KullĦadd_05.02.2023

Page 1

ŻEWĠ GĦOTJIET

OĦRA MILL-ISTAT ISARRFU SA €1,350

LILL-ANZJANI

Rapport f’paġna 5

€16.3 BILJUN TA’ DEPOŻITI MAL-BANEK

Sa tmiem l-2022 il-familji Maltin kellhom rekord ta’ tifdil … żieda ta’ €3.2 biljun fl-aħħar tliet snin

F’Diċembru li għadda l-familji Maltin u Għawdxin kellhom imfaddlin f’depożiti mal-banek lokali ċ-ċifra rekord ta’ €16.3 biljun, li kienet tfisser żieda ta’ kważi €930 miljun jew tkabbir ta’ 6% meta mqabbel ma’ sena qabel.

B’dan ir-riżultat li nkiseb is-sena l-oħra jfisser li, kemm ilu Prim Ministru Robert Abela, il-familji f’pajjiżna kabbru t-tifdil tagħhom mal-banek bi €3.2 biljun. Bħala medja, għal kull €5 li l-familji kellhom imfaddlin f’Jannar ta’ tliet snin ilu, illum għandhom aktar minn €6.

Fi tliet snin it-tifdil talfamilji mal-banek kiber aktar milli kien kiber tul għaxar snin fl-aħħar żewġ leġiżlaturi tal-Partit Nazzjonalista meħudin flimkien, minbarra li ż-żieda medja kull xahar is-sena l-oħra kienet iżjed minn tliet darbiet iż-żieda medja fit-tifdil kull xahar bejn l-2008 u l-2013 taħt GonziPN.

ferm iżgħar minn dik preżenti, id-depożiti tal-familji fil-banek mhux talli ma żdidux, iżda saħansitra naqsu b’aktar minn €140 miljun.

Dan għax il-Gvern ta’ dakinhar għażel li jitfa’ l-piż tal-kriżi tal-enerġija u ħafna iżjed direttament fuq il-familji u n-negozji, bil-kontra ta’ dak li qed jagħmel il-Gvern attwali.

Mill-2019 il-familji ġemmgħu ferm iżjed milli f’żewġ leġiżlaturi sħaħ tal-PN

Fil-fatt, f’Novembru tal-2009 it-tifdil tal-familji kien naqas għal-livell ta’ Novembru ta’ sentejn qabel, li jfisser li l-Gvern ta’ Lawrence Gonzi tant ma għenx lill-familji li dawn kellhom “jieklu minn ġewwa” minn dak li kienu ilhom ifaddlu mill-2007.

ATTIVIŻMU LABURISTA

Ta’ min ifakkar ukoll li fl-2009, frott l-awsterità mħaddna millGvern quddiem kriżi internazzjonali

Bil-maqlub, taħt l-amministrazzjoni attwali ta’ Robert Abela l-familji mhux biss ma kellhomx bżonn iduru għal dak li kellhom imġemma’ taħt rashom, iżda saħansitra rnexxielhom itejbu s-sitwazzjoni finanzjarja fl-eqqel tal-agħar pandemija li d-dinja kollha ffaċċjat f’dawn l-aħħar 80 sena.

Tkompli f’paġna 7

FL-AQWA TIEGĦU

Iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista lbieraħ mtela b’mijiet ta’ persuni li żaruh bħala parti minn open day organizzata mill-Partit Laburista, fi tmiem ġimgħa ta’ kampanja biex tissaħħaħ is-sħubija f’dan l-akbar moviment fil-pajjiż. Fl-istess ħin setgħu jitpaxxew b’wirja storika relatata mal-Partit.

Rapport u ritratti f’paġni 14 u 15

Ħarġa Nru 1,543 Prezz €1 Il-Ħadd, 5 ta’ Frar, 2023

DETTALJI

EDITUR

RONALD VASSALLO

email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI

KIMBERLY CEFAI

email: sales@kullhadd.com

tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

DISINN TAL-PAĠNI

KIMBERLY CEFAI

tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

KUNTATT ĠENERALI

KullĦadd

email: editorial@kullhadd.com

tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

KullĦadd

One Complex, A 28B, Industial Estate

Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU

www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI

www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT

Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI

Emerġenza Covid 19 - 111

Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza – 112

Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000

Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182

IT-TEMP GĦAL-LUM

L-Ogħla Temperatura: 16°C

L-Inqas Temperatura: 10°C

L-Indiċi UV: 3

Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni

għolja testendi minn fuq il-Bajja ta’ Biscay lejn l-Eġittu

filwaqt li ċirkolazzjoni ta’ pressjoni baxxa tiksi l-Lvant

tal-Mediterran

It-Temp: Xemxi

Ir-Riħ: Moderat mit-Tramuntana li jsir qawwi

Il-Viżibilità: Tajba

Il-Baħar: Moderat li jsir qawwi

L-Imbatt: Baxx għal moderat mill-Punent Majjistru

It-Temperatura tal-Baħar: 17°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 2123 4567

Thomas’ Pharmacy, 796, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238018

Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 21467459

Herba Pharmacy, 166, Triq Salvu Psaila, Birkirkara – 21443406

Tony’s Pharmacy, 100, Triq Sir Patrick Stuart, Il-Ġżira – 21332080

Potter Chemists Ltd, Triq Wilġa, Paceville – 21363244

Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21335492

Whites Pharmacy, No. 3, E.M. Bajada Building, Vjal il-Labour, In-Naxxar – 21412454

St. Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Ħ’Attard – 21413442

Qawra Pharmacy, Earl’s Court/1, Triq l-Imħar, Il-Qawra – 21580881

Central Pharmacy, 6, Triq San Ġużepp, Ħal Luqa – 21692546

Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu – 21807529

May Day Pharmacy, Triq il-Vittorja, Ħaż-Żabbar – 21826529

Pompei Pharmacy, Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk – 21651278

Kristianne Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, Iż-Żurrieq – 21647391

Regal Pharmacy, 39B, Triq Antonio Bosio, L-Imsida – 21313115

Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479

Għawdex

Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Ir-Rabat – 21556970

Joyce’s Pharmacy, Vjal it-8 ta’ Settembru, Ix-Xagħra – 21561486

L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

05.02.2023 02
It-Tnejn 10°C 12°C 11°C 14°C 7°C 9°C 9°C 10°C UV 3 UV 2 UV 4 UV 4 Il-Ħamis L-Erbgħa Is-Sibt
11°C 9°C UV 2 It-Tlieta 14°C 10°C UV 1 Il-Ġimgħa

IŻJED INVESTIMENTI TA’ KWALITÀ QED ISEĦĦU F’GĦAWDEX

Il-Prim Ministru Robert Abela żar żewġ proġetti f’Għawdex li b’investiment miljunarju se jkomplu jwasslu kwalità ta’ ħajja aħjar għall-familji – l-Iskola Primarja tan-Nadur u l-bini tal-akbar kumpless sportiv fir-Rabat.

L-ewwel proġett, fejn għaddejjin xogħlijiet estensivi ta’ tisbiħ b’nefqa ta’ €6 miljun kofinanzjati minn fondi Ewropej, għandu jitlesta din is-sena stess. Fl-iskola, li għandha popolazzjoni ta’ madwar 200 student u 30 edukatur, se jiġu installati servizzi ta’ dawl, ilma, drenaġġ, internet u apparat ieħor ta’ sigurtà. Hawn il-Prim Ministru qal li wliedna jeħtieġu l-aħjar edukazzjoni f’ambjent modern, aċċessibbli u sigur. Għalhekk għaddejja ħidma nazzjonali biex l-iskejjel jiġu aġġor-

nati maż-żminijiet tal-lum. Minbarra t-tisbiħ minn ġewwa u barra, ilproġett se jinkludi d-disinn mill-ġdid tal-ispazji miftuħa u rikreattivi fl-iskola. Waqt iż-żjara, il-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-Ministri Clint Camilleri u Clifton Grima u mis-Segretarju Parlamentari Chris Bonett.

Flimkien mal-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, Dr Abela żar ukoll investiment kbir fl-isport fejn għall-ewwel darba Għawdex se jkollu kumpless akkwatiku u sportiv fiċ-ċentru tal-gżira.

Hawn sostna li l-isport għandu jkun parti integrali mill-ħajja u dan il-proġett, li jinsab fi stadju avvanzat, se joffri l-aqwa faċilitajiet għal diversi dixxiplini, waqt li jsaħħaħ niċeċ ekonomiċi ġodda ta’ turiżmu sportiv minn atleti barranin.

REQUEST FOR CALL for Offers (CFO)

Invitation to submit proposals to manage the present bar and catering area at the Partit Laburista Club in Mellieħa

CFO document to be collected from

Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile-End, Ħamrun or by calling on 20901601/2.

Monday 6th February 2023 to Thursday 9th February

2023, Monday 13th February to Friday 17th February

2023, Monday 20th February to Friday 24th February 2023, Monday 27th February 2023 9:00 to 17:00, and Tuesday 28th February 2023 9:00 to noon.

Closing date for submissions: Tuesday, 28th February, at 12:00pm.

05.02.2023 04
Waqt iż-żjara tal-Prim Ministru lix-xogħlijiet fl-Iskola Primarja tan-Nadur

SA €1,350 OĦRA F’GĦOTJIET LILL-ANZJANI

Waqt li fi tmiem din il-ġimgħa mal-50,000 anzjan u anzjana bbenefikaw minn total ta’ €19.2 miljun, bil-ħlas ta’ żewġ benefiċċji soċjali oħrajn – il-bonus għal min ma ħallasx biżżejjed kontribuzzjonijiet (Bolol) biex ikollu pensjoni u l-għotja għal ċittadini ta’ ’l fuq minn 75 u 80 sena – jirriżulta lillKullĦadd li tali għajnuna tista’ titla’ sa €950 għal persuna waħedha u sa €1,350 għal koppja li għandha iżjed minn 80 sena li tgħix taħt l-istess saqaf.

Il-Ministru għall-Politika

Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon, u s-Segretarju Permanenti fi ħdan l-istess Ministeru, Mark Musù, ħabbru li, mill-bieraħ, 12,262 persuna li ma jikkwalifikawx għall-pensjoni kontributorja bdew jirċievu l-bonus b’żieda ta’ €50 fuq is-sena l-oħra.

B’hekk, dawk li ħallsu erba’ snin kontribuzzjonijiet se jirċievu €450, waqt li dawk li ħallsu bejn ħamsa u disa’ snin Bolol se jirċievu €550.

Din hi l-ħames żieda fil-bonus minn meta beda fl-2015. Permezz ta’ tibdiliet li saru mill-

2020 ’l hawn, persuna issa tista’ tibbenefika minn dan il-bonus filwaqt li tikkwalifika wkoll għall-għotja li tingħata meta tagħlaq il-75 sena.

Fil-każ tal-ħlas tal-għotja liċ-ċittadini ta’ ’l fuq minn 75 sena jew aktar, mill-bieraħ bdew igawduha 37,208 persuni li għandhom 75 sena jew aktar u li jgħixu fi djarhom jew flimkien mal-qraba, kif ukoll dawk l-anzjani li jħallsu minn buthom biex jgħixu fi djar tal-kura privati.

Dawk bejn 75 u 79 sena jirċievu €300 fis-sena u dawk minn 80 sena ’l fuq jirċievu €400 fissena.

Il-Ministru qal li dawn il-pagamenti huma xhieda oħra ta’ kemm il-Gvern jemmen fil-pensjonanti li kull sena jgawdu minn bosta żidiet finanzjarji.

Kif jidher mit-tabelli annessi, ibbażati fuq eżempji prattiċi, l-għotjiet se jaraw lil eluf ta’ persuni individwali u koppji jibbenefikaw minn aktar titjib f’ħajjithom, grazzi għall-għaqal tal-amministrazzjoni Laburista mmexxija mill-Prim Ministru Robert Abela.

Eżempji ta’ koppja anzjana ta’ ’l fuq minn 75/80 sena li għadha tgħix f’darha, li parti tgawdi pensjoni waħda u l-parti l-oħra b’4 jew 8 snin Bolol

Koppja fejn il-mara (+75 sena) ħallset 4 snin Bolol jew 8 snin Bolol u r-raġel (+75 sena) b’pensjoni

€1,050 (€300 + €450 + €300)

€1,150 (€300 + €550 + €300)

Koppja fejn il-mara (+75 sena) ħallset 4 snin Bolol jew 8 snin Bolol u r-raġel (+80 sena) b’pensjoni

€1,150 (€300 + €450 + €400)

€1,250 (€300 + €550 + €400)

Koppja fejn il-mara (+80 sena) ħallset 4 snin Bolol jew 8 snin Bolol u r-raġel (+80 sena) b’pensjoni

€1,250 (€400 + €450 + €400)

€1,350 (€400 + €550 + €400)

Eżempji ta’ anzjana ta’ ’l fuq minn 65 sena li tgħix f’darha u kienet ħallset 4 jew 8 snin Bolol

Persuna tgħix f’darha: €300 (+75 sena); €400 (+80 sena)

Anzjana tgħix f’darha:

4 snin Bolol – €450

8 snin Bolol – €550

Persuna ta’ 76 sena tgħix f’darha u b’4 jew bi 8 snin kontribuzzjonijiet:

€750 (€300 + €450)

€850 (€300 + €550)

Persuna ta’ 82 sena tgħix f’darha u b’4 jew bi 8 snin kontribuzzjonijiet:

€850 (€400 + €450);

€950 (€400 + €550)

05.02.2023 05

SENTIMENT EKONOMIKU B’SAĦĦTU

FOST IL-FAMILJI U N-NEGOZJI LOKALI

Il-poplu Malti jixhed ferm iżjed fiduċja mill-medja Ewropea … partikolarment mit-tħabbir tal-Baġit 2023 ’l hawn

L-istħarriġ li jsir ta’ kull xahar mill-Kummissjoni Ewropea fost il-familji u n-negozji f’pajjiżna wera li x-xahar li għadda l-indiċi ta’ sentiment ekonomiku laħaq il-livell ta’ 101, li hu 1% aktar mill-medja storika u l-aħjar riżultat għal Jannar mill-2020 sal-lum.

Minbarra hekk, jirriżulta li s-sentiment ekonomiku f’pajjiżna tjieb b’4.6% imqabbel max-xahar preċedenti u saħansitra b’rata li hi d-doppju tal-medja fl-Unjoni Ewropea. Il-fiduċja ekonomika f’pajjiżna issa ilha għal dawn l-aħħar tliet xhur aħjar minn dik fil-bqija talUE, b’dan l-iżvilupp jibda proprju wara t-tħabbir tal-Baġit għal din is-sena

Fil-fatt, skont l-istess stħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea, minn Ottubru ’l hawn is-sentiment ekonomiku f’pajjiżna tjieb bi 13%.

Il-miżuri tal-Baġit, li għal darb’oħra ma daħħal l-ebda taxxi ġodda u żied il-benefiċċji fuq firxa wiesgħa tal-popolazzjoni, wasslu għat-titjib fis-sentiment fost il-familji Maltin u Għawdxin biex laħaq il-medja storika. Bid-differenza għal popli oħrajn, f’pajjiżna l-familji għadhom iqisu li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom tippermettilhom li jistgħu jidħlu għal spejjeż kbar. Fl-Ewropa, bil-maqlub, maġġoranza ta’ 20% tal-familji qalu li ma jaffordjawx jagħmlu dan, fl-isfond tal-qagħda finanzjarja differenti li qed jiffaċċjaw b’riżultat ta’ żidiet fl-inflazzjoni u suq tax-xogħol inqas pożittiv.

Fl-UE l-poplu Malti għandu l-akbar fiduċja fil-Gvern tiegħu u li jemmen li pajjiżu jinsab fit-triq it-tajba

Din il-fiduċja hi riflessa fl-attitudni tal-operaturi fis-settur tal-bejgħ fejn is-sentiment hu ferm akbar mill-medja storika. Filwaqt li maġġoranza ta’ aktar minn 40% raw żieda fil-bejgħ fl-aħħar xhur, aktar minn 50% qed jistennew titjib ieħor fl-operat fix-xhur li ġejjin. Fiddawl ta’ hekk, maġġoranza ta’ 16% qalu li għandhom l-intenzjoni li jkomplu jżidu l-ħaddiema.

Anke fil-kostruzzjoni, is-sentiment hu aħjar mill-medja storika, b’maġġoranza tal-azjendi jbassru żieda fl-ordnijiet. Dan f’kuntest li dawn l-operaturi, bħala medja, qalu li għandhom xogħol b’lura għal aktar minn seba’ xhur jew darbtejn iżjed il-medja storika.

Fis-servizzi, is-sentiment ilu li reġa’ tela’ mal-medja storika f’dawn l-aħħar tliet xhur, b’maġġoranza ta’ kwart taloperaturi jgħidu li qed jistennew tkabbir fl-attività fix-xhur li ġejjin, wara li diġà kellhom tkabbir tajjeb f’dawk li għaddew. B’riżultat t’hekk, kważi nofs il-kumpaniji qed jgħidu li se jkollhom bżonn iżidu l-impjiegi.

Fil-manifattura, għalkemm is-sentiment hu ftit agħar minn ta’ sena ilu, kien hemm ukoll titjib qawwi fl-aħħar xhur. Fil-fatt, maġġoranza żgħira tal-fabbriki

intervistati mill-Kummissjoni Ewropea qalu li xorta se jżidu l-ħaddiema fixxhur li ġejjin, hekk kif qed jirreġistraw li għandhom kważi b’erba’ xhur ta’ produzzjoni garantita fl-ordnijiet bil-quddiem li rċevew.

L-2022 skont in-negozji żgħar u medji

Is-sena li għaddiet, b’mod ġenerali, rat total ta’ 71% tan-negozji żgħar u medji li kienu qrib li jilħqu l-livelli tal-2019, qabel faqqgħet il-pandemija bir-restrizzjonijiet kollha tagħha u l-piżijiet tal-Gwerra fl-Ukrajna.

Fil-fatt, stħarriġ mill-Kamra tal-Kummerċ għan-Negozji Żgħar u Medji ppubblikat din il-ġimgħa, wera li, minn 230 negozju lokali intervistat, 39% marru aħjar mis-sena ta’ qabel il-pandemija, waqt li 15% u 17% qalu li laħqu l-istess livell tal-2019 jew jinsabu qrib, rispettivament. Dan fl-istess ħin li, minkejja l-isfidi internazzjonali, 21% tan-negozji Maltin għandhom pjani li jespandu.

Dan l-andament pożittiv, f’dak li hu meqjus bħala barometru għall-qasam,

jikber meta hu meqjus li s-sena li għaddiet 75% tan-negozji rreġistraw profitti ndaqs jew iżjed mill-2021.

