IĊ-ĊELEBRAZZJONI LEJN IN-NORMALITÀ
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 5 ta’ Lulju, 2020
Ħarġa Nru 1,408
Ara paġni 14 u 15
Prezz €1
INAWGURAT IL-PONT FIL-BLATA L-BAJDA
Rapport f’paġna 6
TISĦIĦ U BIDLIET FLOK IIP
Tkompli f’paġna 4
Programm ġdid ta’ residenza b’investiment eċċezzjonali, minflok il-proċess kif nafuh illum Il-Gvern qed iressaq emendi biex jilleġiżla tibdil li jtemm il-Programm ta’ Investiment Individwali (IIP), biex floku jkollna qafas aktar b’saħħtu għal din l-inizjattiva li fl-aħħar snin ipproduċiet €1.5 biljun flekonomija. Jirriżulta lill-KullĦadd li sSegretarju Parlamentari res ponsabbli Alex Muscat se jintroduċi regolamenti ġodda fejn investituri prospettivi jridu jikkontribwixxu permezz ta’ investiment eċċezzjonali.
FAMILJI U NEGOZJI JIBQGĦU F’QAGĦDA TAJBA ANKE F’MEJJU MIĊ-ĊIFRI TAL-BANK ĊENTRALI JIRRIŻULTA LI T-TFADDIL TAGĦHOM MAL-BANEK ŻDIED B’NOFS BILJUN EWRO FI TLIET XHUR … ERBA’ DARBIET IŻJED MILL-2012 KOLLHA F’DAQQA Ċifri maħruġa mill-Bank Ċentrali jindikaw li l-qagħda finanzjarja tal-familji u n-negozji f’pajjiżna baqgħet ferm tajba minkejja l-effett ekonomiku tal-pandemija. Fil-fatt, id-depożiti tal-familji mal-banek lokali laħqu s-somma rekord ta’ €13.7 biljun sa tmiem Mejju li għadda. Dan meta sa Frar – qabel bdiet l-imxija tal-Coronavirus f’pajjiżna – l-ammont ta’ depożiti kien ilaħħaq €13.2
biljun. Ifisser li fi tliet xhur il-familji faddlu nofs biljun ewro. Is-sena li għaddiet fl-istess xhur id-depożiti tal-familji kienu żdiedu b’€180 miljun, jew kważi tliet darbiet inqas. Minbarra hekk, jirriżulta li fi tliet xhur il-familji faddlu aktar milli kienu faddlu fl-aħħar sena sħiħa taħt Gvern Nazzjonalista. Meta mqabbel, it-tifdil kien erba’ darbiet aktar. Meta fl-2009 pajjiżna kien għaddej
minn reċessjoni, id-depożiti tal-familji mal-banek kienu naqsu bi €83 miljun fl-istess tliet xhur (Frar-Mejju). Dan juri kemm il-miżuri li ħa u għadu jieħu l-Gvern Laburista biex jilqa’ għall-effetti ekonomiċi tal-pandemija qed jissalvagwardjaw id-dħul tal-familji ferm aktar mill-miżuri ta’ awsterità li ħadet l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista. Tkompli f’paġna 4
02
05.07.2020
kullhadd.com
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 30°C L-Inqas Temperatura: 22°C L-Indiċi UV: 10 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ pressjoni għolja qed testendi minn fuq il-Gżejjer Baleariċi sa fuq iċ-ċentru tal-Mediterran. It-Temp: Ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ftit qawwi mill-Majjistral għallewwel, li jsir ħafif għal moderat millPunent Majjistru Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Qawwi li jsir moderat L-Imbatt: Baxx mill-Punent Majjistru It-Temperatura tal-Baħar: 22°C
Editur RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR
It-Tnejn
tel: (+356) 2568 2570
It-Tlieta
L-Erbgħa
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
29°C UV 11
23°C
Il-Ħamis
Indirizz Postali KullĦadd
30°C UV 11
21°C
Il-Ġimgħa
30°C UV 11
22°C
Is-Sibt
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
Sit Elettroniku KullĦadd
32°C UV 11
22°C
31°C UV 11
22°C
30°C UV 11
22°C
kullhadd.com
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Emerġenza COVID-19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202
Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Il-Belt Valletta – 21225785 Thomas’ Pharmacy, 796, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238018 St. George’s Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Ħal Qormi – 21443045 Herba Pharmacy, 183, Triq il-Kbira, Birkirkara – 21443406 St. Matthew’s Pharmacy, Triq ix-Xatt, Il-Gżira – 21311797 St. Julian’s Pharmacy, 24, Triq G. Borg Olivier, San Ġiljan – 21369426 Norman’s Pharmacy, 133, Triq il-Kbira, Tas-Sliema – 21332243 St. Joseph Pharmacy, 164, Triq Annibale Preca, Ħal Lija – 21414051 St. Albert Pharmacy, Triq l-Oratorju, Ħal Għargħur – 21413402 Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar – 21571764 Sonren Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien – 21672757 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 MC Pharmacy (Ex Cilia’s), 303, Triq Ħaż-Żabbar, Il-Fgura – 21801962 St. Philip Pharmacy, Triq iċ-Ċeppun, Ħal Għaxaq – 21808723 Prestige Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Ħal Kirkop – 21641328 Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Is-Siġġiewi – 21462957 Anici Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, L-Imtarfa – 21452833 Għawdex
L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000
Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Il-Fontana – 21566979 Pisani Pharmacy, Bini Ġdid, Triq Sannat, Ta’ Sannat – 21564447
L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888
Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
03
kullhadd.com
TITJIB KONTINWU LEJN MIRI TAL-2030 PAJJIŻNA KKLASSIFIKAT MAL-AQWA 40 PAJJIŻ LI QED JIMXU LEJN ŻVILUPP SOSTENIBBLI STABBILIT MILL-ĠNUS MAGĦQUDA
F’konferma oħra tat-titjib kontinwu li qed jirnexxilha tagħmel Malta lejn il-miri ta’ żvilupp sostenibbli li jridu jintlaħqu sa 10 snin oħra kif imfassla u stabbiliti mill-Ġnus Magħquda, rapport ieħor internazzjonali poġġiena mal-aqwa 40 fost 166 pajjiż. Il-Ministru Carmelo Abela, responsabbli għall-iżvilupp sostenibbli fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, irrimarka li filwaqt li hemm sinjali ta’ titjib kontinwu, hemm bżonn li jsir aktar xogħol biex jinkisbu l-għanijiet u l-miri tal-Aġenda 2030. Għal dan l-għan, id-Direttorat tal-Iżvilupp Sostenibbli qed jaħdem fuq għadd ta’ inizjattivi li l-iskop tagħhom huwa li jissimplifikaw il-prinċipji ta’ żvilupp sostenibbli fil-ħidma tal-Gvern b’mod ġenerali. L-SDG Index and Dashboards Report 2020, ippubblikat minn Bertelsmann Stiftung u min-Network ta’ Soluzzjonijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli klassi-
IL-KAŻI ATTIVI 12 BISS Waqt li lbieraħ reġa’ ma kellna l-ebda każ ġdid irrappurtat, jirriżulta li għall-ewwel darba mindu Malta rreġistrat l-ewwel każi ta’ pazjenti bil-COVID-19 fis-6 ta’ Marzu li għadda, ma hemm l-ebda persuna li qed tieħu l-kura fl-Isptar Mater Dei. Mill-aħħar bulettin mediku ppubblikat mill-uffiċċju tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika ħareġ li persuna oħra fieqet mill-infezzjoni biex issa l-għadd ta’ persuni li fadal jirkupraw ilaħħaq it-12. Minn dawn, sitt persuni qed jirkupraw fi djarhom stess, waqt li erbgħa jinsabu rikoverati fl-Isptar Boffa, persuna fl-Isptar Karin Grech u persuna l-Isptar St Thomas. Ingħad li fl-24 siegħa ta’ qabel kienu saru 987 swab test, għal total ta’ 99,126 test simili mill-bidu tal-pandemija lokali.
fikaw lil Malta fit-32 post minn fost 166 pajjiż, b’total ta’ 76 punt (0 tfisser l-agħar prestazzjoni u 100 tfisser l-aqwa). Din il-marka tikkonferma li mill-ġdid reġgħet ingħatat garanzija tal-impenn kontinwu tal-Gvern biex sal-2030 jinkisbu l-għanijiet u l-miri stabbiliti millĠnus Magħquda. Il-ġimgħa li għaddiet rapport mill-Kummissjoni Ewropea u mill-uffiċċju tal-istatistika Ewropew, il-Eurostat, indika b’mod ċar kif pajjiżna ra tnaqqis fl-għadd ta’ dawk li kienu qed ibatu t-tali faqar estrem fil-ħames snin bejn l-2013, l-ewwel sena ta’ Gvern Laburista, u l-2018. Kien hemm qabża ta’ 7% fil-popolazzjoni li ħarġu minn dan il-livell ta’ faqar. Ir-rapport qal li, waqt li fl-2013 kien hawn 10% tal-popolazzjoni f ’dan il-faqar estrem, ħames snin wara l-persentaġġ niżel għal 3%, anke jekk min-naħa l-oħra l-popolazzjoni baqgħet tikber
sena wara u oħra. Sorsi, li tkellmu mal-KullĦadd, indikaw li d-differenza fil-persentaġġi tikkwantifika għal titjib fil-ħajja ta’ madwar 25,000 u 28,000 persuna. Is-Sustainable Development in the European Union, li uża statistika miġbura għall-istess miri u indikaturi dwar żvilupp sostenibbli tal-Ġnus Magħquda u addattahom f ’kuntest Ewropew, saħaq li mill-2013 Malta għamlet avvanzi importanti fil-ġlieda kontra l-faqar, inkluż dak estrem. Aktar riċenti l-Eurostat kien ukoll indika kif pajjiżna għamel progess kbir fl-aħħar snin. Skont ċifri ppubblikati f ’Mejju ħareġ li r-rata ta’ dawk f ’sitwazzjoni ta’ ċaħda materjali severa naqas minn 8.5% fl-2015 għal 3.7% fl-2019. Dan ifisser li minn sitwazzjoni fejn Malta kellna rata ogħla mill-medja Ewropea, 6.4% fl-2015, issa għandna rata kważi nofs il-medja Ewropea, 5.6% fl2019. Dawn ir-riżultati u oħrajn
pożittivi, li wkoll ġew indikati fi stħarriġ ieħor simili lokali u internazzjonali, huma lkoll frott ta’ numru ta’ deċiżjonijiet u miżuri li ddaħħlu mill-amministrazzjoni Laburista mill-2013 lil hawn, inkluż it-tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, iż-żidiet ripetuti lill-pensjonanti u inċentivi biex aktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Bħala reazzjoni għal din l-aħħar evalwazzjoni ta’ SDG Index and Dashboards Report 2020, il-Ministru Abela tenna li Malta kompliet issaħħaħ ir-riżultati dwar il-faqar (SDG 1), l-edukazzjoni ta’ kwalità (SDG 4), l-enerġija affordabbli u nadifa (SDG 7), u xogħol diċenti u tkabbir ekonomiku (SDG 8), waqt li hemm titjib modest fil-każ tal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli l-oħra kollha, ħlief għal tnaqqis fl-inugwaljanza (SDG 10), konsum u produzzjoni responsabbli (SDG 12) u azzjoni favur il-klima (SDG 13).
05.07.2020
04
05.07.2020
kullhadd.com
FROTT L-GĦAJNUNA VASTA U EFFIKAĊI LI TA L-GVERN Tkompli minn paġna 1 Grazzi għall-pakkett ta’ għajnuna li qed jingħata mill-Gvern, inkluż il-vouchers ta’ €100 għal kull persuna ’l fuq minn 16-il sena biex jintefqu lokalment, jidher li l-qagħda tal-familji f ’pajjiżna se tibqa’ pożittiva anke fiż-żmien li ġej, fl-istess ħin li l-ħajja tagħhom terġa’ lura għal xi forma ta’ normalità. L-istess jista’ jingħad għan-negozji. Fil-fatt id-depożiti tan-negozji mal-banek laħqu s-somma ta’ €3.3 biljun. Dan hu €114il miljun aktar imqabbel ma’ tmiem Frar. Fl-istess xhur tal2009, meta pajjiżna kien affettwat minn waqgħa fid-domanda barranija ferm inqas minn dik ta’ bħalissa, id-depożiti tan-negozji kienu naqsu b’€49 miljun. Dan jikkonferma kemm il-pakkett ta’ għajnuna li qed jingħata issa hu ferm superjuri għal dak li kien ingħata 11-il sena ilu. Anzi, b’nuqqas ta’ appoġġ fl-2009, il-familji u n-negozji dak iżżmien kellhom iżidu d-dejn malbanek bi tkabbir ta’ €151 miljun bejn Frar u Mejju 2009. B’kuntrast ma’ dan, din is-sena d-djun mal-banek żdiedu bi €15-il miljun, jew 10 darbiet inqas. Dan hu frott il-moratorju fuq id-dejn li introduċa l-Gvern, miżura oħra bla preċedent, li qed terġa’ tiġi mġedda għal perjodu ta’ sitt xhur oħra anke għal min
Waqt il-preżentazzjoni tal-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika ta’ €900 miljun li saret mill-Prim Ministru, il-Ministru għall-Finanzi u l-Ministru għall-Ekonomija fil-bidu ta’ Ġunju kien għadu ma applikax fl-ewwel lok. Ta’ min ifakkar ukoll li d-djun li qed jinħarġu mill-banek issa għandhom garanzija mill-Gvern u huma prattikament mingħajr imgħax. Bil-maqlub, in-negozji li kellhom jissellfu fil-kriżi tal2009, spiċċaw jiffaċċjaw rata medja ta’ 5.5% imgħax.
Il-qagħda finanzjarja tal-familji u n-negozji mistennija tkompli titjieb fil-ġimgħat li ġejjin hekk kif ikompli jitgawda l-frott mill-miżuri mħabbrin filpjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika, bir-raġun imsejjaħ “Għada Aħjar”. Il-pakkett, it-tielet fis-sensiela fl-aħħar xhur, hu saħansitra ak-
tar ġeneruż mill-appoġġ li kien qed jingħata fl-eqqel tal-pandemija u li salva mal-100,000 impjieg f ’setturi l-iżjed milqutin ħażin. Dakinhar tad-9 ta’ Ġunju meta saret il-preżentazzjoni uffiċjali tal-pakkett mill-Prim Ministru Robert Abela, akkumpanjat mill-Ministri Edward Scicluna u Silvio Schembri, ingħad li l-pjan kien ibbbażat fuq tliet pilastri ewlenin – li jitnaqqsu l-ispejjeż għan-negozji u jagħtu aktar finanzjament; li tingħata spinta lid-domanda domestika; u li jingħata sostenn dirett lill-industrija, filwaqt li jiġi inċentivat ix-xogħol. “Fiż-żmien fejn kulħadd kien qed jaħseb li kien se jiddomina d-dlam, qegħdin naraw id-dawl. Dan il-pjan ta’ riġenerazzjoni li qegħdin inniedu llum hu pjan ta’ viżjoni, pjan ta’ direzzjoni li jinċentiva lil min jinvesti, lil min jonfoq – dan hu mument sabiħ għal pajjiżna. Għada verament se jkun aħjar,” kien iddikjara l-Prim Ministru. Hu kompla jgħid li, filwaqt li Malta rreġistrat suċċess sħiħ fil-qasam tas-saħħa, bl-istess mod il-Gvern qed jaħdem dwar l-ekonomija. Bil-Wage Supplement u d-differiment tat-taxxi, l-għan tal-Gvern Laburista kien li jiġu ppriservati l-impjiegi lokali, waqt li jsiru aktar reżiljenti. Miri li jidhru li qed jintlaħqu tajjeb ħafna, differenti minn għadd
ta’ pajjiżi oħrajn. Dakinhar li saret il-preżentazzjoni tal-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika, il-Prim Ministru ħabbar li l-Wage Supplement se jibqa’ kif inhu sa Settembru, fejn se tinżamm ir-rata ta’ benefiċċju ta’ €800 għall-full-timers u €500 għall-part-timers f ’oqsma involuti mal-akkomodazzjoni turistika, aġenziji tal-ivvjaġġar, skejjel tal-lingwi, organizzazzjoni ta’ avvenimenti u trasport bl-ajru. Għall-kumplament tan-negozji li se jibqgħu fuq Annex A, se jibdew jirċievu €600 u €375 għallpart-timers, filwaqt li se jkun hemm oħrajn li se jimxu minn Annex A għal Annex B. Minbarra hekk, tħabbret rifużjoni ta’ 50% tal-kontijiet taddawl lin-negozji għal tliet xhur (Lulju, Awwissu u Settembru), sa massimu ta’ €1,500 kull applikant, twarrbu €50 miljun għal spejjeż ta’ kirjiet sa massimu ta’ €2,500 lil kull negozju, waqt li l-prezzijiet tal-fuels traħħsu b’7ċ kull litru. Din l-akbar injezzjoni li qatt ingħatat minn Gvern Malti fl-istorja ta’ pajjiżna, ħasbet ukoll fil-koppji li kellhom jipposponu t-tiġijiet tagħhom minħabba l-pandemija u se jingħataw għaj nuna sa massimu ta’ €2,000, b’allokazzjoni sħiħa ta’ €2 miljun, titjib ulterjuri tal-in-work benefit b’aktar għotjiet lill-koppji li jaħdmu t-tnejn, single parents u koppji fejn jaħdem ġenitur wieħed biss, u suppliment speċjali ta’ €250 għal kull familja li tibbenefika mill-in-work benefit. Fost il-biżibilju ta’ benefiċċji li tħabbru, kumpaniji li jħaddmu inqas minn 50 ħaddiem se jkunu megħjuna b’allokazzjoni ta’ €5 miljun fil-programm eżistenti ta’ Skills Development Scheme biex iħarrġu iżjed lill-ħaddiema tagħhom. Se jingħataw ukoll lura l-ħlas tal-liċenzji kummerċjali li laħqu tħallsu għal din is-sena, miżura li se tagħti sostenn ta’ madwar €5 miljun oħra. Biex jikkonkludi dan il-pak kett, il-Gvern ħabbar investiment ta’ €400 miljun f ’faċilitajiet u infrastruttura industrijali, fosthom b’estensjoni tal-Life Sciences Park (€98 miljun), titjib infrastrutturali tal-Kordin Business Incubation Centre (€14-il miljun), riġenerazzjoni tal-eks miżbla tal-Marsa (€51 miljun) u l-ħolqien ta’ hub loġistiku ġdid (€110 miljun). Għalhekk, it-tali sostenn qawwi lin-negozji se jkompli jgħinhom jissaħħu fix-xhur li ġejjin.
05
05.07.2020
kullhadd.com
ROTOT ĠODDA FIS-SAJF Il-kumpanija Malta Public Transport se tibda topera l-iskeda tas-sajf mil-lum il-Ħadd fejn qed tintroduċi 436 vjaġġ ġdid fil-frekwenzi tar-rotot kollha matul il-ġimgħa, b’riżultat ta’ żieda fid-domanda. Minbarra hekk numru ta’ rotot se jiġu estiżi kif indikat biex ikopru bajjiet popolari għall-kumplament tal-istaġun tas-sajf: • Rotta 49 għall-Għadira se tibda tieqaf l-Armier; • Rotta 74 għaż-Żurrieq se tibda tieqaf ħdejn il-Blue Grotto; • Rotta 101 għaċ-Ċirkewwa se tibda tieqaf il-Ġnejna; • Rotta 109 għall-Baħrija se tibda tieqaf Lapsi. F’Għawdex, il-frekwenza ta’ Rotta 301 mir-Rabat għallImġarr se tiżdied biex taqbel ukoll mal-ħinijiet tal-vapuri tal-Gozo Channel, li diġà bdew jesperjenzaw ukoll żieda fil-passiġġieri. L-iskeda l-ġdida tal-Malta Public Transport hi wkoll disponibbli online permezz tas-sit elettroniku uffiċjali (publictransport.com.mt). Fi stqarrija, il-kumpanija wkoll ħabbret li matul il-ġranet li ġejjin se tkun qed taġġorna l-informazzjoni fuq kull waqfa tagħha madwar Malta u Għawdex.
