IL-WEGĦDA TA’ 356 SENA ILU POSPOSTA GĦALL-2022
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 5 ta’ April, 2020
Ħarġa Nru 1,395
Ara paġni 10 u 11 Prezz €1
IT-TIELET L-AKBAR SKEMA FL-EWROPA IS-SELF GARANTIT MILL-GVERN MALTI FAVUR KUMPANIJI MILQUTIN MILL-PANDEMIJA HU AĦJAR MINN TA’ PAJJIŻI AKBAR MINNA SKONT IL-PRODOTT GROSS DOMESTIKU Il-Kummissjoni Ewropea approvat l-iskema tal-Gvern Malti għal self garantit li tagħti likwidità lin-negozji lokali milqutin mill-pandemija globali tal-COVID-19. Jirriżultalna li dan hu t-tielet l-akbar pakkett approvat fl-Ewropa, skont ilpersentaġġi tal-PGD rispettivi (kif jidhru hawnhekk filparentesi). L-ammont garantit ta’ €350 miljun, permezz tal-Bank Malti għall-Iżvilupp, jippermetti lill-banek kummerċjali li jkabbru s-self tagħhom għal ftit inqas minn €780 miljun. Ara r-rapport f’paġna 3
Danimarka €130m (4%)
Żvezja €9.1B (2%)
Estonja €1.75B (6%) Ġermanja €500B (15%)
Irlanda €200m (1%)
Latvja €250m (1%)
Lussemburgu €2.5B (4%) Franza €300 b (12%) Italja €60B (3%)
Spanja €20b (2%) PortugalL €3B (1%)
Malta €780m (6%) Sors: DG Competition, EU Commission
COVID-19: ŻIEDA TA’ 11-IL KAŻ Waqt li Malta lbieraħ irreġistrat 11-il persuna oħra infettati bil-virus tal-COVID-19, inkluża tifla ta’ sentejn, jirriżultalna li l-mewġa ta’ każi lokali kompliet twessa’ d-diskrepanza li kienet diġà teżisti bejn l-irġiel u n-nisa milqutin u dawk ta’ ’l fuq minn 20 sena mill-bqija tal-faxex tal-etajiet. Ħarsa lejn grafika tal-każi kollha rrappurtati lokalment mis-7 ta’ Marzu ’l hawn, il-ġurnata meta ġew irreġistrati l-ewwel pazjenti bil-virus, jirriżulta li hemm 37 każ iktar ta’ rġiel minn nisa, iżda 87% tal-każi kollha s’issa qed jaffettwaw lil persuni li għandhom inqas minn 60 sena. Terġa’ fost dawn, l-aktar faxxa milquta hi dik ta’ persuni li għandhom bejn 20 u 29 sena, li sal-lum ilaħħqu t-58 każ. Warajhom jiġu dawk fuq it-30 sena, b’46 każ. Meqjus il-fatt li dawk ta’ ’l fuq minn 65 sena huma awtomatikament ikkunsidrati bħala vulnerabbli fil-pandemija, dawn huma sinjali millaktar pożittivi. Fil-fatt, sal-lum hemm biss 28 każ li għandhom ’il fuq minn 60 sena. Sadanittant, isSupretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci lbieraħ waranofsinhar tat dettalji dwar 11-il pazjent ġdid li nstabu pożittivi għattest tal-Coronavirus fl-24 siegħa ta’ qabel. Wara 9,702 swab tests, issa l-għadd totali f’pajjiżna tela’ għal 213-il każ. Tkompli f’paġna 4
02
05.04.2020
kullhadd.com
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 18°C L-Inqas Temperatura: 11°C L-Indiċi UV: 6 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja testendi minn fuq il-Punent tal-Mediterran sa fuq il-Libja It-Temp: Ftit imsaħħab Ir-Riħ: Moderat għal ftit qawwi millMajjistral it-Tramuntana li jsir ftit qawwi mill-Majjistral Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Moderat L-Imbatt: Baxx mill-Grigal It-Temperatura tal-Baħar: 16°C
Editur RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR It-Tnejn
tel: (+356) 2568 2570
It-Tlieta
L-Erbgħa
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
18°C
UV 8
12°C
Il-Ħamis
Indirizz Postali KullĦadd
18°C
UV 8
11°C
18°C
Il-Ġimgħa
UV 7
12°C
Is-Sibt
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
Sit Elettroniku KullĦadd
18°C
UV 8
10°C
18°C
UV 8
12°C
18°C
UV 8
12°C
kullhadd.com
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202
Chemimart Pharmacy, 14, Triq Sant’Anna, Il-Furjana – 21239310 Trinity Pharmacy, 32 Triq il-Marsa, Il-Marsa – 21235595 Lantern Pharmacy, Misraħ il-Kebbies, Santa Venera – 21444648 Marrit Pharmacy, Triq l-1 ta’ Mejju, Fleur-de-Lys, Birkirkara – 21488613 D’Argen’s Pharmacy, 330, Triq D’Argens, Il-Gżira – 21330817 Ta’ Giorni Pharmacy, Shop 2, Triq Lapsi, Ta’ Giorni – 21333886 Victor’s Pharmacy, 9, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 21330352 Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, L-Iklin – 21415499 Brown’s Chemists, Triq San Pawl, In-Naxxar – 21417652 El Medina Chemist, Triq il-Maskli, Il-Qawra – 21576308 Sonren Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien – 21672757 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu – 21807529 St. James Pharmacy, Misraħ San Ġakbu, Ħaż-Żabbar – 21666194 Medicaid Pharmacy, 62, Vjal it-Torri, Il-Gudja – 21676294 Kristianne Pharmacy, Triq iċ-Ċavi, L-Imqabba – 21683048 Remedies Pharmacy, Peter Pan, Triq Nikola Zammit, Is-Siġġiewi – 21460828 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat – 21454274 Għawdex
L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000
Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21566170 Vella Pharmacy, 15, Triq it-13 ta’ Diċembru, In-Nadur – 21566431
L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888
Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
03
05.04.2020
kullhadd.com
L-UE TAPPROVA L-ISKEMA MALTIJA TA’ SELF GARANTIT Il-Kummissjoni Ewropea approvat skema ta’ self garantit maħruġa mill-Bank Malti ta’ Żvilupp (MDB), li kienet parti mit-tieni pakkett ta’ għajnuniet li kien tħabbar mill-Prim Ministru Dr Robert Abela. L-iskema, li jirriżulta li hi t-tielet l-akbar fl-Ewropa, għandha l-għan li tagħti likwidità lill-kumpaniji milqutin mill-effett ekonomiku tal-pandemija tal-COVID-19. Minbarra l-iskemi ta’ sussidju dirett tal-pagi ta’ madwar 110,000 ħaddiem, il-Gvern Malti ppjana tliet miżuri biex itejjeb il-likwidità tan-negozji f ’pajjiżna. L-ewwel pilastru kien il-posponiment tat-taxxi kollha, miżura li mistennija tlaħħaq is€700 miljun. It-tieni pilastru kien moratorju fuq self eżistenti u t-tielet (u l-aktar pilastru importanti) kien li l-banek jingħataw garanzija fuq self ġdid intiż biex il-kumpaniji jkollhom likwidità ħalli jibqgħu joperaw. Permezz tal-garanzija li qed jagħti issa, il-Gvern Malti qed jidħol sħab mal-banek kummerċjali billi jalloka €350 miljun biex dawn isostnu kumpaniji li jħaddmu mijiet ta’ eluf ta’ persuni. Dan hu element importanti tal-patt soċjali ġdid li ġie ffirmat fl-24 ta’ Marzu 2020. L-iskema bbażata fuq l-allokazzjoni ta’ €350 miljun millGvern tħabbret nhar il-Ġimgħa fi stqarrija mill-Bank għall-Iżvilupp. Din il-gazzetta hi infurmata wkoll li Malta hi t-12-il pajjiż li rċieva approvazzjoni tal-iskema ta’ self garantit. L-iskema Maltija għandha t-tielet l-akbar allokazzjoni meta wieħed iħares lejn il-proporzjon tal-Prodott Gross Domestiku. Aktar importanti minn hekk hu l-fatt li l-ammont ta’ self ġdid li se jkun garantit, kważi €780 miljun, hu ekwivalenti għall-ammont eżistenti ta’ self fuq perjodu qasir (short-term) li kumpaniji lokali għandhom bħalissa mal-banek. Dan ifisser li b’din l-iskema l-banek jistgħu jirdoppjaw il-provvista preżenti ta’ working capital loans filpajjiż. L-iskema Maltija tagħti protezzjoni qawwija lill-banek f ’pajjiżna, tant li mqabbla ma’ dawk fil-Ġermanja, Franza u l-Italja, il-Gvern qed jagħti garanzija kważi darba u nofs iżjed. Din il-garanzija se tkopri self mogħti mill-banek sa €4 miljun lil negozji żgħar (SMEs) u
Il-Ġermanja Franza Malta L-Estonja Il-Lussemburgu Id-Danimarka L-Italja L-Iżvezja Spanja L-Irlanda Il-Latvja Il-Portugall
€
SKONT IL-PDG
€500B €300B €780M €1.75B €2.5B €130M €60B €9.1B €20B €200M €250M €3B
15% 12% 6% 6% 4% 4% 3% 2% 2% 1% 1% 1%
sa €8 miljun għal azjendi kbar. Dan sakemm dan l-ammont ma jaqbizx l-ekwivalenti tad-doppju tas-salarji għal sena. Is-self jingħata biex ikopri spejjeż ta’ salarji, kirjiet, kontijiet mhux imħallsin, xiri ta’ stokk u materja prima, spejjeż ta’ maintenance u penali relatati ma’ kuntratti li ma jistgħux isiru jew kienu posposti minħabba l-COVID-19. Is-self hu għal minimu ta’ 18-il xahar u sa massimu ta’ erba’ snin. Ir-rata tal-imgħax trid tkun inqas minn dik mogħtija preżentament u se jingħata moratorju kemm fuq imgħax kif ukoll fuq ħlas ta’ kapital għal mill-inqas sitt xhur u sa massimu ta’ sena. Il-banek ma jistgħux jitolbu garanziji addizzjonali ħlief sa 20% tal-valur tas-self. Dawn il-kundizzjonijiet saru ħalli l-iskema f ’pajjiżna ma tintlaqatx mill-problemi li sabu pajjiżi oħrajn, inkluż ir-Renju Unit, fejn minkejja l-garanzija tal-Gvern il-banek talbu imgħaxijiet għoljin kif ukoll garanziji personali mingħand id-diretturi tal-kumpaniji u s-self-employed. Ta’ min ifakkar li l-MDB twaqqaf fi tmiem l-2017 biex jimla vojt istituzzjonali li pajjiżna kellu meta mqabbel ma’
pajjiżi Ewropej oħrajn li l-banek retturi tiegħu jinkludi wkoll sieħba socjali. F’kumment dwar l-iskema kummerċjali tagħhom kellhom membri nnominati mill-imsieħis-sostenn ta’ bank garantit mill- ba soċjali fi ħdan il-Kunsill Malti ta’ garanzija, il-Prof. BonniGvern u allura jkunu jistgħu għall-Iżvilupp Ekonomiku u ci stqarr li “kull tip ta’ negozju qed jaffaċċja kriżi bla preċejidħlu għal proġetti ta’ ċertu rident kawża tal-COVID-19. skju, imma b’valur soċjali imF’dawn iż-żminijiet ta’ portanti. Dawn il-proġetti diffikultà, l-MDB qed jistgħu jinkludu dawk X’QAL ikun ta’ protezzjoni infrastrutturali, amIL-MINISTRU għall-ekonomija bjentali jew ta’ inMaltija billi jinnovazzjoni, kif SILVIO SCHEMBRI tensifika r-rwol ukoll għajnuna tiegħu bħalil negozji Il-Ministru responsabbli mill-Ekonomija Silvio la strument żgħar. Schembri jsostni li Malta qed jirnexxilha twieżen linli jixpruna M i n b a rnegozji u l-industriji tagħna, flimkien mal-ħaddiema l-ekonomija ra fondi tagħhom, sempliċiment għax konna bil-għaqal fl-immaniġġjar fi żminijiet mill-Gvern ekonomiku fl-aħħar snin. diffiċli. M a l t i , B’hekk il-pandemija tal-COVID-19 sabitna f ’pożizzjoni li “L-MDB l - M D B nistgħu nindirizzaw l-isfidi li ġabet magħha. “Pajjiżna telaq i n ve s t a għandu arminn punt ta’ tluq b’saħħtu ħafna … fit-tliet pakketti ta’ appoġġ l-enerġija ranġamenti ekonomiku li ġew imnedija u kull darba li morna quddiem ilu r-riżorsi finanzjar ji poplu, ippreżentajna pakkett aktar b’saħħtu minn ta’ qablu,” kollha tiegħu ma’ entitajisħaq il-Ministru f ’intervista, li qiegħda tiġi ppubblikata biex ivara din jiet oħrajn, f ’din il-ħarġa (ara l-intervista sħiħa f ’paġni 14 u 15). l-iskema fl-iqsar bħall-akbar Hu jħabbar, fost oħrajn, li l-Malta Enterprise rċeviet żmien possibbank ta’ żvimat-8,300 applikazzjoni ta’ Wage Suppliment bli, għax nifhmu lupp fid-dinja, biex jiġu megħjuna mal-31,000 ħaddiem l-urġenza tal-ħtieġa il-KFW tal-Ġerfil-maġġoranza tagħhom tal-aċċess għal-likwidmanja, li hu l-pilastru full-time. ità tan-negozji. Mil-lum ewlieni tal-pakkett ta’ (il-Ġimgħa), il-COVID-19 għajnuna finanzjarja kontra Guarantee Scheme hi disponibl-COVID-19 fil-pajjiż. bli għall-banek kummerċjali biex Il-Malta Development Bank hu mmexxi mill-Eks Gvernatur Soċjali (MCESD). Dan ifisser jibdew jimmobilizzaw il-fondi, tal-Bank Ċentrali l-Professur Jo- li l-iskemi maħruġin minnu ji- biex b’hekk niżguraw li l-kreditu sef Bonnici, waqt li l-bord tad-di- rriflettu l-ħsibijiet tal-istess im- jibqa’ jasal fejn hu meħtieġ”.
04
05.04.2020
kullhadd.com
COVID-19 F’MALTA
ETÀ KAŻI 2
5-9
2
10-14
3
15-19
10
20-24
32
25-29
26
30-34
29
35-39
17
40-44
16
45-49
18
50-54
13
55-59
17
60-64
15
65-69
4
70-74
7
75-79
1
80-84
1
(7/3/20 - 4/4/20)
20
SKONT IS-SESS
18
KAŻI ĠODDA SKONT IL-ĠURNATA
0-4
16 14 12
125
88
10 8 6 4 2 0 7
8
9
10 11 12 13* 14 15* 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30 31
*persuna ddikjarata mfejqa għalkollox f’dan il-jum
1
2
3
4
APRIL
MARZU
RĠIEL U DAWK FUQ L-20 SENA L-AKTAR INFETTATI F’MALTA SAL-BIERAĦ WARANOFSINHAR KELLNA BISS 12-IL PERSUNA MEQJUSIN VULNERABBLI MINĦABBA L-ETÀ Il-persuni ġodda, li ġew infettati kollha bi trażmissjoni lokali u ma kien hemm l-ebda każ importat, jinsabu fi stat ta’ saħħa tajjeb. L-ewwel każ li ħabbret is-Supretendent kien ta’ tifla ta’ sentejn li ma kinitx imsiefra u bdiet bid-deni nhar ilĠimgħa li għadda. Qed isir ukoll ittraċċar tal-kuntatt mal-membri tal-familja tagħha. Sadanittant, żdiedu wkoll Maltija ta’ 74 sena, li daħlet l-isptar fuq kundizzjoni mhux relatata mal-COVID-19, iżda ttestjat ukoll fil-pożittiv, Malti ta’ 50 sena u qarib tiegħu ta’ 46 sena wkoll irriżultaw fil-pożittiv. Żewġ barranin li jgħixu Malta, tfajla ta’ 28 sena u ġuvni ta’ 24 sena, irriżultaw ukoll fil-pożittiv, bl-awtoritajiet tas-saħħa qegħdin isegwu t-traċċi ta’ persuni li seta’ kellhom kuntatt magħhom u qed isir assessjar fuq il-post tax-xogħol taż-żagħżugħ. Sitt persuni, li kienu f ’kuntatt dirett magħhom, qed jinżammu fi kwarantina bħalissa bħala prekawzjoni. Ħaddiem tas-saħħa ta’ 31 sena rriżulta fil-pożittiv u bħalissa qed jiġu traċċati l-persuni li jgħixu miegħu u seta’ kellhom kuntatt miegħu. Raġel li jgħix ma’ tliet barranin oħra wkoll ħariġlu l-vi-
rus. Il-persuni li jgħixu miegħu qed jinżammu fi kwarantina, filwaqt li l-awtoritajiet tassaħħa qed jagħmlu assessjar xieraq tal-postijiet tax-xogħol tagħhom. Raġel ieħor u li għandu 66 sena ttestja pożittiv għall-virus waqt il-proċedura malli daħal l-isptar biex issirlu operazzjoni. Maltija ta’ 40 sena, li ma ki-
COVID-19*
Far ittestja fil-pożittiv, iżda m’għandux rabtiet diretti malkaż li ġie kkonfermat ilbiraħtlula ta’ resident ieħor fl-istess ċentru. Bħal fl-ewwel każ, il-barrani issa ġie iżolat u dawk li jgħixu fl-istess żona, jiġifieri ħames persuni oħra, tpoġġew fi kwarantina. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika fakkret fl-avviż lega-
82
KAŻI POŻITTIVI
213
116
KAŻI FL-ITU
3
10
KAŻI LI FIEQU
2
SORS MHUX MAGĦRUF
5
*skont l-aħħar aġġornament mediku
nitx qed tmur ix-xogħol, ukoll ħarġilha l-virus u qed isir il-contact tracing fuq qrabatha, fejn tnejn minnhom diġà rriżultaw fin-negattiv. Il-Professur Gauci spjegat ukoll li barrani ta’ 26 sena li jgħix fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal
iżjed strumenti għall-ġid tas-soċ- li jilbsu lbies hi-visibility, maskli FFP3, nuċċalijiet (goggles) jetà lokali. għall-protezzjoni tal-għajnejn u ingwanti protettivi. Prevenzjoni Minbarra hekk, ilbies personmill-Wasteserv ali protettiv ieħor, bħal cover-alls Sadanittant, stqarrija maħruġa protettivi, maskli li jgħattu l-wiċċ mill-Wasteserv b’reazzjoni u apparat li jipproteġi s-smigħ, għal tagħrif li ta ġurnalist ta’ jintlibes abbażi tax-xogħlijiet li NET News waqt l-istess bulet- jkunu qed isiru skont il-miżuri tin tal-Professur Gauci, fejn determinati minn risk assessment. IMPURTATI Il-kumpanija qalet li saħansitra lbieraħ filgħodu, “il-Kap tat-Taqsima tas-Saħħa u s-Sigurtà kien fl-impjant f ’Għawdex fuq spezIMXIJA LOKALI zjoni ta’ rutina u għalhekk seta’ jikkonferma li hemm l-ilbies protettiv kollu msemmi hawn fuq u li dan qed jiġi pprovdut lill-ħadTRAŻMISSJONI MINN diema kollha skont ir-risk assessVJAĠĠATURI ments.”
li li għadu kif daħal fis-seħħ u li jiddikjara stat ta’ emerġenza fis-saħħa pubblika minħabba li f ’Malta hawn trażmissjoni lokali tal-virus COVID-19. B’hekk il-pożizzjoni ta’ Supretendent tas-Saħħa Pubblika għandha aktar saħħa biex tuża
ġie allegat li ħaddiema fl-impjant għat-trattament tal-iskart f ’Għawdex mhumiex ipprovduti bl-ilbies protettiv neċessarju, il-kumpanija ċaħdet dan. Wasteserv saħqet li l-ħaddiema tagħha fl-impjant f ’Tal-Kus huma obbligati, bħala norma,
Ħadd ma kiser il-kwarantina; erbgħa mmultati €100 Fl-aħħar 24 siegħa ħadd ma nqabad jikser il-liġi tal-kwarantina obbligatorja u b’hekk l-awtoritajiet ma ħarġu l-ebda multa. Dan ħareġ wara li saru 218il spezzjoni madwar Malta u Għawdex. Min-naħa l-oħra, erba’ persuni ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed hekk kif kienu fi gruppi ta’ aktar minn tliet persuni.
05
05.04.2020
kullhadd.com
SISTEMA TAS-SAJJETTI F’MATER DEI FIL-MIRA TA’ SERQ Ram minn sistema li tilqa’ għas-sajjetti fl-Isptar Mater Dei kien fil-mira ta’ ħallelin mhux magħrufin, li rnexxielhom iżarmawh. Għalkemm ġieli jiġu rrappurtati każi ta’ serq ta’ ram, minħabba l-valur li dan il-metall għandu fis-suq, aktarx li din hi l-ewwel darba li xi ħaġa simili qed tiġi rrappurtata jew issir pubblika lokalment. Tagħrif dwar dawn is-serqiet minn entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ngħata fl-aħħar jiem mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne għal mistoqsija Parlamentari mid-Deputata Claudette Buttigieg. Uħud mir-reati, li involvew lid-Direttorat għasSaħħa, l-Isptar Monte Karmeli, id-Dipartiment tal-Kura Primarja, l-Isptar Mater Dei u ċ-Ċentru tal-Onkoloġija, jixhdu li għall-ħallelin m’hemmx limitu sa fejn jaslu u Mater Dei, forsi minħabba l-kobor tiegħu u l-għadd ta’
L-ANZJANI FUQ CRUISELINER SE JINĠIEBU LURA MALTA Il-Gvern Malti se jagħmel arranġamenti speċjali biex ikun jista’ jġib lill-koppja Maltija li nqabdet fuq ilcruiseliner Colombus u li fl-aħħar jiem talbet għallgħajnuna tal-awtoritajiet lokali. Id-deċiżjoni ttieħdet mill-Prim Ministru Robert Abela, flimkien malMinistru għat-Trasport Ian Borg u s-Supretendent tasSaħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci. Iż-żewġ anzjani ta’ 70 sena se jkunu jistgħu jidħlu lura Malta mingħajr ma jitħalla jidħol fil-portijiet tagħna l-cruiseliner li jinsabu fuqu u li mistenni jkompli fi triqtu lejn l-Ingilterra. Stqarrija tal-Gvern qalet li d-deċiżjoni, fil-fatt, se tara lill-awtorità Transport Malta torganizza trasport għaż-żewġ anzjani permezz ta’ lanċa li toħroġ għalihom meta l-cruiseliner ikun qed jieħu l-fuel madwar 20 mil ’il barra minn Malta. Il-ħaddiema u l-baħħara involuti se jkunu lebsin l-ilbies protettiv kollu meħtieġ bħala prekawzjoni. Malli jaslu f ’Malta ż-żewġ anzjani, li jbatu minn kundizzjonijiet mediċi kroniċi u meqjusin bħala persuni vulnerabbli, se jinżammu fi kwarantina obbligatorja. Il-Gvern Malti se jkompli jaħdem biex jgħin liċ-ċittadini kollha Maltin u Għawdxin li qed jitolbu li jinġiebu lura f ’pajjiżna wara li nqabdu f ’partijiet oħrajn tal-globu mindu faqqgħet il-pandemija tal-COVID-19 u ħafna pajjiżi rrestrinġew l-ivvjaġġar blajru u anke bil-baħar.
nies li jżuruh regolarment, kien l-aktar wieħed li laqqatha f ’dan ir-rigward. Fil-fatt, mill-Isptar Mater Dei u l-blokka biswit iċ-Ċentru tal-Onkoloġija ġew irrappurtati 113-il serqa bejn l-2017 u l-2019. L-ammont tal-valur misruq mhux magħruf f ’kull każ lanqas. Is-serq sar mis-swali fejn il-pazjenti jkunu qegħdin jieħdu l-kura, mir-reception areas, mill-istaff rooms, mill-Outpatients, mid-Dipartiment tad-Dentistrija, mill-Emerġenza, mit-teatri u mit-Taqsima tad-Day Care. Interessanti li, minbarra r-ram mis-sistema tas-sajjetti, l-oġġetti misruqin jinkludu wkoll ikel, reċipjent taliskart, key chains, ħwejjeġ u bjankeriji, ġugarelli tat-tfal, toaster, liquidiser u żarbun. Hemm ukoll oġġetti oħrajn li jinkludu apparat bħal wheelchairs, trolley, tablets u iPads, magni taz-zokkor,
magna tal-pressjoni elettronika, stethoscopes, pulse oxymeter u infrared thermometer. Mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali kien hemm ħames serqiet jew sgass bl-ammont misruq ikun ta’ €1,880. F’kull każ ma ġie identifikat ħadd suspettat jew responsabbli għalhekk ma setgħux jitkomplew l-investigazzjonijiet mill-Pulizija. Mill-Isptar Monte Karmeli ġiet irrappurtata serqa waħda biss fil-perjodu, bil-valur ikun inqas minn €10 bl-investigazzjoni tal-Pulizija twassal għal proċeduri fil-Qorti. Min-naħa l-oħra, mid-Dipartiment tal-Kura Primarja saru 15-il serqa li f ’kull każ mhuwiex magħruf l-ammont misruq. Dan is-serq twettaq fiċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Furjana, il-Mosta, Ħal Qormi, Raħal Ġdid, Bormla u Birkirkara.
