2 minute read

IS-SITT PREMJU TAS-SOVEREIGN ART FOUNDATION

L-arti hija dejjem balzmu. Tgħinek tikkalma u tifhem il-madwar. Minnha nfisha, l-arti toffri soljev lil min hu filbżonn ukoll kif qed tagħmel is-Sovereign Trust (Malta) Limited, li tagħmel parti mis-Sovereign Group, flimkien mas-Sovereign Art Foundation, fejn dawn qed iħabbru t-tnedija tas-sitt edizzjoni tal-premju “Sovereign Art Foundation Student Prize”.

Il-kompetizzjoni li qed insemmu, tħaddan l-għan u l-importanza tal-arti bħala parti integra fis-sistema edukattiva u biex anke tirrikonoxxi x-xogħol tal-istudenti nfushom f’dan il-qasam.

Advertisement

L-iskejjel kollha f’Malta u f’Għawdex, kemm dawk sekondarji kif ukoll postsekondarji qed jiġu mistiedna biex jieħdu sehem, billi jinnominaw l-aqwa għaxar biċċiet ta’ arti tal-istess studenti. Minn dawn ix-xogħlijiet, jiġu magħżula għoxrin. L-ewwel żewġ rebbieħa jiġu magħżula, flimkien mal-iskejjel tagħhom. Ix-xogħlijiet ta’ kull min jieħu sehem jiġu ġġudikati minn panel ta’ ġurija li jinkludu:

Howard Bilton, Chairman ta’ Sovereign Group u Stephen Griffiths, Managing Direc- tor ta’ Sovereign Trust (Malta) Ltd. L-artisti lokali Laura Swale u Christine Porter Lofaro huma wkoll parti mill-ġurija.

Din is-sena ngħaqad ukoll magħhom Frank Yu li huwa espert u kollezzjonista tal-arti. Finalment il-ġurija u l-pub- bliku jagħżlu żewġ rebbieħa kemm mill-online voting kif ukoll mill-esibizzjonijiet li jsiru f’Malta, tax-xogħlijiet artistici minn dawk li jiġu shortlisted.

Iż-żewġ rebbieħa jirbħu premju monetarju kemm għalihom personali, kif ukoll

Il-kompetizzjoni li qed insemmu, tħaddan l-għan u l-importanza tal-arti bħala parti integra fis-sistema edukattiva u biex anke tirrikonoxxi x-xogħol tal-istudenti nfushom f’dan il-qasam.

L-iskejjel kollha f’Malta u f’Għawdex, kemm dawk sekondarji kif ukoll postsekondarji qed jiġu mistiedna biex jieħdu sehem għall-iskejjel tagħhom. Dawn jingħataw f’ċerimonja li se tittella’ apposta lejn l-aħħar ta’ April, 2023. Id-data se tkun ikkonfermata iżjed ’il quddiem. Fil-fatt, l-aħjar biċċa xogħol li ser tintgħażel: l-artist/a jirċievi/tirċievi €500 u l-iskola tingħata €1,500.

Is-Sovereign Art Foundation hija NGO li ġiet imwaqqfa fl-2003 minn Howard Bilton innifsu. L-għan ewlieni ta’ din il-fondazzjoni huwa li tirrikonoxxi u tippromwovi t-talent tal-arti kontemporanja madwar id-dinja u tqassam il-benefiċċji li l-arti ġġib magħha lil tfal inqas ixxurtjati.

Mill-bidu nett din l-award saret l-akbar avveniment f’dan l-aspett, fl-Asja, u nġabru aktar minn $10 miljun għall-artisti u entitajiet karitattivi madwar id-dinja.

Is-Sovereign Art Foundation, li hija wkoll magħrufa bhala SAF torganizza wkoll premjijiet għall-istudenti. Dan il-premju prestiġjuż, li twaqqaf f’Hong Kong fl-2012, infirex għall-Guernsey, il-Bahrain, Singapore, Mauritius, Portugal, Isle of Man, Malta u Għawdex, Ġibiltà kif ukoll Londra.

“Wara s-suċċess kbir li nkiseb fil-ħames edizzjoni tas-sena l-oħra, il-kumpanija lokali, Sovereign Trust (Malta) Limited hija kburija li għal darb’oħra se tisponsorja l-SAF’’. Dan qalu s-Sur Stephen Griffiths, Direttur Maniġerjali tal-istess kumpanija fejn sostna li “kull sena qed naraw aktar u aktar interess fil-premju u għal darb’oħra numru rekord ta’ parteċipanti. Il-premju jkompli joħloq pjattaforma internazzjonali fejn l-arti lokali tista’ tkun showcase tat-talent Malti u Għawdxi. Aħna se nwiegħdu li se nkomplu f’din il-mixja li issa saret tradizzjoni u avveniment fiss fil-kalendarju tal-arti f’pajjiżna. Ninsabu ċerti li kulma jmur l-interess se jkompli jikber u jiżdied”.

L-SAF f’Malta jisponsorja l-Camp Willingness: https:// willingness.com.mt/services/ camp-willingness/ li jagħmlu ħafna xogħol siewi fil-qasam tat-tfal bi problemi soċjali u jgħinuhom joħorġu aktar b’determinazzjoni u kuraġġ bis-saħħa ta’ programmi ta’ riabilitazzjoni.

Għal aktar informazzjoni tista’ tibgħat email lil: Valerie Urrunaga fuq events@SovereignArtFoundation.com

Ir-ritratti tal-arti ntgħażlu b’mod spontanju.

Ibda rċievi l-gazzetta kmieni l-Ħadd filgħodu fil-verżjoni diġitali bla ebda spejjeż żejda u bl-orħos prezz fis-suq ta’ €1 kull ġimgħa

*abbonament jiġi aċċettat meta jsir ħlas bil-quddiem għal mill-inqas 26 ġimgħa

Ċempel waqt il-ġranet u l-ħinijiet tal-uffiċċju fuq in-numru 79241495 jew ibgħat imejl fuq sales@kullhadd.com

This article is from: