2 minute read
IL-ĦBIBERIJA MAL-IRLANDA ENFASIZZATA FI ŻJARA STATALI MILL-PRESIDENT VELLA
Waqt żjara statali ta’ tlett ijiem li kellu fl-Irlanda, il-President tar-Repubblika George Vella kellu taħditiet mal-ogħawtoritajiet tal-pajjiż li wkoll jaqsam affarijiet komuni ma’ pajjiżna, apparti li hu membru fl-Unjoni Ewropea. F’taħditiet mal-President tal-Irlanda, Michael D. Higgins, f’Áras an Uachtaráin, ir-residenza uffiċjali u l-uffiċċtal-President tal-Irlanda, fil-bidu taż-żjara, it-tnejn ikkonfermaw ir-relazzjonijiet bilaterali eċċellenti li jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi. Huma wkoll irreferew għall-fatt li din iż-żjara statali u ż-żewġ żjarat tal-President Irlandiż f’Mals-sena li għaddiet jisħqu fuq il-ħbiberija kbira li teżisti bejn iż-żewġ pajjiżi.
Il-President Vella u l-President Higgins iddiskutew, fost l-oħrajn, oqsma għal koperazzjoni fil-futur, waqt li saret enfasi wkoll fuq il-prijoritajiet ta’ Malta fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda (ĠM), in-newtralità, it-tibdil fil-klima u l-aħħar żviluppi fil-Gwerra fl-Ukrajna, il-Mediterran, l-Afrika, il-migrazzjoni kif ukoll is-sigurtà tal-ikel Għal din l-okkażjoni il-President Vella, li qed ikun akkumpanjat minn martu u l-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur, Julia Farrugia Portelli, ħawwel siġra tal-ballut Irlandiż fil-ġonna ta’ Áras Uachtaráin u daqq il-“Qanpiena tal-Paċi”, li tissimbolizza l-paċi u r-rikonċiljazzjoni. Aktar tard poġġa kurutal-fjuri fil-Ġnien tat-Tifkira fi Pjazza Parnell li hu ddedikat għall-memorja ta’ dawk li taw ħajjithom għall-ħelsien tal-Irlanda.
Advertisement
F’Dublin, il-President Vella kellu laqgħa separata malPrim Ministru Leo Varadkar fejn id-diskussjoni wkoll iffokat fuq is-similaritajiet bejn iż-żewġ pajjiżi, it-tibdil fil-klima, l-Afrika u l-Gwerra u l-paċi fl-Ukrajna. Wara, il-President ta’ Malta kellu l-okkażjoni li jżur l-Assemblea s-Senat.
Nhar il-Ħamis il-President u s-Sinjura Vella, flimkien mal-President Irlandiż u s-Sinjura Sabina Higgins żaru l-belt ta’ Cork, li saħansitra għandha rabtiet ma’ pajjiżna fl-aspett ta’ riċerka ambjentali.
Huma kellhom taħdita interessanti ma’ grupp ta’ studenti fil-University College Cork, li ttrattat, fost l-oħrajn, it-tibdil fil-klima u l-ħarsien tal-ambjent. Għal din il-laqgħa kienu preżenti żewġ studenti Maltin, li kellhom l-opportunità li jistudjaw nursing f’din l-università permezz tal-programm Erasmus. Bħalissa fil-University College Cork qed jistudjaw 32 student minn Malta.
F’kumment lill-ġurnalisti, wara żjara qasira fil-Kappella Honan fl-istess Università, il-President Vella semma l-kuntatti b’saħħithom li għaddejjin bejn Malta u l-Irlanda fil-qasam edukattiv, b’mod partikolari fil-qasam tax-xjenza u dak mediku. Spjega li “hemm tentattivi biex din ir-relazzjoni tissaħħaħ għax hi relazzjoni li tagħti ħafna frott.”