AĠENZIJA BIEX TINDOKRA VITTMI TAL-KRIMINALITÀ Wegħedna li rridu npoġġu bħala prijorità l-vittmi tal-kriminalità u dawk qrib tagħhom, li ħafna drabi jinħass li dawn ikunu ntesew. Huwa għal dan il-għan ukoll li rridu nwaqqfu din l-aġenzija
Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri nhar il-Ġimgħa li għadda ħabbar li se titwaqqaf Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità hekk kif imħabbar fil-manifest elettorali Laburista. Wieħed mill-għanijiet ta’ din l-aġenzija hu li servizzi li diġà jkunu pprovduti minn entitajiet li jagħmlu parti minn dan il-Ministeru jingħaqdu taħt saqaf wieħed u iktar minn hekk jiżdiedu u jissaħħu. Bħala parti mit-tħejjijiet għat-twaqqif ta’ din l-aġenzija, saret sessjoni ta’ konsult-
azzjoni li laqqgħet flimkien numru ta’ stakeholders li jaħdmu f ’dan is-settur. Mill-professjonisti, għall-pulizija, uffiċjali tal-ħabs, tal-qorti, mis-servizz edukattiv u soċjali, ilkoll qalu tagħhom dwar x’għandu jitjieb. Il-Ministru Camilleri spjega kif ħafna drabi l-vittmi ma jkunux konxji ta’ x’inhuma l-proċeduri jew id-drittijiet tagħhom u jispiċċaw iħossuhom waħedhom anke meta ma jkunux. “Wegħedna li rridu npoġġu bħala prijorità l-vittmi tal-kriminalità u dawk qrib
tagħhom, li ħafna drabi jinħass li dawn ikunu ntesew. Huwa għal dan il-għan ukoll li rridu nwaqqfu din l-aġenzija, kif wara kollox wegħedna fil-manifest elettorali tal-aħħar elezzjoni ġenerali,” qal il-Ministru. Hu spjega wkoll kif din l-aġenzija trid taħdem fil-qrib mal-għaqdiet mhux governattivi u aġenziji oħrajn tal-Gvern li diġà joffru servizzi importanti. Il-Ministru Camilleri qal li, filwaqt li riċerka turi li l-Maltin iħossuhom siguri, anke l-minoranza li hi vittma tal-kriminalità trid tingħata widen. “Wieħed ma jistax isir vittma darbtejn,” tenna l-Ministru.
06
05.07.2020
kullhadd.com
MERAVILJA STRUTTURALI OĦRA TIFFAĊILITA L-AĊĊESS INAWGURAT IL-PONT FIL-BLATA L-BAJDA FI PROĠETT IEĦOR MULTIMILJUNARJU MMEXXI MINN INFRASTRUCTURE MALTA Il-pont ta’ 110 metri biswit il-Kappella tal-MUSEUM fil-Blata l-Bajda ġie inawgurat ilbieraħ filgħodu minn Infrastructure Malta wara investiment multimiljunarju ieħor f ’infrastruttura li se tagħmel l-aċċess eħfef għat-toroq ewlenin Triq San Ġużepp lejn il-Ħamrun u l-bidu ta’ Triq Diċembru Tlettax lejn il-Marsa, l-akkwati tal-Menqa u t-terminals tal-passiġġieri tal-baħar. Dan kien it-tielet proġett multimiljunarju inawgurat din is-sena mill-entità fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali li qed jiffaċilitaw il-mixi u s-sewqan bir-roti wara l-ftuħ ta’ rotta maqtugħa fit-triq minn Ħal Luqa għal Ħal Qormi u l-pont fi Triq l-Avjazzjoni bejn Ħal Luqa u l-Gudja. Wara li f ’Marzu li għadda tpoġġew l-aħħar żewġ strutturi tal-ħadid tal-pont pedonali fil-Blata l-Bajda, ilbieraħ il-Ministru Ian Borg inawgura din l-aħħar meravilja strutturali, li wkoll għandha l-faċilità ta’ lift ħdejn il-waqfa tal-karozzi tal-linja li jmorru lejn in-Nofsinhar tal-pajjiż. Preżenti wkoll kien hemm is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi u l-Ministru Josè Herrera. L-istruttura għandha rampi baxxi biex iċċiklisti u dawk li jivvjaġġaw bil-mixi jaqsmu minn Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun billi jgħaddu minn fuq il-karreġġjata tan-Nofsinhar ta’ Triq San Ġorġ Preca lejn in-naħa l-oħra tat-triq fil-Marsa. Għandha wkoll liftijiet u turġien biex ikun hemm aċċess komdu għal kulħadd, waqt li ġew eliminati l-pelican lights.
Infrastructure Malta qalet li l-periti tagħha ddisinjaw il-gverta tal-pont b’mod li din tgħaqqad iż-żewġ naħat tat-triq bl-aktar mod komdu, u bi ftit li xejn impatti mhux mixtieqa fuq is-siġar għoljin li hemm fl-inħawi u fuq il-pajsaġġ tal-ambjent mibni tal-madwar. Hekk kif il-pont jogħla u jdur, se joffri perspettiva mhux tas-soltu lil dawk li jkunu qed jaqsmu minn fuqu, hekk kif isibu lilhom infushom mexjin jew isuqu r-rota qalb il-friegħi għoljin tas-siġar kbar li hemm eżatt maġenb din l-istruttura ġdida. Il-kuntratturi ta’ Infrastructure Malta bdew jaħdmu l-gverta tal-ħadid ta’ 72 tunnellata għal dan il-pont fit-tieni nofs tal2019, ġewwa maħżen fil-Marsa. Fl-istess waqt, fis-sit tal-proġett il-ħaddiema bdew iħaffru toqob fondi għal 21 pilastru tal-konkos u l-azzar mgħaddsa diversi sulari taħt l-art bħala pedamenti għall-binjiet tal-pont. Ix-xogħol fuq dawn il-binjiet, fosthom rampi, turġien, kolonni u l-kmamar tal-liftijiet, beda aktar kmieni din is-sena. Fi Frar, il-kuntratturi ġarrew lejn is-sit talproġett il-ħames partijiet tal-ħadid tal-gverta, li jiżnu 16-il tunnellata l-waħda, biex għollewhom u waħħluhom f ’posthom fuq il-pilastri tal-konkos. Wara li ngħaqdet kollha f ’postha, il-ħaddiema mbagħad bdew jiksu l-wiċċ tal-gverta b’materjal magħmul minn injam u plastik riċiklati (u li jistgħu jerġgħu jiġu riċiklati) u li jservi fit-tul u jiflaħ għall-elementi. Fl-aħħar ġimgħat, installaw il-liftijiet, is-sistemi tad-dwal u ta’ monitoraġġ bil-cameras għas-sigurezza u s-sigurtà tal-pubbliku, waħħlu l-poġġamani u lestew it-tisbiħ tal-madwar bi tħawwil ta’ siġar u
pjanti. Aktar kmieni din is-sena Infrastructure Malta ħabbret pjanijiet biex tibni subway ġdida flok dik li hemm ħdejn Bieb il-Bombi fil-Furjana, ftit biss bogħod mill-pont ġdid tal-Blata l-Bajda, biex ittejjeb il-faċilitajiet għall-aċċess bejn l-erba’ waqfiet għall-karozzi tal-linja li hemm f ’din iż-żona u li huma fost l-aktar importanti fis-sistema tat-trasport pubbliku f ’Malta. Infrastructure Malta qed taħdem ukoll fuq pont pedonali ieħor li se jsir fi Triq Dom Mintoff, biex toħloq rotta aktar sigura għal dawk li jimxu u jivvjaġġaw bir-rota bejn il-kampus prinċipali talKulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST), iż-żoni residenzjali u industrijali f ’Kordin u l-qalba ta’ Raħal Ġdid. Fis-7 ta’ Ġunju li għadda, l-aġenzija inawgurat l-investiment ta’ €2.3 miljun fi struttura arkitettonika innovattiva biex toħloq konnessjoni maqtugħa għaliha mill-karozzi fuq il-ħames korsiji ta’ Vjal l-Avjazzjoni, tul waħda mill-iżjed rotot użati għall-ivvjaġġar lejn innaħa t’isfel ta’ Malta, kif ukoll ir-rotta ewlenija għall-Ajruport u l-Mini ta’ Ħal Kirkop. Dan il-pont se jiġi wkoll bejn żewġ proġetti oħrajn maġġuri ta’ Infrastructure Malta li fiż-żmien li ġej se jkunu qed jittrasformaw iż-żona tar-roundabout f ’Ħal Luqa u dik maġenb l-Ajruport.
07
05.07.2020
kullhadd.com
INIZJATTIVA TA’ SERĦAN IL-MOĦĦ GĦALL-EKONOMIJA MALTIJA Tkompli minn paġna 1 Minn tagħrif ippubblikat filGazzetta tal-Gvern joħroġ li se jkun hemm bidliet li jsaħħu l-proċess, anke jekk il-programm fl-aħħar snin kien meqjus bħala l-aktar wieħed serju u rigoruż li kien jeżisti fl-Unjoni Ewropea kollha u lil hinn minnha. Dan kollu se jkun qed jiġi amministrat minn aġenzija ġdida li se tinħoloq biex tamministra u tirregola b’aktar intensità l-attività relatata, li wkoll se tkompli tagħti enfasi partikolari lil persuni ta’ talent. Ta’ min isemmi li l-IIP ħalla medja ta’ €250 miljun kull sena fl-ekonomija lokali mindu beda jopera fl-2014 u bis-saħħa tiegħu twettqu u għadhom jitwettqu għadd ta’ inizjattivi u proġetti soċjali grazzi għall-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali (NSDF) li nħoloq apposta. Il-miljuni kollha li laħqu ġġemmgħu fih servew tajjeb ħafna wkoll biex Malta tkun tista’ tilqa’ għall-pandemija tal-COVID-19 u sussegwentement tibda ttaffi l-ġrieħi kkawżati. Bis-saħħa t’hekk mhux biss konna fost ilpajjiżi li sofrew l-inqas impatti, imma wkoll se nkunu ma’ dawk li jirkupraw l-ewwel. Minbarra hekk, fl-aħħar sitt snin, numru ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi u karitajiet gawdew minn €5 miljun f ’donazzjonijiet li jirriflettu parti mill-investimenti li kienu meħtieġa li jsiru fil-pajjiż, flimkien ma’ mijiet ta’ miljuni f ’xiri ta’ bonds u fissuq tal-proprjetà. Fi stħarriġ li sar fost il-poplu, permezz tal-kumpanija Sagalytics, minn fost 600 persuna intervistati, ħareġ li 62.7% jaqblu mal-programm u l-ġid li nħoloq minnu, waqt li 15.9% ma kinux ċerti. Kienu 21.5% li qalu li assolutament ma jaqblux mal-eżistenza tiegħu. Il-proċessi għal Naturalizzazzjoni għal Servizzi Eċċezzjonali b’Mertu u Natura lizzazzjoni b’Investiment Eċċezzjonali Dirett se jiġu amalgamati f ’leġiżlazzjoni waħda li se tkun magħrufa bħala Regolamenti għall-Għoti taċ-Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali. Dawk li se jkunu qed jagħmlu investiment dirett f ’Malta jistgħu japplikaw għal naturalizzazzjoni wara tliet snin, perjodu li jista’ jitnaqqas fejn l-investiment hu eċċezzjonalment għoli jew jirrelata ma’ suċċessi partikolari fl-oqsma tax-xjenzi, sports, riċerka jew kultura.
L-applikant innifsu li jitlob li jiġi naturalizzat Malti wara tliet snin irid jinvesti €600,000, flimkien ma’ €50,000 għal kull dipendenti tiegħu, waqt li applikanti li jiġu naturalizzati Maltin wara sena jridu jinvestu €750,000. Il-valur minimu ta’ proprjetà mixtrija se jirdoppja minn €350,000 għal €700,000. Għal dawk li jagħżlu li jikru proprjetà, il-minimu annwali se jiżdied minn €16,000 għal €18,000. Id-donazzjoni ta’ €10,000 lil organizzazzjonijiet mhux governattivi se ssir mandatorja, waqt li l-ħtieġa li jinżammu investimenti li jammontaw għal €150,000 se tkun qed titneħħa. Permezz tat-tibdil propost Malta se żżomm l-istess livelli internazzjonali għoljin, waqt li timplimenta fis-sistema aktar miżuri relatati mal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u ffinanzjar tat-terroriżmu. Se jkun introdott proċess ta’ assessjar għall-eliġibilità qabel resident li eventwalment ikun irid japplika għaċ-ċittadinanza, li jinkludi fih proċess rigoruż ta’ due diligence. L-ebda resident li ma jissodisfax il-kriterji t’eliġibilità mhu se jkun jista’ jipproċedi bl-applikazzjoni tiegħu għaċ-ċittadinanza. L-assessjar għall-eliġibilità se jitmexxa mill-aġenzija l-ġdida, li se tiskrutinizza kull sanzjonar internazzjonali jew miżuri oħrajn restrittivi permezz tas-sistemi disponibbli fl-Unjoni Ewropea jew l-Interpol. Ma’ dan, l-aġenzija se tkompli tikkopera mal-FIAU biex tassigura li pajjiżna jaderixxi b’mod sħiħ mal-livelli mitluba fil-liġijiet Ewropej. Fil-fatt, se ssir aktar enfasi biex jiġi vverifikat is-sors talflus tal-applikant, waqt li l-aġenti lokali liċenzjati se jitgħabbew b’iżjed responsabbiltajiet f ’dan ir-rigward, inkluż li jibqgħu jissorveljaw lill-klijenti tagħhom għall-ewwel ħames snin. Minbarra hekk, l-aġenti nfus hom ukoll se jiġu assessjati, waqt li se jiddaħħal proċess biex tiġi revokata jew sospiża l-liċenzja tagħhom f ’każ ta’ ksur tal-provedimenti jew regoli. L-aġenzija se jkollha wkoll l-awtorità li tibdel il-kundizzjonijiet tal-liċenzji, anke biex fl-iqsar ħin tkun tista’ taddatta ma’ regoli u standards internazzjonali. In-numru ta’ applikazzjonijiet li se jkunu approvati se jkun limitat għal 1,500, biex ikunu żgurati l-kwalità u l-eċċellenza. L-ismijiet ta’ kull min jikseb iċ-Ċittadinan-
Alex Muscat, Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet
za Maltija se jibqgħu jiġu ppubblikati sabiex tkun żgurata t-trasparenza. L-abbozz ta’ liġi ppubblikat jispeċifika wkoll li l-Prim Ministru, b’konsultazzjoni malKap tal-Oppożizzjoni, għandu jaħtar bħala Regolatur persuna li kellha l-kariga ta’ mħallef jew maġistrat, jew li kellha l-kariga ta’ Avukat Ġenerali, Avukat tal-Istat jew Segretarju Permanenti, jew li pprattika bħala avukat, awditur, accountant jew professjonist f ’Malta għal żmien ta’ mhux in-
qas m i n n 12-il sena għal finijiet tal-proċess tal-applikazzjoni għall-għotja taċ-ċittadinanza Maltija bin-naturalizzazzjoni permezz ta’ servizzi eċċezzjonali u l-Programm ta’ Investituri Individwali billi jiġbor u janalizza data u informazzjoni. Fiż-żmien meta r-Regulatur ma jkunx għadu maħtur, l-Om-
budsman attwali għandu jaġixxi ex officio minflok. Taħt il-funzjoni tal-istess Re golatur, se jkun hemm kumitat, magħruf bħala l-Kumitat ta’ Monitoraġġ, li xogħlu se jkun li jissorvelja l-ħidma tal-għoti taċ-ċittadinanza Maltija bin-naturalizzazzjoni permezz ta’ servizzi eċċezzjonali.
08
05.07.2020
kullhadd.com
IT-TIĠDID TAL-PL GĦAL GĦADA AKTAR B’SAĦĦTU Ikollok il-kuraġġ li tbiddel biex iżżomm pajjiż relevanti. F’għeluq il-100 sena mit-twelid tal-Partit Laburista flok qegħdin niċċelebraw, qegħdin inkomplu nbiddlu. Stajna qgħadna komdi niċċelebraw il-kisbiet. L-ikbar prijorità tal-lum hi dik li nkomplu niġġeddu
“Gvern b’saħħtu u Partit b’saħħtu. Kif iżżommha din issaħħa? Billi tibqa’ għaddej bilbidliet. Bidliet li żgur mhumiex l-aktar ħaġa komda li tista’ tagħmel. Il-komdu hu li tibqa’ kif tkun u tipprova ssib raġuni biex il-bidla ma tagħmilha qatt. Jekk ma tagħmilx il-bidliet tistaġna. Jekk ikollok il-kuraġġ li tagħmel il-bidliet, timxi ’l quddiem.” Dan qalu l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela f ’diskors waqt il-plenarja
tal-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista nhar il-Ħamis li għadda. Plenarja li fiha kien hemm qbil unanimu mid-delegati tal-Partit Laburista li jkun hemm bidla fl-Istatut fil-mod kif jiġi maħtur id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista. Il-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista mhux se tkun tista’ tiġi okkupata minn Membri Parlamentari. Minbarra hekk, min jokkupa din il-kariga mhux se jitħalla joħroġ għall-elezzjoni ġenerali sakemm ma jkunx ilu sentejn li spiċċa mill-istess kariga. F’botta indiretta għal kif kienet Malta sa seba’ snin ilu taħt Gvern Nazzjonalista, Dr Abela tenna li “jkollok il-kuraġġ li tbiddel biex iżżomm pajjiż relevanti. F’għeluq il100 sena mit-twelid tal-Partit Laburista flok qegħdin niċċelebraw, qegħdin inkomplu
nbiddlu. Stajna qgħadna komdi niċċelebraw il-kisbiet. L-ikbar prijorità tal-lum hi dik li nkomplu niġġeddu.” Il-Prim Ministru saħaq li kull meta ttieħdu d-deċiżjonijiet mill-Partit Laburista dejjem ħallew il-frott mixtieq. “Ħafna minnkom kontu protagonisti. Illum qed terġgħu tkunu protagonisti. Irridu nifhmu aħna xi rridu minn dan il-Partit,” kompla l-Mexxej Laburista, waqt li spjega li hu żgur jara Partit li jkun ta’ skrutinju fuq il-Gvern filwaqt li tinżamm distinzjoni ċara bejn it-tnejn. “Fuq kollox,” kompla Dr Abela, “il-Partit irid jibqa’ katalista tal-ideat. Il-membri jersqu bl-ideat tagħhom. Dak ifisser partit tan-nies. Qed inwasslu messaġġ ċar. Mhux innies jiġu għandna, aħna mmorru għand in-nies.” Robert Abela sostna kif iżżgħażagħ u n-nisa bil-parteċipazzjoni tagħhom iridu jkunu protagonisti fit-tmexxija. “Trid tinbidel illum qabel għada. Għada huwa tard.” Il-Prim Ministru rrefera wkoll għall-mudell ta’ suċċess li Gvern Laburista adotta flaħħar xhur. “Suċċess mill-aspett mediku fejn ma ħallejniex it-tbassir imexxina hu, imma konna aħna li ħadna l-pajjiż fid-di-
rezzjoni li ridnieh. Xhur fejn ħdimna bil-għaqal, imma konna nafu fejn irridu naslu. Kburi wkoll bil-mod kif mexxejna dan il-pajjiż f ’mument diffiċli. B’referenza għall-għadd ta’ miżuri adottati mill-Gvern fit-tisħiħ tas-saltna tad-dritt u li ġew approvati fuq livell Ewropew, il-Prim Ministru tenna li “ħriġna minn dan il-mument aktar magħqudin bħala poplu. Iċ-ċertifikat li ngħatajna mill-Kummissjoni Venezja hu wieħed ta’ eċċellenza, ta’ pajjiż li llum issettjajna standards ġodda ta’ governanza tajba.” F’dan ir-rigward, ta’ min isemmi li ċerti sistemi u proċeduri kienu ilhom għexieren ta’ snin ma jinbidlu, mhux l-inqas fi żmien il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern li qatt ma refa’ saba’ wieħed biex jemendahom, anke jekk fl-aħħar xhur u snin kien voċiferu kontra t-tali staġnar. Nhar il-Ħamis li għadda, il-Mexxej Laburista wkoll semma ċerti rapporti lokali li qalu li aktar tard din is-sena l-pajjiż mistenni jeħel flassessjar tal-Moneyval, ilfergħa fil-Kunsill tal-Ewropa li tgħasses kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu. Għal dan, Dr Abela kellu messaġġ wieħed u ċar: “Bl-istess mod kif għaddejna b’suċċess il-pandemija u t-test tal-Kummissjoni Venezja, se nkunu qed ngħaddu minn dan it-test. Issa huwa l-mument li nħarsu ’l quddiem għal aktar ħolqien ta’ ġid għal pajjiżna ħalli nkomplu nkattru l-ġid u noħolqu l-impjiegi. Din hija l-garanzija li qed nagħtu bħala Gvern, għax verament nixtiequ li għada jkun aħjar mil-lum.” B’akklamazzjoni mill-folla quddiemu preżenti fit-Teatru Rialto, f ’Bormla, fejn kienet qiegħda titlaqqa’ s-sessjoni plenarja tal-Konferenza Ġenerali Straordinarja, il-Prim Ministru insista li dan il-Partit u l-Gvern m’għandhom l-ebda intenzjoni li jinħlew fl-attakki personali kif qiegħda tagħmel l-Oppożizzjoni Nazzjonalista. Minkejja dan, għamilha ċara li hu adamanti li jiddefendi lil kull membru tal-Kabinett u l-Grupp Parlamentari Laburista.
