KullĦadd_05.09.2021

Page 1

L-INVESTIMENTI SE JISSOKTAW WARA SENA REKORD Il-Ħadd, 5 ta’ Settembru, 2021

Ħarġa Nru 1,469

Prezz €1

Rapport f’paġna 3

IS-SLIEM MIKIS! Il-kompożitur leġġendarju Theodorakis, li miet nhar il-Ħamis, kien uża l-jasar u l-persekuzzjoni personali biex jikteb l-innu tal-ġrajja storika lokali tal-31 ta’ Marzu 1979 fuq talba tal-Gvern Laburista

Rapport f’paġni 6 u 7

€215M FI PROĠETTI TA’ BINI FL-EDUKAZZJONI Investimenti bla preċedent f’infrastruttura li taqdi l-ħtiġijiet tal-istudenti u l-edukaturi bl-aħjar mod L-aħħar pjan ta’ tisbiħ u riġenerazzjoni b’investiment ta’ €3 miljun fl-Iskola Primarja ta’ Kerċem, Għawdex, huwa biss wieħed minn sensiela ta’ proġetti infrastrutturali li qed isiru ma’ Malta u Għawdex kollha. Xogħol infrastrutturali simili, li ilu għaddej minn dan il-Gvern sa mill-2013, issa qabad ritmu mgħaġġel f’din l-aħħar sena. Fil-fatt, minn riċerka li għamilna, jirriżulta li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada, il-fergħa

fil-Ministeru għall-Edukazzjoni li hi responsabbli minn tali xogħlijiet, qed tmexxi rekord ta’ investimenti simili. Jekk wieħed jara b’mod kumplessiv, mill-2013 sal-lum, il-Gvern investa f’kemm jiswew €85 miljun ta’ proġetti li diġà twettqu. Iżjed minn hekk hemm ukoll b’€130 miljun fi proġetti oħrajn li jinsabu għaddejjin fi stadju ta’ bini, ħruġ ta’ tenders jew fi stadju ta’ ppjanar, għal total ta’ €215-il

miljun f’inqas minn 10 snin. Mill-2013 sal-lum, bl-ewwel proġett ta’ kostruzzjoni ta’ għadd ta’ lecture blocks fil-kampus tal-MCAST u bini ta’ parkeġġ taħt l-art b’investiment ta’ €11-il miljun, tlestew xejn inqas minn 31 proġett. Għaddej ukoll xogħol fuq 20 proġett ieħor. Tkompli f’paġna 4


02

05.09.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 31°C L-Inqas Temperatura: 24°C L-Indiċi UV: 9 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ pressjoni għolja ser testendi mill-Punent tal-Mediterran lejn il-Majjistral tal-Libja It-Temp: Pjuttost imsaħħab għall-ewwel li jsir ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mill-Majjistral it-Tramuntana li jsir moderat għal ftit qawwi Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif li jsir ħafif għal moderat L-Imbatt: Baxx min-Nofsinhar It-Temperatura tal-Baħar: 29°C

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

KUNTATT ĠENERALI

28°C UV 8

21°C

Il-Ħamis

28°C UV 7

22°C

Il-Ġimgħa

28°C UV 7

22°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

27°C

UV 7

22°C

28°C UV 7

23°C

28°C UV 7

23°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR L-ERBGĦA 8 TA’ SETTEMBRU

20/21, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21246051 Chemimart International Pharmacy, 650, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21236477 Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487020 Mackie’s Pharmacy, Triq L. Casolani, Ta’ Paris, Birkirkara – 21496089 Deby’s Pharmacy, 1, Misraħ il-Barrieri, L-Imsida – 21227920 Spiżerija Kappara, Żbibu Lane, San Ġwann – 21381177 Brown’s Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Tas-Sliema – 21313233 St. Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Ħ’Attard – 21413442 Medicine Chest Pharmacy, Triq Demitriju Farrugia, Ħal Għargħur – 21422204 Health & Co Pharmacy, Triq l-Erba’ Mwieżeb, San Pawl il-Baħar – 79790119 Fleming Pharmacy, 61, Triq Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid – 21696893 Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla – 21824720 St. Elias Pharmacy Triq San Elija, Ix-Xgħajra – 21660300 Beta Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Ħal Għaxaq – 21663311 Safi Pharmacy, St. John Street k/m Bieb ilĠarra Street, Ħal Safi – 21649552 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 21467459 Imtarfa Pharmacy, 207 Triq San David, L-Imtarfa – 21451261 Abela Pharmacy, Bellavista Court, Triq George Borg Olivier, Ir-Rabat, Għawdex – 21556170 Għajnsielem Pharmacy, Pjazza Indipendenza, Għajnsielem, Għawdex – 27203615

Royal Pharmacy, 271, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21252396 St. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappillan Mifsud, Il-Ħamrun – 21234570 Tal-Ħlas Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi – 21487739 St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara – 21492151 Brown’s Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina Apartments, Triq il-Marina, L-Imsida – 21244366 Krypton Pharmacy, Triq l-Ibraġġ, Tal-Ibraġġ – 21370141 Remedies Pharmacy, 144, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21344722 Misraħ Kola Pharmacy, Triq il-Pitkali, Ħ’Attard – 21434137 Naxxar Pharmacy, Vjal il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar – 21411438 St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 21571649 Fleming Pharmacy, 61, Triq Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid – 21696893 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu – 21807529 Milia’s Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq ilLampuka, Marsaskala – 27023322 Gudja Pharmacy, Triq il-Kappillan k/m Triq William Baker, Il-Gudja – 21696422 Central Pharmacy, 6, Triq San Ġużepp, Ħal Luqa – 21692546 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ – 21465346 Santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli – 21452447 Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Il-Fontana – 21566979 Gozo Chemists, Mġarr Road, Ix-Xewkija – 21557278


03

05.09.2021

APPOĠĠ FIL-KRIŻI AFGANA Il-Ministri tal-Intern fl-istati membri tal-Unjoni Ew­ropea ddeċidew, fost l-oħrajn, li jkunu megħjuna l-pajjiżi fuq il-fruntiera tal-Afganistan biex dawn ikollhom il-kapaċità li jilqgħu refuġjati Afgani fi ħdanhom. Il-Ministru għall-Intern, is-Sigur­ tà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, Byron Camilleri qal dan f’kummenti lil ONE News dwar l-eżitu tal-laqgħa bejn il-Ministri tal-Intern Ewropej fi Brussell li saret fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Hu stqarr kif, wara l-aħħar żviluppi fl-Afganistan fejn it-Taliban ħadu l-kontroll tal-pajjiż, issa l-prijorità hi li tkun evitata kriżi umanitarja bħal dik tal-2015. Il-Ministri tal-Intern tal-UE ltaq­ għu biex jiddiskutu s-sitwazzjoni Afgana u l-implikazzjonijiet marbu­ tin mal-immigrazzjoni u s-sigurtà. Waqt laqgħa straordinarja tal-Kunsill, il-ministri tkellmu fit-tul dwar l-aħħar żviluppi li ġraw fir-reġjun u qablu li l-UE jeħtieġ taġixxi b’vuċi waħda biex tiġi evitata kriżi umanitarja. Għaldaqstant ġiet adottata dikjarazzjoni konġunta li telenka l-miżuri li għandhom jittieħdu millUE f’dan ir-rigward. Id-dikjarazzjoni tesiġi li għandha tingħata għajnuna fir-reġjun ħalli l-UE tevita sitwazzjoni fejn it-traffikanti tal-bnedmin jieħdu vantaġġ mill-instabilità li ħakmet il-pajjiż. Fil-fatt, il-ministri talbu lill-Kummissjoni Ewropea biex tipprovdi aktar għajnuna finanzjarja lil dawn il-pajjiżi. Se tiġi pprovduta għaj­nuna finanzjarja lil organizzazzjonijiet internazzjonali biex jassigu­ raw li l-għajnuna umanitarja tasal għand dawk li għandhom bżonnha. Fuq l-aspett tas-sigurtà, il-minis­ tri saħqu dwar l-impatt li jista’ jkollha din is-sitwazzjoni, b’mod partikolari rigward it-terroriżmu u l-kriminalità organizzata. Il-Kunsill wera l-appoġġ tiegħu biex jiġu evakwati dawk il-persuni li ħadmu mal-UE u għadhom fl-Afganistan wara l-attakki fuq l-ajruport ta’ Kabul. Il-ministri appellaw għall-ħtieġa li tiġi stabbi­lizzata s-sitwazzjoni fir-reġjun u li tingħata għajnuna umanitarja lil persuni vulnerabbli. Dan filwaqt li l-fruntieri esterni Ewropej ikunu protetti b’mod effettiv. Fl-intervent tiegħu, il-Ministru Camilleri spjega li minkejja l-isfidi li ħabbat wiċċu magħhom pajjiżna fl-aħħar snin, kawża tal-immigrazzjoni irregolari, Malta xorta offriet li tagħmel il-parti tagħha fl-isforzi li għaddejjin bħalissa ħalli tingħata l-għajnuna lill-Afgani li qed jiffaċċjaw periklu għal ħajjithom. Fid-dawl ta’ dan, Malta se tkun qed tilqa’ familja ta’ tliet persuni mill-Afganistan li jeħtieġu protezzjoni ’l barra minn pajjiżhom.

Il-Ministru Farrugia (it-tielet mil-lemin) waqt żjara fil-faċilità ta’ Sant’Antin f’Marsaskala nhar il-Ħamis

WARA SENA REKORD … JISSOKTA L-INVESTIMENT FIL-QASAM TAL-ISKART Pajjiżna qed ikompli jagħmel avvanzi kbar fis-settur tal-iskart permezz ta’ investiment qawwi fi proġetti li bihom se noħolqu r-riżorsa mill-iskart, nimxu lejn ekonomija ċirkolari u nimxu mill-miżbliet għal spazji miftuħa. Madwar 18,000 tunnellata ta’ materjal ta’ kwalità tajba se jiġu riċiklati u rritornati fl-ekonomija fis-sena 2021 li se tkun l-iktar sena produttiva għall-WasteServ f’termini ta’ materjal riċiklabbli minn mindu ġiet imwaqqfa fl-2002. Dawn iċ-ċifri jissarrfu f’madwar 5,500 tunnellata ta’ kartun u karta; 3,500 tunnellata ta’ metall; 7,000 tunnellata ta’ ħġieġ; u 2,000 tunnellata ta’ plastik. Il-KullĦadd hi infurmata li dan il-proċess dalwaqt se jkun ikkumplimentat b’investiment ieħor ta’ €2 miljun f’sorting line kompletament awtomatizzata. B’dan l-investiment, mal-41,000 tunnellata oħra ta’ materjal mistennija jiġu pproċessati kull sena bl-użu ta’ makkinarju ddisinjat apposta li awtomatikament jiġbor u jissortja r-riċiklabbli fil-flussi differenti. Sadanittant, linja oħra ddedikata għall-ħadid bdiet topera aktar kmieni din is-sena. Madwar 17-il tunnellata ta’ metalli li jintremew fil-borża s-sewda jiġu rkuprati kuljum bl-użu ta’ separatur manjetiku li mbagħad jittrasferixxi

l-materjal fuq conveyor belt biex jiġi magħżul manwalment minn fdalijiet li jifdal. Is-settur tal-immaniġġjar tal-iskart f’Malta bħalissa għaddej minn perjodu ta’ tkabbir. Bħala pajjiż, mhux biss irnexxielna nipproċessaw numru rekord ta’ materjali riċiklabbli, imma qed ninvestu wkoll f’infrastruttura robusta u pjan modern ta’ mmaniġġjar taliskart li jippermetti lill-pajjiż ibiddel l-iskart tiegħu f’riżorsi.

Minbarra rekord ta’ materjali riċiklabbli, qed ninvestu wkoll f’infrastruttura robusta u pjan modern għall-immaniġġjar ta’ dak li jiġi mormi biex il-pajjiż ikun jista’ jibdel l-iskart tiegħu f’riżorsi Il-Ministru responsabbli Aaron Farrugia spjega li s-sena li għaddiet, il-WasteServ issimplifikat u ffukat l-operat tagħha u rnexxielha mhux biss tirkupra min-nirien tal-2017, iżda qabżet l-aqwa snin passati tal-WasteServ minn meta

materjali riċiklabbli bdew jiġu pproċessati f’Malta. Farrugia kompla jgħid li din hi konferma li l-Gvern qed jaħdem biex iwassal ambjent aħjar għall-ġenerazzjonijiet futuri u l-isforzi kbar li qed isiru flimkien mad-determinazzjoni murija qed jagħtu riżultati konkreti f’settur li ffaċċja staġnar għal numru ta’ snin u dan qed iwassal għal titjib qawwi u rapidu. Huwa qal li dan is-suċċess hu dovut lill-mijiet ta’ ħaddiema fl-imma­niġġjar tal-iskart li lejl u nhar qed jaħdmu biex imexxu dan is-settur ’il quddiem. Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekut­ tiv tal-WasteServ Richard Bilocca qal li dawn il-kisbiet huma biss il-bidu u iktar titjib mistenni fis-snin li ġejjin. “Bil-Pjan fit-Tul għall-Immaniġġjar tal-Iskart u blak­bar investiment li qatt sar fl-immaniġġjar tal-iskart, il-WasteServ mistennija tkompli taqbeż dawn iċ-ċifri b’marġni sostanzjali,” tenna Bilocca. Hu saħaq ukoll li t-teamwork u d-dedikazzjoni huma prova li riżultati inkoraġġanti jistgħu jinkisbu f’perjodu qasir ta’ żmien. Ta’ min jinnota li dan ir-rekord intlaħaq qabel biss beda jopera l-kumpless ECOHIVE, li se jkun l-ikbar investiment fl-imma­niġġjar tal-iskart li qatt għamel pajjiżna u li se jirrivoluzzjona s-settur darba għal dejjem.


04

05.09.2021

L-INVESTIMENTI EDUKATTIVI FUQ Tkompli minn paġna 1 Dan kollu jeskludi kull manutenzjoni li ssir fl-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex mill-ħaddiema tal-Ministeru fil-vaganzi tas-sajf meta l-iskej­ jel isirulhom dak kollu meħtieġ biex, bl-aħjar mod, jerġgħu jilqgħu lill-istudenti għas-sena skolastika li jkun imiss. Xi drabi jkun meħtieġ ferm iżjed minn hekk u biex pajjiżna jilqa’ għall-ħtiġijiet tal-istudenti u l-edukaturi, dan il-Gvern qed jinvesti bil-kbir fi proġetti li minnhom jibbenefikaw mhux biss l-istudenti u l-edukaturi tal-lum, imma wkoll dawk tal-ġenerazzjonijiet ta’ għada. Din hi lista ta’ proġetti li diġà twettqu u oħrajn li għadhom għaddejjin:

Dehra artistika ta’ kif se tkun qed tidher l-Iskola Primarja ġdida tar-Rabat, Għawdex

L-Iskola tal-Arti fil-Belt Valletta L-aħħar proġett li tlesta kien dak b’investiment ta’ €5 miljun – proġett ambizzjuż u li ħa l-ħajja wara restawr u modernizzar estensiv li sar f’binja storika u li kienet ilha żmien turi l-ħtieġa ta’ riġenerazzjoni. Dan il-Palazzin tas-Seklu 18 ġie rrestawrat kompletament u wkoll sar tisbiħ tal-binja, filwaqt li nbidlu s-sistemi kollha tad-dawl u l-ilma, infetħu kmamar ġodda, ġie installat lift u wkoll sar riġenerazzjoni ta’ spazji għal ambjent modern li madankollu jirrispetta dan ilwirt storiku. L-Iskola tal-Arti, parti millKulleġġ Mikiel Anton Vassalli, ġiet inawgurata mill-Prim Ministru Robert Abela u mill-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana. Dan huwa proġett li jgħaqqad il-patrimonju kulturali u l-futur fis-settur tal-arti. Din l-iskola tilqa’

madwar 500 student li ta’ kull sena jsegwu korsijiet fih, f’ambjent aktar adattat biex jimmotiva aktar is-sens kreattiv u tnissil ta’ ideat innovattivi. Skola Primarja ġdida fir-Rabat, Għawdex Wieħed mill-proġetti l-kbar ta’ dawn it-tmien snin u li għaddej ix-xogħol fuqu bħalissa huwa dak li qed isir f’Għawdex bil-bini tal-Iskola ġdida fir-Rabat u li miegħu qed isir it-tkabbir u l-im-

modernizzar tal-Middle School eżistenti f’San Pawl il-Baħar u li Laboratorji għal ukoll fir-Rabat. Dan huwa in- baqgħet topera. Fil-binja tal-is- suġġetti vokazzjonali kola l-ġdida hemm ukoll kinvestiment ta’ €14-il miljun. Proġett li jinvolvi l-bini ta’ dergarten u ċentru għall-ħar- Investiment infrastrutturali ta’ Skola Primarja ġdida li se tieħu sien tat-tfal, li kien inawgurat €10 miljun kien dak li ra l-bini ta’ laboratorji u workshops post dik preżenti u li għand- proprju ftit tal-ġimgħat ilu. fl-Iskejjel Sekondarji ha madwar 160 sena. kollha madwar MalL-iskola l-ġdida se tkun ta u Għawdex. Dan sar f’post differenti minn biex l-istudenti jingħadik eżistenti u qed tinbetaw l-opportunità li na fil-kampus edukattiv jekk iridu, jitgħallmu li diġà hemm fir-Rabat. u jitħarrġu f’suġġetti Il-kampus tar-Rabat, Permezz ta’ investimenti vokazzjonali differenti. Għawdex, huwa l-uniku simili wkoll l-istudenti jieħdu Laboratorji mgħammra wieħed tax-xorta tiegħu teknoloġija f’pajjiżna. Se jkun jinklul-edukazzjoni tagħhom fl-iżjed bl-aħħar moderna, bl-aħħar apdi ċentru għall-ħarsien ambjenti siguri. Uliedna huma parat u bl-iktar attreztat-tfal, kindergarten, r-riżors uman ta’ għada, dawk zaturi moderni li hemm Skola Primarja, Skola fis-suq. Medja, Senior School, kif li għada pitgħada se jkunu Dan il-proġett, koukoll is-Sixth Form. fuq il-bankijiet tax-xogħol finanzjat mill-Fondi L-iskola primarja u u jmexxu lil pajjiżna Ewropej, kien wieħed l-kindergarten flimkien ambizzjuz li ra ppjanar se jkunu kapaċi jesgħu u konsultazzjoni wiesmadwar 650 tifel u għa biex jitwaqqfu dawn tifla. L-iskola għandha 39 klassi, il-laboratorji kollha u worksala li tista’ tintuza għal skopiji- shops speċifiċi, bi spazji eżisSkejjel ġodda et diferenti, u faċilitajiet sport- tenti konvertiti u oħrajn mibnifil-Qawra, Ħal Kirkop ivi fuq barra, kif ukoll fuq ġew- ja ġodda. u Ħad-Dingli wa. Żewġ skejjel oħra ġodda, Investimenti f’Malta Skola li kienet inawgurata s-sena li għaddiet b’investiment totali ta’ €18-il hi dik tal-Qawra b’in- miljun, kienu l-Iskola Medja Sadanittant, f’Malta għaddejjin vestiment ta’ €13-il mil- fil-Kulleġġ San Benedittu f’Ħal diversi proġetti, uħud fi stadjun. Bil-bini ta’ din l-is- Kirkop u l-Iskola Sekondar- ju ta’ kostruzzjoni u oħrajn fi kola qed jibbenefikaw ja fil-Kulleġġ San Nikola ta’ stadju ta’ ħruġ ta’ tenders jew aktar minn 650 student Ħad-Dingli. Iż-żewġ skejjel qed inkella fi stadju ta’ ppjanar. Żewġ proġetti kbar huma u studenta. Skola li qed jibbenefikaw minnhom total ta’ dawk tal-bini tal-Iskola komtikkumplimenta l-iskola 1,000 student/a.


05

05.09.2021

QUDDIEM vestiment kbir fl-infrastruttura edukattiva. Apparti l-Iskola ġdida tar-Rabat, hemm proġett innovattiv u uniku f’pajjiżna ta’ €8 miljun għal sensory-hydrotherapy pool fl-iskola f’Ta’ Sannat fejn jattendu tfal u studenti żgħażagħ bi ħtiġijiet edukattivi individwali. F’din l-iskola, li diġà għandha programm edukattiv intensiv – li jinkludi wkoll il-hydrotherapy – it-tfal u l-istudenti issa se jkunu jistgħu jużaw din it-tip ta’ pixxina speċjalizzata fl-iskola tagħhom stess. Proġetti oħra mħabbra huma dawk tal-immodernizzar u tkabbir fl-iskejjel Primarji tan-Nadur, Għarb, u fil-jiem li ġejjin se jitħabbar ukoll ilproġett taż-Żebbuġ. Investiment f’uliedna

pletament ġdida tal-Primarja tal-Imsida b’investiment ta’ €17-il miljun, u t-tkabbir u l-imodernizzar tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa b’investiment ta’ €12-il miljun. Dawn apparti dawk diġà mħabbra tat-tkabbir u modernizzar estensiv ta’ diversi skejjel. Investiment f’Għawdex F’Għawdex ukoll qed isir in-

Mitluba tikkummenta dwar dawn l-investimenti kollha, ilMi­nis­tru għall-Edukazzjo­ni Dr Justyne Caruana saħqet li dan hu investiment infrastruttu­­ra­ li li qed jingħata prijorità u se jkompli għaddej biex lil uliedna u lill-edukaturi tagħhom nagħtuhom ambjent edukattiv li jixraq u li jkun ukoll l-aqwa u l-aħjar. Permezz ta’ investimenti simili wkoll l-istudenti jieħdu l-edukazzjoni tagħhom fl-iżjed ambjenti siguri. “Dan huwa Gvern li l-edukazzjoni ta’ wliedna jpoġġiha fuq quddiem. Uliedna huma r-riżors uman ta’ għada, dawk li għada pitgħada se jkunu fuq il-bankijiet tax-xogħol u ’l quddiem se jmexxu lil pajjiżna. U aħna rridu li meta dawn iħarsu lura lejn il-ġenerazzjoni tagħna, jaraw li tajniehom l-aħjar u l-aqwa opportunitajiet li stajna nagħtuhom għall-futur tagħhom,” qaltilna l-Ministru.