F’konferenza tal-aħbarijiet fl-uffiċini tal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji, ġew spjegati ċ-ċifri wara dan l-istħarriġ flimkien mar-raġunijiet warajhom, mhux l-inqas l-għajnuna tal-Gvern permezz tas-sussidji fil-prezzijiet tal-enerġija. Minbarra hekk, punti kruċjali kienu t-tmiem tar-restrizzjonijiet tal-pandemija, aktar stabilità nazzjonali u saħansitra iżjed ottimiżmu fost il-konsumaturi.

Fost oħrajn, ħareġ kif id-dħul tan-negozji fl-2022 meta mqabbel mas-sena ta’ qabel kien wieħed pożittiv, tant li d-dħul żdied b’10% għal 24% tan-negozji, filwaqt li żdied b’20% għal 20% tan-negozji. Saħansitra 16% tan-negozji raw żieda fid-dħul tagħhom ta’ aktar minn 30%, waqt li 22% tan-negozji ma raw l-ebda tnaqqis fid-dħul meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.

Dan ifisser li l-maġġoranza assoluta tan-negozji f’pajjiżna (60%) raw żieda fid-dħul tagħhom fuq is-sena ta’ qabel. Meta mqabbel mal-2019, jiġifieri

l-aqwa sena għat-turiżmu fl-istorja ta’ pajjiżna, fuq bażi ġenerali din is-sena, 39% tan-negozji marru aħjar.

L-istħarriġ tal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji tratta wkoll l-andament tul iż-żmien ta’ festi tal-2022. Fil-fatt, 29% tan-negozji raw żieda ta’ 10% fl-andament tagħhom, 14% raw żieda ta’ 20% u 10% raw saħansitra żieda ta’ 30% fl-andament tagħhom, fuq is-sena ta’ qabel. Kalkolu ta’ 23% tan-negozji raw l-istess andament tal-istess perjodu fl-2021.

Dan ifisser li b’mod ġenerali, 53% tan-negozji raw titjib fuq l-andament tas-sena ta’ qabel, filwaqt li 23% baqgħu fl-istess “ilma”.

In-negozjanti li pparteċipaw f’dan l-istħarriġ ġew mistoqsija wkoll dwar l-ottimiżmu tagħhom fil-bidu ta’ din is-sena fejn 43% kienu sodisfatti ħafna jew sodisfatti bl-andament. In-negozji li jkejlu l-ottimiżmu tagħhom bħala wieħed newtrali ammontaw għal 32%. Dwar l-aspettattiva tagħhom għas-sena l-ġdida, 39% tan-negozji sostnew li l-2023 se tkun waħda aħjar mis-sena l-oħra, bi 43% jgħidu li qed jantiċipaw li din is-sena se tkun l-istess bħal ta’ qabilha.

L-istess stħarriġ, staqsa wkoll dwar il-pjani għall-futur tan-negozji f’pajjiżna, b’21% jiddikjaraw li għandhom ilħsieb li jespandu l-operat tagħhom, minkejja ż-żminijiet ta’ sfida.

L-għoli tal-ħajja jibqa’ fost l-inqas Skont il-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-UE, l-għoli tal-ħajja f’pajjiżna matul Jannar 2023 baqa’ mal-inqas faxxa minn fost l-istati membri kollha. Fil-fatt, stimi ppubblikati mill-Eurostat nhar l-Erbgħa wrew lil Malta bit-tielet l-inqas rata ta’ inflazzjoni (6.7%), wara Spanja u l-Lussemburgu, u 0.5% inqas milli kienet f’Diċembru li għadda.

Il-Eurostat tenna li l-inflazzjoni annwali fiż-Żona Ewro għal Jannar mistennija tkun 8.5% minn 9.2% f’Diċembru.

Il-kawża prinċipali għal dan l-għoli tal-ħajja tibqa’ l-enerġija, li tixhed kif is-sussidju biljunarju allokat mill-Gvern Malti qed irażżan il-prezzijiet f’pajjiżna u jżomm l-inflazzjoni kemm jista’ jkun taħt kontroll. Isegwu wara l-elettriku, il-fuels u l-gass, hemm il-prodotti talikel, l-alkoħol u t-tabakk, oġġetti industrijali u s-servizzi.

Dan ukoll hu rifless fl-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru li poġġa lill-poplu Malti u Għawdxi fl-ogħla pożizzjoni fl-Unjoni Ewropea kollha fejn hemm fiduċja fl-amministrazzjoni nazzjonali u l-miżuri ta’ mitigazzjoni li qed jittieħdu f’dan ir-rigward. Il-Maltin ukoll huma l-iżjed li jemmnu li pajjiżhom jinsab fittriq it-tajba, bil-maqlub ta’ 24 ġens ieħor Ewropew li jaħsibha bil-maqlub.

L-għoli tal-ħajja kompla jgħolli rasu f’pajjiżi bħal-Latvja (21.6%), l-Estonja (18.8%), il-Litwanja (18.4%), is-Slovakkja (14.9%), il-Kroazja (12.5%), l-Awstrija (11.5%) u l-Italja (10.9%).

05.02.2023 06
Ritratt: GARETH DEGIORGIO

POLITIKA LI TOĦLOQ FINANZI AKTAR FIS-SOD

Tkompli minn paġna 1

Id-depożiti tan-negozji mal-banek ukoll kienu ħadu daqqa ta’ ħarta 13-il sena ilu, bil-kontra ta’ dak li seħħ is-sena li għaddiet.

Sadanittant, l-istatistika tindika wkoll li, minkejja s-sostenn qawwi li qed jagħti l-Gvern, il-qagħda finanzjarja tas-settur pubbliku qed titjieb ukoll. Dan meta d-depożiti tas-settur pubbliku mal-banek laħqu kważi l-€1 biljun jew kważi kwart aktar minn sena qabel.

Dan kollu jindika kemm il-politika progressiva ta’ sostenn, li qed iwettaq il-Gvern, mhux talli qed tgħin lill-familji u lin-negozji, imma qed twassal għal finanzi aktar fis-sod, bil-kontra tal-politika tal-awsterità adottata

mill-aħħar Gvern Nazzjonalista meta s-settur pubbliku kellu depożiti mal-banek disa’ darbiet inqas minn dawk li għandu bħalissa.

Is-saħħa finanzjarja tal-familji Maltin u Għawdxin hi l-kawża ewlenija wara l-irkupru qawwi tal-ekonomija ta’ pajjiżna. Permezz tar-riżorsi finanzjarji tagħhom, fl-aħħar tliet snin, il-familji kabbru d-domanda domestika u għamlu tajjeb anke meta kien jinħass in-nuqqas ta’ turisti u wasslu għall-ogħla rata ta’ tkabbir ekonomiku fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Iżda, minkejja li s-sena l-oħra żdied daqstant il-konsum, il-familji Maltin u Għawdxin baqgħu jfaddlu mal-banek lokali u jżidu d-depożiti b’aktar minn €3.2 biljun fuq l-aħħar sena qabel bdiet il-pandemija.

FIT-TMUN TAL-AĠENDA GLOBALI FIL-KUNSILL TAS-SIGURTÀ TAL-ĠM

Minn nhar l-Erbgħa li għadda, l-1 ta’ Frar, Malta ħadet it-tmun tat-tmexxija tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda (ĠM), wara li fl-10 ta’ Ġunju li għadda ġiet eletta bħala membru mhux permanenti b’aktar minn 97% tal-voti. Il-vot kien ikkonferma lil pajjiżna biex wara 40 sena jerġa’ jservi fuq dan il-Kunsill tant importanti f’deċiżjonijiet li jolqtu lid-dinja kollha.

Iżda, fl-aħħar xhur ix-xogħol intensifika ferm, b’aktar diplomatiċi Maltin fi New York u xogħol speċifiku fuq il-programm ta’ ħidma u l-prijoritajiet li se jkun qed imexxi ’l quddiem pajjiżna.

F’konferenza tal-aħbarijiet aktar kmieni din il-ġimgħa mill-Parlament ta’ Malta, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg (inset), spjega x-xogħol li hu previst li jagħmel pajjiżna għal matul dan ix-xahar b’mod partikolari.

Fl-isfond tal-bandar ta’ Malta, talUnjoni Ewropea u tal-ĠM, il-Ministru Borg qal kif tul il-Presidenza, Malta se tkun qed tmexxi ’l quddiem erba’ attivitajiet prinċipali, b’dik l-aktar mistennija tkun dibattitu fl-24 ta’ Frar biex titfakkar sena minn meta bdiet l-invażjoni tal-Federazzjoni Russa fuq l-Ukrajna. F’din l-attività se jkunu mistennija jattendu għadd ta’ dinjitarji.

Minbarra hekk, fit-13 ta’ Frar se jsir dibattitu fuq il-qagħda mwiegħra tattfal f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt u, l-għada, issir it-tieni attività li se tindirizza l-kwistjoni taż-żieda fil-livell tal-baħar u l-implikazzjonijiet tagħha għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali u kif dan jaffettwa lil gżejjer stati żgħar.

Hu stqarr li l-protezzjoni tat-tfal li jkunu f’kunflitti, il-klima u l-oċeani, irrwol tan-nisa għall-paċi u s-sigurtà u l-litteriżmu huma s-suġġetti li l-Gvern Malti se jkun qed imexxi ’l quddiem, għax jemmen li dawn il-prijoritajiet f’oqsma tematiċi huma essenzjali fittwettiq tad-drittijiet ċivili, politiċi, soċjali u ekonomiċi madwar id-dinja.

It-tielet attività se tkun l-aġġorna-

ment annwali fuq ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-ĠM bl-attendenza tar-Rappreżentant Għoli tal-UE Josep Borell, is-Segretarju Ġenerali tal-ĠM António Guterres u l-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE.

Il-Ministru Borg spjega kif qed iħares ’il quddiem biex, apparti li jmexxi dawn

il-laqgħat, ikun jista’ jimbotta l-prijoritajiet ta’ pajjiżna fuq l-aġenda ta’ dan l-istess Kunsill importanti.

Dan hu żmien storiku li Malta qed terġa’ tiġi fdata fuq dan il-Kunsill, b’mod partikolari anke fid-dawl tal-aħħar żviluppi u sfidi li d-dinja għaddejja minnhom. Din hi wkoll riflessjoni ċara ta’ kif

Riflessjoni ċara ta’ kif il-politika barranija ta’ pajjiżna qiegħda tiġi apprezzata u msaħħa mill-komunità internazzjonali

il-politika barranija ta’ pajjiżna qed tiġi apprezzata u msaħħa mill-komunità internazzjonali. Is-sigurtà, is-sostenibbiltà u s-solidarjetà huma t-temi li Malta qed tibbaża dan it-terminu fuqhom.

Malta ġiet eletta membru mhux per

manenti fuq dan il-Kunsill għal terminu ta’ sentejn sal-aħħar tas-sena 2024 u wara Frar 2023 se tkun qed terġa’ tassumi l-Presidenza f’April tas-sena d-dieħla.

-
05.02.2023 07
Minn din il-ġimgħa pajjiżna hu l-President tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-ĠM

for Offers (CFO)

Invitation to submit proposals to manage the present bar and catering area at the Partit Laburista Club in Santa Lucia

CFO document to be collected from

Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile-End, Ħamrun.

Monday 6th February 2023 to Thursday 9th

February 2023, 9:00 to 17:00 and

Monday 13th February 2023 9:00 to noon.

Closing date for submissions:

Monday 13th February 2023 at 12:00pm

MALTA “HUB STABBILIT TAL-GAMING FID-DINJA”

Jesper Svesson, Kap Eżekuttiv tal-kumpanija ewlenija f’pajjiżna Betsson, tenna li Malta diġà hija hub stabbilit fid-dinja fl-industrija tal-gaming. Waqt li kien qed jirreaġixxi għal ċifri ppubblikati mill-KullĦadd Svesson qal lil ONE News din il-ġimgħa li Malta għandha infrastruttura b’saħħitha f’din l-industrija, grazzi għall-investimenti kollha li saru fl-aħħar

Nhar il-Ħadd din il-gazzetta rrapportat kif ir-reżiljenza tal-industrija tal-gaming f’pajna mhux biss kienet waħda b’saħħitha tul il-pandemija kollha, iżda kkontribwiet ukoll għal tkabbir sostnut sena wara oħra bejn l-2019 u l-2022.

Minn rapport tal-Awtorità ja għal-Logħob (MGA), għall-perjodu ta’ bejn Jannar u Ġunju tas-sena l-oħra, joħroġ kif l-industrija żdiedet fil-valur tagħha għal €573 miljun fuq tliet snin qabel biex illum tlaħħaq 8% tal-valur miżjud gross tal-ekonomija Maltija.

Anke jekk l-iżviluppi lokali u internazzjonali fl-aħħar snin setgħu kienu ta’ theddida għas-settur, partikolarment il-COVID-19, il-Gwerra fl-Ukrajna u ż-żmien temporanju taħt l-osservanza tal-FATF, jirriżulta b’mod ċar li dan ħareġ aktar b’saħħtu.

“Fil-gaming qed inkomplu nikbru u naħseb li l-isfida għal Malta hi li tibqa’ attraenti. Illum il-ġurnata hawn ħafna liċenzji li tista’ tikseb, allura trid tara wkoll dak kollu madwar il-liċenzja biex tkompli tiġbed kumpaniji li jinvestu f’Malta. S’issa, Malta qed tagħmel biċċa xogħol tajba ħafna u diġà stabbilixxiet ruħha bħala hub globali. Għandha l-infrastruttura u l-kapital uman, it-talenti u l-għarfien. Naħseb li Malta għandha pożizzjoni b’saħħitha

ħafna u nittamaw li tibqa’ l-istess għal perjodu twil li għad irid jiġi,” saħaq il-Kap Eżekuttiv ta’ Betsson.

L-MGA ħabbret li ġew irreġistrati 74 kumpanija ġdida bejn l-ewwel nofs tal-2019 (283 kumpanija) u l-istess perjodu tal-2022 (357), li jfisser żieda medja ta’ żewġ kumpaniji fix-xahar. It-total ta’ liċenzji sa Ġunju li għadda laħħaq it-363, b’madwar 19-il miljun ġukatur mid-dinja rreġistrat mas-siti elettroniċi liċenzjati f’pajjiżna.

L-industrija f’Malta

llum għandha 10,861

ħaddiem full-time

Iżjed minn hekk, mill-bidu tal-2021 sa nofs l-2022 l-impjiegi fl-industrija baqgħu jiżdiedu u għall-ewwel darba fl-istorja qabżu l-10,000 ħaddiem fulltime. Sa Ġunju 2022 ġew irreġistrati 10,861 ħaddiem full-time, kważi 4,000 iktar mill-2019, meta kienu rreġistrati 7,011-il ħaddiem. Il-maġġoranza assoluta tal-impjiegi – 10,106 jew 93% – huma rreġistrati mas-

settur online.

It-tkabbir qawwi f’din l-industrija wasal fi żmien fi kriżi internazzjonali bla preċedent, kemm bil-pandemija u anki issa bil-gwerra fl-Ukrajna. Dan fl-istess żmien ukoll li Malta kienet iddaħħlet fil-lista l-griza tal-Financial Action Task Force, l-FATF.

Meta mistoqsi dwar dan, Svesson qal li l-fatt li Malta ħarġet f’qasir żmien mil-lista l-griża m’affettwax wisq b’mod negattiv. “Naħseb li kien inkoraġġanti tara kif b’mod mgħaġġel Malta ħarġet mil-lista tal-FATF … li jfisser li llum m’għadhiex kwistjoni,” hu qal.

ONE News tkellem ukoll malMinistru għall-Ekonomija Silvio Schembri li spjega kif il-Gvern bidel sfida f’opportunità u f’dan is-settur, fl-istess ħin, issaħħu industriji ġodda li huma relatati, bħalma huma l-video game development u l-esports.

“Dawn huma żewġ setturi differenti mill-online gaming, però nafu li hemm ħafna similaritajiet u allura dawk il-ġukaturi li diġà qegħdin joperaw fl-industrija tal-gaming ikollhom interess li anki jinvestu f’dawn l-industriji,” saħaq il-Ministru Schembri.

05.02.2023 08
Ir-rapport fuq l-ewwel faċċata tagħna l-Ħadd li għadda

“11-IL AJRUPLAN” DIĠÀ RIĊIKLATI

L-iskema tal-BCRS tkompli tirranka u sa Jannar ġew depożitati 25 miljun kontentitur jew 1,000 tunnellata

Total ta’ 25 miljun kontenitur vojt jew aktar minn 1,000 tunnellata ta’ materjal –ekwivalenti għall-piż ta’ 12-il ajruplan – inġabru f’għaxar ġimgħat mill-introduzzjoni tal-Beverage Container Refund Scheme (BCRS) f’nofs Novembru. Sa tmiem Jannar, il-kontenituri miġbura kienu 70% tal-plastik, 23% tal-landa u 7% tal-ħġieġ.

Ix-xahar li għadda l-KullĦadd ħabbret li, minn tagħrif li kisbet, kienu depożitati mal14-il miljun kontenitur sa tmiem l-2022, li jfisser li f’Jannar biss inġabru 11-il miljun kontenitur ieħor fl-iskema, li qed tkompli tirranka u tilqa’ parteċipanti fiha.

BCRS Ltd tenniet li, wara l-ġbir mill-magni, li jsir sa anke għaxar darbiet kuljum, il-materjal jiġi pproċessat f’balal fil-faċilità tagħha f’Ħal Far u wara jiġu esportati lejn impjanti speċjalizzati fi Franza u l-Italja fejn jerġgħu jiġu riċiklati f’kontenituri ġodda.

Waqt li qed tassigura li l-plastik li jitpoġġa fis-suq jerġa’ jinġabar u jiġi riċiklat, l-iskema, li tirrifondi 10ċ għal kull kontenitur, ukoll qed tevita l-possibbiltà li daqstant tunnellati jispiċċaw fi skart imferrex mal-pajjiż.

Stqarrija tal-BCRS qalet li dawn iċ-ċifri

huma indikatur inkoraġġanti biex jiżdied ir-riċiklar tal-plastik u Malta tilħaq miri ambjentali stabbiliti. Sa ftit ilu konna qed nirriċiklaw biss 20% ta’ aktar minn 230 miljun kontenitur fis-suq. “Wara biss għaxar ġimgħat jidher li ninsabu fit-triq it-tajba biex nilħqu l-miri għall-ewwel sena ta’ operazzjoni,” qal kelliem għal BCRS, li wkoll għadha kemm irċeviet l-ewwel ċertifikat ta’ akkreditazzjoni għall-ġbir xieraq f’ambjent nadif bħala parti minn ekonomija ċirkolari. BCRS ukoll qalet li kien hemm rispons tajjeb minn ħwienet tal-merċa li qed jirrikonoxxu l-vantaġġi tal-iskema għan-negozji tagħhom u qed jaċċettaw il-ġbir manwali ta’ kontenituri vojta mingħand il-klijenti tagħhom. Sal-lum jirriżulta li hemm iżjed minn 100 grocer madwar Malta u Għawdex li qed joffru ġbir manwali.