IT-TELEWORKING JISTA’ JINBIDEL GĦAL DEJJEM MILL-2016 IL-MALTIN LI BDEW JAĦDMU MINN DJARHOM FLOK IL-LANT TAX-XOGĦOL, REGOLARMENT JEW KULTANT, ŻDIEDU B’RATA AKBAR, F’SINTONIJA MAL-EKONOMIJA B’riżultat ta’ implikazzjonijiet enormi li l-COVID-19 qed iġib fuq kif il-bniedem li qed jgħix u anke jaħdem madwar il-globu kollu, inkluż billi eluf huma kostretti li jibdlu djarhom fil-lant tax-xogħol, ukoll bħala waħda mill-miżuri adottati mill-gvernijiet, jidher li l-mod kif inħarsu lejn it-teleworking se jkun differenti ħafna mil-lum ’il hemm. Stħarriġ Ewropew ippubblikat il-ġimgħa li għaddiet indika kif iċ-ċifri relatati mat-teleworking sa ħames snin ilu kienu li wieħed minn kull ħames ħaddiema fl-Unjoni Ewropea kien jagħmel xi forma ta’ xogħol middar. Dan ifisser li kienu jaħdmu, okkażjonalment jew regolarment, minn xi mkien li hu differenti mill-post tax-xogħol prinċipali tagħhom. Minkejja dan, anke ċ-ċifri f ’pajjiżna jixhdu li sas-sena l-oħra r-rata lokali ta’ persuni jaħdmu b’telework kienet ittripplikat minn dak iż-żmien. Filfatt, skont il-Labour Force Survey, fl-2019 kien hawn 29,446 persuna f ’Malta jaħdmu b’dan il-mod, ta’ kuljum jew kultant. Ħames snin ilu dawn kienu jammontaw għal 10,111 jew kważi tliet darbiet inqas. Minn ċifri f ’idejn din ilgazzetta, jirriżulta li l-għadd ta’ ħaddiema bit-telework kien qed jiżdied bi ftit mijiet bejn l-2012 u l-2015, iżda qabad ir-ritmu tal-eluf minn hemm ’il quddiem, b’madwar 4,000 ħaddiem iżjed kull sena. Dan ovvjament kien f ’sintonija fiċ-ċirkostanzi li l-ekonomija kienet qiegħda tik-
ber b’rata bla preċedent ukoll. Bl-introduzzjoni tal-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet millGvern Malti fl-aħħar jiem, it-tali ċifri bla dubju splodew u issa hu mistenni li ċerti xogħlijiet jirrealizzaw li xorta waħda qed jipproduċu bħalma kienu sa ftit ilu. Din il-flessibbiltà tista’ wkoll tibdel il-fiżjonomija ta’ xogħlijiet u l-istrutturi minn fejn joperaw, anke għax ikunu jeħtieġu inqas spazji jew saħansitra l-ebda spazju assolut, jekk imorru kompleta-
ment online. Ir-raġuni għal din id-diversità fix-xogħol permezz tat-telework, kunċett li ma bediex jitħaddem fostna qabel 10 snin ilu u telaq b’mod kajman ħafna, hi taħlita ta’ fatturi. Dawn jinkludu l-affinità tal-pajjiż mat-teknoloġija, id-disponibilità u l-kwalità tal-infrastruttura teknoloġika tiegħu, il-kultura maniġerjali u l-imbottatura għal iżjed produttività fi ħdan in-negozji, u l-ħtiġijiet tal-impjegati għal flessibbiltà
biex jibbilanċjaw bejn ix-xogħol u l-impenji fil-familja u responsabbiltajiet personali oħrajn. L-impatt sħiħ tal-COVID-19 fuq is-suq tax-xogħol madwar id-dinja kollha għad irid ikun magħruf, iżda hi probabbiltà enormi li r-rati tat-telework se jiżdiedu kullimkien anke wara din il-burraxka u b’riżultat t’hekk tinbidel ukoll b’mod permanenti r-relazzjoni bejn min iħaddem u l-ħaddiem. Jekk dan hux aħjar wieħed irid jistenna biex jara.
06
05.04.2020
kullhadd.com
350,000 RIPATRIJATI FL-UE KWART TA’ MILJUN OĦRA GĦADHOM MAQBUDIN F’PAJJIŻI OĦRAJN Permezz tal-ħidma ta’ ripatrijazzjoni fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jirriżulta li, s’issa, kien hemm mat- 350,000 persuna li nġiebu lura f ’arthom, waqt li għad fadal mal-250,000 oħra maqbudin f ’artijiet oħrajn. Dan it-tagħrif ingħata waqt laqgħa oħra virtwali li kellhom ilbieraħ il-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea fejn, flimkien mar-Rappreżentant Għoli Josep Borrell, iddiskutew l-aħħar żviluppi b’rabta mal-impatt tal-COVID-19 u t-tisħiħ tal-koperazzjoni u s-solidarjetà bejn l-istati membri fil-ġlieda komuni kontra din il-pandemija. Waqt li sar appell għal aktar koperazzjoni biex ikun faċilitat l-ivvjaġġar bejn l-istati membri stess, stqarrija mill-Ministeru relatat Malti qalet kif bosta pajjiżi ngħataw sostenn finanzjarju mill-UE biex saru ’l fuq minn 200 titjira ta’ ripatrijazzjoni, f ’eżempju ċar tas-solidarjetà Ewropea fil-prattika. F’dan ir-rigward, il-ministri esprimew il-ħtieġa li jiżdied l-għarfien dwar il-ħidma li għaddejja fuq livell Ewropew permezz ta’ narrattiva strateġika msejsa fuq il-fatti. Min-naħa tiegħu, il-Ministru Evarist Bartolo fisser kif l-aqwa strateġija
ta’ komunikazzjoni tirriżulta minn solidarjetà sħiħa bejn l-istati membri fil-prattika u mhux l-egoiżmu li qed naraw bħalissa fil-forniment tal-prodotti mediċi bejn l-istati membri. B’referenza għall-Mekkaniżmu ta’ Protezzjoni Konġunt, il-Ministru Bartolo sostna li dan il-proċess għandu jiġi mħaffef biex nassiguraw li t-tagħmir mediku meħtieġ jasal għand is-servizzi tas-saħħa fliqsar żmien possibbli. Matul il-laqgħa, il-ministri tkellmu wkoll dwar l-importan-
za tal-koperazzjoni internazzjonali biex tingħeleb din l-isfida globali, b’mod partikolari b’ħidma mill-qrib mal-Afrika fejn it-tixrid tal-pandemija jista’ jkollha impatt serju fuq l-aspett politiku, ekonomiku u soċjali tal-kontinent ġar tagħna. F’dan il-kuntest, il-Ministru Bartolo tenna l-appell ta’ Malta għal assistenza b’saħħitha fil-Libja fejn il-ġlied persistenti qed jimmina l-kapaċità talpajjiż li jnaqqas it-tixrid talCOVID-19, waqt li żdied ukoll ir-riskju ta’ żieda fil-migrazzjoni irregolari.
Hawnhekk, hu rrefera għall-importanza li mill-aktar fis possibbli titħaddem l-operazzjoni l-ġdida fil-Mediterran, IRINI, li tnediet riċentament, biex timplimenta r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda u tkisser ix-xibka tat-traffikar tal-bnedmin. Il-Ministru Bartolo temm b’appell lill-istati membri biex jaraw li bastimenti ta’ NGOs li qed ibaħħru fil-Mediterran u li jtajru l-bandiera tagħhom, josservaw il-liġi internazzjonali u jfakkruhom fir-responsabbiltajiet tagħhom.
ROBERT ABELA: IL-ĦELSIEN ILLUM F’KUNTEST DIFFERENTI Bħalma 41 sena ilu l-poplu Malti qam għall-okkażjoni u ġab l-“aħna” qabel il-“jiena”, hekk ukoll illum qed jissielet biex jikseb il-ħelsien mill-pandemija tal-Coronavirus u jerġa’ joħroġ rebbieħ bħala poplu wieħed, magħqud u solidali. Fil-messaġġ tiegħu fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħelsien, li ħabat nhar it-Tlieta, il-Prim Ministru Robert Abela spjega r-relevanza ta’ dan il-jum fiċ-ċirkostanzi tal-lum u kif il-poplu qed jgħix l-istess esperjenza, imma f ’kuntest differenti. “Missirijietna fehmu li pajjiżna kellu jitlaq jiġri ’l quddiem. Dak li kiseb il-poplu Malti u Għawdxi, xprunat mill-Perit Duminku Mintoff, seħħ wara snin twal ta’ sagrifiċċju. Fuq kollox dak li nkiseb, kien possibbli għax il-poplu Malti u Għawdxi emmen fih innifsu, u ma qatax qalbu.” Il-Prim Ministru qal li dan hu l-mument meta l-poplu jrid jagħti prijorità lill-valuri tal-onestà, l-integrità, l-għożża tal-familja, l-irġulija u l-altruwiżmu, waqt li saħaq li dan mhux mument tal-firda u l-kuluri. “Dan huwa l-ħelsien modern li bħalissa
qed nissieltu għalih. Il-ħelsien minn pandemija li malli niksbuh, inkunu nistgħu nkomplu nwettqu u noħolmu aktar għal pajjiżna. Rebħa li għad trid tiġi mfakkra bħala rebħa kbira ta’ poplu Malti u Għawdxi wieħed, magħqud u solidali.” Dr Abela qal li minn dan il-mument irridu noħolqu pedament sod ta’ futur isbaħ għall-ġenerazzjonijiet tal-futur. “Ejja nagħmlu kuraġġ. Jien għandi kuraġġ kbir għax nemmen bis-sħiħ fil-poplu tagħna. Konvint li minn dan il-mument ta’ sagrifiċċju kollettiv se noħorġu rebbieħa. Inrodd ħajr lil kull min ġenwinament qed jaħdem biex negħlbu l-isfidi. “Ebda grazzi ma hi biżżejjed għal dak kollu li qegħdin tagħmlu f ’dan il-mument. Il-pajjiż grat lejkom. Kemm jien kburi bil-poplu Malti u Għawdxi kollu,” insista l-Prim Ministru fil-messaġġ tiegħu li xxandar
nhar it-Tnejn fuq ONE TV, ftit ħin wara li tela’ fuq l-għolja tal-Ħelsien fil-Birgu biex jixgħel l-urna, f ’ċerimonja li din is-sena kienet nieqsa minn kull festività minħabba s-sitwazzjoni.
SKEDA
MINN GĦADA T-TNEJN 6 TA’ APRIL 2020 MĠARR 01.30 03.30 05.00 06.00 06.45 07.30 08.15 09.00 10.30 11.15 12.00 12.45 13.30 14.15 15.00 15.45 16.30 17.15 18.00 19.30 21.00 22.30 23.45
ĊIRKEWWA 02.00 04.00 05.45 06.45 07.30 08.15 09.00 09.45 11.15 12.00 12.45 13.30 14.15 15.00 15.45 16.30 17.15 18.00 18.45 20.15 21.35 23.05 00.20
VJAĠĠI TA’ MATERJAL PERIKOLUŻ MĠARR
ĊIRKEWWA
VJAĠĠI 06.50 SPEĊJALI 12.15 It-Tlieta u l-Ħamis (esklużi Festi Pubbliċi)
07.35 13.00
07
05.04.2020
kullhadd.com
IL-GVERN IKOMPLI JĦARES SAĦĦITNA Ħidma bla heda mill-Gvern u l-Awtoritajiet tas-Saħħa marbuta mal-imxija tal-COVID-19. Din ilġimgħa li għaddiet tispikka l-aħbar li l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa għażlet lil Malta bħala l-pajjiż li qed juri kif għandhom jitmexxew l-affarijiet fil-ġlieda kontra l-COVID-19. Ċertifikat mill-aqwa għal dak li qed jagħmel il-Gvern Malti.
Il-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali jgħarraf li qed joħroġu permessi tas-suq tal-bdiewa biex jingħataw liċenzja temporanja ta’ bejjiegħa tat-triq. Dan minħabba r-restrizzjonijiet li jipprojbixxu l-organizzazzjoni ta’ swieq fil-beraħ, li affettwaw l-organizzazzjoni tas-suq tal-bdiewa. Il-Ministeri responsabbli għall-Agrikoltura, l-Ekonomija u s-Saħħa qed jaħdmu b’mod kollettiv biex jiżguraw provvista kostanti ta’ frott u ħaxix frisk. Jitħabbar li l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa għażlet lil Malta bħala l-pajjiż li qed juri kif għandhom jitmexxew l-affarijiet fil-ġlieda kontra l-COVID-19. Waqt laqgħa virtwali quddiem il-Ministri għasSaħħa tad-dinja kollha, id-Direttur tal-WHO semma lil Malta bħala l-mudell li pajjiżi oħra għandhom iħarsu lejh u jagħmlu kif qed tagħmel Malta. Jirrankaw it-tħejjijiet f ’Għawdex. B’ħidma bejn il-Gvern u Steward Global Healthcare, se jkun hemm 120 sodda lesti għal kull eventwalità ta’ pazjenti morda bil-COVID-19. Is-sodod fl-ITU se jiżdiedu għal 20, bi 13 allokati għal pazjenti bil-COVID-19. Għall-ewwel darba Għawdex se jkollu bulk oxygen cylinder. Barts offriet l-iskola medika biex tintuża biss minn pazjenti immuno-compromised waqt li Steward Healthcare għandha 2 ħelikopters biex, fuq ordni tal-awtoritajiet, iġġib pazjenti lejn Malta. L-anzjani f ’Sant’Anna se jiġu rilokati f ’post ieħor biex b’hekk l-Isptar t’Għawdex ikollu 80 sodda oħra għall-pazjenti bil-COVID-19.
Jitħassru l-attivitajiet marbuta mal-Jum Nazzjonali – Jum il-Ħelsien Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u s-Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika jħabbru li waslet Malta donazzjoni ta’ 100,000 maskra protettiva tal-ħalq minn kumpanija Ċiniża li se jitqassmu mill-Awtorità Maltija dwar il-Mediċini lill-entitajiet involuti fil-ġlieda kontra l-imxija tal-COVID-19. Il-Ministeru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi jħabbar regolamenti ġodda li jindirizzaw lil dawk il-persuni li mhux qed jagħtu widen lir-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa. Ipprojbit li gruppi ta’ iktar minn 3 persuni jinġabru f ’postijiet pubbliċi. F’każ li l-pulizija ssib erba’ persuni jew aktar flimkien, dawn jeħlu multa ta’ €100 kull wieħed. L-eċċezzjonijiet huma l-kjuwijiet fuq bus stops u kjuwijiet biex wieħed jinqeda minn servizzi essenzjali bħal tal-banek, iżda xorta trid tinżamm distanza ta’ żewġ metri bogħod bejn persuna u oħra. Jiġi limitat is-servizz tal-Wi-Fi fi spazji pubbliċi bil-għan li titnaqqas il-preżenza ta’ gruppi ta’ persuni f ’dawn iż-żoni.
4
Il-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali jinforma b’diversi miżuri ta’ prekawzjoni fil-Pitkalija, fil-Pixkerija u fil-Biċċerija Pubblika. Il-miżuri jinvolvu aċċess limitat biex jitrażżan kwalunkwe riskju potenzjali assoċjat; screening u teħid ta’ temperatura fil-punt tad-dħul; prattiċi u proċeduri sanitarji mtejba bħalma huma sanitizers tal-idejn u sistema tal-ħasil u sprejjar tar-roti b’diżinfettant; tagħmir u apparat sanitarju adekwat. Barra minn hekk, qed jiġi ppjanat proġett pilota għas-servizz ta’ konsenja online mill-Pitkalija. Il-Ministeru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jgħid li pagi u kundizzjonijiet tal-ħaddiema marbuta mal-COVID-19, jistgħu jinbidlu biss wara diskussjoni mar-Regolatur.
It-Tlieta 31 ta’ Marzu
L-Erbgħa 1 ta’ April
Il-Ħamis 2 ta’ April
Jitħabbar li mit-Tnejn 30 ta’ Marzu l-uffiċċji tal-ARMS fi Blata l-Bajda, il-Belt Valletta u Għawdex se jibqgħu magħluqa sakemm isir avviż ieħor. Dan il-pass ittieħed biex tkun salvagwardjata s-saħħa tal-konsumaturi kif ukoll tal-impjegati. Il-klijenti jistgħu xorta jinqdew mill-ARMS fuq 80072222 jew customercare@arms. com.mt.
5
6 Festivals Malta tħabbar li l-Karnival tas-Sajf 2020 huwa kkanċellat. L-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u l-Ministeru għas-Saħħa jħabbar li żdiedet il-kapaċità tal-ammont ta’ testijiet tal-COVID-19 li jista’ jagħmel pajjiżna kuljum wara li Malta tkun waħda mill-ewwel pajjiżi fl-Ewropa li se tibda tuża magna speċjalizzata biex tagħmel it-testijiet tal-COVID-19.
3 It-Tnejn 30 ta’ Marzu
2 Il-Ħadd 29 ta’ Marzu
Is-Sibt 28 ta’ Marzu
1
Il-Korp tal-Pulizija jbiddel il-mod kif jopera maċ-ċittadin bħala miżura biex tonqos il-firxa talCOVID-19. Fejn m’għandux bżonn l-assistenza immedjata tal-pulizija, wieħed m’hemmx għalfejn imur iktar l-għassa biex jagħmel rapport. Minflok jista’ jċempel 2294 9999 jew imur fuq is-sit https://pulizija. gov.mt/opres jew b’email lil pulizija@gov.mt jew juża l-app 112mt.
Il-Gvern iħabbar li se jagħti għajnuna, inkluż finanzjarja, biex matul dan il-perjodu mezzi tal-komunikazzjoni bħal televixin, radju, gazzetti, u news portals jibqgħu joperaw. Is-Segretarjat Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet iħabbar aktar tibdil fil-proċeduri tas-servizz offrut minn Identity Malta biex jiffaċilita aktar is-servizz provdut. Fost dawn fir-reġistrazzjoni tat-twelid u reġistrazzjoni tal-imwiet. Tibdil ukoll fis-servizz mogħti minn diversi uffiċċji, fosthom: għeluq temporanju tal-uffiċċju tal-Espatrijati f ’Ħal Far, mit-Taqsima tal-Espatrijati, mis-Servizz relatat ma’ visa b’appuntament, visa għal studenti barranin li qed jistudjaw f ’pajjiżna u sospensjoni ta’ interviews relatati m’applikazzjonijiet fuq bażi ta’ żwieġ.
ll-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u l-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza jħabbru li filwaqt li r-Reġistru tal-Qrati huwa magħluq, persuna li tkun trid tressaq rikors għall-ftuħ tar-Reġistru tkun tista’ tagħmel dan mingħajr ma tħallas id-drittijiet għall-ftuħ tar-Reġistru b’riferenza għall-kawżi ta’ separazzjoni personali, divorzju, annullament, manteniment, filjazzjoni, paternità, sekwestru jew kustodja ta’ minuri u f ’konnessjoni ma’ atti preżentati minn kuraturi ex officio (inkluż noti fl-atti ta’ dawn il-kawżi). L-eżenzjoni mill-ħlas għall-ftuħ tapplika biss jekk il-ftuħ tar-reġistru jintalab fil-ġranet tax-xogħol matul il-ħinijiet talftuħ tar-Reġistru stabbiliti mil-liġi, suġġett għad-diskrezzjoni tal-Qrati tal-Ġusitizzja li jilqgħu talba b’urġenza.
8 Is-Sibt 4 ta’ April
Il-Ġimgħa 3 ta’ April
7 Ikkonfermati 11-il każ ġdid ta’ Coronavirus wara li fl-aħħar 24 siegħa jsiru 659 test. Fost dawn, tifla Maltija ta’ sentejn. Dawn huma kolla każijiet lokali, u b’kollox issa hemm 213-il każ ikkonfermat. Dawn ħarġu minn total ta’ 9,702 testijiet.