Kif se tkun il-pixxina ta’ €8 miljun fl-Iskola ta‘ Sannat

JGĦID LI L-LABOUR HU “FABBRIKA TAL-KANĊER” Kevin Cassar, li fl-aħħar ta jikkontesta l-istess elezzjoni ġenerali kkondistrett li se jikkontesta testa mal-Partit Nazħatnu. zjonalista, iddeskriva Fil-fatt, kien b’argument lill-Partit Laburista bħadwar kif hu ma ħadla “fabbrika tal-kanċer”. imx biex jitla’ Bernard F’artiklu li fih kiteb Grech li beda l-artiklu dwar kif, skont hu ONE tiegħu. Mhux magħruf News għandu jirrapjekk din l-insistenza fuq porta l-aħbarijiet, ħatdan il-punt hix kawża en id-Deputat Beppe tal-fatt li, bħal ħafna filFenech Adami, għamel PN, huma diżappuntati din id-dikjarazzjoni flbit-tmexxija ta’ Grech aħħar ta’ kitbietu fejn s’issa jew inkella biex imbagħad żied jikteb li jilgħabha tan-newtrali. l-Partit Laburista għanFl-istess artiklu Cassar du l-kanċer tal-gideb. nsista wkoll li m’għadux Cassar hu sensittiv ħafmembru tal-PN. na meta wieħed jikteb Cassar mhux l-ewwel dwaru, tant li anke meta bniedem li uża l-kanċer xi ħadd jazzarda jinterbiex jiddeskrivi lill-Parpreta kitbietu erħilu tit Laburista. Bħalu jiġri għand l-awtoritajigħamel, Louis Galea, et biex ipoġġi pressjoni ieħor mill-fazzjoni ta’ Sifuq min ikun kiteb dwar L-Eks Kandidat Nazzjonalista li llum qed jittanta mon Busuttil u Bernard jinfatam mill-Partit u l-Kap il-ġdid tiegħu Grech. il-pożizzjoni tiegħu. Jidher li għal Kevin CasFi programm li matulu sar, li hu alleat tal-fazzjoni ta’ Simon Busut- ssir l-analiżi tal-gazzetti, l-Eks Ministru Naztil, anke li xi ħadd jgħid li hu ħadem biex isir zjonalista u Eks Segretarju Ġenerali NazzjonKap Nazzjonalista Bernard Grech jeħodha alista tat-tmeninijiet, Galea qal li l-Partit Lab’offiża. Dan anke jekk kien fost dawk l-iktar burista għandu kankru. “Hu partit li għandu ħorox fl-attakki kontra Adrian Delia, li nzer- cancer,” kien qal ċar u tond

AGIUS JIKKONFERMA L-INKOMPETENZA TAL-PN FIS-SERVIZZI FINANZJARJI Fi stqarrija li għamel ilkelliem ewlieni ta’ Dr Bernard Grech, Peter Agius, dan kompla kkonferma l-inkompetenza tiegħu u tal-Oppożizzjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Dan meta Agius ipprova jgħid li minħabba dawk, li skont hu abbużi ta’ Gvern Laburista, telqu disa’ kumpaniji finanzjarji minn Malta f ’temp ta’ xahar. Il-kelliem Nazzjonalista tkaża għax, skontu, fl-1 ta’ Settembru telqu wkoll tliet kumpaniji: Trumpington Street Investments SICAV, EMA capital Ltd u Northern Cross SICAV. Esperti fil-qasam finanzjarju nnutaw li din ma kinitx l-ewwel darba li kelliem Nazzjonalista tkaża li kien hemm kumpaniji li ċedew b’mod volontarju l-liċenzja tagħhom. Fil-fatt, kien sar l-istess mid-Deputat Jason Azzopardi, li wkoll kien ipprova jgħid li dan kien qed iseħħ minħabba d-deċiżjoni tal-FATF.

Dawn l-istess esperti esprimew id-diżappunt kbir tagħhom fil-livell baxx ta’ kompetenza tal-Partit Nazzjonalista fil-qasam finanzjarju. “Li Partit li tradizzjonalment kien superjuri mill-Partit Laburista fejn tidħol speċjalizzazzjoni fisservizzi finanzjarji, jispiċċa fl-istat li hu bħalissa huwa xi ħaġa ferm sorprendenti,” qalu sorsi li jaħdmu fis-settur. Fil-fatt, hija ħaġa normalissima li kumpanija, speċjalment SICAV, iċċedi l-liċenzja. Biex jindikaw kemm l-argument ta’ Peter Agius mhuwiex validu, dawn l-esperti rreferew għas-sit tal-MFSA għall-avviżi li din kienet ħarġet fil21 ta’ Jannar 2013. Dakinhar kien għadu ma telax Gvern Laburista. Minkejja f ’hekk f ’dak il-jum l-MFSA kienet ħabbret li tliet kumpaniji kienu ċedew il-liċenzja tagħhom. Dawn kienu NEF Global Resources SICAV, NEF Nordic Power SICAV u NEF

Funds SICAV. Minbarra hekk f ’Jannar 2013 kien hemm sitt liċenzji oħra li ġew ċeduti, u allura f ’dak ix-xahar kienu telqu disa’ kumpaniji. Bil-loġika ta’ Peter Agius dan seta’ kien biss minħabba l-abbużi talGvern ta’ dakinhar – jiġifieri l-amministrazzjoni GonziPN. Fil-fatt, fl-2012 kien hemm 94 SICAV li ċedew il-liċenzja u 6 kumpaniji ta’ servizzi ta’ investiment. Fis-snin ta’ wara, bejn l-2013 u l-2020 kien hemm 779 liċenzja li ġiet ċeduta minn SICAVs u 91 minn kumpaniji ta’ servizzi ta’ investiment. Li jfisser li bħala medja f ’dawn is-snin kull xahar ġew ċeduti 10 liċenzji u li, jekk xejn, in-numru ta’ liċenzji li ġew ċeduti f ’dan l-aħħar xahar kien taħt il-medja! B’esperti bħal Peter Agius, mhux ta’ b’xejn li l-Partit Nazzjonalista qed jitlef kull kredibilità li qatt kellu fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.


06

05.09.2021

It-tebut ta’ Theodorakis jinħareġ minn daru f’Ateni nhar il-Ħamis biex ikun espost fil-Katidral tal-kapitali minn nhar it-Tlieta li ġej u jumejn wara jsir

IL-LEĠĠENDARJU LI TA L-“ĦELSIEN” LIL Il-mewt tal-akbar kompożitur Grieg Mikis Theodorakis il-Ħamis li għadda qanqlet in-nostalġija tar-relazzjoni li kellu ma’ pajjiżna, speċjalment mal-Gvern Laburista tas-sebgħinijiet. Waqt li sofra bil-kbir fil-ġlieda mdemmija f’pajjiżu fi żmien il-ħakma dittatorjali tas-sittinijiet, il-kompożitur rinomat mad-dinja ħalla marka kbira fi ġlidiet oħrajn li kien involut fihom b’xi mod jew ieħor, partikolarment għall-paċi. Il-mużiċist, li għalaq 96 sena f’Lulju li għadda, se jibqa’ magħruf l-iżjed għassoundtrack li kkompona għallfilm “Zorba the Greek” tal-1964, li kellu lill-attur Anthony Quinn fil-parti ewlenija. Bħala xellugi qalil, iżda, hu kien ukoll involut direttament fil-politika u ġie elett fil-Parlament Grieg diversi drabi. B’konsegwenza tal-kolp ta’ stat li seħħ fil-Greċja fl-1967 hu kien bata konsegwenzi mill-iżjed koroh, inkluż l-eżilju, kundanna għall-ħabs u t-tortura, waqt li x-xogħlijiet artistiċi tiegħu diġà magħrufin sew kienu ċċensurati f’art twelidu. Hu maħsub li l-politika Maltija ġiet ukoll għal qalbu fis-sebgħinijiet, tant li kellu ammirazzjoni kbira għall-

Gvern Laburista, immexxi mill-Perit Dom Mintoff, wara li fl-1974 laqa’ fostna lill-President maħrub ta’ Ċipru Makarios III u fl-istess perjodu kien meta ġiegħel lill-Gvern Ingliż iżarma l-bażi militari minn fostna. Jingħad li, għaldaqstant, fl1978 Theodorakis malajr aċċetta t-talba tal-Gvern Malti biex jikteb il-mużika għall-innu “Lil Malta f’Jum il-Ħelsien” ta’ Karmenu Vassallo. Dak iż-żmien hu kien ġie avviċinat mill-Ministru Agatha Barbara, li ltaqgħet miegħu fi Strasburgu, Franza, fejn għarrfitu bil-ħsibijiet talGvern li, kif jixraq, ifakkar ilġrajja storika tal-31 ta’ Marzu 1979, inkluż b’għadd ta’ avvenimenti kulturali.

li l-kompożizzjoni saret fil-belt Griega ta’ Vrachati fis-27 ta’ Awwissu tal-1978, bil-medjazzjoni tas-Sindku ta’ Ateni u wara konsultazzjoni mal-Gvern ta’ Malta. Fin-nota bil-Grieg, Theodora­ kis kompla li “Għażilt apposta, u simbolikament, karta li kelli fil-ħabs ta’ Averoff (f’Ateni). Il-firma bl-aħmar tad-Direttur tal-Ħabs kienet il-permess biex nikteb il-mużika” b’referenza għall-kamp tal-konċentrament fejn kien maqful snin qabel bħala kundanna mir-Reġim tal-Kurunelli li ħataf is-setgħa fil-Greċja fil-21 t’April tal-1967. Il-partitura (xellug) illum hi priservata fl-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta fir-Rabat.

Kiteb il-mużika għall-innu tal-ġrajja Maltija fuq karta li kellu miż-żmien tiegħu fil-ħabs fejn kien ikkundannat mir-reġim tal-lemin li ħataf il-Greċja f’kolp ta’ stat fl-1967 F’nota personali, li kien Din l-esperjenza personali kiteb fuq il-partitura propr- miż-żminijiet fil-jasar u t-tbatija tal-innu għall-festi ta’ Jum jiet taħt ir-reġim lemini Grieg, li il-Ħelsien, Theodorakis niżżel l-kompożitur ħass li kellu jġonġi


07

05.09.2021

il-funeral … fuq xewqa tiegħu, il-leġġendarju se jindifen fi Kreta

MALTA BIL-MUŻIKA mal-kisba tal-Ħelsien f’Malta, tagħti rabta partikolari ma’ ġensna lil dan il-leġġendarju, li għal miljuni madwar id-dinja jibqa’ mfakkar bħala s-simbolu tar-reżistenza kontra d-dit­ tatu­ra Griega. L-attiviżmu politiku tiegħu qatt ma kien separat mill-kompożizzjonijiet tiegħu u t-tnejn kienu r-riflessjoni ta’ xulxin. Eluf ta’ xogħlijiet sinfoniċi, musica da camera, kantati, oratorji, innijiet u opri, fost oħrajn, f’perjodi differenti minn ħajtu jirriflettu ħafna mill-missjonijiet politiċi tiegħu. Fost dawn, ta’ min isemmi l-“Mauthausen Trilogy”, meqjusa bħala l-isbaħ xogħol mużikali dwar l-Olokawst u possibbilment l-aħjar kompożizzjoni tiegħu, u l-kanzunetta “The Honeymoon Song” (b’lirika bl-Ingliż ta’ William Sansom) mis-soundtrack tal-film “Luna de Miel” tal-1959 spiċċat saħansitra fir-repetorju tal-Beatles, li interpretawha, fost oħrajn, fix-xandira speċjali fil-prog­ ramm tal-BBC “Pop Go The Beatles” fl-1963. Mil-lat politiku, Theodorakis, li ngħata diversi dottorati honoris causa minn universitajiet internazzjonali, kien elett fil-Parlament Grieg fl-1964, fl-

1981 u fl-1989, waqt li serva ta’ ministru fil-Gvern ta’ Constantine Mitsotakis bejn l-1990 u l-1992. Maż-żmien kien impenjat biex iqajjem kuxjenza internazzjonali dwar drittijiet umani, kwistjonijiet ambjentali u l-ħtieġa għall-paċi. Għal din l-aħħar raġuni kien ingħaqad mal-awtur, mużiċist u kantant Tork Zulfu Livanelli biex joħolqu s-Soċjetà ta’ Ħbiberija bejn il-Griegi u t-Torok, waqt li ġie onorat bil-Premju għall-Paċi Lenin. Fi Frar ta’ sentejn ilu l-kompożitur iddaħħal l-isptar f’Ateni minħabba problemi f’qalbu u x-xahar ta’ wara kellu jiġi operat biex jitpoġġielu pacemaker. Minkejja dan, fis-26 t’April li għadda hu kien protagonist fl-ewwel kunċert Iżraelit wara l-pandemija, flimkien ma’ artisti oħrajn Griegi. Mal-aħbar tal-mewt tiegħu nhar il-Ħamis, il-bandiera Griega ttajret mezzasta fuq l-Acropolis waqt li tħabbru tlett ijiem ta’ luttu nazzjonali. Il-Prim Ministru Kyriakos Mitsotakis iddikjara fuq il-midja soċjali luttu nazzjonali billi tella’ ritratt ma’ Theodorakis fid-dar tiegħu wara li riċentement kien reġa’ ddaħħal l-isptar. “Kelli

l-unur li nafu għal ħafna snin … u l-parir tiegħu dejjem kien ta’ valur għalija, speċjalment fejn tidħol l-għaqda tal-poplu tagħna u biex negħlbu l-kwistjonijiet li jifiriduna,” kiteb Mitsotakis. “L-aħjar mod kif nonoraw lil dan il-Grieg dinji hu li ngħixu b’dak il-messaġġ. Mikis hu l-istorja tagħna.” Il-kompożitur leġġendarju ħalla warajh lil martu ta’ 68 sena, Myrto Altinoglou, bintu Margarita Theodoraki u ibnu George Theodorakis. Waqt li bejn nhar it-Tlieta u l-Ħamis il-ġisem tiegħu se jkun espost fil-Katidral ta’ Ateni, il-familja qalet li l-funeral se jsir il-Ħamis stess waranofsinhar. L-aħħar xewqa ta’ Theodorakis kienet li jindifen fil-belt ta’ Galatas fi Kreta minn fejn oriġina.

TIFKIRA Illum 5 ta’ Settembru jaħbat it-22 sena anniversajru mill-mewt ta’ TONY MICALLEF (ex-fizzjal tad-dwana) mill-Belt u kien joqgħod tal-Pietà. Qatt minsi minn martu Frida, uliedu Chrisitan u martu Lisa, Dirk u martu Becky, in-neputijiet Danila, Sofia, ommu Maria Pia, ħutu Charles, Mary Anne, Pauline, Simon u Josette u l-familji tagħhom, ħut il-mara, neputijiet, qraba u ħbieb. O Mulej agħtih il-mistrieħ ta’ dejjem.


08

05.09.2021

TAMA U GARANZIJA STATALI LIL MIN KIEN IMĊAĦĦAD MINN DARU Bit-tnedija tal-iskema New Hope Guarantee l-Gvern qed jagħti tama ġdida lil persuni b’kundizzjonijiet mediċi jew b’diżabilità biex isiru sidien tad-dar residenzjali tagħhom, xi ħaġa li s’issa ma setgħux jagħmlu minħabba n-nuqqas ta’ garanzija bankarja li l-kumpaniji privati tal-assikurazzjoni ma ridux jagħtuhom, avolja kellhom id-dħul finanzjarju neċessarju biex jidħlu għall-piż ta’ self bħal dan. Iltqajna ma’ Dr STEFAN CUTAJAR, konsulent fi ħdan il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, biex ikompli jispjegalna d-dettalji tal-iskema, x’toffri u għal min tapplika, fost oħrajn. Il-Gvern għaliex ħass il-bżonn li joħloq din l-iskema? Is-soċjetà moderna Maltija llum hija komposta minn diversi gruppi ta’ nies li għaddew minn esperjenzi differenti tul ħajjithom. Fost dawn il-gruppi, hemm ukoll dik il-minoranza siekta ta’ individwi li għaddew mit-trawma talmard f’età bikrija ta’ ħajjithom, persuni b’kundizzjonijiet kroniċi li jgħixu ħajja normali u persuni b’diżabilità li jridu jintegraw irwieħhom totalment u mingħajr diskriminazzjoni. Dawn il-persuni lkoll kienu qed jaffaċċjaw problem serji biex jiksbu polza tal-assigurazzjoni fuq ħajjithom. Din il-polza hija essenzjali biex wieħed jikseb self mingħand bank lokali biex jixtri proprjetà għar-residenza personali tiegħu u għalhekk dawn spiċċaw f’limbu fejn ma setgħux jagħmlu dan il-pass. Il-Gvern ma setax iħalli lil dawn il-persuni waħedhom, u ddeċieda li jagħmel skema li tgħinhom isiru sidien ta’ djarhom. Il-Gvern kif se jgħin lil dawn in-nies? Il-Gvern se jkun il-garanti tagħhom mal-Banek meta dawn jidħlu għasself, u se jiggarantilhom li jekk dawn jiġu nieqsa qabel ma tkun tħallset totalment il-loan, jidħol hu biex jagħmel tajjeb jekk iċ-ċirkostanzi tal-każ ikunu jiddettaw li għandu jintervjeni l-Gvern. Allura, il-banek minflok ikollhom bżonn li bilfors jistrieħu fuq polza tal-assigurazzjoni, jistrieħu minflok fuq din il-garanzija, u jkunu jistgħu jagħlqu l-proċess talloan b’mod ordinarju kif isir ma’ kull klijent tagħhom.

Gvern xorta se jiggarantixxi li l-werrieta tal-mejjet ikollhom id-dritt li jgħixu fil-post sal-aħħar ta’ ħajjithom iżda f’dal-każ iħallsu kirja affordabbli għalihom. Il-benefiċjarji se jkollhom iħallsu wkoll miżata annwali tal-parteċipazzjoni li se tkopri spejjeż oħrajn tal-iskema.

li ġiet rifjutata darbtejn minn żewġ kumpaniji differenti, kull min kellu applikazzjoni posposta għal 12-il xahar u kull min kellu kwotazzjoni b’rata ta’ premium għolja ħafna għalih minħabba l-istorja medika tiegħu jista’ japplika biex jibbenefika minn din l-iskema. Il-kundizzjonijiet mediċi li se jiġu koperti se jiġu kkomunikati Imma din l-iskema kif Min jista’ japplika għal din l-iskema? aktar tard ħalli jiġu evitati kwalunkse tkun sostenibbli? we dubji fuq l-eliġibilità. Hu ta’ min Kull min kellu applikazzjoni għal jinnota wkoll li għalkemm l-Awtorità L-iskema ġiet iddisinjata b’tali mod polza tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja mhix se tidħol fuq kwistjonijiet ta’ li ma tkunx bħal polza tal-assigurazzjoni normali, iżda tkun garanzija li hija marbuta mal-kunċett tal-equity sharing. Jiġifieri, jekk ilGvern se jagħmel tajjeb għall-werrieta tal-benefiċjarju li jiġi nieqes, se jħallas il-bqija tal-loan li jkun għadu pendenti iżda jieħu sehem mill-proprjetà hu biex jibbilanċja l-kontijiet tiegħu. Imbagħad, il-Gvern sejjer Anke jekk dan ma jkunx possibbli, il-Gvern xorta jidħol fi ftehim mal-werrieta biex se jiggarantixxi li l-werrieta tal-mejjet ikollhom b’rati u installments komdi għalihom li se jippermettulhom jixtru l-porzid-dritt li jgħixu fil-post sal-aħħar ta’ ħajjithom jon tal-Gvern fuq medda ta’ 20 sena. iżda f’dal-każ iħallsu kirja affordabbli għalihom Anke jekk dan ma jkunx possibbli, il-

introjtu jew assi, se jiġi prekluż milli jibbenefika kull min bħalissa diġà għandu dar t’abitazzjoni li huwa s-sid assolut tagħha. X’se jkollhom jagħmlu l-werrieta jekk il-benefiċjarju jmut qabel ma titħallas il-loan? Il-werrieta se jkollhom moħħhom mistrieħ li l-iskema se tkopri l-pagamenti tal-loan għal massimu ta’ 12-il xahar wara l-mewt tal-benefiċjarju, biex l-eredi jkollhom biżżejjed ċans jieħdu ħsieb l-affarijiet tagħhom u jieħdu deċiżjoni fuq il-ġejjieni. L-għażliet li se jkollhom huma 3: li jbigħu l-proprjetà u jħallsu l-loan li jifdal minn dak il-qligħ, li jagħmlu ftehim mal-bank biex ikomplu jħallsu l-loan huma jew li jidħlu sħab mal-Awtorità u hi tħallas il-bqija talloan f’isimhom. Dr Cutajar hu ggradwat b’Baċellerat fil-liġi u poġġa għal Masters filliġi mill-Università ta’ Malta, waqt li għamel erba’ snin jipprattika l-liġi f ’ditti privati.


09

05.09.2021

ILMA DISPONIBBLI FIL-PUBBLIKU GĦAL INQAS UŻU TA’ PLASTIK Għal 20ċ tista’ timla litru ilma fi flixkun li jista’ jibqa’ jintuża grazzi għall-water dispensers li qed jitpoġġew f’lokalitajiet differenti. Dan tħabbar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma waqt li spjegat il-pjanijiet tagħha biex l-ilma tax-xorb ikun aċċessibbli aktar għan-nies fil-pubbliku f’diversifikazzjoni tas-servizz li jiġi offrut lill-konsumaturi. Dan il-proġett hu parti minn sensiela ta’ proġetti li qed tagħmel il-Koperattiva għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) biex tkompli toffri servizz ta’ kwalità lill-konsumaturi. Biex tkun assigurata s-sigurtà, il-pagament mill-water dispensers pubbliċi se jkun contactless. Il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli spjegat li b’dawn id-dispensers pubbliċi, se jkompli jissaħħaħ l-impenn ta’ pajjiżna biex jitnaqqas l-użu tal-plastik u l-carbon footprint tal-produzzjoni tal-plastik.

Il-pubbliku hu mħeġġeġ biex juża aktar kontenituri li jerġgħu jintużaw (reusable). Fil-fatt, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma diġà installat mas-70 dispenser fl-Isptar Mater Dei għal użu bla ħlas. B’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Edukazzjoni, se jkunu qed jiżdiedu mal-200 dispenser fl-iskejjel, ukoll għal użu bla ħlas. “Li nnaqqsu l-użu tal-plastik hi mira nazzjonali li rridu nilħqu bħala parti mill-Miri għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Ġnus Magħquda. B’din l-inizjattiva, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed toffri wkoll aċċess aktar faċli għall-ilma tax-xorb f’lokalitajiet differenti bi prezz irħis,” qalet il-Ministru Miriam Dalli. “Nemmen li aktar ma naraw dispensers ta’ dan it-tip f’postijiet pubbliċi, aktar se nħeġġu bidla fil-mentalità għal azzjonijiet żgħar li jagħmlu differenza kbira,” żiedet il-Ministru Dalli.

PREZZIJIET GĦALL-UŻU MID-DISPENSERS PUBBLIĊI 500ml

1000ml

Still Water

10ċ

20ċ

Sparkling Water

20ċ

40ċ

IL-MARSA: LOKALITÀ KULTURALI 2022 Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera ħabbar li l-Marsa ntgħażlet bħala l-Lokalità Kulturali għall-2022. Din hija wegħda oħra elettorali li qed titwettaq fejn waħda mill-miżuri kienet biex ikun hemm programm kulturali kull sena, minn lokalità li tkun iddikjarata bħala l-Belt jew Raħal Kulturali tas-Sena u b’hekk inkomplu nsaħħu l-wirt kulturali ta’ pajjiżna. Il-Ministru Herrera spjega li, wara li saret l-evalwazzjoni ta’ kull applikazzjoni sottomessa, ġiet magħżula l-Marsa fejn il-kunsill se jiġi allokat fond sa massimu ta’ €200,000 biex jiġi implimentat il-programm kulturali propost mifrux fuq l-2022. Hu sostna li dan il-programm għandu jservi bħala għodda biex jippromwovi l-wirt kulturali tal-ibliet u tal-irħula tagħna u b’hekk

jinħolqu xenarji kulturali innovattivi u b’saħħithom għall-ġenerazzjonijiet futuri. Dan iwassal għal titjib fil-kwalità tal-ħajja u l-benesseri tar-residenti kif ukoll għat-tkabbir ekonomiku. “Il-Gvern hu kommess li jara r-riġenerazzjoni tal-Marsa. Dan il-fond irid iservi għall-bidu ta’ sensiela ta’ opportunitajiet fejn il-Marsin isaħħu l-identità tagħhom fi sfond aktar kulturali, bħal kwalunke lokalità li għandha storja rikka portwali,” ikkonkluda l-Ministru Herrera. Josef Azzopardi, is-Sindku tal-Marsa, b’ħarsa ħafifa tal-programm, spjega li l-arti, il-pittura, il-fotografija u anke l-iskultura se jkunu parti integrali minn dan il-programm u se jsiru esebizzjonijiet speċifiċi fejn artisti lokali stabbiliti flimkien ma’ dawk ġodda se jkollhom ċans jesponu l-kapaċitajiet

tagħhom f ’diversi postijiet madwar il-lokal. Se jittellgħu wkoll diversi attivitajiet bħal serata mużikoletterarja u lejla Maltija fejn jesponu l-wirt kulturali kemm permezz

tal-ikel u tax-xorb kif ukoll permezz ta’ għana u mużika tradizzjonali. Se ssir ċelebrazzjoni fuq il-baħar fejn se tesebixxi l-Marsa bħala lokal marittimu bi spettaklu kbir ta’ dawl, mużika, nar

u kant. Ser tintrama wkoll infiorata flimkien ma’ fiera ambjentali u l-istorja se tiġi murija permezz ta’ dawra mal-lokal fejn se jsiru tabelli b’tagħrif storiku li jitpoġġew b’mod permanenti fil-lokal flimkien ma’ mapep tas-siti storiċi fil-Marsa. Is-Sindku spjega li l-programm hu mmirat għall-komunità Marsija kollha u se jinvolvi tfal, żgħażagħ, adulti u anzjani. Il-Kunsill se jieħu ħsieb li kull attività tkun miftuħa u aċċessibbli għal kulħadd. L-għaqdiet kollha tal-lokal se jieħdu sehem matul il-programm u dan ifisser li l-għaqdiet tal-festa, talbaned, l-iscouts, il-klabb tar-regatta, tal-futbol, il-korijiet, il-pageant group, l-għaqda tal-istorja u l-kultura u kull għaqda oħra se jkunu parteċipi f ’dan il-programm flimkien maż-żewġ parroċċi tal-lokal.


10

JUM SPEĊJALI F’SANT’ANĠLU Nhar l-Erbgħa li ġej, f’Jum il-Vi­torja, Heri­tage Malta se tiftaħ il-bibien talFor­ti Sant’Anġlu bi prezz imraħħas ta’ €2, b’aċċess ukoll għall-partijiet ta’ fuq li huma amministrati mill-Ordni Militari Sovrana ta’ Malta. Fl-istess jum, Malta tfakkar it-trijonf tagħha f’żewġ avvenimenti storiċi – dak tal-1565 meta l-armata Ottomana rtirat mill-attakk qawwi li kienet ilha tagħmel għal tliet xhur sħaħ fuq pajjiżna fl-Assedju l-Kbir u l-ieħor fl-1943 meta l-armistizju tar-reġim Faxxista fl-Italja sar pubbliku u pajjiżna ħa ftit tan-nifs wara l-eqqel żminijiet tat-Tieni Gwerra Dinjija. Hu mħejji programm ta’ attivitajiet speċjali bejn id-9:00 a.m. u l-5:00 p.m. Biljetti mraħħsa jinqatgħu biss malbieb. Membri ta’ Heritage Malta u studenti u anzjani bil-Passaport ta’ Heritage Malta jidħlu b’xejn.

L-INFIQ FUQ KURA MEDIKA F’DISKUSSJONI In-nefqa fuq il-kura tas-saħħa kienet diġà qed tiżdied fil-biċċa l-kbira tal-ekonomiji tal-Unjoni Ewropea u l-COVID-19 aċċellera din it-tendenza. Minn perspettiva fuq żmien itwal, kemm minn din in-nefqa jista’ jiġi attribwit lill-progress teknoloġiku jew lill-bidliet fil-prattiċi mediċi? Is‑suġġett se jiġi diskuss f’webinar mill‑Bank Ċentrali ta’ Malta. Il-kelliem, il-Professur Mauro Laudicella, se jinvestiga s-suġġett billi juża tagħrif mis-sistema tas-saħħa nazzjonali Daniża li toffri kopertura universali u hi bla ħlas. Iċ-Chief Economist tal-Bank, Dr Aaron G. Grech, se jintroduċi dan is-suġġett. Laudicella hu Professur fl-Ekono­ mija tas-Saħħa f’DaCHE – iċ-Ċentru Daniż għall-Ekonomija tas-Saħ­ħa, fl-Università tan-Nofsinhar tad-Da­ ni­marka. Hu wkoll Research Fellow Onorarju fil-Business School of Imperial College London. Qabel kien impjegat fis-City University of London, fl-Imperial College London u fl-Università ta’ York. Ir-riċerka riċenti tiegħu tiffoka fuq l-impatt tal-progress teknoloġiku u l-bidla fil-prattika medika fuq id-domanda tal-kura tas-saħħa. Il-webinar miftuħ għall-pubbliku se jsir fil-15 ta’ Settembru fil-11:00 a.m. fuq Microsoft TEAMS. Il-parteċipazzjoni hi bla ħlas. Reġistrazzjoni hi meħtieġa fuq is-sit tal-Bank jew b’email fuq publicrelations@centralbankmalta.org.

IL-PROTEZZJONI ĊIVILI MALTIJA B’SOLIDARJETÀ MAL-LITWANJA ld-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili din il-ġimgħa għamel vjaġġ speċjali lejn il-Litwanja biex iwassal ħażna ta’ mħaded u sleeping bags bħala parti minn proġett ta’ għajnuna umanitarja. Din kienet ir-raba’ donazzjoni li saret fl-aħħar xhur, hekk kif aktar kmieni din is-sena, ingħataw face shields lin-Nepal, numru ta’ antigen tests lit-Tuneżija u numru ta’ dożi tal-vaċċin kontra l-COVlD-19 u antigen tests lil-Libja. ll-konsenja ta’ mħaded u sleeping bags twasslet fil-Litwanja nhar it-Tlieta permezz ta’ titjira speċjali u diretta tal-linja nazzjonali Air Malta, li ġiet organizzata speċifikament għal dan ilgħan. Dan il-ġest Malti kien parti millimpenn fl-Unjoni Ewropea wara li flaħħar xahrejn din bdiet tħabbat wiċċha ma’ kriżi ta’ immigrazzjoni irregolari fiż-żona tal-Baltiku, riżultat dirett ta’ kwistjoni diplomatika mal-Belarus. Wara li l-UE kompliet iżżid il-pres­s­joni ­ diplo­matika fuq ir-reġim tal-Be­la­­­rus fuq elezz­jo­nijiet imbagħ­­b­­sin, il-President Alexander Lukashen­­ko rritalja billi fetaħ il-vit tal-immig­razzjoni lejn il-Litwanja. B’riżultat t’hekk, bejn Lulju u Awwissu, fil-Litwanja daħlu eluf ta’ immigranti ħafna minnhom mill-Iraq. Din l-għotja ġiet tiswa ftit aktar minn €57,000, li €25,500 minnhom se jitħallsu mill-mekkaniżmu tal-Unjoni Ewropea DG ECHO u l-ERCC (Emergency Response Coordination Centre). ld-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Emanuel Psaila qal

Il-provvisti jitgħabbew fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta li s-sena l-oħra d-Dipartiment investa b’aktar minn €800,000 f’apparat u affarijiet tal-għajnuna umanitarja u dan biex jekk jinqala’ xi ħaġa fil-pajjiż ikollna stokk tajjeb biex nibdew. Illum id-Dipartiment jinsab f’pożizzjoni li jista’ jgħin lil pajjiżi oħrajn għax fejn hu possibbli noħorġu mill-istokk tagħna u wara jiġu mibdula. Is-Sur Psaila qal li jinsab kburi li d-Dipartiment qed ikun involut f’din il-ħidma umanitarja, u jittama li fil-futur qrib isi-

ru operazzjonijiet ta’ għajnuna f’diversi pajjiżi oħrajn. Il-vjaġġ ta’ tliet sigħat lejn il-Litwan­ ja sar bl-appoġġ tal-Ministeru għall-lntern, is-Sigur­tà Nazzjonali u l-lnfurzar tal-Liġi, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-Air Malta. Il-Ministeru għall-Intern qal li, għal­ kemm Malta għandha l-isfidi tagħha kkawżati mill-immigrazzjoni, xorta lesta tkun solidali.

Ritratt: ANTHONY AXIAQ

05.09.2021


05.09.2021

11

Dawk li jżuru ċ-Ċina għall-ewwel darba għandhom ħabta jħossu li daħlu f’xi dinja oħra u dan mhux biss minħabba d-differenza fil-lingwa, fl-ikel u fix-xenarji. Is-seħer jinsab ukoll fil-kobor talpajjiż, fil-kwantità kbira ta’ nies, fit-tipi varji ta’ pajsaġġi, kif ukoll fil-fatt li fiċ-Ċina jgħixu aktar minn 50 minoranza etnika li kollha għandhom il-karatteristiċi distinti tagħhom. Li tara ċ-Ċina f’xi dokumentarju jew li taqra dwarha f’xi ktieb, m’għandu x’jaqsam xejn ma’ meta tirfes tassew fuq artha u taraha b’għajnejk. Kull vjaġġ li tagħmel fiha, mhu qatt biżżejjed biex tgħid li esperjenzajt kollox, għax dejjem hemm xi ħaġa oħra x’tiskopri. Sa mill-2003, iċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċina (CCC) f’Malta serva bħala pont ta’ ħbiberija u bdil kulturali bejn iċ-Ċina u Malta, relazzjoni li tmur lura b’iżjed għexieren ta’ snin mindu l-Eks Prim Ministru Dom Mintoff sar l-ewwel wieħed mill-Punent li żar il-pajjiż fil-bidu tal-1972. Permezz ta’ numru kbir ta’ attivitajiet kulturali u programmi ta’ taħriġ li jsiru fiċ-Ċentru, fil-Belt Valletta, iċ-Ċentru Kulturali rnexxielu jnibbet l-interess fiċ-Ċina u jsaħħaħ iżjed ir-rabta bejn iż-żewġ pajjiżi. Minbarra hekk, iżda, hu jwettaq iżjed minn hekk u jagħmel l-almu tiegħu biex iqanqal ix-xewqa filMaltin biex iżuru dan il-pajjiż meraviljuż fil-Lvant Imbiegħed u mbagħad jipproFil-villaġġ antik fuq l-ilma ta’ Zhujiajiao fid-Distrett ta’ Qingpu f’Shanghai fejn jgħixu mas-60,000 persuna vdilhom l-opportunità li jwettquha. Sa mill-ftuħ tiegħu, iċ-Ċentru orga­ Maltin li żaru ċ-Ċina ħalli jippubblika- jixtiequ jaqsmu magħna kif affettwawnizza safra annwali li tiffoka fuq pro­ il-ħajja inġenerali. Dan kollu wassal biex id-Direttur hom fi ktieb. hom dawn iż-żjarat.” vinċja partikolari Ċiniża, differenti kull “Aktar minn sempliċi deskrizzjoni Iċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċina qed jitsena, għal grupp żgħir ta’ Maltin. Kittie- taċ-Ċentru Kulturali Yang Xiaolong ba, poeti, ġurnalisti, fotografi, edituri joħ­roġ bl-idea li jiġbor l-esperjenzi tal- tal-postijiet li żaru, jinteressana niġb- lob li dawn il-kontribuzzjonijiet għandru l-esperjenzi, il-ħsibijiet u l-influ- hom ikunu bl-Ingliż u ta’ madwar 1,500 tal-gazzetti, artisti, mużiċisti, eduwenzi li dawn iż-żjarat qanqlu kelma. Preferibbilment il-kitbiet, li jridu katuri u ħafna oħrajn gawdew fil-Maltin,” spjega Yang. “Diġà jintbagħtu lil vellafiona@gmail.com sa minn din l-opportunità u rrirċevejna numru sostanzjali mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Settemtornaw Malta jirrakkuntaw ta’ materjal mingħand uħud li bru, jiġu akkum­panjati bir-ritratti ħalli dwar il-vjaġġi impressjonanti żaru ċ-Ċina permezz tal-pro- l-qarrejja jkunu jistgħu jifhmu aħjar tagħhom. Kull min imur iċ-Ċina jiġi influwenzat grammi taċ-Ċentru Kulturali. dawn l-esperjenzi. Minn dak li stqarrew huma Madankollu, jinteressana niL-aħjar kontribuzzjonijiet jintgħażstess, kull min imur iċ-Ċina b’xi mod jew ieħor, kemm fejn tidħol simgħu wkoll mingħand dawk lu biex jiġu inklużi fi ktieb li se jkun ipjkun influwenzat b’xi mod jew il-perspettiva lejn l-arti kif ukoll l-individwi Maltin li żaru ċ-Ċi- pubblikat ’il quddiem b’xhieda ta’ kif ilieħor, kemm fejn tidħol il-perlejn il-ħajja inġenerali na permezz ta’ mezzi oħrajn u Maltin jaraw u jqisu liċ-Ċina. spettiva lejn l-arti kif ukoll lejn

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

Ritratt: FIONA VELLA

KTIEB B’ESPERJENZI TA’ MALTIN FIĊ-ĊINA


12

05.09.2021

LEJN MALTA AKTAR ATTIVA

CLIFTON GRIMA Segretarju Parlamentari

Il-legat ta’ dan il-Gvern talaħħar snin fejn jidħol is-settur sportiv se jibqa’ mfakkar għax-xogħol bla heda li sar fil-komunitajiet u fuq skala nazzjonali. Il-viżjoni tiegħi u tal-Gvern hija li jkollna Malta aktar attiva u b’saħħitha, kemm fiżikament kif ukoll mentalment. Xhieda ċara ta’ din il-viżjoni huwa l-programm ta’ suċċess ‘Summer on the Move’. Għal dan il-programm sportiv attendew 6,000 persuna, immexxija minn 222

kowċ ikkwalifikat fejn qed jiġu prattikati 36 dixxiplina sportiva differenti. L-għan tagħna kien li dan il-programm ma jkunx immirat biss għat-tfal tagħna, iżda li jilħaq firxa aktar wiesgħa ta’ nies. Dan l-għan intlaħaq tant li dan il-programm matul is-snin kiber fil-popolarità mhux biss fost it-tfal, iżda anki fost l-adulti, b’etajiet li jvarjaw minn 4 snin sa 88 sena. Programmi ta’ dan tip joħolqu kultura fejn tfal, żgħażagħ u adulti jersqu aktar lejn attività fiżika. Din il-kultura ma ssaħħaħx biss il-fiżika tan-nies iżda ssaħħaħ ukoll is-saħħa mentali tal-poplu Malti u Għawdxi. Permezz ta’ dan il-programm, SportMalta qed tkompli tixpruna soċjetà Maltija aktar attiva u parteċipattiva fl-isport, apparti li tilħaq livelli ogħla fid-dinja tal-isport kompetittiv u tgawdi mill-benefiċċji tassaħħa assoċjati mal-isport. Il-ħidma fil-komunità

fejn jidħol sport u bdil ta’ spazji abbandunati f ’parks għall-familja kompliet għaddejja ġmielha, tant li SportMalta identifikat aktar żoni li se jingħataw libsa ġdida. Matul l-aħħar xhur, kienet identifikata ż-żona f ’Bormla biswit il-Kumpless Sportiv ta’ SportMalta. Din iż-żona b’qies ta’ madwar 20,000 metru kwadru se tiġi rriġenerata biex toffri spazju rikreattiv fejn il-familji Maltin jistgħu jmorru jqattgħu ftit ħin ta’ mistrieħ filwaqt li jgawdu spazju mimli avventura għal kulħadd fosthom ziplines, walking trails, archery u strutturi tal-injam. Dan il-park se jkun imqassam f ’diversi żoni attrezzati għal etajiet differenti, aċċessibbli għal kulħadd, u se jinkludi wkoll attrazzjonijiet bl-ilma. Din ir-riġenerazzjoni se ssir b’tali mod li l-impatt fuq l-inħawi tal-madwar ikun wieħed minimu. Wieħed ta’ min ifakkar li għal-lokalità ta’ Bormla, dan mhuwiex l-uniku proġett sportiv li għaddej bħalis-

sa. Għaddej ġmielu x-xogħol fuq l-ewwel pixxina indoor ta’ livell Olimpiku fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera, f’Bormla b’investiment ta’ €14-il miljun. Dan il-proġett, li issa daħal fit-tielet u l-aħħar fażi, se jkun fost l-aqwa kumplessi sportivi fil-Mediterran u se jagħti opportunità eċċellenti biex is-settur akkwatiku tal-isport f’pajjiżna jkompli jieħu spinta ’l quddiem u jkompli jagħti kontribut għal aktar suċċessi li nkisbu fl-aħħar snin. Din il-pixxina se tkun qed tikkumplimenta l-Istrateġija Nazzjonali għall-Isport. Din hija turija ċara li l-Gvern huwa impenjat li jkompli jsaħħaħ l-infrastruttura sportiva biex ikompli jgħolli u jilħaq livelli ta’ suċċess fl-isport f ’pajjiżna. Il-pixxina, li hija parti minn kullana ta’ proġetti li tieħu ħsieb SportMalta hi tad-daqs Olimpiku ta’ 5,000 metru kwadru, b’saqaf tal-injam b’tul ta’ 44 metru kif ukoll ħitan tal-ħġieġ li jkopru mal-44 metru kwadru

kull naħa, u fond ta’ 2.2 metri. Il-proġetti elenkati huma biss ftit mill-ħafna proġetti li l-Gvern qiegħed iwettaq biex jiżgura li l-poplu Malti u Għawdxi, bil-provi jkollu l-aħjar servizzi sportivi. Permezz ta’ dawn is-servizzi u proġetti infrastrutturali, il-Gvern qiegħed jara li l-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri jkollhom opportunità li jitħarrġu u jagħmlu użu minn servizzi sportivi. Dawn l-investimenti sportivi jassiguraw qabża ta’ kwalità mhux biss fl-isport iżda wkoll fil-kwalità tal-ħajja li jgħixu l-Maltin. Dan huwa Gvern għan-nies u li tkun għan-nies iffiser li toħroġ bi proġetti u ideat li fil-qofol tagħhom ikun hemm in-nies. Kien proprju SportMalta li ressqet ’il quddiem kunċett li hu innovattiv u fih jara l-familji Maltin li jkollhom spazju fejn jistgħu jgawdu l-ħin liberu tagħhom u wieħed anke jsib il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-aspett tal-kwalità tal-ħajja.