Din il-gazzetta wkoll kienet ħabbret li l-operaturi qed jimmiraw li, sal-aħħar ta’ Frar, se jkunu qed jiżdiedu 20 magna oħra mat-300 li diġà jinsabu fil-pajjiż, inklużi 170 f’supermarkets ewlenin, waqt li hemm taħditiet biex is-servizz tas-Silver T jibda jaqdi lill-anzjani jaslu fil-postijiet.

INAWGURATI FI ŻMIEN REKORD IX-XOGĦLIJIET

TA’ TISBIĦ FL-ISTADIUM TAL-ATLETIKA FIL-MARSA

Proġett li beda sena ilu u tlesta fi żmien rekord ġie inawgurat ilbieraħ millMinistru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima. Permezz ta’ dan il-proġett, li sar b’investiment ta’ €2.5 miljun, l-Istadium Matthew Micallef St John fiż-żona tal-Marsa, magħrufa bħala “tal-Ingliżi”, issa hu wieħed tal-ogħla livell.

“Dan l-investiment wassal biex pajjiżna issa għandu korsa tal-atletika tal-ogħla livell anke bi tħejjija biex issa l-atleti Maltin jistgħu jitħarrġu u jipprattikaw l-isport favorit tagħhom b’mod professjonali. Hi wkoll trakka li se tilqa’ lill-atleti li se jkunu f’pajjiżna għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jibdew lejn tmiem Mejju li ġej,” qal ilMinistru Grima.

Il-proġett sħiħ jinkludi bini ta’ strutturi ġodda u modernizzar ta’ oħrajn, resurfacing tat-trakka ta’ 400 metru u t-trakka tal-warm up ta’ 100 metru, fencing ġdid madwar il-faċilità kollha, main stand ġdid li jinkludi changing rooms, lecture rooms, photo finish room, imħażen u kliniċi, żewġ swali għal sessjonijiet ta’ gym, rinnovazzjoni tal-pole vault, high jump, long jump u throws area, u tisbiħ b’mod ġenerali tal-faċilità kollha.

Ix-xogħol sar minn SportMalta.

Il-Ministru responsabbli kompla jgħid li, permezz tal-proġetti fl-infras-

It-trakka prinċipali rinovata, bħala parti mit-tisbiħ li ġie inawgurat ilbieraħ mill-Ministru Clifton Grima (inset)

truttura sportiva li qegħdin isiru, pajjiżna qed ikompli jgħolli l-livell ta’ dawn il-faċilitajiet għal wieħed internazzjonali u b’hekk kemm l-atleti kif ukoll l-ispettaturi se jkollhom ambjent tal-aqwa kwalità.

Permezz ta’ dan il-proġett, pajjiżna se jkun jista’ jilqa’ kompetizzjonijiet internazzjonali oħrajn u għalhekk jissaħħaħ it-turiżmu sportiv, waqt li jimxi id f’id mal-Istrateġija Nazzjonali għall-Isport li

fiha hemm ċar li l-infrastruttura sportiva hi waħda mill-kolonni importanti fiha.

“Is-sodisfazzjon tiegħi hu wkoll għax issa t-tfal Maltin u Għawdxin għandhom ukoll faċilità li tgħinhom b’mod aktar professjonali fit-taħriġ, ikomplu jissodaw fl-isport favorit tagħhom u ’l quddiem bħala atleti jkunu jistgħu jiksbu riżultati fuq livell internazzjonali,” kompla Grima.

B’dan l-investiment ġdid, il-Kumpless Sportiv tal-Marsa qed ikompli jinbidel f’hub sportiv ta’ livell internazzjonali, b’diversi faċilitajiet għal dixxiplini sportivi differenti. Għalhekk, hu wkoll investiment kruċjali biex pajjiżna jitla’ t-tarġa li jmiss f’dan il-qasam.

Dan l-investiment fl-infrastruttura ta’ faċilitajiet ta’ livell għoli hu kruċjali biex pajjiżna jitla’ t-tarġa li jmiss

Mark Cutajar, li hu l-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta, qal li dan hu proġett li jingħaqad mad-diversi proġetti ta’ infrastruttura sportiva li għaddejjin madwar il-pajjiż. “Il-pjan hu li nkomplu ninvestu f’faċilitajiet sportivi aċċessibbli għal kull min b’xi mod jew ieħor jipprattika xi attività fiżika, minn persuni li jagħmlu taħriġ bażiku għall-atleti professjonali, li l-isport hu l-passjoni u l-karriera tagħhom,” saħaq Cutajar.

05.02.2023 09
Ritratt: OMAR CAMILLERI/DOI

L-investimenti tar-Ryanair f’Malta jaqbżu s-€620 miljun, waqt li jsostnu l-impjieg dirett ta’ madwar 500 persuna

IR-RYANAIR BI QLIGĦ

TA’ €211M TUL L-2022

Il-grupp low cost jikkonferma l-irkupru sħiħ mill-effetti tal-pandemija b’żieda ta’ iżjed minn seba’ miljun passiġġier u 57% iżjed dħul gross fuq sena qabel

Il-kumpanija Ryanair Holdings plc, li f’pajjiżna għandha investimenti ta’ iżjed minn €620 miljun u ssostni l-impjieg dirett ta’ madwar 500 persuna, is-sena l-oħra rreġistrat profitt ta’ €211-il miljun wara t-taxxa. Dan kien partikolarment riżultat ta’ żieda qawwija fid-domanda fil-perjodu tal-ħarifa u tal-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena li għaddew.

Miċ-ċifri rrapportati, jirriżulta li r-Ryanair żiedet l-ammont ta’ passiġġieri li ġarret fl-2022 b’7.3 miljuni (+24%) fuq l-2021, waqt li d-dħul gross żdied minn €1.47 biljun għal €2.31 biljun, differenza ta’ €840 miljun.

Kif diġà mħabbar ix-xahar li għadda, Ryanair kienet biss waħda minn żewġ linji tal-ajru li rkupraw kompletament mill-pandemija tal-COVID-19 u l-effetti tal-Gwerra fl-Ukrajna, biċ-ċifri talpassiġġieri fl-2022 issa jikkonfermaw li qabżu dawk tal-2019 b’7%.

Ma’ dan, il-kumpanija wkoll irnexxielha iżjed milli tirdoppja l-profitti tagħha fuq dawk li kienu rreġistrati minnha qabel bdiet il-pandemija (€88 miljun fis-sena finanzjarja 2020).

tagħha b’9% fuq tliet snin ilu.

Ir-Ryanair għandha bażi tagħha fostna u, flimkien mal-Wizz Air, tinvesti b’mod qawwi fl-ekonomija lokali. Malta Air, sussidjarja tar-Ryanair, tmexxi l-operazzjonijiet tagħha minn Malta fejn waqqfet il-kwartieri prinċipali b’149 ajruplan fis-servizz.

Skont il-Kap Eżekuttiv tar-Ryanair, Michael O’Leary, il-kumpanija, li fl-aħħar xhur żiedet 84 Boeing 7378200 ġdid tal-aħħar teknoloġija fi flotta li tammonta għal 523 ajruplan, qed tippjana li sas-sajf li ġej iżżid 124 ajruplan ieħor fi skeda ta’ titjiriet imkabbra b’230 rotta ġdida. Fil-fatt, din is-sena r-Ryanair se tkun qed taqdi 2,450 rotta b’kollox, b’xejn inqas minn 3,200 titjira kuljum.

Fl-2022 Ryanair

żiedet l-ammont

ta’ passiġġieri

b’7.3 miljuni u

d-dħul gross

bi €840 miljun …

b’qabża fil-profitti

Erba’ ġimgħat ilu, il-KullĦadd irrapportat kif studju tal-Eurocontrol, l-aġenzija responsabbli mill-kontroll tat-traffiku tal-ajru Ewropew, sab li mil-linji tal-ajru kollha li joperaw fl-Ewropa, kienu biss il-low-cost Wizz Air u Ryanair li s-sena li għaddiet għelbu kull diffikultà kkawżata mill-pandemija u l-Gwerra fl-Ukrajna u rreġistraw riżultati ferm akbar minn dawk tal-2019.

ta’ €123 miljun

mill-2019

“Fl-aħħar tliet snin, numru ta’ linji tal-ajru fallew u ħafna mil-linji tradizzjonali qatgħu b’mod sinifikanti l-flotot tagħhom u l-ammont ta’ passiġġieri li kapaċi jġorru. Dan ħoloq opportunitajiet enormi għar-Ryanair biex tikber, u, flimkien ma’ fatturi oħrajn, ipoġġina f’pożizzjoni tajba biex sas-sena finanzjarja 2026 inżidu l-profitt għal €225 miljun,” tenna O’Leary, waqt li indika li għall-bqija tas-sena finanzjarja 2023 (Jannar-Marzu) il-kumpanija qed tistenna li tagħmel telf minħabba n-nuqqas tal-Għid mix-xahar ta’ Marzu.

Meta tkellem dwar l-investimenti massiċċi li qed tagħmel il-kumpanija, fosthom il-faċilità għall-manutenzjoni tal-ajruplani f’Malta, il-Kap Eżekuttiv tenna l-impenn lejn titjir li jniġġes l-inqas.

Fost l-oħrajn tħabbar li r-Ryanair żiedet l-attività

“L-investiment tagħna f’ajruplani B737 kompla fit-

tielet kwart (Ottubru-Diċembru 2022) bil-flotta tagħna tal-Gamechanger (li jġorru 4% aktar passiġġieri u jaħlu 16% inqas fuel) tiżdied bi 11 għal 84 ajruplan. Il-fuel tal-avjazzjoni sostenibbli (SAF) ukoll se jkollu rwol ewlieni fit-tnaqqis tagħna tas-CO2 b’10% sal-2030 meta nittamaw li 12.5% tat-titjiriet tagħna jkunu operati permezz tal-SAF, li komplejna ninvestu fih.”

“Fl-istess ħin, il-linji fil-grupp tagħna qegħdin ikomplu joħolqu eluf ta’ impjiegi mħallsin tajjeb ħafna bħala professjonisti fl-avjazzjoni. L-ingaġġ ta’ 1,000 kadett sas-sajf li ġej fl-iskejjel ta’ taħriġ tagħna għallbdoti u l-cabin crew diġà jinsab avvanzat ħafna. Minbarra hekk, fl-aħħar xhur ħabbarna faċilitajiet ġodda fl-inġinerija u l-manutenzjoni f’Malta, f’Kaunas fil-Litwanja u f’Shannon fl-Irlanda u biħsiebna nżidu l-kapaċità fix-xhur li ġejjin. Dawn il-faċilitajiet il-ġodda se jippermettulna li nżidu aktar kadetti u apprendisti għal dawk li ħerġin mill-bank tal-iskola u noħolqu l-ġenerazzjoni li jmiss ta’ professjonisti tal-ogħla livell fl-industrija,” insista O’Leary.

Skont l-aħħar rapport ta’ Eurocontrol, ir-Ryanair baqgħet iżżomm postha fil-quċċata tal-akbar operatur tal-ajru għat-tmien sena konsekuttiva, b’medja ta’ 2,536 titjira kuljum. Minbarra hekk, fil-kategorija tal-akbar ammont ta’ titjiriet li żdiedu bejn l-2019 u l-2022, hi wkoll kellha l-aħjar riżultati – 77,000 titjira aktar.

Id-dħul tal-kumpanija minn titjiriet skedati bejn Ottubru u Diċembru żdied b’85% għal €1.45 biljun b’riżultat ta’ domanda qawwija bi prezzijiet tal-biljetti ogħla, li żdiedu b’14% fuq il-perjodu ta’ qabel il-COVID.

Dħul anċillari wassal għal dħul ieħor qawwi ta’ aktar minn €22.50 kull passiġġier. Id-dħul totali fil-perjodu żdied b’57% għal €2.31 biljun, waqt li l-ispejjeż żdiedu b’36% għal €2.15-il biljun, kawża ta’ spejjeż ogħla tal-fuel, ir-ritorn tal-pagi sħaħ lill-ħaddiema u żieda fit-traffiku ta’ 24%.

F’kumment li kien ta lil din il-gazzetta xahar ilu, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, Aaron Farrugia, kien qal kif “hu ta’ sodisfazzjon tara linji tal-ajru, li għażlu lil pajjiżna bħala l-ġurisdizzjoni tal-għażla tagħhom, u qegħdin jiksbu dawn ir-riżultati. Dan ifisser li pajjiżna kkontribwixxa biex jintlaħqu dawn il-miri hekk kif offrejna qafas leġiżlattiv b’saħħtu li, permezz tiegħu, dawn il-kumpaniji setgħu jikbru u jimirħu. Sadanittant, għalina dan ifisser aktar investiment u ħolqien ta’ aktar karrieri ta’ kwalità fl-industrija tal-avjazzjoni.”

05.02.2023 10

L-INFIQ TAT-TURISTI FL-AĦĦAR TAL-2022

JAQBEŻ DAK FL-2019

Riżultati minn stħarriġ għall-MHRA juru li t-turiżmu f’pajjiżna qiegħed jirkupra tajjeb

Filwaqt li l-wasliet ta’ turisti f’paj­jiżna matul l-2022 laħqu t-83% tal-livell irreġistrat fl2019, l-aħħar sena sħiħa qabel il-pande­mija, jirriżulta li n-nefqa medja ta’ dawk li kienu qed iżuruna żdiedet b’9.4% fuq l-istess perjodu għal €121.86.

Ma’ dan it-tul medju ta’ ljieli li t-turisti qattgħu fostna wkoll kien marġinalment ogħla minn dak irreġistrat fl-2019, li kienet sena rekord fit-turiżmu lokali.

Dawn iċ-ċifri nħarġu waqt li din il-ġimgħa saret preżentazzjoni ta’ stħarriġ mill-kum­panija

Deloitte f’attività tal-Assoċjazzjoni Maltija għal-Lukandi u r-Restoranti (MHRA), li trattat ir-riżultati turistiċi miksu­bin flaħħar kwart tas-sena li għaddiet.

Fl-istess attività l-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo qal li dawn iċ-ċifri huma inkoraġġanti u juru li l-industrija tat-turiżmu kellha rkupru b’saħħtu ħafna mill-effet­ti tal-pandemija.

Riżultati ppubblikati millOr­­ga­nizzazzjoni Dinjija tat-Turiż­mu fi ħdan il-Ġnus Magħquda (UNWTO) f’Novembru li għad­da, taw indikazzjoni ċara kif Malta kienet tinsab mal-ewwel grupp ta’ pajjiżi fid-dinja kollha li qed jirnexxilhom jirkupraw malajr in-numri fisset­tur tu­ris­tiku meta dawn jitqabblu mal-livel­li rreġistrati qabel faqqgħet il-pandemija tal-COVID-19.

Anke jekk pajjiżna hu prattikament dipen­denti kompletament fuq l-ivvjaġġar bl-ajru, xorta rnexxielu jilħaq l-ogħla livell ta’ rkupru, grazzi għassostenn dirett tal-Gvern fil-perjodu li l-industrija kienet wieqfa minħabba r-restrizzjonijiet li ġabet il-COVID-19.

Fil-fatt Malta, bħala parti mill-konti­nent Ewropew, kellha fost l-aħjar riżultati, skont l-aħħar barometru turistiku li ħarġet l-UNWTO. Fl-ewwel disa’ xhur tal-2022, l-Ewropa laqgħet 477 miljun turist, li laħħaq 68% tat-turiżmu kollu fid-dinja, biex irreġistra livell ta’ 81% imqabbel mal-istess perjodu ta’ tliet snin ilu. Fit-tielet kwart waħdu, it-turiżmu fl-Ewropa tela’ għal 90% tal-livell tal-2019.

Sa tmiem is-sena li għaddiet, Malta rnex­xielha wkoll taqbeż il-mira ta’ 2.2 miljun turist li kienet fasslet fil-bidu tas-sena.

Dan kien irkupru tajjeb ħafna meta jitqies li fl-2019, l-iżjed

sena li pajjiżna ra turisti fl-istorja tiegħu, kienu ġew 2.7 miljun barrani. Matul l-2020 waslu f’pajjiżna 659,000 turist, waqt li 968,000 żaruna fl-2021.

Meta tkellem fl-attività talMHRA din il-ġimgħa, il-Ministru Bartolo tenna: “Irridu nsostnu dawn l-isforzi u rridu naħdmu aktar, prinċipalment biex niżguraw riżultati aħjar. Għalhekk, se nkomplu ntejbu l-konnettività bl-ajru, se nkabbru l-isforzi ta’ reklamar tal-Awtorità Maltija għatTuriżmu fis-swieq primarji u sekondarji, u nsaħħu l-investiment pubbliku fir-riġenerazzjoni taż-żoni turistiċi.”

Waqt li żied li l-2022 kienet kruċjali għall-industrija biex tara xi rkupru kien se jkoll­­ha mill-pandemija, temm l-ind-

L-intervent

tal-Gvern biex jassorbi ż-żidiet fil-prezzijiet

tal-enerġija kien kruċjali … kieku

l-industrija ma kinitx tirreġistra dawn ir-riżultati

irizz tiegħu billi qal li t-triq ’il quddiem se tpoġġi enfasi aktar qawwija fuq is-sostenibbiltà, il-kwalità u l-aw­tentiċità tal-Gżejjer Maltin bħala destinazzjoni li tipprovdi esperjenza ħolistika lil kull viżitatur fostna fis-snin li ġejjin.

Mill-is­tħar­riġ ta’ Deloitte ħareġ li fl-2022 il-lukandi ta’ erba’ stilel kellhom l-aħjar okkupanza (72.1%), segwiti minn dawk ta’ tliet stilel (65.7%) u ta’ ħames stilel (54.3%).

Il-President tal-MHRA, Tony Zahra, faħħar l-intervent kruċjali tal-Gvern biex jassorbi ż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija, għax kieku s-settur tal-ospitalità żgur ma kienx jirreġistra dawn ir-riżultati.

“Waqt li ninsabu fit-triq it-taj­ba għall-irkupru, hu importanti li nżommu f’moħħna l-isfidi quddiemna u nżommu dan il-momentum biex immorru lura għar-riżultati tal-2019 kemm jista’ jkun malajr,” saħaq Zahra.

Ibda rċievi l-gazzetta kmieni l-Ħadd filgħodu fil-verżjoni diġitali bla ebda spejjeż żejda u bl-orħos prezz fis-suq ta’ €1 kull ġimgħa

*abbonament jiġi aċċettat meta jsir ħlas bil-quddiem għal mill-inqas 26 ġimgħa

Ċempel waqt il-ġranet u l-ħinijiet tal-uffiċċju fuq in-numru 79241495 jew ibgħat imejl fuq sales@kullhadd.com

05.02.2023 11

FONDI ASSORBITI

Ewropea fil-qofol tal-pandemija, qed naspiraw li jkolna Malta iktar sostenibbli, ekonomikament iktar reżiljenti, u iktar diġitali.