08
05.04.2020
kullhadd.com
L-“IVA RRID” TOĦLOQ XI TIP TA’ ĊERTEZZA FI ŻMIEN FEJN HI NIEQSA “Il-Coronavirus ma kienx fuq il-lista tal-mistednin, iżda wasal u qed iħarbat iż-żwiġijiet. Tant li għarajjes madwar id-dinja li kienu qed jippreparaw għall-akbar ġurnata f ’ħajjithom kellhom jaħsbu mill-ġdid għall-mixja tagħhom sal-altar.” B’dan il-mod beda artiklu tasCNN, miktub mill-ġurnalista u producer Amerikana Haley Draznin, din il-ġimgħa fejn analizzat is-sitwazzjoni globali ta’ koppji li raw il-pandemija tal-COVID-19 litteralment tħarbtilhom kull pjan li kellhom għal dawn iż-żminijiet wara tant xhur, jekk mhux snin, ta’ tħejjijiet. Draznin qalet li għal dawk li jiddeċiedu li l-ispettaklu għandu jissokta (the show must go on), dawn issa qegħdin jaderixxu
L-aktar parti stramba kienet li timxi maġenb dawk il-postijiet battala fi knisja vojta, għalkemm konxja li dan hu għal raġuni tajba biex tiġi assigurata s-saħħa tagħna lkoll. Iżda s-sinifikat proprja taż-żwieġ hu l-impenn li twiegħed lill-maħbub/a tiegħek għal miżuri ta’ sigurtà u jtellgħu livestreaming taċ-ċerimonji f ’din l-ġurnata speċjali fuq mezzi soċjali bħal Facebook, Instagram, Youtube u Zoom. B’hekk l-għeżież tagħhom u misted-
nin oħrajn ikunu xorta waħda miġburin fid-djar rispettivi tagħhom u jkunu jistgħu jsegwu f ’ħin reali. Il-ġurnalista, li ddeskriviet dawn id-deċiżjonijiet bħala forma ta’ “ċertezza” fi żmien ta’ inċertezza kbira, inkludiet fl-artiklu tagħha lil koppja Maltija – Danica Vella u Ian Attard – li xorta kompliet biċ-ċerimonja matrimonjali tagħha kif skedata, għalkemm fi knisja vojta, għajr għall-ġenituri u l-aħwa. “Bi kważi 2.5 biljun persuna madwar id-dinja li jinsabu f ’xi tip ta’ restrizzjoni ta’ movi ment minħabba l-Coronavirus, il-mistoqsija l-kbira fuq moħħ il-koppji għarajjes tibqa’ jekk għandhomx ikomplu bil-pjani taż-żwieġ fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin,” kitbet Draznin, waqt li elenkat xi eżempji ta’ żwiġi jiet li saru fl-aħħar ġranet, inkluż tal-koppja Maltija. “Il-knejjes qed jobdu l-ordnijiet li jagħlqu jew jirrestrinġu n-numru tal-persuni permessi biex jidħlu għaċ-ċerimonji tagħhom. Danica Vella u Ian Attard minn Malta għażlu wkoll li jtellgħu livestream fuq Facebook tat-tieġ tagħhom fil-knisja fl-istess ħin li l-pajjiż kien qed jimponi ċerti restrizzjonijiet ta’ lockdown parzjali,” qalet il-ġurnalista. Hi wkoll kkwotat lill-għarusa mill-post tagħha fuq Facebook fejn qalet li l-aktar parti stramba kienet li timxi maġenb dawk il-postijiet battala fi knisja vojta, “għalkemm konxja li dan hu għal raġuni tajba biex tiġi assigurata s-saħħa tagħna lkoll”. “Iżda s-sinifikat proprja tażżwieġ hu l-impenn li twiegħed lill-maħbub/a tiegħek! Inħossni kburija li xorta komplejna bid-deċiżjoni u qed niżżewġu taħt dawn iċ-ċirkostanzi,” tenniet Danica Vella, waqt li esprimiet l-imħabba tagħha lejn ir-raġel li issa tista’ ssejjaħlu żewġha.
09
05.04.2020
kullhadd.com
1
4
5
2
6
3
“L-AQWA 100” FIL-LOCKDOWN TAR-RENJU UNIT Id-dinja tad-divertiment fadlilha biex tirrassenja kompletament u fiċ-ċirkostanzi attwali, li jirri żultaw diffiċli immens għaliha wkoll, qed tivvinta lilha nnifisha mill-ġdid biex taddatta u żżomm lis-segwaċi kuntenti u, fuq kollox, impenjati. Wara li fil-ġimgħat li għaddew wassalnielkom lista tal-aktar 10 films jew serji li qegħdin jiksbu popolarità mill-ġdid fuq siti li joffruhom bi ħlas, illum se nwasslulkom il-klassifika miġbura mill-Official Charts Company dwar l-aktar 100 kanzunetta mfittxijin mindu l-pajjiż iddikjara lockdown fit-23 ta’ Marzu li għadda. The Official Charts Compa ny hi responsabbli biex kull ġim għa tiġbor il-klassifika uffiċjali fir-Renju Unit, waħda mill-aktar rinomati fid-dinja. Mir-riżultati joħroġ li d-dilettanti tal-mużika fir-Renju Unit huma maqsumin bejn kanzunet ti klassiċi li jgħollu l-ispirtu,
dawk ta’ iżolament u sing-alongs favoriti mat-tfal. Il-klassifika tal-aktar 100 kan zunetta mfittxijin bħalissa kienet miġbura minn data fuq servizzi ta’ streaming, inklużi Spotify, Apple Music, Deezer, YouTube, Tidal, Amazon u ħafna oħrajn. Fil-quċċata tal-lista, li wkoll ġiet diskussa waqt il-programm The One Show tal-BBC, spiċċat waħda mill-iżjed kanzunetti me lodjużi u pożittivi kif ilha għal dawn l-aħħar 57 sena – “You’ll Never Walk Alone” minn Gerry & The Pacemakers. Din il-verżjoni tal-1963, kis bet popolarità 18-il sena wara l-ħruġ tal-oriġinali fil-musical Amerikan “Carousel” tal-awtur Oscar Hammerstein II, l-kom pożitur Richard Rodgers u mhux biss hi l-innu tat-tim tal-futbol mill-belt ta’ Liverpool, minn fejn oriġinat il-band ta’ Gerry Marsden, imma wkoll tindaqq b’mod infinit f ’għadd ta’ okkażjonijiet diffiċli dinjin.
7
8
9
10
10
05.04.2020
kullhadd.com
Id-dramm tal-passjoni f’Oberammergau pospost għal Mejju 2022
BEDA BĦALA WEGĦDA 356 SENA ILU MINĦABBA L-PANDEMIJA TAL-PESTA
Fl-1770 kien hemm ċensura u bojkott fuq id-dramm. Għaddew is-snin u fl-1920 id-dramm ġie pospost għall-1922 minħabba n-numru kbir ta’ nies li kienu mietu b’kawża tal-ħerba li ħalliet il-gwerra tal-1914 - 1918. Għal darb’oħra, fl-1940 id-dramm kellu jitwaqqaf minħabba l-gwerra tal-1939 - 1945 u reġa’ beda fl-1950.
Il-pandemija tal-Coronavirus madwar id-dinja, mhux biss qed taffettwa saħħitna u tikkawża mwiet, iżda wkoll din it-traġedja umana waqqfet ir-ritmu ta’ kulħadd u ta’ kollox. Qed iċċaħħadna wkoll mill-involviment dirett spiritwali, fi żmien ir-Randan, il-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid. Tħassru wkoll il-Preċett u l-Griżma tal-Isqof u kull festa reliġjuża tal-irħula u bliet tagħna u se jkollna nfakkruhom u niċċelebrawhom b’mod differenti, billi nsegwu l-funzjonijiet bi knejjes vojta minn fuq il-mezzi tal-midja. Ir-rimedji għal saħħitna neħtiġuhom bi prijorità u jalla ma ndumux ma naraw xi progress għall-kura ta’ din il-pandemija. Għandna nieħdu l-prekawzjonijiet kollha u nobdu d-direttivi tal-awtoritajiet tal-qasam tas-saħħa. M’għandniex inħallu dan l-għadu qerriedi juża l-biża’ tagħna biex nitbiegħdu minn Alla. Qed jiġi offrut servizz wiesa’ fuq kull mezz ta’ xandir sabiex ninqdew mill-aħjar li nistgħu. Din is-sitwazzjoni mhix f ’Malta biss, iżda madwar id-dinja kollha. Okkażjoni tant mistennija li ġiet posposta, hu d-dramm li jfakkar il-passjoni, il-mewt u l-qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu, li jittella’ kull 10 snin fir-raħal ċkejken ta’ Oberammergau fil-Bavarja l-Ġermanja. Dan ir-raħal mhux xi destinazzjoni għall-pellegrini bħalma huma Lourdes, l-Art Imqaddsa, Fatima u Padre Piju, iżda bosta huma dawk madwar id-dinja li jitfgħu ħarsithom fuq dan ir-raħal fejn kull 10 snin, eluf kbar imorru jsegwu dan iddramm li ilu jiġi organizzat mill1663. Ir-raħal ta’ Oberammergau Dan ir-raħal imwennes qalb l-Alpi Ġermaniżi hu magħruf għat-tinqix u l-iskultura fl-injam. Il-materja prima, l-injam bl-abbundanza, kien u għadu jintuża għall-produzzjoni ta’ diversi figurini u
oġġetti, fosthom dik tal-kurċifiss. Ta’ attrazzjoni huma l-faċċati taddjar bid-dekorazzjonijiet u l-pitturi b’temi reliġjużi, epoki tal-ħajja tal-villaġġ u ta’ ħrejjef bħal dawk ta’ Little Red Riding Hood, Hansel and Gretel, Rapunzel u oħrajn. It-42 edizzjoni tad-dramm għal din is-sena ġiet posposta għasSibt 21 ta’ Mejju 2022. Il-wirja premiere kienet ippjanata li ssir is-Sibt, 16 ta’ Mejju, 2020 u tkompli sal-Ħadd, 4 ta’ Ottubru 2020. Il-wirjiet kienu se jsiru kull nhar ta’ Tlieta, Ħamis, Ġimgħa, Sibt u Ħadd u matul dawn ix-xhur kien se jkun hemm 103 wirjiet b’attendenza ta’ 450,000 persuna. Kull wirja kien se jkollha żewġ partijiet, waħda mis-2.30 p.m. sal5.00 p.m. u l-oħra mit-8.00 p.m. sal-10.30 p.m. Fit-tliet sigħat ta’ waqfa, l-ispettaturi jkunu jistgħu jmorru jieklu u jmattru ftit saqajhom. Il-prezz tad-dramm ivarja bejn €30 u €180 u dan jiddependi mill-post fit-teatru. L-oriġini tad-dramm Dan id-dramm oriġina fi żmien il-gwerra magħrufa bħala “l-gwerra tat-30 sena” li seħħet fiċ-ċentru tal-Ewropa bejn l-1618 u l-1648. F’dan il-perjodu tfaċċat il-pandemija tal-pesta (Black Death), li kaxkret magħha kważi nofs il-popolazzjoni taċ-ċentru tal-Ewropa u t-traċċi tagħha baqgħu jkaxkru sas-seklu 19. Il-minġel ta’ din il-pandemija wasal qrib il-villaġġi ta’ Oberammergau fl-1662. Iċ-ċittadini ta’ dan ir-raħal kienu jagħmlu għassa stretta biex jikkontrollaw il-vjaġġaturi li kienu jaslu f ’Oberammergau. Ġara iżda, li waqt okkażjoni ta’ festa f ’dan irraħal, l-għassa illaxkat xi ftit, u ċertu Kaspar Shisler li kien impestat, irnexxielu jitħallat man-nies fejn wara bdew jitfaċċaw vittmi ta’ din il-kundizzjoni. L-ammont ta’ vittmi beda kuljum jiżdied u kulħadd beda jitlob ’l Alla jgħinhom u jħarishom milli tkompli
tinfirex din il-pandemija. Kien sena wara, fl-1663 meta Patrijiet Benedittini li kellhom il-kunvent f ’Oberammergau, bħala komunità flimkien mannies tar-raħal, ħalfu li jorganizzaw dramm li jfakkar il-passjoni, il-mewt u l-qawmien ta’ Kristu, kemm-il darba tittaffa u tintemm l-imxija tal-pesta. Jidher li din il-wegħda nstemgħet għaliex mhux biss beda jsir fejqan tal-vittmi milquta, iżda ntemmu wkoll l-imwiet. Għadha tinżamm il-wegħda Il-wegħda nżammet u sena wara, ġie organizzat l-ewwel dramm u li għadu jiġi organizzat sal-lum bla waqfien għal dawn l-aħħar 356 sena ħlief għal xi eċċezzjonijiet. Sal-1680 kien jittella’ kull sena, fejn wara ġie deċiż li jibda jsir kull 10 snin, fis-snin li jispiċċaw biż-żero. Kull darba d-dramm żied l-udjenza u b’hekk kellu jinstab lok kbir. Minkejja sitwazzjonijiet ta’ ġuħ, faqar, għargħar, qerda ta’ wċuħ tar-raba’ u mwiet ta’ bhejjem, id-dramm baqa’ jsir xorta. Matul dawn is-snin kien hemm kanċellament u posponiment tad-dramm bħal dik ta’ din is-sena li qegħdin fiha fejn iddramm ġie pospost għall-2022. Fl-1770 kien hemm ċensura u bojkott fuq id-dramm. Għaddew is-snin u fl-1920 id-dramm ġie pospost għall-1922 minħabba n-numru kbir ta’ nies li kienu mietu b’kawża tal-ħerba li ħalliet il-gwerra tal-1914 - 1918. Għal darb’oħra, fl-1940 id-dramm kellu jitwaqqaf minħabba l-gwerra tal1939 - 1945 u reġa’ beda fl-1950. Iżda kien hemm eċċezzjonijiet fejn id-dramm ittella’ fl-1934 u fl1984 biex jitfakkru t-300 u l-500 sena mill-bidu tiegħu. Sal-1820 id-dramm kien isir f ’post fiċ-ċimiterju fejn indifnu l-vittmi tal-pesta, sakemm fl-1830 instabet wesgħa fil-periferija tarraħal. Fl-1900 intuża palk ġdid u sala li tesa’ 4,000 persuna. Fl-
11
05.04.2020
kullhadd.com
INVESTIMENT TA’ €213m FIT-TOROQ FL-AĦĦAR SENTEJN Triq Ħal Qormi, bejn Ħal Qormi u Ħal Luqa, l-aħħar minn sensiela ta’ toroq arterjali li lestiet Infrastructure Malta
1930 inħasset il-ħtieġa li jerġa’ jiġi ddisinjat il-palk u dan twessa’ għal 45 metru (kważi 150 pied) u għadu sal-lum l-akbar palk fil-beraħ madwar id-dinja. Kemm fil-ksieħ, xita, borra jew xemx, id-dramm isir xorta bl-atturi biss ikunu esposti għal dawn l-elementi u l-udjenza li tlaħħaq l-4,800, issegwi d-dramm bilqiegħda taħt saqaf. Preparamenti u parteċipanti Illum il-villaġġ għandu popolazzjoni ta’ 5,000 resident fejn 2,000 minnhom, minn trabi fl-idejn, tfal, żagħżagħ u xjuħ ta’ 90 sena, jieħdu parti fid-dramm kemm bħala atturi kif ukoll f ’kull ħidma varjata. Barra l-atturi hemm mużiċisti, mastrudaxxi, ħajjata, pitturi, tekniċi, stampaturi kif ukoll kollaborazzjoni sħiħa speċjalment f ’kull tip ta’ servizz bħal tagħrif, akkomodazzjoni u organizzazzjoni ta’ traffiku u parkeġġ. Il-preparamenti jibdew ħames snin qabel b’laqgħat bejn il-grupp tal-produzzjoni, bi skedi diversi, ippjanar ta’ bdil ta’ xenarju, mużika u vestwarju, prezzijiet, eċċ. Ittest li nkiteb fis-sekli 15 u 16 rari jintmiss għaliex ġie modifikat bosta drabi. Minn sena qabel l-irġiel iridu jħallu l-baffi u xagħarhom twil. Sena qabel ukoll jitqassmu l-partijiet tal-personaġġi prinċipali u l-provi jibdew sitt xhur qabel. Dawk li jieħdu sehem, li ħadd minnhom mhu professjonali, iridu jkunu ta’ twemmin Nisrani, twieldu f ’Oberammergau jew ikunu ilhom jgħixu f ’dan ir-raħal għal 20 sena. Il-kumplament tar-residenti joperaw ħwienet, restoranti, trasport u lukandi. Il-fatt li Oberammergau hu villaġġ żgħir biex jilqa’ għal kull sitwazzjoni li tinħoloq b’konnessjoni mad-dramm, hemm bosta villaġġi fil-qrib li joffru wkoll dak kollu meħtieġ biex ikunu ta’ sapport u għajnuna għal dak kollu meħtieġ. Fil-partijiet prinċipali bħal dawk ta’ Kristu, l-Appostli, il-Ma-
donna, Pilatu, Kajfa u oħrajn, dejjem ikun hemm żewġ persuni biex jaħdmu l-parti ta’ dawn il-personaġġi. Dan sabiex ikun hemm mistrieħ kif ukoll f ’każ li jekk ikun hemm xi ħadd li ma jkunx f ’kundizzjoni li jagħmel il-parti. Dawn il-personaġġi prinċipali ilhom jintirtu fil-familji mill-bidu ta’ dan id-dramm. Minn sena qabel dan ir-raħal jibda jibdel l-atmosfera trankwilla tiegħu. Id-dramm hu bil-Ġermaniż, iżda jitqassam ktejjeb bl-Ingliż bħala gwida biex jiġi segwit dak li jkun qed jingħad. Fuq il-palk jittellgħu wkoll żwiemel, nagħaġ, mogħoż u tjur, fosthom is-sinonima ħmara li twassal lil Kristu f ’Ġerusalemm. Mhux faċli biex tikkundizzjona lil dawn il-kreaturi fuq ambjent talpalk wara li jkunu draw fl-imqajjel u jirgħu fl-għelieqi u mbagħad isibu ambjent ta’ ffullar u storbju. Riflessjoni Bil-biża’, inċertezza, mard u mwiet li qed iġġib il-Coronavirus, li seħħet b’kaġun tal-abbuż tal-bniedem, u li qed tifflaġella u theżżeż lid-dinja mis-sisien tagħha, wieħed għandu jirrifletti sew is-sitwazzjoni. Kif għamel il-poplu ta’ Oberammergau, u kif għamlu l-antenati tagħna f ’Malta fi żmien l-Assedju l-Kbir, il-pesta u l-gwerer dinjin, għandna aħna wkoll b’fidi, b’perseveranza u b’kuraġġ inkomplu nitolbu għall-ġenerożità u l-ħniena t’Alla. Id-don li ta Alla lill-bniedem hu aktar b’saħħtu mill-virus u għalhekk nitolbuh biex tinstab soluzzjoni u biex iżomm idejh fuq il-paramediċi, fuq dawk kollha li b’xi mod qed jagħtu sehemhom b’sogru biex jevitaw l-effetti qerrieda tal-COVID-19 u fuq il-mexxejja tagħna fid-deċiżjonijiet li jkollhom jieħdu. It-talb b’modi diversi qed isir mill-ġnus kollha tad-dinja ta’ kull twemmin reliġjuż.
Wara li s-sena li għaddiet investiet mal-€103.2 miljun f ’xogħlijiet ta’ titjib kbir li għamlet fl-infrastruttura relatata mat-toroq biss, din is-sena Infrastructure Malta għandha pjani li twettaq b’kemm jiswew €110 miljun oħra f ’din l-istess ħidma li qed twettaq b’ritmu u determinazzjoni bla preċedent. Permezz ta’ dan l-investiment li fl-ewwel sentejn ta’ din l-aġenzija se jkun laħaq €213il miljun, minn fondi tal-Gvern kif ukoll Ewropej, qegħdin isiru proġetti kbar fit-toroq arterjali madwar il-pajjiż kollu, jinbnew mill-ġdid it-toroq residenzjali u ħafna toroq rurali. Dan minbarra xogħol ta’ manutenzjoni li jsir b’mod kontinwu f ’toroq oħra li jkunu jeħtieġu li jsirulhom interventi urġenti minħabba ħsarat. F’toroq arterjali biss, is-sena li għaddiet sar investiment ta’ €64 miljun f ’aktar minn 14-il proġett. Tnejn minnhom huma l-bini tas-seba’ flyovers fil-proġett tal-Marsa Junction u l-mini tar-roundabout ta’ Santa Luċija, żewġ proġetti li jammontaw għal għexieren ta’ miljuni u se jkunu lesti sal-aħħar ta’ din is-sena. Saru wkoll xogħlijiet kbar f ’arterji prinċipali oħrajn li kienu jinkludu l-bini mill-ġdid ta’ Triq Tal-Balal, Triq l-Aħħar Ħbit mit-Torok (Taċ-Ċawsli), it-triq bejn Bormla u ż-Żejtun, Triq Reġjonali, Vjal il-Labour, Triq Buqana, Triq Ħal Luqa f ’Santa Luċija u Triq San Tumas u Triq Ħal Qormi, ir-rotta prinċipali bejn Ħal Qormi u Ħal Luqa li għadha kemm tlestiet. Il-ġimgħa li għaddiet żvelajna kif tagħrif dwar l-aktar toroq perikolużi, li sar minn Transport Malta u ġie ppreżentat fil-Parlament, wera kif l-investiment u l-bini mill-ġdid ta’ toroq arterjali wassal għal tnaqqis drastiku fl-aċċidenti tat-traffiku. Arterji bħal Triq il-Kosta, minn Pembroke sa San Pawl il-Baħar, Triq Reġjonali, li tgħaq qad ma’ Triq Mikiel Anton Vassalli bejn l-Imsida sa San Ġiljan, u Triq Aldo Moro biswit il-proġett tal-flyovers fil-Marsa raw mhux biss titjib fis-sewqan u fid-dehra infrastrutturali,
inkluż bi twessigħ tal-karreġġjati, iżda inqas persuni jindarbu. Sadanittant, Infrastructure Malta wettqet ukoll programm estensiv ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali bħala parti mill-investiment ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin. Filfatt, fl-ewwel sena ta’ dan l-investiment lestiet mal-130 minn dawn it-toroq, li fihom jgħixu eluf ta’ familji. Bħalissa għaddej xogħol fuq 50 oħrajn u fiż-żmien li ġej jibda x-xogħol fuq madwar 150 triq addizzjonali. Saret ukoll ħidma simili f ’madwar 100 triq li jinsabu qalb il-kampanja. Din is-sena wkoll se jkunu qed jinbnew mill-ġdid ħafna toroq residenzjali oħrajn u għalhekk ħafna aktar familji se jibdew igawdu minn ambjent isbaħ u aktar komdu fejn jgħixu. Bl-istess mod se jissokta investiment f ’aktar toroq rurali li hu ta’ benefiċċju kbir għall-bdiewa. Fost investimenti oħra kbar li qed isiru għal aktar sostenibilità fit-toroq hemm il-proġett li permezz tiegħu qed jitħawlu eluf ta’ siġar ġodda f ’ħafna postijiet mal-ġnub tat-toroq, kif ukoll infrastruttura ġdida għal dawk li jużaw mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi. Parti minn din l-infrastruttura huma l-pontijiet għall-mixi u r-roti li daqt jitlestew fi Blata l-Bajda u fi Vjal l-Avjazzjoni, bejn Ħal Luqa u l-Gudja, u ieħor simili li se jibda jinbena fi Triq Dom Mintoff f ’Kordin, Raħal Ġdid. Minbarra t-tlestija tal-Marsa Junction Project, iż-żewġ mini ta’ Santa Luċija u t-tieni fażi tal-proġett tal-Marsa Ħamrun Bypass, fost investimenti oħrajn kbar li qegħdin isiru din is-sena hemm dak tas-Central Link Project, li se jagħti benefiċċji kbar lil eluf ta’ persuni li jgħixu jew jaħdmu f ’dawn l-inħawi. Bħalissa għaddej ukoll l-ippjanar u t-tħejjijiet għall-proġett imsejjaħ Kirkop Tunnels & Airport Intersection Project li jinkludi l-bini ta’ żewġ mini ġodda u flyover fil-junction tal-Gudja, l-Imsida Creek Project li bih se jinbnew żewġ flyovers oħra u dak talPembroke-St Julian’s Connections.
