6 minute read
L-EROJ TAL-FOLK ŻVIZZERU
Dan mhu ħadd għajr William Tell. Skont il-leġġenda, Tell kien xabbatur espert tal-muntanji u tiratur bil-qaws li qatel lil Albrecht Gessler, ħakkiem tiranniku fost id-duki Awstrijaċi tad-Dar tal-Habsburg, f’Altdorf. Il-ġrajja ta’ Tell ħeġġet lill-popolazzjoni tirribella kontra l-ħakkiema barranin fil-qrib: fi Schwyz u Unterwalden, pajjiżi ġirien, u jwaqqfu l-pedament għall-Konfederazzjoni Żvizzera. Minħabba f’hekk, Tell kien meqjus bħala missier din il-Konfederazzjoni.
Minn CHARLES B. SPITERI
Advertisement
Stabbiliti fil-bidu tas-seklu
14, matul il-ħakma ta’ Albert ta’ Habsburg; l-ewwel rekords bil-miktub tal-leġġenda jmorru għall-aħħar parti tas-seklu 15, meta l-Konfederazzjoni Żvizzera kienet qed tikseb influwenza militari u politika. Tell kien figura ċentrali fl-istorjografija nazzjonali Żvizzera, flimkien ma’ Arnold von Winkelried, l-eroj ta’ Sempach, fl-1386.
Hu kien katalist u simbolu matul l-istadju formattiv talIżvizzera moderna fis-seklu 19, magħruf bħala l-perjodu ta’ Restawr u Riġenerazzjoni, kif ukoll fl-istorja usa’ tal-Ewropa bħala simbolu ta’ reżistenza kontra l-ħakma aristokratika, speċjalment fir-Rivoluzzjonijiet tal-1848 kontra d-Dar tal-Habsburgs, li kienet ħakmet l-Awstrija għal sekli sħaħ.
Ktieb fuq Tell
L-ewwel referenza għal Tell, mingħajr isem speċifiku, tidher fil-Ktieb l-Abjad ta’ Sarnen. Dan il-volum inkiteb għall-ħabta tal-1474 minn
Hans Schriber, segretarju tal-istat Obwalden. Isemmi l-ġurament li ttieħed f’Rütli u li jirreferi għal Tell bħala wieħed mill-kospiraturi t’hemmhekk, li t-tiranniċidju erojku tiegħu wassal għall-irvell ta’ Burgenbruch.
Rakkont ugwalment bikri ta’ Tell jinsab fit-Tellenlied, kanzunetta miktuba fissnin 1470, bl-eqdem kopja manuskritta li għadha teżisti tmur għall-1501. Il-kanzunetta tibda bil-leġġenda Tell, li tqisu bħala l-oriġini tal-Konfederazzjoni, billi tirreferi għalih bħala “l-ewwel konfederat”. Tissemma l-isparatura tat-tuffieħa ta’ Tell, it-tħejjija li għamel għat-tieni vleġġa biex jispara lil Gessler u l-ħarba tiegħu, iżda ma ssemmi l-ebda qtil ta’ Gessler.
Kitba ta’ Tschudi
Fil-kitba ta’ Aegidius Tschudi tal-1570, dan jippreżenta verżjoni estiża tal-leġġenda. Hu magħruf li Tschudi abitwalment ‘ilaħħam’ is-sorsi tiegħu. Tali dettall addizzjonali jinkludi l-isem ta’ Tell Wilhelm, u li kien nattiv ta’ Bürglen, f’Uri. Id-data preċiża tal-istorja tat-tuffieħa tingħata bħala t-18 ta’ Novembru 1307. Tingħata wkoll is-sena tal-mewt ta’ Tell bħala l-1354.
Kienet il-verżjoni ta’ Tschudi li saret influwenti fl-Iżvizzera moderna u daħlet fis-sensi pubbliċi bħala l-leġġenda ‘William Tell’. Skont ir-rakkont ta’ Tschudi, William Tell kien magħruf bħala raġel b’saħħtu u espert fl-isparar tal-qaws.
Fi żmienu, l-imperaturi tad-Dar tal-Habsburg fl-Awstrija kienu qed ifittxu li jiddominaw lil Uri, u Tell sar wieħed mill-kospiraturi ta’ Werner Stauffacher li ħalef li jirreżisti l-ħakma talHabsburg. Albrecht Gessler kien il-Vogt Awstrijak, jew l-uffiċjal tal-ordni f’Altdorf, li kien għadu kif inħatar flIżvizzera. Hu waqqaf arblu taħt siġra tar-raħal (lindentree), dendel il-kappell tiegħu fuqu, u ried li n-nies kollha tal-belt tinkina quddiemu.