Dawn il-fondi varajniehom f’konferenza li għaliha attendiet ukoll il-Kummisarju Ewropew responsabbli mill-Koeżjoni u r-Riformi, Elisa Ferreira. Hemm spjegajna, kif fi żmien rekord ftehemna mal-Kummissjoni Ewropea kif ħa jinqasmu. Issa ma hemmx ħin x’naħlu. Irridu nibdew naħsdu

Fl-aħħar seba’ snin, Malta kienet fost l-aqwa pajjiżi fl-Unjoni Ewropea biex tassorbi l-fondi Ewropej. Din id-darba, ħa nikkompetu magħna nfusna biex anke dak it-track record intejbu. U determinati biex niksbu dan it-tragward għax, bilflus li kellna f’idejna qabel, biddilna wiċċ pajjiżna. Issa li għandna d-doppju tal-fondi allokati għalina, konvinti li ħa nagħmlu qabża ikbar biex nilħqu t-tragwardi ambizzjużi tagħna.

Grazzi għal 2,200 miljun, li nnegozja għalihom il-Prim Ministru mal-Kummissjoni

l-frott ta’ xogħolna malajr kemm jista’ jkun. U kien għalhekk li fl-istess ġimgħa li ħabbarna l-fondi għamilna

l-ewwel sejħa biex nibdew

bil-proġetti jaqgħu taħt ilJust Transition Fund.

Dan il-fond ser jgħin lillGvern jindirizza l-impatti ambjentali fit-tranżizzjoni

lejn ekonomija li hija climate neutral. Din hi ambizzjoni

li naqsmu mal-membri stati l-oħra tal-Unjoni Ewropea

fejn flimkien qed naħdmu biex nilħqu l-mira li bħala

Unjoni nilħqu climate neutrality sas-sena 2050.

Il-climate neutrality mhix buzzword li ħolom biha issa

Gvern Laburista. Anzi din hi ambizzjoni li l-Gvern ilu jieħu bis-serjetà snin twal. Niftakru li huwa taħt Gvern Laburista li ngħalqet il-Power Station tal-Marsa.

U kien taħt Gvern Laburista li mxejna minn power stations li jaħdmu bil-heavy fuel oil għal powerstations li jaħdmu b-LNG. Ma ħarisniex biss lejn is-settur tal-enerġija imma attakkajna wkoll ittniġġis ikkawżat mill-portijiet u l-qasam marittimu.

U nedejna l-ewwel fażi talGrand Harbour Clean Air Project li naqqas it-tniġġis fl-inħawi tal-Port il-Kbir. U dawn huma kollha investimenti li flimkien kienu parti minn katina li qed iwasslu għal inqas emissjonijiet f’pajjiżna.

Issa dan mhux Gvern li ħa joqgħod jistrieħ fuq is-suċċessi li diġà kiseb, u l-investiment ta’ 33 miljun tal-Just Transition Fund ser imur biex jikkumplimenta dak ix-xogħol li diġà sar.

Hawn ħa nibdew insaħħu l-infrastruttura tal-portijiet billi ntejbu l-proviżjoni tal-elettriku li għandu x’jaqsam magħha l-proġett shore to ship u nkomplu inn-

aqqsu l-emissjonijiet fl-inħawi tal-Port il-Kbir u tal-Freeport.

Dan il-fond mhux se jopera waħdu. Hu biss ħolqa minn katina ikbar. Jiġifieri stennew fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin iktar sejħiet, iktar fondi Ewropej li ser jimbuttaw ’il quddiem il-viżjoni li għandna għal Malta.

Fil-qasir, ser ngħinu lis-settur tal-biedja billi ninvestu €167 miljun li ser imorru f’għajnuna għar-raħħala li jixtiequ jixtru makkinarju ġdid u naċċertaw li jieħdu l-pagamenti li ħaqqhom għal xogħolhom fost oħrajn.

Qed nippjanaw li nassorbixxu €760 miljun mill-European Regional Development Fund. B’dan il-fond ser insaħħu ħafna aspetti kritiċi u strateġiċi tal-pajjiż. Nibda bl-infrastruttura, bi proġetti bħat-tieni interconnector minn Malta sa Sqallija, u nispiċċa bl-ekonomija li ser issir iktar reżiljenti u robusta bi skemi bħal Business Enhance fost oħrajn.

Iżda l-fondi Ewropej mhumiex il-proġetti l-kbar biss. Il-fondi Ewropej huma wkoll dawk il-programmi li jistgħu

jaċċessawhom anke l-individwi li qed jistinkaw biex itejbu l-qagħda soċjo-ekonomika ta’ familthom. Dawn in-nies ser ikollom aċċess għall-€205 miljun li hemm allokati taħt il-European Social Fund Plus.

Dan il-fond ser jiġi ġestit bil-kollaborazzjoni ta’ ministeri u entitajiet pubbliċi bħall-Jobsplus u l-NGOs li jaħdmu fis-settur soċjali u magħhom ser naraw li nibnu soċjetà aktar ħanina u ġusta sabiex inkomplu namplifikaw ix-xogħol tal-Gvern fil-qasam soċjali għax aħna ma rridu lil ħadd jaqa’ lura.

Intom hemm barra ser tkunu ħolqa f’katina malGvern biex l-investiment li nagħmlu flimkien iwassal għal pajjiż iktar modern. Pajjiż ta’ iktar opportunitajiet għat-tfal, għaż-żgħażagħ u għal dawk li jeħtieġu l-għajnuna tagħna biex jirnexxu. Irriduk tiġi u taċċessa l-fondi biex inti jkollok l-opportunità tikteb l-istorja ta’ suċċess tiegħek.

Għax aħna kommessi li f’dawn is-seba’ snin li ġejjin ikollna fondi Ewropej aktar qrib tiegħek.

NAPPREZZAW DAK LI GĦANDNA

ni tagħna u f’politika li fejn hemm iċ-ċans li nkunu ta’ għajnuna anki għall-faxex iż-żgħar fis-soċjetà, aħna nieħdu deċiżjonijiet biex intejbu l-qagħda tagħhom.

Eżempju ċar ta’ dan it-tip ta’ sapport kien il-mediċina li bdiet tiġi mogħtija b’xejn lill-pazjenti bis-Cystic Fibrosis, fejn dan il-Gvern minkejja l-isfidi li kellna f’dan il-perjodu tal-pandemija, xorta waħda ħadem biex din il-mediċina b’valur ta’

€600 kuljum ekwivalenti għal €18,000 fix-xahar tiġi mogħtija lil dawn il-pazjenti.

oħrajn infakkar fiż-żidiet fil-pensjonijiet wara ffriżar fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista u dwar l-għajnuna finanzjarja meta jimpjegaw carer.

Irrid insemmi l-iskema ta’ benefiċċju fuq il-kera f’residenzi privati sabiex il-kera ssir aktar affordabbli, fejn il-benefiċċju qed jiġi kkalkulat fuq id-dħul tal-applikant u anke fuq innefqa li jagħmlu fuq il-kera.

Ma nistgħu ninsew qatt minn fejn tlaqna...

Ma nistgħu ninsew qatt minn fejn bdejna...

F’din l-opinjoni xtaqt naqsam magħkom il-ħidma ta’ dan il-Gvern. Ħidma li llum qed ikolli l-opportunità li nsegwi mill-viċin grazzi għall-fiducja tagħkom. Ħidma kkaratterizzata minn deċiżjonijiet, li l-għan tagħhom dejjem ikun biex intejbu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tagħna.

Jiena nemmen f’politika li hija viċin in-nies. Politika li tisma’ l-esiġenzi taċ-ċittadi-

Deċiżjonijiet ta’ għajnuniet jindraw matul is-snin u għalhekk ninsew li ta’ qabilna ma kellhomx benefiċċji li kienu jirriflettu r-realtajiet li niltaqgħu magħhom.

L-aċċess li wliedna jattendu b’xejn għal childcare centres, klabb 3 – 16 u l-breakfast club kif ukoll it-trasport għall-istudenti, għenu biex matul is-snin rajna aktar nisa u rġiel jersqu ’l quddiem fid-dinja tax-xogħol, b’aktar opportunità ta’ bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol għall-familja kollha.

Għall-anzjani tagħna fost

L-iskema New Hope issa qiegħda tara t-tielet bank li ffirma l-ftehim mal-Awtorità tad-Djar sabiex inkunu nistgħu nassistu u nagħtu tama lil persuni b’mard serju jew b’diżabilità li anke huma bħal ħaddieħor ikunu jistgħu jsiru sidien ta’ darhom.

U ma niqfux nieħdu d-deċiżjonijiet. Permezz tal-iskema ta’ €10 miljun għal proġetti ħodor fil-komunità xprunati minn Project Green, ser nassistu lill-komunitajiet fit-twettiq ta’ spazji pubbliċi ħodor, billi nippromwovu s-sostenibbiltà u l-kwalità ta’ ħajja aħjar. Dan l-investiment huwa maħsub biex jipprovdi spazji aċċessibbli u ta’ rikreazzjoni għan-nies

qrib tagħhom.

Inkomplu nkunu ta’ spalla għan-negozji tagħna wkoll, bi skemi ta’ inċentivi biex jagħmlu l-kuraġġ u jwettqu l-qalba rinnovabbli li n-negozju tagħhom jeħtieġ.

Dan il-Gvern ser jibqa’ miexi fid-direzzjoni politika ta’ Gvern viċin in-nies, ta’ Gvern li jħaddan il-prinċipju tal-għeruq tiegħu, ir-ruħ soċjali. Aħna rridu naħdmu mar-realtajiet li ninsabu fihom: Kuntrast ċar bejn dan il-Gvern u l-Oppożizzjoni. Dan il-Gvern taf li ta’ kuljum qed jaħdem biex ikompli jsir investiment fin-nies u dan ma jsirx biss lejlet xi elezzjoni. Infakkar fir-retorika tal-Partit Nazzjonalista li jekk il-ħajja togħla minn barra, jeħtieġ li togħla f’pajjiżna. Għalhekk, dan il-Gvern jeħtieġ li jibqa’ jimbotta ’l quddiem. Aħna l-Gvern li jaħdem biex joffri pajjiż li tista’ taħdem fih, pajjiż li tista’ tkabbar in-negozju tiegħek fih b’rispett lejn ta’ madwarek, pajjiż li fih kulħadd għandu aċċess għall-ġustizzja, pajjiż b’aktar spazji miftuħa, pajjiż biex il-pensjonanti jibqgħu jkollhom il-wens waqt li

nibqgħu naħdmu biex ngħinu lil min jiflaħ l-inqas filwaqt li ninċentivaw lil dawk li bi ftit għajnuna jiffjorixxu.

U bħala Gvern għandna l-kuraġġ u l-fiduċja f’dan il-pajjiż biex inwettqu l-ħidma li hemm bżonn.

Dan il-Gvern ser jibqa’ jiddeċiedi għall-ġid taċ-ċittadini tagħna.

Inkomplu nkunu ta’ spalla għan-negozji tagħna wkoll, bi skemi ta’ inċentivi biex jagħmlu l-kuraġġ u jwettqu l-qalba rinnovabbli li n-negozju tagħhom

05.02.2023 12
Segretarju Parlamentari CHRIS BONETT Membru Parlamentari ROMILDA B. ZARB
jeħtieġ

KWALITÀ AQWA

jiet fid-djar u fil-bini li aħna nużaw ta’ kuljum.

Dan ipoġġilna l-isfida li mhux biss naraw li nibnu bini li jkun isbaħ imma jeħtieġ li dak li nibnu llum ikun bini li juża inqas enerġija. Din hija bidla importanti ferm li rridu nwettqu mingħajr ebda telf ta’ żmien.

Kulħadd qed jitkellem dwar il-bidla fil-klima. Sas-sena 2050 għandna miri ċari li jridu jintlaħqu. Jeħtieġ li jkollna ekonomija u attivitajiet li jwasslu għal inqas emissjonijiet.

Filwaqt li nitkellmu dwar dan qajla nirrealizzaw li 40% tal-enerġija li tintuża fl-Ewropa hija marbuta ma’ attivita-

Biex naslu għal dan irridu nkunu aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija biex il-konsum innaqqsuh kemm jista’ jkun. Fattur ewlieni li jikkontribwixxi għal konsum qawwi ta’ enerġija huwa l-bini tagħna u l-mod kif konna u għadna nibnu sal-lum.

Huwa għalhekk kruċjali li nibdlu radikalment il-metodi tagħna ta’ kif nibnu biex mhux biss intejbu l-kwalità tal-bini tagħna imma naraw li dan ikun jiffunzjona b’sistemi ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Din il-bidla importanti

nistgħu nwettquha biss jekk kull min huwa involut fil-qasam tal-kostruzzjoni u l-proprjetà jagħti s-sehem s-sħiħ tiegħu. Żviluppaturi, kuntratturi, sidien ta’ proprjetajiet u l-professjonisti f’dan il-qasam fosthom project supervisors, periti u inġiniera kollha jridu jagħmlu l-parti tagħhom biex ikun żgurat li l-bini jkun effiċjenti fl-użu tal-enerġija.

Issa sar importanti wkoll għall-konsumatur li jkun se jixtri l-proprjetà, li jesiġi mingħand min se jixtri, li jipprovdilu binja li tkun effiċjenti fl-użu tal-enerġija.

F’dan kollu hemm settur ieħor importanti ħafna li wkoll irid jagħti l-kontribut tiegħu biex naraw li din il-bidla sseħħ tassew. Dan huwa s-settur tal-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji. L-istituzzjonijiet finanzjarji qed jimxu lejn sistemi ta’ evalwazzjoni ta’ self li jara x’inhu-

ma l-kwalitajiet tal-binja li se tiġi ffinanzjata.

Il-konsumaturi fiż-żmien li ġej jistgħu jiffaċċjaw sitwazzjonijiet fejn l-infiq tagħhom fuq is-self li jagħmlu jvarja skont kemm il-binja li jkunu se jixtru tkun effiċjenti fl-użu tal-enerġija.

Proprjetà effiċjenti fl-użu tal-enerġija tista’ tfisser rati ogħla ta’ mgħax u għalhekk ilprezz tas-self ikun ogħla jew li saħansitra ma jingħatax self.

Huwa obbligu tal-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji li jinfurmaw lill-pubbliku b’dan it-tibdil li qed jippjanaw. Ilbanek mistennija jibdew jitolbu lill-klijenti tagħhom ċertifikati aġġornati dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-proprjetà li se jkunu qed jiffinanzjaw.

Dan se jsir filwaqt li l-Awtorità dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA), ser tkun qed taġġorna hija wkoll iċ-Ċer-

tifikat dwar l-Enerġija ta’ kull binja, magħruf bħala Energy Performance Certificate (EPC). Dan iċ-ċertifikat irid ikun aġġornat għar-realtajiet tal-lum għaliex kif qed jinħadem s’issa mhuwiex adekwat.

Jekk naħdmu flimkien nagħmlu l-bidliet li hemm bżonn fil-mod kif nibnu nkunu żgur qed intejbu l-kwalità. Teżisti t-teknoloġija meħtieġa biex tgħinna nwettqu dawn ilbidliet.

Għandna industrija tal-kostruzzjoni li jeħtiġilha timmodernizza minn sistemi antikwati biex tilqa’ għall-isfidi l-ġodda tal-lum. Bis-sehem ta’ dawk kollha involuti nistgħu naslu biex flimkien ikollna bini sostenibbli, bini li jħares l-ambjent, fuq kollox ikollna djar aħjar u ta’ kwalità għolja biex jitgawdew mill-familji Maltin u Għawdxin.

DINJITÀ FI PJATTAFORMI DIĠITALI

din ix-xejra, billi ppromwoviet setturi li diġà kienu qed jimxu lejn xogħol fuq il-pjattaformi diġitali, bħal dak tat-twassil tal-ikel. Infatti l-istatistika turina li bħalissa fl-Unjoni Ewropea għandna aktar minn 28 miljun persuna li huma involuti f’xogħol fuq il-pjattaformi, u sal-2025 dan in-numru huwa proġettat li ser jiżdied għal 43 miljun persuna.

Id-dinja għaddejja minn rivoluzzjoni ekonomika ġdida, li qed tiddisturba l-ekonomija, in-negozji, is-swieq tax-xogħol, u l-ħajja tagħna ta’ kuljum, xi ħaġa li konna ilna ma narawha tiġri mir-rivoluzzjoni industrijali.

Xprunat minn innovazzjonijiet teknoloġiċi u konnettività akbar online, ir-rwol tas-suq tax-xogħol diġitali qed jiżdied u fil-qalba ta’ din il-bidla hemm

iż-żieda fl-ekonomija tal-pjattaformi, u l-fatt li l-ħaddiema qed isibu xogħol permezz ta’ pjattaformi u apps online.

Diversi setturi qed jaqilbu għall-ekonomija tal-pjattaformi tax-xogħol, mit-trasport għal servizzi ta’ prossimità għal industriji kreattivi. Il-pandemija tal-COVID-19 aċċellerat

Filwaqt li l-hekk imsejħa gig economy ilha tissemma għal bosta snin, iż-żieda tal-ekonomija permezz tal-pjattaformi diġitali hija relattivament ġdida. Iktar ma tevolvi din l-ekonomija tal-pjattaformi, iktar qed naraw li hemm kemm opportunitajiet ġodda kif ukoll sfidi ġodda li jinħolqu b’kumplessità akbar.

Il-flessibbiltà u t-tkabbir ekonomiku li ġab miegħu x-xogħol fuq il-pjattaformi huwa definittivament punt pożittiv. Però, minħabba n-nuqqas ta’ regolamentazzjoni xierqa għal dan il-fenomenu, illum qed naraw li ġew żviluppati kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji, għad-detriment tal-persuni li jwettqu dak ix-xogħol.

L-evidenza turi li n-nies li jwettqu xogħol fuq il-pjattaformi diġitali spiss ma jgawdux l-istess drittijiet bħall-ħaddiema fl-ekonomija tradizzjonali, peress li f’għajnejn il-liġi lanqas biss huma rikonoxxuti bħala

ħaddiema, anki jekk il-fatti jixhdu mod ieħor. Il-kundizzjonijiet li jgħollu l-organizzazzjoni tax-xogħol fuq il-pjattaformi diġitali, li jinvolvu ġestjoni algoritmika, huma soġġetti għall-isfruttament u l-abbużi.

Ma jreġix l-argument li provaw jagħmlu xi kumpaniji li huma fil-qalba ta’ dawn l-abbużi li bit-tibdil fis-suq tax-xogħol dan għandu jkun normalizzat, daqslikieku għandna nagħlqu għajnejna u nħallu forma ġdida ta’ skjavitù tiżviluppa mingħajr ma nieħdu azzjoni.