09
05.07.2020
kullhadd.com
IL-PN TA’ DELIA JIBQA’ STAĠNAT FIL-PASSAT Il-Malti jgħid li lil min tafu tistqsix għalih. Għax il-passat huwa mera tal-futur. Il-Partit Nazzjonalista hu magħruf sew u minkejja t-tħambiq fieragħ li qed joħroġ mill-esponenti tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista, il-passat ta’ dan il-partit dejjem uriena li hu lest li jagħmel minn kollox, mhux għall-ġid ta’ pajjiżu, imma għall-kilba tal-poter. Għalhekk, il-messaġġ talKap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, waqt maratona oħra ta’ ġbir, indika lin-Nazzjonalisti li “lkoll kemm aħna għandna responsabbiltà li nfiehmu messaġġ wieħed li flimkien nieħdu lura lil pajjiżna.” Fil-vokabolarju tal-arroganza tipika Nazzjonalista jfisser biss li l-magna f ’Tal-Pietà hi ingranata biss biex mill-aktar fis jerġgħu jaħkmu lill-pajjiż bħalma kien sal-bidu tal-2013. L-għażla tal-kliem kienet fjakka għall-aħħar u tikxef dak li verament huwa l-għan ta’ dan il-Partit. Kieku Adrian Delia għandu maturità politika, żgur li ma kienx juża l-frażi “nieħdu lura lil pajjiżna”. Hemm ħafna aktar frażijiet politikament maturi li seta’ uża. U għalhekk din il-frażi tikxef l-għan proprju li dejjem kellu l-Partit, b’esponenti ewlenin tiegħu għadhom jippretendu li mhux biss it-tmun tad-Dar Ċentrali, imma anke ta’ Kastilja, jibqa’ f ’idejhom u preferibbilment ukoll jintiret minn ġenerazzjoni għall-oħra, daqslikieku xi fewdu ta’ żmien il-Kavallieri. Din ukoll hi għajta li issa drajnieha sew u simili għal dik tas-sebgħinijiet, tat-tmeninijiet u tad-disgħinijiet. Mhux ta’ b’xejn, nies bħal Louis Galea għadhom jixprunaw b’xi mod l-ideat tat-tmexxija Nazzjonalista, anke issa li hemm Delia. U dak kollu li jagħmel il-Partit Nazzjonalista huwa marbut ma’ strateġija studjata ta’ min jaħseb li għandu dritt divin li jmexxi lill-Gżejjer Maltin. Il-membri ta’ dan il-Partit qatt ma sabu pożizzjoni komda fuq is-siġġijiet tal-Oppożizzjoni għax iqisu li huma l-partit li għandu postu naturali filgvern. Li huma biss għandhom id-DNA ta’ mexxejja ta’ pajjiżna. Dejjem din kienet l-istrateġija ta’ dan il-partit. Hija
hekk illum, kienet hekk fis-snin l-imgħoddija u l-garanzija hija li hekk se tibqa’. Hija biss ħidma tal-għatx u l-kilba għall-poter, li wkoll tikxef il-ħdura sa fejn jaslu xi wħud fil-Partit Nazzjonalista biex ikissru dak li, bl-iżjed mod demokratiku, għażel il-poplu. It-tajjeb hu li din il-kilba għall-poter mhix biss immirata għall-amministrazzjoni talpajjiż, imma hi mifruxa wkoll f ’kull livell li għandu l-PN. Wieħed irid jistudja biss dak li għadda u għadu għaddej minnu l-Kap elett demokratikament tal-Partit, Adrian Delia, bil-fazzjoni Busuttil timminah kull ħin u kull mument. Għax il-kilba għall-poter hija magħġuna fi ħdan dan il-Partit kemm bejn il-membri tiegħu stess, aħseb u ara fejn jidħol xenarju akbar – dak ta’ amministrazzjoni ta’ pajjiż. Hemm ħafna eżempji oħra ta’ attakki “in house”, dan kollu minħabba din l-arroganza tal-kilba għall-poter. Wieħed għandu jiftakar x’kien qal l-Eks Ministru Nazzjonalista John Dalli fl-2010 meta kiteb filgazzetta Illum: “Dan (kien qed jirreferi għall-eks stilla tal-PN Ivan Camilleri) kien wieħed mill-perċimes fl-attakk skandaluż li sar fuqi fl-2004. Dan kien wieħed mis-skieken użati mill-gang li ppruvaw jeqirduni għax rawni theddida fil-kilba għall-ħatfa ta’ poter assolut fil-Partit Nazzjonalista u l-Gvern. Jidher li l-aġenda ta’ dawn għadha l-istess.”
Allura ħadd ma jista’ jeħodha bi kbira meta l-pajjiż qed jara dan l-imminar kollu f ’dak kollu li jagħmel il-Gvern Laburista. Huwa atteġġjament indirizzat biss biex akkost ta’ kollox jitpoġġew bsaten fir-roti fil-ħidma tal-Gvern. Ħidma li qed ikollha l-frott u li qed tkun imfaħħra minn istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet u għaqdiet internazzjonali, li żgur ma’ għandhomx aġenda li jfaħħru dak li huwa Laburist. F’dan il-kuntest trid tieħu wkoll lill-Membru Parlamentari ċelebri Jason Azzopardi, li ma jgħaddix jum li ma jpeċlaqx xi waħda minn tiegħu u mall-ewwel isib caħdiet għal dak li jkun ivvinta moħħu. Imma dak li jagħmel u jgħid Azzopardi huwa eżempju klassiku ta’ x’jasal biex jagħmel dan il-Partit biex ikisser u jfarrak b’invenzjonijiet puri, biex jerġa’ jieħu l-pajjiż f ’idejh. Kif ġara bil-gidba fabbrikata ta’ Egrant, li wasslet għal elezzjoni bikrija fl-2017, u l-istess bl-in-
venzjoni li l-Prim Ministru attwali Robert Abela, it-tmexxija tal-Forzi Armati ta’ Malta u l-ekwipaġġ kollu tal-Patrol Boat P52 kienu ħatja li volontarjament qatlu xi immigranti fl-ibħra territorjali Maltin. L-għajta “ejjew ħa nerġgħu nieħdu l-pajjiż f ’idejna” hija għajta ta’ Partit imdewwed u mikul minn ġewwa li hu kapaċi biss għal din it-tip ta’ immaturità politika u xejn ħlief manuvri għall-kisba tal-poter, anke u speċjalment b’modi illeċti.
U dak kollu li jagħmel il-Partit Nazzjonalista huwa marbut ma’ strateġija studjata ta’ min jaħseb li għandu dritt divin li jmexxi lill-Gżejjer Maltin. Il-membri ta’ dan il-Partit qatt ma sabu pożizzjoni komda fuq is-siġġijiet tal-Oppożizzjoni għax iqisu li huma l-partit li għandu postu naturali fil-gvern
10
05.07.2020
Ritratti: “AirX”
kullhadd.com
CALEDONIA JETS QED TOFFRI VJAĠĠ TAL-ĦOLM MINN LONDRA SAL-BARBADOS U LURA ABBORD IL-“KBIR” TAL-KUMPANIJA AIRX GĦALL-PREZZ TA’ €8,600… B’TEST TAL-COVID-19 INKLUŻ!
Għalkemm ħafna mil-linji tal-ajru waqqfu t-titjiriet tagħhom fit-tul kawża tal-pandemija talCOVID-19, xorta mhux se jżomm lill-klassi għolja Brittanika milli taħrab lejn il-Karibew dan is-sajf. Dan grazzi għall-kumpanija tal-ajru Caledonia Jets li qed tikri ajruplan privat speċjali mingħand il-kumpanija AirX, li ilha bbażata f ’pajjiżna sa mill-2013. AirX, li topera mill-kwartieri tagħha fi Smart City, qed tikri l-jet privat Airbus A340 komplut b’100 seat kollha First Class biex jiġu organizzati dawn it-titjiriet bejn Londra u l-Barbados. L-ajruplan, imlaqqam “Big”, kapaċi jesa’ sa 440 passiġġier, iżda l-kumpanija AirX irrinovatu fl-2016 wara li nxtara mil-linja
tal-ajru ta’ Sri Lanka wara 13-il sena fis-servizz. Fid-disinn ilġdid, is-seats tqassmu f ’fillieri ta’ 2-2-2, ideali għal koppji li jivvjaġġaw flimkien, u b’daqstant spazju vojt f ’ajruplan twil 165 pied, id-distanza ta’ prekawzjoni mhix problema lanqas. Il-prezz tal-vjaġġ bir-ritorn hu ta’ £7,500 (€8,284) kull persuna, flimkien ma’ £300 (€331) għal test tal-Coronavirus. Dawk li jixtiequ jaqtgħu titjira one-way, ilprezz hu £5,000 (€5,522) u £300 tat-test. It-titjiriet se jibdew isiru kull ġimgħa bejn Stansted Airport fil-kapitali Ingliża għall-Grantley Adams International Airport fi Bridgetown, Barbados, fejn fiżżewġ każi jintużaw terminals privati għall-akbar konvenjenza.
Minkejja dan, qabel ilpassiġġieri jkunu jistgħu jirkbu l-ajruplan lussuż se jkollhom joqogħdu għat-test tal-COVID-19 u jiżolaw lilhom infushom għal lejl wieħed f ’lukanda, bi spejjeż tagħhom ukoll. Skont is-sit elettroniku tal-Caledonia Jets, it-test jassigura li l-vjaġġaturi ma jkollhomx għax jinkwetaw dwar saħħet l-oħrajn fuq l-ajruplan, filwaqt li jipproteġu lill-popolazzjoni tal-Barbados. L-ajruplan irreġistrat 9H-BIG ukoll jinkludi żona soċjali b’żewġ sufanijiet għal dawk li jkunu jridu jqumu minn posthom tul il-vjaġġ ta’ madwar 3,700 mil nawtiku. Minbarra hekk, ladarba l-vjaġġ jaqbeż it-tmien sigħat lejn kull direzzjoni, is-seats ukoll jinżlu biex jiġu sodda u l-headrest tista’ tiġi aġġustata individwalment, waqt li AirX u Caledonia Jets qed jipprovdu l-akbar iġjene, permezz ta’ hand sanitizers, wipes, tissues u maskra għal kull seat. Is-servizz abbord, li jinkludi taħlita ta’ brunch, l-ikla ta’ nofsinhar u ikliet mal-ħin tatte hu offrut waqt it-titjiriet ta’ matul il-ġurnata bejn Londra u Bridgetown minn tmien membri tal-ekwipaġġ. L-uniku diżappunt għall-Brittaniċi hu li appena jirritornaw f ’pajjiżhom wisq probabbli se jkollhom iqattgħu ġimagħtejn fi kwarantina b’riżultat ta’ ordni riċenti mill-Prim Ministru Boris Johnson. Il-Barbados hi waħda mill-aktar destinazzjonijiet popolari fost il-Brittaniċi u qabel il-pandemija rażżnet il-vjaġġi internaz-
zjonali, tliet linji tal-ajru – British Airways, Virgin Atlantic Airways u TUI Airways – kienu jservu titjiriet lejn Bridgetown minn diversi bliet madwar ir-Renju Unit. Iżda sakemm dawn jerġgħu jibdew joperaw lejn tmiem Lulju, Caledonia Jets u AirX se jkunu l-uniċi linji li qed joffru t-titjiriet bejn Londra u l-Barbados. L-Airbus A340-300 hu l-flagship tal-flotta tal-AirX, li twaqqfet fl-2011, iżda trasferiet l-operat kollu tagħha lejn Malta sentejn wara. Sussegwentement, is-sena l-oħra ġiet iċċertifikata mid-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili fi ħdan Transport Malta biex tkun tista’ tagħmel il-maintenance lill-flotta dejjem tikber tagħha. Dan kien strumentali
għall-kumpanija biex tkompli ssaħħaħ il-preżenza tagħha fostna, waqt li l-pajjiż ikompli jkabbar l-industrija tiegħu tal-avjazzjoni li tikkontribwixxi mat-2.5% tal-Prodott Gross Domestiku u timpjega aktar minn 3,500 persuna. Riċentement AirX ġiet imsemmija bħala waħda mill-aqwa 10 kumpaniji li joffru titjiriet charter privati fid-dinja mir-rivista Billionaire.com, grazzi għasservizz eċċellenti u għal-livell għoli ta’ sigurtà li toffri. Bi 23 ajruplan għad-dispożizzjoni u uffiċini oħrajn f ’Londra, il-Ġermanja u l-Istati Uniti tal-Amerka, AirX hi magħrufa li torganizza vjaġġi fl-Ewropa għal persuni famużi u ċelebritajiet ta’ Hollywood, fost oħrajn.
11
05.07.2020
kullhadd.com
SHANGHAI ELECTRIC SE TKOMPLI TESPANDI Il-kumpanija Ċiniża Shanghai Electric qed tippjana li tixtri 66.4% tal-ishma ta’ K-Electric, l-akbar produttriċi tal-enerġija fil-Pakistan, skont rapporti fil-midja lokali. Dan joħroġ minn tħabbira pubblika ta’ intenzjoni (PAI) mix-Shanghai Electric biex takkwista 18,335,542,678 sehem ordinarju tal-kumpanija, li hi bbażata f ’Karachi u attwalment isservi lil aktar minn 2.5 miljun klijent fir-reġjuni ta’ Sindh u Balochistan. Il-kisba tal-maġġoranza tal-ishma mistennija sseħħ permezz ta’ ftehim iffirmat
bejn il-partijiet, waqt li 16.8% tal-ishma se jinħarġu f ’sejħa pubblika. Il-prezz ta’ kull sehem ta’ K-Electric ikkwotat fuq il-Borża tal-Pakistan ġurnata qabel ħarġet it-tħabbira pubblika kien Rs2.87 (€0.015), waqt li l-prezz medju ta’ kull sehem fl-erba’ ġimgħat qabel intweriet l-intenzjoni mix-Shanghai Electric kien ftit ogħla, Rs3.01 (€0.016). Kemm-il darba jseħħ dan l-akkwist, Shanghai Electric tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha li s’issa tammonta għal madwar 20 kumpanija, inkluż f ’Malta.
Fit-30 ta’ Marzu li għadda l-awtoritajiet Pakistani kienu ppermettew estensjoni ta’ 90 ġurnata lil Shanghai Electric biex tkun tista’ tagħmel l-offerta tagħha għal 66.4% tal-ishma ta’ K-Electric. K-Electric hi l-unika kumpanija fil-qasam tal-enerġija filpajjiż li tiġġenera l-elettriku u għandha l-istruttura biex tqassmu lill-konsumaturi tagħha fost l-aktar reġjuni ffullati fid-dinja. Fl-2009, KES Power Ltd, l-akbar shareholder f ’K-Electric, daħħlet fis-seħħ strateġija li rat investiment ta’ €1.87 biljun iwassal għal żieda fil-kapaċità
tal-kumpanija ta’ 1,057 MW, waqt li d-distribuzzjoni żdiedet b’60%. F’Diċembru tal-2014, ilGvern Malti ffirma ftehim ma’ Shanghai Electric li ra l-kumpanija ġganteska Ċiniża tinvesti €320 miljun f ’pajjiżna. Bħala parti mill-ftehim, Shanghai Electric xtrat 33% tas-sehem tal-Enemalta għal €100 miljun, waqt li ħallset €150 miljun għax-xiri ta’ 90% tal-impjant tal-BWSC u nefqet €70 miljun oħra biex dan jiġi maqlub għall-gass, flok il-
Heavy Fuel Oil. B’hekk il-korporazzjoni mibdula f ’kumpanija rat iddjun tagħha jitnaqqsu minnufih bin-nofs. Din ir-rivoluzzjoni lokali fil-produzzjoni tal-elettriku rat id-destin tal-Enemalta jinbidel ta’ taħt fuq minn wara l-aħħar Gvern Nazzjonalista li, skont il-Ministru tiegħu Tonio Fenech, li kien responsabbli mill-qasam tal-enerġija, ma kien fadlilha l-ebda valur u ddikjara li kien lesti ibigħha għal €1 biss.
SITUATION VACANT Technical Support Officer with Safe City Malta Ltd Permit No: 352/2020 Main Duties: 1. Provides day-to-day first line support and daily running of network infrastructure and computer systems; 2. Monitors network infrastructure and all data centre systems; 3. Troubleshoots system and network problems, diagnosing and solving hardware or software faults; 4. Provides operational support, including procedural documentation and relevant reports; 5. Works in tandem with other team members, suppliers, services providers and 3rd party contractors to roll-out new services in different locations; 6. Tests and evaluates new technology; 7. Willing to work flexibly out of office hours to assist customers when required. Core competencies: • Layer 2 and Layer 3 network infrastructure operations and maintenance. • System administration (Windows and Linux). Education Level, Qualifications and Skills: • MCAST Advanced Diploma in I.T. (Computer Systems and Networks), or a similar ICT qualification (minimum MQF Level 4). Applicants in possession of CCNP, MCSE or similar certification also considered. LPI and Enemalta Licence A considered an asset. • Fluency in written and spoken English and Maltese. • At least 18 months’ work experience in a similar role. • Good communicator. • Team player. • Ability to work under minimal supervision. • Ability to solve problems from logical principles. Applications together with a detailed CV are to reach us on hr@mimcol.com by not later than 20th July 2020.
12
05.07.2020
kullhadd.com
L-ARTRITE Mr. Alistair Melvyn Pace M.D. (Melit.), M.R.C.S.(Eng.), M.R.C.S.(Edinburgh), F.R.C.S.(Tr.& Orth.), M.Sc.(U.K.), Dipl. (Orthopaedics), CCT (U.K.)
Il-kelma artrite ġejja mill-Latin “artro” li tfisser ġog u “ritis” li tfisser infjammazzjoni. Filfatt hemm aktar minn 100 tip ta’ artrite. Ġeneralment, hemm żewġ tipi ewlenin ta’ artrite. Dik deġenerattiva u dik infjammatorja. L-artrite tista’ taffettwa nies ta’ kwalunkwe età u mhux biss lill-anzjani. Fil-fatt l-artrite infjammatorja tista’ tkun marda li taffettwa lit-tfal żgħar ukoll. Fil-maġġoranza l-kbira tal-każijiet, l-artrite deġenerattiva hija primarja jiġifieri mingħajr ebda kawża preċedenti. F’każijiet rari madankollu, artrite deġenerattiva tista’ tkun sekondarja għal wara ksur tal-ġogi, infezzjoni jew infjammazzjoni. L-artrite tista’ taffettwa kwalunkwe ġog. Il-ġogi l-iktar affettwati minn artrite deġenerattiva huma l-ġenbejn, l-irkoppa, l-għonq u d-dahar. Il-pazjent jippreżenta b’varjetà ta’ sintomi u dawn jistgħu jiżviluppaw u jiħżienu maż-żmien.