Irrifjuta r-reverenza
L-istess Tschudi jgħid li fit18 ta’ Novembru 1307, Tell żar Altdorf ma’ ibnu ż-żgħir. Għadda minn quddiem il-kappell, iżda rrifjuta jbaxxi rasu lejh. Gessler li kien milqut mill-fama li kellu Tell għall-mira tiegħu, tant irrabja li Tell ma obdiex l-ordni tiegħu, li ried jikkastigah. Għalhekk arresta lill-missier u lil ibnu, u lill-missier qalulu li setgħu jiksbu l-ħelsien kemm-il darba jolqot tuffieħa mqiegħda fuq ras ibnu Walter.
Tell aċċetta, spara u qasam it-tuffieħa. Iżda Gessler, li kien innota lil Tell iqiegħed żewġ vleġeġ fil-qaws tiegħu, talbu jagħtih ir-raġuni. Tell ma weriex ħeġġa għal tweġiba. Meta l-istess Gessler wiegħdu li ma kienx se jo- qtlu, qallu li t-tieni vleġġa kienet se tkun għalih f’każ li b’xi żball, joqtol lil ibnu. Meta sema’ dan, Gessler indanna u ordna li jorbtu lil Tell u jitfgħuh il-ħabs għal għomru. B’hekk xorta żamm il-kelma li ma joqtlux.
Ħarab il-ħabs
Tschudi jkompli, li Tell kien qed jinġarr fid-dgħajsa ta’ Gessler lejn il-ħabs taħt l-art tal-kastell f’Küssnacht, meta faqqgħet maltempata fuq ilLag Lucerne, u l-gwardjani beżgħu li d-dgħajsa tagħhom kienet se tegħreq. Talbu lil Gessler ineħħi l-irbit ta’ Tell biex ikun jista’ jieħu t-tmun u jsalvahom. Gessler ċeda, iżda Tell qadef lejn post kollu blat u qabeż mid-dgħajsa. Ġera lejn Küssnacht b’Gessler isegwih.
Tell qatlu bit-tieni vleġġa li kellu. L-att qanqal ribelljoni, li wasslet għall-formazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera l-Qadima. Skont Tschudi, Tell reġa’ ġġieled kontra l-Awstrija fil-Battalja ta’ Morgarten fl1315. Il-kittieb għandu wkoll rendikont tal-mewt ta’ Tell fl-1354, li skontu nqatel waqt li pprova jsalva tifel millgħarqa fix-Xmara Schächental f’Uri.
Aktar tard hemm verżjonijiet oħrajn għal-leġġenda
Tell. Dawn jinkludu r-rakkont fil-kitba ta’ Melchior Russ minn Lucerne, datat 1482.
L-ewwel dramm
L-ewwel dramm bl-isem ‘Tell’ (Tellspiel), magħruf bħala l-Urner Tellspiel x’aktarx intwera fix-xitwa tal-1512 jew tal-1513 f’Altdorf. Barra minn hekk, sa mill-1582, il-knisja ta’ Bürglen kellha qanpiena ddedikata lil Tell u kappella fil-qrib li għandha affresk datat 1582, li juri l-mewt ta’ Tell fi Schächenbach.
Matul is-seklu 19 u fil-perjodu tat-Tieni Gwerra Dinjija, Tell kien meqjus bħala simbolu ta’ ribelljoni kontra t-tirannija kemm fl-Iżvizzera kif ukoll fl-Ewropa.
Fl-1766, Antoine-Marin Lemierre kiteb dramm ispirat minn Tell u tah ilħajja fl-1786. Is-suċċess ta’ dan ix-xogħol stabbilixxa l-assoċjazzjoni ta’ Tell bħala ġellied kontra t-tirannija mal-istorja tar-Rivoluzzjoni Franċiża. Il-faxxinu rivoluzzjonarju Franċiż ma’ Tell kien rifless fl-Iżvizzera bit-twaqqif tar-Repubblika Elvetika. Tell sar, bħallikieku l-maskot tar-repubblika li kellha ħajja qasira, bil-figura tiegħu tidher fuq is-siġill uffiċjali tagħha. In-Navy Franċiża wkoll kellha vapur tal-linja tal-klassi Tonnant, jismu Guillaume Tell, li nqa- bad mir-Royal Navy Brittanika fl-1800.
Tell u l-Mażuni
Benito Juarez, President tal-Messiku u eroj nazzjonali, għażel li jkun magħruf bħala ‘Guillermo Tell’, il-verżjoni Spanjola ta’ William Tell, meta ngħaqad mal-Mażuni.