Filwaqt li naqblu li rridu nħallu s-suq tax-xogħol jevolvi u jadatta biex jaqdi aħjar il-bżonnijiet tal-lum, il-prinċipji bażiċi tad-drittijiet u l-protezzjoni tal-ħaddiema tagħna m’għandhomx jiġu mminati.

Żgur li ma nistgħu naċċettaw qatt li bl-iskuża ta’ tibdil fis-suq tax-xogħol u fin-natura tal-impjiegi li qed jiġu offruti, jiġu mormija drittijiet li ddaħlu fil-passat wara snin sħaħ ta’ taqtigħ.

Matul l-ewwel sessjoni plenarja tas-sena, kont tkellimt dwar il-prattiċi abbużivi u xokkanti tal-kumpanija Uber u l-manuvri manipulattivi li ġew żvelati, u sħaqt fuq il-bżonn li nikkoreġu dawn l-imperfezzjonijiet fil-qafas leġiżlattiv u li nikkoreġu l-iżbilanċ li ġabet magħha din l-ekonomija tal-pjattaformi.

Din il-ġimgħa fil-Parlament Ewropew intlaħaq tragward importanti ħafna f’dan ir-rigward, u qegħdin pass eqreb biex fuq livell Ewropew insaħħu l-liġijiet tax-xogħol u niggarantixxu l-protezzjoni tal-ħaddiema tal-Unjoni Ewropea.

Wara xhur ta’ negozjati intensivi fil-Parlament Ewropew b’ħidma u bi sforzi kbar mill-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi, wasalna biex fil-plenarja li kellna matul din il-ġimgħa adottajna l-pożizzjoni tal-Parlament fuq il-proposta għal Direttiva dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħaddiema fix-xogħol fuq il-pjattaformi.

Din id-Direttiva għandha l-għan li proprju tiżgura li l-iżviluppi li jirriżultaw minn teknoloġiji ġodda ma jfixklux id-drittijiet li l-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea kisbu b’tant tbatija matul l-aħħar deċennji. Dan il-pass li għamilna huwa tfakkira ċara li fl-Unjoni Ewropea mhux ser nippermettu li l-ħaddiema tagħna, jaħdmu b’liema mudell jaħdmu, jkunu abbużati.

Permezz ta’ dan l-abbozz leġiżlattiv li adottajna fil-Parlament ilħaqna bosta miri, fejn minbarra li qed niksbu aktar protezzjoni għall-ħaddiema, qed niddefendu lil min iħaddem u huwa ġenwin u ġust mal-ħaddiema tiegħu, qed nas-

siguraw li jkun hemm kompetizzjoni ġusta, u fuq kollox qed nippromwovu li jkun hemm użu aktar uman tal-algoritmi għaliex żgur li ma rridux li t-teknoloġiji li qed nibnu u l-avvanzi li qed nagħmlu jispiċċaw jaħkmuna u jikkontrollaw issuq tax-xogħol tagħna. Il-ħakma u l-kontroll għandhom dejjem jibqgħu f’idejn il-bniedem u mhux f’idejn il-magni u l-kompjuters.

Il-pożizzjoni li adottajna hija waħda ġusta, li tfittex li toħloq aktar ċertezza u twassal biex ikollna ekonomija li verament taħdem għal kulħadd, mingħajr ma tgħaffeġ lil ħadd.

Filwaqt li ser inkomplu nimbuttaw l-innovazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi, u min ġenwinament jagħżel li jaħdem għal rasu ser jibqa’ jkun xprunat biex jagħmel dan, min-naħa l-oħra ser naraw li ma jibqgħux jiġu abbużati dawk il-ħaddiema li biex jaqdu lill-kumpaniji kkonċernati qed ikunu vittmi ta’ prattiċi abbużivi li lanqas iħalluhom ikunu rikonoxxuti bħala ħaddiema f’għajnejn illiġi.

Inbidlu ħafna affarijiet matul is-snin, però li hu żgur hu li l-ġlieda favur il-ġustizzja soċjali, il-libertà, id-drittijiet u d-dinjità tal-ħaddiema għadha bżonjuża u ser tibqa’ tkun sfida għall-ħaddiema ta’ kull ġenerazzjoni.

05.02.2023 13
Ministru STEFAN ZRINZO AZZOPARDI Membru Parlamentari Ewropew ALEX AGIUS SALIBA

ATTIVIŻMU FL-AQWA

Mijiet ta’ persuni żaru ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista tul il-jum tal-bieraħ, fi tmiem ġimgħa ta’ kampanja maħsuba biex in-nies ikunu membri tal-Partit Laburista.

Eluf ta’ persuni wieġbu għal din is-sejħa billi ġeddew is-sħubija tagħhom jew saħansitra ssieħbu għall-ewwel darba, waqt li dawk li attendew fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista lbieraħ ltaqgħu mal-Prim Ministru Robert Abela, li flimkien mat-tmexxija tal-Partit, laqgħu lil dawk kollha li attendew.

L-atmosfera kienet waħda mill-isbaħ b’dawk li attendew jiddeskrivuha bħala xhieda oħra tal-attiviżmu b’saħħtu fil-Partit Laburista. Diversi membri tal-Kabinett u l-Grupp Parlamentari

Laburista wkoll iddedikaw għodu biex jiltaqgħu ma’ diskutu temi kurrenti, rimenti, l-ilmenti u l-ideat Il-kampanja, imsejħa fuq il-volontarjat u l-kburija bru tal-Partit Laburista, lu ġab bidliet kbar tal-Maltin. Dawk li ngħaqdu ġenerazzjonijiet differenti, oħrajn veterani, li lkoll tit Laburista wieħed ħaj bidliet għal pajjiżna.

“Il-bieb tal-Partit Laburista, miftuħ għall-poplu Malti

05.02.2023 14
Mijiet iżuru ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista u eluf jissieħbu

FL-AQWA TIEGĦU

jissieħbu fil-Partit Laburista … suċċess għall-kampanja ReNew

iddedikaw in-nofstanhar ta’ filma’ dawk li attendew u jidkurrenti, filwaqt li jilqgħu s-suġġel-ideat tagħhom.

imsejħa ReNew, kienet ibbażata l-kburija li wieħed ikun memLaburista, li meta fdat mill-popfil-ħajja tal-Għawdxin u ngħaqdu kienu ġejjin minn differenti, minn żgħażagħ għal lkoll flimkien jagħmlu lill-Parħaj u li l-ħin kollu jfassal il-

Laburista, kien, għadu u jibqa’ Malti u Għawdxi kollu biex

flimkien infasslu l-ġejjieni ta’ dan il-pajjiż. Nafu fejn irridu mmorru mingħajr qatt ma ninsew minn fejn tlaqna,” qal mal-KullĦadd il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Randolph De Battista.

Fil-fatt, f’ġest ta’ apprezzament lejn dawk kollha li ħadmu fil-Partit Laburista tul is-snin ittellgħet esebizzjoni unika b’oġġetti sentimentali u storiċi tal-Partit. Li kellha sabiħ din il-wirja kienet li kienet ibbażata fuq dak li għandhom in-nies fiddjar tagħhom u li din id-darba offrewh lill-Partit Laburista biex jesebixxih.

Kull min jixtieq jissieħeb mal-Partit Laburista, jista’ jagħmel dan billi jċempel fuq 51602034, jibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella jissieħeb online fuq www.partitlaburista.org.

05.02.2023 15

IS-SENS ĊIVIKU

ward tiegħu huwa li ngħollu l-kwantità u l-kwalità ta’ skart separat miġbur. Il-potenzjal hemm qiegħed. Il-kwantità hemm ukoll. Jonqos ir-rieda ta’ xi wħud li huma wkoll jibdew jagħmlu dan qabel ma din issir xi ħaġa obbligata bil-liġi. Qed ngħid dan biex meta din il-liġi effettivament tidħol, ħadd ma jgħid li saret f’daqqa jew li ma kienx hemm ċans biex wieħed jaddatta ruħu. Ejjew ma ninsewx li l-Wasteserv, aktar minn sentejn ilu, qassmet b’xejn għadd ta’ kontenituri tal-plastik f’kuluri differenti biex proprju jintużaw għal dan il-għan. F’dan il-kuntest, argumenti li l-Gvern jew ir-Reġjuni jew il-Kunsilli mhumiex jgħinu, assolutament ma jreġux.

Sur Editur, Tiftakar x’kien jgħid wara l-elezzjoni li għaddiet dak li jaħseb li jmexxi l-partit tagħhom, Sur Editur? Issa ħalliha li l-partit imexxih ħaddieħor, fosthom Karol l-Aquilina u ħuh Robert ta’ dawk li jsejħu lilhom infushom Repubblika u li jaħseb li f’pajjiżna kollox kif jgħid hu.

Taf x’kien jgħid Bernard il-Grech wara li ħa tkaxkira tal-qaddisa mingħand il-Prim tagħna? Ħa ngħidlek jien, Sur Editur.

Fl-aħħar artiklu tkellimt dwar l-obbligu ċivili li kull wieħed u waħda minna nġorru u semmejt eżempji kif dan jista’ jsir. Illum ser nagħtu ħarsa kif il-Gvern qed jgħin lill-komunità tan-negozju sabiex dawn idaħħlu sistemi effettivi u aktar effiċjenti fl-immaniġġjar tagħhom, kif ukoll inħarsu lejn dak li għadna rridu ntejbu bħala poplu b’mod ġenerali sabiex verament nilħqu l-miri tagħna bħala pajjiż.

Il-komunità kummerċjali għandha l-obbligu li tissepara l-iskart li tpoġġi fuq is-suq. Jeżistu sistemi li suppost jassiguraw li dan isir. Stabbilimenti involuti fil-qasam tal-catering u tal-entertainment, liċenzjati mill-Awtorità tat-Turiżmu, għandhom ukoll obligu li jkollhom il-kuntrattur tagħhom li jiġbor l-istess skart, li ħafna drabi fil-parti l-kbira tiegħu jkun organiku.

F’dan il-qasam, il-Gvern qed jgħin ukoll għaliex permezz ta’ proġett pilota, għal 40 ġimgħa sħaħ, qed joffri ġabra b’xejn ta’ tliet darbiet fil-ġimgħa sabiex dawn ikollhom ċans jippreparaw għal din l-eventwalità. Irrid ngħid li sfortunatament, mhux kulħadd ikkonkorra kif mixtieq, partikolarment meta wieħed jiftakar li dan is-servizz qed jingħata primarjament f’żoni u f’lokalitajiet li huma meqjusa turistiċi.

Dawn l-istabbilimenti għandhom obbligu li jaraw ukoll li jkollhom set up adekwat u jipprovdu lill-ħaddiema tagħhom b’sistemi u b’faċilitajiet li jkunu faċli għalihom li jimmaniġġjaw dan il-proċess ta’ separazzjoni.

Ħafna jaħsbu li l-Gvern qed jieħu dawn il-miżuri għax hemm xi ħadd minn barra li qed jimponi dan fuqna bħala pajjiż. Dan mhux il-każ, għalkemm irid jingħad li Malta, bħala waħda millpajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, trid issegwi ċerti direttivi u tilħaq ċerti miri li jkunu qablu fuqhom il-Kunsill u l-Parlament Ewropew. Dak li f’pajjiżna nħallu l-hekk imsejjaħ status quo mhux aktar aċċettabbli u huwa meħtieġ li ssir il-bidla jew isiru l-bidliet li hemm bżonn biex pajjiżna wkoll jilħaq il-miri tiegħu. Minn data li għandha l-Wasteserv, jirriżulta li 40% tal-iskart li jintrema bħalissa fil-borża s-sewda, huwa fil-fatt skart organiku. Ifisser li għad hemm min mhux jikkopera mal-Kunsilli Lokali u Regjonali u ma jridx ikun parti minn dan il-proġett nazzjonali, li t-trag-

L-edukazzjoni hija tajba u importanti imma kultant ikun hemm bżonn ukoll li wieħed jintwera l-karta l-ħamra għaliex it-twissija tal-karta s-safra, f’termini ta’ futbol, mhux dejjem tħalli l-effett meħtieġ. Minkejja dan, l-awtoritajiet, għalissa qed ikunu kawti u qed tintuża l-karrotta qabel l-istikka. Dan qed isir billi numru ta’ ħaddiema tal-Wasteserv, tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, u mid-Direttorat għat-Tindif, qed iduru l-aktar postijiet fejn hemm nuqqas ta’ koperazzjoni, sabiex permezz ta’ stickers, jiġbdu l-attenzjoni li qed tinħareg il-borża żbaljata fil-ġurnata l-ħażina. Dan ma jistax jibqa’ jseħħ fit-tul u mhux se ndumu biex nisbħu għal ġurnata fejn se jkun hemm nies li se jkollhom jibdew iħallsu sa massimu ta’ €150 jekk ikomplu jwebbsu rashom.

Anki l-għajnuna u l-assistenza li qed jagħti d-Direttorat tat-Tindif u l-Manutenzjoni, ma tistax tibqa’ tingħata fit-tul għaliex dawn in-nies għandhom xogħol ieħor li jridu jlaħħqu miegħu ukoll, fosthom; il-bajjiet u knis ta’ toroq arterjali li jifirdu lokalità minn oħra. Aktar ma jibda joqrob April u Mejju, dawn iridu jkunu ddedikati anki fuq dawn ix-xogħlijiet.

Iddur fejn iddur kollox iħoll u jorbot fuq is-sens ċiviku u r-rieda tagħna lkoll li nagħmlu l-parti tagħna. Għandna r-responsabbiltà sabiex aħna wkoll nagħtu kontribut fil-pjan nazzjonali, fejn permezz t’hekk, kollha nkunu parti minnu. Ir-raġunament li mill-bieb ’il ġewwa huwa tiegħi m’għadux aktar sostenibbli għaliex appena noħorġu mid-djar tagħna, l-ispazju li fuqu nimxu biex mill-għatba tal-bieb immorru għall-vettura tagħna, għat-trasport pubbliku jew il-mixja tagħna, importanti li jkun nadif ukoll. Ma nifhimx kif hawn fostna li ma jinteressahomx mill-ambjent immedjat li jgħixu fih!

Nagħlaq billi nappella lil kulħadd sabiex mhux biss jerfa’ r-responsabbiltà tiegħu imma wkoll li nkunu aħna stess li niġbdu l-attenzjoni lill-ġirien tagħna li nafu li għadhom qed jabbużaw. Kultant kelma bil-kwiet bejn tnejn, speċjalment jekk ikun ġar tiegħek, tiswa aktar minn kull multa li wieħed jista’ jingħata għaliex ħadd ma jieħu pjaċir jiġi ttimbrat bħala l-persuna li qed tikkontribwixxi għall-ħmieġ fit-triq li fiha jgħixu wkoll numru ta’ familji oħrajn.

Ħadd ma jista’ jmieri r-riżultati. Fl-elezzjoni li għaddiet Bernard Grech kien sfiduċjat bil-kbir mill-poplu kollu u sofra l-akbar telfa elettorali. Ċara kienet, ħlief għal dawk li ma jarawx il-fatti sew. Il-poplu lill-Kap tagħhom u lill-partit tagħhom qallu, fakkoff. U qal hekk għax il-poplu emmen fil-partit tagħna u ra li bil-partit tagħna fil-gvern se jmur ħafna aħjar.

Il-poplu ra li bil-partit imkisser, imfarrak u fl-iktar qiegħ ta’ abbiss politiku li qatt kien hawn fil-pajjiż, dan ma setax imexxi pajjiżna. Imma ħalliha dik.

Bit-telfa massiva tħokklu patattu, Bernard il-Grech ried jibqa’ fil-kariga tal-kap tal-partit tagħhom. U x’għamel? Beda jwaħħal it-telfa tal-elezzjoni f’kulħadd, ħlief fih innifsu. Kemm hu minn tagħna, Alla jbierek. Vera gustuż dan il-Grech. Messu jwaħħal mera bħal dik ta’ Esopu u kull filgħodu jistaqsiha: “Mera, mera fuq il-ħajt, mill-one satten, kemm jien taċ-ċajt?”

Forty. Daqs il-voti tat-tkaxkira.

Iħobbhom il-ħrejjef dan Bernard il-Grech. Għalhekk semmejtlu waħda, Sur Editur. Għax niftakar lejn tmiem is-sena li għaddiet kien qal ħrafa oħra. Fl-isfond tal-ġlied fil-partit li jaħseb li jikkontrolla, u fl-isfond tal-pressjoni fuqu biex jagħmel li tgħidlu l-fazzjoni estrema fil-partit, Bernocchio kien qal li l-għaqda fil-partit tagħhom mhijiex xi fairytale, l-għaqda hija realtà.

Daqskemm hija realtà li Melda tiegħi qisha taħlita tas-sbuħija tal-prinċipessa Snow White, Cinderella, Rapunzel u Sleeping Beauty. Iva, tarax.

L-aqwa li jitfa’ l-problemi li għandu taħt it-tapit u meta jkollu xi kofimornink fid-Dar Ċentrali ta’ ras għajni b’ponn nies, jgħidilhom li l-PeNe jinsab magħqud biex jaħdem għall-ġid tagħhom, ta’ wliedhom u tan-neputijiet tagħhom.

Probabbli n-neputijiet tagħhom ikunu laħqu pensjonanti u qed jattendu għal xi kofimornink ieħor minn xi kap futur tagħhom, sakemm ma jibqax imwaħħal mas-siġġu ta’ Kap tal-Oppożizzjoni dan il-Grech. U jkunu qed jisimgħu l-istess diskors. Għax ikunu għadhom hemm. Fl-Oppożizzjoni.

Fejn kont? E fuq kemm jitfa’ dak li għandu fuq ħaddieħor dan Bernard il-Grech. Għax dan il-baħbuħ ħareġ stqarrija din il-ġimgħa u dak li huwa intrinsikament parti mid-DNA tiegħu, ipprova jitfgħu fuq il-Prim tagħna. Taf x’qal fl-istqarrija, Sur Editur? Hekk ara: “Robert Abela dalgħodu għażel li jipprova jwaħħal f’kulħadd ħlief fih innifsu għall-problemi li ħoloq hu stess.”

Miskin. Mhux ta’ b’xejn li l-partit li jaħseb li jmexxi jinsab fl-istat li jinsab! U jekk jibqa’ sejjer hekk, se jaqlibha lil Simon il-Busuttil u jkun Kap ieħor tal-PeNe li qatt ma rnexxielu jitla’ t-taraġ ta’ Kastilja bħala Prim.

Għax qegħdin dritt għal ġol-ħajt dawn l-intamati, ta! Mela jekk il-barranin ifaħħru xi ħaġa li nagħmlu aħna, tarahom bħal leħħa ta’ berqa jiktbu li dan kien grazzi tal-ħidma tal-passat tal-gvern tagħhom. Jew inkella kif qalu dan l-aħħar, li għax il-ħaddiema jistgħu jgawdu minn aktar drittijiet, dan huwa grazzi għall-Unjoni Ewropea, skont huma. Donnhom l-affarijiet tal-Unjoni, mhux il-Gvern tal-ġurnata mbagħad irid iħaddimhom!