Madankollu, mal-artrite infjammatorja, dawn is-sintomi jistgħu jiżviluppaw f ’daqqa. L-uġigħ normalment ikun agħar bl-attività, ebusija l-aktar filgħodu u wara inattività. Jista’ jkun hemm ukoll nefħa. F’każijiet avvanzati jista’ jkun hemm deformità u nuqqas fissaħħa tal-muskoli. Is-sintomi jikkawżaw nuqqas ta’ funzjoni
Id-dijanjosi hija megħjuna minn investigazzjonijiet radjoloġiċi – X-rays, li fil-mard deġenerattiv juru telf ta’ spazju, sklerożi u projezzjonijiet tal-għadam imsejħa osteofiti. Interessanti l-fatt li mhux dejjem hemm korrelazzjoni diretta bejn is-severità tas-sejbiet radjoloġiċi u s-sintomi deskritti
tal-ġogi u diżabilità. Id-dijanjosi hija megħjuna minn investigazzjonijiet radjoloġiċi – X-rays, li fil-mard deġenerattiv juru telf ta’ spazju, sklerożi u projezzjonijiet tal-għadam imsejħa osteofiti. Interessanti l-fatt li mhux dejjem It-trattament tal-artrite ġenhemm korrelazzjoni diretta bejn eralment jaqa’ f ’erba’ kategoriis-severità tas-sejbiet radjoloġiċi ji. It-telf ta’ piż, l-eżerċizzju ta’ u s-sintomi deskritti. rutina u regolari u l-fiżjoterapija jgħinu biex tibni l-muskoli, tnaqqas l-ebusija, tnaqqas l-uġigħ u ttejjeb ukoll il-benesseri psikoloġiku. Iċ-ċikliżmu, l-għawm u l-cross trainer huma ideali għall-artrite tal-ġenbejn, l-irkoppa u s-sieq. Il-mediċini jinkludu supplimenti tan-nutrijenti tal-qarquċa bħal glukosamina u kondroitina. Il-mediċini li jinkludu l-antiinflammatorji m’għandhomx ikunu preskritti fuq bażi fit-tul minħabba effetti sekondarji. Għandhom jintużaw madankollu, biex il-pazjent ikun jista’ jeżerċita u jagħmel terapija regolari ta’ fiżjoterapija. Għażliet oħra għat-trattament jinkludu injezzjonijiet. Hemm prinċipalment tliet tipi ta’ injezzjonijiet li nuża fil-klinika. Dawn mhux kollha huma neċessarjament adattati għal kull ġog. Filwaqt li l-injezzjonijiet ta’ sterojdi huma taħlita ta’ anestetiku lokali u sterojdi injettati direttament fil-ġog, il-viskosupplimentazzjoni tinvolvi li tinjetta fluwidu viskuż oħxon fil-ġog li huwa maħsub li jaġixxi
bħala aġent li jassorbi x-xokk. Min-naħa l-oħra PrP jew plażma b’ħafna platelets tinvolvi li jiġu estratti madwar 15-il millimetru ta’ demm mill-pazjent, jiċċentrifugah u jinjetta l-fluwidu li jkun ħalla mingħajr iċ-ċelloli fil-ġog. Din il-plażma fiha nutrijenti u fatturi oħra li tgħin tirriġenera l-qarquċa u tnaqqas l-infjammazzjoni. Il-kirurġija tibqa’ l-aħjar għażla għal dawk il-pazjenti li ma jirnexxilhomx jitjiebu b’għażliet oħrajn. Hemm diversi operazzjonijiet li huma adattati għal ġogi differenti iżda, ġeneralment dawn jistgħu jinkludu ħasil tal-ġogi permezz ta’ keyhole jew tekniki artroskopiċi , fużjoni tal-ġog (artrodiżi) bħall-ġog il-kbir fil-pala tas-sieq u sostituzzjoni (arthoplasty). F’dan tal-aħħar, il-ġog jiġi mibdul b’wieħed artifiċjali talmetall u tal-plastik. Fil-fatt ħafna ġonot fil-ġisem jistgħu jiġu sostitwiti inklużi l-ġogi żgħar tal-id, tal-polz, tal-minkeb, tal-ispalla, tal-ġenbejn u tal-irkoppa. Għalkemm dawn huma proċeduri pjuttost kbar il-benefiċċju li jipprovdu għall-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti huwa tremend.
13
05.07.2020
kullhadd.com
DAWWARNA L-ISFIDI F’OPPORTUNITAJIET Owen Bonnici Ministru
Wieħed mill-aktar kittieba magħrufa Franċiżi Jean-Baptiste Poquelin, magħruf aktar bħala Molière, kien qal hekk dwar l-isfidi: “Akbar ma tkun l-isfida, akbar il-glorja meta telgħibha.” U nista’ ngħid li dan huwa dak li għamilna bħala pajjiż f ’dawn il-ġimgħat li għaddew bl-isfidi kollha li ppreżentat l-imxija tal-COVID-19. Kellna diversi sfidi li ġew ippreżentati quddiemna, imma għelibna dawn b’suċċess. Qed ngħid dan mhux biss għall-isfidi li ffaċċjaw is-setturi tal-ekonomija, tas-saħħa, u tista’ tgħid kull settur
ieħor li jmissu miegħu l-familji Maltin u Għawdxin, imma wkoll is-setturi tant għeżież għalina lkoll – dawk tal-edukazzjoni u tax-xogħol. Is-suċċess miksub ma kienx rikonoxxut biss minn diversi entitajiet u wkoll għaqdiet f ’pajjiżna, imma wkoll minn diversi entitajiet prominenti lil hinn minn pajjiżna. Hekk kif fil-qasam tas-saħħa pajjiżna kien imfaħħar saħansitra mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa għall-mod kif mexa b’għaqal f ’din l-imxija, hekk kif istituzzjonijiet finanzjarji kbar internazzjonali tkellmu b’mod pożittiv ferm għall-mod kif dan il-Gvern mexxa ’l quddiem pakkett ta’ riġenerazzjoni ekonomika li minnu bbenefikaw il-familji, il-ħaddiema u n-negozji, kien hemm ukoll tifħir għal dak li għamilna fis-settur edukattiv. Dak li ksibna f ’dan is-settur ksibnieh għaliex kellna pjan, għaliex konna magħqudin flimkien – bħala rappreżentanza ta’ dawk kollha involuti f ’dan is-settur – biex naraw li mmexxu ’l quddiem ħidma li minnha ridna
li jibbenefika l-istudent u l-edukatur. Naħseb li fost l-għexieren ta’ miżuri li ħadna tispikka l-ħidma kbira li kien hemm biex it-tagħlim edukattiv jibqa’ għaddej wara li kellna nagħlqu ħesrem l-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi tal-pajjiż. It-tagħlim online kien miżura li ħadnieha mill-ewwel jiem u nista’ ngħid bla tlaqliq li kienet miżura suċċess. Kburin li l-ħidma kollettiva tagħna tat ir-riżultati. Fuq quddiem nett ħidma li faħħruha dawk li l-aktar li ġew bżonnha, l-istudenti u l-edukaturi. Imma ħidma wkoll li kisbet għarfien barra minn pajjiżna. L-isforzi tagħna biex nipprovdu t-tagħlim online, u wkoll il-ħidma tagħna biex nipprovdu kollazzjon b’xejn, servizz ta’ internet b’xejn u wkoll tablets jew mezz ieħor teknoloġiku lil studenti li ġejjin minn familji vulnerabbli kellhom kummenti pożittivi ferm. F’komunikazzjoni li kienet intbagħtet mit-Trust tal-Prinċep Charles lill-Ministeru għall-Edu-
kazzjoni, din faħħret l-isforzi tal-Ministeru biex ikompli bl-edukazzjoni b’mod “ħolistiku u koordinat tajjeb” u l-isforzi biex jagħti assistenza lil tfal vulnerabbli. Il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej, il-PES u anki l-Commonwealth ingħaqdu biex ifaħħru l-ħidma bla heda li wettaqna. Tweet talPES qalet: “Inżommu lit-tfal għaddejjin bl-edukazzjoni u wkoll nieħdu ħsiebhom permezz ta’ internet b’xejn, tagħlim online u wkoll kollazzjon b’xejn għal tfal vulnerabbli. Prosit Malta.” Din ittweet tat ukoll l-indirizz elettroniku ta’ teleskola.mt, is-sit li tnieda mill-Ministeru u li fih l-istudenti u l-edukaturi għandhom aktar minn 1,000 lezzjoni u attività għal kull età u sena skolastika. Dr Greg Munro, is-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth Government Forum, ukoll fuq Twitter, iddeskriva l-isforzi tal-Ministeru bħala eżempju eċċellenti ta’ kif l-awtoritajiet nazzjonali u awtoritajiet lokali qed jaħdmu biex jegħlbu l-isfidi tal-COVID-19: it-twassil tal-kollazzjon b’xejn lil studenti
vulnerabbli, l-għeluq tal-iskejjel u t-tagħlim online, il-proviżjon ta’ tablet jew mezz ieħor u wkoll id-diversi laqgħat estensivi b’mod virtwali. Nieħu gost li l-ħidma kbira li qed issir minn dan il-Ministeru qed tiġi rikonoxxuta u mfaħħra. Proprju f ’dawn il-jiem kien hemm stħarriġ li poġġa x-xogħol li wettqet l-Università ta’ Malta fuq il-mappa dinjija f ’dak li huwa xogħol imwettaq waqt il-COVID-19. L-istudenti stess tal-Università, li wieġbu l-istħarriġ internazzjonali, kienu fost l-aktar studenti mill-pajjiżi kollha fejn sar l-istħarriġ li qalu li huma sodisfatti immens bl-edukaturi tagħhom u kif dawn imxew magħhom waqt l-imxija. Kummenti li juru li dak li għamilna, għamilnieh għas-sodisfazzjon mhux biss ta’ dawk li bbenefikaw minnu, imma wkoll li kien rikonoxxut b’mod internazzjonali. Dan ikompli jimlieni b’kuraġġ u b’aktar determinazzjoni biex flimkien inkomplu nsaħħu dan is-settur.
TIKBER U TITGĦALLEM Felix Busuttil Galea
Tkun xi tkun l-età tiegħek, f ’kull stadju ta’ ħajtek, l-esperjenza tiftaħlek għajnejk. Tgħinek tevolvi. Tgħinek ma tagħmilx l-istess żbalji għax aħna kollha umani u kollha niżbaljaw. Tgħinek tiskuża ruħek fejn hemm bżonn. Tgħinek tibni relazzjonijiet li forsi huma dgħajfa u għandhom bżonn l-attenzjoni tiegħek. Tgħinek issaħħaħ dawk li huma diġà b’saħħithom. Tgħinek tersaq lejk innisek, tevalwa, tanalizza u tieħu deċiżjonijiet futuri li ser jagħtuk aktar esperjenzi. U r-rota tkompli
ddur. L-esperjenza għallmitni dawn l-aħħar ġranet li dak li tgħid u dak li taqsam fl-apert ma’ ħaddieħor jista’ jiġi interpretat ħażin – forsi bi żball u ħafna drabi mhux bi żball imma b’intenzjoni malizzjuża u miftiehma. Jien m’għandi l-ebda aġenda mistura. U ħaddieħor speċjalment meta jkunu fuq spettru differenti minn tiegħek, jużaw dak li tgħid anke meta dawn suppost huma pjattaformi tal-midja serja, biex jattakkaw u jippruvaw ibaxxuk. Nafu li fil-ħajja u l-iktar f ’dik politika tonqos xi ftit jew wisq ir-rispett. Kulħadd f ’wiċċek jgħidlek li jirrispettak imma meta niġu għas-si u n-no malajr kif jgħid l-Ingliż, they throw you under the bus. U dawn jistgħu jkunu l-ikbar ħbieb li qatt kellek. Meta int tikxef il-vulnerabbiltà tiegħek u turi l-vera kuluri tiegħek mhux biss iwarrbuk malajr u ma jkellmukx aktar u lanqas isellmulek fit-triq, imma saħansitra jgħajruk għax Laburist u mal-kelma Laburist
joħroġ il-vokabularju insolenti bil-Malti u bl-Ingliż li jeżisti anke dak baxx u vulgari. L-iskieken jitfaċċaw – dawk minn ta’ quddiem u ħafna aktar dawk minn ta’ wara. Din lezzjoni li tgħallimna minn meta konna l-iskola għax dawk il-ġranet huma imprezzabbli fejn tidħol il-tagħlima li tissejjaħ ħajja. Il-bullies jibdew jeżistu fil-grounds talfutbol tas-sekondarja u jibqgħu jeżistu meta nkunu fuq il-post tax-xogħol jew fil-ħajja ta’ kuljum meta nsiru adulti. U nafu sew il-psike tal-bully. Il-bullying huwa biss maskra tan-nuqqas ta’ sigurtà u kunfidenza f ’dak jew dik li hu jew hi bully. Neħħi l-vittma u ssib biss gass fid-dinja tal-bully. U l-injuranza u l-biża’ biss huma li joħolqu dak li jaħseb li għandu xi privileġġ jiddomina. Dan kollu kont nafu meta ħriġt għall-politika. L-insulti u d-drama huma parti mit-territorju politiku. U dan jafu kull miġnun jew miġnuna li joħroġ jew toħroġ għad-dinja politika. U kont nafu sew meta kont ser
nibda nxejjer il-maktur aħmar. Għax il-maktur aħmar kontroversjali. Il-maktur aħmar progressiv. Il-maktur aħmar iqajjem diskussjoni. Il-maktur aħmar b’saħħtu. U nibqa’ nerfa’ dan il-maktur bl-ikbar kburija u bl-ikbar rispett u unur. Il-prinċipji tiegħi jafhom kulħadd. Speċjalment dawk li dejjem isegwuni. Jien qatt ma kasbart. Qatt ma għajjart u insulentajt. Iva, kien hemm drabi meta rrabjajt imma r-rabja tiegħi titwieled minn element pożittiv – għax jien naqbeż għal min hu bullied, għal min isofri inġustizzja – dawk li m’għandhomx vuċi. Jien minn din id-dinja twelidt. Jien u eluf bħali għal ħafna snin ma kellniex dan id-dritt, dan il-privileġġ, din l-opportunità. U kien il-Gvern Laburista li ta lili u lil ħafna din il-qawwa. Għax ilvuċi tfisser biss qawwa. Nerġa’ ntenni – lil pajjiżi nħobbu u dan jiġi l-ewwel u fuq quddiem. Lill-Partit ngħożżu u dejjem nirrispetta l-ideal, il-manifesti
u l-valuri tiegħu u li jħaddan. U dan nagħmlu għax irrid dejjem narah rebbieħ. Nibqa’ naqbeż għall-fqir, għall-emarġinat, għall-ġustizzja soċjali, għall-ugwaljanza, ir-rispett li għandna jkollna lejn xulxin, l-identità u l-karattru Malti mżewwaq bil-karità u l-umanità, l-annimali u l-ambjent. Mingħajr biża’. Mingħajr mistħija. Mingħajr xi interess personali. Bla ebda aġenda mistura jew malizzjuża. Rispett jibqa’ jkolli kif dejjem kelli lejn dawk li jifhmu l-kelma rispett. U nimxi biswithom. Saħansitra jekk warajhom. Qatt quddiemhom. Grazzi lill-Partit Laburista u lill-Eżekuttiv li reġgħu wrew fiduċja fija u tawni l-opportunità taħt il-maktur glorjuż aħmar nirrappreżentah fl-elezzjonijiet lokali li jmiss. Viva l-Labour!
14
05.07.2020
kullhadd.com
IĊ-ĊELEBRAZZJONI LEJN IN-NORMALITÀ Il-ftuħ tal-Ajruport u l-portijiet nhar l-Erbgħa li għadda ma fissirx biss l-ewwel turisti fostna wara aktar minn tliet xhur, iżda dan kollu ntlaqa’ b’serata ta’ spettaklu uniku ta’ logħob tan-nar mifrux mal-pajjiż kollu. Fil-fatt dakinhar stess is-sema Malti nxtegħel b’esibizzjoni piroteknika li rat is-sehem ta’ xejn inqas minn 32 kamra tan-nar f’pajjiżna. L-attività organizzata mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) segwiet il-laqgħa li l-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli u l-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri taw dakinhar filgħodu lil 108 passiġġieri abbord l-ewwel titjira kummerċjali talAir Malta minn mindu fil-21 ta’ Marzu kien ingħalaq l-Ajruport.
Filwaqt li l-Ministri ddeskrivew dik il-ġurnata bħala pass importanti u sinifikanti, Farrugia Portelli rrimarkat li sal-lum se jkunu daħlu f’pajjiżna 81 titjira differenti fil-pjan li nospitaw mas700,000 turist sal-aħħar ta’ din is-sena. Sadanittant, l-ispettaklu tal-logħob tan-nar żvolġa kontemporanjament f’erba’ reġjuni tal-pajjiż, fit-Tramuntana, inkluż Għawdex, il-Punent u n-Nofsinhar. Il-kmamar tan-nar parteċipanti joriġinaw mill-Mosta, l-Imġarr, Ħal Għargħur, San Ġwann, Ħal Qormi, il-Gżira, Ħaż-Żebbuġ, ir-Rabat, Ħal Lija, is-Siġġiewi, iż-Żurrieq, il-Qrendi, l-Imqabba, Ħal Għaxaq, il-Gudja, iż-Żejtun, Ħal Kirkop, Ħal Luqa, in-Nadur, is-Sannat u San Lawrenz.
kullhadd.com
15
05.07.2020
16
05.07.2020
kullhadd.com
GĦAWDEX L-GĦAŻLA TA’ BOSTA GĦAL DAN IS-SAJF
Clint Camilleri Ministru
Huwa ta’ sodisfazzjoni għalija li fi tmiem il-ġimgħa estiż li għadda, meta l-ġurnata tat-Tnejn kienet ukoll festa, in-numru ta’ Maltin li qasmu bejn Malta u Għawdex kien ta’ ftit aktar minn 35,000 persuna. Fil-fatt, fil-ġranet tal-Ġimgħa, is-Sibt, il-Ħadd, it-Tnejn u t-Tlieta qasmu wkoll ftit aktar minn 14,500 vettura. Irridu niftakru li dawn iċ-ċifri ta’ traġitti bejn iż-żewġ gżejjer kienu kollha turiżmu intern għaliex l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kien għadu ma bediex jopera. Fil-fatt reġa’ beda jopera mil-1 ta’ Lulju u
għalhekk, ma setax ikun hemm turisti. Dan kollu juri kif Għawdex qiegħed jibqa’ jkun destinazzjoni għal qalb ħafna t-turiżmu intern. Issa reġa’ beda jopera wkoll ir-raba’ vapur tal-Gozo Channel, l-MV Nikolaos, li qiegħed jgħin sabiex ikun hemm vjaġġi bejn iżżewġ gżejjer aktar spissi fi żmien meta d-domanda se tkun qed tkompli tikber fl-istaġun tas-sajf. Wara xhur weqfin mill-attivita-
jiet, minħabba l-pandemija talCOVID-19, erġajna bdejna l-attivitajiet f ’Għawdex li bla dubju se jkomplu jattiraw lill-pubbliku lejn il-gżira tat-tliet għolijiet. Fil-fatt, il-Ministeru għal Għawdex ħejja programm sħiħ ta’ attivitajiet għal matul l-istaġun tas-sajf mill-1 ta’ Lulju sa Settembru sabiex dawk kollha li jżuru l-gżira Għawdxija f ’dawn iż-żminijiet ikunu jistgħu jattendu għalihom matul il-ġimgħa
kollha. Dawn l-attivitajiet huma importanti biex jattiraw aktar Maltin u turisti lejn Għawdex li għandu ekonomija li tiddependi ħafna mit-turiżmu. Attivitajiet bħal dawn qed jattiraw lill-pubbliku mhux biss fis-sajf imma matul is-sena u filwaqt li jiġġeneraw turiżmu intern, jagħmlu lil Għawdex destinazzjoni tas-sena kollha. Minbarra li l-pubbliku jista’ jgawdi l-ikel bnin, il-bajjiet sbieħ u l-ambjent awtentiku
tal-gżira Għawdxija se jittellgħu wkoll spettakli fejn fihom se jispikkaw talenti lokali, li, permezz ta’ varjetà ta’ arti viżiva, se jkunu qed jolqtu l-gosti ta’ kulħadd. Dawn l-attivitajiet se jsiru madwar il-gżira Għawdxija u se jinkludu kunċerti ta’ bands ħdejn il-bajjiet kif ukoll fil-pjazez. Se jsiru wkoll festivals b’temi differenti fl-irħula fejn il-pubbliku jista’ jgawdi l-mużika u spettaklu ieħor f ’ambjent rilassat u se tkun qed tittella’ wkoll il-Wirja Annwali tal-Biedja u s-Snajja’ li tattira nies ta’ kull età. In-numri ta’ wasliet f ’Għawdex fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet huma inkoraġġanti u se jgħinu mhux ftit lill-ekonomija Għawdxija. Għalhekk, nixtieq nirringrazzja lill-ħaddiema kollha involuti fis-settur tatturiżmu f ’Għawdex u lill-ħaddiema tal-Gozo Channel, filwaqt li nħeġġeġ lill-pubbliku sabiex dan is-sajf jagħżel lil Għawdex għall-btala tiegħu. Issa huwa ż-żmien li nerġgħu nilqgħukom għal vaganza fil-gżira Għawdxija.