INSAĦĦU L-ĠENERAZZJONIJIET FUTURI

ALEX AGIUS SALIBA Membru Parlamentari Ewropew

Meta wieħed iħares lejn id-demografija jara żvilupp minn ġenerazzjoni għal oħra, tibdil viżibbli f’kull aspett tal-ħajja. Il-ġenerazzjonijiet li jmiss jinkludu tfal u żgħażagħ li twieldu lejn l-aħħar tas-snin 90 li huma wkoll magħrufa bħala l-‘iGeneration’ għaliex huma l-ewwel ġenerazzjoni li trabbiet f’era diġitali. Din qed inkomplu narawha tintensifika, hekk kif illum minn età żgħira t-tfal qegħdin jikbru f’ambjent mimli teknoloġija, imdawrin bi smartphones u tablets, filwaqt li l-biċċa l-kbira għandhom aċċess għall-internet fid-dar u f’postijiet pubbliċi.

Filwaqt li fl-Unjoni Ewropea din hija l-aktar ġenerazzjoni diversa fir-rigward tal-oriġini u għaliex hija l-aktar ġenerazzjoni edukata f’termini tal-livell ta’ edukazzjoni, din il-ġenerazzjoni hija l-aktar waħda vulnerabbli, inkluż fis-suq tax-xogħol, f’termini ta’ riskju ta’ faqar, u l-aktar milquta min-nuqqas ta’ mobilità għattagħlim interġenerazzjonali. Barra minn hekk, wieħed irid ukoll iżomm f’moħħu l-impatt enormi li l-kriżi tal-pandemija COVID-19 kellha u għad għandha fuq din il-ġenerazzjoni, fejn jidher li din il-kriżi jista’ jkollha l-istess impatt fuq l-iżgħar ġenerazzjoni tallum bħalma r-riċessjoni tal2008 kellha fuq il-ġenerazzjoni preċedenti. Il-pandemija kompliet tintensifika x-xejriet negattivi li din il-ġenerazzjoni kienet qed tiffaċċja qabel. Il-kriżi tal-pandemija xekklet l-edukazzjoni u l-prospetti futuri ta’ impjieg għal din il-ġenerazzjoni b’mod qawwi. Huwa stmat li madwar 99% tal2.36 biljun tifel u tifla fid-dinja ġew affettwati minn xi restrizzjonijiet fuq il-moviment. L-għeluq tal-iskejjel affettwa madwar 76.1 miljun tifel u tifla f’livelli ta’ skola primarja u se-

kondarja baxxa fl-Unjoni Ewropea, u l-istess impatt inħass fuq l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja b’effett fuq aktar minn 25 miljun student fl-Unjoni, filwaqt li l-eżamijiet tal-iskola sekondarja ġew ikkanċellati u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja kellhom isibu modi ġodda biex jagħżlu l-istudenti. Dan kollu ħoloq tfixkil kbir, u ġab miegħu ostakli u piż kbir mhux biss fuq it-tfal u l-istudenti, iżda wkoll fuq il-familji bit-tfal. Minn studji li saru jidher li fir-rigward tas-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol tażżgħażagħ, din il-ġenerazzjoni hija l-aktar milquta f’termini ta’ telf tal-impjiegi u d-dħul minħabba tnaqqis fis-sigħat tax-xogħol, kif ukoll minħabba diffikultà akbar biex jinstab impjieg. B’riżultat tal-pandemija jidher ukoll li kien hemm żieda fl-inugwaljanzi li jistgħu jħallu impatti permanenti fuq din il-ġenerazzjoni, filwaqt li żdied ir-riskju li l-qasma diġitali tista’ tkompli tikber. Għal din il-ġenerazzjoni, l-inċertezza saret in-norma li affettwat ħafna l-istat tassaħħa mentali taż-żgħażagħ tagħna. Żgħażagħ f’età ta’ taħt

l-24 sena jħossu l-aktar solitudni u jirrapportaw l-aktar livell baxx ta’ benesseri mentali, fejn skont studji jidher li l-pandemija ħalliet fuqhom effetti kbar ta’ ansjetà u dipressjoni li dejjem qed jikbru, bl-effetti jkunu kważi d-doppju fost żgħażagħ li l-edukazzjoni jew ix-xogħol tagħhom ġie mfixkel jew waqaf għalkollox. Il-pandemija u l-kriżi affettwaw ukoll uħud mid-drittijiet ta’ din il-ġenerazzjoni, l-aktar importanti jkopru l-ħtiġijiet bażiċi tagħhom bħalma huwa l-aċċess għall-akkomodazzjoni, u żdied ukoll il-periklu fuq is-sikurezza f’termini tal-abbuż sesswali tat-tfal permezz tal-internet, iċ-ċibersigurtà jew dipendenza sempliċi. Dawn is-sejbiet ikomplu joħorġu biċ-ċar li hemm rabtiet qawwija bejn il-benesseri mentali, is-suċċess edukattiv u l-integrazzjoni fissuq tax-xogħol li għandhom impatt kbir fuq il-benesseri ġenerali tas-soċjetà, inklużi permezz tal-parteċipazzjoni ċivika u l-fiduċja, kif ukoll fuq it-tkabbir tal-produttività, u b’hekk fuq l-ekonomija kollha kemm hi, kemm dik attwali

kif ukoll dik futura. Għaldaqstant huwa importanti ħafna li naraw li t-tfassil tal-politika tal-Unjoni Ewropea jiffoka fuq il-bżonnijiet ta’ din il-ġenerazzjoni b’mod speċjali għaliex ser ikun hemm konsegwenzi kbar ’il quddiem. L-esperjenza ta’ dawn l-aħħar snin uriet li filwaqt li l-iżgħar ġenerazzjoni tista’ tkun vulnerabbli, tista’ wkoll tkun involuta b’mod attiv fil-politika pubblika. F’dan il-kuntest, l-isfida hija li jinstabu politiki li fl-istess ħin li jipproteġu u jagħtu s-setgħa, iqisu ż-żgħażagħ bħala parteċipanti u mhux biss bħala osservaturi passivi. Il-politiki jeħtieġ li jkunu mfassla għall-ħtiġijiet tal-ġenerazzjonijiet futuri u jeħtieġ li jirriflettu l-ewwel nett it-tħassib tal-ġenerazzjoni l-aktar żagħżugħa u mhux dak tal-ġenerazzjonijiet akbar fl-età u l-ħsibijiet tagħhom dwar iż-żgħażagħ. Jien nibqa’ kommess biex naħdem sabiex dan l-element jingħata importanza fid-diskussjonijiet dwar it-tfassil ta’ leġiżlazzjoni Ewropea u naraw li nibqgħu nibnu politiki sikuri u li jipproteġu lill-ġenerazzjonijiet futuri tagħna.


13

05.09.2021

INKOMPLU NINVESTU GĦALL-FUTUR wu l-andament tal-proġetti kollha li huma ffinanzjati minn Fondi Ewropej mill-programm 2014-2020 u li ħafna minnhom qed narawhom jiġu konklużi b’suċċess u l-poplu tagħna jgawdi mill-benefiċċji tagħhom. Proġetti li jtejbu l-ħajja tan-nies STEFAN ZRINZO AZZOPARDI

Segretarju Parlamentari

Ninsabu fi żmien importanti ħafna fl-iżvilupp politiku, ekonomiku u soċjali ta’ pajjiżna. Minkejja li ħafna nies filġimgħat li għaddew kienu qed igawdu l-vaganzi tagħhom, ma nistgħux ngħidu l-istess għall-ħidma tal-Gvern li baqgħet għaddejja b’ritmu qawwi biex mhux biss niffaċċjaw l-isfidi tal-preżent fosthom dawk li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19 iżda nħejju wkoll għall-futur. Waqt li fuq il-lat ekonomiku u finanzjarju it-tħejjijiet għall-Baġit tal-11 ta’ Ottubru jinsabu fl-aqwa tagħhom, fil-qasam tal-Fondi Ewropej ninsabu għaddejjin bi tħejjijiet importanti biex jiġu ffinalizzati l-programmi kollha ta’ kif fissnin li ġejjin se ninvestu l-allokazzjoni ta’ Malta mill-Baġit Ewropew għas-snin 2021-2027. Qegħdin nagħmlu dan waqt li qed inkomplu nseg-

Issa ninsabu f’fażi importanti aħna fl-użu tal-Fondi Ewropej għal Malta. Xahrejn biss ilu ressaqna għall-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea l-Pjan tagħna għall-Irkupru u r-Reżiljenza li fih mhux inqas minn €345 miljun mifruxa fuq 17-il proġett u investimenti f’diversi oqsma. Fost il-proġetti ewlenin minn dan il-pjan se jkollna għadd sostanzjali minnhom marbutin ma’ inizjattivi ambjentali favur enerġija nadifa, b’investimenti fir-rinnovar ta’ bini pubbliku u kummerċjali tal-privat. Se jkollna wkoll skemi biex il-karozzi tas-servizz pubbliku, il-karozzi tal-privat u anke l-karozzi tat-trasport pubbliku jkunu jaħdmu bl-elettriku biex jonqsu l-emissjonijiet. Irridu nużaw il-fondi Ewropej biex inkomplu nimmodernizzaw il-pajjiż u għal dan il-għan se nonfqu €55 miljun mill-Fond għall-Irkupru u r-Reżiljenza għal proġetti biex ikollna ekonomija diġitali, intelliġenti u reżiljenti.

Anke fil-qasam edukattiv se nkunu qed inwettqu proġett kbir ieħor permezz tal-fondi Ewropej, dak tal-bini ta’ kampus ġdid għall-Istitut tal-Istudji Turistiċi fejn iż-żgħażagħ tagħna ħa jkunu jistgħu jirċievu l-aqwa taħriġ li jiggarantilhom futur mill-aqwa fl-aktar industrija importanti ta’ pajjiżna, dik tat-turiżmu. €193 miljun mill-Fond Soċjali Ewropew Plus Komplejna nħejju t-triq ’il quddiem permezz ta’ dokument importanti ieħor dwar l-infiq tal-Fondi Ewropej. Fil-fatt, ftit ġranet biss ilu għalqet il-Konsultazzjoni Pubblika dwar l-allokazzjoni għal Malta millFond Soċjali Ewropew Plus li jinkludi proġetti li flimkien se jiswew €193 miljun. Issa jmiss li wara li nevalwaw ir-rispons tal-pubbliku għall-proposti tagħna, niffinalizzaw il-programm mal-Kummissjoni Ewropea ħalli nibdew inwettqu wkoll il-proġetti proposti f’dan il-programm. B’dawn il-flus se naħdmu biex insaħħu l-opportunitajiet tax-xogħol għal kulħadd. Irridu li kull min jista’ jaħdem jaħtaf l-opportunitajiet li qed nagħtu u jidħol fid-dinja tax-xoghol, partikolarment dawk vulnerabbli jew bi bżonnijiet speċjali. Irridu ngħinu biex iż-żgħażagħ ikomplu jistudjaw wara li jagħlqu s-16-il sena, inkella jitħarrġu fi

snajja’ u ħiliet ġodda li qed titlob id-dinja tax-xogħol illum. B’dawn il-fondi rridu nindirizzaw ukoll lill-persuni mċaħħda minn affarijiet materjali biex inkomplu nnaqqsu l-faqar filpajjiż. Aktar programmi ta’ nfiq minn Fondi Ewropej Proprju fil-jiem li ġejjin ser nipproponu programm ieħor ta’ infiq minn Fondi Ewropej li jlaħħaq aktar minn €900 miljun. Dawn se jkunu ġejjin mill-Fondi ta’ Koeżjoni, millJust Transition Fund u millFond għall-Iżvilupp Reġjonali Ewropew. Sejrin ninvestu biex titrawwem il-kompetittività ta’ pajjiżna u nkomplu nittrasformaw l-ekonomija tagħna f’waħda innovattiva u diġitali. Sejrin nagħtu għotjiet għan-negozji, kemm żgħar, ta’ daqs medju u anke kbar biex ikomplu jinvestu fl-intrapriżi tagħhom. Ser nonfqu minn dawn ilflus biex inħeġġu lil kull qasam tal-ekonomija jiffaċċja l-isfida tal-bidliet meħtieġa lejn l-użu ta’ enerġija nadifa u lejn trasport sostenibbli u li ma jħammiġx. Dan il-programm ġdid li se nħabbru ħa jkun jinkorpora wkoll proġetti għall-iżvilupp tal-portijiet tagħna fosthom biex anke fil-Freeport, il-bastimenti jitfu l-magni tagħhom hekk kif jittrakkaw mal-mollijiet u jibdew jużaw l-elettriku mill-grid nazzjonali u dan

b’benefiċċju kbir għan-nies ta’ Birżebbuġa, u oħrajn għax ħa nnaqqsu drastikament l-emissjonijiet. Se nkomplu wkoll ninvestu fl-infrastruttura tat-toroq tagħna biex inżidu l-aċċessibbiltà u s-sigurtà. Ser nagħtu wkoll importanza partikolari lill-Gżira Għawdxija b’nefqiet sostanzjali minn dawn il-fondi biex inrawmu l-iżvilupp urban sostenibbli f’Għawdex filwaqt li nħarsu l-karatteristiċi uniċi ta’ din il-gżira. Irridu li nimmobilizzaw riżorsi ħalli b’aċċessibbiltà aħjar inkunu qed nikkontribwixxu lejn attività ekonomika akbar, il-ħolqien tal-impjieg u li nsaħħu t-turiżmu sostenibbli f’Għawdex. Il-proġetti li qed inħejju għal Għawdex ħa jolqtu lir-residenti u komunitajiet Għawdxin, is-settur tan-negozju f’Għawdex inklużi self-employed kbar u żgħar u anke kumpaniji ta’ daqs żgħir jew medju u entitajiet privati. Mingħajr l-ebda dubju, iżżmien li ġej se jkun wieħed mill-aktar eċċitanti fil-ħidma tagħna b’risq pajjiżna għaliex fih ħa nibdew naqtgħu l-frott li ħdimna għalih fix-xhur li għaddew wara li ksibna l-allokazzjoni rekord ta’ €2.27 biljun ta’ Fondi Ewropej għal Malta. Issa sta għalina li naħdmu kemm nifilħu biex naraw dawn il-proġetti jitwettqu u b’hekk inkunu qed inkomplu ntejbu l-ħajja tan-nies, f’kull livell tas-soċjetà Maltija u Għawdxija.

L-IMPORTANZA TAL-ARTI U L-KULTURA

FELIX BUSUTTIL GALEA Kandidat fit-8 u l-10 Distrett

Gvernijiet Laburisti minn dejjem biddlu il-perċezzjonijiet lejn l-arti u l-kultura u ħadmu sabiex il-poplu jifhem l-importanza tal-wirt passat u preżenti eżistenti. Dawn jipprovdu 5% kontribut fil-GDP nazzjonali u jittraduċu mill-inqas f’10,000 persuna jaħdmu f’dan il-qasam. Waqt il-pandemija skoprejna kemm tassew il-poplu

jgħożż l-artist Malti u jaqbeż għalih. Għax nazzjon mingħajr kultura u arti hu pajjiż bla sinsla, bla ruħ u qalb, bla edukazzjoni u apprezzament estetiku. U Gvern Laburista żgur ser jibqa’ jsostni dan is-settur. Personalment (u dan jafu kulħadd) għandi għal qalbi dan is-suġġett. U dan bħal ħafna li qegħdin jaqraw dan l-artiklu. Pajjiżna mhux biss għat-turist li jrid ix-xemx u l-baħar. L-artist iħobb xogħlu mhux biss għax għandu passjoni għalih imma għax jgħix minnu. Pajjiżna ma jistax ma jkollux Teatru Nazzjonali tal-Opri u l-MCC mhuwiex biss ċentru tal-konferenzi imma teatru prestiġjuż. ZfinMalta, KorMalta u Teatru Malta (kollha innovazzjonjiet ta’ Gvern Laburista) huma kontribut essenzjali nazzjonali. Għandna bżonn arti skulturali u viżiva fi triqat, pjazez u kantunieri tagħna. Festivals Malta, aġenzija

governattiva, tagħti kontribut importantissimu bħal aġenziji oħra li jsostni l-Gvern. Il-Karnival taghna qatt ma jista’ jistaġna u l-għana għandha tibqa’ ħajja. L-Orkestra Nazzjonali tagħna u kumpaniji taż-żfin privati huma ambaxxaturi tagħna l-Maltin u l-Għawdxin. Immur oltre – ma nistgħux nimmaġinaw żwiġijiet mingħajr bands u mingħajr kantanti. U ħafna sfortunatament jieħdu l-mużika li nisimgħu fuq ir-radji tagħna for granted. Ħadd ma jista’ jgħix mingħajr il-mużika. L-arti u l-kultura hija l-industrija tal-films. U musicals u produzzjonijiet teatrali jistgħu jiġġenerew ħafna flus. Dawn jiftħu l-imħuħ u jinkoraġġixxu komunitajiet li kienu għedewwa saħansita sabiex ifittxu l-paċi. L-arti u l-kultura paxxew lil kulħadd waqt il-pandemija speċjalment minn twieqi teknoloġiċi. L-arti u l-kultura huma l-lingwa tagħna. Il-

baned tagħna. Il-bizzilla u l-filigranu. It-timpana, il-qubbajt u l-ħelwa tat-tork. Nemmen li fil-Parlament tagħna għandna bżonn vuċijiet artistiċi msejsa mis-servizz politiku – mhux biss avukati, tobba, ekonomisti. Pajjiżna rikk u sinjur għax il-wirt tiegħu mibni fuq l-imħabba li għandu lejn l-iskultura, l-arkittettura, l-ambjent, il-letteratura u l-istorja tiegħu. U dan hu l-legat nazzjonali tagħna li ser inħallu lil ta’ warajna. Din hi l-vuċi Laburista. Għandna Prim Ministru u Ministeru li jaqbżu għall-artist u dawk kollha li jipprovdu servizzi marbuta mal-arti u l-kultura speċjalment waqt il-pandemija. U baqgħu jixprunah. Jifhmu li issa jeħtieġ nagħtuh is-saħħa li kellu. Teżisti infrastruttura li tista’ tipprovdi arti fl-ambjenti tagħna. U l-Baġits tagħna fil-qasam tal-arti u l-kultura dejjem baqgħu b’saħħithom. Proġetti kbar bħal dak ta’ Ta’

Qali fasslu l-pjanijiet tagħhom fuq spazji miftuħa għall-avvenimenti kulturali. Issa jeħtieġ ukoll nelevaw l-importanza edukattiva, kulturali u vokazzjonali għax nemmnu li għandna u ser ikollna kantanti, żeffiena, atturi kbar u ta’ talent kbir. U li tassew dejjem ser inkunu kburin bihom. Issa nemmen li wasal iżżmien li nergħu nqajmu kuxjenza sabiex it-Teatru tal-Opri fid-daħla tal-Belt Valletta jerġa’ jinbena. Fil-majestà tiegħu kollha. Żgur li l-bini tiegħu jerġa’ jimla nazzjon bit-tama u bl-orgolju li tant għandna bżonn wara sentejn ta’ tbatija u taqlib. Malta mhix biss sinjura fis-surpluses tagħha u fil-matematika ekonomika. Imma kbira għax ukoll prestiġjuża. Edukata. Ikkulturata. Ikkulurita. Niesha sinjuri għax għandha ġens li jifhem il-kelma teżor.