Il-Presidenti żaru wkoll l-Istitut ta’ Riċerka Ambjentali (ERI) fi ħdan l-Università fejn kellhom preżentazzjoni tax-xogħol tal-istitut li jiffoka fuq l-isfidi ambjentali tat-tibdil tal-klima, l-ekonomija ċirkulari u ambjent b’saħħtu. Saret preżentazzjoni wkoll fuq l-ikbar ċentru fi ħdanu bl-isem MaREi (Science Foundation Ireland Research Centre for Energy, Climate and Marine), li jikkollabora mal-Università ta’ Malta permezz ta’ proġetti f’dawn l-oqsma.
Mal-wasla tagħhom f’Cork, iż-żewġ Presidenti u d-delegazzjonijiet tagħhom, kellhom laqgħa ta’ korteżija mad-Deputat Sindku tal-belt, Damian Boylan. Id-diskussjoni ffukat fuq l-istorja ta’ Cork, ir-riġenerazzjoni tal-port tal-belt u kif din qed tilqa’ għat-tibdil fil-klima u l-impatt tiegħu fuq l-għargħar.
L-aħħar ġurnata taż-żjara statali nhar il-Ġimgħa, il-President għalaqha fil-kapitali Dublin fejn iltaqa’ ma’ kadetti tal-Forzi Armati ta’ Malta li għaddejjin b’taħriġ f’Curragh Military Camp.
Sadanittant, min-naħa tagħha, il-Ministru Farrugia Portelli kellha taħditiet ta’ koperazzjoni mal-Ministru
Irlandiż responsabbli mit-Tfal, l-Ugwaljanza, id-Diżabbiltà, l-Integrazzjoni u ż-Żgħażagħ Roderic O’Gorman u mal-Ministru tal-Istat fuq id-Diżabbiltà Anne Rabbitte dwar suġġetti relatati mal-inklużjoni u t-tisħiħ tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità.
Hawn l-Istrateġija Nazzjonali Maltija dwar l-Awtiżmu kienet deskritta bħala mudell tajjeb li l-Irlanda qed tħares lejh fit-tfassil tagħha għal strateġija simili. Fl-istess waqt, fil-jum internazzjonali tas-smigħ, Malta kompliet timbotta l-importanza li aktar pajjiżi jinvestu fi proġetti simili bħal dak tal-Hearing Care Campaign, biex ikunu evitati diżabbiltajiet marbuta mas-smigħ.
Il-Ministru Maltija ddeskriviet din il-laqgħa bilaterali bħala waħda pożittiva u ta’ motivazzjoni għal aktar kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi b’mod speċjali fil-qasam tat-tisħiħ tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità u tkellmet fuq il-ħidma li qed tagħmel Malta dwar il-Konvenzjoni talĠnus Magħquda dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità (UNCRPD) u enfasizzat il-prijoritajiet tal-Gvern Malti f’dan is-settur.
Iż-żewġ pajjiżi qablu li jaqsmu l-aħjar prattiċi fosthom dwar teknoloġija assistiva fis-settur tad-diżabilità.
Ġie ttrattat ukoll l-impenn tal-Gvern Malti biex aktar persuni b’diżabilità jkollhom sehem attiv fid-dinja tax-xogħol fosthom bil-proġett Way to Work, kif ukoll l-iskema New Hope li permezz tagħha l-Gvern qed jidħol hu bħala garanti meta kumpaniji tal-assikurazzjoni ma joħorġux polza ta’ assikurazzjoni biex persuna b’diżabilità ssir sid ta’ darha.
Suġġetti oħra diskussi kienu r-riforma fuq il-Blue Badge kif ukoll riforma li daħħal il-Gvern fl-2017 biex żgħażagħ ta’ 16-il sena jkunu jistgħu jivvutaw.
Il-Ministru Julia Farrugia Portelli kienet akkumpanjata mis-Segretarju Permanenti Nancy Caruana u mill-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju Mauro Pace Parascandalo.