12
05.04.2020
kullhadd.com
L-ANZJANI FIL-PANDEMIJA Dr Mary Vella Kummissarju għall-Anzjani
Kemm fir-rwol tiegħi bħala Kummissarju tal-Anzjani, u kemm bħala tabiba u bħala ċittadina Maltija, inħossni mħassba dwar dawn iż-żminijiet straordinarji, bla preċedent u diffiċli, fejn il-ħajja tagħna kif konna nafuha u ngħixuha nbidlet drammatikament. F’dan l-istadju, kulħadd jaf illi l-Coronavirus (COVID-19) huwa virus ġdid li jittieħed faċilment minn persuna għal oħra,
jista’ jinfirex b’rata mgħaġġla, u li issa jinsab fid-dinja kollha, inkluż f ’Malta. Ir-realtà ta’ din il-marda, u tas-sitwazzjoni li ninsabu fiha taffettwa lil kull wieħed u waħda minna, kemm mentalment u kemm fiżikament. Bħala tabiba, nisħaq fuq ċertu affarijiet illi kull wieħed u waħda minna għandna nagħmlu biex innaqqsu t-tixrid tal-marda. Id-direttivi maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika għandna nkomplu nsegwuhom biex innaqqsu t-tixrid ta’ din il-marda. Huwa meħtieġ li naħslu idejna bis-sapun ta’ spiss, jew, fejn dan ma jkunx possibbli, nużaw hand sanitizer. Noqogħdu attenti li ma mmissux għajnejna, imneħirna u ħalqna b’idejna. Importanti wkoll li, f ’dawn iż-żminijiet, nieħdu ħsieb saħħitna, billi nieklu ikel bnin u sustanzjuż, u billi nagħmlu eżerċizzju fiżiku b’mod regolari. Għall-istess
raġuni, għandna, kemm jista’ jkun, nevitaw it-tipjip u l-konsum ta’ l-alkoħol u z-zokkor żejjed. Iżjed ma nkunu f ’saħħitna, iżjed ġisimna jkun lest biex jiġġieled il-marda. Iżjed minn kollox, huwa importanti immens li noqogħdu ġewwa, ma nitħalltux ma’ nies u familji oħra, u ma noħorġux barra għalxejn. Il-marda tista’ tkun qed tinġarr anke minn nies li m’għandhomx sintomi. Għandna lkoll inkunu prudenti u nerfgħu r-responsabbiltà tagħna. Għandna nagħmlu hekk mhux biss biex inħarsu saħħitna u saħħet l-għeżież tagħna, imma wkoll peress li, jekk innaqqsu t-tixrid ta’ din il-marda, niżguraw li ma ngħabbux iżżejjed is-servizzi tas-saħħa, u li kulħadd ikun jista’ jirċievi l-kura meħtieġa meta jiġi bżonn. Il-perjodu li għaddejjin minnu bħalissa mhu faċli għal ħadd. Ikoll qed ikollna naddattaw ruħna għal stil ta’ ħajja differenti, u nbiddlu l-arranġamenti tax-xogħol, tal-familja u tal-ħajja soċjali tagħna. Fl-istess ħin, mhux kulħadd jintlaqat mill-marda bl-istess mod. Nafu li persuni anzjani u persuni b’mard kroniku huma aktar vulnerabbli li, jekk jaqbadhom il-Coronavirus, hemm riskju li jiġu affettwati aktar, u hemm possibbiltà ikbar li jkollhom bżonn kura intensiva. Għalhekk, l-appell li noqogħdu ġewwa darna għall-ġid ta’ saħħitna huwa aktar u aktar relevanti għall-anzjani u għall-persuni vulnerabbli. Jekk għal xi raġuni jinqala’ l-bżonn li bilfors wieħed ikollu joħroġ – pereżempju, għal appuntament mediku – dejjem għandu joqgħod attent u jżomm distanza bejnu u bejn persuni oħra. Huwa minnu li meta tiġi
mġiegħel toqgħod ġewwa tista’ tħossok maqful u ristrett. Taf ukoll tħossok waħdek, speċjalment jekk m’hemm ħadd jgħix miegħek. B’dan il-mod, is-sitwazzjoni taf tolqot lill-anzjani mhux biss fiżikament, imma mentalment ukoll. Għalhekk, huwa tajjeb li nżommu f ’moħħna li lkoll ninsabu flimkien u magħqudin f ’din is-sitwazzjoni. Dawk l-anzjani li jinsabu waħedhom, u li forsi f ’dan iż-żmien ma jistgħux ikomplu bid-drawwa tal-ħarġa sal-pjazza, sal-ħanut jew sal-każin, jagħmlu sew li jiftakru li mhux huma biss għaddejjin minn din is-sitwazzjoni, imma li l-ħbieb u l-familjari kollha tamparhom għaddejjin mill-istess sitwazzjoni, u taf ikunu qed jiffaċċjaw l-istess ħsibijiet. Kien b’dan il-għan li, fost servizzi oħra l-Ministeru għas-Sigurtà Soċjali nieda l-Helpline 1772 fejn min iħossu waħdu, jew ikun irid jiftaħ qalbu, jista’ jċempel u jitkellem ma’ professjonisti. Iktar u iktar, għandna niftakru lkoll li, iżjed minn qatt qabel, għandna nkattru sens ta’ komunità b’saħħitha, u nipprattikaw is-solidarjetà, l-għaqda u l-altruwiżmu lejn xulxin, speċjalment lejn l-anzjani u lejn dawk l-iżjed vulnerabbli li jgħixu waħedhom. Hija responsabbiltà ta’ kull wieħed u waħda minna li, kif nistgħu, inżommu kuntatt xieraq bejnietna, biex ħadd ma jħossu minsi u waħdu, u biex kull min hu fil-bżonn isib l-għajnuna u l-appoġġ li jeħtieġ. Nappella lil kull min għandu xi ġirien, ħbieb jew qraba anzjani biex iżżommu kuntatt magħhom u jaraw għandhomx bżonn xi ħaġa – anke sempliċi ċempila tkun ta’ wens għal min m’għandux ma’ min jgħid kel-
ma matul il-ġurnata. L-istess jgħodd għal kull min għandu qraba jew ħbieb li jgħixu fid-djar tal-anzjani. Għall-ġid tal-anzjani stess, u biex jitnaqqas ir-riskju li r-residenti jiġu fil-kuntatt mal-Coronavirus, il-visti f ’dawn l-istituzzjonijiet twaqqfu. Għalhekk, huwa importanti li nżommu kuntatt mal-għeżież tagħna f ’dawn l-istituzzjonijiet, u nfakkruhom li, għalkemm ma nistgħux niltaqgħu, xorta waħda ma waqafniex naħsbu fihom. F’dan il-mument, tajjeb li nirringrazzjaw lit-tobba, lin-nurses, lil kull min jaħdem fil-qasam tas-saħħa, u lil kull persuna li b’xogħolha, hu x’inhu, baqgħet tagħti servizz lill-poplu Malti u Għawdxi f ’dawn iż-żminijiet. Iżda ħadd mhu waħdu f ’din il-kriżi. Kull wieħed u waħda minna għandna responsabbiltà kbira. Veru li din is-sitwazzjoni biddlitilna ħajjitna mil-lejl għannhar, imma, fl-istess ħin, tatna l-opportunità li ningħaqdu flimkien bħala komunità, u bħala umanità waħda, u għallmitna nagħrfu u napprezzaw x’jgħodd u x’inhu verament importanti fil-ħajja. Ejjew ma nabbużawx, u ningħaqdu flimkien biex niġġieldu kontra dan il-virus. Kuraġġ – jekk kulħadd jagħti sehmu, noħorġu minnha b’wiċċ il-ġid. Tajjeb li nfakkru dawn in-numri: 111 għall-persuni li jħossu sintomi tal-COVID-19. 2141 1411 għall-persuni fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provista ta’ ikel u mediċini. 1772 għal dawk li jħossuhom waħedhom. 2590 3030 għall-anzjani mingħajr sapport li għandhom bżonn mediċini, ikliet lesti jew prodotti tal-ikel (frott u ħaxix).
13
05.04.2020
kullhadd.com
NIPPROTEĠU LILL-POPLU MALTI U GĦAWDXI
Clint Camilleri Ministru
Il-poplu jaf kif il-Gvern Malti qed jagħmel dak kollu possibbli, b’mod raġonevoli u kkalkulat, sabiex l-imxija tal-Coronavirus tkun ikkontrollata. Dan mhux aħna biss qed ngħiduh, iżda qed tgħidu wkoll il-World Health Organisation (WHO) li Malta hija ta’ mudell għal pajjiżi oħrajn fil-ġlieda kontra l-COVID-19. Dan qegħdin nagħmluh b’għaqal, b’impenn, u b’sigħat twal ta’ xogħol, mhux biss minna l-politiċi, iżda bl-esperti fil-qasam mediku u bil-ħidma ta’ diversi ħaddiema li minn wara l-kwinti qegħdin jagħmlu xogħol imprezzabbli għal pajjiżna. Bħal f ’Malta, f ’Għawdex ukoll, għaliex aħna pajjiż wieħed, daħħalna numru ta’ miżuri sa-
biex nipproteġu lill-poplu Malti u Għawdxi. Il-maġġoranza tal-poplu qed jobdi d-direttivi li l-Awtoritajiet tas-Saħħa qed joħorġu minn żmien għal żmien. Madanakollu, hemm uħud li sfortunatament qed jibqgħu joħorġu u jinġemgħu fi gruppi. Sabiex dan ikun ikkontrollat, it-Tnejn li għadda l-Gvern ħabbar miżuri aktar stretti fejn gruppi ta’ aktar minn tlieta minnies ma jistgħux jinġemgħu, u jekk il-pulizija tara dan, dawn jiġu mmultati €100 kull wieħed. Ftit tal-ġimgħat ilu stqarrejt li
m’għandux isir vjaġġar li ma jkunx neċessarju bejn iż-żewġ gżejjer. Filwaqt li nirringrazzja lill-poplu tagħna kollu talli, fil-maġġor parti assoluta qiegħed jobdi d-direttivi mill-awtoritajiet, irrid nagħmilha ċara li bħalissa mhuwiex żmien il-weekend breaks f ’Għawdex jew f ’Malta, u lanqas huwa żmien ta’ xi mawra jew ġita ta’ gruppi lejn Malta jew lejn Għawdex. Dan enfasizzajnieh sa mill-bidu nett, però jista’ jkun li kien hemm xi wħud li kienu qed jeħduha b’mod leġġer. Wara diskussjonijiet fit-tul mal-awtoritajiet kompetenti
b’mod proattiv, nhar it-Tlieta li għadda, il-Ministeru għal Għawdex ħabbar numru ta’ miżuri oħrajn li se jaffettwaw it-traġitti bejn iż-żewġ gżejjer, apparti dawk li diġà kien hemm fis-seħħ. Preżentament, il-passiġġieri qabel jitħallew jirkbu l-vapur tal-Gozo Channel, kemm mit-terminal tal-Imġarr ġewwa Għawdex, kif ukoll mit-terminal taċ-Ċirkewwa f ’Malta, qed isirilhom screening għal sintomi relati mal-virus talCOVID-19. Madankollu, mill-Ġimgħa li għadda dak li kien qiegħed jiġi
rakkomandat sar mandatorju. Għaldaqstant, bħala parti mill-iscreening, daħal fis-seħħ ukoll screening għall-iskop li individwu jew individwi ser ikunu qegħdin jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer. Dan l-iscreening jippermetti biss vjaġġar għal dawn ir-raġunijiet li ġejjin: 1. Xogħol 2. Raġunijiet mediċi 3. Visti minn familjari lil pazjenti rikoverati l-isptar 4. Żjarat lill-qraba 5. Ġarr ta’ merkanzija 6. Ritorn fir-residenza ordinarja Dan ifisser li traġitti għal skop ta’ vaganza, divertiment jew mawra m’għadhomx aktar permessi. Dawn huma miżuri bla preċedent, però huma miżuri għall-ġid ta’ kulħadd. Filwaqt li nirringrazzjakom bil-quddiem tal-kooperazzjoni tagħkom u kif ukoll għal darb’oħra nirringrazzja b’mod speċjali lill-membri kollha tal-istaff mediku, lill-pulizija, lis-suldati u lill-membri tal-Protezzjoni Ċivili, nerġa’ ntenni l-appell tiegħi biex inkunu dixxiplinati f ’dawn il-ġimgħat kruċjali, sabiex aħna lkoll flimkien negħlbu din l-isfida unika.
FLIMKIEN NISTGĦU NEGĦLBU L-GĦADU
Chris Agius Segretarju Parlamentari
Id-dinja għaddejja minn żminijiet diffiċli ħafna. L-aktar żminijiet diffiċli mit-Tieni Gwerra Dinija ’l hawn. Gwerra differenti, b’għadu differenti, ma jidhirx, mingħajr bombi u tifrik ta’ bini, iżda b’konsegwenzi simili. U Malta la hi parti mid-dinja, qed taffaċċja din il-gwerra bħal kull pajjiż ieħor. Dan kollu beda lejn tarf is-sena 2019 fiċ-Ċina, fejn filbelt ta’ Wuhan b’popolazzjoni ta’ 11-il miljuni ruħ, l-awtoritajiet irrappurtaw lill-WHO li kienu qed jesperjenzaw każijiet ta’ virus ġdid. Ftit kienu jafu fuqu. Fil-11 ta’ Jannar, f ’Wuhan mietet l-ewwel persuna
konsegwenza ta’ dan il-virus. U l-virus infirex f ’Wuhan u fi tliet xhur infirex mal-erbat irjiħat tad-dinja. Bdejna naraw ħafna mwiet. Il-ġirien tagħna t-Taljani għandhom l-akbar numru ta’ mwiet. L-ebda pajjiż mhu jeħlisha. Kif għedt aħna parti mid-dinja. Iżda malli faqqgħet l-imxija fiċ-Ċina, fil-kwiet, il-Ministeru għas-Saħħa taħt il-gwida tal-Ministru Chris Fearne, beda jipprepara għall-eventwalità li din tolqot lilna wkoll. Ħsibna fil-ħażin, biex it-tajjeb ma jonqosx. Bdew jordnaw, jaħżnu dak li kien ser ikollna bżonn. Bdew jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex nilqgħu għal dan il-virus. U allura għax aħna bħal ħaddieħor, rajna l-ewwel każijiet u dan seħħ fil-bidu ta’ Marzu. Bdejna nieħdu l-prekawzjonijiet. Waqqafna t-titjiriet, għalaqna l-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi, għalaqna numru ta’ ħwienet, tlabna lil min jista’ biex jaħdem middar u tlabna biex kull min m’għandux għalfejn joħroġ jibqa’ d-dar. Tlabna lill-anzjani u lil min hu vulnerabbli biex jibqgħu d-dar. Għedna wkoll li
ma jistax ikun hemm gruppi ta’ aktar minn tlieta. Il-poplu tagħna għamel appuntament ta’ kuljum ma’ Profs Charmaine Gauci, li bil-kalma u bit-ton konvinċenti tagħha tagħtina informazzjoni fuq dak li nkunu għaddejjin minnu. U ta’ kuljum tisħaq, kważi tibkilna, biex min m’għandux bżonn joħroġ, ma joħroġx. Hekk biss nistgħu nżommu milli dan il-virus ikompli jinfirex f ’pajjiżna. Hekk biss nistgħu nevitaw li ngħaddu minn dak li għaddejjin minnu pajjiżi oħra. Sfortunatament għad għandna min bl-akbar irresponsabbiltà, qed jiġi jaqa’ u jqum minn dawn id-direttivi. Biex negħlbuha u noħorgu minnha, irridu li KULĦADD joqgħod għal dak li qed jgħidulna l-awtoritajiet tas-saħħa. Bħala Gvern rajna u qed naraw li dak kollu li hemm bżonn u nistgħu nagħmlu biex inkunu preparati sew, qed nagħmluh bla ebda limiti. Fejn tidħol is-saħħa tal-poplu tagħna ma joqgħod xejn. Iżda minbarra li nkunu preparati sa snienna fejn tidħol is-saħħa, ridna naraw li ma nħallu lil ħadd ibati issa li kell-
na ħafna negozji weqfin. IlPrim Ministru Robert Abela ħareġ numru ta’ miżuri ta’ assistenza għal darba, darbtejn u tlieta. Tajna l-ewwel għajnuniet lil min intlaqat l-aktar. Irridu naraw li impjiegi jintilfu l-anqas possibbli u li ngħinu lin-negozji tagħna f ’dawn iż-żminijiet diffiċli. Irridu nkunu preparati li jekk Alla jrid meta jgħaddi kollox, inkomplu bil-ħajja ta’ kuljum. F’dawn iż-żminijiet, il-familji tagħna qed jesperjenzaw stil ta’ ħajja differenti minn dik li konna drajna biha. Qed inqattgħu aktar ħin id-dar, qed ingawdu aktar lill-membri tal-familja tagħna. Qed napprezzaw aktar l-affarijiet iż-żgħar, li forsi kienu saru irrelevanti. Qed naraw aktar nies jaħdmu middar. U qed naraw l-ambjent ta’ madwarna jieħu ftit tan-nifs. Minn dan kollu, nistgħu nitgħallmu ħafna. Kif ngħidu, li kultant mill-ħażin joħroġ it-tajjeb. U allura rridu naraw dak li għamilna u ser inkunu qed nagħmlu differenti missoltu f ’dawn il-ġimgħat ta’ diffikultajiet, x’hemm li nistgħu naddottaw għal meta l-ħajja tirritorna għan-normal.
Iżda dan biss nistgħu nagħmluh flimkien, jekk kulħadd jiġbed l-istess ħabel fl-istess direzzjoni. Inutli jkollna lill-Profs Gauci ta’ kuljum tippritkalna x’hemm bżonn isir, imbagħad nagħmlu li jfettlilna. Flimkien irridu nagħmlu ftit sagrifiċċju. Fl-aħħar grazzi kbira lill-awtoritajiet tas-saħħa, mill-kbir sal-anqas wieħed, li qed ikunu hemm biex jassistu lil min qed ikollu bżonn il-kura. Intom l-eroj tagħna.
Bħala Gvern rajna u qed naraw li dak kollu li hemm bżonn u nistgħu nagħmlu biex inkunu preparati sew, qed nagħmluh bla beda limiti. Fejn tidħol is-saħħa tal-poplu tagħna ma joqgħod xejn
14
05.04.2020
kullhadd.com
JEĦTIEĠ LI NIĠBDU Iċ-ċirkostanzi li qegħdin ngħixu fihom bħalissa żgur ħadd qatt ma ħolom dwarhom. Xenarju li biddel ir-rutina ta’ kulħadd, mill-kbir saż-żgħir b’pajjiżi jaraw kif bl-aħjar mod jindirizzaw din l-isfida fl-aqwa interess tagħhom. Lil hinn mill-isfidi marbuta ma’ saħħa, COVID-19 ġab miegħu sfidi ekonomiċi li qed jitfgħu pressjoni fuq livell globali sabiex Ħafna kienu dawk li kienu jikkritikaw il-politika ta’ dan il-Gvern għaliex tiffoka fuq tkabbir ekonomiku u surplus. Quddiem dan ix-xenarju, illum kif tħares lejn din il-kritika? Tajjeb li wieħed ifakkar kif kienet is-sitwazzjoni ekonomika ta’ pajjiżna fl-2013, meta l-poplu għażel Gvern Laburista. Writna sitwazzjoni fejn pajjiżna kien ekonomikament staġnat u defiċit
għoli konsegwentament dħalna fil-proċedura ta’ defiċit eċċessiv tal-Unjoni Ewropea. F’temp ta’ ftit snin ir-rotta nbidlet; ħriġna minn dik il-proċedura u bdejna nesperjenzaw tkabbir ekonomiku u eventwalment sena wara sena konna qed nidraw il-kelma surplus. Tant hu hekk li anke fl-analiżi tagħha l-Kummissjoni Ewropea rrimarkat li anke din is-sena pajjiżna kien se jerġa’ jesperjenza surplus. Għax konna bil-għaqal fl-immaniġġjar ekonomiku qegħdin
jinstabu soluzzjonijiet li jtaffu xi ftit mill-uġigħ li għadd ta’ familji u negozji jistgħu jaffaċċjaw. Il-gazzetta Kullħadd tkellmet mal-Ministru għallEkonomija, Investiment u Negozji Żgħar Silvio Schembri dwar kif dan ix-xenarju se jaffettwa lil pajjiżna, kif qed jilqa’ għal dan u l-miżuri li ttieħdu sa issa.