14

05.09.2021

Uħud mix-xeni xokkanti fl-attakki b’erba‘ ajruplani tal-passiġġieri li baqgħu stampati fl-imħuħ ta’ kulħadd

GĦOXRIN SENA MINDU D-DINJA N Fil-11 ta’ Settembru tal-2001, magħrufa bħala l-ġurnata ta’ “9/11”, id-dinja nħasdet bil-ħtif ta’ erba’ ajruplani tal-linji tal-ajru United Airlines u American Airlines biex twettqu l-attakki terroristiċi fuq il-World Trade Centre ta’ New York, il-Pentagon, b’mod partikolari. L-ajruplani, li kienu għadhom kemm bdew titjiriet domestiċi bil-pas­­siġġieri u mimlijin bil-fuel, iġġarrfu apposta f’postijiet prominenti bl-iskop li jagħmlu l-akbar ħsara u jħallu l-akbar ammont ta’ vitt­mi. Dan kien il-bidu ta’ gwerra qaddisa ddikjarata mill-jihadisti tal-organizzazzjoni terroristika Al Qaeda, immexxija minn Osama bin Laden, li sa ftit qabel kien għadu meqjus ħabib tal-Istati Uniti. “Kull fejn tkunu se ssibkom il-mewt, anke jekk tkunu fuq torrijiet għoljin ħafna.” Bin Laden kien irrepeta din il-frażi mill-Koran tliet darbiet lissegwaċi tiegħu. 19-il żagħżugħ, li kienu lesti li jmutu martri, kienu l-irġiel fl-attakki tal-11 ta’ Settembru, li se nfakkru l-20 anniversarju tagħhom is-Sibt li ġej. Dik il-ġrajja kerha fl-istorja umana biddlet id-dinja tagħna għal dejjem. Għax fil-verità kulħadd irrealizza li l-mewt u t-terrur setgħu jsibuh kull fejn ikun, saħansitra fuq dawk it-torrijiet simbolu tal-avvanzi Amerikani, li spiċċaw irmied. 20 sena wara l-ġurnalist Lawrence Wright, awtur talktieb bestseller The Looming Tower: Al-Qaeda and the Road to 9/11 tal-2006, jgħid li l-aktar li jinkwetah hu kif ħafna żgħar illum ma jiftakru xejn minn kif kienet id-dinja qabel, meta ma kellniex bżonn dawn il-prekawzjonijiet kollha. “Kien hemm sens ta’ ħelsien u anke ta’ innoċenza, li ntilef kompletament. U għandi l-biża’ li se jintesa,” qal Wright li filktieb suċċess tiegħu, li fuqu wkoll saret serje televiżiva, kien qal li l-antagoniżmu bejn l-FBI u s-CIA Amerikani kien għen lit-terroristi f’din il-ġennata

“Groun illum josp żewġ toqob flok b’dedikazzjon tagħhom. “It-terroriżmu kien jeżisti diġà, iżda kien għadu ma jagħmilx parti mill-munita kurrenti tal-dinja globalizzata. Wara l-11 ta’ Settembru kulħadd kien involut, kullimkien. F’epoka ta’ terrur ħadd ma jista’ joqgħod bi kwietu,” ikompli jgħid l-awtur, li enfasizza li llum Al Qaeda għandhom 10 darbiet iżjed suldati bejn 30,000 u 40,000. “It-terroriżmu spiss ġie des­

kritt bħala teatru u Al Qaeda tellgħet dan it-teatru għal livell ġdid. Ma nemminx li l-Istati Uniti qatt tista’ tegħleb dan l-episodju ikrah. Jekk taħseb fuq dak li seħħ wara: għadna kemm ħriġna mill-Afganistan u ma rnexxilniex negħlbu din it-trasformazzjoni, minkejja l-flus minfuqa u l-ħajjiet mitlufa f’20 sena. “L-Amerka qabdet it-triq il-ħażina u saret pajjiż differenti kawża tal-11 ta’ Settemb-

ru. Fallejna f’diversi modi biex inżommu mal-ideali tagħna stess, b’konsegwenzi tremendi għad-dinja kollha,” stqarr l-awtur, waqt li qies il-periklu gravi li llum l-Afganistan jinsab millġdid f’idejn it-Talibani. “L-Al Qaeda kienet saret b’saħħitha daqstant fl-2001 meta kienet protetta minn stat. U jekk jerġa’ l-istess issa,” temm jgħid Wright. Il-kom­memorazzjoni ann­ wa­li tas-Sibt li ġej, li ssir fis-sit

fejn kienu jeżistu t-torri­jiet tewmin, membri mill-familji tal-vittmi tal-attakki jinġabru fil-Pjazza tat-Tifkira biex jaqraw b’leħen għoli l-ismijiet ta’ dawk kollha li nqatlu. Fis-sit eżatt tal-ġrajja ta’ 20 sena ilu f’Manhattan, New York, kienu nbnew il-Monument u l-Mużew Naz­z­­jo­nali tal11 ta’ Settembru li jinkludu żewġ toqob enormi fl-ispazju fejn qabel kien hemm it-torrijiet. Matul iċ-ċerimonja se jiġu


15

05.09.2021

NBIDLET

nd Zero”, kif baqa’ magħruf … pita l-monument fil-forma ta’ k il-bażi tat-torrijiet u mużew ni lill-vittmi kollha tal-attakki osservati sitt mumenti ta’ silenzju fil-ħinijiet eżatt li t-torrijiet tewmin fil-World Trade Center ġew attakkati u wara ġġarrfu, flimkien mal-ħinijiet fil-ġurnata li jikkorris­pondu mal-attakk b’ajruplan ieħor fuq il-Pentagon u t-tiġrif tar-raba’ wieħed f’għalqa f’Pennsylvania. Ma’ nżul ix-xemx, l-esibizzjoni tat-“Tribute in Light” tispara fis-sema d-dwal li joħolqu l-forom simboliċi tat-torrijiet.

Dawn huma wħud mill-fatti fit-traġed- can Airlines fi triqitha minn Boston ja ta’ 20 sena ilu u wara: għal Los Angeles tibqa’ dieħla fit-torri tat-Tramuntana tal-World Trade CenL-ATTAKKI ter fi New York City; 09:03 a.m. – Flight 175 tal-United 19-il raġel ħatfu erba’ ajruplani kum- Airlines fi triqitha minn Boston għal merċjali Amerikani fi triqithom lejn Los Angeles tibqa’ dieħla fit-torri destinazzjonijiet fil-Punent tal-Istati tan-Nofsinhar tal-World Trade Center Uniti. Total ta’ 2,977 persuna nqatlu fi New York City; fi New York City, Washington DC jew 09:37 a.m. – Flight 77 tal-American ’il barra minn Shanksville, Pennsylva- Airlines fi triqitha minn Dulles, Virginnia. ia, għal Los Angeles tibqa’ dieħla filbini tal-Pentagon f’Washington; IL-VITTMI 09:59 a.m. – It-torri tan-Nofsinhar tal-World Trade Center jiġġarraf Fis-sit tal-World Trade Center f’Low- f’madwar 10 sekondi; er Manhattan, 2,753 persuna nqatlu 10:03 a.m. – Flight 93 tal-United meta t-titjiriet Flight 11 tal-American Airlines fi triqitha minn Newmark, Airlines u Flight 175 tal-United Air- New Jersey, għal San Francisco tiġġarlines intenzjonalment iġġarrfu fiż- raf f’għalqa qrib il-belt ta’ Shanksville, żewġ torrijiet jew b’riżultat tagħhom. Pennsylvania; Minn dawk li sfaw vittmi fl-attakki 10:28 a.m. – Jiġġarraf it-tieni torri, inizjali jew it-tiġrif sussegwenti tat-tor- dak tat-Tramuntana, tal-World Trade rijiet, 343 kienu pumpieri u 23 pulizija Center. Il-ħin bejn l-ewwel attakk u mid-dipartimenti rispettivi ta’ New l-waqgħa taż-żewġ torrijiet hu siegħa York u 37 uffiċjal tal-awtorità tal-port. u 42 minuta. L-etajiet tal-vittmi, li kienu bejn 75% u 80% kienu rġiel, varjaw bejn is-sentejn u l-85 sena. Fil-Pentagon f’Washington 184 persuna nqatlu meta l-ajruplan (Flight 77) tal-American Airlines iġġarraf fil-bini. Qrib Shanksville, Pennsylvania, 40 passiġġier u membri tal-ekwipaġġ abbord it-titjira Flight 93 tal-United Airlines mietu meta l-ajruplan iġġarraf f’għalqa. Hu mifhum li l-hijackers ġarrfu l-ajruplan fis-sit, milli fil-mira intenzjonata mhux magħrufa, wara li l-passiġġieri u l-ekwipaġġ ipprovaw jieħdu lura l-kontroll tal-ajruplan. Sa Ottubru tal-2019, 1,645 (60%) mill-vittmi tal-World Trade Center ġew identifikati mill-fdalijiet li nstabu, skont l-awtoritajiet. 13 ta’ Diċembru, TIMELINE 2001 Il-Gvern Amerikan 11 ta’ Settembru, 2001 jippubblika filmat li fih 08:46 a.m. – Flight 11 tal-Ameri- Osama bin La­den jieħu

r-responsabbiltà tal-attakki. 18 ta’ Diċembru, 2001 Il-Kungress Amerikan japprova mi­ żu­ra li tippermetti lill-Pre­sident biex jiddikjara d-data tal-11 ta’ Settembru bħala “Patriot Day” f’kull anniversarju tal-attakki. Diċembru 2001-15 ta’ Ġunju, 2004 Il-Victims Compensation Fund ori­ ġi­­nali jipproċessa talbiet għal kum­ pens mingħand qraba ta’ dawk li tilfu ħajjithom jew indarbu fl-attakki. Familji ta’ dawk li mietu kellhom sat-22 ta’ Diċembru tal-2003 biex japplikaw għal kumpens. Intlaqgħu 7,408 applikazzjonijiet, waqt li 5,560 każ irċevew kumpens. Familji li aċċettaw il-kumpens minn dan il-fond federali, intrabtu li ma jfitt­xux lil-linji tal-ajru f’kawżi ġudizzjarji. 30 ta’ Mejju, 2002 Tlesta uffiċjalment it-tindif ta’ “Ground Zero” fejn qabel kien hemm it-torrijiet tal-World Trade Center. F’madwar 3.1 miljun siegħa ta’ xogħol, tnaddfu 1.8 miljun tunnellata ta’ debris, bi spiża ta’ madwar €750 miljun. 2 ta’ Jannar, 2011 Il-President Barack Obama jiffirma l-liġi tal-2010 James Zad­roga 9/11 Health & Compensation Act, li tippermetti li jerġa’ jinfetaħ u jitkabbar l-iskop tal-Victims Compensation Fund. 10 ta’ Mejju, 2014 Il-fdalijiet mhux iden­ ti­­fikati ta’ persuni li nqatlu fl-attakki tal11 ta’ Settembru jiġu rritornati fis-sit tal-World Trade Center fejn bdew jin­ żammu f’post apposta taħt il-ġurisdizzjoni tal-Uffiċċju taċChief Medical Exa­ miner ta’ New York.


16

05.09.2021

POPLU LI JIBQA’ JGĦID LE GĦALL-IPOKREZIJA U L-ARROGANZA

CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

Kull ġurnata li tgħaddi niskanta kemm fil-politika individwu jew partit jista’ jilħaq livelli tant għolja ta’ ipokrezija u arroganza. Dawn l-aħħar ġranet u aktar ma nersqu lejn appuntament elettorali nazzjonali l-PN qiegħed iżid d-doża tal-ipokrezija u l-arroganza. L-istrateġija maġika tal-PN donnha hi li kif tinbet kwistjoni, jirkbu fuqha, jużawha u jisfruttawha għall-iskopijiet tagħhom, jagħmluha kwistjoni partiġjana, jikkritikaw bl-aktar mod distruttiv mbagħad jibdew iwiegħdu bl-addoċċ u bla pjan basta jgħidu xi ħaġa u kif tisaqsihom kif, meta u kemm jgħidulek jew li mhux xogħolhom li fl-Oppożizzjoni jiġu bis-soluzzjoni immedjata, jew li se jiffurmaw kumitat li ħa jistudja jew li l-costings u l-pjan isir wara. Tajba wkoll. Din il-ġimgħa l-PN ħareġ bl-islogan ta’ PN Green u għamel konferenza stampa. U barra li spikkat l-ipokrezija u n-nuqqas ta’ viżjoni, spikkat fuq kollox l-arroganza u d-divinità li jħossu li bħala PN huma ma qatt ma għamlu xejn ħażin u dak li jagħmel il-PL fil-gvern hu kollu ħażin u korrot jew aħjar minn hekk Gvern Laburista qatt ma jagħmel xejn għax anki dak li jagħmel għamluh huma, jew kienu se jagħmluh huma, imqar f’xi ħolma ’l bogħod ’il bogħod. Tisbit fuq is-sider u eloġji ta’ kemm għandhom għal qalbhom l-ambjent u li donnhom se jsalvaw l-univers bil-proposti li qed jgħidu li għandhom. Kif kien mistoqsi dwar jekk hux lest li jreġġa’ lura l-Local Plans li ġew irranġati fi żmien ilPN fil-gvern, il-Kap tal-Oppożizzjoni tilef il-krettu kollu u mhux talli ma qalx li se jreġġagħhom lura talli saħansittra qal li d-deċiżjoni dak iż-żmien li jitwessgħu ż-żoni tal-iżvilupp fil-Local Plans kienet deċiżjoni tajba. U b’din id-dikjarazzjoni waqa’ l-kastell tal-karti li pprova jibni bħala paladin u gwerrier għall-ambjent aħjar u restrizzjoni fil-kostruzzjoni. B’dan it-twessigħ fiż-żoni tal-iżvilupp fil-Local Plans, Gvern Nazzjonalista kien fetaħ beraħ l-aċċess għall-iżvilupp sfrenat fil-bini. Kullħadd jaf għalfejn ittieħdet din id-deċiżjoni, deċiżjoni politika u mill-aktar partiġjana li kienet il-qofol ta’ dak li l-PN illum qed jgħid li hi problema kastastrofika, problema li ħolqu ċ-ċavetta tagħha huma stess u fetħulha l-bieb be-

raħ. U issa meta staqsewhom jekk humiex lesti li jagħlqu l-bieb li fetħu, qalu le, anzi qalu li dan il-bieb miftuħ beraħ huwa sew li nfetaħ. Dik hi l-kredibbiltà li joffri l-PN għall-poplu Malti. Dik li kulħadd jgħid li kienet deċiżjoni ħażina, il-PN jibqa’ jiddefendiha u jgħid li kienet tajba u mbagħad għandu l-wiċċ tost jipprova jbellagħha lill-poplu li l-problemi tal-bini u dawk ambjentali bdew f’Marzu tal-2013. Għandu raġun Grech jiddefendi l-azzjoni fuq il-Local Plans minn Gvern Nazzjonalista għax l-istess nies li ħadu dawn id-deċiżjonijiet qegħdin ma’ djulu jagħtuh il-pariri u jmexxu l-partit miegħu. Min se jemminhom? B’min iridu jidħku? Il-poplu jagħraf li l-PN joffri biss ipokrezija, politika ta’ two weighs two measures, dak li jagħmel il-Labour hu kollu korrot u dnub mejjet, jagħmlu l-istess ħaġa l-PN u wara li jipprovaw jaħbuh, hekk kif jinkixfu, allura l-azzjoni ssir tajba jew inkella tkun deskritta biss bħala dnub tal-abbatini. Allura mhux ta’ b’xejn li f’sondaġġ wieħed wara l-ieħor tibqa’ tintwera fiduċja sħiħa, b’saħħitha u konsistenti fil-Partit Laburista u fil-Prim Ministru Robert Abela. Dawn is-sondaġġi issa jibdew jinbtu kull ġimgħa bħall-faqqiegħ u l-motivi warajhom ikunu diversi. Fl-aħħar sondaġġ li ġie ppublikat, il-Kap tal-Oppożizzjoni ħareġ ewforiku u qal li qed jagħlaq id-distakk minn mal-PL. It-tqabbil sar ma’ sondaġġ li sar xahar ilu mill-istess sors u li kien ta riżultat ta’ rebħa pjuttost surreali lill-PL. Osservaturi politiċi u persuni tal-affari tagħhom li jinterpretaw b’responsabbiltà statistika fuq opinjoni politika kienu kawti fuq dan is-sondaġġ ta’ xahar ilu u antiċipaw x’se jiġri fis-sondaġġ li jkun imiss, jiġifieri li dan id-distakk surreali jinżel. U hekk ġara. Il-motiv wara dan inħallih għall-konklużjonijiet tagħkom. Fi żmien li kont u għadni naħdem fl-istatistika, l-interpretazzjoni tan-numri dejjem għallmitni li sondaġġ, partikolarment sondaġġ ta’ opinjoni poltika QATT m’għandu jiġi benchmarked mas-sondaġġ li ttieħed xahar biss qabel. Dan it-tip ta’ tqabbil mhu xejn ta’ stoffa u huwa suġġett għall-interpretazzjoni żbaljata fil-mod wiesa’. Sondaġġ ta’ opinjoni politika għandu dejjem jiġi benchmarked mal-aħħar elezzjoni ġenerali. Dan il-benchmarking isir b’mod xjentifiku u professjonali fissondaġġ li joħroġ Dr Vincent Marmara, fejn s’issa konsistentement qed juri li d-distakk li l-PL kiseb fl-2017 għadu hemm. Issa biex inkunu għedna kollox l-aħħar sondaġġ ippubblikat mit-Times u li tant ferfer il-ġwienaħ bih il-Kap tal-Oppożizzjoni wera li d-distakk bejn il-PL u l-PN hu fil-fatt fl-istess ilma ta’ dak li nkiseb fl-elezzjoni tal-2017. Agħar minn hekk wera li l-Mexxej Laburista Robert Abela kabbar il-popolarità tiegħu minn malKap tal-PN Bernard Grech. Dan tal-aħħar qal li hu kuntent. Kuntent hu, allura kuntent kulħadd, mhux hekk?

Sur Editur, Imma qatt indunajt li dawn in-Nazzjonalisti dejjem jitolbu riżenji u apoloġiji min-naħa tagħna tal-Labour u huma qatt ma ndenjaw jagħmlu apoloġija waħda li hija waħda għall-gideb kollu li jobżqu minn ħalqhom? Il-Kirjielsin kif iġibuni ilma qaddisa ħanina, Sur Editur! Imbagħad jiġu kollha pompa jħabbru l-kampanja “Kun il-Bidla”. Il-bidla ta’ sieq zijti, Alla dejjem jagħtiha l-glorja tal-ġenna. U ma nafx x’nedew ġdid biex taparsi qed jinbidlu dawn, biex jagħtu tama ġdida. Għax biex iħarrfu l-ewwel jieħdu kieku. U ħa ngħidlek, Sur Editur, għalfejn iħarrfu ta! Għax waqt li kienu qed iniedu din il-bidla, ja oqbra mbajda li huma, Michael Piccinino s-Segretarju Ġenerali tagħhom, ikkonferma li l-Partit Nazzjonalista mhux ser jinbidel. Issa meta nisma’ dan Piccinino niftakar f’Melda tiegħi jien. Meta konna mmorru dawra sal-Belt u tidħol biex tixtri ħwejjiġha ta’ taħt. Hi tipprova u jien inħares u nixxennaq. Imma nsomma. Imxenqin għall-bidla dawn in-Nazzjonalisti. Imma ma jinbidlux. Naf li ġbajt ngħidha, imma nibqa’ ngħidha. Għax filli qed ivaraw din il-bidla, u fl-istess ħin dan Piccinino – mhux tal-qliezet ta’ taħt, talPeNe - ddefenda lid-Deputati Nazzjonalisti li jmorru l-attivitajiet tal-għaqdiet Repubblika, Occupy Justice u allura r-rabtiet li l-partit tagħhom għandu mal-gruppi kollha ta’ Manuel Delia. Il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil. Iva bidla! Bidla ta’ għajni. Ħa nerġa’ ndur għall-appoloġiji, Sur Editur. Il-Kap tagħhom qatt għamel appoloġija lill-Maltin u lill-Għawdxin meta qal li jħossu Grieg? Jigifieri li għalih aħjar il-Greċja minn Malta. Art twelidu? Le, ma tarax! Anzi issa mar pass oltre. Fuq it-televixin tal-għanqbut tagħhom qal li Malta pajjiż marid. Marid sieq zijti, nerġa’ ngħid, Alla dejjem jagħtiha l-Glorja tal-Ġenna! U madre tal-ħniena, kemm huma kapaċi aktar minn mara tattriq dawn in-Nazzjonalisti. Dak li għandhom tagħhom iridu jagħtuh lil ħaddieħor. Għandhom qasma u firda aktar mill-qasma l-kbira ta’ Vitorin, għax hekk jgħidulhom il-Victoria Lines qaluli, u minn fuq iridu jgħidu li l-Gvern tagħna maqsum. Aħjar ma ngħid xejn ara, għax inixxifli lsieni. Maqsum sabiħ! Kieku maqsum, kieku qed isir dan ix-xogħol kollu fil-pajjiż, ngħid jien? Kieku l-Labour maqsum, kieku qed isiru tant proġetti? Kieku qed jitħabbru tant investimenti? Kieku qed jitħabbru tant miżuri? U morru saqqu l-ħass tal-Marsa, jekk għadu jikber hemm! Tant ma jafux x’se jaqbdu jagħmlu u jivvintaw, li qed jaqgħu għannelħ. U iktar mal-Kap tagħhom jinsab f’paniku dwar in-nuqqas ta’ appoġġ li għandu mill-pubbliku, aktar jaqgħu għan-nelħ. Tafha l-aħħar waħda Sur Editur, għax ġibtha fil-KullĦadd din, hux? Dik li Benard tagħhom qed jagħti l-punti lid-deputati u lill-kandidati skont kemm jagħmlu share tal-posts u r-ritratti li jtella’ hu fuq Facebook? Ħallini ara! Waħda tal-Pellegrin kienet żgur din. Dak li minn Hatin’Malta mar konsulent tal-partit tagħhom. Ħallsu l-eluf lil Pellegrin ħalli joqgħod jagħti l-istilel ta’ min imexxi l-aktar fuq il-mezzi soċjali dak li jikteb il-Kap tagħhom. U le! Imma Sur Editur, mill-banda l-oħra nieħu gost nisma’ lil Bertu tagħna mbagħad. Tisimgħu jagħtik tama fil-pajjiż. Bl-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja. Bi tkabbir ekonomiku li huwa ikbar mit-tbassir li kellna u l-livell ta’ investiment li huwa superjuri għal dak fis-sena ta’ qabel il-pandemija. U qed jagħti tama ta! F’kulħadd jaħseb il-Labour. Għal dik l-iskema qed ngħid li nieda l-Prim tan-New Hope. Dik li se tagħti tama ġdida lil persuni b’kundizzjonijiet mediċi jew b’diżabilità, jew li kellhom xi mard fil-passat biex isiru sidien ta’ darhom. Tihom, Prim! U issa ġej il-Baġit ukoll. Diġà qalilna li se jkun bla taxxi. Ma kienx hemm għalfejn jgħidilna għax kemm ilu li tela’ l-Labour Baġit aqwa mill-ieħor kellna. U żgur li dan hekk se jkun, Sur Editur. Għad-dieħla!