Din l-istess bħal dak in-nofs gost David l-Għarukaża li kultant joħroġ mit-toqba u jikkummenta. Mela għax kulħadd qed ifaħħar lill-Gvern tagħna li għamel biċċa xogħol bil-bajd akbar minn tal-boċċa (x’sar minnu dan?), u ġab l-ikbar pakkett finanzjarju li qatt innegozja gvern mal-Unjoni, ħareġ jingħi.

U taf x’qal, Sur Editur? Qalilna li mnalla kien hu biex pajjiżna kiseb €55 miljun mill-Fond Soċjali għall-Klima. Aħjar ma ngħid xejn ara. Għax nanntu m’għandhiex x’taqsam.

Għad-dieħla!

05.02.2023 16
IT-TIENI PARTI
President Sezzjoni Kunsilliera PL MARIO FAVA

KAMPANJA NAZZJONALI DWAR MARD RARI 2023

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati

Anġlu Farrugia inawgura l-kampanja nazzjonali dwar mard rari f’Malta, li qed titmexxa mill-Alleanza Nazzjonali għall-Appoġġ għall-Mard Rari (Malta).

F’diskors tal-okkażjoni, l-Ispeaker fakkar li x-xahar ta’ Frar hu marbut ma’ mard rari għax kull sena, fl-aħħar ġurnata ta’ dan ix-xahar, id-dinja tiċċelebra l-Jum Dinji ta’ Mard Rari li jolqot kemm lill-morda kif ukoll lill-familji tagħhom. Hu qal li, minkejja n-nuqqasijiet u ċ-ċokon ta’ pajjiżna, il-morda tagħna jirċievu l-kura neċessarja mingħajr ħlas, li juri kemm il-poplu Malti hu wieħed ħanin li tassew iħobb lill-morda.

Hu temm id-diskors tiegħu b’appell lill-morda milquta b’mard rari u lil qrabathom biex ifittxu l-għajnuna li jistgħu jiksbu permezz tal-istess Alleanza Nazzjonali għall-Appoġġ għall-Mard Rari, mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika u anke għajnuna ta’ natura soċjali mill-awtoritajiet Maltin.

Min-naħa tagħha, il-President u fundatriċi tal-Alleanza Nazzjonali għall-Appoġġ għall-Mard Rari Michelle Muscat, ħabbret li żagħżugħ

Malti ta’ 18-il sena b’kundizzjoni rari f’għajnejh ġie aċċettat biex jieħu sehem fi clinical trial ma’ disa’ pazjenti oħrajn fi sptar fil-Provinċja ta’ Hubei fic-Ċina, b’riżultat ta’ ftehim li l-organizzazzjoni ffirmat mal-awtoritajiet Ċiniżi, bl-għajnuna tal-Ambaxxata Ċiniza f’Malta.

Dan il-clinical trial jinkludi l-għoti ta’ mediċina li l-prezz tas-suq tagħha hu ta’ madwar $850,000 u li se tkun qed tiġi pprovduta b’xejn mill-awtoritajiet Ċiniżi.

Permezz tal-istess ftehim se tkun qed tingħata terapija lil pazjenti membri tal-Alleanza fiċ-Ċentru Mediterranju għall-Mediċina Tradizzjonali Ċiniza f’Kordin, bi grupp ta’ 24 persuna jibdew minn dan ix-xahar stess.

L-Alleanza Nazzjonali għall-Ap-

mal-Partit Laburista

L-Ispeaker Farrugia fit-tnedija tal-kampanja nazzjonali

poġġ għall-Mard Rari (Malta), li hi membru tal-EURORDIS, Rare Diseases International u fil-kumitat tal-NGOs dwar il-Mard Rari fil-Kunsill Ekonomiku u Soċjali (ECOSOC) tal-Ġnus Magħquda, tistma li f’Malta hawn madwar 27,000 individwu li jgħix b’marda rari, anke jekk fuq ir-Reġistru Nazzjonali Malti għallMard Rari hemm mas-6,000 pazjent.

Fit-tnedija tal-kampanja nazzjonali dwar il-mard rari taw is-sehem tagħhom ukoll id-Deputata Davina Sammut Hili f’isem il-Grupp Parlamentari tal-Gvern, Stephen Spiteri, Kelliem tal-Oppożizzjoni għasSaħħa, u Dr Chris Barbara, Clinical Chairperson fid-Dipartiment talPatoloġija fl-Isptar Mater Dei, fost oħrajn.

www.partitlaburista.org

5160 2034 - €10

SMS fuq 50619275 - €11.65 (Niżżel isem, kunjom u ID tal-persuna)

05.02.2023 17 I ieħeb
Ritratt: CLODAGH O’NEILL

IL-LEĠĠENDA LADY GODIVA

L-istorja rakkuntata ta’ Lady Godiva li twieldet fis-sena 990 wara Kristu, hi waħda mill-aktar stejjer famużi fl-istorja Brittanika. Iż-żagħżugħa nobbli ta’ qalb twajba, li taf tagħder, tara l-qagħda tan-nies ta’ Coventry, iffaċċjati b’taxxi ħorox imposti minn żewġha l-Konti Leofric ta’ Mercia. Hi titlob lil żewġha ta’ mezzetà biex jirrevoka t-taxxi. Eventwalment, hu jaqbel, jekk kemm-il darba hi kienet lesta tirkeb għarwiena fuq żiemel u ddur it-toroq ta’ Coventry. B’sorpriża kbira għalih, hi tagħmel dan, billi tagħmel użu minn xagħarha twil bħala velu. Iċ-ċittadini kollha għajr wieħed, ma ħarsux lejha għaddejja mit-triq u dak li ħares baqa’ magħruf bħala l-Peeping Tom (Is-Sindikajr). Il-Konti Leofric kien leali u żamm kelmtu li jneħħi t-taxxi ibsin li kien se jintroduċi.

Minn CHARLES B. SPITERI

Lady Godiva kienet persuna reali, għalkemm isimha kien Godgifu, jew Godgyfu. L-isem bl-Ingliż Qadim Godgifu jew Godgyfu jfisser ‘rigal ta’ Alla’. Godiva hi l-forma Latinizzata tal-isem. Peress li l-isem kien wieħed popolari, issemmew ħafna tfal għaliha. Godiva kienet il-mara tal-Konti Leofric u omm Ælfgar, Konti ta’ East Anglia. In-neputija tagħha kienet Aldgyth, ta’ Edith, mart ir-Re Harold. Godiva kienet mara għanja u kellha artijiet vasti. Kienet patruna ta’ diversi djar reliġjużi, inkluża l-abazija Benedittina ta’ Santa Marija f’Coventry (aktar tard saret il-Prijorat ta’ Santa Marija u l-Katidral ta’ Coventry). Jidher li kienet ukoll mara qaddisa, kif jixhdu r-rigali tagħha lill-monasteri. Kittieba kontemporanji bilkemm isemmu lil Godiva ħlief fir-rwol tagħha bħala l-mara tal-Konti Leofric, wieħed mill-aktar irġiel ta’ awtorità fl-Ingilterra.

L-ewwel rakkont

L-aktar verżjoni bikrija tal-istorja ta’ Lady Godiva tidher fil-kronaki ta’ Roger ta’ Wendover, patri fl-Abazija ta’ San Alban. Ma nafux meta twieled Roger, iżda miet fl-1236, xi żewġ sekli wara s-suppost ġrajjiet f’Coventry.

Kien l-ewwel minn linja ta’ kittieba importanti fl-abazija, u x-xogħol ewlieni tiegħu kien il-Flores Historiarum (Fjuri tal-Istorja).

Il-verżjoni tal-avvenimenti

ta’ Roger ta’ Wendover tmur bejn wieħed u ieħor fuq dawn

il-linji:

“Fis-sena 1057 il-Konti Leofric impona taxxi kbar fuq is-sudditi tiegħu, inklużi ċ-ċittadini ta’ Coventry.

Godiva, li kienet mara ta’ Alla, talbitu biex jeħles lill-belt mill-imsemmi servitù. Il-Konti rrifjuta t-talbiet tagħha u pprojbixxieha li tqajjem is-

suġġett mill-ġdid. Madankollu, hi xorta baqgħet tippersisti, sakemm għajjien għall-aħħar, il-Konti qalilha: “Irkeb fuq iż-żiemel tiegħek għarwiena u dur id-dawra kollha tas-suq waqt li n-nies ikunu miġburin, u meta terġa’ lura għandek titlob dak li tixtieq.”’

Aċċettat it-talba

Il-Kontessa (li fis-seklu 11 ma kinitx tissejjaħ Lady) ħatfitu fil-kelma; ħallet xagħarha twil mill-irbit biex waqa’ madwarha, u akkumpanjata minn żewġ suldati, żaret iż-żiemel tagħha. Xagħarha tant kien twil li jgħatti ġisimha kollu. Saqajha biss baqgħu barra. Finalment neżgħet, rikbet iżżiemel u saqitu sas-suq u lura.

Ħdejn żewġha daħlet trijonfalment u hemm ħeġġitu jwettaq il-wegħda tiegħu.

Il-Konti Leofric li żamm

L-aktar verżjoni bikrija tal-istorja ta’ Lady Godiva tidher

fil-kronaki ta’ Roger ta’ Wendover, patri fl-Abazija ta’ San Alban. Ma nafux meta twieled Roger, iżda miet fl-1236, xi żewġ sekli wara s-suppost ġrajjiet f’Coventry

kelmtu, ħeles lill-belt ta’ Coventry mill-piż tqil tat-taxxi u kkonferma kollox b’att uffiċjali. Jidher li taxxa waħda biss tħalliet; dik fuq iż-żwiemel.

Iktar tard, il-kittieba tas-seklu 14 bdew iżidu dettalji mal-istorja. Pereżempju, Ranulf Higden (li miet fl-1364) iddikjara li r-rikba saret filgħodu u li x-xewqa ta’ Godiva kienet li teħles lill-belt mit-taxxi kollha ħlief dik fuq iż-żwiemel.

L-ebda wieħed mill-kittieba tal-bidu ma jsemmi lill-Peeping Tom (is-Sindikajr). L-ewwel

referenza għal dan il-karattru tinsab f’rakkont mill-kitba ta’ R. Grafton tal-1569. Grafton isemmi li qabel ma Godiva bdiet ir-rikba tagħha, sejħet lill-awtoritajiet ċiviċi u fissret il-pjan li kellha. Ovvjament għamlu dak kollu li setgħu biex jgħinu, għax kien fl-interess tagħhom jagħmlu dan.

L-uffiċjali ordnaw liċ-ċittadini kollha biex joqogħdu ġewwa, jagħlqu t-twieqi tagħhom u jevitaw li jittawlu. Imbagħad, akkumpanjata minn soru, Godiva ggaloppjat fit-toroq.

Ċittadin wieħed biss kisser ittabù u ta ħarsa waqt li Godiva kienet għaddejja minn quddiemu.

Benefatturi ġenerużi

Bħala membri mill-aqwa tan-nobbiltà, Leofric u Godiva kienu benefatturi ġenerużi. Bħala mart konti, Godiva hi assoċjata ma’ żewġha fid-dotazzjoni u l-bini mill-ġdid ta’ Stow St Mary, Lincolnshire fis-snin 1050, li jingħad li kienet iġġarrfet wara li nħarqet mill-Vikin-

05.02.2023 18

gi. Leofric sebbaħ ukoll lill-Abazija ta’ Coventry, li magħha, Godiva kienet assoċjata aktar tard. Orderic Vitalis jikteb li Godiva tat lill-Abazija “l-maħżen kollu tagħha ta’ deheb u fidda”, li kien jinkludi ġiżirana tiswa 100 marka tal-fidda. L-Evesham Chronicle ssemmi wkoll lil Leofric u Godiva bħala fundaturi kemm ta’ Coventry kif ukoll tal-knisja tat-Trinità Qaddisa f’Evesham, fejn jingħad li taw kurċifiss b’figuri tal-Verġni Marija u

ta’ San Ġwann Evanġelista.

Godiva għexet aktar minn żewġha, li miet f’madwar l-1057, u hi tinsab imniżżla bħala sidt l-art fil-ktieb ta’ Domesday.

In-nisa nobbli spiss kellhom artijiet tad-doti mħollija għan-nisa romol, biex ikollhom għall-manteniment tagħhom wara l-mewt ta’ żwieġhom.

Artijiet tal-knisja

Hemm xhieda li Godiva żam-

tagħha, il-Konti Edwin ta’ Mercia u l-Konti Morcar ta’ Northumbria. Probabbilment Godiva mietet wara l-Konkwista Normanna f’madwar l-1067, u għexet iktar minn żewġha u minn binha, Ælfgar.

L-istatus ta’ Godiva bħala sidt estensiv lanqas kien tipiku għal nisa ta’ klassi fl-Ingilterra ta’ qabel il-konkwista, iżda kien riżultat tal-ksib għoli fl-istatus tal-familja tagħha u l-fatt li romlot u wirtet.

L-ewwel kuruna tar-rużarju

Skont il-Gesta Pontificum Anglorum ta’ Guglielmu ta’ Malmesbury, fit-testment tagħha Godiva ordnat li fuq statwa tal-Verġni Marija jitpoġġa ċirku ta’ ħaġar prezzjuż li hi kienet għamlithom fuq korda biex għaqqdithom waħda wara l-oħra u li tgħodd eżatt it-talb tagħha.

Il-leġġenda tibqa’ ħajja wkoll f’isem il-festival tal-mużika annwali lokali, il-Coventry Godiva Festival

fuq iż-żiemel tagħha. Issuq tul il-faċċata tal-arloġġ u tidħol mill-bieba leminija. Sadanittant, it-tieqa ta’ fuq tinfetaħ u tikxef wiċċ is-Sindikajr.

Fuq il-bibien tal-arloġġ li minnhom toħroġ u tidħol Lady Godiva, kienet skolpita ajkla sewda. Jingħad li din ix-xbieha fuq sfond isfar hi s-simbolu tal-Konti Leofric ta’ Mercia.

Sfortunatament, l-arloġġ tkisser fl-1987 waqt iċ-ċelebrazzjonijiet li segwew ir-rebħa ta’ Coventry fl-FA Cup. Fl-eċċitament, in-nies telgħu fuq it-Torri tal-Arloġġ, u kkaġunawlu ħsara konsiderevoli.

met ukoll artijiet tal-knisja f’Worcester li kienu maqbuda b’mod illegali minn missierha Leofwine. Żewġha kien wiegħed li jingħataw lura wara mewtu. Iżda minflok ċediet dawn l-artijiet, Godiva żejnet lill-knisja b’ilbies u ornamenti li jiswew ħafna flus u wiegħdet li tħallas id-drittijiet annwali mill-ereditajiet u tirritorna l-artijiet ma’ mewtha.

Għal darb’oħra dawn il-pjani fallew, peress li l-artijiet inħatfulha min-neputijiet

Din hi l-eqdem referenza testwali magħrufa għall-użu ta’ spaga biżżibeġ għat-talb tar-Rużarju.

Il-post fejn tinsab midfuna Godiva joħloq kwistjoni għal dibattitu. Skont l-Evesham Chronicle, hi ndifnet fil-knisja tat-Trinità Mbierka f’Evesham, li ġġarrfet. Iżda, skont ir-rakkont awtorevoli fl-Oxford Dictionary of National Biography: “M’hemm l-ebda raġuni biex tiddubita li ndifnet ma’ żewġha f’Coventry, minkejja l-affermazzjoni tal-kitba ta’ Evesham, li jsostni li kienet tinsab fil-knisja tat-Trinità f’Evesham.

Bħala tifkira ta’ Lady Godiva, min iżur Coventry diffiċli ma jarax l-immaġini tagħha. L-istatwa li tirrappreżentaha żżejjen il-faċċata ta’ quddiem tad-Dar tal-Kunsill f’Earl.

It-Torri tal-Arloġġ

Imbagħad hemm it-Torri tal-Arloġġ b’Lady Godiva f’Coventry, li juri lilha fuq iż-żiemel u lis-Sindikajr (il-Peeping Tom). Donald Gibson kien għen lis-City Apprentices fit-tfassil tat-Torri tal-Arloġġ Godiva waqt li l-iskultur, Trevor Tenant, naqqax il-figuri fl-injam. Għall-ewwel l-arloġġ ma kienx milqugħ tajjeb. Ħafna kienu tal-fehma li ma kienx raffinat, għalkemm kiseb popolarità mistħoqqa mat-turisti u t-tfal. Kull siegħa, il-bieb tal-lemin tal-arloġġ jinfetaħ, u Lady Godiva tidher ħierġa mill-bieb tax-xellug, riekba għarwiena

Statwa fiċ-ċentru tal-belt Tifkira oħra tar-rikba leġġendarja ta’ Lady Godiva tibqa’ tgħix fit-toroq permezz ta’ statwa — mibnija minn Sir William Reid Dick fl-1949 — fiċ-ċentru tal-belt. Inbniet bħala spinta tal-moral, simbolika tar-riġenerazzjoni ta’ Coventry, wara l-bumbardamenti ta’ żmien il-gwerra.

Il-leġġenda tibqa’ ħajja wkoll f’isem il-festival tal-mużika annwali lokali, il-Coventry Godiva Festival. Skont leġġenda, l-istorja ta’ Lady Godiva kienet rakkuntata mill-patrijiet f’purċissjoni fit-toroq. L-ewwel Purċissjoni Godiva rreġistrata, oriġinarjament imsejħa The Great Fair, kienet fl-1678.

Lady Godiva kienet il-muża ta’ ħafna pitturi. Fl-1897, John Collier pinġieha għarwiena iżda mgħottija minn xagħarha twil fuq żiemel abjad miksi b’ċarruta ħamra. Madanakollu, ir-rappreżentazzjoni ta’ Edmund Blair Leighton fil-pittura tiegħu tal-1892 kienet differenti ħafna. Hi kompletament miksija b’libsa bajda, li tissuġġerixxi purità. Ir-rappreżentazzjoni ta’ Leighton tirrifletti x-xewqa tagħha li tippriserva l-pudur tagħha billi titlob lin-nies tal-belt ma jħarsux mit-twieqi tagħhom. Il-leġġenda Godiva nfirxet ukoll lil hinn minn Coventry f’isem il-Godiva Chocolatier, kumpanija mwaqqfa fi Brussell, li għandha aktar minn 450 ħanut madwar id-dinja.

Lady Godiva f’kanzunetta

Ispirat ukoll linja f’waħda mill-aktar kanzunetti popolari tal-band Queen tas-snin 1970/80, ‘Don’t Stop Me Now’: ‘I’m a racing car, passing by like Lady Godiva’. Il-kanzunetta laħqet status ta’ platinu kemm fl-Istati Uniti kif ukoll fir-Renju Unit.