ŻMIEN IL-PRIVILEĠĠI PARLAMENTARI GĦADDA
Alex Agius Saliba Membru Parlamentari Ewropew
Titkellem ma’ ħafna nies li jgħidulek li l-politika ddejjaqhom għax hija logħba maħmuġa, u li l-istil tal-politika lokali huwa diżgustanti. Ħafna nies ġenwini li jkollhom ħafna x’joffru lis-soċjetà u li jkunu kapaċi jagħtu kontribut ferm b’saħħtu fit-tmexxija talpajjiż jaslu jgħidulek li lanqas biss tgħaddilhom minn rashom li jiċċappsu mal-politika għax ma jridux jispiċċaw vittmi ta’ attakki
infondati kif ħafna drabi sfortunatament naraw. U ma ttihomx tort, għaliex mhux faċli li wieħed ikun attakkat u soġġett għal kritika u skrutinju aħrax kontinwament. Jiena fil-politika dejjem imxejt fuq prinċipju bażiku li nemmen li huwa importanti għal kull politiku li jrid jagħmel suċċess u li verament irid ikuwn ta’ servizz għallpajjiż. Dejjem għedt li politiku għandu jkun sinċier f ’kull istanza, sew jekk ikun qiegħed f ’dibattitu, sew jekk ikun qiegħed jitkellem man-nies fit-triq, u aktar u aktar meta jkun qiegħed fl-istituzzjoni li ċ-ċittadini eleġġewh biex jirrappreżentahom fiha. Bl-istess mod dejjem emmint li kritika u skrutinju li jsiru b’mod onest u b’intenzjonijiet tajbin huma importanti u allaħares ma jsirux. Nemmen li kull politiku għandu jaċċetta li kariga pubblika ġġorr magħha responsabbiltajiet kbar u għaldaqstant teħtieġ li jkollha
dak l-iskrutinju. Però għal kollox hemm limitu u m’għandu qatt ikun hemm abbużi ta’ dan id-dritt ta’ skrutinju. Matul il-ġimgħa li għaddiet l-Onorevoli Jason Azzopardi għoġbu jerġa’ jmur fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, fil-Parlament Nazzjonali, u jitfa’ l-kliem bl-addoċċ f ’attakk ieħor insensat li nfexx fih kontra l-Eks Prim Ministru Dr Joseph Muscat. Ftit tal-jiem wara, fuq ilment imressaq minn Dr Muscat, l-Ispeaker sab lil Azzopardi ħati ta’ ksur ta’ privileġġ, u bl-ardir kollu ftit tassigħat wara reġa’ ħa l-opportunità li jqum jitkellem u jerġa’ jkompli jitfa’ t-tajn. L-abbuż tal-privileġġ parlamentari ma bediex issa. Din hija xi ħaġa li ilha snin twal għaddejja u l-Partit Nazzjonalista espert fiha din il-logħba. Minkejja li hemm mekkaniżmi interni fil-Parlament u Jason Azzopardi ser jgħaddi quddiem il-Kumitat Parlamentari
responsabbli biex jiġi dixxiplinat, dan mhuwiex biżżejjed. Mhux ġust li Membru Parlamentari, hu min hu, u ġej mil-liema partit ġej, jabbuża minn dan il-privileġġ li jagħtih il-poplu biex iħammeġ u jattakka persuna b’gideb u qerq. Minkejja li jkun dixxiplinat, ilgideb u t-tajn li tefa’ Azzopardi u diversi oħrajn miegħu xorta jibqgħu hemm, xorta waħda xterdu mal-midja u ħallew l-effett tagħhom. Saħansitra fil-midja soċjali din l-invenzjoni li ħareġ biha Jason Azzopardi kważi ġiet tidher li kien xi fatt magħruf u stabbilit mill-qrati. Din inġustizzja u immaturità kbira u jeħtieġ li tieqaf illum qabel għada. Fil-manifest elettorali tal-2017, il-Partit Laburista kien ressaq wegħda li ġiet approvata mill-poplu, li l-Uffiċċju tal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati għandu jmexxi ’l quddiem riforma ta’ dan il-privileġġ parlamentari u titneħħa l-immunità
mogħtija lill-membri. Inħoss li wara tliet snin wasal iż-żmien li din il-wegħda tibda tiġi attwata u sseħħ b’tali mod li filwaqt li kull deputat għandu jkollu l-libertà sħiħa għall-espressjoni, għandha titpoġġa fuqu r-responsabbiltà ta’ dak li jkun qiegħed jgħid. Nemmen f ’din ir-riforma bissħiħ u minkejja li m’iniex deputat fil-Parlament Nazzjonali ser inkun qiegħed nimbotta u nara li din issir mingħajr iżjed dewmien. Pajjiżna jixraqlu ferm aħjar, u jekk verament irridu li n-nies nedukawhom u mhux noqogħdu nigdbu u nippruvaw inbellgħulhom il-gideb biex nirbħu l-punti politiċi, din hija t-triq ’il quddiem. Kunfidenti li kif dejjem għamel, il-Gvern Laburista u l-Prim Ministru ser jieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn jittieħdu. B’hekk biss nistgħu nassiguraw kontabbiltà assoluta u responsabbiltà mid-deputati ta’ dak kollu li jgħidu u jagħmlu.
17
05.07.2020
kullhadd.com
POLITIKA FAVUR OPPORTUNITAJIET ĠODDA GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ
Mario Fava President Sezzjoni Kunsilliera PL
Il-Kummissjoni Ewropea qed tieħu azzjoni biex tagħti liż-żgħażagħ l-opportunitajiet kollha possibbli biex jiżviluppaw il-potenzjal sħiħ tagħhom biex isawru l-futur tal-UE, u jistagħnew fit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Il-pandemija tal-Coronavirus kixfet kemm ħafna żgħażagħ spiss jaffaċċjaw bidu iebes fis-suq tax-xogħol. Irridu naġixxu malajr. Issa wasal iż-żmien li ndawru l-attenzjoni tagħna lejn il-ġenerazzjoni li jmiss. Il-Kummissjoni qed tuża din l-opportunità biex iddaħħal it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali fid-DNA tal-politiki taż-żgħażagħ u tal-impiegi tal-UE. Permezz ta’ NextGenerationEU u l-baġit futur tal-UE, il-Kummissjoni diġà pproponiet opportunitajiet sinifikanti ta’ finanzjament tal-UE għall-impjieg tażżgħażagħ. Issa huwa f ’idejn l-Istati Membri li jagħtu prijorità lil dawn l-investimenti. Mill-inqas €22 biljun għandhom jintefqu fuq l-appoġġ għall-Impjieg taż-Żgħażagħ. Fi kliem il-Viċi President Eżekuttiv għall-Ekonomija għas-Servizz tan-Nies, Valdis Dombrovskis, illum huwa importanti aktar minn qatt qabel li ngħinu lill-ġenerazzjoni li jmiss ta’ ċittadini Ewropej jirnexxu u jitilgħu l-iskaluni tas-sellum tal-impjiegi, speċjalment f ’dan iż-żmien ta’ kriżi. Qed nipproponu triqat ’il quddiem ċari u speċifiċi biex iż-żgħażagħ tagħna jkollhom l-opportunitajiet professjonali li jistħoqqilhom. Il-proposti tal-lum jistabbilixxu wkoll x’finanzjamenti tal-UE hemm disponibbli biex l-Istati Membri jiġu appoġġjati ħalli jagħtu spinta lill-impjiegi taż-żgħażagħ. Billi ninvestu fiż-żgħażagħ tal-lum, inkunu qed ngħinu fil-ħolqien ta’ suq tax-xogħol kompetittiv, reżiljenti u inklussiv għal għada. Nicolas Schmit, li huwa l-Kummissarju għall-Impjiegi u d-Drittijiet Soċjali ukoll jaqbel ma’ dan is-sentiment. Jidher ċar li issa wasal iż-żmien li jitwettqu r-riformi tant meħtieġa tal-miżuri ta’ appoġġ li noffru liżżgħażagħ. Dan nafuh lil miljuni ta’ gradwati u lil dawk li qed jieħdu l-ewwel passi tagħhom fis-suq tax-xogħol biex nimmobilizzaw l-appoġġ kollu li nistgħu. Iż-żgħażagħ tagħna jixirqilhom l-aqwa opportunitajiet possibbli biex jiżviluppaw il-potenzjal sħiħ tagħhom. Appoġġ għall-Impjieg taż-Żgħażagħ: pont għall-impjiegi għall-ġenerazzjoni li jmiss. Il-pakkett ta’ appoġġ għall-impjieg tażżgħażagħ huwa mibni fuq erba’ pilastri
li flimkien jipprovdu pont għall-impjiegi għall-ġenerazzjoni li jmiss: • L-UE ħolqot il-garanzija għaż-żgħażagħ fl-2013 u minn dak iż-żmien bniet pontijiet ta’ aċċess għas-suq tax-xogħol għal madwar 24 miljun żagħżugħ u żagħżugħa. Il-proposta tal-Kummissjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar pont għall-impiegi ssaħħaħ il-garanzija għaż-żgħażagħ, li issa tkopri l-persuni ta’ bejn 15 u 29 sena u żżid is-sensibilizzazzjoni taż-żgħażagħ vulnerabbli madwar l-UE. Ir-rakkomandazzjoni żżomm il-wegħda li jekk tissieħeb fil-garanzija għaż-żgħażagħ tirċievi offerta ta’ impjieg, ta’ edukazzjoni, ta’ apprentistat jew ta’ taħriġ fi żmien erba’ xhur. Il-pont għall-impjiegi se jkun aktar inklussiv biex jevita kwalunkwe forma ta’ diskriminazzjoni, bl-involviment usa’ ta’ gruppi aktar vulnerabbli, bħaż-żgħażagħ minn minoritajiet razzjali u etniċi, żgħażagħ b’diżabilità, jew żgħażagħ li jgħixu f ’xi żoni rurali, remoti jew urbani żvantaġġati. Din se tindirizza l-ħtiġijiet tal-kumpaniji, billi tipprovdi l-ħiliet meħtieġa - b’mod partikolari dawk meħtieġa għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali - u korsijiet ta’ tħejjija qosra; u se tipprovdi konsulenza, gwida u konsulenza mfassla apposta. • Il-proposta tal-Kummissjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għandha l-għan li tagħmel is-sistemi aktar moderni, attraenti, flessibbli, u adattati għall-ekonomija diġitali u ekoloġika. Edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali aktar ċċentrati fuq l-istudent iħejju liż-żgħażagħ għall-ewwel impjieg tagħhom u jagħtu lil aktar adulti l-opportunitajiet biex itejbu jew jibdlu l-karrieri tagħhom. Dawn jgħinu lill-fornituri tal-edukazzjoni u tattaħriġ vokazzjonali biex isiru ċentri ta’ eċċellenza vokazzjonali, filwaqt li jappoġġjaw id-diversità u l-inklussività. • Spinta ġdida għall-apprentistati tkun ta’ benefiċċju kemm għal min iħaddem kif ukoll għaż-żgħażagħ, u żżid forza tax-xogħol ikkwalifikata għal firxa wiesgħa ta’ setturi. L-Alleanza Ewropea għall-Apprentistati għamlet disponibbli aktar minn 900,000 opportunità. L-Alleanza mġedda se tippromwovi koalizzjonijiet nazzjonali, tappoġġja l-SMEs u ssaħħaħ l-involviment tas-sħab soċjali: it-trade unions u l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem. L-għan huwa li jiġu sostnuti l-offerti ta’ apprentistati li hemm bħalissa, billi l-apprentisti li nħarrġu llum, ftit snin oħra jkunu ħaddiema b’livell għoli ta’ ħiliet. • Fuq perjodu ta’ żmien qasir, il-miżuri addizzjonali li jappoġġjaw l-impjieg tażżgħażagħ jinkludu inċentivi għall-impjieg u għan-negozji ġodda u fuq perjodu ta’ żmien medju jinkludu l-bini tal-kapaċitajiet, in-networks ta’ intraprendituri żgħażagħ u ċ-ċentri tat-taħriġ bejn il-kumpaniji. Interessanti l-fatt li f ’pajjiżna miżuri simili ilhom li ddaħħlu sa mill-2014 u ta’ dan diġà rajna r-riżultati fejn matul l-aħħar snin, innutajna l-ikbar ammont ta’ żgħażagħ jaħdmu f ’pajjizna. Wieħed jittama li miżuri simili li qed tieħu l-Unjoni Ewropea, jibqgħu jissaħħu sabiex anki permezz tagħhom nibqgħu nressqu liċ-ċittadin Ewropew aktar viċin tal-Proġett Ewropew.
Mid -Dj arju t a’
Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 25 ta’ Ġunju Kuntent illum għax approvajna emendi għall-istatut tal-partit darba glorjuż tagħna. Kont minn tal-ewwel li vvutajt favur l-emendi, biex ma ngħidx favur statut ġdid, anke jekk ma nafx x’fih u x’ma fihx. Jien l-importanti li nsegwi dak li jgħidilna l-Kap u la l-Kap Adrian Delia qalilna biex nivvutaw favur, jien favur ivvutajt. Aktar u aktar meta fil-Kunsill Ġenerali beda jintqal li b’dan l-istatut se nirbħu l-elezzjoni ġenerali li jmiss, tiġi meta tiġi. L-importanti għalija kien li ma nbidlitx il-maduma bħala l-arma tal-partit, u li ma nbidilx l-isem tal-partit, għax jekk jinbidel l-isem tal-partit, ismi Nazju ma jkun ifisser xejn. Il-Ġimgħa, 26 ta’ Ġunju Tmiem il-ġimgħa mimli taħbit għandu l-Kap tagħna Adrian Delia. Illum se jerġa’ jkellimna. Għada ma naħsbix li se jonqos milli jagħti l-intervista li issa drajnieh jagħti kull nhar ta’ Sibt. Imbagħad il-Ħadd jerġa’ jkellimna biex jagħlaq il-Kunsill Ġenerali li se jwassalna għal rebħa fl-elezzjoni li jmiss, tiġi meta tiġi. Nispera li jħalluh kwiet f ’jum l-Imnarja għax ħaqqu ġurnata mistrieħ, mhux hekk, man! Insomma ma nafx kemm jaf joqgħod kwiet għax il-ħin kollu għaddej. Imbagħad fostna hawn min irid ineħħih. Jien ngħid għalija nħoss lil dan ir-raġel sibnieh fix-xorti għax lil tal-Labour mhux jagħtihom nifs. Il-ħin kollu jaqlgħalhom. Is-Sibt, 27 ta’ Ġunju Jien mhux niddejjaq niġri ’l hemm u ’l hawn, imma sieħbi tal-Istamperija u Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna għadhom mhumiex joħorġu wisq mid-dar minħabba l-imniefaħ tal-imxija. Ma nafx għaliex qegħdin jagħmlu dan l-għaġeb għax ħafna mill-Maltin u l-Għawdxin bdew jgħixu l-ħajja normali, tant li skont ma qaluli xi ħbieb Għawdxin, illlum eluf ta’ Maltin erħewlha lejn il-gżira Għawdxija minħabba li nhar it-Tnejn vaganza pubblika. Lil Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna għidtlu biex nagħmlu bħalhom, u mmorru nqattgħu jumejn Għawdex, imma ma riedx jaf. Moħħu biss biex iżomm il-ħanut tiegħu diżinfettat għax qalli li hu jibża’ għall-klijenti tiegħu. Il-Ħadd, 28 ta’ Ġunju Dmiri llum kien li għal darb’oħra nerġa’ mmur nisma’ d-diskors tal-Kap tagħna Adrian Delia fi tmiem il-Kunsill Ġenerali li se jrebbaħna l-elezzjoni li jmiss, anke jekk sieħbi tal-Istamperija qalli biex ma noqgħodx nimla rasi żżejjed. Għamel diskors kbir u meta appella lil kulħadd biex jingħaqad mal-partit darba glorjuż tagħna, fakkarni f ’diskors memorabbli li
kien għamel il-qatt minsi Ġorġ Borg Olivier qabel l-elezzjoni tal-1976 meta beda jappella lil kulħadd biex jiġi magħna. Tista’ tgħid li kien l-aħħar diskors tiegħu bħala kap tal-partit tagħna għax wara dik l-elezzjoni kien hemm min ried rasu fuq platt u ħadha. It-Tnejn, 29 ta’ Ġunju Wara s-suċċess li kellna fil-Kunsill Ġenerali, illum imissna għamilna kif darba konna għamilna fi żmien Eddie l-Kbir, meta f ’Jum l-Imnarja kien ħadna ġurnata l-Għadira. Forsi ma tafx kif kont inneħħi ftit min-nervi li qabduni, għax jien din il-festa nħobbha wisq. F’lejlietha dejjem nerħilha lejn il-Buskett għal ikla fniek ma’ xi ħbieb tiegħi, fosthom Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna. Imbagħad f ’nharha nerħilha għan-Nadur fejn niltaqa’ ma numru ta’ ħbieb Għawdxin li kollha kienu jappoġġjaw lil Giovanna Debono u llum jappoġġjaw lil Chris Said. U bilħaqq il-każ tar-raġel ta’ Giovanna x’kien sar minnu? It-Tlieta, 30 ta’ Ġunju Niskanta kif Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna sar l-akbar Laburist, minkejja li qabel kien jimmilita bil-kbir fil-partit darba glorjuż tagħna. Anke sempliċement ċajta jara kif se jieħu vantaġġ minnha biex ifaħħar lill-Gvern tagħhom jew imaqdar lill-partit tagħna. Peress li Ġorġ fih mhux ħażin, ġbidtlu saqajh dwar dak li qal il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ghax il-Maltin huma fost l-eħxen fl-Ewropa. U x’memorja u prontezza għandu man! Kien pront qalli li din mhix l-ewwel darba li ras kbira Ingliża żeffnet lil pajjiżna fin-nofs, u fakkarni f ’dak li kien qal is-Sindku ta’ Londra li kienu bellgħulna l-bendy buses. Ma ħallejtux b’xejn u kont pront weġibtu li dawk mhux lilna kienu bellgħuhom imma lil Manwel (mhux Adrian) Delia, mexxej ta’ Repubblika. L-Erbgħa, 1 ta’ Lulju Kemm ħadt gost naqra l-gazzetta tagħna, man! Mhux biss il-ħarġa tal-lum, imma l-ewwel ħarġa li ħarġet 50 sena ilu. Hekk hu, man! 50 sena ilu, meta konna fil-gvern, gvern immexxi mill-qatt minsi Ġorġ Borg Olivier. Għalkemm ġabitli mhux ftit nostalġija. Kienet riesqa l-elezzjoni u skont dak li kien jgħidli missieri, konna ċerti li se nirbħuha għax bittbagħbis li għamilna fid-distretti elettorali ma stajniex nitilfuha. Dak iż-żmien ftit li xejn kont nifhem, imma ma’ missieri kont immur kull attività li kien jorganizza l-partit, dak iż-żmien, glorjuż tagħna. Niftakarni bil-bnadar lesti biex noħorġu niċċelebraw, imma baqa’ f ’wiċċna għax kienu rebħulna, anke jekk bi ftit voti li tgħoddhom fuq is-swaba’ ta’ id waħda.