17

05.09.2021

OPPORTUNITÀ OĦRA GĦALL-“O” LEVELS ĠEM16+ … PROGRAMM EDUKATTIV AKKREDITAT LI JOFFRILEK OPPORTUNITÀ OĦRA BIEX ITTEJJEB JEW IĠĠIB L-EŻAMIJIET TIEGĦEK FIL-LIVELL ORDINARJU ĠEM16+ huwa programm edukattiv tal-Ministeru għall-Edukazzjoni fejn joffri opportunità ta’ sena bi stipendju, biex studenti jkomplu jitgħallmu suġġetti akkademiċi li jwassluhom għall-eżamijiet tal-O Levels (SEC). Permezz ta’ kurrikulu riparatorju, l-għalliema jkunu jistgħu jiffukaw aktar fuq il-ħtiġijiet individwali tal-istudenti. ĠEM16+ joffri klassijiet żgħar għal kull suġġett. In-numru żgħir f’kull klassi jippermetti li l-istudenti jkollhom aktar appoġġ. L-attenzjoni individwali mill-istaff ta’ dan iċ-ċentru hi strumentali biex l-istudenti ta’ dan il-programm edukattiv jemmnu fihom infushom u jagħrfu aktar il-ħiliet tagħhom. Min jista’ japplika għal ĠEM16+? Jistgħu japplikaw studenti: • li temmew l-edukazzjoni obbligatorja u għandhom ċertifikat ta’ tmiem mill-iskola sekondarja (secondary school certificate and profile), • li kienu qagħdu għall-eżamijiet tal-O Levels jew għar-resits tagħhom, • li għandhom bażi tajba tas-suġġetti mgħallma u jixtiequ jkomplu jirsistu fir-rotta akkademika.

biss fuq l-eżami tal-MOCK, iżda wkoll fuq l-Assessjar Kontinwu u l-Executive Functioning Skills (ġabra ta’ ħiliet li l-istudenti juru fil-klassi u fix-xogħol tagħhom bħall-attitudni, l-inizjattiva, il-komunikazzjoni u l-organizzazzjoni). Il-Programm Kurrikulari Dan jagħti aktar opportunità lill-istuF’ĠEM16+ l-istudenti huma mistennija dent biex juri l-ħiliet tiegħu, b’mezzi difjimxu fuq programm kurrikulari li jin- ferenti. kludi l-Edukazzjoni Fiżika u l-PSCD kif ukoll jippreparaw ruħhom għall-eżami- Programm Akkreditat jiet tas-SEC fil-Malti, fl-Ingliż, fil-Matematika, u f’wieħed mill-Fiżika, Bijoloġija Il-programm edukattiv ĠEM16+ hu jew ECDL. Studenti barranin għandhom akkreditat bi kwalifika fuq livell 3 jew l-opportunità li jidħlu anke fi klassijiet 2 tal-Malta Qualifications Framework. Din il-kwalifika tinkorpora s-suġġetti tal-Malti bħala Lingwa Barranija. Studenti li jkunu diġà ġabu suġġett kollha li hemm fil-programm edukattiv. minn dawn fl-eżami tas-SEC b’marka Apparti hekk, bi tkomplija sħiħa talbejn 1 sa 5, ikunu eżentati milli jidħlu programm, l-istudenti jistgħu jilħqu għal-lezzjonijiet. Minkejja dan, wieħed wkoll Awards fuq livell MQF 3 jew 2 jista’ jimpenja ruħu sabiex itejjeb permezz ta’ stand-alone modules filil-marka. Mhuwiex eskluż li dawn l-is- Malti, l-Ingliż, il-Matematika, il-Fiżika tudenti jkunu jistgħu jidħlu għal lez- u l-Bijoloġija. Dawn il-livelli li jintlaħqu zjonijiet f’suġġetti oħra partikolari min- f’sena akkademika, jagħtu opportunità ikbar lill-istudenti ta’ ĠEM16+ biex flok dawk li jkunu ġabu diġà. ikomplu bil-vjaġġ edukattiv tagħhom. Għaldaqstant, barra l-opportunità li Studju u Assessjar ġġib jew ittejjeb il-livell tal-O levels Il-programm jibda bi screening sa- tiegħek, minn ĠEM16+ tista’ tilħaq dawn biex ikun hemm għarfien tal-ħtiġijiet l-Awards li huma rikonoxxuti f’għadd ta’ kull student/a f’kull suġġett. B’hekk ta’ istituzzjonijiet post-sekondarji oħra tinħadem strateġija riparattiva add- biex tkompli f’korsijiet ta’ livell 4. attata għal kull individwu u l-enfasi ssir fuq fejn hemm l-aktar ħtieġa. Isir Tim Pastorali assessjar kontinwu bbażat fuq kisbiet stabbiliti sabiex jiġi assigurat il-prog- F’ĠEM 16+ l-istudenti se jsibu tim pasress meħtieġ. Dan kollu jseħħ b’meto- torali b’għalliema tal-Guidance u anke di differenti skont kif tinħass il-ħtieġa Mentors li jgħinu lil kull student jimxi minn kull dipartiment tas-suġġett. Xa- ’l quddiem permezz ta’ attenzjoni millhar qabel l-eżamijiet tas-SEC, isir l-eża- qrib skont il-ħtieġa individwali. mi summattiv tal-MOCK f’kull suġġett. Bħala parti mill-aħħar preparazzjoni Attendenza għall-eżamijiet tas-SEC, l-istudenti jkollhom ukoll l-opportunità li flim- L-istudenti kollha jkunu qegħdin jikien mal-għalliema tas-suġġetti, janal- rċievu stipendju. Għaldaqstant hija misizzaw il-MOCK tagħhom biex ikomplu tennija attendenza regolari. jsaħħu ħtiġijiet partikolari. Iċ-ċertifikat aħħari ta’ ĠEM16+ mhuwiex imsejjes Sena Akkademika

Is-sena akkademika timxi fuq il-kalen- Bl-iskop li nkomplu nsaħħu s-servizz darju tal-iskejjel sekondarji statali. u s-sapport li jingħata lil kull student, ĠEM16+ huwa msieħeb fi proġett edukattiv iffinanzjat mill-Erasmus+, bl-isem Trasport Soluzzjoni b’Inklużjoni flimkien ma’ istiBiex l-istudenti jaslu fiċ-Ċentru ta’ tuzzjonijiet simili mid-Danimarka, l-ItalĠEM16+ fil-Gżira huwa ssuġġerit li jin- ja u n-Norveġja. Dan il-proġett inħoloq tużaw dawn rotot tat-Trasport Pubbli- bil-għan li jnaqqas in-numru ta’ studenti ku: li ma jkomplux l-istudji tagħhom b’20% u • numru 21 (Savoy), 22 (San Ġwann/ jipprovdi l-għodod neċessarji u innovatMater Dei) u 25 (San Ġwann) u jinżlu tivi biex isaħħaħ il-kompetenzi ta’ dawn fil-waqfiet Rizzo jew Vilhena li jgħad- iż-żgħażagħ. F’dan il-proġett, li ġie mniedu minn Triq D’Argens Gżira. Dawn di fl-1 ta’ Settembru 2020 u jilħaq il-milja il-waqfiet qegħdin 5 minuti ’l bogħod tiegħu fil-21 ta’ Awwissu 2023, l-edukaturi, il-ġenituri, u l-istudenti msieħba qed miċ-Ċentru. • numru 13 (Baħar iċ-Ċagħaq), 14 jaraw, jiddiskutu u janalizzaw esperjenzi (Pembroke), 15 (Sliema) u 16 (Swieqi) varji li jwasslu għal esperjenza edukattiu jinżlu fil-waqfiet Gżira jew Ponson- va taż-żgħażagħ aktar inklussiva. by. Dawn jgħaddu min-naħa tax-xatt tal-Gżira u l-waqfiet qegħdin 10 minuti Applikazzjonijiet ’l bogħod miċ-Ċentru. Tista’ tintuża wkoll il-venda tal-Uni- L-applikazzjonijiet jinsabu online fuq ilversità/Mater Dei li qiegħda 15-il minuta URL: education.gov.mt/gem16plus jew mixi ’l bogħod miċ-Ċentru ta’ ĠEM16+. permezz ta’ formoli li jistgħu jinġabru kemm miċ-Ċentru fil-Gżira jew mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u Uniformi x-Xogħol fil-Furjana. Dawn għandhom Uniformi m’hemmx iżda l-istudenti jinġiebu fiċ-Ċentru tal-Programm Eduhuma mistennija li jiġu bi lbies xieraq kattiv fil-Gżira. Għal aktar tagħrif tista’ filwaqt li jingħataw il-libertà li jesprimu tidħol fuq il-paġna ta’ Facebook, ĠEM16+ ruħhom kif jixtiequ fi lbieshom u aċċes- jew iċċemplu fuq 25983850 għal appuntament personali. sorji oħra. Titlifx din l-opportunità biex int tirnexxi wkoll! Applika issa! Proġett tal-Erasmus+


18

05.09.2021

IT-‘TWELID DOPPJU’ TA’ MARIJA BAMBINA Fejn twieldet Omm Ġesù? It-tradizzjoni twassalna għal żewġ postijiet differenti, imma li fit-tnejn insibu veritajiet x’niskopru. Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Minn dak li jirrakkuntawlna l-vanġeli dwar Marija, Omm il-Mulej, nilmħu bniedma tad-demm u l-laħam bħalna, li ħajjitha fuq l-art kienet immarkata minn ġrajjiet partikulari ħafna. Imma iktar minn 2,000 sena wara, il-postijiet fejn twieldet u għexet, x’jirrakuntawlna dwarha? Bl-istess mod kif napplikawhom għal Sidna Ġesù, anke għall-ħarsien tagħna fuq ħajjet il-Madonna, l-Art Imqaddsa hija l-aqwa referenza. Għal sekli sħaħ, il-komunità Nisranija f’din l-art ħarset b’devozzjoni kbira l-postijiet marbuta mal-memorja tal-Mulej, ta’ Ommu Marija u tal-appostli u l-ewwel Insara, speċjalment dawk li jissemmew fl-Iskrittura jew fit-tradizzjoni qaddisa. Kien għalhekk li waħda mill-ewwel mistoqsijiet li ppruvaw isibu t-tweġiba tagħha kienet dik relatata mal-post fejn twieldet il-Verġni Marija. L-eżitu ta’ din it-tfittxija tal-ewwel komunitajiet ta’ Nsara kienet waħda ta’ sorpriża: it-tradizzjoni fl-Art Imqaddsa twassalna għal żewġ posti differenti. L-ewwel post, li huwa l-iktar wieħed magħruf, hija l-Knisja ta’ Sant’Anna li tinsab fil-Belt l-antika ta’ Ġerusalemm, viċin ħafna għad-daħla tal-Wesgħa tal-Moskej, fejn darba kien hemm it-Tempju qaddis talLhud. Għaliex it-twelid jingħad li seħħ hawnhekk? Fir-realtà, fl-ebda evanġelju ma nsibu referenza għall-oriġini tal-Madonna, imma niltaqgħu magħha l-ewwel darba fit-tħabbira tal-Anġlu f’Nazzarett, meta kienet diġà xebba u mgħarrsa ma’ Ġużeppi. Huwa infatti wieħed mit-testi apokrifi (mhux uffiċjalment magħrufa) magħruf bħala l-Proto-Evanġelju ta’ San Ġak-

bu, li jitkellem fuq Anna u Ġwakkin, il-ġenituri ta’ Marija u dwar it-twelid tagħha. Ġwakkin huwa deskritt bħala raħħal sinjur, mestier li f’Ġerusalemm l-antika kien marbut biss mal-offerti tal-annnimali li kienu jsiru fit-tempju. L-istess Proto-Evanġelju ta’ San Ġakbu jgħid li Marija, li kienet rigal ta’ Alla lill-koppja ta’ età avvanzata li ma setax ikollha tfal, bħalma kien ilkaż lil Abraham u Sara, għexet tfulitha fit-tempju. Kien dan il-fatt li rabat id-dar tagħhom mal-post fejn illum hemm il-Knisja ta’ Sant’Anna. Fl-epoka Biżantina, insibu li f’dan il-post kienet diġà nbniet knisja li nqerdet għal kollox fl-attakk u l-invażjoni ta’ Ġerusalemm mill-Persjani. Kienu l-kruċjati tal-1140 li reġgħu bnew knisja ħafna ikbar, propju bi tliet navati, u li hija l-istess waħda li għadna ngawdu llum. Fil-kripta ta’ din il-knisja

nsibu għar, li skont it-tradizzjoni huwa l-post fejn twieldet il-Verġni Marija. Meta fl-1192, il-kruċjati tilfu l-ġlieda għal din il-Belt Imqaddsa, Saladin, il-mexxej tal-qawwiet Musulmani, ddeċieda li ma jeqridx lis-sit tal-Knisja ta’ Sant’Anna u min-

flok ittrasformah f’madrasa – skola tal-Koran. Sal-lum, skrizzjoni bl-Għarbi fuq il-bieb ewlieni tal-Knisja, għadu jfakkar sal-lum dan iż-żmien. Iżda hekk, il-post maħsub li huwa s-sit fejn twieldet Marija, ma nqeridx, u b’hekk sekli wara, fi żmien il-ħakma Ottoma-

na, il-Franġiskani akkwistaw il-permess li jqaddsu fl-għar tal-kripta, almenu darba fis-sena, fit-8 ta’ Settembru. Dan sakemm grazzi għal waħda mill-intriċċi politiċi fl-istorja tal-Art Imqaddsa, fl1856, il-Knisja ta’ Sant’Anna ingħatat b’rigal mis-Sultan

Fir-rejalta’, fl-ebda evanġelju ma nsibu riferenza għall-oriġini tal-Madonna, imma niltaqgħu magħha l-ewwel darba fit-tħabbira tal-Anġlu f’Nazzaret, meta kienet diġa’ xebba u mgħarrsa ma’ Ġużeppi


19

05.09.2021

Il-Knisja ta’ Sant’Anna f’Ġerusalemm hija wkoll ir-raġuni għalfejn il-festa tat-Twelid tal-Bambina tiġi ċċelebrata kull sena nhar it-8 ta’ Settembru

Abd al-Majid lil Franza, bħala apprezzament għas-sostenn li Napuljun III kien ta lill-Imperu Ottoman fil-gwerra tal-Krimea kontra r-Russja. Ftit snin wara, Franza tat it-tmexxija tal-Knisja lill-Patrijiet il-Bojod, il-kongregazzjoni Franċiża tal-Missjunarji tal-Afrika, u li għadhom il-kustodji tagħha sal-lum.

bogħod minn Nazzarett. Illum dal-post huwa biss raħal żgħir, iżda fi żmien it-twelid tal-Madonna, din kienet l-iktar belt importanti fil-Gallilija. Hemm minn isostni wkoll, li Ġużeppi bħala mastrudaxxa, probabbli ħadem ukoll f’siti ta’ kostruzzjoni f’dan il-post, li dak iżżmien kien għaddej minn żvilupp kbir.

Imma Marija ta’ Nazzarett verament twieldet f ’dan il-post f ’Ġerusalemm?

Allura daż-żewġ postijiet relatati mat-twelid tal-Madonna huma kontradittorji?

Fil-verità, it-tradizzjoni lokali fl-Art Imqaddsa, torbot l-oriġini ta’ Anna u Ġwakkin, il-ġenituri ta’ Marija, anke ma’ post ieħor li huwa ġeografikament ħafna iktar probabbli, ibbażat fuq ir-rakkont tal-evanġelju ta’ San Luqa. Il-fdal ta’ knisja ta’ żmien il-kruċjati, iddedikata lin-nanniet tal-Mulej, jinstabu f’Sefforis, lokalità ftit kilometri ’l

Ma naħsibx ... pjuttost jirrappreżentaw żewġ perspettivi diversi ta’ Marija. L-ewwel huwa wieħed minn aspett teoloġiku, li jħares lejn il-Madonna bħala ‘tempju’ li ħares lil Ġesù fil-ġuf tagħha; it-tieni wieħed huwa marbut iktar mal-memorja tal-komunità ta’ Nazzarett. Iżda, it-tnejn li huma jfakkruna li kienet

familja partikolari li ntgħażlet minn Alla biex isservi ta’ ġuf fejn titwieled u titrabba Omm Alla. Il-Knisja ta’ Sant’Anna f’Ġerusalemm hija wkoll ir-raġuni għalfejn il-festa tat-Twelid tal-Bambina tiġi ċċelebrata kull sena nhar it-8 ta’ Settembru. Kien proprju dakinhar meta fl-epoka Biżantina, ġiet ikkonsagrata l-Knisja iddedikata lil twelidha, fil-post fejn ftit ’il bogħod kien hemm il-fdal tar-rovina tat-tempju ta’ Ġerusalemm. Minn hemm id-devozzjoni lejn Marija Bambina nfirxet malajr mal-Knisja tal-Orjent sakemm waslet ukoll f’Ruma fis-VII seklu, fi żmien il-Papa Sergio I li kien ta’ oriġini Sirjaki. Il-bidu ta’ din il-festa f’Ġerusalemm tispjega wkoll, għalfejn sal-lum, anke fir-riti li jsegwu l-kalendarju Ġuljan, it-8 ta’ Settembru tfakkar il-festa tat-twelid talVerġni Marija.

Nixtieq nikkonkludi minn dan l-att b’osservazzjoni, li anke l-istess Musulmani jagħrfu l-importanza ta’ Marija Omm Ġesù, għaliex it-twelid tagħha huwa rrakkuntat fit-tielet surah tal-Koran u hemm ukoll hadith (tagħlima mit-tradizzjoni iżlamika) li jgħid li l-uniċi trabi li twieldu mingħajr ma’ messhom ix-xitan kienu Ġesù u Marija. Apparti dan kollu, marbuta mat-8 ta’ Settembru li din is-sena ser ikun qed jiġi ċċelebrat nhar l-Erbgħa li ġej, bħala poplu aħna nfakkru r-rebħa kontra l-Assedju l-Kbir tal1565 u anke t-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija fl-1945. Huma ġrajjiet storiċi u importanti għalina li dejjem infakkru. Huma ġrajjiet ukoll li juru kemm il-poplu dak iż-żmien, ma’ kull ħaġa li kien jiġrilu, kien jabbina r-reliġjon. Forsi llum ninnutaw bidla fil-ħsieb, il-kult u kultant anke l-fidi.

Dwar dan mhux se nikkummenta hawn għaliex l-ispazju huwa limitat. Li hu forsi rimarkabbli huwa li l-fidi mat-tradizzjoni, minn dejjem kienet sħiħa u b’saħħitha. Ejjew ngħinu biex dan ma jispiċċax minħabba l-pandemija. Nifhem li kull persuna għandha l-viżjoni tagħha dwar dan, kif ukoll dwar il-festi fl-ibliet u l-irħula li konna mdorrijin dejjem niċċelebraw. Jien bħala persuna midħla tal-festi, nemmen li dawn għandhom iżommu posthom u jissaħħu għaliex huma parti integrali mill-identità tagħna. Bla dubju hemm x’jiġi rranġat u forsi dan huwa l-mument li nagħmlu dan. Iżda, li nħalluhom jiddgħajfu, nemmen li m’għandu jkun qatt. Insellem lill-poplu Malti u Għawdxi kollu li jħobb din il-festa u jifhem is-sinifikat tagħha; kemm storiku, kulturali u anke dak reliġjuż.