f ’pożizzjoni li nistgħu nindirizzaw l-isfidi li ġab miegħu COVID-19. Dak is-surplus li konna qed nirreġistraw stajna nużawh biex ngħinu bl-aħjar mod lill-familji, ħaddiema u negozji. Dak li żrajna, kiber, għamel il-frott u issa qed naqtgħuh sabiex nipproteġu kemm nistgħu impjiegi fi sfida globali li d-dinja qed taffaċċja. Pajjiżna kif qed jilqa’ għall-isfidi ekonomiċi li qed iġib miegħu COVID-19? COVID-19 qed iħalli impatt qawwi fuq l-ekonomija globali. Hemm it-tendenza ta’ ħafna li dan ix-xenarju jitqabbel ma’ dak tal-kriżi ekonomika fl-2008. Hawnhekk qed nitkellmu fuq żewġ xenarji differenti, dik tal-2008 kienet kriżi li ġiet internament kawża tal-falliment ta’ sistemi bankarji barra minn pajjiżna. Mill-banda l-oħra hawn qed naraw kemm impatt estern kif ukoll impatt intern, għax kellna nagħlqu diversi attivitajiet ħalli nikkontrollaw l-imxija talCOVID-19. Pajjiżna telaq minn punt ta’ tluq b’saħħtu ħafna. Il-politika ta’ tkabbir ekonomika poġġietna f ’pożizzjoni tajba sabiex inkunu nistgħu ngħinu lill-industriji l-aktar impattati millCOVID-19 bħal dak tat-turiżmu, trasport, retail, entertainment, ħwienet żgħar u self-employed fost oħrajn. Għalhekk it-tliet darbiet li morna quddiem il-poplu dejjem ressaqna pakkett ta’ sapport ekonomiku aqwa minn ta’ qablu għax smajna kontinwament lin-negozji u dak li kienu qed iġġarrbu u rajna li ngħinu bl-aħjar mod possibbli. Fl-istess waqt rajna li kulħadd jerfa’ biċċa mill-piż bħal fil-każ tal-għajnuna fejn il-Gvern qed jagħti €800 fix-xahar għal kull ħaddiem li jaħdem fis-setturi li ġew l-iktar milquta mill-impatt tal-pandemija, fosthom is-settur turistiku u dawk l-industriji li kellhom jagħlqu temporanjament kawża tad-deċiżjonijiet li ħa l-Gvern biex iħares is-saħħa tal-poplu. Issa l-Gvern qed iħallas sa ħamest ijiem xogħol u b’hekk se jagħti €800 fix-xahar. Din il-miżura se tgħin madwar 60,000 impjegat u se tiswa €44 miljun fix-xahar. Dan filwaqt li min iħaddem irid joħroġ
id-differenza fil-paga sa massimu ta’ €1200 fix-xahar. B’hekk rajna li kulħadd jerfa’ parti mill-piż u nissalvagwardjaw kemm jista’ jkun impjiegi. Anke lil dawk part-timers se nkunu qed ngħinu sabiex nipproteġulhom xogħolhom permezz ta’ għajnuna sa €500 fix-xahar għal kull ħaddiem lil min iħaddem. B’ dawn il-miżuri aħna qed ngħinu lil min iħaddem sabiex jkun jista’ jibqa’ jħallas il-pagi tal-ħaddiema fi żmien fejn in-negozju tagħhom qed ibati. Bl-istess mod qed ngħinu lil dawk is-selfemployed li kellhom jagħlqu u allura qed ngħinuhom bl-istess ammont fix-xahar. Barra min hekk, lil dawk in-negozji li għadhom għaddejjin iżda kellhom minn tal-anqas 25% tnaqqis fil-bejgħ tagħhom, għandna kumpaniji fejn ser nagħtu għajnuna ta’ jum jew jumejn fil-każ ta’ self-employed. Ma ninsewx miżuri soċjali oħra mmirati lejn persuni vulnerabbli fejn anke hawnhekk konna sensittivi u rajna li ngħinu għaliex dan il-Gvern għandu ruħ soċjali bil-fatti. B’kollox dawn il-miżuri addizzjonali jiswew mal-€25 miljun oħra fix-xahar. Għalhekk, filwaqt li qed ngħinu negozji, self-employed u nissalvagwardjaw kemm jista’ jkun impjiegi, rajna mill-banda l-oħra li jkun hemm biżżejjed likwidità għallbanek sabiex ikunu f ’pożizzjoni li meta jgħaddi dan kollu jkunu jistgħu jgħinu negozji u kumpaniji jerġgħu jqumu fuq saqajhom. Bit-tħabbira tat-tielet pakkett ta’ miżuri kif jista’ jitqabbel ma’ dak li qed ikun offrut f ’pajjiżi oħrajn? Il-Kummissjoni Ewropea kienet ħabbret li hemm bżonn ta’ stimolu fiskali daqs 1% tal-prodott gross domestiku, kif ukoll pakketti ta’ likwdità ta’ 10%. Fil-każ ta’ Malta aħna ser inkunu qed nagħtu 1.6% tal-prodott gross domestiku bħala stimolu fiskali u 12.1% bħala likwidità. Naħseb se nkunu kważi mal-aqwa ħamsa fid-dinja. Però, ejja nkunu ċari li din mhijiex ċirkustanza ta’ tqabbil ma’ dak u mal-ieħor. Qegħdin f ’punt fejn kull pajjiż l-uniku interess li għandu huwa li joħroġ minn din is-sitwazzjoni u jekk jista’ jkun b’mod
b’saħħtu biex ikun jista’ jerġa’ jkompli jibni r-ritmu ekonomiku. L-għaqal li mxejna bih fis-snin preċedenti qed jagħti dak is-sens ta’ ċertezza f ’mument ta’ inċertezza. Se jkun hemm min se jkun impattat però qed naraw li l-impatt ma jkunx wieħed qawwi u se jsib lilna bħala Gvern ta’ spalla. Din hija sfida li taf iddum numru ta’ xhur. Ħadd ma jaf bl-eżatt. Għalhekk ir-responsabbiltà tal-Gvern ma tiqafx hawn. Bil-miżuri li ħabbarna aħna rajna l-possibbiltà li din is-sitwazzjoni tibqa’ għal numru ta’ xhur sakemm l-ekonomija globali u lokali terġa’ tibda tirpilja wara li tinstab soluzzjoni għallCOVID-19. Mhix sitwazzjoni faċli. Iżda għandna pjan u qed nieħdu deċiżjonijiet skont il-prijoritajiet u ċ-ċirkostanzi. Il-miżuri mħabbra huma indirizzati għal dawk innegozji milquta minn din is-sitwazzjoni, però, minħabba li s-sitwazzjoni hija waħda fluwida kif qed tkun osservata s-sitwazzjoni ta’ negozji oħrajn li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed iħossu l-impatt? Bħala Gvern, dejjem rajna u se nibqgħu b’idejna fuq il-polz tan-negozji f ’pajjiżna kif ukoll qegħdin insegwu mill-qrib is-sitwazzjoni kif qed tiżviluppa. Bil-miżuri t’għajnuna li tħabbru rajna li nindirizzaw b’mod dirett lill-industriji li l-aktar li ntlaqtu mill-imxija tal-COVID-19. Għalhekk il-miżuri huma mmirati lejn dawk is-setturi l-iktar kritiċi. Bħala Gvern se nibqgħu insegwu kif is-sitwazzjoni se tkun qiegħda tiżviluppa u nieħdu l-azzjonijiet meħtieġa. Irrid nirrimarka li dan intwera biċ-ċar fit-tliet pakketti ta’ appoġġ ekonomiku li ġew imnedija u kull darba li morna quddiem il-poplu, preżentajna pakkett iktar b’saħħtu minn ta’ qablu. Komplejt bid-diskussjonijiiet u ħadt azzjoni fl-isfond tar-rispons li kien qed ikolli ma’ diversi setturi. Ressaqt dawn it-talbiet lill-Malta Enterprise u għalhekk din ilġimgħa rajna li tkun riveduta l-lista biex issa tinkludi wkoll l-industrija tal-films, li kienet se tiġġenera mal€50 miljun, dawk li jaħdmu fil-qasam tal-midja, kif ukoll il-kump-
15
05.04.2020
kullhadd.com
ĦABEL WIEĦED
aniji li jorganizzaw konferenzi u attivitajiet li wkoll waqfilhom ix-xogħol. Forsi dak li jkun jistaqsi għalfejn ma żdidux mill-ewwel. Ridna l-ewwel naraw li ndewwu fejn l-aktar ħiereġ demm, imbagħad naraw ukoll ir-rispons u jkollna idea aktar ċara ta’ setturi varji għal raġuni li kull settur intlaqat b’mod differenti. Għalhekk kontinwament insostnu li fejn hemm bżonn se nkomplu nirrevedu u nsostnu fuq li diġà hemm. Però, kull deċiżjoni trid tittieħed b’mod responsabbli. Irrid ngħid ukoll li l-Malta Enterprise qiegħda f ’kuntatt mal-klijenti kollha tagħha u tanalizza s-sitwazzjoni ta’ kull industrija u kif qed ikun l-impatt fuqhom. Fil-fatt, il-Malta Enterprise għandha taqsima ta’ riċerka li tkun qed tagħmel analiżi ekonomika ta’ kuljum, dwar kif qed tinbidel u tiżvolġi s-sitwazzjoni biex bħala Gvern inkunu kontinwament proattivi u ta’ għajnuna. Hawnhekk nirringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-Malta Enterprise li f ’dawn iċ-ċirkostanzi qed jaħdmu qatigħ biex ikunu t’għajnuna għan-negozji u s-self-employed. Il-prijorità tiegħi hija li nara li l-Malta Enterprise jkollha l-appoġġ u r-riżorsi kollha meħtieġa biex din il-ħidma tkompli titjieb fl-interess tal-pubbliku u l-ekonomija. Nafu li nhar it-Tnejn fetħu
Parti mid-dekasteru li int responsabbli minnu hemm l-Air Malta. X’sehem kellha quddiem dan ix-xenarju u Ir-rispons kien wieħed b’saħħtu. x’inhuma l-isfidi li hemm? Bil-miżuri li nedejna rajna li ndewwu lil dawk li kienu l-aktar Din hi sitwazzjoni wriet iżjed minn qabel kemm hu importanaffettwati. Infurmat li tul dawn il- ti li pajjiż ikollu l-linja nazzjonali ġimgħat minn meta twaqqfet tiegħu. Ix-xogħol li wettqet biex il-linja 144 jiġifieri mis-16 ta’ jinġiebu l-Maltin li kienu maMarzu ’l hawn kien hemm mat- qbuda barra u anke l-ġarr ta’ 30,000 telefonata jew kuntatt mediċini u apparat mediku tant permezz ta’ e-mails, u hawn qed bżonjużi bħalissa huwa xogħol ninkludi l-ammont ta’ messaġġi importanti ħafna. Ta’ dan nirli rċevejt fuq il-profil ta’ Face- ringrazzja lill-ħaddiema kollha li book fejn għamilt dak kollu pos- qed jagħmlu xogħolhom f ’dawn sibbli biex ngħin lil minn kellu iċ-ċirkostanzi diffiċli. Iżda fl-istess ħin għandna bżonn assistenza. Infurmat li l-Malta Enter- sfida kbira quddiemna, hekk kif prise rċeviet mat-8,313-il ap- l-ajruplani tal-kumpanija mhuplikazzjoni ta’ Wage Suppliment miex itiru biżżejjed għaliex l-ajbiex b’hekk se nilħqu 31,000 ruporti magħluqin. Il-kumpanija ħaddiem full-time u part-time tilfet l-introjtu tagħha li kien ġej bil-maġġoranza jkunu full-time. mil-bejgħ tal-biljetti u allura issa Is-sottomissjonijiet li saru l-kumpanija qed tagħmel telf jvarjaw minn setturi differenti ta’ miljuni fix-xahar. F’din is-sitli anke dan qed ikompli jagħti- wazzjoni jeħtieġ li l-unions u na stampa aktar ċara tas-setturi l-ħaddiema jiġbdu ħabel wieħed l-iżjed li ġew milquta kawża tal- biex kulħadd jerfa’ biċċa u jgħinu COVID-19. Kull applikazzjoni lill-kumpanija ssalva u toħroġ qiegħda tkun iċċekkjata skont minn dan il-maltemp. Din mhix il-kriterji sabiex nassiguraw li ma sitwazzjoni unika għall-Air Maljkunx hemm abbużi li dwar dan ta. Rajna kif kumpaniji tal-ajru oħra bħal British Airways hemm konsegwenzi serjissimi. Nerġa’ nisħaq li dawn l-ap- u Lufthansa kellhom iwaqqfu plikazzjonijiet mhux se jagħlqu. eluf ta’ ħaddiema minħabba din Kulħadd iżomm il-kalma u jekk il-kriżi fl-industrija tal-avjazzgħandu bżonn l-għajnuna tal- joni. Bħala Gvern diġà tlab144 jċempel aktar tard jekk ma na lill-Kummissjoni Ewropea sabiex f ’dawn iċ-ċirkostanzi jkunx jista’ jaqbad dak il-ħin. l-applikazzjonijiet għalliskemi. Kif kien ir-rispons għall-miżuri t’għajnuna?
Forsi dak li jkun jistaqsi għalfejn ma żdidux mill-ewwel. Ridna l-ewwel naraw li ndewwu fejn l-aktar ħiereġ demm, imbagħad naraw ukoll ir-rispons u jkollna idea aktar ċara ta’ setturi varji għal raġuni li kull settur intlaqat b’mod differenti. Għalhekk kontinwament insostnu li fejn hemm bżonn se nkomplu nirrevedu u nsostnu fuq li diġà hemm.
l-Gvern jitħalla jgħin lill-kumpaniji milquta mill-imxija COVID-19. Iżda fl-istess ħin kulħadd irid jifhem li din hija sitwazzjoni diffiċli ferm u jeħtieġ li kulħadd jerfa’ biċċa bl-aktar mod responsabbli. Hawnhekk ninnota u nirringrazzja lill-management tal-kumpanija li minn jeddhom diġà ħabbru li aċċettaw li jitnaqqsilhom ammont sostanzjali mil-paga tagħhom kif ukoll perkaċċi u allowances li kellhom. Nirringrazzja wkoll lill-ħaddiema kollha li qed jikkoperaw fi żmien fejn il-kumpanija waqfilha kompletament id-dħul tagħha. Jeħtieġ li naħdmu flimkien biex ma jintilfux impjiegi.
jista’ jkun l-abbuż?
Smajt diversi nies li kellmuni dwar l-għoli fil-prezzijiet ta’ diversi prodotti. Filwaqt li nifhem li ċerti prodotti jaf qed jiskarsaw fuq livell internazzjonali u allura jkun aktar diffiċli li wieħed jixtri u jimporta ċerti prodotti, nagħmilha ċara li mhu se nittoleraw l-ebda abbuż ġej minn fejn ġej f ’ċirkostanzi fejn il-poplu jeħtieġ aktar minn qatt qabel li jixtri ċerti prodotti essenzjali biex jgħix, jipprotegi jew jikkura ruħu. Għalhekk nappella sabiex hekk hemm abbuż jieqaf għaliex jekk le l-Gvern se jkun qed jintervjeni direttament bi prezzijiet fissi. Fl-istess ħin inħeġġeġ lil dawk kollha li jinnotaw xi Kien hemm min irrimarka abbuż sabiex jirrapportaw dan dwar iż-żidiet fil-prezzijiet mal-Awtorità għall-Kompetizkawża ta’ din is-sitwazzjoni, min-naħa tal-Gvern x’qed isir zjoni u l-Konsumatur fuq 2395 2000. biex ikun imminat kemm
16
05.04.2020
kullhadd.com
INĦARSU L-ĠID KOMUNI F’PERJODU STRAORDINARJU
Alex Agius Saliba Membru Parlamentari Ewropew
Fiż-żmien straordinarju li qed ngħixu fih qed naraw diversi sejħiet biex inkunu solidali ma’ xulxin u biex nipproteġu lilna nfusna u lil ħaddieħor billi nagħtu widen u nobdu dak li qed jgħidulna l-awtoritajiet tas-saħħa u l-Gvern. Huwa importanti li nifhmu li dan huwa żmien differenti għaliex forsi fejn f ’ċirkostanzi normali naħsbu aktar fina u fil-familja tagħna, f ’dan il-perjodu għandna obbligu speċjali lejna nfusna, lejn xulxin u lejn is-soċjetà
b’mod ġenerali. Meta ngħid dan però m’iniex qiegħed nirreferi biss għall-obbligu li nibżgħu għas-saħħa pubblika billi noqogħdu ġewwa u nillimitaw il-kuntatt fiżiku – dak huwa importanti ferm u għandna naraw li nagħmlu hekk ħalli noħorġu minn din il-pandemija malajr kemm jista’ jkun. Però dak mhux l-unika punt t’importanza. Qiegħed nirreferi wkoll għall-obbligu u r-responsabbiltà kollettiva li għandna lejn is-soċjetà u fl-aħħar mill-aħħar lejn il-ġid komuni. Wara li fil-bidu tal-imxija tal-Coronavirus tkellimt fuq iż-żieda sproporzjonata fuq prodotti sanitarji bħal sanitizers, maskri u lbies protettiv ieħor, din il-ġimgħa żvelajt ukoll kif matul dawn l-aħħar ġimgħat, sfortunatament kellna negozjanti li raw kif għamlu biex jieħdu vantaġġ u jkomplu jikkapitalizzaw fuq il-biża’ tan-nies. Distributuri u bejjiegħa ta’ prodotti essenzjali bħal ikel u prodotti sanitarji
sabu x-xoqqa f ’moxtha biex jgħollu l-prezzijiet b’mod drastiku u bl-aktar mod lampanti, bi skuża li żdiedet id-domanda jew li naqset il-provvista li qed tiġi minn barra minn Malta. Uħud minnhom saħansitra għollew prodotti tal-ikel li għadhom qed jiġu prodotti ġewwa l-Gżejjer Maltin mingħajr l-ebda interruzzjoni. Dan huwa għaġir totalment irresponsabbli u inaċċettabbli – mhux ġust li jkollok negozjanti qarrieqa li bi skuża ta’ sitwazzjoni straordinarja bħal din qed jimlew moħħ in-nies u jbeżżgħu bi problemi li ma jeżistux, u aktar u aktar mhux ġust il-fatt li l-prodotti għolew fl-aktar żmien fejn kulħadd qiegħed jagħmel is-sagrifiċċji u f ’perjodu fejn ma żdiedu l-ebda spejjeż marbuta mal-manifattura. Għandna diversi familji li minħabba din is-sitwazzjoni kerha li waqgħet fuq id-dinja marru ħażin fin-negozju tagħhom jew spiċċaw jaħdmu anqas sigħat u għaldaqstant,
ser ikollhom anqas dħul. Dan ma jirriżultax li huwa l-każ għad-distributuri u n-negozjanti, speċjalment meta wieħed jikkunsidra li bħalissa qiegħed jinxtara ħafna aktar ikel u l-prodotti sanitarji żgur li ma waqfux jinxtraw. Minkejja li l-Gvern intervjena u qed jagħti ħafna għajnuna bla preċedent lil eluf ta’ ħaddiema u negozji li ġew milquta, ma jfissirx li għandu jkun hawn min jabbuża u jiffanga, u jkompli jgħaffeġ fuq min diġà qed ibati. Kien għalhekk li din il-ġimgħa tkellimt fuq din il-kwistjoni u appellajt lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jagħtu kas ta’ dan l-abbuż u jfittxu jirrimedjaw din l-inġustizzja. Fuq livell Ewropew għalkemm m’hemmx eżempji passati ta’ sitwazzjonijiet simili li nistgħu nimxu fuqhom, tkellimt fuq il-bżonn li għal dan il-perjodu tingħata xi tip ta’ konċessjoni sabiex jiġu sospiżi l-limiti imposti mil-liġi tas-Suq Intern u għal perjodu definit
l-Istati Membri jkunu jistgħu jdaħħlu kontrolli jew restrizzjonijiet fuq il-prezzijiet għaliex bħalissa dawn il-miżuri huma bżonjużi. Nagħlaq billi nerġa’ ntenni l-bżonn li nieħdu ħsieb il-ġid komuni f ’dawn iż-żminijiet u nagħmlu sforz kollettiv biex noħorġu minn din il-pandemija mill-aktar fis. Min-naħa tiegħi, forsi bħalma wieħed seta’ jsegwi matul dawn l-aħħar jiem, minkejja li l-laqgħat uffiċjali fuq livell ta’ Parlament Ewropew naqsu drastikament u kważi waqfu minħabba din il-pandemija, il-ħidma tiegħi kompliet bis-sħiħ minn Malta. Filwaqt li niskuża ruħi mal-pubbliku li kelli nwaqqaf il-kuntatt dirett mill-uffiċini tiegħi u permezz tal-bosta żjarat oħra li f ’ċirkostanzi normali nagħmel ta’ kull ġimgħa, nixtieq infakkar li hemm mezzi oħra kif wieħed jista’ jikkomunika miegħi f ’dan il-perjodu u nwiegħed li ser inkompli nkun qrib tagħkom u nżomm kuntatt regolari.
17
05.04.2020
kullhadd.com
NIĠBDU Mi d -Dj a rj u t a ’ ĦABEL WIEĦED Nazju n-Nazzjonalist
Catherine Fenech Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL
Iż-żminijiet straordinarji li qed ngħixu tibda taħseb li qed tgħix f ’ħolma. Qisu donnu kollox wieqaf, l-attività ġiet sospiża, id-dinja waqfet iddur. Il-virus COVID-19 irnexxielu jħarbat id-dinja u l-ħajja tagħna lkoll. Kemm nibżgħu li gwerer dinjija jistgħu jkissru kulma nbena globalment, kellu jkun virus li waħdu għamel dan mingħajr ma ntefgħet bomba waħda. Diżgrazzjatament però nqis dan il-virus bħala gwerra, gwerra bijoloġika, gwerra wisq aktar perikoluża minn dik bil-bombi u l-kanuni. Virus maħluq mill-bniedem stess huwa ferm perikoluż u ta’ nkwiet. Il-bniedem jivvinta mard biex iħarbat il-ħajja fid-dinja u agħar minn hekk biex jaħsad il-ħajjiet. Virus bħal dan kapaċi jintuża bħala arma massiva biex jeqred il-ħajjiet, biex iħarbat l-ekonomiji tal-pajjiżi fid-dinja, joħloq kaos, inċertezza u ansjetà, mingħajr ma jintefaq ċenteżmu f ’armamenti. Konvinta li l-ħajja wara dan il-virus mhix se tibqa’ l-istess. Il-biża’ li mhux fil-bogħod jiġi vvintat virus ieħor aktar b’saħħtu mhix biss suppożizzjoni li għaddejja minn moħħi biss. Sitwazzjoni bħal dik preżenti hija reality check għalina lkoll biex nirrealizzaw kemm fl-aħħar mill-aħħar il-protezzjoni ta’ dawk ta’ madwarna hija l-aktar ħaġa li għandha tkun importanti. Hija sitwazzjoni wkoll li ġġibek konxja ta’ kemm hu importanti li terfa’ u ssorr għal meta tiġi bżonn. Is-sistema ta’ ngawdu issa kulma għandna u anki dak li m’għandniex, imbagħad għada naraw, hija idea ħażina ħafna. Sitwazzjonijiet bħal dik preżenti ġġib lill-pajjiżi konxji ta’ kemm irid ikollok l-għaqal sabiex taħseb għal ġranet u żminijiet ta’ sfidi u ta’ maltemp. Kemm hu għaqli li l-Gvern attwali bena ekonomija b’saħħitha u soda li jista’ jilqa’ tajjeb għal dan il-maltemp. Ovvja li se nbatu, ovvja li kulħadd se jkollu jagħmel sagrifiċċji. Imma kemm aktar kienet tkun diffiċli li kieku l-Gvern ma ħoloqx din il-cushion ekonomika li tagħti serħan il-moħħ li nistgħu bil-kalma nwieżnu il-poplu, l-industriji, bla eżitazzjoni niffinanzjaw apparat mediku bżonjuż sabiex nikkumbattu din il-pandemija bl-aħjar mod possibbli u nsalvaw l-impjiegi, imma aktar minn hekk insalvaw il-ħajjiet. Mhux ta’ b’xejn
li dan kollu ġie nnutat mill-WHO stess, fejn din l-organizzazzjoni li taqa’ taħt il-kappa tal-Ġnus Magħquda tat rikonoxxenza u ċertifikat lil pajjiżna u għamlet minn Malta eżempju ta’ kif għandha tiġi missielta t-taqbida kontra dan il-virus qerriedi. Id-dispjaċir huwa li l-Oppożizzjoni donnha li flok tiġbed l-istess ħabel, aktar medhija biex tikkritika u tipprova tieħu xi kapital politiku fuq sitwazzjoni traġika bħal din. Hija tassew surreali li esponenti Nazzjonalisti jridu jagħtu l-pariri ta’ x’għandu jsir biex l-ekonomija ma taqtax lura, meta dawn l-istess persuni f ’sitwazzjoni ta’ riċessjoni ekonomika kulma offrew lill-poplu kienu ħames bozoz u kontijiet ogħla tal-dawl u l-ilma biex xorta daħħluna fl-Excessive Deficit Procedure. Hija tassew ħasra wkoll li persuni li jriduha ta’ ġurnalisti gwappi, kapaċi joffendu l-intelliġenza tal-poplu u jmorru fuq il-midja soċjali jiktbu ħrejjef fuq l-għalliema u t-tagħlim online li qed isir u li qed ikun effettiv. Lil hinn minn dan kollu, nappella sabiex ilkoll inkunu responsabbli, ma nkunux egoisti, nagħmlu s-sagrifiċċju mitlub u nibqgħu kemm jista’ jkun ġewwa ħalli nibżgħu għal uliedna u nibżgħu għall-anzjani tagħna u għall-persuni vulnerabbli. L-awtoritajiet qed jagħmlu l-parti tagħhom bil-kbir. Aħna rridu nagħmlu tagħna. Anzi l-parti tagħna hija l-aktar parti importanti. Nobdu u nirbħu flimkien. Dejjem inżommu f ’moħħna li din hi sitwazzjoni temporanja. Però xorta ma ninsewx lil min qiegħed ġewwa, bħall-anzjani tagħna. Hawn meżżi teknoloġiċi li tista’ żżomm kuntatt kull minuta magħhom. Żminijiet bħal dawn kapaċi faċilment joħolqu ansjetà u solitudni. Aħna lkoll irridu nkunu li nieħdu ħsieb lil xulxin u nżommu kumpanija lil xulxin bil-mezzi li toffrilna t-teknoloġija. M’hemmx skużi. Qalbi toħroġ għal pajjiżi ġirien tagħna li qed jaraw ħafna mwiet, nies imutu waħedhom mingħajr il-komfort tal-familjari, dfin tal-massa qisna qegħdin f ’ġenoċidju. Tal-biża’. Irridu nżommu dawn ix-xeni tal-waħx quddiem għajnejna sabiex inkunu dixxiplinati u ma ngħaddux minn dak li sfortunatament qed jgħaddu minnhom pajjiżi oħra. Anki b’rispett għal dawn ħutna li qed imutu, ukoll għandna nagħmlu sagrifiċċju u nibqgħu ġewwa, aħseb u ara għar-rispett lejn l-awtoritajiet tassaħħa tagħna, lejn il-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u taż-żamma tal-ordni, u lejn l-volontiera. B’mod partikolari lejn dawk li qed jagħmlu sagrifiċċji kbar u jpoġġu saħħithom f ’riskju għalina u b’rispett lejn ħutna lkoll Maltin u Għawdxin, l-għeżiez tagħna, u b’rispett lejna nfusna stess wara kollox. Iż-żmien tal-ħajja normali u tat-tgawdija jerġa’ jasal ukoll. Kemm idum biex jasal jiddependi minn kemm inkun dixxiplinati u responsabbli filpreżent.