18
05.07.2020
kullhadd.com
IL-KNISJA TA’ SANTA TEREŻA U L-KUNVENT TAL-PATRIJIET TEREŻJANI Kitba ta’ CLIFFORD GALEA
Min jafni jaf li għandi interess f ’diversi oqsma, iżda l-iżjed għal qalbi hija l-istorja u l-kultura għażiża ta’ pajjiżna. Issa li rġajna ġejna għan-normal, huwa tajjeb li ngħinu ftit lil pajjiżna aħna stess bħala ċittadini ta’ din l-art u napprezzaw iżjed x’għandna fostna. Żjara fl-imkejjen storiċi, li minnhom għandna bil-bosta, tagħmel ġid mhux biss għall-ekonomija iżda għalina nfusna. Tħossok tajjeb li tmur tara minn xiex għaddew missirijietna, x’ħallewlna, xi bnew u x’wettqu u titgħallem u tiskopri dwar il-ħajja ta’ dari. Apparti l-mużewijiet, aħna poplu xxurtjat li l-knejjes tagħna huma wkoll mużewijiet minnhom infushom u forsi rari nirrealizzaw x’fihom. Dan minħabba l-fatt li drajna nidħlu fihom u kważi dan il-wirt sar parti komuni u integrali minna nfusna. Bormla hija waħda mit-tlett ibliet tal-Kottonera. Qiegħda fin-nofs bejn il-belt tal-Isla u l-belt tal-Birgu. Mal-wasla tal-Kavallieri fil-Birgu, kien hemm ħafna nies li telqu r-raba’ biex imorru jaħdmu mal-Ordni, b’hekk il-popolazzjoni bdiet tiżdied. Inbniet il-belt tal-Isla u l-istess spiċċat iffullata bin-nies ukoll. B’hekk bdiet tikber il-belt ta’ Bormla wkoll. Fil-parti ċentrali ta’ Bormla ssib knisja żgħira ddedikata lil Santa Tereża. Ma’ din il-knisja hemm kunvent fejn jgħixu l-patrijiet Tereżjani skalzi. Dan il-kunvent twaqqaf mill-Isqof Cagliares u nbena daqskemm ħabirku l-patrijiet stess. Fl-1625, l-Isqof Cagliares xtara biċċa art bil-bini fuqha mingħand il-Kommendatur Fra Klawdju Dacesse għallprezz ta’ 125 skud. Għall-bidu dan il-bini li kien hemm fuq din l-art beda jintuża bħala post fejn jgħixu l-ewwel patrijiet. Kien hemm ħafna patrijiet li taw il-parti tagħhom biex jinbena mill-ġdid dan il-kunvent, imma erba’ patrijiet ħadmu ħafna biex il-kunvent tagħhom jinbena malajr. Dawn kienu Fra Ġużepp t’Omm Alla, li kien Spanjol, Fra Teodosio tal-Ispirtu s-Santu, li kien Franċiż, Fra Alessju ta’ Sant’Anġlu, li kien Naplitan u l-Fratell Ġużepp, li kien Ruman. Il-flus biex jinbena l-kunvent mill-ġdid ukoll ħariġhom l-Isqof. Fis-sena 1681, ġie miżjud oratorju fin-naħa ta’ fuq tal-kunvent. Dan ġie miżjud
biex isiru kmamar fejn il-Kavallieri setgħu jmorru rtiri. Filfatt, kien il-Gran Mastru Carafa li ħareġ is-somma kbira biex jinbena dan l-oratorju. Il-Kavallieri kienu jżuru l-kunvent ta’ spiss. Ħafna kienu jmorru hemm għal gwida spiritwali mingħand il-patrijiet. Oħrajn kienu jmorru hemm biex jagħmlu xi ġranet fil-kwiet fejn jagħmlu ħin jikkontemplaw fuq il-ħajja spiritwali tagħhom. Il-knisja kienet żgħira u għandha korsija b’sitt kappelli, li jiġu tlieta fuq kull naħa. Fil-bidu l-knisja kellha tmien artali li matul is-snin tnaqqsu għal ħamsa. Fil-bidu ma kellhiex kampnar, u dan inbena fis-sena 1881 u ġiet ikkonsagrata mill-Isqof Labini fit-18 ta’ Marzu 1787. F’din il-knisja
hemm ukoll il-ġisem ta’ Santa Konsolata Verġni u Martri. Barra l-Kavallieri kien hemm Inkwiżituri li għamlu użu misservizzi spiritwali ta’ dawn il-patrijiet u saħansitra jmorru rtiri hemm. Uħud ikkontribwixxew għat-tiżjin tal-knisja. Fil-knisja hemm ukoll midfun
l-Inkwiżitur Mons. Karlu Cavalletti, li miet f ’Marzu tal1652. Il-knisja hi mżejna b’bosta kwadri ta’ pitturi sbieħ. Il-kwadru titulari juri l-inkurunazzjoni ta’ Santa Tereża. Din il-pittura kienet ta’ Fra Luca Garnier. Fiż-żmien tal-Gwerra dan
Ħafna kienu jmorru hemm għal gwida spiritwali mingħand il-patrijiet. Oħrajn kienu jmorru hemm biex jagħmlu xi ġranet fil-kwiet fejn jagħmlu ħin jikkontemplaw fuq il-ħajja spiritwali tagħhom
il-kwadru kien tkisser u wara ġie restawrat mis-Surmast Giuseppe Caruana. Kien hemm diversi kwadri oħra fosthom ta’ San Franġisk magħmul mill-istess pittur tal-kwadru prinċipali, u ta’ San Ġużepp, li hu xogħol ta’ Preti. Il-kwadru tal-Oratorju juri lil San Ġwann Battista li huwa wkoll xogħol ta’ Preti, iżda dan ix-xogħol ma kienx irfinut minħabba li miet waqt li kien qiegħed ipenġih. Fil-knisja hemm ukoll tliet statwi, li huma ta’ Santa Tereża, Santa Tereżina tal-Bambin Ġesù u tal-Madonna tal-Karmnu. Ma’ din il-knisja hemm marbuta storja interessanti. Fid19 t’Ottubru 1837 ġie misruq is-Sagru Pissidi. Malli l-patrijiet indunaw li kien nieqes fittxewh mal-knisja kollha. L-Isqof Caruana, ta permess lill-patrijiet li l-artal maġġur jiġi mgħotti b’biċċa sewda, bħala mezz biex juru li l-knisja kienet f ’luttu. Ġie mgħotti wkoll il-kwadru titulari, bħala sinjal ta’ diqa għal dak li kien ġara. Fil-knejjes kollha parrokkjali saret espożizzjoni tas-sagrament biex juru d-dispjaċir tagħhom għal dak li seħħ. In-nies kollha ddispjaċiehom u kollha assistew għattalb li sar fil-knejjes kollha ta’ Malta biex jitolbu lil Alla li dan jinstab. Għalina l-Insara dan ifisser li kien insteraq il-ġisem ta’ Ġesù. Fl-ewwel jum tal-espożizzjoni, sar magħruf li ġie arrestat Pawlu Galea. Dan kien mar ibigħ is-salib tal-fidda li kien hemm fuq il-pissidi misruq. Ġurnata wara nstab is-Sagru Pissidi minn tifel ta’ 11-il sena, li kien jismu Franġisk Cachia u kien minn Ħaż-Żabbar. Dan sabu fil-foss li jdawwar il-bieb prinċipali tal-Birgu. Li jissejjaħ Couvre Port. Kollox instab hekk kif kien insteraq, is-salib biss minn fuq l-għatu kien nieqes. Fuq ilpost inġabru ħafna nies, biex jagħtu qima lis-Santissimu Sagrament. Minn fejn instab sal-Knisja ta’ Santa Tereża, is-Sagru Pissidi ttieħed proċessjonalment. Il-Vigarju Ġenerali, Kanonċi u diversi Patrijiet Kappuċini u Dumnikani ħadu sehem f ’din il-purċissjoni. Kif waslet fil-knisja l-purċissjoni spiċċat bil-barka sagramentali. Wara dan saru tlett ijiem ta’ mixegħla fil-knejjes kollha parrokkjali u anki dawk sagramentali. Tkanta wkoll it-Te Deum,
19
05.07.2020
kullhadd.com
li huwa innu ta’ radd il-ħajr, li l-knisja tkanta fil-festi tagħha. Dan is-serq kien wieħed serju ħafna għall-Knisja f ’Malta u b’hekk l-imsemmi Galea nqatgħetlu għal għomru l-ħabs jew xogħol iebes. F’kull sitwazzjoni hu kellu jkun marbut b’żewġ katini ma’ saqajh. Ma tantx dam il-ħabs għax darba fost l-oħrajn il-ħabsi l-ieħor ta’ miegħu taħ daqqa ta’ ħadida fuq rasu u ħallieh tal-post waqt li kien rieqed. Meta ġie mistoqsi għalfejn għamel hekk, hu sostna li mat-
ul il-lejl ħass lil xi ħadd jgħidlu qum u oqtlu. Hu hekk għamel, qabad u qala’ l-ħadida tas-sodda u tah daqqa fuq rasu bissaħħa li qatlu. Dan il-kunvent intlaqat sew fil-gwerra mil-qawwiet Taljani. Fil-11 ta’ Ġunju 1940, intlaqat min-naħa ta’ fuq. Wara dan id-diżastru, il-patrijiet marru jgħixu fil-kunvent tal-Patrijiet Dumnikani. Il-kunvent infetaħ mill-ġdid f ’Ottubru 1943, meta l-qilla tal-gwerra kienet għaddiet minn fuq Malta.
Ritratti: MARK MICALLEF PERCONTE
Il-knisja kienet żgħira u għandha korsija b’sitt kappelli, li jiġu tlieta fuq kull naħa. Fil-bidu l-knisja kellha tmien artali li matul is-snin tnaqqsu għal ħamsa. Fil-bidu ma kellhiex kampnar, u dan inbena fis-sena 1881 u ġiet ikkonsagrata mill-Isqof Labini fit-18 ta’ Marzu 1787
20
05.07.2020
kullhadd.com
RANIERO BORG
JISKANTA BL-AMMONT KBIR TA’ PLASTIK LI JILTAQA’ MIEGĦU Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Ngħid għalija personali naffaxina ruħi meta fis-sajf inmur nogħdos. M’iniex professjonali, imma biex ngħid hekk ninqeda tajjeb, filwaqt ukoll li ngawdi dinja oħra hemm isfel, sakemm ma niltaqax ma’ xi skart mormi u x-xenarju sabiħ jinbidel f ’wieħed ikrah. Dan l-aħħar sirt naf b’persuna li ilu jogħdos f ’qiegħ il-baħar għal aktar minn 40 sena. Qed nirreferi għal Raniero Borg. Għandu 61 sena, imexxi n-negozju tiegħu b’passjoni ta’ għaddas minn mindu kellu l-età ta’ 20 sena. Imrobbi fil-Kappara, attwalment għex Ħ’Attard. Kien iħobb jilgħab il-futbol qabel ma kien ħerqan ħafna fuq qiegħ il-baħar. Kien jieħu gost jistad u jikkompeti f ’avvenimenti ta’ windsurfing. Dan l-aħħar snin qabad il-ġiri wkoll fejn ikkompeta fin-nofs maratona iktar minn ħames darbiet, kif ukoll darbtejn fil-maratona. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala persuna enerġetika u pożittiva. Ħafna nies jgħidu li għandu qalbu tajba u jkun dejjem hemm lest biex jgħin lill-proxxmu. Kull fejn jara l-ħażin, jipprova mill-aħjar biex jirranġah. Dispjaċir wieħed biss għandu f ’ħajtu, li matul dawn l-esperjenzi tiegħu f ’din id-dinja f ’qiegħ il-baħar, jiskanta bl-ammont qawwi ta’ plastik li jiltaqa’ miegħu. Fil-fatt ried iqajjem kuxjenza fost il-poplu, u sentejn ilu ħoloq paġna fuq Facebook – Raniero’s Adventures. Ħallejt f ’idejh sabiex jagħtini aktar informazzjoni dwar il-paġna tiegħu u kif evolviet. “L-ewwel bdejt nitfa’ vidjows fuq YouTube u ksibt ħafna konkorrenza. Imbagħad, ġejt introdott fuq Facebook minn uliedi li ffurmaw paġna għalija biex inkompli nippubblika u nintroduċi l-vidjows tiegħi fost il-Maltin. Il-paġna bdiet oriġinarjament għal dawk li mhumiex ħerqana wisq għall-għadis. Dan sar biex nuri lit-telespettaturi dak li nesperjenza matul l-għadis tiegħi madwar il-Gżejjer Maltin, kif ukoll barra. Bdejt niltaqa’ ma’ żona li kellha bżonn manutenzjoni bħall-famuż vidjow ta’ Fra Ben u l-ponot li kienu perikolużi għall-għawwiema. Il-Bajja (li kienet bajja bil-bandiera blu) ingħalqet ukoll għal
xi żmien mill-Kunsill Lokali. Minn dakinhar ’il quddiem naf li stajt nagħti iktar għajnuna lil Malta u mbagħad ġejt rikonoxxut mill-midja. Jien mhux biss inpoġġi filmat rigward il-baħar, iżda wkoll l-għarfien meħtieġ fuq l-art f ’Malta u Għawdex,” beda jaġġornani. Miegħu ddiskutejt dwar l-impatt li jaħseb li qed iħalli fuq is-soċjetà permezz tal-paġna tiegħu fuq Facebook. “Inħoss li għandi osservazzjoni tajba ħafna dwar meta jista’ jkun hemm xi periklu. Jien iltqajt ma’ qasam li kellu bżonn l-attenzjoni u wara kien segwit mill-midja jew mill-Kunsilli Lokali. Qed inqajjem kuxjenza rigward il-plastik u skart ieħor fuq l-art, iżda aktar importanti fil-baħar. Qed norganizza wkoll il-clean-ups tiegħi u ksibt numru tajjeb ta’ voluntiera permezz ta’ Facebook. Xi filmati rigward Is-Sikka l-Bajda li rreġistrajt waslu għand il-midja internazzjonali rigward il-bunkering eċċessiv fuq is-sikka, eżatt barra l-Aħrax tal-Mellieħa. Fil-vidjows tiegħi wieħed seta’ josserva l-qirda ta’ qiegħ il-baħar, il-ħsara kkawżata lill-blat u t-tnaqqis tal-alka filbaħar. Dan sar regolat, imma
Malti sarx konxju mill-użu ħażin tal-plastik, u x’jista jsir biex jitnaqqas dan id-diżastru, Raniero weġibni: “Naħseb li maż-żmien il-Maltin saru aktar konxji tal-kwistjoni. Nagħti l-appoġġ lill-istabbilimenti kollha li naqqsu l-użu tas-single use plastic madwar il-gżejjer. Għad hemm stabbilimenti li għandhom bżonn jibdew din l-inizjattiva kbira. It-tneħħija tal-użu tas-sinPlastik: Għad hemm gle use plastic waħedha mhix se stabbilimenti li għandhom tnaqqas id-diżastru. Triq tirriċikbżonn jibdew din la oġġetti tal-plastik kif suppost. l-inizjattiva kbira Għandi ngħid li dan beda biss flMistoqsi jaħsibx jekk il-poplu aħħar ftit snin u għalhekk l-użu għadu jseħħ.” Ta’ min jgħid ukoll li t-tliet ulied ta’ Raniero kollha huma ħerqana ħafna dwar il-baħar. Fil-fatt tnejn minn uliedu għandhom il-liċenzja tal-għadis. L-iżgħar tiegħu wild għenitu jpoġġi l-vidjows u hi wkoll fi triqtha biex tikseb il-liċenzja tagħha għall-għadis.
Inħoss li għandi osservazzjoni tajba ħafna dwar meta jista’ jkun hemm xi periklu. Jien ltqajt ma’ qasam li kellu bżonn l-attenzjoni u wara kien segwit mill-midja jew mill-Kunsilli Lokali. Qed inqajjem kuxjenza rigward il-plastik u skart ieħor fuq l-art, iżda aktar importanti fil-baħar
tal-plastik ta’ qabel ser iħalli impatt fuqna issa. Huwa għalhekk li għandna bżonn nieqfu nużaw il-plastik,” stqarr miegħi. Semmejna wkoll il-kampanja single use plastic fejn ftit ftit qed tindera mill-poplu mhux biss Malti, iżda anke internazzjonali. Fil-fatt ħafna ħwienet saru jikkunsmaw straws tal-karti minflok tal-plastik, jew cutlery magħmula mill-injam. Ftit ftit jaf naslu xi darba. “Biex inkun onest, fin-Nofsinhar ta’ Malta, jasal il-plastik fuq l-art miż-żoni l-oħra madwar il-Mediterran. Għaldaqstant, Malta mhux biss qed tikkawża l-qirda. Naqbel bis-sħiħ mal-użu ta’ oġġetti oħra biex wieħed jieqaf milli juża single use plastic. Tiben tal-karti u pożati tal-injam huma pass ’il quddiem. Madankollu, huma xorta jikkontribwixxu għall-iskart fit-tmiem tal-użu tagħhom. Għandhom jintużaw oġġetti tal-plastik li jerġgħu jintużaw biex neliminaw l-iskart.” Ta’ min jgħid li minn dak li Raniero josserva f ’qiegħ ilbaħar, l-aktar li jinnota mormija huma basktijiet tal-plastik u fliexken tal-plastik. Xeni oħra li jiltaqa’ magħhom f ’qiegħ ilbaħar huma l-ammont ta’ tyres
21
05.07.2020
kullhadd.com
li jinstabu f ’ilma baxx ħafna u l-agħar meta jintużaw bħala fenders. Karozzi li jintremew illegalment jew inkella sempliċement il-maltemp ikaxkarhom fil-baħar. L-għadd ta’ batteriji u fliexken tal-ħġieġ qodma, kif ukoll id-diżastru orribbli ta’ ghost nets li jitħallew u l-annimali tal-baħar jinqabdu fihom. Fi kliemu stess, qal li dan l-ammmont ta’ plastik qed inaqqas id-dawl tax-xemx li jilħaq qiegħ il-baħar. “Għalhekk, m’hemm l-ebda flora u fawna. Hemm żoni f ’Malta li m’għandhom l-ebda alka tal-baħar u nnutajt tnaqqis drastiku fil-ħajja tal-baħar fl-aħħar 10 snin. Dan kollu jispiċċa fiċ-ċiklu tal-ħajja tagħna li jintemm, filwaqt iċ-ċiklu tal-ħajja fid-dinja.” Mhux hekk biss, talli kawża ta’ dan kollu, l-ispeċi ta’ ħut u ħlejjaq oħra tal-baħar, dan l-aħħar naqsu drastikament mill-baħar tagħna. Fil-fatt stima tgħid li madwar naqsu 40%. Dan agħar minn hekk jista’ jkun fatali fuq il-bniedem jekk jispiċċa filplatt tiegħu. Soluzzjoni waħda hija li l-bniedem għandu jelimina l-plastik ta’ użu ta’ darba u jelimina l-iskart kompletament. Mistoqsi fejn normalment iħobb imur jogħdos, Raniero weġibni li jippreferi s-Sikka l-Bajda, Il-Qammieħ, Wied iż-Żurrieq, Ix-Xatt L-Aħmar u Kristu tal-Baħħara (Qawra Reef). Imbagħad, bħala żoni f ’qiegħ il-baħar li huma kkunsidrati maħmuġa huma Sirens, ix-Xemxija u ċ-Ċirkewwa (South Quay).
toqsijiet għall-proġett tagħhom tas-Systems of Knowledge. Jiena kuntent ħafna li ħafna studenti huma interessati fit-tibdil fil-klima u d-diżastru kkawżat mill-plastik, u nixtieq inħeġġeġ lil oħrajn jagħmlu l-istess,” stqarr bl-ikbar serjetà fuqu Raniero. Kompla jgħidli li hija ħasra li sa snin ilu kien ikollna baħar li kien komplut bil-ħut u mimli ħajja u li issa m’hemm kważi xejn. “Kien hemm drabi meta kont immur nogħdos u ma niltaqax ma’ ħuta waħda waqt li nkun qed nogħdos,” qalli ddispjaċut. Bit-taħdita li għamilt ma’ Raniero, sirt naf ukoll li mill-esperjenza tiegħu tal-bajjiet lokali, u minn dak li josserva, iħoss li l-bajja tal-Mellieħa hija waħda mill-aktar bajjiet li għadha ‘verġni’. Dan għaliex hija waħda mill-inqas bajjiet li fiha skart f ’qiegħ il-baħar. Mistoqsi għaliex jaħseb li hija hekk, meta mqabbla ma’ bajjiet oħra, Raniero weġibni: “Dan kollu għaliex hemm żona ta’ kenn mill-irjieħ u mill-kurrent. Ladarba ħafna mill-iskart jivvjaġġa bir-riħ jew bil-kurrent, mhux ħafna minnu kapaċi jsib ruħu fuq il-bajja. Jekk tmur fuq in-naħa opposta bħal Għajn Tuffieħa u Golden Bay, dawk ta’ Fomm ir-Riħ għandhom kurrenti u rjieħ qawwija ħafna ġejjin min-Nofsinhar tal-Mediterran.”