Għażel dan l-isem għax kien iħobb u jammira l-istorja u l-karattru ta’ Tell, li kien iqisu bħala simbolu ta’ libertà u reżistenza.
Il-Chronicon Helveticum ta’ Tschudi kompla jittieħed bħala sors storjografiku sas-seklu 19, b’tali mod li l-verżjoni tiegħu tal-leġġenda mhux biss intużat bħala mudell fid-dramm tal-1804 ta’ Friedrich Schiller bl-isem
William Tell, iżda hi rrappurtata wkoll f’xogħlijiet storjografiċi ta’ dak iż-żmien, inkluża l-Istorja tal-Kon- federazzjoni Żvizzera ta’ Johannes von Müller, fl-1780.
Johann Wolfgang von Goethe sar jaf bis-saga Tell waqt il-vjaġġi tiegħu flIżvizzera, bejn l-1775 u l-1795. Hu kiseb kopja tal-kronaki ta’ Tschudi u ħaseb li jikteb dramm dwar Tell, iżda flaħħar għadda l-idea lill-ħabib tiegħu Friedrich von Schiller, li għall-ħabta tal-1803 kiteb id-dramm ‘Wilhelm Tell’, esegwit għall-ewwel darba fis17 ta’ Marzu 1804, f’Weimar.
Avvenimenti politiċi
‘William Tell’ ta’ Schiller hu ispirat ħafna mill-avvenimenti politiċi tal-aħħar tas-seklu 18, b’mod partikolari r-rivoluzzjonijiet Franċiżi u Amerikani. Id-dramm intwera f’Interlaken fis-sjuf tal-1912 sal-1914, mill-1931 sal-1939 u kull sena mill-1947. Fl-2004 intwera għall-ewwel matul ir-Rivoluzzjoni tal1848.
Karattri u xeni mill-opra William Tell jidhru fuq il-karti tal-logħob u jirrappreżentaw jew lir-re, lir-reġina, lillprinċep jew lill-joker. Huma kienu ddisinjati fl-Ungerija għall-ħabta tal-1835. Dawn il-karti għadhom il-karti tallogħob l-aktar komuni, addattati għall-Ġermaniż f’dik il-parti tad-dinja llum.
‘Tell City’ fl-Istati Uniti
Fl-1858, is-Soċjetà tal-Kolonizzazzjoni Żvizzera; grupp ta’ immigranti Żvizzeri u Ġermaniżi li marru fl-Istati Uniti, waqqfet l-ewwel u l-unika belt ippjanata tagħhom fuq ix-xtut tax-Xmara Ohio f’Perry County, Indiana. Oriġinarjament, il-belt kienet imsejħa Helvetia, iżda malajr inbidlet għal Tell City biex tonora lilleroj leġġendarju Żvizzeru. Saret magħrufa għall-manifattura tagħha, speċjalment ta’ għamara mill-injam fin.
William Tell u simboli tat-tuffieħa bi vleġġa fiha huma prominenti fil-belt. Tinsab ukoll statwa tal-bronż ta’ Tell u ibnu, ibbażata fuq dik f’Altdorf, l-Iżvizzera. L-istatwa twaqqfet fuq funtana quddiem is-City Hall fl-1974. Tell City High School tuża dawn is-simboli fl-arma tagħha u t-timijiet sportivi jissejħu The Marksmen. zjonali, mirbuħa minn Richard Kissling, fl-1895 f’Altdorf twaqqaf monument għalleroj tagħha. B’differenza għall-monument fir-repubblika Elvetika, fejn Tell jidher bħala raħħal b’xabla ma’ ħżiemu u b’kappell bir-rixa, jintlewa biex jerfa’ liċ-ċkejken ibnu li qed iżomm it-tuffieħa, dan t’Altdorf juri lil Tell bħala raħħal tal-muntanji, b’karatteristiċi qawwija u riġlejn immuskulati. Idu qawwija tinsab imdawra ma’ għonq ibnu u tistrieħ bi mħabba fuq l-ispalla taċ-ċkejken Walter, iżda t-tuffieħa ma tidhirx. darba f’Altdorf stess. Fl-1829, Gioachino Rossini uża d-dramm ta’ Schiller bħala l-bażi għall-opra tiegħu William Tell, waqt li l-overture William Tell hi waħda mill-biċċiet l-aktar magħrufa u l-aktar imitati b’mod frekwenti tal-mużika tiegħu. Fis-seklu 20, il-finali tal-overture saret it-tema għall-inkarnazzjonijiet tar-radju, tat-televiżjoni u tal-films ta’ The Lone Ranger, eroj fittizju tal-fruntiera Amerikana.