Il-Ħamis, 28 ta’ Marzu Ma nafx jekk il-partiti tal-Oppożizzjoni f ’pajjiżi oħra humiex jagħmlu bħall-partit darba glorjuż tagħna u jagħtu konferenza tal-aħbarijiet, jum wara ieħor. Jekk le, nissuġġerilhom li jibdew jagħmlu bħalna għax hija tattika tajba. F’kull konferenza nikkritikaw lill-Gvern li mhux jagħmel biżżejjed u li kulma jagħmel, jagħmlu tard. Mhux biss. Inressqu numru ta’ proposti, ovvjament mhux costed għax teżorier m’għandniex, biex il-ġimgħa ta’ wara ngħidu li l-Gvern mhux iwettaq il-proposti tagħna, u jekk iwettaq xi waħda minnhom ngħidu li wettaqha tard. L-Ingliżi jsejħulha win win situation. Imma n-nanna Gerit, xi ħaġa bħal din, kienet issejħilha logħob bil-bżallu. Il-Ġimgħa, 27 ta’ Marzu Ma kontx nobsor li l-Viċi Kap Robert Arrigo huwa daqshekk intelliġenti, għalkemm jien, ta’ intelliġenti li jien, kien għaddhieli ħsieb minn moħħi meta kien ħabbar ir-riżenja tiegħu. Kont staqsejt għaliex ma rriżenjax immedjatament u ħalla sal-aħħar ta’ Marzu? U kont ftakart li l-għada kienet l-1 ta’ April, jum iċ-ċajt, għalkemm kont għedt li riżenja minn viċi kap ta’ partit, mhix ċajta. Imma hekk kien għax illum qalilna li reġa’ bdielu u mhux se jirriżenja. B’hekk biċ-ċajta tiegħu, neħħa minn fuq l-istonku tiegħu dak kollu li ried jgħid lil dawk li jiffurmaw il-grupp ta’ 17il eroj/traditur jew 17-il traditur/eroj, u għadda biż-żmien lil tal-Labour! Is-Sibt, 28 ta’ Marzu Kemm ħadt gost insegwi l-konferenza tal-aħbarijiet mogħtija mill-Kap Adrian Delia! Afli qiegħed jagħmel progress ma’ kull jum li jgħaddi, man! Il-ġurnalisti tagħhom qegħdin iqażżuha u jippruvaw ipoġġuh dahru mal-ħajt, imma mhuma jagħmlu xejn. Anzi llum uriehom li mhux minnhom biss ma jibżax, imma lanqas mill-Prim Ministru Robert Abela għax lill-ġurnalist tagħhom qallu biex jekk iridu, jagħmlu session, jew aħjar ngħid dibattitu, ta’ lanqas jien hekk fhimtu, fuq il-One, jiġifieri fuq l-istazzjon tagħhom. Ħalliha li llum mhux żmien id-dibattiti minħabba dan l-imniefaħ ta’ virus, imma jien żgur insegwih biex inqatta’ ftit ħin. Il-Ħadd, 29 ta’ Marzu L-aktar ħaġa li qiegħda ddejjaqni, minħabba li qiegħed ikolli nibqa’ msakkar hawn ġew, hija li ma nkunx naf x’inhu jingħad hemm barra. Inutli nċempel lil Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna għax dak qatt ma nġibha żewġ miegħu. L-uniku wieħed li nista’ nitkellem miegħu fuq dak li jagħmel u jgħid il-partit darba glorjuż
tagħna, huwa sieħbi tal-Istamperija. Illum ċempiltlu biex nara kif jaħsibha dwar l-istqarrija li ħareġ il-partit li fiha ntqal li l-Prim Ministru Robert Abela u Chris Fearne mhumiex jaħdmu id f ’id minħabba li kienu ż-żewġ kontestanti għall-ħatra ta’ mexxej tal-partit tagħhom. Lanqas ilħaqt staqsejtu li ma qallix li kienet ċuċata kbira. Jien ukoll hekk kont qed naħsibha. It-Tnejn, 30 ta’ Marzu Ma nafx, man, imma jkolli ngħid li din il-biċċa tal-Coronavirus aktar qiegħda ddgħajjifna milli saħħaħna bħala partit. Ma nafx jekk hux qiegħed taqbiżli magħluq hawn ġew, imma fil-fehma tiegħi qegħdin ngħidu wisq ħmerijiet, tant li l-Gvern tal-Labour bilkemm qiegħed jagħti kasna. Illum kont qiegħed insegwi l-Parlament u smajt lil Mario Demarco jgħid li l-Gvern għandu flus biżżejjed biex jilqa’ għall-isfida tal-virus. Għalija dan mhu xejn ħlief ċertifikat min-naħa tagħna li l-Gvern verament irnexxielu jġib il-finanzi tal-pajjiż fis-sod. Imbagħad smajt lill-Kap Adrian Delia jiftaħar li konna se nivvutaw favur li l-Gvern jissellef żewġ biljun ewro. Hekk imissna, ivvutajna kontra! It-Tlieta, 31 ta’ Marzu Addio parati, addio regatta! U le man, ma ngħidux addio għax skont ma kienet tgħid in-Nanna Gerit, ngħidu addio lil xi ħadd jew xi ħaġa, nagħmlu dan għax ma nkunux se narawhom aktar. Imma dan mhux il-każ. Jekk Alla jrid, bħal-lum sena, nerġġħu lura għaċ-ċelebrazzjonijiet normali u annwali. Insomma, mhux għax din il-festa hija xi waħda mill-favoriti tiegħi, imma l-paratai nieħu gost insegwihom. Xejn xejn kont nitla’ sal-Belt u wara li nsegwi l-parata kont immur nieħu grokk mal-ħbieb. Dis-sena ma stajtx nagħmilha, imma sena oħra nagħmilha għax konvint li jekk il-Bambin irid, kollox jgħaddi b’wiċċ il-ġid. L-Erbgħa, 1 ta’ April Is-soltu, bħal-lum, dejjem nibla’ xi ċajta, imma din is-sena mhux żmien iċ-ċajt, u ħadd ma ċċajta miegħi. Niftakar tliet snin ilu tgħidx kemm kont ħadt pjaċir meta kien ċempilli wieħed mill-Istamperija u qalli li fl-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika li kien għamel il-partit darba glorjuż tagħna, konna qegħdin ingawdu vantaġġ kbir. Kien biss xahar wara li Joseph Muscat kien sejjaħ elezzjoni bikrija u jien kont imlejt rasi li konna se nirbħuha fiċ-ċert, għalkemm meta bdiet il-kampanja elettorali u allura bdew isiru l-mass meetings, kont inħoss li l-attendenza ma kinitx qiegħda tkun bħal dik li kien ikollna fi żmien il-kbir Eddie.
18
05.04.2020
kullhadd.com
MIĊ-ĊELEL TA’ ŻMIEN L-INKWIŻIZZJONI Ir-regola bażika tas-sistema inkwiżitorjali kienet is-segretezza. Kemm l-Inkwiżituri kif ukoll il-ministri tagħhom kienu marbutin b’ġuramenti ibsin ta’ segretezza. Jekk xi ħadd jikser dawn il-ġuramenti kien jistenna skomunika li setgħu jaħfruha biss l-Inkwiżituri ewlenin tal-Kongregazzjoni Sagra ta’ Ruma. Ħaġa tassew meħtieġa fi żmien l-Inkwiżizzjoni kien ħabs ta’ ċerta sigurtà, fejn akkużat jinżamm iżolat minn kull kuntatt mad-dinja ta’ barra. Iżda din kienet problema prinċipali mattribunali tal-Inkwiżizzjoni kollha fl-Ewropa fil-perjodu modern bikri, inkluż f’Malta. F’din l-intervista tkellimt ma’ Kenneth Gambin, li għal żmien twil kien kuratur tal-Palazz tal-Inkwiżitur ta’ Heritage Malta. Minn CHARLES B. SPITERI
di Rieducazione f ’Ruma li b’xi mod resqu lejn l-ispeċifikazzjonijiet t’hawn fuq. Il-kumplaIċ-ċelel tal-ħabs tal-Inkwiżitur ment tal-ħabsijiet mal-Ewropa kienu problemi maġġuri fl-ist- kienu għadhom ferm ’il bogħod ess Palazz tal-Inkwiżitur fil-Bir- mit-tfassil teoretiku. gu sa mill-1574, meta beda jintuża bħala r-residenza uffiċjali Jiġifieri sa lejn tmiem is-seklu 16, il-Palazz tal-Inkwiżitur tal-Inkwiżitur innifsu. Dan ġara minħabba li meta kien għadu mhux meqjus nbena l-Palazz, ma kienx hemm bħala kumpless ta’ ħabs? l-intenzjoni li jintuża mill-Inkwiżizzjoni u għalhekk l-arkitettu- Kien hemm numru żgħir ta’ ra tiegħu ma ħasbitx għaċ-ċelel. ċelel, għalkemm kif għedtlek ilSkont periti magħrufa bħal post ma kienx mibni għal dak Leon Battista Alberti u Andrea l-iskop. Iżda billi ntuża bħala Palladio, ħabs kellu jinbena s-sede tal-Magna Curia Casf ’kuntest topografiku speċifiku tellania, jiġifieri l-Qorti Ċivili u sigur, imdawwar b’ħitan ħox- tal-Ordni ta’ San Ġwann, kienu nin u numru ta’ torrijiet tal-għas- qabdu xi kmamar u kkonvertesa. Anki l-bieb prinċipali kellu whom f ’ċelel. jkun b’saħħtu biex jilqa’ għal xi Lil min insibu bħala assalt tal-marmalja. l-ewwel Inkwiżitur f ’Malta, u mill-ewwel mar hemm? Dak iż-żmien, riedu jsiru wkoll ċelel separati: nisa u L-ewwel Inkwiżitur għal Malta rġiel? kien Mons. Pietro Dusina. Hu Mhux biss, iżda suppost riedu ġie fl-1574 u mill-ewwel ingħajsiru skont l-età tal-priġunieri, ta dak il-palazz li kien ilu vakat is-sess u l-kundizzjoni soċjali, tliet snin, sewwasew minn meta għalkemm qajla ngħata kas ta’ l-Ordni telqet mill-Birgu biex dawn is-suġġerimenti u osser- tokkupa l-belt il-ġdida, Valletta vazzjonijiet. B’hekk insibu li fl-1571. l-ewwel arkitettura distintiva ta’ ħabs b’din il-filosofija ma ra- U x’għamel dan l-ewwel jnihiex qabel is-seklu 18. Kienu Inkwiżitur biex tejjeb biss il-Carceri Nuove u l-Casa il-palazz? Kenneth, meta bdiet tinħass din il-problema f ’pajjiżna?
Fil-fatt, l-ewwel prijorità tiegħu kienet li jsewwi ċ-ċelel u jirranġa s-serraturi ta’ bosta bibien. Iżda dan ma kienx biżżejjed u numru ta’ kmamar fil-pjan terran u fl-ewwel sular inbidlu f ’ċelel ta’ emerġenza. Fir-realtà, it-tqassim tal-kmamar baqa’ kif kien u ma nbidlux f ’xi mudell sistematiku. Huma nbidlu f ’ċelel sempliċiment biex jekk jinqala’ l-bżonn ikun hemm l-ispazju. Il-kmamar kollha fil-pjan terran, li ammontaw għal sebgħa, kienu riservati għall-irġiel, waqt li n-nisa kellhom kamra waħda fis-sular ta’ fuq. Iżda dawn iċ-ċelel kienu biżżejjed għal nies b’xi akkuża? L-ewwel nett ma kienx hemm l-ispazju meħtieġ għall-priġunieri, waqt li l-kmamar kollha ma kellhomx il-faċilitajiet bażiċi biex iservu bħala ċelel. L-inadekwatezza kompleta ta’ tlieta miċ-ċelel fis-sular t’isfel toħroġ mill-fatt li kienu deskritti bħala ‘inabitabbli’ mill-ministri nfushom tat-tribunal, peress li ma kellhom dawl minn ebda tieqa. Apparti dan kollu, xi ċelel kienu umdużi, tant li l-ħadid tat-twieqi, is-serraturi fil-bibien tal-injam kif ukoll il-ħitan tal-ħabs urew li kienu jinħtieġu attenzjoni tul is-
snin, ħaġa li ma saritx. Allura l-problema laqqatha l-ewwel Inkwiżitur biss? Il-problema tan-nuqqas ta’ ċelel ma kinitx biss ta’ emerġenza fl-ewwel snin tat-tribunal f ’Malta. Kien biss lejn nofs is-seklu 17, wara bosta tibdil fl-istruttura minn numru ta’ Inkwiżituri, li parti mill-Palazz tal-Inkwiżitur infirdet b’suċċess mill-kumplament tal-bini, biex tkun tista’ tintuża speċifikament bħala kumpless ta’ ħabs. U meta seħħ dan? L-ewwel interventi saru fl-1605, meta l-Inkwiżitur Ettore Diotallevi ħass il-ħtieġa li jirranġa l-ħabs. Kien hu li ħa l-inizjattiva u informa b’dan lis-Sagra Kongregazzjoni wara li tlestew ix-xogħlijiet. Sar qbil għal din il-ħidma iżda kien mgħarraf li fil-futur, kull xogħol kellu jkun komunikat ma’ Ruma qabel ma jintefqu l-flus. Madankollu, instab li t-tiswijiet ma kienu sodisfaċenti xejn, għax sentejn wara, raġel kien kapaċi jħaffer ħofra fil-ħajt talħabs li tinfed mat-triq. Din ma għamilhiex biex jaħrab minn fejn kien, iżda biex setgħet tidħol mara ħdejh matul il-lejl.
Ladarba x-xogħol ma kienx adegwat x’ġara? Imbagħad insibu li fl-1610, l-Inkwiżitur Evangelista Carbonese kiteb lis-Sagra Kongregazzjoni fuq il-ħtieġa ta’ ċelel ġodda f ’post li kien aktar sigur u sigriet. Fil-prinċipju, Ruma qablet mal-pjani ta’ Carbonese, iżda qaltlu li kellu jsib il-flus meħtieġa hu stess biex jiffinanzja l-proġett li xtaq iwettaq. Imbagħad fl-1616, l-Inkwiżitur Fabio Della Lagonessa ppropona pjan ambizzjuż għall-ħabs. Talab u kiseb permess biex jixtri dar li kien hemm għall-bejgħ u li kienet tmiss mal-palazz. Fiha ried li jibni ħabs ġdid, iżda l-pjan tiegħu ma mmaterjalizzax ruħu. Ngħid sew li sa dak iż-żmien l-Inkwiżituri ma kellhomx ħabs u ċelel adekwati? Dażgur, u mhux hekk biss. Meta fl-1620 kien hawn l-Inkwiżitur Antonio Tornielli, ried li jirrestawra ċ-ċelel, li kienu fi stat ta’ abbandun totali. Iżda dejjem kien hemm l-istess problema: il-flus kienu neqsin. Apparentament ma seta’ jsir xejn, għax laħqet għaddiet sena qabel ma l-Inkwiżitur Paolo Torello ngħata l-permess li jsaħħaħ il-bibien u t-twieqi taċ-ċelel, għax
19
05.04.2020
kullhadd.com
2.8 b’2.3 metri, waqt li oħra hi ta’ 4.8 b’4.8 metri. F’nofshom inbniet bitħa b’bir, li kellu jitħaffer filblat. U biex jinqata’ kull ċans li l-priġunieri jitkellmu man-nies tat-triq, inbena ħajt ieħor fuq barra, biex almenu numru ta’ ċelel kienu maqtugħin totalment mid-dinja.
Skont periti magħrufa bħal Leon Battista Alberti u Andrea Palladio, ħabs kellu jinbena f’kuntest topografiku speċifiku u sigur, imdawwar b’ħitan ħoxnin u numru ta’ torrijiet tal-għassa. Anki l-bieb prinċipali kellu jkun b’saħħtu biex jilqa’ għal xi assalt tal-marmalja bil-kundizzjoni ħażina li ċ-ċelel kienu fihom wassal għall-ħarba ta’ erba’ priġunieri. Iżda l-insigurtà fil-ħabsijiet li sabu ma’ wiċċhom l-Inkwiżituri ma kinitx biss iċ-ċelel: kien hemm ukoll in-nuqqas ta’ spazju fihom. Minħabba li l-kmamar kienu ċkejknin? Ma kinux jistgħu jitqiegħdu bosta priġunieri. Pereżempju fl-1625, l-Inkwiżitur Onorato Visconti tatu rasu meta kellu jarresta 40 mara akkużati bil-magħmul u l-maġija s-sewda, peress li l-palazz ma kienx mgħammar biżżejjed biex iżommhom ilkoll maqfulin flimkien. B’hekk meta nistgħu ngħidu li mmaterjalizza xi ħaġa? Wieħed mill-aktar żviluppi importanti lejn il-ħolqien ta’ kumpless ta’ ħabs proprju, seħħ fissnin tal-1640, meta l-Inkwiżitur kien Gio. Batta Gori Pannellini, li xtara d-dar fuq il-lemin tal-palazz, li kienet għall-bejgħ. Minflokha bena seba’ ċelel, tlieta kbar li kellhom twieqi fil-għoli, iħarsu fuq it-triq, u erba’ ċelel iżgħar li jħarsu fuq il-ġnien, fuq in-naħa l-oħra tal-kuritur ċentrali. Fuq dan, l-Inkwiżitur bena l-kwartier privat tiegħu. X’kienet l-idea li t-twieqi jkunu fil-għoli sew? Huma saru tliet metri ’l fuq millart. Il-ħtieġa tagħhom kienet biss biex jidħol id-dawl kollu possibbli. Saru f ’dan l-għoli biex ma jippermettux lill-priġunieri jittawlu għat-triq u jparlaw man-nies li jkunu barra. Dawn iċ-ċelel kienu żieda neċessarja ferm għall-bini, peress li sa dakinhar iċ-ċelel kienu mferrxa mal-bini kollu u la kienu joffru spazju u lanqas sigurtà. L-aktar li kien kuntent bil-bini ta’ dawn iċ-ċelel kien l-Inkwiżitur Gori Pannellini nnifsu għax skont hu, “dawn iċ-ċelel kienu tant b’saħħithom li n-nies jitbeżżgħu għax jafu li mhux possibbli taħrab minnhom”.
B’dan it-tibdil kollu, il-ħabsijiet tal-Inkwiżitur ġew f ’tagħhom? Kien għadu ’l bogħod li jissolvew il-problemi kollha relatati mal-kumpless tal-ħabs fil-Palazz tal-Inkwiżitur. Iżda Messerano kien il-bniedem li pprovda bini b’kumpless ta’ ħabs li kien ħaqqu dan l-isem. Tant hu hekk li tul is-seklu 18 ma nsibu li saru ebda żviluppi maġġuri. It-tibdiliet li saru jistgħu jitqiesu bħala kożmetiċi aktar milli modifiċi strutturali, peress li l-ewwel qafas sar minn Gori Pannellini u aktar tard minn Giacinto Messarano.
Kienet ukoll l-intenzjoni tiegħu li fil-palazz ikun hemm aktar ċelel milli priġunieri. Saret differenza fiċ-ċelel infushom? Iva. Iċ-ċelel ‘sigrieti’ kienu maħsuba għal dawk li kellhom iservu sentenza ta’ ħabs, waqt li ċ-ċelel pubbliċi kienu jintużaw b’mod temporanju għal dawk f ’arrest preventiv u li jkunu jistennew li jgħaddu ġuri. Kull ċella kienet mgħammra b’fossa, għall-ħtiġiet sanitarji tal-priġunieri, mingħajr il-bżonn li jinħarġu miċ-ċella tagħhom. hu ħejja pjanta ta’ kif kellhom jinbnew iċ-ċelel, iżda Ruma ma Jista’ jingħad li bl-iżvilupp kellhiex finanzi għal dan l-iskop. kollu li sar, il-problemi Fil-fatt, fl-1672, Ferdinando kienu solvuti? Vassallo u Carlo Vella, prokuratur u kurrier rispettivament Il-kundizzjonijiet kritiċi tal-ħabs tas-Sant’Uffizzju, xehdu fuq kif kienu kumplessi u jfeġġu minn kien hemm żewġ taqsimiet ta’ żmien għal żmien, l-aktar fil-parti ħabsijiet. L-ewwel wieħed, mibl-qadima. Kien minħabba f ’hekk ni minn Gori Pannellini, kien li fl-1657, l-Inkwiżitur Giulio deskritt bħala b’saħħtu u sigur, Degli Oddi ngħata l-parir li jibni iżda t-taqsima l-oħra, magħrufa mill-ġdid il-ħabsijiet f ’post aktar bħala Talavera, għal sid id-dar adegwat, biex ikunu evitati żewġ li mingħandu sar ix-xiri tagħha, problemi li kienu qed iħabbtu kienu meqjusa bħala ‘kmamar’ wiċċhom magħhom l-Inkwiżituri minflok ċelel proprji. lokali. Barra minn dan qalu li l-ħiDawn kienu l-komunikazzjoni tan kienu maħdumin minn ġebla tal-priġunieri man-nies ta’ barra ordinarja Maltija, li hi antika u għax il-ħitan kienu dgħajfin wisq tagħmilha faċli ħafna li priġunier u l-livell ħażin tal-iġjene. jirnexxilu jaħrab u jillibera ruħu. Il-bini taċ-ċelel tkompla fi żmien l-Inkwiżitur Gerolamo Kemm kien minnu dan kollu? Casanate (1658-63) li kien ordnat jirrinova ċ-ċelel qabel ma Kien, għax il-qagħda kienet serjitfa’ fihom lil Sarah Cheevers u ja ferm. Tant, li meta Nicolò Katharine Evans, żewġ Britan- Antonio Testaferrata, impjegat niċi membri tas-soċjetà reliġjuża mal-Inkwiżizzjoni bħala assistent Quakers. Iżda apparentament, tad-depożitarju, sar jaf li Don is-sigurtà taċ-ċelel baqgħet dif- Antonio Muxi, qattiel ta’ ħuh ettuża, peress li Don Francesco Policarpo, tqiegħed fit-taqsima Greg irnexxielu jaħrab fl-1659. tal-ħabs magħrufa bħala Talavera, ippropona li kellu jkun trasMinħabba f ’hekk reġa’ sar ferit fil-ħabs sekulari tal-gvern. xi żvilupp fiċ-ċelel? Sena wara, iċ-ċelel tal-ħabs tant ma kinux joffru sigurtà, li Żvilupp notevoli għas-sigurtà l-Inkwiżitur Ranuccio Pallavicital-palazz, speċjalment kontra xi no kiseb permess minn Ruma opportunità ta’ ħarba miċ-ċelel biex ibiddel is-sentenzi tal-ħabs sar fl-1659. Finalment il-palazz f ’forom oħra ta’ kastig, li ma ġie iżolat mill-proprjetà privata. jkunux eħrex. Iżda minkejja dan kollu, fl-1664 Din il-ħaġa kienet tagħmel l-Inkwiżitur Galeazzo Marescotti sens għax insibu li Don Matteo xorta reġa’ lmenta fuq il-qagħda Barlotti u ċertu Carlo, ilsir ta’ ħażina fil-ħabsijiet. Saħansitra Federico Falzon, irnexxielhom
Wara dan, insibu xi tibdil ieħor?
jaħarbu mill-ħabsijiet fl-1675 u fl-1684 rispettivament. Jiġifieri ċ-ċelel, kemm damu f ’dan l-istat? Kollox baqa’ kif kien għal 25 sena. Fl-1698 l-Inkwiżitur Giacinto Messerano ppreżenta l-ilmenti tas-soltu fuq ħabs sigur u diċenti. Iċ-ċelel tant kienu f ’qagħda kritika, li l-priġunier Venezjan Pietro Liccini rnexxielu jħaffer il-ħitan u jaħrab minnhom tmien darbiet f ’inqas minn sena. Fl-aħħar, Ruma qablet li tivvota 600 skud għall-proġett. Inbnew 12-il ċella fuq xulxin, fuq tliet livelli, b’sistema ta’ drenaġġ imqabbda magħhom ilkoll biex jipprovdu l-faċilitajiet sanitarji għall-priġunieri fiċ-ċelel. Sitta mis-seba’ ċelel li għadhom jeżistu u li probabbilment inbnew minn Messerano fihom
Tibdil ieħor sar ftit wara li laħaq l-Inkwiżitur Giorgio Spinola (1703-06), li mmodifika parti mill-kumpless talħabs biex jissepara l-priġunieri tas-Sant’Uffizzju minn dawk tar-Reverenda Fabbrica. Dan ma setax isir qabel, peress li ċ-ċelel ippermettew biss għas-separazzjoni bejn priġunieri maskili u femminili, bla ma ħadu inkonsiderazzjoni minn liema tribunal intbagħtu l-ħabs. Dan kien jippreġudika s-segretezza tal-proċedura tal-Inkwiżizzjoni. Spinola kiseb permess mis-Suprema f ’Ruma biex jibdel ċella f ’kappella, għall-użu tal-priġunieri. Għaliha nefaq 132 scudi. Permezz ta’ din il-kappella, żdiedet is-sigurtà tal-ħabs, għax ma kienx hemm ħtieġa li l-ħabsin ikunu eskortati biex joħorġu mill-ħabs ħalli jisimgħu l-quddies. Jista’ jkun li din il-kappella kienet waħda miċ-ċelel quddiem il-kamra tat-tribunal, peress li fiha għadhom jidhru xi traċċi ta’ figuri sagri fuq il-ħitan.