Involut fi clean-ups kemm fuq l-art kif ukoll fil-baħar
Fatt interessanti dwar Raniero huwa li lura għas-sena 1990 kellu idea oriġinali. Din kienet li meta kien hawn il-Papa Ġwanni Pawlu II f ’Malta titbierek l-istatwa ta’ qiegħ il-baħar li tinsab lejn Qawra – Statwa Kristu tal-Baħħara (Statue of Christ). Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar dwar l-arranġamenti u x’ġara eżattament dakinhar. “L-idea oriġinali kienet li jkun hemm statwa li tiġi rrekordjata fl-ilma f ’Malta. Kienet imbagħad idea aħjar li jkollna l-unika statwa mbierka mill-Papa San Ġwanni Pawlu II. Il-pjan waqt iż-żjara tal-Papa f ’Malta kien li jieqaf fil-gżejjer ta’ San Pawl għal 10 minuti biex ibierek l-istatwa. Kien maħsub biex jgħid talb qasir. Madankollu, kien tant megħlub mill-attendenza kbira tal-popolazzjoni li baqa’ hemm għal 30 minuta oħra. Immaġina l-gżejjer ta’ San Paul mal-kosta bin-nies jaraw l-avveniment, b’ħafna dgħajjes ippakkjati b’nies madwar il-vapur kbir li l-Papa kien preżenti fuqu. Wara 10 snin tal-istatwa ħdejn il-gżejjer ta’ San Pawl, kellha titpoġġa mill-ġdid qrib ilpunt tal-Qawra minħabba l-fishfarms. L-istatwa bħalissa tinsab fil-fond ta’ 30 metru u tista’
Ta’ min jgħid ukoll, li Raniero kien involut f ’madwar 10 clean-ups matul is-sena 2019. “Konna qed norganizzaw cleanups kull xahar madwar il-gżira jew fuq l-art jew bil-baħar. Din is-sena diġà għandi ftit postijiet f ’moħħi biex norganizza avvenimenti bħal dawn li jappoġġjaw l-ambjent tal-baħar u jagħtuh l-attenzjoni li jeħtieġ. Is-sena li għaddiet kellna parteċipazzjoni tajba ħafna mill-voluntiera, peress li t-tindif isir kollu b’mod volontarju.” Qabel ma’ mort għal din l-intervista kont naf ukoll li Raniero xi kultant ikun avviċinat minn skejjel sabiex jorganizza clean-ups fuq xtajtiet f ’forma ta’ avventura mal-istess studenti. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar. “It-tindif għall-iskejjel qatt ma kien organizzat minni, s’issa. Madankollu, ġejt avviċinat minn bosta kumpaniji li kienu interessati fit-tindif ta’ żoni żgħar madwar Malta. Organizzajt dan ħafna drabi u dawn irnexxew kollha. Xi studenti staqsewni biex ngħinhom billi jintervistawni permezz ta’ mis-
Kellu idea li l-istatwa Kristu tal-Baħħara tkun imbierka mill-Papa San Ġwanni Pawlu II
taraha biss bid-dgħajsa,” żvela miegħi Raniero. Fl-aħħar nett, Raniero għadda messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Irridu nkomplu nieħdu ħsieb il-baħar u l-art tagħna u nibqgħu konxji dwar id-deċiżjonijiet li nieħdu dwar prodotti ta’ skart. Inħeġġeġ lill-qarrejja biex iżuru l-paġna ta’ Facebook tiegħi Raniero’s Adventures – Live Life biex jaraw wieħed mit-340 filmat. Nitfa’ vidjows kull ġimgħa u wieħed jista’ jibqa’ aġġornat bil-clean-ups madwar Malta. Ħadd ma jeħtieġ li jkun professjonali, kulħadd huwa milqugħ u kull ftit jgħin,” temm jgħid. Għal aktar informazzjoni żuru https://www.facebook. com/RanierosAdventures/ jew https://www.facebook.com/ kristutalbahhara/
22
05.07.2020
kullhadd.com
QTIL MAL-WASLA LURA MALTA Minn CHARLES B. SPITERI
Ir-rakkont tad-delitt f ’din il-poeżija, seħħ fis-7 ta’ Ottubru tal-1925 fi Vjal Victoria, il-Ħamrun. Kien delitt kaġunat minn infedeltà ta’ Tereża Sammut li kienet ilha miżżewġa lil Costantino, baħri, għal madwar erba’ snin. Jirriżulta li fil-bidu tażżwieġ tagħhom, huma marru joqogħdu fi Triq Zekka l-Belt Valletta, fid-dar ta’ omm Tereża. Imbagħad, erbat ijiem qabel ma seħħ id-delitt, Tereża marret fil-post il-ġdid fil-Ħamrun, fejn għal Kustanz kellu jkun l-ewwel u l-aħħar lejl li raqad f ’din id-dar.
Dakinhar tad-delitt, Costantino, magħruf minn ħbiebu bħala Kustanz, irritorna Malta fuq l-H.M.S. Adamant. Mar jifraħ b’martu u uliedu fid-dar il-ġdida u ħareġ biex mar s’għand ommu. Reġa’ lura f ’daru tard billejl u kien xurban. Ma kellux għażla oħra għajr li jmur jorqod biex iqum għal jum ieħor ta’ xogħol. Kustanz u martu kienu ilhom erba’ snin miżżewġin u kellhom tlett itfal. Wara l-istħarrig tal-pulizija nstab li r-relazzjoni bejn Tereża u l-qattiel (Antonio
Bajada) kienet iktar minn ħbiberija, peress li kienu ilhom jiltaqgħu flimkien għal 14-il xahar, f ’postijiet u nħawi differenti u fejn mhux darba u tnejn għamlu s-sess. Antonio Bajada, ta’ 25 sena, li kien negozjant magħruf f ’pajjiżna, kien talflus u miżżeweġ, kien joqgħod faċċata tad-dar ta’ omm Tereża u l-ewwel darba li ltaqgħu kien meta Tereża, ta’ 22 sena, marret titolbu jsib xogħol għal żewġha. Iżda mhux talli ma sablux, talli meta Kustanz kien imsiefer, Bajada bagħatlu ittra insolenti.
Wara d-delitt, permezz tal-Patri Agostinjan Beneditto Galdes, il-qattiel bagħat flus lil Tereża u talabha ma ssemmihx fl-istqarrijiet tagħha mal-Pulizija. Iżda hi kienet diġà tkellmet. Aktar tard ħareġ fid-dieher li Kustanz mhux talli kien jaf b’rigali li Bajada ta lil martu, fosthom tal-fidda u tad-deheb, talli l-koppja għażlet lilu biex ikun parrinu ta’ wieħed minn uliedha. Għal dan kollu iżda, Bajada ried l-imħabba ta’ Tereża u kien jheddidha li jekk ma tibqax tiltaqa’ miegħu, joqtolha.
Il-qtil tal-Ħamrun Fuq iż-żewġ ġurijiet kapitali Ta’ Tereża Sammut u Antonio Bajada Li saru fl-1926
Ersqu ħbieb, duru madwari Biex tisimgħu dan il-fatt, Li ħasra f ’qalb kulħadd nissel U bħalu ma nstema’ qatt!
Minnhom ġie mniżżel ġol-qabar B’kura kbira fuq l-idejn Xi ħaġa qalu għal ruħu Minn hemm ħarġu bla żmien xejn.
Fit-18 ta’ Frar li għadda Kienu jidhru miġburin Fis-sala tal-Kriminali Il-ġurati u l-Imħallfin.
Sbieħ is-7 ta’ Ottubru F’daqqa waħda ġriet aħbar Kull min tisma’ kelma waħda: X’delitt kbir il-Ħamrun sar.
Nistħajjel min qiegħed jisma’ Jistaqsini l-fatt kif kien Dak li ntqal fiż-żewġ ġurini Kollox ser ngħidilkom jien.
Imbagħad xħin kulħadd kien f ’postu U s-sala bin-nies imtliet B’Tereża wkoll preżenti Il-kawża tagħha inbdiet.
Kulħadd tnixxef fih innifsu Fuq dan il-qtil misterjuż, l-assassin qatel u ħarab u l-maqtul Kustanz taċ-Ċnus.
Pulizija u ditektivs Lill-qattiel ifittxu bdew Bosta nies fuq xi suspetti, Arrestati minnhom ġew.
Tal-Kuruna l-ġuri fetaħ Tal-akkuża beda l-att Dik ix-xena fisser tajjeb Li kien qisu ra l-fatt.
B’ħafna nies tal-pulizija Minnufih id-dar imtliet Wara ftit biex l-aċċess jagħmlu Karozza bit-tobba ġiet.
Għamlulhom elf mistoqsija B’reqqa kbira ġew mgħarblin Meta raw li m’għandhomx ħtija ’il barra ġew mibgħutin.
Qal: li ma’ Sammut Tereża Bajada ġie arrestat Fuq il-qtil ta’ Kostantinu Dan Toni ġie akkużat.
Hekk kif ħelsu mill-eżami Minn hemm ħarġu minnufih Bil-katavru tal-imsejken Għall-isptar fis telqu bih.
Iżda Alla jara u jisma’ Bla mħallas ma jħalli ’l ħadd Tagħmel x’tagħmel f ’din id-dinja Id-dnub żgur ma jorqod qatt!
Tereża wkoll kienet stqarret Li ilh’ erbatax-il xahar B’amiċizzja ta’ Bajada Kienet tilqgħu ġewwa d-dar.
Hemm imbagħad saret l-awtopsja Għalhekk ħasbu biex jidfnuh Fost il-għali tal-familja Fost ħafna tixrid ta’ dmugħ.
Għaddew kienu biss ftit ġranet Xħin f ’salt xegħlet il-Maltin Kelma waħda minnhom tisma’: “Arrestawhom lill-ħatjin!”
Fis-7 t’Ottubru sewwa Fis-siegħa u nofs ta’ billejl Xħin Kustanz kien fl-aħjar raqda Toni daħal bla kliem xejn.
L-għada t-triqat ta’ Ħal Qormi Bin-nies dehru mimlijin Lil Kustanz kulħadd ried jara, Li bih hawn kienu ġejjin.
Kemm ħaduha aktar bi kbira Kif l-isem tagħhom ċamaw Fid-delitt imdaħħla martu, Mart Kustanz! O, kif skantaw.
B’arma hedded lil Tereża Qalilha: “ser navvertik Jekk int leħnek ser issemma’ Jien katavru nirrendik.”
Kważi hawn tliet sigħat damu Biex jaraw il-funeral Li kif deher id-dmugħ qabżilhom U kien hemm min f ’qalbu qal:
Antonio Bajada l-ieħor Dan l-isem hu kien iġib Kif jingħad, ma’ din Tereża Daqs l-istess żewġha ħabib.
Dan imbagħad kompla jgħidilha: “Tgħidx li kont f ’darek dal-ħin Anzi ’kk tiġi mistoqsija Għid li daħlu l-ħallelin.
“O! Imsejken Kostantinu Kemm kien veru raġel kwiet Ara min qatt kellu jgħidlu X’mewta kiefra fuqu ġiet!
Intant issa l-Pulizija Domandi għamlu ’l-ħatjin Staqsewha ’l żewġha min qatlu Qaltilhom tliet ħallelin.
Issa xħin tara li jiena Inkun ili ftit li mort Int mur iġri lejn il-għassa Ta’ dal-qtil agħti rapport.”
Kellu miegħu bosta stewards Anki minnhom ġie merfugħ Kien hemm min żamm il-kuruni Bil-mod il-knisja wassluh.
Il-ġustizzja ħadmet tajjeb Biex tara humiex ħatjin Lil Bajada bagħtu ’l barra U ’l Tereża għaddew ġurin.
Tal-Kuruna qal li Toni Jumejn qabel dak li sar Tereża għal żewġ iljieli Din laqgħetu ġewwa d-dar.
23
05.07.2020
kullhadd.com
Għaliex żewġha kien isiefer Kif ġie, mar id-dar jistrieħ, Feraħ b’martu u b’uliedu Bla ma jaf x’kien lest għalih.
Tliet sigħat sew damet tixhed fiehmet sew lill-Imħallfin x’viltajiet kien juża Toni x’sikkatura kellha din.
Xehdu wkoll imbagħad it-tobba Fuq dak l-imsejken maqtul Qalu: “sabulu ferita Demm minnha ħareġ gelgul.”
Tajjeb iddefendiet ruħha li n-nies kollha skantaw il-ġurati daħlu ġewwa bejniethom jikkumbinaw.
Prova oħra dehret ittra tal-kalzrier li għassa kien meta Toni u Tereża arrestati ġew flimkien.
Il-ferita li sabulu Li jgħix kienet ħaġa rari Għaliex l-arma li tawh biha Magħmula trijangolari.
Hemm ġew damu ftit ħin sewwa xħin imbagħad dehru ħerġin Prim Ġurat bil-karta f ’idu li din taha lill-Imħallfin.
Għaliex meta l-ħabs kienu għal Tereża kien bagħat ktieb mal-kalzrier, li bla kont fetħu ittra sab fih mingħajr ħsieb.
Id-daqqa kienet qawwija Sabiex joqtlu minnufih Għaliex taqqbet gverta doppja Li ’l Kustanz kienet tgħattih.
Il-verdett beda jaqralha lil Tereża fil-ħin sew il-ġurati kienu disgħa sitta kontra tlieta ġew.
Fejn kitbilha: “attenta oqgħod sus fuq l-Avukat Caruana ftakar illi dak il-bniedem lilna wisq jista’ jaqlagħna.
Mixħut fl-art mgħargħar fid-dmija Bogħod mis-sodda wkoll sabuh Li hemm żgur ma tkaxkarx waħdu Tnejn min-nies bilfors xeħtuh.
Malli l-verdett inqara l-Imħallef qal f ’dak il-kwiet li, Tereża ma hix ħatja, din illiberata ġiet.
Tinsiex l’aħna ħaġa waħda... kif dil-biċċa nispiċċaw vapur nirkbu u minn Malta, jien u inti nsalpaw.”
Il-Qorti fis-siegħa sewwa Is-seduta ssospendiet Fit-3 ta’ filgħaxija Tereża mressqa ġiet.
Aħsbu ftit intom, kemm ferħet Tereża u kellha raġun hija ħasbet li s-sentenza aktar ħarxa sejra tkun.
Kif spiċċaw minn dawn il-provi, li kontra Toni tfaċċaw il-ġurati daħlu ġewwa biex bejniethom jivvutaw.
Xehed il-kuntistabbli Pace Li għassa kien dak il-ħin Sema’ mara għajjut titlob Għax daħlulha l-ħallelin.
Magri kien l-avukat tagħha, li dana bravu tassew tawh il-prosit tad-difiża b’applaws ħareġ minn hemm ġew.
Fis-6 u nofs ta’ filgħaxija il-ġurati bdew ħerġin f ’posthom qagħdu l-verdett beda lil Toni qal dak il-ħin:
Dan inħasad malli lemaħ lil dil-mara hekk beżgħana qaltlu: li daħlu serqulha iċ-ċurkett u ġiżirana.
L-għada ‘l-Ħadd’ il-pulizija, lil Toni bdew ifittxuh dawn malajr iltaqgħu miegħu lejn il-Qorti fis ħaduh.
“Il-ġurati, hawn preżenti, li int ħati ddeċidew għax il-ġuri b’maġġoranza tmienja kontra wieħed ġew.”
Ma noqgħodx hawnhekk insemmi kemm xhieda ġew imħarrkin milli wieħed seta’ jara kienu fuqhom is-sittin.
Kompost kien, intant il-Qorti mill-ġurati u l-Imħallfin biex fl-10 ta’ Ġunju jibda ta’ Bajada il-Ġurin.
Is-sentenza ġiet mogħtija lil Bajada bħala ħati: 20 SENA fit-tbatija l’huma LAVORI FURZATI!
Minn Frar 20 sewwa kellna il-ġurnata s-Sibt kien Strada Rjali u anki l-Qorti bin-nies mimli kullimkien.
F’dan il-ġuri x-xhieda żdiedu għax kienu fuq it-tmenin mart Kustanz, xufier, sefturi, martu, Patri u barranin.
Malli nqatgħet is-sentenza lil Toni isfel niżżluh in-nies ħarġet u fl-għaxija f ’karozzin il-ħabs ħaduh.
Kienet waslet dik is-siegħa li tinqata’ l-kurżità Tereża telgħet biex tixhed u tiżvela l-verità.
Telgħet martu sabiex tixhed din qalet meta l-qtil sar, kienet mixħuta fis-sodda żewġha magħha kien id-dar.
Ħbieb għeżież, issa nispera li ’l Kustanz ħadd ma jinsieh xi ħaġa għal ruħu ngħidu biex Alla l-mistrieħ jagħtih.
Din xehdet li Bajada f ’nofsillejl għandha kien mar fis-6 u 7 t’Ottubru sew meta il-fatt kien sar.
Ix-xhieda l’għamlet Tereża lil Bajada għarrqet sħiħ. Qalet: “id-delitt HU għamlu” xħin żewġha kien qed jistrieħ.
Ftakru li dal-povru bniedem ħasra kbira f ’qalbna ġieb, bkewh ommu, missieru, uliedu, ħutu u magħhom ħafna ħbieb.
Dak il-ħin li daħal Toni żewġha f ’soddtu kien jistrieħ b’arma f ’idu daħal fuqu, fejn katavru hemm ħallieh.
Is-sefturi mbagħad xehdu dawn fi kliemhom ma qablux min qal jien: “smajtu jitkellem iżda lilu ma rajtux.”
Tinsewx mela, u ibqgħu ftakru x’mewta kiefra kellu jmut, ħabibna u minna qatt minsi l-imsejken Kustanz Sammut!
24
05.07.2020
kullhadd.com
reċensjoni tal-ktieb
ID-DAR TA’ FAĊĊATA Id-Dar ta’ Faċċata hija l-istorja ta’ Pawlu, li jum fost l-oħrajn iqum filgħodu għall-istorbju tal-gafef u t-twaqqigħ. Id-dar ta’ faċċata ta’ fejn joqgħod hu, qed titwaqqa’ biex minflokha tinbena blokka flettijiet, li se tordmu u titfagħlu dell kontinwu fuqu u fuq daru, apparti li jitlef il-veduti tal-Imdina u tal-Port ilKbir li s’issa kellu. Għal Pawlu dan ikun il-bidu ta’ vjaġġ nostalġiku: jiftakar fl-avventuri u l-praspar li għex f ’dik id-dar tal-ġirien meta kien żgħir, u fl-għelieqi tal-madwar – li issa kollha għosfru. U hu u jhewden fuq il-passat jibda jirrifletti dwar il-futur – irid futur fejn il-veduta mit-tieqa tkun waħda ta’ krejnijiet u konkrit? Il-Prof. Borg ġietu l-ispirazzjoni biex
jikteb l-istorja ta’ Pawlu meta ra ringiela djar fit-triq tiegħu qed jitwaqqgħu. Din ħassha bħala “l-akbar provokazzjoni”. “It-toroq u l-pajsaġġi ta’ pajjiżna qed jinbidlu għall-agħar b’mod tant gravi li m’għadhomx jingħarfu … dan mhu xejn ħlief l-adorazzjoni tal-kruha,” qal Borg. Għalfejn ħass li kellu jkellem direttament lit-tfal b’dan il-ktieb? “Il-papers akkademiċi u l-kotba li ktibt tul is-snin għandhom limitazzjonijiet f ’termini ta’ kemm jistgħu jilħqu nies. Il-letteratura għat-tfal tagħtini l-opportunità nibda konverżazzjoni ma’ tfal anki ta’ livell primarju, fuq kwistjonijiet li jimpattaw il-preżent u anki l-futur tagħhom.” Id-Dar ta’ Faċċata nkiteb speċifika-
ment biex jisfida u jġegħelna naħsbu sew dwar dan li sar normali, u fih l-intenzjoni li jħeġġeġ “ċittadinanza demokratika” fit-tfal. L-awtur jittama li dal-ktieb jgħin biex qarrejja żgħar iħarsu lejn id-dinja ta’ madwarhom b’mod kritiku, biex jivviżwalizzaw dinja aħjar u anki jaslu jikkommettu rwieħhom “għal azzjoni kollettiva”. Id-Dar ta’ Faċċata jingħata ħajja viżiva bl-illustrazzjonijiet tal-cartoonist ta’ The Sunday Times of Malta Steve Bonello, magħruf għall-osservazzjonijiet inċiżivi dwar il-ħajja li jagħmel permezz tal-cartoons tiegħu. L-illustrazzjonijiet tiegħu f ’dan il-ktieb jikkumplimentaw l-istorja ta’ Borg, imma huma wkoll kummentarju fihom infushom.
OTTU MA JRIDX JIKBER Ottu huwa kangarù ċkejken, jgħix filbut t’ommu. Darba waħda, ta’ żgħiru li hu, ittawwal barra mill-but u ħares lejn id-dinja li hemm barra. Imma x-xemx kienet qawwija wisq! Kien hemm wisq storbju! Kollox kien veru tal-biża’! U malajr daħal jiġri lura fil-but t’ommu l-kangarù – aħħ, kemm kien iħossu mkenni hemm ġew! X’joħroġ jagħmel? Ottu ma jridx jikber huwa ktieb dwar l-ansjetà li jafu jħossu t-tfal biex jinfirdu minn mal-ġenituri tagħhom. Il-ġenituri ta’ tfal ċkejknin li ma jkunux iridu jitilqu lill-mamà u lill-papà minn taħt għajnejhom, se jirrelataw immedjatament ma’ din l-istorja. Fil-fatt, jekk inti ġenitur li ġieli inkwetajt it-tfal tiegħek hux qed jibqgħu wisq dipendenti fuqek, jew
inkwetajt dwar in-nuqqas ta’ kunfidenza ta’ wliedek biex jesploraw id-dinja ta’ madwarhom, mela dal-ktieb għandu jinżel mal-lista ta’ qari qabel l-irqad magħhom. Ottu l-kangarù ċkejken, huwa l-karattru ideali biex jgħin lit-tfal jifhmu aħjar li l-indipendenza mill-ġenituri mhix ħaġa tal-biża’, u li l-mamà u l-papà dejjem se jkunu hemm għalihom u għalhekk li tipprova tesplora ftit għal rasek taf tkun esperjenza sabiħa. Kitba tal-awtriċi Franċiża Elizabeth de Lambilly, b’illustrazzjonijiet ta’ Jérôme Peyrat u addattament għallMalti ta’ Clare Azzopardi, Ottu ma jridx jikber huwa ktieb li t-tfal se jirrelataw miegħu huma u jrabbu l-kuraġġ biex
joħorġu lil hinn miż-żona “safe” taddar. Dan il-picture book jesplora dubji dwar din l-ansjetà tas-separazzjoni mill-ġenituri, u jwassal messaġġ b’saħħtu anki lill-ġenituri: li huwa owkej li t-tfal jimxu bil-pass tagħhom fil-mixja tagħhom lejn l-indipendenza. Fl-istess ħin, it-tfal se jidentifikaw ma’ Ottu u jħossuhom rassikurati mill-fatt li l-istorja tgħid lill-ġenituri kemm it-tfal għandhom bżonn iħossuhom komdi biex jibdew iħarsu lil hinn. Il-fatt li jkunu jafu li, jiġri x’jiġri, il-ġenituri tagħhom dejjem se jkunu hemm jistennewhom jagħtihom il-kuraġġ biex – kif għamel Ottu – jibdew ikunu iżjed indipendenti mingħajr dik l-ansjetà tal-firda.
Mistoqsija: Ottu l-kangarù x’jista’ jgħin lit-tfal jifhmu? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-kotba ID-DAR TA’ FAĊĊATA u OTTU MA JRIDX JIKBER. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 5 ta’ Lulju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb RUBINI huwa: D. TABONE - ĦAMRUN
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
04
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Il-kumpanija AirX kemm ilha bbażata f’pajjiżna? Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
05.07.2020
kullhadd.com
L-GĦEJBIEN TA’ HELLE CRAFTS MAGĦRUF UKOLL BĦALA L-‘WOODCHIPPER MURDER’ Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
Helle Crafts, imwielda Helle Lorck Nielsen, twieldet fl-4 ta’ Lulju tal-1947 f ’Charlottenlund fid-Danimarka. Fl-1979 iżżewġet lil Richard Crafts u marret tgħix miegħu fi Newton, Connecticut, fl-Istati Uniti. Helle Crafts kienet taħdem bħala flight attendant u żewġha kien jaħdem bħala bdot. Huma kellhom tlett itfal u minkejja l-isfidi tal-ħajja biex trabbihom, hi xorta waħda baqgħet taħdem fuq l-ajruplani. Sitt snin wara ż-żwieġ tagħhom, Helle Crafts skopriet li żewġha kien ifittex il-kumpanija ta’ nisa oħra. Din is-sejba wasslitha biex tibda l-proċeduri għad-divorzju u qabbdet investigatur privat biex isegwi lil żewġha ħalli jkollha evidenza ta’ din l-infedeltà. Fil-fatt, l-investigatur privat, Keith Mayo, kien ġibed għadd ta’ ritratti fejn juru lil Richard Crafts ibus flight attendant oħra ħdejn id-dar tagħha fi New Jersey. L-għejbien ta’ Helle Crafts Fit-18 ta’ Novembru tal-1986, xi ħbieb ta’ Helle Crafts wassluha d-dar tagħha fi Newton wara titjira twila minn Frankfurt fil-Ġermanja għall-Istati Uniti. Din kienet l-aħħar darba li rawha u minn dakinhar
’l hawn ħadd ma jaf x’sar minnha eżattament... ħlief żewġha. Richard Crafts beda jgħid lil sħabha li martu marret iżżur lil ommha d-Danimarka filwaqt li lil xi oħrajn beda jgħidilhom li martu telqet mid-dar u ma jafx x’sar minnha. Dawn il-verżjonijiet differenti ħassbu lil sħabha għax huma kienu jafu li Richard Crafts kien bniedem aggressiv u li kien ibati bil-burdati. L-investigazzjoni Mayo kien konvint li Richard Crafts kellu x’jaqsam mal-għejbien ta’ martu u kien għalhekk li mar għand il-pulizija bl-informazzjoni li kellu. Minkejja dan, hu ma rnexxilux jikkonvinċi lill-pulizija bil-każ għax Richard Crafts kien jaħdem bħala kuntistabbli b’mod volontarju fi Newton u kien jaħdem ukoll bħala pulizija fuq bażi part-time f ’Southbury. Eventwalment, il-prosekutur ta’ Newton għadda l-każ lill-Connecticut State Police. Fis-26 ta’ Diċembru, waqt li Richard Crafts kien fi Florida ma’ wliedu, il-pulizija flimkien mal-investigatur Henry Lee għamlu tfittxija fid-dar tiegħu. Fid-dar sabu biċċiet ta’ tapit li oriġinarjament kien fil-kamra
tas-sodda tal-koppja. Skont il-fattiga, fuq it- demm tal-vittma. Wara d-daqqiet, il-ġisem tapit kien hemm tebgħa kbira u skura iżda tal-vittma tpoġġa fi friżer għal sigħat sħaħ u wara nħareġ biex jitqatta’ f ’biċċiet l-parti fejn kellha tkun din it-tebżgħar bil-lupa. Dawn il-fdaligħa kienet nieqsa. Il-pujiet imbagħad intefgħu lizija sabu wkoll traċċi fil-woodchipper li tad-demm mal-ġenb Fit-18 ta’ kien qiegħed fuq tas-sodda. it-trakk. Is-suspett Novembru tal-1986, fuq Richard xi ħbieb ta’ Helle Crafts Il-ġuri Crafts kompla jikber wassluha d-dar tagħha fi Prosekuzzhekk kif Newton wara titjira twila joni ta’ il-pulizija omiċidju ċ ċ e k k j aw minn Frankfurt fil-Ġermanja tkun trid ilir-rekords għall-Istati Uniti. Din kienet kawża uffiċtal-karta jali tal-mewt ta’ kredil-aħħar darba li rawha u minn tal-vittma, li tu tiegħu u dakinhar ’l hawn ħadd nor malment sabu li fiżissir bl-identiżmien li għebma jaf x’sar minnha fikazzjoni tal-katet martu huwa eżattament... ħlief avru, iżda f ’dan ilxtara friżer - li każ ma setax isir hekk. ma nstabitx fid-dar, żewġha Dan il-każ seta’ jingħalaq lożor, gverta u saru jafu bis-saħħa ta’ dentist forensiku wkoll li kien kera woodchipli qabbel il-biċċa sinna li nstabet ħdejn per - apparat li bih jitqatta’ f ’biċċiet żgħar l-injam. Apparti dan kollu, Mayo ta ix-xmara mar-rekords tas-snien ta’ Helle rċevuta lill-pulizija fejn fiha kien hemm Crafts, fejn wera li l-biċċa sinna li nstabet imniżżel li nxtrat lupa. Din l-istess lupa ns- kienet fil-fatt tal-vittma. B’din l-evidenza tabet fix-xmara Zoar miksija bid-demm u konkreta, il-Connecticut State Medical Examiner Office ħareġ iċ-ċertifikat tal-mewt x-xagħar ta’ Helle Crafts. L-iktar evidenza importanti kienet dik ta’ Helle Crafts u b’hekk seta’ jiġi arrestat ta’ Joseph Hine, fejn qal li filgħaxija tat-18 Richard Crafts. Dan kien l-ewwel każ ta’ Novembru kien ra trakk tal-kiri b’wood- f ’Connecticut fejn persuna nstabet ħatja chipper fuqu qrib ix-xmara Zoar. Hine ta’ omiċidju mingħajr ma nstab il-katavru tkellem mal-pulizija dwar dak li ra xħin tal-vittma. Il-ġuri ta’ Richard Crafts beda f ’Mejju sema’ bil-każ u bis-saħħa tiegħu sabu l-post fejn ġiet mormija l-woodchipper u nstabu tal-1988 fi New London minħabba anke traċċi oħrajn ta’ evidenza. Fost l-evi- l-għagħa li nqala’ fil-lokal. Il-ġurija ma setdenza nstabu tessut uman, biċċa minn sin- għetx toħroġ b’verdett hekk kif wieħed na, difer, biċċiet tal-għadam, eluf ta’ xagħar mill-membri tal-ġurija ma riedx jivvota u miżbugħ isfar u demm tat-tip O – li jaqbel ħareġ mis-sala. B’hekk reġa’ sar ġuri ieħor fil-21 ta’ Novembru tal-1989 fejn Richard mat-tip ta’ demm ta’ Helle Crafts. B’dawn is-sejbiet kollha, il-pulizija Crafts instab ħati tal-qtil ta’ martu. Huwa kkonkludiet li l-fdalijiet ta’ Helle Crafts in- weħel 50 sena ħabs. Minkejja s-sentenza ta’ tefgħu fil-woodchipper biex jeħles minn- 50 sena, f ’Jannar ta’ din is-sena Crafts inthom. L-investigaturi bdew jaħsbu li Helle bagħat f ’istituzzjoni kriminali fi New HaCrafts qalgħet daqqtejn b’oġġett tqil fuq ven biex jiġi rilaxxat aktar tard din is-sena, rasha. Dan wassal biex ittebba’ t-tapit bid- fl-età ta’ 83 sena.
26
05.07.2020
kullhadd.com
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
05.07.2020
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 336
K. ZAMMIT - MOSTA
Bi 3 Numri 000 042 133 357 362 405 433 444 454 476 563 596 597
602 614 615 636 644 646 740 746 750 781 794 854 904 914
930 943 994 B’4 Numri 0298 0381 0682 0706 1107 1660 2118 2352 2722
2966 3312 3559 3935 4335 4408 4589 4679 4738 5357 5597 5649 5673 6255
6379 6392 6532 7436 7550 7594 7797 8068 8140 8168 8187 8807 9124 9470
9625 9731 99416 B’5 Numri 15560 35377
273650 357273 588535 638614 639756 886172 896084
B’6 Numri Bi 8 Numri 67019417 094066 84895046 146406 206637 237665 266583
1. 4. 7. 9. 10. 12. 16. 18. 19.
Mimdudin: L-ewwel numru tal-Lottu (5) Kollha jridu jitħallsu (4) Ara 6 Lemħet (3) Rosianne Cuta jar hija... (1,1,4) Lewiet (6) Cosi... (3) Tajjeb bil- u bla ħalib (2) Ara 12 wieqfa
20. 21. 23. 24.
Nixorbu fiha (5) Tlieta Taljani (3) Frotta (4) Mitwi (5)
1,11. 2. 3,17. 5.
Weqfin: Kompli l-qawl: Fejn jidħol l-in teress m’hem mx ............ (8) It-tieni persuna (3) Bajja ramlija (6) Joe Muscat
Attard (1,1,1) 6,7. Inniżżel il-baħar (5) 8,22. Ringrazzjament? (12) 11. Ara 1 wieqfa 12,19. Tniegħed (5) 13,21W. Lista ta’ regoli (6) 14. Mqarraq (6) 15 Sħabi (6) 17. Ara 3 21. Ara 13 22. Ara 8
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Iċedi, 4.Żarb, 7,9.Biċċa, 10.Aċċess, 12.Stinat, 16.Rai, 18,22.Kfief, 20.Btala, 21.TTI, 23.Raff, 24.Igara
Weqfin: 1,11.Iċċarrat, 2,Eva, 3,19.Ibatti, 5.Ale, 6,12 wieqfa. Bossi, 8.Iċanfarni, 13,21 wieqfa. Iktar, 14.Ttanta, 15.Miżata, 17.Att
28
05.07.2020
kullhadd.com
IL-GARANZIJA GĦAL GĦADA AĦJAR Editorjal
Illum hu mill-iżjed ċar li, b’Robert Abela bħala Mexxej Laburista u Prim Ministru, Malta tinsab fit-triq it-tajba li tkompli tiżviluppa
Il-ġid li nħoloq f ’pajjiżna mill-2013 u li wassal għal trasformazzjoni sħiħa fil-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna kien aktar minn sinifikanti. Tfasslu u twettqu parametri li l-politika lokali qatt ma kienet imdorrija bihom. Il-livelli tal-ħajja li anke l-inqas faxex tal-poplu twennsu fihom fissru l-ħelsien mill-jasar ta’ piżijiet li ħaddieħor riedna nidraw ngħixu fihom u bihom. Dawk huma fatti sagrosanti li ma jista’ jiċħadhom ħadd. Minkejja dan, min jaħseb li dak kien il-punt tal-wasla, allura għadu jrid jifhem kif u għal xiex inkiseb tali suċċess fl-ewwel lok. Għad irid jifhem ukoll għal xiex iċ-ċiklu tal-ħajja jimbottana dejjem lejn sfidi ġodda biex nissuperaw lilna nfusna. Kif nieqfu minn dan ir-raġunar jew inkella neħlu f ’fissazzjonijiet partikolari, l-argumenti jibdew jixxottaw birriskju serju li mbagħad kull ħsieb jistaġna fl-għanqbut li jkun tħalla jakkumula. L-ebda riflessjoni ma tista’ qatt tagħtik li tixtieq mingħajr ma
tirrikonoxxi b’umiltà li għandek fejn tirranġa u sussegwentement issib il-kuraġġ li tirranġa. Għalhekk biss ukoll nistgħu nargumentaw li fuq dak li tawna l-aħħar seba’ snin, hemm fejn nagħmlu aħjar fis-seba’ snin li ġejjin u fis-snin li jifdal. Illum hu mill-iżjed ċar li, b’Robert Abela bħala Mexxej Laburista u Prim Ministru, Malta tinsab fit-triq it-tajba li tkompli tiżviluppa: li l-ġid ikompli jitkattar u t-tqassim tiegħu b’mod ekwu u ġust iwassal għal soċjetà sħiħa li tara l-għajxien ikompli jitjieb. Dan anke jekk Dr Abela għadu biss fl-ewwel xhur tiegħu ta’ tmexxija, xhur li ma kienu faċli fl-ebda mument. “Il-komdu hu li tibqa’ kif tkun u tipprova ssib raġuni biex il-bidla ma tagħmilha qatt. Jekk ma tagħmilx il-bidliet tistaġna. Jekk ikollok il-kuraġġ li tagħmel il-bidliet, timxi ’l quddiem,” kien kliem il-Mexxej Laburista fil-Konferenza Ġenerali Stra ordinarja nhar il-Ħamis li għadda. Kliemu u azzjonijietu jixpru
naw biss dan il-ħsieb psikoloġiku f ’poplu li dejjem wera li kapaċi jibbrilla kull fejn jitfa’ riġlejh, kienu x’kienu ċ-ċirkostanzi. Jekk, pereżempju, nieħdu l-bidu tal-2013, żmien fejn ħsibna li ma setax kien iżjed diffiċli, il-fiduċja ġenerali għal ċirkostanzi ferm aħjar serviet ta’ mutur għallideat, l-għaqal u l-bżulija talPartit Laburista fil-Gvern biex ninsabu fejn aħna. L-istess l-aħħar xhur, fejn f ’ċirkostanzi li ġew imposti fuqna, pajjiżna rnexxielu jfendi tajjeb ħafna waqt li oħrajn, inkluż ġganti dinjin, għadhom ma jistgħux jieħdu nifs biex imqar jibdew jimxu l-ewwel passi. Kif indika l-Mexxej Laburista stess, stajna waqafna biex nistrieħu. Bħala Partit stajna warrabna kull ħsieb ieħor u waqafna biex niċċelebraw ilkisbiet tal-aħħar snin u anke ċ-ċentinarju mit-twelid ta’ dak li llum hu l-akbar Partit fil-pajjiż. Imma dak mhux l-istil Laburista. Ħaddieħor li raqad quddiem ix-xewqa għat-tiġdid, jew
agħar minn hekk irrifjuta għal għexieren ta’ snin li jċaqlaq imqar ittra fl-istatus quo, illum qed jittanta jaħbi ġisem dgħajjef bi ftit make-up u/jew Botox. U anke li kieku wasal jibdel ilqoxra, ismu jew il-motto, kif kien qed jipproponi, azzjonijietu jikxfuh li fil-verità ma kien se jbiddel assolutament xejn. Iddominat mill-istess klikka ta’ żminijiet mudlama u mimlija għanqbut, azzjonijietu llum lanqas huma ispirati minn ħsibijiet tal-ġejjieni. Minflok huma influwenzati minn dak li kien jiġri 40 jew 50 sena ilu. Bil-maqlub, il-Partit Laburista għadu ffokat li jtejjeb il-għada tal-Maltin u l-Għawdxin, anke jekk hu wkoll l-istess ħsieb u ambizzjoni li kellhom ilfundaturi tiegħu fl-1920. Robert Abela wiegħed li “issa huwa l-mument li nħarsu ’l quddiem ħalli nkomplu nkattru l-ġid u noħolqu l-impjiegi f ’pajjiżna. Din hija l-garanzija li qed nagħtu bħala Gvern, għax verament nixtiequ li għada jkun aħjar millum.”