,” qal il-Prim Ministru l-Ħadd.
Immexxija mis-soltu estremisti, l-Oppożizzjoni qed tigdeb, tgħawweġ il-fatti u, fuq kollox, tagħmel disservizz ma’ kull mara fil-pajjiż … inklużi dawk li vvutaw lill-PN f’Marzu li għadda u dawk li jagħmlu parti minnha fil-Parlament
Ikkontrollata mill-Konservattivi estremisti, fosthom millKurja Arċiveskovili, u mġebbda lejn l-abbissi taż-żminijiet fejn il-mara kienet meqjusa unikament bħala strument biex tipproduċi t-tfal u postha kien biss fil-kċina u fil-kamra tas-sodda, l-Oppożizzjoni ddegradat flagħar livelli sitwazzjoni daqstant delikata u dibattitu relatat mill-iżjed essenzjali.
Dak li esperjenzajna fl-aħħar jiem mill-esponenti tal-Partit Nazzjonalista u l-affiljati tiegħu hu diżgustanti u jipprova jibni sur quddiem l-emanċipazzjoni tal-mara, li għal għexieren ta’ snin diġà kellha u għadha qed tiġġieled iżjed minn kulħadd
Dan waħdu wkoll hu monstruż biżżejjed, kif esprimew għaqdiet tan-nisa fil-pajjiż.
Kif inhuma sal-lum il-ġurnata, il-liġijiet f’pajjiżna jordnaw passi kriminali b’piena sa erba’ snin ħabs anke kontra tobba li jintervjenu biex jitterminaw it-tqala ħalli jsalvaw il-ħajja ta’ omm f’xifer il-mewt, minflok din tmut bit-tarbija b’kollox. L-istess liġijiet jimponu wkoll proċeduri inkriminanti kontra l-omm li tagħti l-kunsens tagħha f’tali ċirkostanzi u għaliha hemm riservati sa tliet snin ħabs ukoll.
Il-fatt li teżisti prattika stabbilita fl-Isptar biex interventi mediċi simili f’ċirkostanzi
L-emenda, li għandha l-barka tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza, iddaħħal biss fil-liġi l-eċċezzjoni għal ċirkostanzi simili bil-għan li tiġi protetta s-saħħa u l-ħajja tal-mara.
Il-Prim Ministru Robert Abela wkoll fisser bl-aktar mod ċar li l-artikli li diġà jeżistu fil-kodiċi kriminali dwar l-abort se jibqgħu hemm.
Minflok l-emenda se tkun qed tiċċara li, meta l-professjonisti mediċi jaqblu li tqala għandha tkun itterminata minħabba kumplikazzjoni medika li tkun tista’ tqiegħed ħajjet l-omm f’riskju jew saħħa ta’ periklu gravi, din it-terminazz-
Bil-maqlub u kapriċċjożament, il-PN ta’ Bernard Grech qed jigdeb, jgħawweġ il-fatti u, fuq kollox, jagħmel disservizz ma’ kull mara f’pajjiżna. Inklużi dawk li tawh l-appoġġ elettorali tagħhom f’Marzu li għadda. Inklużi dawk li jagħmlu parti mill-Oppożizzjoni stess.
Anke jekk konxju li d-dinja nbidlet, il-mara avvanzat, u dak li qed jiġi diskuss fil-pajjiż mhux il-“bieb” jew it-“tieqa” inkella xi “ventilatur” li jippermetti d-dħul tal-abort fostna, il-PN qed iħalli lis-soltu estremisti jmexxuh b’mentalità li lanqas seklu ilu ma kienet għadha aċċettabbli, aħseb u ara llum.
Il-Gvern hu determinat li l-pajjiż ikompli jaħdem biex jipproteġi iżjed lill-mara, mhux l-inqas f’ċirkostanzi bejn ħajja u mewt. Hekk għamel diġà … hekk se jibqa’ jagħmel.
04.12.2022 28