Iċ-ċelel ‘sigrieti’ kienu maħsuba għal dawk li kellhom iservu sentenza ta’ ħabs, waqt li ċ-ċelel pubbliċi kienu jintużaw b’mod temporanju għal dawk f’arrest preventiv u li jkunu jistennew li jgħaddu ġuri. Kull ċella kienet mgħammra b’fossa, għall-ħtiġiet sanitarji tal-priġunieri, mingħajr il-bżonn li jinħarġu miċ-ċella tagħhom
20
05.04.2020
kullhadd.com
L-ISTORJA TAL-FESTA TAD-DULURI TA’ MARIJA SANTISSIMA kitba ta’ CLIFFORD GALEA
Magħrufa bħala l-Madonna tad-Duluri (bil-Latin: Beata Maria Virgo Perdolens), l-Omm tad-Duluri jew l-Omm Addolorata jew il-Madonna tal-Ħniena, u l-Madonna tas-Seba’ Duluri. Id-Duluri li nirreferu
għalihom huma dawk li għandhom x’jaqsmu mad-duluri tal-Verġni Marija f ’ħajjitha. Il-Mater Dolorosa, huwa wkoll suġġett ewlieni għall-arti Marjana fil-Knisja Kattolika. Is-Seba’ Duluri ta’ Marija hija
devozzjoni Kattolika Rumana popolari. Fix-xbihat reliġjużi komuni, il-Verġni Marija hija espressa b’niket u mbikkma, b’waħda jew sebat isjuf jinfdu lil qalbha. It-talb devozzjonali dwar is-seba’ duluri ta’ Marija
huwa bbażat fuq il-profezija ta’ Xmun li nsibu fil-Vanġeli. Eżempji komuni ta’ talb popolari relatat mad-Duluri huma dawk tar-ruzarju tas-Serviti ta’ Marija Addolorata jew il-kurunella tas-Seba’ Duluri u s-Se-
ba’ Ferħat ta’ Marija. Il-festa tad-Duluri tiġi ċċelebrata liturġikament kull 15 ta’ Settembru, filwaqt li l-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa, it-tifkira tad-Duluri tiġi osservata wkoll f ’xi pajjiżi Kattoliċi. Is-Seba’ Duluri huma ġrajjiet fil-ħajja tal-Beata Verġni Marija li huma minsuġa ma’ devozzjoni popolari u m’għandhomx jiġu konfużi mal-ħames Misteri tat-Tbatija tar-Rużarju. 1. Il-profezija ta’ Xmun. (Luqa 2: 34-35) 2. Il-ħarba lejn l-Eġittu. (Mattew 2: 13-23) 3. It-telfa ta’ Ġesù fit-tempju ta’ Ġerusalemm. (Luqa 2: 43–45) 4. Marija tiltaqa’ ma’ Ġesù fittriq tal-Kalvarju. 5. Il-Kurċifissjoni ta’ Ġesù fuq il-Muntanja tal-Kalvarju. (Mattew 27: 34–50, Mark 15: 23–37, Luqa 23: 33–46, Ġwanni 19: 18–30) 6. In-nifda ta’ Ġesù bil-lanza u l-inżul tiegħu mis-salib. (Ġwanni 19:34) 7. Id-difna ta’ Ġesù minn Ġużeppi ta’ Arimatija. (Mattew 27: 57–61, Mark 15: 43–47, Luqa 23: 50–53, Ġwanni 19: 40–42) Hija prattika komuni li jingħadu Missierna u seba’ Ave Marija għal kull misteru. Fl-1232, seba’ żgħażagħ fit-Toskana waqqfu ordni reliġjuż bl-isem tal-Ordni tas-Serviti (magħrufa wkoll bħala “Patrijiet Serviti” jew “l-Ordni tas-Servi ta’ Marija”). Ħames snin wara huma adottaw d-Duluri ta’ Marija, bħala d-devozzjoni prinċipali tal-ordni tagħhom. Matul is-sekli nsibu diversi devozzjonijiet oħra li huma marbuta ma’ meditazzjonijiet partikolari fuq id-Duluri ta’ Marija. Is-Serviti żviluppaw l-iktar tliet devozzjonijiet komuni lejn id-Duluri jiġifieri r-rużarju tas-Seba’ Duluri, l-iskapulari suwed tas-Seba’ Duluri ta’ Marija u
21
05.04.2020
kullhadd.com
Fix-xbihat reliġjużi komuni, il-Verġni Marija hija espressa b’niket u mbikkma, b’waħda jew sebat isjuf jinfdu lil qalbha. It-talb devozzjonali dwar is-seba’ duluri ta’ Marija huwa bbażat fuq il-profezija ta’ Xmun li nsibu fil-Vanġeli n-Novena lejn Ommna Addolorata. L-iskapular iswed huwa simbolu wkoll tal-Fratellanza tad-Duluri, li hija assoċjata mal-Ordni Servita. L-iskapular iswed jinħtieġ li jkun magħmul minn drapp tas-suf iswed. Mis-santwarju nazzjonali ta’ San Peregrin fit-Toscana infirxet id-devozzjoni tan-novena tal-Addolorata, li f ’ħafna pajjiżi fosthom f ’Malta hija magħrufa bħala l-Via Matris. L-Insara Ortodossi u l-Kattoliċi tal-Lvant, fit-2 ta’ Frar, fil-jum meta niċċelebraw il-Preżentazzjoni tal-Mulej
fit-Tempju, jiċċelebraw festa magħrufa bħala “Il-Madonna li trattab il-qlub tal-ħziena” jew “Il-Madonna tal-Profezija ta’ Xmun “. Peress li kif naqraw fil-vanġelu, Xmun kien lissen il-kliem lill-Verġni Marija “xabla għad tinfidlek ir-ruħ tiegħek ...” (Luqa 2:35) fl-ikona Ortodossa tal-Madonna hija rrapreżentata b’idejha marbuta fit-talb, u b’seba t’isjuf jinfdu lil qalbha, indikattiv tas-seba’ duluri. Din hija waħda mill-ftit ikoni Ortodossi tat-Theotokos li ma jurux ukoll lit-tarbija Ġesù.
Fil-liturġija Ortodossa f ’dan iljum jintuża r-ritornell “Ifirħu, Omm imnikkta t’Alla u biddel id-duluri tagħna f ’ferħ li jtaffi l-qlub tal-ħżiena!” Il-Festa tad-Duluri kibret fil-popolarità mis-seklu 12, għalkemm taħt diversi titli. Xi kitbiet jirreferu għall-għeruq tagħha saħansitra fis-seklu 11, speċjalment fost il-patrijiet Benedittini. L-ewwel artal iddedikat lil Mater Dolorosa twaqqaf fl-1221 fil-monasteru taċ-Ċisterċensi f ’Schönau. Il-festa tad-Duluri oriġinat minn sinodu provinċjali li sar f ’Cologne fl-1423. Intgħażel il-jum tal-Ġimgħa wara t-tielet Ħadd wara l-Għid u l-festa kellha t-titlu ta’ Commemoratio angustiae et doloris B. Mariae. It-tifkira kienet tan-niket li ħasset Marija waqt it-tislib u l-mewt ta’ Kristu. Qabel is-seklu 16 din il-festa kienet illimitata għad-djoċesijiet tal-Ġermanja, l-Iskandinavja u l-Iskozja. Skond Fr. William Saunders, fl-1482, il-festa tpoġġiet uffiċjalment fil-Missal Ruman bit-titlu ta’ Madonna tal-Ħniena b’enfasi fuq l-imħabba kbira murija minn Omm il-Mulej fit-tbatija ma’ Binha. Il-kelma ‘kompassjoni’ (ħniena) ġejja mill-għeruq Latini ‘cum patior’ li tfisser “tbati ma’.” Wara l-1600 il-festa saret popolari fi Franza u bdiet tiġi ċċelebrata nhar il-Ġimgħa ta’ qabel Ħadd il-Palm bħalma għadna niċċelebrawha sal-lum f ’Malta. B’Digriet tat-22 ta’ April 1727, il-Papa Benedittu XIII estendieha għall-Knisja Latina kollha, bit-titlu “Septem dolorum B.M.V.” Fl-1954, il-Knisja kkonfermat din il-festa fil-bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa u xorta żammitha fil-grad ta’ tifkira maġġuri (ftit inqas mill-grad tal-festa liturġika f ’Settembru) fil-Kalendarju Ġenerali Ruman. Il-Kodiċi Liturġiċi tal-Papa Ġwanni XXIII fl-1960 naqqasha għal-livell ta’ tifkira. Fl-1668, festa separata tas-Seba’ Duluri ta’ Marija, bdiet tiġi ċċelebrata fit-tielet Ħadd ta’ Settembru, u ngħatat wara talba mis-Serviti ta’ Marija. Il-Papa Piju VII introduċieha fil-Kalendarju Ġenerali Ruman fl-1814. Fl-1913, il-Papa Piju X, fid-dawl tar-riforma tiegħu li tagħti preċedenza lillĦdud fuq il-festi ordinarji matul is-sena, ressaq din il-festa għall-ġurnata tal-15 ta’ Settembru, l-għada tal-Festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib u hekk għadha tiġi ċċelebrata sal-lum. Peress li hekk kien hemm żewġ festi bl-istess titlu, u f ’kull waħda kienet qed tiġi reċitata s-sekwenza magħru-
Il-festa tad-Duluri tiġi ċċelebrata liturġikament kull 15 ta’ Settembru, filwaqt li l-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa, it-tifkira tad-Duluri tiġi osservata wkoll f’xi pajjiżi Kattoliċi. Is-Seba’ Duluri huma ġrajjiet fil-ħajja tal-Beata Verġni Marija li huma minsuġa ma’ devozzjoni popolari u m’għandhomx jiġu konfużi mal-ħames Misteri tat-Tbatija tar-Rużarju
fa bħala Stabat Mater, iċ-ċelebrazzjoni tal-Ġimgħa tal-Passjoni tneħħiet mill-Kalendarju Ġenerali Ruman fl-1969 u tħalliet biss il-festa ta’ Settembru. L-eżistenza ta’ manifestazzjonijiet tradizzjonali ta’ devozzjoni pubblika, bħall-purċissjonijiet bil-vara tad-Duluri fil-jiem li jwasslu għall-Ġimgħa l-Kbira, wasslet biex iċ-ċele-
brazzjoni tat-tifkira tad-Duluri skont il-kalendarju antik, jiġifieri fil-Ġimgħa ta’ Ħadd ilPalm, tinżamm f ’xi kalendarji lokali bħal fil-każ ta’ Malta. Il-motu propju tal-Papa Benedittu XVI Summorum Pontificum awtorizza, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-użu ta’ din il-festa nhar il-Ġimgħa talħames ġimgħa tar-Randan.
22
05.04.2020
kullhadd.com
MARTHESE FENECH
IL-KOTBA HUMA OPRA TAL-ARTI MILL-ISBAĦ
Il-qari minn dejjem kien ta’ sodisfazzjon u għerf għal min għandu x-xorti li jaqra xi ktieb interessanti. Mill-qari wieħed faċilment jitgħallem affarijiet ġodda, jew jeduka lilu nnifsu, filwaqt li jkun qed imur f ’dinja oħra mingħajr l-ebda ċaqliq mill-kumdità ta’ daru. Dan l-aħħar sirt naf b’awtriċi, li għandha konnessjoni kbira ma’ Malta, iżda tgħix il-Kanada. Il-kitba tagħha msawra madwar Malta u Għawdex, u għalkemm tgħix tant ’il bogħod, ir-riċerka tagħha kellha ġġibha lura f ’pajjiżna qabel ma ppubblikat il-kotba tagħha. Qed nirreferi għall-awtriċi Marthese Fenech. Tgħix f ’raħal ftit ’il fuq minn Toronto, mar-raġel tagħha u l-kelb tar-razza Siberian Husky. Hija l-iżgħar waħda minn ħames aħwa. Għandha 40 sena, u l-kuntatt u l-imħabba li għandha lejn in-natura jġegħluha tħossha dejjem żagħżugħa. Minbarra l-kitba, fost l-aktar affarijiet li tħobb tagħmel hemm snowboarding, surfing, paddle boarding, yoga, kif ukoll tixxabbat mal-blat (rock-climbing) u scuba-diving. Tħobb ħafna timxi jew tigri barra flimkien mal-kelb tagħha. Dilettanta wkoll tal-fotografija, speċjalment fejn jidħlu ritratti ta’ veduti sbieħ, partikolarment ta’ nżul tax-xemx. Sa minn dejjem kienu jaffaxxinawha ħafna l-lingwi u l-istudju tagħhom. Hi u r-raġel tagħha jħobbu ħafna kull tip ta’ attività fil-miftuħ, ikun kif ikun it-temp, u flimkien iduru d-dinja jipprattikaw sports u mixjiet twal. Bħalissa qed titgħallem tirkeb l-iskateboard, sabiex ittejjeb il-kapaċitajiet tagħha fis-surfing. L-istorja ta’ Malta kapaċi tispiralek konverżazzjoni Minn meta twieldet sa meta kellha madwar 12-il sena, dejjem qattgħet kull sajf f ’Malta. Wara dik l-età, imbagħad bdiet tiġi kull sentejn jew tlieta. Ommha minn Birżebbuġa u missierha mill-Mosta. Għandha zijiet u kuġini miżżewġ irħula. Peress li l-ġenitu-
ri tagħha għandhom proprjetà f ’Birżebbuġa, joqogħdu dejjem hemm meta jiġu Malta u minn hemm għamlet ħbiberiji kbar ma’ nies mill-isbaħ. Minbarra r-relazzjoni sabiħa li għandha mal-familja u l-ħbieb Maltin, l-imħabba tagħha lejn l-istorja tgħaqqadha mal-gżira, għax għandha passat inkredibbli u affaxxinanti wisq. “L-istorja ta’ Malta kapaċi tispiralek konverżazzjoni. Niftakar darba waqt żjara ta’ riċerka fil-knisja ta’ San Lawrenz fil-Birgu, spiċċajt għamilt sigħat nitkellem mas-sagristan fuq l-Assedju l-Kbir. L-istorja qalbiena u kburija ta’ Malta tgħaqqadna lkoll,” stqarret miegħi. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala persuna fuq tagħha, ferriħija, mimlija enerġija u li ma tibżax tieħu riskji fil-ħajja. Tagħmel mezz li dejjem iġġib ruħha b’qalb tajba u kompassjoni f ’kull ċirkostanza tal-ħajja. Tara lilha nnifisha bħala bniedma kunfidenti, li taf xi trid u tagħmel kollox b’dedikazzjoni kbira. Għalkemm, Marthese ilha nieqsa minn Malta, tgħallmet titkellem bil-Malti qabel tgħallmet l-Ingliż. Il-ġenituri tagħha kienu u għadhom jitkellmu bil-Malti d-dar. Għen ukoll il-fatt li kienu jsiefru lejn Malta kważi kull sena, u kienet tqatta’ ħin barra mat-tfal l-oħra tattriq, u għalhekk il-Malti sar parti naturali minnha. Meta kellha madwar tliet snin, il-ġenituri kienu ħaduha Malta u kienet waqfet titkellem bl-Ingliż kompletament. Ħuha Dave tgħidx kemm kien jiggustaha meta kienet titolbu biex jixtrilha ġelat, bil-Malti. Illum il-ġurnata ma tantx jiġiha ċans biex titkellem bil-Malti, imma dejjem tieħu gost meta tiġiha l-opportunità titkellmu xi ftit. Bħala awtriċi, l-ewwel ktieb li qatt ippubblikat huwa Eight Pointed Cross, l-ewwel storja li tagħmel parti minn triloġija. It-tieni parti tal-istorja, Falcon’s Shadow, ser tiġi ppublikata għall-aħħar tar-rebbiegħa jew għall-bidu tas-sajf ta’ din is-sena. It-tielet ktieb tat-triloġija, li għad m’għandux titlu għalissa, għandu joħroġ fl-2021.