20

05.09.2021

IL-ĦIDMA PROŻAJKA TA’ DUN KARM Lil Dun Karm nafuh u niftakruh l-aktar bħala l-poeta nazzjonali, iżda jidher ċar li għandu diversi xogħlijiet oħra ta’ proża. Biex inkunu nafu aħjar dawn l-oqsma, intervistajt lil MARITA CASSAR, riċerkatrċi. Minn CHARLES B. SPITERI

Liema huma dawn ix-xogħlijiet prożajċi u fejn ippubblikahom? Minkejja li Dun Karm sab xorti kbira fil-qasam tal-kritika, kemm matul ħajtu, kif ukoll wisq aktar wara mewtu, il-proża tiegħu bil-Malti kienet għadha ma nġabritx. Fl-isfond tal-ġabriet li kienu saru, jiġifieri tal-poeżiji bilMalti u bit-Taljan, kif ukoll ta’ parti kbira mill-ittri, kien jonqos li tinġabar il-proża tiegħu, fost l-oħrajn bilMalti. Din id-deċiżjoni ttieħdet qabelxejn bl-iskop li jkun komplut il-kwadru kollu tal-kitba ta’ awtur li d-dedikazzjoni tiegħu għall-kelma miktuba hija mifruxa tul ħajtu kollha, jiġifieri minn madwar is-snin 20 tas-seklu 19 sal-bidu tas-sittinijiet tas-seklu 20. Il-ġbir tal-proża bil-Malti kellu jinvolvi tiftix f ’għadd ta’ oqsma, qabelxejn fl-arkivji personali tiegħu miżmumin fil-Biblijoteka Nazzjonali ta’ Malta, fil-Melitensia tal-Università ta’ Malta, fil-kamra ta’ Dun Karm fil-Mużew tal-Imdina u f ’ġabriet privati. F’dawn il-postijiet instabet bosta informazzjoni primarja minn rivisti, gazzetti, manuskritti u kotba. Id-diffikultajiet ma kinux ftit, anki minħabba li Dun Karm qatt ma wera l-interess li jiġbor ix-xogħlijiet tiegħu, u għalhekk dawn kienu mifruxin f ’postijiet differenti. B’dan il-punt tat-tluq, il-ġbir tat-testi tal-proża tal-awtur, kemm oriġinali kif ukoll oħrajn li diġà kienu ppubblikati, żvolġa b’mod sistematiku. Kif ukoll, meta kien possibbli u meħtieġ, setgħet tiġi kkonsultata direttament il-kopja oriġinali li xi drabi hija miktuba bl-idejn u drabi oħra bit-typewriter. L-ewwel pass f ’dan ilproġett kellu jkun l-aċċertazzjoni li din hija ġabra

sħiħa tal-proża bil-Malti. Dan seta’ jinkiseb billi tinbena lista kemm kronoloġika u kemm ġenerika tal-kitbiet kollha mqegħdin f ’ordni ta’ żmien. Kollox kellu jsir fl-isfond magħruf bħala tipiku ta’ Dun Karm, jiġifieri li hu kien jikteb aktar biex jesprimi ruħu milli biex jidher fil-pubbliku. Hu għalhekk li ħafna mix-xogħlijiet ma jġorrux ismu magħhom, minkejja li huma magħrufin b’ċertezza li huma tiegħu, bħalma huma l-editorjali ta’ Il-Malti miktubin fis-snin 1929–1942. Quddiem din il-ħażna ta’ xogħlijiet kien imiss li dawn jitqiegħdu f ’xi forma ta’ ordni li tirrifletti l-għażliet tiegħu. Kien ta’ ħtieġa li kull test jinqasam skont tema jew titlu, iżda din il-klassifikazzjoni ħadet sura differenti aktar ’il quddiem meta fid-dawl

tal-ġabra sħiħa, il-proża setgħet tinqasam f ’erba’ ġeneri: editorjali, ittri, saġġistika u awtobijografija. Fit-terminu wiesa’ tiegħu, kull ġeneru mbagħad jiġbor fih għadd ta’ testi diversi. Hekk seta’ jibda jingħata apprezzament tal-ġabra kollha. Kull ġeneru tqiegħed f ’lista kronoloġika, mibnija skont

metodu magħżul u skont data ta’ pubblikazzjoni, biex imbagħad setgħu jintwerew ix-xejriet ewlenin fl-iżvilupp gradwali tal-ħsieb u tal-istil tiegħu. Minħabba li kien awtur eklettiku u li kien jimpenja ruħu f ’oqsma differenti fl-istess żmien, it-tqegħid tat-testi kollha f ’ordni kronoloġiku wassal biex jidher

aħjar kemm għall-awtur il-kitba kellha mhux biss tirrifletti l-ħsus tipikament individwali tiegħu, iżda wkoll realtajiet l-aktar deċiżivi. Fiex jikkonsistu l-ġeneri ta’ proża bil-Malti? Il-ġeneru tal-Editorjali huwa dak il-ġeneru li jiġbor fih

Il-ġbir tal-proża bil-Malti kellu jinvolvi tiftix f’għadd ta’ oqsma, qabelxejn fl-arkivji personali tiegħu miżmumin fil-Biblijoteka Nazzjonali ta’ Malta, fil-Melitensia tal-Università ta’ Malta, fil-kamra ta’ Dun Karm fil-Mużew tal-Imdina u f’ġabriet privati


21

05.09.2021

Bħall-editorjali, is-saġġistika tiġbor fiha diversi tipi ta’ saġġi li juru l-ħiliet ta’ Dun Karm bħala prożatur. Dan il-ġeneru jiġbor fih kull tip ta’ saġġ, minn daħliet ta’ kotba, artikli f’rivisti, studji kritiċi, sa taħditiet li għamel fil-pubbliku l-aktar xogħlijiet importanti fil-qasam tal-proża. Dawn l-editorjali nkitbu fir-rivista Il-Malti, ir-rivista tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, fissnin li fihom Dun Karm kien il-president tal-Għaqda u d-direttur tar-rivista (1929– 1942). Dawn kienu snin li fihom il-qagħda soċjali kienet qed tħejji ruħha għal bosta bidliet kbar waqt li l-Kwistjoni tal-Lingwa ssoktat tifred lill-poplu Malti f ’żewġ estremi kontra xulxin li bħala regola kienu mhux biss kurrenti ta’ ħsieb iżda wkoll impenn partiġjan. Kull diskors dwar l-ilsien Malti ma setax jinħeles minn konnotazzjonijiet ta’ xeħta partiġjana. Għal dan l-iskop, Dun Karm kien il-figura ideali li setgħet tagħraf it-triq tan-nofs bejn iż-żewġ estremi. Bl-għażla tiegħu bħala editur, l-Għaqda assigurat

għal żmien twil il-mod ta’ kif kellha ġġib ruħha tul is-snin tal-Kwistjoni tal-Lingwa billi ma kkumplikatx ir-relazzjoni tagħha mal-partiti politiċi u baqgħet turi li s-soluzzjoni kollha tinsab fit-triq tannofs. Bl-istil prudenti tiegħu, huwa rnexxielu jwassal bil-kalma s-soluzzjoni għall-problema ortografika kif ukoll juri f ’liema direzzjoni kellha timxi l-letteratura Maltija. L-editorjali jwasslu l-prinċipji estetiċi u politiċi li kellhom jieħdu prominenza fil-każ tal-lingwa Maltija, lingwa qadima iżda li kien jonqosha l-ħila ta’ kittieba serji. Dan kollu għamlu bl-iskop li jwassal is-setgħat li jħaddan l-ilsien Malti. Għaldaqstant, minkejja li l-biċċa l-kbira ta’ dawn l-editorjali jsegwu lil xulxin, jistgħu jiġu kklassifika-

ti fi tliet kategoriji. Insibu dawk l-editorjali li jitkellmu dwar l-importanza tal-poeżija Maltija bħala għodda ewlenija għall-edukazzjoni f ’Malta. Oħrajn huma ta’ xeħta estetika bil-għan li Malta jkollha letteratura tagħha bħal kull pajjiż ieħor. Fihom juri li l-viżjoni tiegħu tal-poeżija mhix biss marbuta mal-vokazzjoni tal-poeta bħala letterat iżda wkoll mad-dmir tiegħu li jgħallem u jagħti pjaċir. Imbagħad hemm dawk li jitkellmu dwar il-bżonn li kull Malti jagħraf l-importanza li għandu ilsien art twelidu billi jindukrah b’ortografija, alfabett u grammatika kif xieraq. Bħall-editorjali, is-saġġistika tiġbor fiha diversi tipi ta’ saġġi li juru l-ħiliet ta’ Dun Karm bħala prożatur. Dan il-ġeneru jiġbor fih kull tip ta’ saġġ, minn daħliet ta’ kotba, artikli f ’rivisti, studji

kritiċi, sa taħditiet li għamel fil-pubbliku. Minkejja li jittrattaw suġġetti varji, fil-qofol tagħhom jidher biċ-ċar kemm il-gost artistiku u l-maturità karatterjali għandhom jgħixu flimkien. Ħafna mill-kitbiet jitilqu minn spunt personali biex jaslu għal konklużjonijiet li jolqtu lil kulħadd. F’dan iddawl, id-daħla ta’ L-Oqbra turi kemm ried iwassal lil Foscolo bħala poeta Taljan ewlieni, iżda aktar minn hekk, bħala eżempju għal kull min iqis l-esperjenza poetika bħala esperjenza reliġjuża. Għall-kuntrarju tal-editorjali u s-saġġi, il-ġeneri tal-ittri u l-awtobijografija jitfgħu dawl fuq il-ħajja personali ta’ Dun Karm, f ’forma differenti minn kif naqraw dwarha fil-poeżiji tiegħu. Bħal fil-poeżija, hija regola ġenerali li l-qofol ta’ ħafna mill-ittri huma waqtiet importanti fil-bijografija tiegħu. Huma l-istess waqtiet li huma prominenti flopra poetika tiegħu kollha, bħal f ’Il-Jien u Lilhinn Minnu u f ’xogħlijiet sekondarji oħra. Id-differenza hija waħda biss, l-għażla tal-forma tal-kitba. L-ittri miġburin huma aktar minn kemm wieħed jaħseb u għadhom ma ġewx ippubblikati, għajr għall-ittri ta’ Karmen Mikallef Buħaġar li ġew miġbura u ppubblikati

mill-Professur Oliver Friggieri. Minkejja li kull ittra għandha l-preġju u l-importanza tagħha, l-ittri li jiġbru l-aktar stqarrijiet importanti huma dawk miktubin lil Ġużè Aquilina u lil Karmen Mikallef Buħaġar, żewġ persunaġġi prominenti fil-ħajja tiegħu. Bl-istess mod, tajjeb li wieħed iqis l-awtobijografija bħala kitba ta’ rakkont tal-ġrajjiet li jikkaratterizzaw il-ħajja tiegħu. Bħal flittri, dawn il-ġrajjiet huma l-istess ġrajjiet li jieħdu prominenza fil-poeżiji. Għaldaqstant, minkejja li f ’forom letterarji differenti, ir-rakkont awtobijografiku jkompli juri r-rabta dejjiema li hemm bejn il-poeta u l-bniedem. Din l-awtobijografija għadha mhix ippubblikata u qed tinżamm fl-arkivji tal-librerija tal-Università ta’ Malta. Id-dokument oriġinali juri lil Dun Karm jaqsam ir-rakkont awtobijografiku f ’diversi taqsimiet iżda interessanti l-fatt li din l-awtobijografija ma lestihiex. Dan juri kemm ma kienx iħobb jikteb wisq fit-tul, iżda aktar minn hekk, jidher b’mod ċar kemm il-ħsieb warajha ma kienx li jħalli rakkont tal-ħajja tiegħu. L-iskop prinċipali wara t-tifkiriet awtobijografiċi kien li jirrakkonta biex jiftakar fil-passat tiegħu, b’mod speċjali fil-ġrajjiet l-aktar għal qalbu. Hija l-istess nostalġija għall-passat li tidher fl-opra poetika kollha, bir-rabta mal-omm bħala l-qofol ewlieni ta’ ħafna minn din in-nostalġija. Għaliex taħseb li dawn il-kitbiet mhumiex magħrufa daqs il-poeżiji? Sa minn meta nkunu żgħar niltaqgħu ma’ Dun Karm bħala l-Poeta Nazzjonali ta’ Malta. Hija r-risposta li min jaf kemm-il darba tajna fil-karti tal-eżami għall-mistoqsija ta’ min hu l-Poeta Nazzjonali tagħna. Fuq kollox, meta nqisu kemm kiteb poeżiji bil-Malti bl-iskop li l-lingwa Maltija tingħata r-rikonoxximent li jistħoqqilha, huwa tassew xieraq li jkun hu l-Poeta Nazzjonali tagħna. Madankollu, il-fatt li dejjem niltaqgħu ma’ Dun Karm bħala l-poeta, dejjem wassal biex naħsbu li Dun Karm kiteb il-poeżija biss. Aktar minn hekk, minħabba li sa ftit ta’ snin ilu x-xogħlijiet tal-proża kienu għadhom ma ġewx miġbura, qatt ma kellna ċ-ċans li niltaqgħu miegħu bħala prożatur. Innuqqas ta’ aċċessibbiltà għal dawn ix-xogħlijiet żgur li ma jgħinx biex ikunu magħrufin daqs il-poeżiji.


22

05.09.2021

MARTIN GAFÀ

JGĦIN INDIVIDWI JSIRU AKTAR KUNFIDENTI Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

It-tpinġija fuq il-bniedem hija arti li ilha teżisti snin twal. Fl-imgħoddi din kienet titqies bħala tabù, iżda llum il-ġurnata qed tindara sew u qed tkun aċċettata aktar mis-soċjetà. Dan l-aħħar sirt naf b’żagħżugħ li huwa tattoo artist u b’xogħlu jgħid li qed jgħin xi individwi jsiru aktar kunfidenti bid-dehra tagħhom. Qed nirreferi għal Martin Gafà. Għandu 35 sena, minn Ħal Għaxaq. Jaħdem bħala tattooist u bħala passatempi jħobb jimmodifika r-roti, muturi u karozzi. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala raġel sempliċi, jipprova jkun ħabib ma’ kulħadd u jħobb iċ-ċajt l-aktar dark humour. Minn mindu kien ċkejken, lil Martin kont issibu bil-lapes u karta jpinġi. Eventwalment meta kiber studja l-arti u mar l-iskola tal-arti. Illum huwa tattoo artist li f ’Malta, f ’daqsxejn ta’ gżira, hawn ħafna bħalu. Ħadt il-kummenti tiegħu f ’dan ir-rigward. “Iva, bħala gżira żgħira hawn ħafna artisti kif ukoll tattooists. Hawn talent kbir ħafna. Mhux xogħol faċli daqskemm jidher. Fiżikament m’hemm

xejn ta’ tbatija, imma psikoloġikament dejjem trid tkun taf x’inti tagħmel u tridx tarah bħala xogħol biss. Ħafna tattoos ikunu personali u bihom tgħin lill-individwu jkun aktar kunfidenti bid-dehra tiegħu. Trid tifhem lill-klijent għax qed tagħmillu xi ħaġa permanenti.” Kienu jgħidulu li hawn Malta bl-arti biss ma kien se jasal imkien Fi żmien l-iskola kulħadd kien jgħidlu li hawn Malta bl-arti biss ma tasal imkien, u li setgħet tkun biss passatemp, iżda llum bis-saħħa

tal-arti qed jaħdem u jaqla’ l-ħobża ta’ kuljum. Mistoqsi kemm kien iebes żmien l-iskola bi ħsieb warajh bħal dan, weġibni: “Żmien l-iskola ma kienx faċli għax l-arti dejjem kienet xi ħaġa sekondarja. Illum l-affarijiet inbidlu ħafna. Meta tkun żgħir sħabek ikollhom tir li jsiru avukati, jew ikollhom professjonijiet oħra, u jien dejjem ridt li nsir artist. Xorta waħda dejjem kelli dubji sa fejn stajt nasal. Illum ninsab hawn.” Il-ħajra li jsir tattoo artist nibtet meta mar għamel l-ewwel tattoo fuqu u mill-ewwel iġġennen. “It-tattoos ma kinux l-aktar xi ħaġa

favorita fil-bidu, imma meta mort nagħmel l-ewwel waħda, bejni u bejn ruħi bdejt ngħid ‘din mhux xi ħaġa ġdida għalija. Xtaqt li nipprova mqar minuta, imma għall-mistħija ma staqsejtx lit-tattooist.’” Matul din l-intervista, sirt naf ukoll li kien proprju missieru li ħajru jibda u jasal fejn wasal illum. Dan għaliex qabel li kien jagħmel xi ħaġa permanenti fuq bniedem kienet tbeżżgħu, kien jaraha bħala responsabbiltà kbira. Imma missieru baqa’ jinsisti miegħu u jħeġġu. Ħa l-kors biex ikun liċenzjat u ħass li tista’ tkun it-triq tiegħu.

Żmien l-iskola ma kienx faċli għax l-arti dejjem kienet xi ħaġa sekondarja. Illum l-affarijiet inbidlu ħafna. Meta tkun żgħir sħabek ikollhom tir li jsiru avukati, jew ikollhom professjonijiet oħra, u jien dejjem ridt li nsir artist. Xorta waħda dejjem kelli dubji sa fejn stajt nasal

It-talent li hawn Malta huwa ta’ livell għoli ħafna Mistoqsi jekk meta jkollu bżonn tpinġija fuqu innifsu, jirrikorrix għand tattoo artist ieħor, jew jagħmilix fuqu stess, Martin weġibni: “Wara li missieri ġenninni biex nibda dan ix-xogħol, bdejt nesperimenta u wara kien offrieli xogħol l-istess tattooist fejn mort nagħmel l-ewwel tattoo tiegħi. Meta jkun imissni li nagħmel tattoo, iva ġieli għamilt fuqi stess dejjem fejn hu possibbli, imma hija xi ħaġa isbaħ meta mmur għand artist lokali u nħalli f’idejn dak li jkun, ħalli jagħti l-mija fil-mija tiegħu jew tagħha. It-tattoos narahom bħala kollezzjoni ta’ artisti u sabiħa ferm li jkollok biċċa marka ta’ xi artist ieħor fuqek. Sifirt u rajt ħafna tattoos, imma t-talent li hawn Malta huwa ta’ livell għoli ħafna u għandna biex inkunu kburin b’hekk.” Fl-aħħar nett ħallejt f’idejh sabiex jgħaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Qatt taqta’ qalbek li xi darba ser tasal tagħmel dak li tħobb għax il-ħajja importanti li tkun kuntent u sodisfatt b’dak li tkun qed tagħmel u taħdem.”


08.11.2020 05.09.2021

23

SKEDA ONE 12:30 12:40 12:45 13:00 14:00 15:00 15:20 15:30 15:35 17:35 18:30

ONE News Teftif Telebejgħ Drama Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta Primetime Preview ONE News Espresso Flimkien ma’ Nancy Pjazza

19:17 Tentufiet TNEJN 19:20 ONE Sports 06-09 & Temp 19:30 ONE News 20:07 Primetime Preview 20:15 Pajjiżi 20:30 Dak kien żmien?! 21:00 Cash Ride 22:29 Division 7 23:30 ONE News

06:15 ONE News 06:47 Moda l-istorja 07:15 ONE News 07:30 Durella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 10:00 Il-kostruzzjoni 10:30 Mad-Daqqa t’Ghajn 11:20 Tentufiet 11:50 Durella

12:10 12:30 12:40 12:45 13:00 13:55 14:47 15:30 15:35 17:37 18:10

Ulied Maltin ONE News Teftif Teżori Drama Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta

18:30 19:14 19:16 19:30 20:07 20:15 21:00 22:00 22:29 23:30 23:45

06:15 06:45 07:15 07:30 08:00 08:30 09:15 10:00 10:30 11:36 12:14

12:30 12:35 12:45 13:00 14:00 15:00 15:30 15:35 17:35 18:07 18:30

ONE News Teftif Teżori Drama Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Ħabrikt Pjazza

19:13 Tentufiet ERBGĦA 19:20 ONE Sports 08-09 & Temp 19:30 ONE News 20:08 Primetime Preview 20:18 Pajjiżi 20:30 Melodija Taljana 21:00 Tonight 22:23 Division 7 23:40 ONE News

06:15 ONE News 06:45 Tul il-Kosta Maltija 07:15 ONE News 07:30 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:31 Pjazza 09:16 Telebejgħ 10:08 The Local Traveller 10:45 Pink Panther 11:30 Ħabrikt

12:07 12:30 12:35 12:48 13:00 14:00 15:00 15:30 15:35 17:30 18:00

Ulied Maltin ONE News Teftif Teżori Drama Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Moda L-Istorja

18:30 19:15 19:20 19:30 20:10 20:20 20:30 22:17 22:00 23:30 23:45

06:15 06:45 07:15 07:30 08:00 08:30 09:00 10:00 10:30 11:30 12:10

ONE News Niftakru ONE News Durella Il-Quddiesa tal-Jum Pjazza Telebejgħ Melodija Taljana Indhouse Taste & Travel Ulied Maltin

12:30 12:35 12:45 13:00 15:00 15:30 15:35 17:30 18:00 18:30 19:15

ONE News Teftif Teżori Drama Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Maratona Missjoni Pjazza Tentufiet

ĠIMGĦA 19:20 ONE Sports & Temp 10-09 19:30 ONE News 20:10 Primetime Preview 20:15 Maratona Missjoni 21:00 Mad-Daqqa t’Għajn 21:45 Maratona Missjoni 23:30 ONE News 23:45 Division 7

06:15 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:15 ONE News 07:30 Durella 07:50 Teżori 08:00 Il-Quddiesa tal-Jum 08:32 Teftif

08:32 09:30 10:00 10:15 12:30 12:35 14:00 15:00

Better Living Ħabrikt Telebejgħ Maratona Missjoni ONE News Maratona Missjoni Telebejgħ Maratona Missjoni

15:30 15:35 19:20 19:30 20:10 0:00

06:15 06:45 07:15 07:30 07:40 08:00 08:40 10:00 10:50

11:50 12:30 12:35 14:00 15:00 15:30 15:35 19:20 19:30

Reboot ONE News Maratona Missjoni Telebejgħ Maratona Missjoni ONE News Maratona Missjoni One Sport & Temp ONE News

20:05 Niftakru 20:35 Attivita’ Politika 21:15 Maratona Missjoni 0:00 ONE News

06:15 06:45 07:15 07:30 08:00 08:30 09:15 10:00 10:35 11:38 12:13

ONE News Il-Kostruzzjoni ONE News Durella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Country Jamboree Better Living Tul il-Kosta Maltija Ulied Maltin

TLIETA 07-09

ONE News Country Jamboree ONE News Durella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Dak Kien Żmien?! Flimkien ma’ Nancy Moda L-Istorja Ulied Maltin

ĦAMIS 09-09

SIBT 11-09

ONE News Dak kien Żmien ONE News Duurella Ħabrikt Il-Quddiesa tal-Jum Paper Scan Attività Politika Indhouse

Pjazza Tentufiet ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Fish on Follow Up Niftakru Division 7 ONE News Division 7 - ikompli

Pjazza Tentufiet ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Pajjiżi Pirotekniċi Tentufiet Division 7 ONE News Division 7 - ikompli

ONE News Maratona Missjoni ONE Sport & Temp ONE News Maratona Missjoni ONE News

ĦADD 12-09


24

05.09.2021

reċensjoni tal-ktieb

Leħen mix-Xagħri Maħqur Dan il-ktieb huwa fuq xi affarijiet li ġraw fil-letteratura Maltija mill-aħħar tliet deċennji tas-seklu 20 sa tmiem it-tieni deċennju tas-seklu 21. B’mod aktar eżatt, huwa fuq awtur, Paul P.Borg, li qatagħha li jkattar il-valuri tal-letteratura meta jitkellem f’isem ilmagħkus. U f’dawk il-valuri tidher ix-xewqa li l-awtur irid isir bniedem aħjar billi jkun aktar ġenwin miegħu nnifsu. Borg għandu relazzjoni mal-ambjent. Jidher ambjentalist. U dan il-ktieb (fost ħwejjeġ oħra) jipprova jifli ftit kif il-letteratura li jikteb Borg tippriserva din l-identità ambjentalista. Imma fil-proċess jikxef ħajtu ġewwiena f’xogħlu. Huwa studju organizzat madwar il-letteratura u jikxef il-karatteristiċi tal-istil mentali. Fil-programm għal-letteratura tiegħu l-kelma ssir strument ta’ qawwa u ċarezza fis-servizz tal-kontemporanjetà skont kif jifhimha Borg. Il-kitba tiegħu taqdi ħtieġa għax tesplojtja kundizzjonijiet ta’ mentalità kontemporanja u kull darba toffri perċezzjoni li tħassibna fuq il-mod ta’ ħajja u burdati li nsibu fostna fi żmienna. U mix-xejriet li jixirfu mil-letteratura tiegħu (li spiss tipprova tmerrek il-ħsieb konvenzjonali jew kollettiv) nistgħu nkomplu nikkaratterizzaw lilna nfusna llum. Imma biex jinftiehem dan il-ktieb ix-xogħlijiet ta’ Borg iridu jinqraw bis-sabar u l-ħsieb. Il-letteratura ta’ Borg turina b’mod sostanzjali l-ħsieb eżistenzjali tiegħu. Hija kitba bbażata fuq ir-riflessjoni li trid tikkonkretizza l-ħsieb bl-istħajjil kreattiv. Hija letteratura li tgħaqqad l-għajxien mal-ħsieb. Fil-proża kreattiva u fil-poeżiji jesponi l-proċess intimu tal-ħsieb bi xrar suġġestiv ħalli jesplora esperjenzi vitali li jnixxu mill-bniedem meta jiltaqa’ mal-ambjent tiegħu. Meta Borg jirriduċi ruħu għal ħsieb letterarju jippenetra fil-karatteristiċi tal-kontemporanjetà, bħala dak il-bniedem li jaħfen l-għerf bħala ħaġa prattika u mhux bħala ħaġa astratta. Il-qofol ta’ awtur bħal Borg jinsab f ’xi qagħda li għandu x’jaqsam magħha l-bniedem. U l-awtur jagħraf liema xorta ta’ eżistenza jkun hemm. Ikun hemm eżistenza ta’ qerda u eżistenza ta’ ħarsien mill-qerda. Ix-xogħol tal-letteratura huwa li teħles ċertu għerf fuq ilħajja bil-ħila ta’ attività kreattiva li minnha jittawwal moħħ riflettiv li jipprova jkun mhux sempliċiment spettatur imma partiċipant fil-bidla għall-ġid aħħari tal-umanità. Hekk Borg jitqies ħassieb li bħala individwu li jeżisti jagħtina r-realtà interna tiegħu. Hija realtà (misluta mill-esperjenza tal-eżistenza personali) li sseħħ fit-tiġrib tal-ħassieb. U kultant id-dinja tidher ambigwa u Borg jagħtina xi probabilitajiet. Għalih il-probabilità hija x’aktarx il-gwida tal-ħajja. Donnha l-letteratura tiegħu turi attitudni jew perspettiva oħra. Din hija l-qawwa ta’ Borg għax b’hekk iġib dimensjoni ta’ raġuni.

Mistoqsija: X’turina l-letteratura ta’ Borg? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb LEĦEN MIX-XAGĦRI MAĦQUR. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 12 ta’ Settembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb THE PATIENT IN HOSPITAL ZERO hija:

L. VELLA - ĦAL GĦAXAQ

05 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kif ikun influwenzat kull min imur iċ-Ċina?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

05.09.2021

L-‘ALPHABET MURDERS’ Il-każi jinvolvu tliet vittmi li kellhom isimhom u kunjomhom jibda bl-istess ittra alfabetika IT-TIENI PARTI

Il-pulizija offrew somma ta’ 10,000 dollaru għal min kien lest jagħti informazzjoni li twassal għall-arrest tal-qattiel ta’ Walkowicz. Kien hemm persuna li qalet lill-pulizija li rat lil Walkowicz ħdejn iddar tagħha u li kienet qiegħda ħdejn il-bieba tal-passiġġier ta’ karozza kannella. Minkejja dan, il-persuna ma setgħetx tara min kien hemm fil-karozza. Persuna oħra qalet li rat raġel jisforza tfajla b’xagħarha aħmar f’karozza tal-għamla Dodge Dart u li l-karozza kienet ċara. Kompliet tgħid li rat din ix-xena bejn il-5.30 p.m. u s-6.00 p.m. fil-jum tal-għejbien tagħha. Bħalma ġara fil-każ ta’ Colón, l-informazzjoni kollha li rċevew il-pulizija ma wasslet għal imkien. Il-pulizija bdew jaħsbu li l-qattiel ta’ Walkowicz ma kienx l-istess wieħed li qatel lil Colón. It-tielet vittma

Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

Xil-5.30 p.m., ċiklist ra raġel b’tifla miegħu ħdejn karozza b’kulur kannella ċar jew kulur il-ġemel. Hu waqaf biex jara kellux bżonn għajnuna iżda r-raġel beda jħarislu bl-ikrah u jżomm lit-tifla minn idha u kien qisu qiegħed jaħbiha warajh. Iċ-ċiklist ma setax jara n-numri tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni għax ir-raġel kien qiegħed jgħattihom b’persuntu. Xħin ra hekk, iċ-ċiklist telaq ’l hemm għax beda jħossu skomdu fil-preżenza tiegħu. Jumejn wara nstab il-katavru ta’ Maenza f’gandott f’Macedon, li kien jinsab 15-il mil ’il bogħod minn Rochester. Maenza kienet imlibbsa u nstabet wiċċha ’l isfel. Mill-awtopsja rriżulta li Maenza sofriet diversi daqqiet fuq ġisimha u li ġiet stuprata. Maenza nqatlet billi ġiet fgata, wisq probabbli b’ħabel, minn wara. Fuq ħwejjiġha nstabu wkoll diversi suf abjad tal-qtates. Il-pulizija rnexxielhom isibu traċċi ta’ sperma fuq ġisimha u fuq il-ħwejjeġ ta’ taħt. Millanaliżi forensika tal-isperma sar magħruf li Maenza ġiet stuprata minn raġel wieħed. Apparti dan, fuq għonqha sabu parti minn marka ta’ pala ta’ id. Waqt l-awtopsja ċċekkjaw il-kontenut li kien fih l-istonku ta’ Maenza u sar

Il-pulizija interrogaw ’il fuq minn 800 persuna iżda kien kollu ta’ xejn. Huma jemmnu li minħabba li t-tfal kienu ġejjin minn familji kattoliċi daqsxejn fqar, il-qattiel seta’ kien ħaddiem ta’ xi aġenzija tas-servizzi soċjali u b’hekk seta’ jirbaħ il-fiduċja tat-tfal. It-tlett ibniet kellhom ftit ħbieb, kienu vittmi tal-ibbuljar u kienu jbatu akkademikament. Dawn il-fatturi setgħu wassluhom biex jafdaw lill-qattiel jekk qalilhom li kien uffiċjal misservizzi soċjali. Minkejja l-isforz u l-avviżi li xxandru, il-qattiel baqa’ ma nstabx u l-każi għadhom mhux solvuti sal-ġurnata tallum.

IT-TIELET VITTMA, MICHELLE MAENZA magħruf li siegħa qabel inqatlet kielet hamburger bil-basal. Din is-sejba kienet taqbel max-xhieda ta’ persuna li qalet rat lil Maenza ma’ raġel abjad b’xagħar skur, li kellu bejn 25 u 35 sena, qrib ħanut tal-ikel f’Penfield xil-4.30 p.m. dakinhar tal-għejbien tagħha. Carmen Colón, Wanda Walkowicz u Michelle Maenza ndifnu fiċ-ċimiterju ta’ Rochester.

Seba’ xhur wara, Michelle Maenza ta’ 11-il sena, ġiet irrappurtata nieqsa minn ommha Carolyn. Fis-26 ta’ Novembru tal-1973, Maenza ma rritornatx id-dar wara l-iskola. Xi tfal mill-klassi ta’ L-investigazzjoni Maenza qalu li l-aħħar li rawha xit-3.20 p.m. miexja ħdejn Il-qtil ta’ dawn itstabbiliment li kien jinsab qrib l-iskola. Jidher li Maenza kienet sejra fl-istabbiliment biex iġġib il-portmoni ta’ ommha għax din tal-aħħar nesietu f’ħanut hemmhekk xħin marret tixtri filgħodu. Kien hemm mara li qalet li xit3.30 p.m. rat lil Maenza riekba f’karozza ta’ kulur kannella ċar jew kulur il-ġemel. Din qalet li l-karozza kienet għaddejja b’veloċità qawwija minn Triq Ackerman u li Maenza L-ISTABBILIMENT FEJN RAW LIL MICHELLE L-AĦĦAR dehret tibki.

tlett ibniet qajjem għagħa kbir f’Rochester. Kien għalhekk li l-pulizija xandru stampa ta’ kif kien jidher il-qattiel, wara li diversi xhieda taw id-deskrizzjoni tiegħu. Minn hawn jidher li l-pulizija issa bdew jemmnu li l-qattiel kien l-istess wieħed iżda ’l quddiem jerġgħu jdawru fehmthom.

Xebh bejn id-delitti It-tliet vittmi kienu tfajliet żgħar li għebu minn Rochester waranofsinhar. L-iġsma bla ħajja tagħhom instabu f’postijiet qrib Rochester. Tnejn instabu bil-ħwejjeġ filwaqt li waħda nstabet nofsha mlibbsa u kollha nstabu f’postijiet fejn kienu jgħaddu l-karozzi.

L-ISTAMPA LI XXANDRET FIL-MIDJA TAL-QATTIEL

TKOMPLI L-ĠIMGĦA D-DIEĦLA


26

05.09.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

05.09.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 397

S. GALEA - ĦAL QORMI

Bi 3 NUMRI 718 038 744 049 870 090 936 103 116 B’4 NUMRI 251 0210 346 0620 348 1007 372 1463 541 1506 564 1964 609 1982

2012 2053 2405 2770 2861 2994 3007 4124 4156 4244 4298 4356 4535

5666 5790 6105 6411 6680 6692 7025 7175 7640 7804 9077 9130 9326

9789 9861 9991 B’5 NUMRI 17738 24216 39979 41700 44062 45996 54934 55047

59867 69113 70206 71886 74863 82067 82411 91021 B’6 NUMRI 015426 162981 286114

560676 687510 697266 934854 952137 B’7 NUMRI 2116972 4899630 5807614 6319362 6942563 9875089

MIMDUDIN: 1. Kompli l-qawl: 10. Fost l-aħwa min iġib il- ....... u min 12. ikarkar ix-xatba (5) 4. Jintuża fis-sajd (4)16. 7. Sauce dan (1,1) 18. 9. Probabbli ta’

kostruzzjoni (3) 19. Xi ħaġa kbira 20. u kerha (6) Jista’ jmexxi 21. gvern (6) 23. Kontra qasir (3) 24. L-ewwel u l-aħħar vokali (1,1)

Ara 12 wieqfa Ma tħallasx tiegħu dan (5) Proprjetarju (3) Ara 2 Is-singular ta’ ittri (5)

WEQFIN: 1. Għadda (6) 2,23. WC (7) 3. Unjin tal-ħaddiema (1,1,1) 5,11. Nitqarbnu biha (5)

Zanzu Muscat Urpani (1,1,1) Minn Liżbona dawn (9) Ara 5 Nieklu fih (5)

Stazzjon Taljan (3) Kapaċità (6) Rakkont (6) Agħti direzzjoni (3) M’għadux nej (3) Kapaċità wkoll (3)

6, 8. 11. 12, 19.

13. 14. 15. 17. 21. 22.

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Skuża, 4.Mewġ, 7,17.Skuri, 9.Lia, 10.Salpaw, 12.Ħavana, 16.NUA, 18,19. Ommok, 20.Ateni, 21.RIP, 24.Iġsma

WEQFIN: 1.Sultan, 2.USA, 5,23.Esprima, 6,11.Ġewża, 8.Karamelli, 12,21W. Ħarir, 13.Vot, 14.Amigos, 15.Skansa, 22.Pam


28

05.09.2020

RAĠUNI GĦALL-EŻISTENZA Editorjal

Tal-PN għadhom jippreferu jeżistu biss fi żminijiet li l-poplu ilu sew li abbandunahom u m’għandux ħsieb li jirritorna fihom, flok jagħmlu raġuni ta’ kif iservu bl-aħjar mod

Meta jseħħu ġrajjiet li jibdlu l-mod kif il-bniedem jaħseb, jir­ raġuna u allura jippjana l-għaj­ xien tiegħu, għajb għal dawk li jibqgħu jinsistu li ma jaddattawx għaċ-ċirkostanzi l-ġodda. Dan jgħodd anke għal min preċedentement kien jaġixxi bl-aħjar mod, aħseb u ara għal dawk li ma kinux. L-istorja hi mimlija b’eżempji tipiċi. Żgur li fil-każ tal-pandemija tal-COVID għadna fil-bidu biex naddattaw fi stil ġdid ta’ ħajja. Min jaf kemm iridu jinġabru iżjed esperjenzi f’analiżi, li diġà saru u għad iridu jsiru, għal stampa sħiħa ta’ dak li l-umani­ tà għadha ssofri sal-lum. Il-ġejjieni u l-eżistenza tagħna lkoll jiddependu minn studji simili. Ta’ min ifakkar li sal-lum il-pandemija infettat 217-il miljun persuna fid-dinja, inklużi 4.5 miljuni li sfortunatament tilfu ħajjithom. Fl-istess ħin rux­­mata ta’ ekonomiji nazzjo­ na­li tkissru jew jinsabu biex. Il-każ ta’ pajjiżna, li żgur ma seħħx b’xi kumbinazzjoni, hu wieħed minn dawk li kampaw bl-aħjar mod u għandu jservi għal lezzjonijiet tajbin.

Il-fatt bażilari li, mill-esper­­­ jenza tal-kriżi finan­­zjarja tal2008, anke jekk kienet għaxar darbiet iżgħar, il-Gvern Malti m’għażilx it-triq tal-awsteri­tà u minflok kien tal-akbar sostenn għall-ħaddiema, il-familji u n-ne­gozji, qed ingawdu l-frott per konsegwenza. Ir-riżorsi fi­nanzjarji dispo­ nib­bli, grazzi għall-għaqal talam­mi­nis­trazzjoni sa mill-2013, u l-fatt li t-tmexxij­a attwali tal-Prim Ministru Robert Abela fl-ebda ħin ma xxaħħet massaħħa u l-għajxien tal-poplu Malti u Għawdxi, għamlu d-differenza kollha. Ir-riżultati li ħerġin f’dawn il-jiem, inklużi t-tkabbir ekonomiku, ir-rata tal-qgħad u t-taxxi rkuprati mill-attività fis-suq tax-xogħol, bla ma żdiedu r-rati tagħhom, jixhdu kif Malta qed tirkupra mill-effetti tal-kriżi dinjija b’saħħa. “Illum, minkejja l-pandemija, għand­na l-fakultà li nħarsu ’l quddiem u mhux lura.” Din id-dikjarazzjoni fil-bidu talġimgħa mill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana fiha ħafna x’tomgħod. Hu kien qed jindi­

rizza laqgħa mal-imsieħba soċjali dwar il-baġit li jmiss u li hu stess se jkun qed jippreżenta fil-11 t’Ottubru li ġej. Kif diġà mwiegħed, il-Gvern mhu qed iħejji l-ebda taxxi ġodda fuq ix-xefaq, anzi se jkompli jgħin lill-poplu u lill-pajjiż jimxu lejn qagħda aħjar, lejn prospe­rità akbar. Kontra oħrajn, li għadhom jittamaw li jirkupraw mil-livelli tas-sena li għaddiet, pajjiżna diġà rnexxielu jaqbeż saħansitra l-livelli li ntlaħqu fl-2019, qabel bdiet l-imxija kollha. F’dak iż-żmien l-ekonomija tagħna wkoll kienet qed tirreġistra rekord pożittiv wara ieħor. Jekk xejn, dan kollu jippermetti li fuq l-aġenda nazzjo­nali ma hemm l-ebda biża’ minn xi inċertezzi għal-lum u għal għada. L-iżjed industriji milqutin mill-pandemija, fuq quddiem nett dik turistika, li f’pajjiżna tikkontribwixxi bil-kbir għall-ekonomija, huma mill-iżjed fiduċjużi u diġà qed jaraw l-affarijiet jitjiebu. Min-naħa l-oħra, f’pajjiżna wkoll għandna dawk li wrew kif ikunu mill-iżjed distruttivi

fi kliemhom u anke f’azzjonit­ hom sa minn snin ilu. Waqt il-pandemija stess dawn ukoll komplew jinqatgħu u jitbiegħdu mis-sens “nazzjonalista” li suppost jirrappreżentaw. Il-ġustifikazzjoni tal-Kap talOp­po­żizzjoni Bernard Grech għall-akbar sagrileġġ ambjentali li qatt seħħ f’pajjiżna, dak tat-twessigħ taż-żona ta’ żvilupp fl-2006 u li għalih jaħtu, fost oħrajn, l-istess nies li issa għażilhom bħala konsulenti tiegħu, tgħid iżjed milli mixtieq. Mill-Kap Nazzjonalista ’l isfel malajr jinqabdu li dawn lanqas ir-rieda li jaċċettaw xi tagħli­ miet m’għandhom! Ir-regħba u l-egoiżmu jikxfuhom iżjed ta’ li huma fil-verità. U li donnu xejn u ħadd mhu kapaċi jibdilhom u jaġġornahom maż-żminijiet. Skemi “tan-Nuna” biex jiżdied it-tixrid ta’ messaġġi politiċi mhumiex biżżej­jed biex jgħattu din il-fallaċità politika. Flok jagħmlu raġuni ta’ kif jistgħu jservu bl-aħjar mod, talPN għadhom jippreferu jeżistu biss fi żminijiet li l-poplu ilu sew li abbandunahom u m’għandux ħsieb li jirritorna fihom.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.