L-entużjasti ta’ Tell Jingħad ukoll li Adolf Hitler kien entużjast ferm bid-dramm ta’ Schiller; ikkwotah fil-Mein Kampf tiegħu u approva koproduzzjoni Ġermaniża/Żvizzera, li fiha l-konkubina ta’ Hermann Göring, Emmy Sonnemann, dehret bħala l-mara ta’ Tell. Madankollu, fit-3 ta’ Ġunju 1941, Hitler kellu d-dramm ipprojbit. Ir-raġuni għall-projbizzjoni mhix magħrufa, iżda setgħet kienet relatata mal-attentat fallut ta’ qtil fuqu fl-1938, miż-żagħżugħ Żvizzeru Maurice Bavaud u aktar tard imsejjaħ ‘William Tell ġdid’ minn Rolf Hochhuth.
Fuq il-karti tal-logħob
F’madwar l-1836 l-ewwel karti tal-logħob bil-mudell William Tell kienu magħmula f’Pest, l-Ungerija. Kienu ispirati mid-dramm ta’ Schiller u saru waqt relazzjonijiet ta’ tensjoni mal-Habsburgs filgvern. Il-karti saru popolari madwar l-Imperu Awstrijak
Terġa’ l-William Tell Overture spiss tindaqq mill-banda tal-iskola fil-logħob tal-iskola sekondarja. Kull Awwissu mill-1958, is-sena ċentinarja ta’ Tell City, il-belt żammet Schweizer Fest, li hu festival tal-komunità b’divertiment, produzzjonijiet tal-palk, preżentazzjonijiet storiċi, karozzini tal-karnival, beer garden, avvenimenti sportivi u reunions tal-klassijiet, biex tonora l-wirt Żvizzeru-Ġermaniż tagħha. Ħafna mill-attivitajiet iseħħu fil-grawnd tal-City Hall u Triq il-Kbira, f’riġlejn l-istatwa ta’ Tell.
Ispirat minn William Tell
John Wilkes Booth, l-assassin ta’ Abraham Lincoln, kien ispirat minn Tell. Filwaqt li b’sogħba esprima d-dwejjaq għar-reazzjoni negattiva fl-azzjoni tiegħu, fil-21 ta’ April 1865, Booth kiteb fil-ġurnal tiegħu: “bil-fehma ta’ kull bniedem kontrija, jien ninsab hawn iddisprat.
U għaliex? Talli għamilt dak li Brutus kien onorat għalih u dak li għamel lil Tell eroj.
U madankollu jien, talli warrabt tirann akbar minn dak li qatt kontu taħsbu, jien meqjus b’qattiel.” Jiem wara, hu nnifsu nqatel b’tiri ta’ arma tan-nar, u għalhekk intemm il-ġuri.
Wara kompetizzjoni naz-
Charlie Chaplin ħoloq parodija fuq William Tell, filfilm silenzjuż famuż tiegħu tal-1928 ‘The Circus’.
Salvador Dalí pinġa ‘Ix-Xjuħija’ ta’ William Tell; ‘William Tell u Gradiva’ fl1931, u ‘L-Enigma ta’ William Tell’ fl-1933.
Id-drammaturgu Spanjol Alfonso Sastre reġa’ ħadem il-leġġenda fl-1955 f’‘Guillermo Tell tiene los ojos tristes’ (William Tell għandu għajnejn imdejqin); li ma nħadimx qabel ma ntemm ir-reġim ta’ Franco fi Spanja.
Tonqos l-importanza
Fl-Iżvizzera, l-importanza ta’ Tell kienet naqset xi ftit sal-aħħar tas-seklu 19, barra minn f’Altdorf u f’Interlaken li stabbilixxew it-tradizzjoni tagħhom li jinterpretaw id-dramm ta’ Schiller f’intervalli regolari fl-1899 u fl1912, rispettivament. Matul il-Gwerer Dinjija, Tell reġa’ tqajjem xi ftit artifiċjalment, bħala simbolu nazzjonali.
Pereżempju, fl-1923 il-Posta Żvizzera introduċiet il-“horns” (speċi ta’ trumbetti żgħar) għas-servizz tal-kowċ tagħhom, li ttieħdu mill-overture tal-opra ‘Tell’ ta’ Rossini u fl-1931, il-qaws kien introdott bħala logo li jindika prodotti Żvizzeri. IlMużew Tell f’Bürglen, Uri, infetaħ fl-1966.