Anke llum, kważi 1000 sena wara l-ġrajjiet oriġinali, l-istorja ta’ Lady Godiva għadha ħajja u popolari f’Coventry.

05.02.2023 19
Lady Godiva ddur it-toroq ta’ Coventry biex jitneħħew it-taxxi Lady Godiva u żewġha fil-Palazz

PROGRAMM KULTURALI TUL IS-SENA KOLLHA

Illum l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta nediet il-programm annwali għas-sena 2023, mimli attivitajiet varjati u mill-isbaħ tul is-sena kollha. Dan il-programm kulturali, li l-għan tiegħu huwa li jsostni r-riġenerazzjoni soċjo-ekonomika fil-Belt Valletta, llum il-ġurnata stabbilixxa ruħu fil-kalendarju nazzjonali u huwa magħruf kemm għal-livell għoli artistiku tiegħu kif ukoll għat-tiżwiq ta’ avvenimenti varji li jolqtu l-gosti ta’ kulħadd.

Waħda mill-attivitajiet ewlenin għal din is-sena hija l-produzzjoni f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi bl-isem ta’ Mary Spiteri: My Life li se tkun qed tiċċelebra l-ħajja ta’ din il-kantanta tant ikonika permezz ta’ repertorju ta’ kanzunetti u rakkont live ta’ Mary Spiteri.

Din il-produzzjoni li se tittella’ f’April se tkun l-ewwel bijografija tax-xorta tagħha li qatt se tkun ittellgħet live f’teatru.

Attività kbira oħra hija l-produzzjoni l-ġdida tal-opra Tosca ta’ Giacomo Puccini. Din il-produzzjoni se tkun iddisinjata mill-artist ta’ fama mondjali José Cura li se jkun ukoll qed jidderieġi x-xenografija u jieħu sehem fil-parti prinċipali. Din il-produzzjoni li se tkun qed issir fil-5, 8, 10 u 12 ta’ Marzu se tkun qed tittella’ flimkien mat-Teatru Manoel bis-sehem ta’ KorMalta u l-Malta Philarmonic Orchestra mmexxija minn Mario De Rose.

Fost l-attivitajiet il-kbar li se jkunu qed jerġgħu jirritornaw din is-sena nsibu l-Valletta Green Festival. Dan

il-festival din is-sena se jkun qed joffri ġnien fantastiku li joħloq vjaġġ maġiku f’waħda mill-akbar żoni mifuħa tal-Kapitali; Pjazza San Ġorġ.

Avveniment ieħor li sar ikun mistenni ħafna mill-pubbliku huwa Cinema City li se jkun qed isir bejn il-5 u l-10 ta’ Ġunju fi Ġnien Laparelli. L-edizzjoni ta’ din is-sena, se tinkludi temi varji fosthom films klassiċi u moderni, animazzjoni u anki films għall-familja. Għal darb’oħra l-udjenza se tkun tista’ tgawdi dawn il-films filmiftuħ, mingħajr ħlas.

Fit-28 ta’ Ġunju l-Aġenzija se tkun qed terġa’ ttella’ wkoll il-kunċert annwali tant popolari bl-isem ta’ Opera in the City – The Three Tenors bis-sehem tat-tliet tenuri Maltin ta’ fama internazzjonali, Nico Darmanin, Alan Sciberras u Cliff Zammit Stevens. Ir-repertorju ta’ din is-serata se jkun wieħed melodiku għall-aħħar u se jkun qed jinkludi bosta siltiet popolari minn dawn it-tliet tenuri b’vuċijiet uniċi. Din is-sena se tingħaqad ukoll

mat-Three Tenors il-kantanta brava Chiara.

Wara s-suċċess tas-sena l-oħra, f’Ottubru li ġej se jerġa’ wkoll jirritorna l-Valletta Local Food Festival. Dan il-Festival li se jerġa’ jkun qiegħed isir fil-Valletta

Design Cluster, binja li ġiet irrestawrata f’dawn l-aħħar snin, se jkun qiegħed jippromwovi u jiċċelebra x-xena kulinari Maltija, il-manifattura tal-ikel lokali u l-varjetà ta’ ingredjenti u riċetti li jiġu prodotti.

Waħda mill-attivitajiet ewlenin għal din is-sena hija

l-produzzjoni f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi bl-isem

ta’ Mary Spiteri: My Life li se tkun qed tiċċelebra l-ħajja ta’ din il-kantanta tant ikonika permezz ta’ repertorju ta’

kanzunetti u rakkont live ta’ Mary Spiteri

Bħas-snin preċedenti, flaħħar ftit ġimgħat ta’ din is-sena ma jistax jonqos ukoll il-Programm kbir tal-Milied fil-Belt. Programm mimli b’attivitajiet kważi kuljum tal-Aġenzija li se jittella’ bejn l-24 ta’ Novembru u jibqa’ għaddej sal-31 ta’ Diċembru fejn jagħlaq bl-ikbar attività tal-aħħar tas-sena f’pajjiżna.

Din is-sena l-Belt Valletta se tkun qed tospita wkoll l-akbar avveniment ta’ diversità fl-Ewropa, il-EuroPride Valletta 2023, imtella’ minn ARC-Allied Rainbow Communities, l-organizzaturi ta’ Malta Pride. L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta se tkun ukoll qed tieħu sehem f’dan l-avveniment għaliex temmen bi sħiħ fl-importanza tad-diversità u l-ugwaljanza.

Tul iż-żmien tal-Ġimgħa

05.02.2023 20
Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

l-Kbira l-Aġenzija se tkun qed tikkollabora fi produzzjoni teatrali ta’ Joseph Galea u Carlos Farrugia fi Spazju Kreattiv kif ukoll se tkun qed ittella’ l-mixegħla tradizzjonali fi Pjazza San Ġorġ, li permezz ta’ mijiet ta’ fjakkoli toħloq atmosfera ta’ ġabra filwaqt li sservi ta’ attrazzjoni fil-qalba tal-Belt Kapitali tagħna.

Dawn huma biss uħud

mill-ħafna attivitajiet li l-Aġenzija Kulturali se tkun qed ittella’ tul din is-sena.

Fil-fatt, apparti bosta inizjattivi oħra hemm ukoll il-programm kulturali ta’ Strada Stretta li jinkludi attivitajiet bħal Tnejn għat-Talkies

li diġà sejjer tajjeb ħafna u anki l-programm tal-Valletta Design Cluster.

Nistednukom sabiex għal darb’oħra tingħaqdu magħ-

REQUEST FOR CALL for Offers (CFO)

Invitation to submit proposals to manage the present bar and catering area at the Partit Laburista Club in Floriana.

CFO document to be collected from

na bi ħġarkom sabiex tgawdu minn dak kollu li l-Belt Kapitali tagħna għandha x’toffri, u flimkien magħna, tagħmlu dawn l-attivitajiet suċċess.

Għal aktar informazzjoni żuru s-sit elettroniku tal-Aġenzija Kulturali għallBelt Valletta https://www. vca.gov.mt/mt/ jew inkella l-paġna ta’ Facebook https:// www.facebook.com/vallettaculturalagency.

Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile-End, Ħamrun.

Monday 6th February 2023 to Thursday 9th February 2023, 9:00 to 17:00 and Monday 13th February 2023 9:00 to noon.

Closing date for submissions: Monday 13th February 2023, at 12:00PM.

05.02.2023 21

KIERAN BORG KIEN QED JAĦDEM BĦALA KOK F’RESTORANT

MICHELIN FL-IRLANDA

Li persuna filli tkun drat tgħix f’pajjiżha, imbagħad iċ-ċirkostanzi tal-ħajja jeħduha f’xi pajjiż ieħor, jaf ma jkunx daqstant pjaċevoli għall-bidu sakemm tindara ċerta rutina. Dan l-aħħar sirt naf b’żagħżugħ li ċ-ċirkostanzi tal-istudji tiegħu ħaduh minn Malta għall-Irlanda. Qed nirreferi għal Kieran Borg.

Għandu 20 sena, bħalissa jgħix l-Irlanda u jaħdem bħala Chef. Iħobb il-karozzi u jiskopri n-natura.

Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala bniedem verament indipendenti, mingħajr aħwa, u għalhekk kienet iktar diffiċli għall-ġenituri tiegħu sabiex jarawh jitlaq jaħdem barra minn xtutna għal għonq it-triq waħdu. Iħobb ħafna l-avventuri u jiskopri postijiet ġodda, isiefer kemm jista’ jkun u jħobb ħafna l-isport u x-xena tal-karrozzi speċjalment il-F1.

Michelin: Ikla eċċellenti u ta’ perfezzjoni

Kieran studja l-iskola tal-ITS u għal dawn l-aħħar ġimgħat u xhur kien qed jaħdem bħa-

la kok f’restorant Michelin fl-Irlanda. Ħallejt f’idejh sabiex jispjega eżattament Michelin x’tirrappreżenta meta restorant ikun imsejjaħ hekk. “Michelin hija l-perfezzjoni flikel, fejn ikollok platt u jkollok elementi differenti minn ingredjenti diversi. Ikollok ilkapaċità li l-konsumatur iddewqu prodott li qatt ma jkun ħa qabel. L-esperjenza Michelin trid tkun differenti minn esperjenza normali f’restaurant A La Carte fejn il-kċina u l-front of house jridu jingħaqdu flimkien u jaqdu lil konsumatur b’ikla eċċellenti u ta’ perfezzjoni.”

Kollox ma’ kollox, il-qofol beda meta beda jaħdem l-Irlanda u maż-żmien kien

ħa promozzjoni għal Senior Chef de Partie f’lukanda lussuża fl-Irlanda, fejn kien qed jaħdem dan l-aħħar. B’hekk interessajt ruħi nkun naf x’jinvolvi eżattament xogħlu. “Cliff House Hotel f’Ardmore County Waterford.

Bażikament il-ġurnata tibda xi d-disgħa ta’ filgħodu fejn immur forging. Dan hu meta tmur tiġbor herbs jew fjuri min-natura biex tkun tista tiddekora jew issajjar bihom

matul il-ġurnata. Dan kont nagħmlu ta’ kuljum u kont nieħu qisu siegħa u nofs. Wara nidħol ix-xogħol għal ħabta tal-ħdax, u nara kemm ser ikollna nies f’dik il-ġurnata partikolari. Jien posti kien fuq stazzjon tal-garnish u l-proteini li huwa laħam u ħut. L-ewwel kont nibda nnaddaf il-ħut jew il-laħam skont kemm ikun se jkollna nies, imbagħad ngħaddi għal fuq il-garnish, fejn tidħol il-perfezzjoni għaliex kollox irid ikun ugwali u l-istess. Għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar, nibdew nippreparaw il-kċina għat-tisjir ħalli għall-ħabta tas-sebgħa jibdew deħlin in-nies. Nispiċċaw insajru madwar l-għaxra, nnaddfu u nlestu għall-ġurnata li jmiss,” stqarr miegħi Kieran.

Bħalissa, il-ħsieb ta’ Kieran huwa li jibqa’ l-Irlanda għax l-esperjenza tal-kċina hemmhekk hi sabiħa ħafna, imma fl-aħħar mill-aħħar jixtieq jiġi Malta u jiftaħ xi ħaġa tiegħu stess.

Mistoqsi kemm qed jinsisti għaliha din ix-xewqa tiegħu, weġibni: “Jien għalija nnifsi ngħid, bħalma hija x-xewqa

ta’ kull min jaħdem fil-kċina, li fl-aħħar mill-aħħar ikollu kċina jew restaurant tiegħu stess. Nibqa’ nġib l-esperjenza u meta nħossni lest għallpass li jmiss, jekk alla jrid niftaħ ir-restorant tiegħi.”

Mar l-Irlanda mingħajr ma kien jaf lil ħadd

Kieran isostni li l-ewwel darba li rifes l-Irlanda mar hemmhekk ma jaf lil ħadd. Iżda bl-għajnuna tal-kollegi ġodda tiegħu, kollox beda jindara minn jum għal jum. Mistoqsi kif inhi l-ħajja hemmhekk ikkumparata ma’

Malta, u kif qed iħossu issa li qed jaqdef għal rasu, weġibni:

“Hija diffiċli biex tqabbel ilħajja tal-Irlanda mal-ħajja ta’ Malta għaliex il-ħajja tal-Irlanda hija ferm iktar għolja, imma fl-istess ħin il-paga hija tajba wkoll. Il-klima wkoll hija differenti fejn Malta bilkemm ikollna xita, hemmhekk kważi kważi kuljum tqattar xi naqra. Li ngħix waħdi issa nħossni ferm aħjar, inħossni sirt iktar responsabbli u matur f’ċerti deċiżjonijiet li nagħmel. Trid toqgħod attent kif tonfoq il-

flus għaliex int waħdek tkun hemmhekk, taħsel il-ħwejjeġ, issajjar u tieħu ħsieb lilek innifsek,” stqarr miegħi. Miegħu ddiskutejt ukoll xi jfisser eżattament li jkun parti mit-tim fil-kċina ta’ restorant Michelin. “Jien għalija fissret ħafna għaliex ta’ 20 sena kont diġà qed naħdem f’dan il-livell għoli. Meta kont iżgħar kont ngħid xi darba naħdem f’dan il-livell, imma qatt ma bsart li ta’ 20 sena ser naqta’ xewqti. Jiena nħossni onorat bija nnifsi,” tbissem jgħidli.

Bla dubju ta’ xejn, xogħol Kieran u ta’ chefs oħra huwa xogħol delikat u ddedikat ħafna, fejn fost l-oħrajn mhix l-ewwel darba li jagħmel l-isbaħ sagħtejn inaddaf il-lobster jew il-granċ, isajru u kollox. Imbagħad ikompli jipprepara l-affarijiet l-oħra li jirrikjedu.

Kollox bl-eżatt u kollox bir-riga. Xogħol ta’ ħafna passjoni u rquqija. Mistoqsi x’sodisfazzjon jagħtih it-tisjir, Kieran weġibni: “Bażikament jien bdejt nsajjar ta’ età żgħira. Meta kelli xi sitt snin kont immur ngħin liz-ziju jipprepara għall-festini għaliex

05.02.2023 22
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

hu wkoll kien chef. Imbagħad meta għalaqt 15-il sena qabel bdejt l-iskola, dħalt naħdem miegħu u wara sena dħalt naħdem stil fine dine fejn bdejt nelabora ferm iktar u bdiet togħġobni iktar il-kċina.

Is-sodisfazzjon li nieħu huwa meta nara l-klijenti bit-tbissima fuq wiċċhom jew jiġu fil-kċina u jikkumplimentawna għaliex kellhom ikla mill-aqwa. Nieħu gost ħafna naħdem il-festi għaliex naf li n-nies fuq barra

SKEDA ONE

qed jieħdu gost mal-familja u mal-qraba tagħhom.”

Fl-aħħar nett, Kieran ħalla messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Għal kull min għandu xewqa bħalma kelli jien fi tfuliti, ibqgħu emmnu fikom infuskom u tieqfu qatt minkejja l-ħażin jew tħossukom sejrin lura. Ibqgħu rsistu għax fl-aħħar mill-aħħar jirnexxilkom. Meta tħarsu lura u taraw minn fejn bdejtu, progress żgur ser taraw,” temm jgħidli.

Is-sodisfazzjon li nieħu huwa meta nara l-klijenti bit-tbissima fuq wiċċhom jew jiġu fil-kċina u jikkumplimentawna għaliex kellhom ikla mill-aqwa. Nieħu gost ħafna naħdem il-festi għaliex naf li

n-nies fuq barra qed jieħdu gost mal-familji u mal-qraba tagħhom

08.11.2020 05.02.2023 23
06:30 ONE News 06:45 Popcorn 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ 09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:00 Diskors: Attività Politika 17:00 The Local traveller 17:30 Flimkien ma’ Nancy 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE News 20:05 Ir-Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:35 Reboot Podcast 21:15 The Tattoo Challenge 22:15 Esperti 22:45 Żona Sport 23:15 Investigaturi tal-Mużika 23:30 ONE News 06:30 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:21 Mill-Chcina ta’ Dari 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Dak li Jgħodd 09:30 The Local Traveller 10:05 Investigaturi tal-Mużika 10:30 Aroma Kitchen 11:30 Popcorn 11:57 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:35 Awla 14:15 Reboot Podcast 14:55 Esperti 15:30 ONE News 15:35 Country Jamboree 16:15 Flimkien ma’ Nancy 17:15 Sabiħa l-Ħajja 17:45 Ondroad 18:15 Pink Panther 19:00 Primetime 19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE NEWS 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Arani Issa 23:30 ONE News 06-02 06:30 ONE News 06:45 Dinja Mutur 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Primetime 16:00 Dak Li Jgħodd 17:00 Ħajjitna Makkjetta 17:15 Pink Panther 18:00 What’s Cooking 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:35 The Local Travel 21:00 Twenty2Sixty 22:00 Awla 23:30 ONE News 23:45 Ħajjitna Makkjetta 08-02 ERBGĦA 06:30 ONE News 06:48 Ondroad 07:22 Mill-Chcina ta’ Dari 07:26 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:40 Paperscan 10:00 Ieqaf 20 Minuta 10:30 Politika 11:25 What’s Cooking 11:55 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:35 Arani Issa 15:30 ONE News 15:35 Indhouse 16:30 PrimeTime 17:00 Ieqaf 20 Minuta 17:30 L-Argument 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Politika 21:00 Il-Willy 22:00 Madwar Mejda 23:30 ONE News 12-02 ĦADD 06:30 ONE News 06:45 Żona Sport 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:00 Flimkien ma’ Nancy 17:00 What’s Cooking 17:30 Dak li Jgħodd 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE News 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:30 Dinja Mutur 21:00 Awla 22:30 Country Jamboree 23:00 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News TLIETA 06:30 ONE News 06:45 What’s Cooking 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 Primetime 16:00 Ieqaf 20 Minuta 16:30 Esperti 17:00 Żona Sport 17:30 Aroma Kitchen 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:30 Dinja Mutur 21:00 Madwar Mejda 22:30 Il-Willy 23:30 ONE News ĦAMIS SIBT TNEJN 06:30 ONE News 06:45 Dinja Mutur 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Arani Issa 15:30 ONE News 15:35 Primetime 16:00 Aroma Kitchen 17:00 Popcorn 17:30 Indhouse 18:30 Dokumentarju 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:30 Esperti 21:00 Flip the Venue 23:00 Ieqaf 20 Minuta 00:00 ONE News 10-02 ĠIMGĦA 09-02 07-02 11-02

reċensjoni tal-ktieb

BIS-SENS

Niżlet mill-vann wara tliet studenti oħra u għalqet il-bieba. L-oħrajn kienu għadhom ixejru lil sħabhom iżda hi ma kellha lil ħadd lil min ixxejjer. Imxiet lejn id-dar u għajnejha ġrew ’il fuq tfittex it-tieqa tal-aluminju miftuħa li kienet tfisser li ommha qed issajjar. Iżda minflok, sabet gallarija kbira tal-injam, miżbugħa lewn il-baħar, bil-purtelli kollha magħluqin. Kienu ġew joqogħdu hawn ilġimgħa l-oħra u kienet għadha ma dratx iddar il-ġdida.

Mhux għax kienet ġdida. Anzi kienu qalulhom li kienet waħda mill-eqdem djar tar-raħal. Imma l-mamà u l-papà minn dejjem kellhom ix-xewqa li jgħixu f’post antik. Għalqet il-bieb u sabet l-antiporta ma’ wiċċha. Anke din kienet għadha ma drathiex.

‘Bil-mod kollox tidra,’ kienet serrħitilha rasha l-mamà fl-ewwel jum tagħhom hemm ġew, waqt li kienet qed tpoġġi l-kotba fl-ixkafef tal-kamra ġdida tagħha. S’issa ma kinitx għadha dratha u lanqas kienet drat is-salott bis-sufanijiet miksijin bil-plastik fl-ewwel kamra tal-kuritur. Ma ħarsitx lejhom. Baqgħet miexja biswit it-tliet sulari taraġ li kienu jaqtgħulha nifisha malli biss tħares lejhom sakemm sabet ruħha fil-bitħa. Hemmhekk kien diġà sar il-post favorit tagħha fejn sikwit kienet tqatta’ xi siegħa taqra xi rumanz. Illum ma kellhiex moħħ. Kellha ġenn biex titla’ tingħalaq f’kamritha iżda mhux qabel tkun kellmet ftit lil ommha.

“Wasalt, Soph? Fil-kċina qiegħda,” semgħetha tgħajtilha minn ġewwa.

“Hawn, ma, orrajt?” sellmet Sophie bla ħeġġa. “Ħa nfittex nitla’ għax għandi ħafna

homework għal għada.”

“Stenna ftit. Kemm int mgħaġġla? Ejja ħu biċċa ħobż u għidli kif mort illum,” qaltilha waqt li poġġitilha l-platt fuq il-mejda.

“M’għandix ġuħ! M’għandi aptit xejn.”

“Mela xi ġralek?” inkwetat ommha hi u tersaq lejha.

“Għax… għax…” laqilqet Sophie, iżda ma felħitx iżżomm iżjed. Infexxet f’bikja li kienet ilha tiġma’ minn mindu Britney kienet għalqitilha l-bieb f’wiċċha.

Ommha nħasdet. Ma kinitx qed tistenna li tara lil bintha hekk wara l-ewwel ġurnata. Neżgħet il-fardal minn ma’ qaddha u ressqet siġġu ħdejn Sophie. “X’ġara, Soph? Ejja, tagħmilx hekk, għidli xi ġralek.”

Għamlet sforz u ppruvat timsaħ għajnejha mid-dmugħ. Minkejja li baqgħet tolfoq, irrakkuntat lil ommha dak li kienet għaddiet minnu matul il-jum.

“U le, ma waqgħetx id-dinja. Xi ħaġa nirranġaw. Issa għada nċempel l-iskola u nkellimhom dwarha.” “Le, le, iċċempel xejn għax jaħsbuni ma nafx nitkellem. Issa nibda l-Mużika s-sena d-dieħla… ”

“Ħallik mis-sena d-dieħla. Tħobbha tant il-mużika! Żgur hemm xi ħaġa li tista’ tagħmel!” ħeġġitha ommha waqt li qamet iġġib biċċa kejk taċ-ċikkulata. Kienet taf li Sophie ma kinitx se tgħid le.

“Iva, iva,” wieġbet waqt li qabdet il-kuċċarina. “Jekk għada nara lis-Sir tal-Mużika, nistaqsih.” Għaddset rasha fil-kejk biex tevita l-ħarsa ta’ ommha. F’moħħha kienet diġà ddeċidiet li l-għada ma kinitx se tiltaqa’ masSur Galdes.

Mistoqsija: Kemm-il sular taraġ kellha d-dar?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb BIS-SENS. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 12 ta’ Frar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb TAĦT IL-KAPPA TAX-XEMX hija:

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

Fejn qed isiru ż-żewġ proġetti ġewwa Għawdex?

Isem:

Numru tat-telefown:

Tweġiba:

Indirizz:

05.02.2023 24
02
W. BUSUTTIL - FGURA

TRIJANGOLU TAL-IMĦABBA

Edith Thompson u Frederick Bywaters – ħatja t-tnejn jew Bywaters biss?

L-EWWEL PARTI

Edith Thompson u Frederick Bywaters

kienu koppja Ingliża li nstabu ħatja

għall-qtil ta’ Percy Thompson, li kien ir-raġel ta’ Edith. Minkejja li Bywaters saħaq kemm-il darba li Edith ma kellhiex x’taqsam mal-qtil ta’ żewġha, huma t-tnejn ingħataw il-forka fid-9 ta’ Jannar tal-1923.

Min kienet Edith Thompson

Edith Jessie Thompson twieldet f’jum il-Milied tal-1893 f’Londra, fl-Ingilterra. Hi kienet l-ewwel wild minn ħamsa tal-koppja William Eustace Graydon u

Ethel Jessie Graydon. Thompson kellha

trobbija tajba, minkejja li ma kinitx ġejja minn familja ta’ klassi għolja. Hi kienet brava fl-iskola, filwaqt li kienet tħobb tiżfen u tirreċta.

Hekk kif spiċċat mill-iskola fl-1909, Thompson sabet xogħol ma’ Louis London, kumpanija li tagħmel il-ħwejjeġ. Fl-istess sena, Thompson tgħarrset ma’ Percy Thompson, li kien tliet snin ikbar minnha u kien jaħdem bħala skrivan. Sentejn wara, hi sabet xogħol ma’ Carlton & Prior, fejn hawnhekk raw kemm kienet kapaċi fil-qasam amministrattiv. Hi ngħatat diversi promozzjonijiet, fosthom l-ogħla kariga ta’ chief buyer tal-kumpanija.

Wara sitt snin għerusija, Edith u Percy iżżewġu f’St Barnabas, f’Manor Park, fil-15 ta’ Jannar tal-1916. Għall-bidu bdew joqogħdu f’Westcliff-on-Sea sakemm xtraw dar f’Kensington Gardens fl-1920. Din il-parti ta’ Londra kienet meqjusa bħala waħda mill-isbaħ partijiet fejn stajt toqgħod. Jidher li Edith kienet taqlagħha aħjar minn żewġha u fil-fatt għamlet tajjeb ħafna biex xtraw id-dar. Minkejja dan il-fatt, id-dar kienet f’isem żewġha għax hekk kien mistenni f’dawk iż-żminijiet.

Jidħol Bywaters fl-istorja

Fl-1920, il-koppja Thompson għamlet ħbieb ma’ Frederick Bywaters, li kellu 18-il sena. Edith kienet diġà tafu għax kien ħabib ta’ wieħed minn ħutha ż-żgħar. Bywaters kien jaħdem fil-merkanzija navali u l-istejjer ta’ avventura tiegħu kienu jaffaxxinaw lil Edith. Apparti minn hekk, Bywaters kien ġuvni attraenti u mimli ħajja filwaqt li żewġha kien riġidu u serju ħafna.

Żewġha ma kienx jaf bil-ġibda li kien hemm bejn martu u bejn Bywaters. Filfatt, f’Ġunju tal-1921, Percy stieden lil Bywaters biex imur vaganza magħhom f’Isle of Wight. Magħhom marret ukoll oħt Edith, Avis. Waqt din il-vaganza nibtet relazzjoni ta’ mħabba bejn Edith u Frederick. Kif irritornaw, Percy stieden lil Bywaters biex jikri kamra għandhom u dan tal-aħħar aċċetta. Kif daħal fid-dar tal-koppja Thompson, ir-relazz-

joni ta’ bejn Edith u Frederick setgħet tkompli faċilment.

Wara ftit ġimgħat, il-koppja Thompson kellhom xi jgħidu waqt li kienu filġnien ma’ Bywaters. Jidher li Percy ħebb għal martu u bid-daqqa waqgħet fuq xi għamara li kien hemm fil-ġnien. Bywaters qabeż għal Edith u spiċċa tkeċċa mid-dar minn Percy. Ftit wara li tkeċċa, Bywaters għamel sena fuq il-baħar bejn Settembru tal-1921 u Settembru tal-1922. Waqt li kien ’il bogħod mix-xtut, Edith u Frederick bagħtu diversi ittri ta’ mħabba lil xulxin. Fosthom kien hemm ittri li tefgħu lil Edith f’dell ikrah u ntużaw waqt il-ġuri biex jakkużawha bil-qtil ta’ żewġha.

Il-Qtil

Fit-3 ta’ Ottubru tal-1922, il-koppja Thompson, flimkien maz-zijiet ta’ Edith, marru jaraw spettaklu fil-Criterion Theatre, li jinsab f’Piccadilly Circus. Huma ħarġu mit-teatru għal ħabta tal-11.00 p.m. u marru jaqbdu t-tren mill-istazzjon. Il-koppja Thompson qabdu t-tren tal-11.30 p.m. għal Ilford filwaqt li z-zijiet ta’ Edith qabdu ieħor differenti.

Hekk kif Edith u Percy kienu mexjin f’Belgrave Road, qabeż raġel fuqhom. Edith spiċċat mal-art filwaqt li r-raġel beda jsawwat lil Percy u tah daqqiet b’sikkina. Hekk kif bdiet tiġi f’sensiha, Edith għarfet lir-raġel, li ma kien ħadd ħlief Frederick Bywaters. Bywaters ħarab filwaqt li Edith pruvat tgħajjat għall-għajnuna. Sakemm waslet l-għajnuna, Percy laħaq miet.

L-għada tal-qtil, Edith marret l-għassa biex tiġi interrogata. Sadanittant, hi ma kinitx taf li l-pulizija kienu laħqu arrestaw lil Bywaters wara li ħu Percy qalilhom biex ifittxuh u jistaqsuh dwar ilqtil ta’ ħuh. Għall-bidu, Edith bdiet tgħid li ma kinitx taf min attakka lil żewġha iżda gidbulha u qalulha li Bywaters kien diġà ammetta. Hekk kif qalulha hekk, Edith ammettiet li kien Bywaters.

05.02.2023 25
TKOMPLI L-ĠIMGĦA D-DIEĦLA
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO Freddy Bywaters, Edith Thompson u Percy Thompson Edith flimkien ma’ żewġha Percy Edith Thompson u Frederick Bywaters
Wara ftit ġimgħat, il-koppja Thompson kellhom xi jgħidu waqt li kienu fil-ġnien ma’ Bywaters

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi.

Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

05.02.2023 26
1 7 13 19 25 4 10 16 22 2 8 14 20 26 5 11 17 23 3 9 15 21 6 12 18 24

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Isem:

Indirizz:

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

TISLIBA 472

MIMDUDIN:

1. Kompli l-qawl: Għaref f’........ mhux mismugħ: jitkellmu minn warajh biex imaqdruh (5)

4. Kulħadd irid jgħaddi minnha (4)

WEQFIN:

7,11. Sewwieq tal-ajruplani (4)

9,22. Ikunu fuq wara tad-djar (6)

10. Fjuri (6)

12. Titlaqx (6)

16,18. Inneħħi d-dawl (5)

18. Ara 16

8. Patrijiet (9)

1. Minn fuq isSaqqajja dawn (6)

2,5. Ħasra? (6)

3,15. Jobdi (9)

5. Ara 2

6,18. Żifna (5)

11. Ara 7

12. Ara 6

13. Kien President u anki Prim Ministru (1,1,1)

14. Xogħlu

19,21W. Xeni (6)

20. Ħut (5)

21. United Arab Emirates (1,1,1)

23. Jixtieq (4)

24. Imdejjaq... kelma bil-i flok bil-u! (5)

l-qorti? (6)

15. Ara 3

17. Affermattiv (3)

21. Ara 18

22. Ara 9

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA

MIMDUDIN: 1.Forza, 4.Twil, 7,21M.Sptar, 9,11. Żebra, 10.Sapuna, 12.Barrin, 16.Ali, 19.Int, 20.Bajad, 23.Riga, 24.Tlumu

WEQFIN: 1.Fażola, 2,12W. Rabbi, 3.Ass, 5.WHU, 6,18.Leali, 8.Patrijott, 13.RLA, 14.Nidħlu, 15.Xtarru, 17.Lia, 21.Tir. 22.Rig

05.02.2023 27
E. CALLEJA - MOSTA
Bi 3 NUMRI 135 218 316 376 505 601 603 692 734 757 866 874 B’4 NUMRI 0060 0138 0294 0341 0867 1016 1111 1833 2520 3061 3542 3620 5126 5158 5536 5877 6200 6354 6363 6376 6497 7008 7085 7201 7257 8033 8085 9383 B’5 NUMRI 00202 15329 26265 27614 30554 34099 34104 38101 42131 46380 50961 56786 58561 66150 66169 69126 71403 96608 98080 99607 B’6 NUMRI 087763 367022 369121 431920 513109 608696 725202 727019 727205 845681 B’7 NUMRI 2194464 2579338 3136278 3171778 4610084 4907539 6597780 8086764

KOLLOX HUMA U TAGĦHOM

Editorjal

L-attitudnijiet tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista, li jirriflettu l-imġiba ta’ dawk l-estremisti li llum jikkontrollawha, assolutament huma bil-kontra ta’ dak li tipprietka jew tagħti l-impressjoni li hi. Anke jekk l-istess fazzjoni tippretendi li titkellem f’isem is-soċjetà ċivili, f’isem id-demokrazija, is-saltna taddritt jew il-ġustizzja soċjali, irraġunar u l-azzjonijiet tagħha huma kollox barra ċivili. Anzi fi ħdan soċjetà, li tassew tirrappreżenta d-demokrazija, jitqiesu biss bħala antisoċjali.

Iridu jilagħbu, imma kif jaqbel lilhom. Ir-regoli jgħoddu biss meta jkunu jivvantaġġjawhom. Mill-bqija assolutament m’għandhomx jeżistu, avolja f’ċirkostanzi differenti jkunu diġà qisuhom tajbin ħafna.

Din hija attitudni żbaljata daqskemm kundannabbli kif narawha tiġri ripetutament.

min jaħseb li jista’ jikser il-liġi u jeħlisha ħafif.

Karol Aquilina, bħal sħabu l-estremisti fil-fazzjoni li llum

tikkontrolla lill-PN, hu l-aħħar wieħed li jista’ jitkellem dwar ġustizzji u demokraziji … risposta jagħtiha malajr l-Eks Kap

Adrian Delia stess

U waqt li jibqgħu ma jirrealizzawx – wisq inqas jammettu u jirranġaw – li dan se jibqa’ jnaffar minnhom lill-istess soċjetà, jagħżlu li jirredikolaw u jżebilħu lil min ma jaqbilx magħhom. Għadhom jemmnu, bħal dawk ta’ qabilhom u ta’ qabel qabilhom, li huma superjuri għall-bqija.

Meta ma jkollhomx iżjed minn fejn joħorġu, iġibu ruħhom bħala tan-nuna u quddiem l-akkużi li żbaljaw, jgħidu li mhux tort tagħhom. Anke fejn ma jkollhomx sehem minn xi ħaġa tajba, joħorġu jgħidu li kien bis-saħħa tagħhom.

Daqskemm ma kinitx “tajba” fl-aħħar jiem meta, dwar il-kwistjoni fil-ħatra ta’ Kummissarju għall-Istandards filĦajja Pubblika, oġġezzjonaw għall-mekkaniżmu biex jiżblokka l-impasse ta’ nuqqas ta’ qbil bla ebda raġuni għal maġġoranza b’żewġ terzi fil-Kamra tadDeputati. Sakemm ma nkixfux li dan kien imwiegħed minnhom stess fil-manifest elettorali tal-2017, heżżew snienhom u qalu li din hi miżura antidemokratika. Wara pprovaw ibenġluha li dak iż-żmien ma ridux ifissru hekk.

L-istess fl-aħħar jiem meta ħarġu jassaltaw u jakkużaw lill-Prim Ministru Robert Abela għax lissen li kellu taħdita ma’ maġistrat dwar kif tista’ titjieb is-sistema ġudizzjarja, inkluż bħala deterrent għal

Imma l-kliem tal-iddisprati tagħhom li dan kien “jikser l-indipendenza tal-ġudikatura”, “imur kontra kull etika” u “jfixkel is-saltna tad-dritt”, fost oħrajn, mhux biss kixifhom kif jittrattaw il-ġustizzja, iżda ma damx ma dab bħal silġa fis-sħana tas-sajf.

Neżżgħalhom il-qalziet nhar l-Erbgħa li għadda d-Deputat Laburista Glenn Bedingfield li, fl-Aġġornament Parlamentari, kixef x’tip ta’ ipokriti huma meta l-istess klikka qed timbotta biex l-ogħla istituzzjoni jkollha Kumitat tal-Ġustizzja ppresedut minn Karol Aquilina.

Dan il-kumitat ukoll ikollu l-poteri li jibgħat għall-maġistrati u l-imħallfin wieħed wieħed u b’indħil dirett jiskrutinizzahom fuq ħidmiethom.

“Jekk Karol Aquilina jrid jimmudella l-Kumitat tal-Ġustizzja fuq dak tal-House of Commons tar-Renju Unit (kif jimxi l-Parlament Malti) ironikament waħda mill-funzjonijiet ta’ dak il-kumitat hi proprju li jagħti pariri fuq il-mod kif jingħataw is-sentenzi fil-qrati

tal-pajjiż,” saħaq Bedingfield. “Jiġifieri, dak li l-Onorevoli Aquilina qed jgħid lill-Prim Ministru li hu perikoluż u skandaluż li għamel, għax tkellem pubblikament li jrid sentencing policy differenti, issa jrid jagħmlu hu stess f’dan il-Parlament.”

Ovvjament, “from all people”, id-Deputat Aquilina, li ġej millistess fazzjoni tal-estremisti flestablishment u llum bl-aktar mod ovvju għandu kontroll filPN iżjed milli jista’ jkollu Bernard Grech, hu l-aħħar wieħed li jista’ jitkellem fuq ġustizzji u demokraziji.

Ir-risposta jagħtiha malajr l-Eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia, iżda wkoll, kif nafu, Aquilina hu l-ewwel wieħed, li parallel ma’ ħuh li jmexxi l-fergħa tal-għaqda Repubblika, mhux biss jidhirlu li għandu jimponi l-ħsibijiet antisoċjali tiegħu kull darba, iżda wkoll jattakka lill-membri tal-ġudikatura attwali u passati meta xi ħaġa fil-qorti ma ddoqqx għal widnejh u/jew widnejn sħabu. Żgur, anke f’dan ir-rigward, il-poplu jaf ma’ min jista’ jafda ruħu … u żgur mhux f’xi Aquilina jew l-estremisti sħabu.

05.02.2023 28

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.