Għal dawk li tinteressahom l-istorja ta’ Malta, Eight Pointed Cross għandu storja li sseħħ 23 sena qabel l-Assedju l-Kbir tal1565 u l-qofol tal-istorja sseħħ waqt l-Assedju inqas magħruf li seħħ f ’Għawdex fl-1551. Ix-xewqa ta’ Marthese kienet li tpinġi stampa tal-avvenimenti li wasslu għall-Assedju tal-1565, biex turi kemm is-sitwazzjoni kienet ilha tbaqbaq sa minn sew qabel. “L-ostilità kontinwa bejn l-Imperu Ottoman u l-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann ikkawżat iċ-ċirkostanzi li wasslu għall-konfront leġġendarju li kien l-Assedju, hekk kif id-destin tal-personaġġi prinċipali fl-istorja ingħaqad wieħed malieħor. Pruvajt nagħmel mill-aħjar li stajt biex nagħti emozzjoni u dimensjoni xierqa kemm lill-eroj, kif ukoll lill-għedewwa fl-istorja. Lil hinn mill-kunflitt militari, il-karattri jkollhom iħabbtu wiċċhom mhux biss mal-għedewwa, iżda wkoll ma’ oppressjoni, korruzzjoni, inganni, tradimenti, mewt u diżastri. Is-salib bi tmien ponot huwa immaġini rikorrenti tul l-istorja kollha, kemm bħala
l-emblema tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, kif ukoll, ġojjel żgħir imdendel ma’ ġiżirana milbusa minn suldat tal-Ordni. Aktar minn sempliċement oġġett, is-salib isir simbolu ta’ temi ta’ familja, imħabba, telf, lealtà u poter,” bdiet tgħidli Marthese. Vjaġġat kważi f ’kull post li kitbet fuqu fl-istorja, sabiex tesperjenza fil-fond il-kultura u l-ambjent ta’ kull post uniku Kompliet tgħidli li r-riċerki li għamlet, u li għadha għaddejja bihom s’issa, involvewha fuq livell personali ħafna. “Vjaġġajt kważi f ’kull post li ktibt fuqu fl-istorja, sabiex nesperjenza fil-fond il-kultura u l-ambjent ta’ kull post uniku u differenti wieħed mill-ieħor. Ikkonsultajt ma’ storiċi f ’Malta, fit-Turkija, fil-Kanada u fl-Istati Uniti. Spiċċajt armajt librerija żgħira ta’ kotba dwar l-istorja u l-militar. Qrajt id-djarju tal-Assedju ta’ Balbi u sa anke sibt kopji ta’ ittri mibgħuta mis-Sultan Ottoman lill-Imperatur Charles V.” Sabiex il-kitba tagħha tkun
kitba ta’ RAMONA PORTELLI
u tinħass awtentika, marret titgħallem tispara bil-vleġġa u twaddab l-imnanar. Marret anke tispara varjetà ta’ armi, sabiex tkun taf kif wieħed iħoss l-iskoss li tagħtik arma tan-nar. “Meta kont Malta, qattajt tliet sigħat fuq is-sur ta’ Sant’Anġlu f ’ġurnata sħuna f ’Awwissu u ħadt nota ta’ kulma ħassejt, l-effett tal-għaraq li beda nieżel minn rasi sa saqajja sakemm kont hemm, sabiex nifhem filfond kif wieħed seta’ ħassu fuq dak l-istess ħajt waqt il-battalja. Minkejja li ma kontx liebsa armatura tqila u ma kien hemm ħadd jispara lejja, xorta spiċċajt ħadt xemxata u kelli nqatta’ xi ġranet nirkupra fis-sodda. Waqt li kont Istanbul, żort banju Tork tradizzjonali. Fi ftit kliem, għamilt mill-aħjar tiegħi biex mhux biss nitgħallem il-fatti u l-istorja fid-dettall, iżda anke kif setgħu jinħassu l-affarijiet – kull sensazzjoni, emozzjoni u esperjenza umana,” stqarret miegħi. Dwar kull karattru li tuża fl-istejjer tagħha, Marthese kkonfermat miegħi li tagħmel riċerka dettaljata sabiex tkun
23
05.04.2020
kullhadd.com
tista’ tiżviluppa stampa ċara tad-dehra, il-lingwaġġ talġisem, l-espressjonijiet tal-wiċċ u l-imġiba b’mod ġenerali. “Xi ftit mid-djalogu tal-persuna jittieħed mill-istorja. Ftit ieħor nivvintah jien, filwaqt li nibqa’ leali għat-tip ta’ kliem li dan seta’ qal fil-verità. Pereżempju, qatt ma kont ser nikteb dwar il-Granmastru La Vallette jissuġġerixxi li jmorru sat-taverna jixorbu u jiskru. Nista’ nsib ispirazzjoni minn xi għemil leġġendarju, bħal dak tal-kavallier Romegas u l-azzjonijniet tiegħu kontra l-flotta Ottomana, mingħajr ma kien jaħsibhom u b’kuraġġ kważi miġnun, jew Dr Ġużeppi Callus, patrijott Malti li prova jinnegozja biex il-poplu jkollu aktar drittijiet, jew minn sfumaturi aktar kwieti, bħas-Sultan Suleiman u l-poeżiji li kien jikteb lill-maħbuba tiegħu Roxelane.” L-ewwel ispirazzjoni ġietha 20 sena ilu waqt li kienet Malta Kompliet tgħid li oriġinarjament, l-ispirazzjoni l-ewwel ma ġietha xi 20 sena ilu waqt li kienet vaganza Malta. “Ħabibti ssuġġeritli mmorru nżuru l-Malta Experience. Minn hemm, il-mod kif tpenġa l-Assedju ħalla marka kbira fuqi, u kien f ’dak il-mument li kont naf akkost ta’ kollox li kelli nikteb storja dwar l-Assedju l-Kbir – ġrajja tal-għaġeb, dwar kif żgħir sottovalutat irnexxielu jegħleb lill-kbir… David u Gulija fis-seklu 16.” Ftit wara li kienet marret lura l-Kanada, bdiet il-ħidma tagħha fuq Eight Pointed Cross. “Intfajt b’ruħi u ġismi fir-riċerka, qattajt ħafna sigħat naqra, nagħmel kuntatt ma’ esperti u nieħu ħafna noti. Meta ħassejtni fiduċjuża biżżejjed li għandi bażi soda sew, bdejt nikteb. Għall-bidu bdejt nisforza li mqar nikteb żewġ paġni kuljum, anke jekk uħud kienu mbarazz. Imma kelli nżomm il-momentum. Ktibt u erġajt ktibt u ħassart u erġajt ktibt diversi abbozzi, qabbadt professjonisti jirranġawli xogħli, u komplejt nirrevedi. B’kollox dan il-proċess ħadli seba’ snin mill-bidu sat-tmiem. Sadanittant, ħdimt ma’ diversi aġenti sabiex insib min jippubblikahuli. Kien żmien iebes, li fih iżda tgħallimt ħafna dwar l-industrija. Sa fl-aħħar sibt dar għall-manuskritt tiegħi. Fl-2011, il-BDL ippubblikat il-ktieb tiegħi. Irċevejt il-kopja tiegħi mingħandhom ġurnata qabel it-tieġ - rigal mill-isbaħ,” tbissmet tgħidli. Aktar tard, qabdet taħdem fuq it-tieni ktieb lejn l-aħħar
tal-2012. Waqt li qed tikteb it-tieni parti, irriżulta ħafna aktar diffiċli milli kienet antiċipat. Fil-fatt kien qabadha writer’s block waqt li kienet tinsab temporanjament tgħix Singapore, u damet daqsxejn ma rkuprat. “F’daqqa waħda l-kliem beda ħiereġ waħdu, qbadt nikteb bla waqfien sakemm spiċċajt, li l-ktieb tant ġie twil, li l-unika triq li kienet tagħmel sens kienet li jinqasam fi tnejn u jiġi triloġija.” Staqsejtha, x’tippreferi jekk hux ktieb tradizzjonali jew diġitali, u fil-fatt stqarret miegħi li tqis ruħha bħala spirtu antik fejn jidħlu l-kotba. “Inħobb wisq dak li joffri ktieb tradizzjonali – ir-riħa tiegħu, il-mod kif jinħassu l-paġni tal-karti ma’ subgħajja, il-piż tal-ktieb innifsu u t-titlu mqabbeż fuq il-qoxra. Il-kotba huma opra tal-arti mill-isbaħ. Inħobb id-dehra ta’ ktieb ġdid fjamant, bl-istess mod kif inħobb wieħed qadim, immuffat u li ġie msellef u għadda minn taħt ħafna jdejn u nqara bosta drabi. Ktieb huwa wkoll ornament. Inħobb nurihom. Fl-istess ħin, nifhem il-konvenjenza ta’ ktieb diġitali. Qarrej akkanit jista’ jżomm eluf ta’ volumi ta’ kotba fuq biċċa apparat ċkejken; perfett biex tivvjaġġa bih fuq ferrovija jew karozza tal-linja.” Kienet tattendi skola privata f ’Malta, imma wara tlett ijiem kienet spiċċat imkeċċija Fuq nota kemxejn differenti, waqt li Marthese kienet għamlet xi żmien tgħix Malta, kienet tattendi skola privata, imma wara tlett ijiem kienet spiċċat imkeċċija. Fil-fatt stqarret miegħi li ma kienx l-aqwa mument għaliha. Ħallejt f ’idejha sabiex tirrakkonta aktar. “Kont studenta tajba. Meta kelli 12-il sena, ommi riedet tinżel lura Malta għal żmien twil, li minħabba f ’hekk kellha twaqqafni mill-iskola li kont fiha l-Kanada. Is-surmast ta l-permess lil ommi bil-kundizzjoni li nattendi skola Malta. Għall-bidu kont eċitata li ser nibda skola ġdida, u f ’Malta. Iżda fl-ewwel ġurnata, l-għalliema, soru, warrbitni għalija u ma ħallitnix nintegra mall-bqija tal-klassi. Tefgħetni f ’kantuniera waħdi, qaltli biex ma nitniffisx u injoratni. Bejn lezzjoni u oħra, għamilt ħbieb ma’ xi erba’ tfajliet oħra mill-klassi. Ġara li bħalma tagħmel kull tfajla, konna kultant ngħidu kelma u niddieħqu waqt il-lezzjoni. Din l-istess għalliema, li ħasbet li jien ma nifhimx bilMalti, qalet lill-klassi: “Titkellmux mal-Kanadiża għax dik
Ibqgħu kburin bil-kultura u bl-istorja affaxxinanti ta’ Malta. Il-Malti huwa poplu b’saħħtu, reżistenti iżda wkoll umoristiku u simpatiku
tifla mqarba.” U jien peress li fhimtha, irrispondejta bilMalti: “Le jien m’iniex imqarba, imma qed niddejjaq hawn.” U dak kollox, spiċċajt barra.” Fil-kitba, Marthese titlef kif ukoll issib lilha nnifisha. Filfatt stqarret miegħi li ftit hawn affarijiet li jagħmluha kuntenta fil-ħajja daqs meta tinseġ ilkliem flimkien biex toħroġ l-effett u l-emozzjoni li tkun trid twassal bil-kitba tagħha. “Jekk inħossni ferħana, nikteb. Jekk inħossni mdejqa, nikteb. Jekk inħossni rrabjata, nikteb – anke b’ħafna kliem ħażin u punti ta’
esklamazzjoni.” Għal dawk li jinteressahom il-ktieb - Eight Pointed Cross huwa disponibbli minn Malta mingħand ħafna ħwienet ewlenin tal-kotba. Il-verżjoni awdjo tal-ktieb, irrakkontata bil-vuċi tal-artist Simon Hester, hija disponibbli minn fuq is-siti ta’ Amazon, Audible u iTunes. Għal aktar informazzjoni żur is-sit www.marthesefenech. com Fl-aħħar nett, Marthese għaddiet messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Ibqgħu kburin bil-kultura u bl-istorja
affaxxinanti ta’ Malta. Il-Malti huwa poplu b’saħħtu, reżistenti iżda wkoll umoristiku u simpatiku. Aħna naqsmu wirt storiku nobbli ħafna, u nispera li jien, fiċ-ċokon tiegħi, nista nagħti unur lill-kultura u lill-istorja Maltija permezz tal-kotba tiegħi. Minkejja li ngħix il-Kanada, l-għeruq Maltin tiegħi mħawla fil-fond sew, u nemmen li ppermettewli l-viżjoni u l-esperjenza sabiex nipproduċi stejjer li jenfasizzaw l-ispirtu, is-saħħa, tenaċità, kif ukoll is-sens tal-umoriżmu tal-poplu Malti”.
24
05.04.2020
kullhadd.com
reċensjoni tal-ktieb
IT-TERRORIŻMU FL-EWROPA
Ir-rapport EU Terrorism Situation and Trend kien ippubblikat f ’Ġunju 2017, fis-sena ta’ qabel ma l-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea ffaċċjaw 142 każ ta’ terroriżmu, inkluż dawk it-tentattivi li għal raġuni jew oħra fallew. In-numru ta’ vittmi f ’dawn l-attakki kien ta’ 142, filwaqt li kien hemm 379 oħra li ndarbu. Il-pajjiżi milqutin minn dawn l-attakki kienu r-Renju Unit li kellu 76 attakk; Franza bi 23 attakk; l-Italja bi 17; Spanja 10; il-Greċja 6; il-Ġermanja 5; il-Belġju 4; u l-Olanda b’attakk wieħed. 40% ta’ dawn l-attakki saru bl-użu ta’ splussiv.
PUBLIC WOMEN
Dan il-ktieb jiġbed ritratti affaxxinanti ta’ xi nisa pubbliċi fid-dinjiet kulturali, reliġjużi, soċjali u ekonomiċi tagħhom. Ir-realtajiet tal-ħajja ta’ nisa bħal Catherina Mifsud ta’ immigranti, Battistina Sammut li żżewġet raġel ħażin, Ursula Gatt ma’ mara msawta, Rosa D’Arena li kienet mara b’ħafna kompiti, Maria Fioccari sabiħa, mara indulġenti u oħrajn, tiżvela l-qawwa tar-rieda biex tiġġieled mal-ġlidiet tal-ħajja u tirnexxi, propensità biex tkun ikkontrollat, id-determinazzjoni li tappoġġja lin-nisa fil-bżonn u tħeġġeġ biex jinvestu fil-knejjes, monasteri u fratellanzi fil-Belt Valletta u fittliet bliet. Il-prostituta f ’dan il-ktieb hija simbolu tan-nisa ta’ portata attiva, kuraġġ, karità, reżiljenza, ambizzjoni, teħid ta’ riskju u dehen tan-negozju. Din hija storja minn taħt il-ħajjiet, iż-żminijiet u l-inċertezzi ta’ xi nisa moderni bikrin fil-Belt Valletta li kienu prostituti u li l-istejjer tal-ħajja tagħhom juru li kienu nisa ta’ sustanza intraprenditorjali. Mistoqsija: Semmi pajjiż li safa milqut mill-attakk ta’ terroriżmu? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-kotba IT-TERRORIŻMU FL-EWROPA u PUBLIC WOMEN. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 12 ta’ April. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb IN-NATURA TIBKI huwa: A. VASSALLO - SAN ĠWANN
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
01
TIRBAĦ €100
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Minn fejn ġiet miġbura l-klassifika dwar l-aktar 100 kanzunetta mfittxijin mindu r-Renju Unit iddikjara lockdown?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
Rebbieħ: L. CALLUS - BIRKIRKARA
25
05.04.2020
kullhadd.com
L-ISTORJA TA’ BOBBY Kitba ta’ MARY CHETCUTI
Fl-1850 John Gray ħa d-deċiżjoni li jitlaq mill-kampanja, fejn kien jgħix u jaħdem bħala bidwi, u flimkien mal-familja jmur joqgħod f ’Edinburgu, l-Iskozja. Kien żmien diffiċli għal kulħadd. Mill-biedja qajla kien jaqla’ biżżejjed biex jitma’ lil uliedu u ttama li f ’belt kbira kienu jeżistu aktar opportunitajiet ta’ xogħol. Wara żmien jagħmel jumejn xogħol ’l hawn u jumejn xogħol ’l hinn, John Gray intebaħ li f ’Edinburgu ħadd ma kien interessat jimpjegah fuq l-esperjenza agrikola tiegħu. Madanakollu, kien jeħtieġlu jimpjega ruħu minnufih jekk ried jevita li martu u wliedu jispiċċaw ġo waħda minn dawk l-istituzzjonijiet tal-biża’ msejħa ‘workhouses’ li kienu jilqgħu fihom familji bla dħul finanzjarju u bla saqaf fuq rashom. Fl-aħħar mill-aħħar lil John Gray tbissmitlu x-xorti għax sab jaħdem bħala għassies ta’ billejl mal-Forzi tal-Pulizija ta’ Edinburgu. Ftit tas-snin wara John Gray beda jħoss li kien ikun aħjar kieku kellu xi ħadd biex iżommlu kumpanija waqt xogħolu tul l-iljieli xitwin u kesħin. Il-preferenza ta’ John Gray waqgħet fuq kelb ċkejken tar-razza Skye Terrier li semmieh Bobby. Bla dubju, Bobby ma kienx kelb tal-għassa imma tant inġibed lejn sidu li fl-ebda ħin ma kont tara lil John Gray mingħajr il-kumpanija tal-kelb fidil tiegħu. Kienu saru dehra familjari jterrqu fil-kwartieri antiki ta’ Edinburgu fil-kumpanija ta’ xulxin. Ħarġu fil-kesħa, fix-xita, fir-riħ u fis-sħana flimkien għax kien hemm ħbiberija sinċiera tgħaqqadhom. Maż-żmien ix-xogħol beda jagħmel tiegħu fuq saħħet John Gray; f ’mument minnhom ħassu ma jiflaħx u tabib tal-pulizija li eżaminah tah l-aħbar li kien qed ibati mill-marda (bla fejqan f ’dak iż-żmien) tat-tuberkulożi. John Gray ingħata l-ftit kura li kienet teżisti imma eventwalment il-marda rebħet fuq saħħtu u fil-15 ta’ Frar 1858 miet. L-għada ndifen fiċ-ċimiterju magħruf bħala Greyfriars Kirkyard. Bobby akkumpanja għall-aħħar darba lis-sid ħabib tiegħu, John, u wara d-difna ħadd u xejn ma seta jwarrbu minn ħdejn qabru. Il-ġardinar u għassies taċ-ċimiterju ipprova minn kollox biex igerrex lil Bobby minn ħdejn il-qabar ta’ John Gray imma kien kollu għalxejn; fl-aħħar tħassru u ħallieh joqgħod hemm ġew kemm ried. Dan ir-raġel ta’ qalb tajba saħansitra għamillu ftit xkejjer f ’rokna kennija viċin il-post tal-mistrieħ ta’ sidu biex għall-inqas ma jiksaħx matul il-lejl. Ma damitx ma bdiet tiġri l-kelma dwar
il-kelb ċkejken li ma riedx jiċċaqlaq minn maġenb il-qabar ta’ sidu u ta’ kuljum bdew jinġemgħu quddiem Greyfriars nies minnaħat kollha ta’ Edinburgu biex mal-isparatura tal-kanun mill-kastell li kienet tindika li saru s-siegħa ta’ waranofsinhar, jaraw lil Bobby joħroġ b’ġirja waħda miċ-ċimiterju għal ġol-Public House fejn ċertu William Dow kien inewwillu x’jiekol. Il-kelb kien jiekol l-ikel bil-ħatfa ħalli jiġri lura ħdejn sidu. Fl-1867, daħlet liġi li kull kelb domestiku ried ikollu liċenzja; jekk ma jsirx hekk l-annimal jinqatel. Il-Lord Provost ta’ Edinburgu, Sir William Chambers, iddeċieda li jħallas hu l-liċenzja ta’ Bobby u waqt ċerimonja żgħira libbsu kullar b’midaljun u skrizzjoni minquxa fuqu li kienet tgħid: “Greyfriars Bobby from the Lord Provost 1867 licensed.” Il-komunità kollha tal-belt kienet tħobbu lil Bobby u kulħadd kien jieħu ħsiebu b’xi mod jew ieħor. Bobby baqa’ jum wara l-ieħor jgħasses il-qabar ta’ sidu John Gray għal 14-il sena sħaħ sakemm hu wkoll xjaħ u miet fl-1872. In-nies li tant kienu jiggustawh f ’ħajtu ma ridux ibegħduh minn ħdejn sidu wara mewtu. Fil-fatt, Bobby indifen f ’rokna tal-istess ċimiterju ftit metri ’l bogħod minn John Gray. Sena wara, il-President tal-RSPCA, il-Barunessa Angela Georgina Burdett-Coutts, semgħet bl-istorja ta’ Bobby meta kienet qed iżżur l-Iskozja u tant ħassitha kommossa li talbet permess mingħand il-kunsill ta’ Edinburgu sabiex tibni funtana għall-memorja ta’ dan il-kelb leali. Fil-fatt il-funtana bi statwa ta’ Bobby Il-ġardinar fuqha, li minnha tagħti ilma ġieri u għassies għall-bnedmin u għall-klitaċ-ċimiterju pprova eb tagħhom, minn kollox biex igerrex tqiegħdet quddiem Greyfrilil Bobby minn ħdejn ilars Kirkyard u qabar ta’ John Gray imma ġiet inawgurata f ’Novembkien kollu għalxejn; flru tal-1873. aħħar tħassru u ħallieh Fl-1981, id-Duka ta’ joqgħod hemm ġew Gloucester inawgura lapida fuq ilkemm ried post tad-dfin ta’ Bobby bi skrizzjoni ħelwa immens li tgħid: “Greyfriars Bobby – died 14th January 1872 aged 16 years. Let his loyalty and devotion be a lesson to us all.”
26
05.04.2020
kullhadd.com
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
05.04.2020
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 323
D. SANT - MELLIEĦA
Bi 3 Numri 078 090 102 118 225 226 245 285 298 323 352 354
385 454 466 554 847 852 888 911 951 987 B’4 Numri 0303
1004 1127 1159 1255 1331 1922 2037 3365 3710 4144 4498 4503 4540
5177 5481 6511 6514 7253 7456 7457 7601 7742 7752 7848 8034 8132
8225 8531 8745 8934 9585 9597 9749 B’5 Numri 10234 22776 37415 39422
54121 71007 B’6 Numri 144697 179037 551472 822778 Bi 8 Numri 17558239 64178615
Mimdudin: 1. Riħa ta’ ...... (5) 4. Dover (4) 7. Brigette Bardot (1,1) 9,21W. Iħit l-ilbiesi (6) 10. Jiżbogħ? (6) 12. Magħruf għal-lampa (6) 16. Joqgħod ħdejna (3) 18. Lemaħ (2) 19. Ara 3
20. 21. 23. 24.
Nagħmluh matte u l-kafè (5) Ara 5 Ħuta (4) Tost (5)
Weqfin: 1. Inkallat (6) 2,22. Raħal (6) 3,19. Għaqqad? (6) 5,21M. Kontra ħaj (6) 6,12W . Apparat
tat-tkixxif ? (5) 8. Qisha bandiera (9) 11 u 15. Warrbet (8) 12. Ara 6 13. Ilmaħ (3) 14. Niksaħ? (6) 15. Ara 11 17. Sezzjoni tal-Pulizija (1,1,1) 21. Ara 9 22. Ara 2
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Kotra, 4.Mewt, 7,16.Milwi, 9.Tar, 10.Intopp, 12.Pudini, 18,23.Edukat, 20.Tfejt, 21.Inn, 23.Ifhem
Weqfin: 1,21W. Kattoliku, 2,3,11.Tiramisu, 5.Eko, 6.Top, 8.Inċidenti, 12,22. Pinta, 13,19.Deffun, 14.Iftħuh, 15.Anthem, 17.Win
28
05.04.2020
kullhadd.com
IS-SAGRIFIĊĊJI TAL-LUM, IL-ĦLASIJIET T’GĦADA Editorjal
Kif qal il-Prim Ministru, wara l-jasar u r-restrizzjonijiet li qed iġib fuqna bħalissa l-COVID-19 nistgħu noħorġu iżjed b’saħħitna minn qabel.
Għal min jemmen li l-ħajja hi ċiklu u xi drabi ddur dawra sħiħa tant li terġa’ tasal fil-punt minn fejn bdiet, jiġu żminijiet li jqanqlu l-memorji ta’ sitwazzjonijiet simili ħafna. Qisha xi déjà vu, avolja forsi f ’ċirkostanzi differenti. Min xtarr il-messaġġ tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela fil-bidu ta’ din il-ġimgħa fl-okkażjoni tal-41 anniversarju mill-kisba tal-Ħelsien ma setax jekk mhux jaqbel perfettament ma’ dan. Dr Abela silet sew l-istorja u l-ġrajjiet li sawru dak l-avvanz ta’ ġensna fl-1979 u qabbilhom mażżminijiet li qed inħabbtu wiċċna magħhom illum. Żminijiet diffiċli t-tnejn li huma. U bħal dawk tassebgħinijiet, dawk tal-lum qed jitolbu minna numru ta’ sagrifiċċji. Kif qal il-Prim Ministru, iżda, wara l-jasar u r-restrizzjonijiet li qed iġib fuqna bħalissa l-COVID-19 nistgħu noħorġu iżjed b’saħħitna minn qabel. Eżatt kif ġara qabel, 41 sena ilu, meta wkoll konna ristretti fejn nistgħu nduru f ’artna stess u ma
stajna qatt nimirħu f ’industriji li jkunu ta’ benefiċċju ekonomiku, jekk mhux dawk relatati ma’ gwerer u armamenti jew provvisti għall-ħakkiema, il-31 ta’ Marzu tal-1979 fetħilna l-bibien beraħ biex nikbru kif kien jaqbel lilna. Anke jekk dak il-jum ta’ ħelsien għadu mhux stabbilit fiċ-ċirkostanzi attwali, nafu żgur li jrid jiġi u nafu li rridu naħdmu qatigħ ilkoll kemm aħna għalih biex ikollna l-inqas vittmi. Il-Prim Ministru li, bilkemm kien għadu daħal fiż-żarbun ilġdid tiegħu, li ma kellux jiffaċċja minnufih din is-sitwazzjoni diffiċli, nhar it-Tnejn fakkar lill-poplu kollu kif 41 sena ilu “missirijietna fehmu li pajjiżna kellu jitlaq jiġri ’l quddiem, meħlus mill-ktajjen li jassruh … fuq kollox, dak li nkiseb kien possibbli għax il-poplu Malti u Għawdxi emmen fih innifsu, u ma qatax qalbu.” Meta qabbel dan mal-istorja li qed niktbu llum, Dr Abela enfasizza li “dan hu l-ħelsien modern li bħalissa qed nissieltu għalih.
Il-ħelsien minn pandemija li malli niksbuh, inkunu nistgħu nkomplu nwettqu u noħolmu aktar għal pajjiżna. Rebħa li għad trid tiġi mfakkra bħala rebħa kbira ta’ poplu Malti u Għawdxi wieħed, magħqud u solidali.” Iċ-ċirkostanzi attwali faċilment jitqabblu wkoll ma’ dawk li għexna lkoll kemm aħna fi żminijiet mhux daqstant imbiegħda. Għax sal-2012 ukoll konna mtaqqlin b’mażżriet ta’ ineffiċjenzi, irresponsabbiltajiet u inkapaċitajiet amministrattivi. Dawn kienu jidhru l-iżjed fiddeċiżjonijiet żbaljati fuq skala nazzjonali, inkluż il-kontijiet li litteralment faqqru wieħed minn kull erbgħa tal-poplu. Flimkien u magħqudin, dakinhar ukoll għażilna li, wara tant sagrifiċċji, nibdlu d-direzzjoni u d-destin ta’ pajjiżna mal-ewwel okkażjoni li ġietna … u qatt ma ħarisna lura. Anzi għadna sal-lum ninjoraw u nirredikolaw lil kull min jittanta jbellagħhielna li “konna aħjar” sa seba’, tmien snin ilu.
Bi ftit ħsieb nagħrfu li l-isfidi, il-konsegwenzi u r-riżultat ta’ dawk iż-żminijiet mhumiex wisq ’il bogħod minn dawk li għandna quddiemna llum lanqas. Din il-ġimgħa l-Prim Ministru kellu wkoll raġun jargumenta li f ’mumenti bħal dawn il-poplu jagħraf jagħti prijorità lill-valuri tal-onestà, l-integrità, l-għożża tal-familja, l-irġulija u l-altruwiżmu. U la ż-żmien issa hu aktar disponibbli fuq idejna, jeħtieġ nużawh bil-għaqal u niskopru wkoll mill-ġdid anke lilna nfusna. B’hekk mid-deni kollu li jiċċirkondana issa nistgħu effettivament nieħdu kull ħlas xieraq għas-soċjetà tagħna meta jgħaddi kollox. Biex naslu s’hemm huma meħtieġa kemm il-kuraġġ taleroj li qed jiġġieldu din il-battalja minn fuq it-trunċieri kif ukoll ilperseveranza u l-kollaborazzjoni tal-bqija li qegħdin nintalbu sempliċement li nimxu marrakkomandazzjonijiet li jingħataw mill-awtoritajiet kompetenti.