1 minute read

IL-LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR ISSA B’SIT ELETTRONIKU UFFIĊJALI WKOLL

Il-Kumitat Olimpiku Malti u l-Kumitat Organizzattiv tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa tal-2023 nedew issit elettroniku uffiċjali tal-avveniment prestiġjuż, 90 jum qabel iċ-ċerimonja tal-ftuħ f’Mejju li ġej. Żviluppata minn

The Concept Stadium, id-dehra tas-sit elettroniku hi konformi mal-identità viżwali tal-logo tal-logħob, li tnieda s-sena l-oħra

Advertisement

“Meta konna f’diskussjonijiet ma’ kumpaniji li kienu qegħdin jipproponu s-servizzi tagħhom, waħda mill-affarijiet li spikkaw mill-iżviluppaturi ta’ dan is-sit elettroniku, The Concept Stadium, kienet il-fatt li wieħed mill-fundaturi tiegħu – il-mibki Jonathan Chetcuti, kien irrappreżenta lil Malta tliet darbiet f’dan il-Logħob tal-GSSE, bħala parti mit-tim tal-volleyball,” spjega Paul Sultana, Viċi President tal-Kumitat Olimpiku Malti u Chef de Mission ta’ dan il-Logħob, waqt li semma kif hemm ħafna entużjażmu għal dan issit elettroniku, issa li qegħdin eqreb taċ-ċerimonja tal-ftuħ.

L-ewwel fażi tas-sit elettroniku tikkonsisti f’informazzjoni ġenerika dwar il-Logħob, Malta u l-aħħar aġġornamenti tal-aħbarijiet, ritratti u filmati. Żviluppi oħrajn fis-sit, bħal dettalji ta’ Team Malta, informazzjoni dwar kontinġenti internazzjonali, skeda tal-avvenimenti, riżultati u tabelli tal-midalji se jiġu mxerrdin f’fażijiet

Logħob.

Il-Kumitat qal li s-sit se jsir il-pjattaforma primarja għal kull min hu interessat fil-Logħob tal-2023 u se jkun il-qalb diġitali li tħabbat l-enerġija u l-emozzjonijiet tal-avveniment, kemm fil-ġimgħat ta’ qabel, kif ukoll filġimgħa attwali tiegħu, b’informazzjoni

Hu kruċjali li bħala pajjiż nippreparaw bis-sħiħ u nassiguraw li dan il-logħob ikun avveniment tal-poplu Malti u Għawdxi kollu differenti.

“Li jkollok preżenza diġitali hu importanti biex jiġi żgurat li l-informazzjoni tkun disponibbli faċilment. Hekk kif qegħdin inniedu l-ewwel fażi tassit elettroniku, qed inħejju għal żviluppi oħrajn biex titjieb l-esperjenza,” irrimarkat Maria Vella-Galea, Direttur tal-Midja u PR tal-Kumitat Olimpiku Malti u l-Kumitat Organizzattiv tal- aġġornata u faċilment disponibbli.

Mark Cutajar, Ċermen tal-Kumitat Organizzattiv Lokali, esprima s-sodisfazzjon għal kif irnexxielhom jiġbru diversi oqsma ta’ kompetenza li flimkien se jgħaqqdu l-elementi varji li r-riżultat aħħari tagħhom ikun il-Logħob.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima fisser l-okkażjo- ni bħala waħda li tgħaqqad il-komunità sportiva mal-poplu Malti kollu. “Hu kruċjali li bħala pajjiż nippreparaw bissħiħ u nassiguraw li dan il-logħob ikun avveniment tal-poplu Malti u Għawdxi kollu,” qal Grima, waqt li enfasizza li dan “hu pass ieħor f’dan il-perkors fejn ġiet varata l-ewwel fażi tas-sit li se jkun qed juri ir-riżultati live waqt illogħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Mejju li ġej.”

Preżenti għat-tnedija kien hemm ukoll il-President tal-Kumitat Olimpiku Malti Julian Pace Bonello u l-Kap tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport Robert Magro. Il-Kumitat Organizzattiv Lokali tal-GSSE rringrazzja lill-Iskola Nazzjonali tal-Isport tal-ospitalità tagħha. Is-sit elettroniku – aċċessibbli fuq https://gssemalta2023.mt/ – ġie mfassal biex ikun kompattibli fuq varjetà ta’ apparati elettroniċi.

Il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar għandu l-appoġġ ta’ SportMalta, l-NDSF, Welbee’s Supermarket, National Lottery, MITA, General Soft Drinks, Visit Malta, European Olympic Committees, GO, Enemed u BOV.

This article is from: