ĊERTIFIKAT TAL-VAĊĊIN BIL-BOOSTER Ara paġna 4
Il-Ħadd, 5 ta’ Diċembru, 2021
Rapport tal-Awditur Ġenerali jikkonferma r-riformi kbar li saru fil-Faċilità Korrettiva L-għadd ta’ priġunieri li wara erba’ ġim għat ta’ reklużjoni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jibqgħu jiġu ttestjati pożittivi għat-teħid tad-droga naqsu b’94%. Din hi differenza kbira meta wieħed iqabbel dak li kien jiġri qabel meta d-droga filħabs kienet tkun l-ordni tal-ġurnata. Il-ġlieda kontra d-droga fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hi waħda mir-riformi u t-tibdiliet kbar li twettqu flaħħar snin u li ġiet osservata fir-rapport tal-Awditur Ġenerali, li ġie ppubblikat proprju din il-ġimgħa.
Tisħiħ tal-ġlieda kontra d-droga bil-maqlub ta’ x’kien jiġri taħt il-PN Mill-analiżi li twettqet fil-faċilità milluf fi ċċju tal-Awditur Ġenerali, joħroġ ukoll kif bejn l-2019 u Mejju li għadda, issaħħet il-ġlieda kontra d-droga. Dan hu kompletament differenti minn dak li kien jiġri taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, li baqgħu magħrufin għal nuqqas kbir ta’ dixxiplina li wassal biex jinħolqu “rejiet” u “rġejjen” li jmexxu ċirku sħiħ ta’ traffikar ta’ drogi fil-ħabs. Tkompli f’paġni 8 u 9
Prezz €1
TIFDIL REKORD TAL-FAMILJI MAL-BANEK ŻIEDA MEDJA KULL XAHAR FID-DEPOŻITI TAL-FAMILJI Amministrazzjoni Abela (2020 - )
€96 miljun
Amministrazzjoni Muscat (2013 - 2019) Amministrazzjoni Gonzi (2004 - 2013) Amministrazzjoni Fenech Adami (1998 - 2004)
€67 miljun €24 miljun €22 miljun
Ċifri uffiċjali mill-Bank Ċentrali juru li, sa tmiem Ottubru li għadda, il-familji Maltin u Għawdxin kellhom depożitati malbanek lokali l-ammont rekord ta’ €15.2 biljun. Analiżi minn din il-gazzetta turi li dan ifisser li mindu laħaq Prim Ministru Robert Abela, fil-bidu tas-sena li għaddiet, il-familji f’pajjiżna żiedu t-tifdil tagħhom b’madwar €2 biljun, jew medja ta’ €96 miljun fix-xahar. Il-medja taż-żieda ta’ tifdil tul din l-amministrazzjoni tlaħħaq għal rekord storiku. Mill-istess eżerċizzju joħroġ ukoll li t-tifdil tal-familji rdoppja minn żmien l-aħħar Gvern Nazzjonalista fl-2013 u saħansitra ttripla mill-bidu ta’ dan is-seklu. Tkompli f’paġna 7
Ritratt: GARETH DEGIORGIO
94% INQAS POŻITTIVI GĦAL DROGI FIL-ĦABS
Ħarġa Nru 1,482
02
05.12.2021
DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI
IT-TEMP GĦAL-LUM
L-Ogħla Temperatura: 17°C L-Inqas Temperatura: 13°C L-Indiċi UV: 2 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni baxxa fuq it-Tramuntana tal-Italja ser testendi lejn iċ-ċentru talMediterran It-Temp: Ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ftit qawwi għal qawwi mill-Punent il-Lbiċ Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Moderat għal qawwi li jsir qawwi L-Imbatt: Baxx mill-Majjistral It-Temperatura tal-Baħar: 21°C
KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
KUNTATT ĠENERALI
15°C UV 1
10°C
Il-Ħamis
16°C UV 3
10°C
Il-Ġimgħa
18°C UV 3
12°C
Is-Sibt
KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
18°C
UV 2
12°C
17°C UV 2
12°C
17°C UV 3
12°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR L-ERBGĦA 8 TA’ DIĊEMBRU
New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, Il-Belt Valletta – 21244813 Chemimart International Pharmacy, 650, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21236477 Tal-Ħlas Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi – 21487739 Mackie’s Pharmacy, Triq L. Casolani, Ta’ Paris, Birkirkara – 21496089 Charing Pharmacy, Triq il-Mimosa, Tal-Pietà – 21232954 St. Andrew’s Pharmacy, Triq il-Qasam, Tal-Ibraġġ – 21371062 Drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd. 382, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334627 Brown’s St. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Ħ’Attard – 21436348 St. Mary Pharmacy, Mġarr Dispensing Chemists, 71, Triq Sir Harry Luke, L-Imġarr, Malta – 21580711 St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 21571649 Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien – 21802986 Alpha Pharmacy, Triq Bormla k.m Vjal ilKottoner, Il-Fgura – 21673811 Milia’s Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq ilLampuka, Marsaskala – 27023322 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Consiglii, Iż-Żejtun – 21806009 Bronja Pharmacy, Sonata, Triq il-Bronja, Iż-Żurrieq – 21682251 De Rohan Pharmacy, Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żebbuġ – 21464128 Spiżerija Carmen, 1, Triq Misraħ is-Suffara, Ħad-Dingli – 21457128 Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Ir-Rabat, Għawdex– 21556970 Għajnsielem Pharmacy, Pjazza Indipendenza, Għajnsielem, Għawdex – 27203615
Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21234567 Brown’s Pharmacy, 706, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238623 Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487311 Rational Pharmacy, 74/75, Triq il-Wied, Birkirkara – 21441513 Tony’s Pharmacy, 100, Triq Sir Patrick Stuart, Il-Ġżira – 21332080 Balluta Pharmacy, 7, Pjazza Balluta, San Ġiljan – 21317888 Mrabat Pharmacy, Triq l-Imrabat, Tas-Sliema – 21313535 St. Joseph Pharmacy, 164, Triq Annibale Preca, Ħal Lija – 21414051 St. Mary Pharmacy, Mġarr Dispensing Chemists, 71, Triq Sir Harry Luke, L-Imġarr, Malta – 21580711 St. Paul’s Bay Pharmacy, 504, Triq il-Kbira, San Pawl il-Baħar – 21575276 Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21693412 Alpha Pharmacy, Triq Bormla k.m Vjal ilKottoner, Il-Fgura – 21673811 Mediatrix Plus Pharmacy, 7, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 27826685 Green Cross Pharmacy, 8, Misraħ Gregorio Bonnici, Iż-Żejtun – 21693723 Chrysantemum Pharmacy, Triq San Nikola, Il-Qrendi – 21680828 Remedies Pharmacy, Peter Pan, Triq Nikola Zammit, Is-Siġġiewi – 21460828 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat, Malta – 21454247 Abela Pharmacy, Bellavista Court, Triq George Borg Olivier, Ir-Rabat, Għawdex – 21556170 Tony’s Pharmacy, “Egret Court”, Triq il-Wied, Marsalforn, Għawdex – 21563617
05.12.2021
03
DEKAN JIĠI AKKUŻAT LI KKOPJA Id-Dekan tal-Fakultà għat-Tis ħiħ Soċjali Andrew Azzopardi ġie akkużat li kkopja xogħol ta’ Profs Saviour Formosa u Profs Janet Formosa Pace, li huma wkoll kollegi tiegħu fl-Università ta’ Malta. Waqt li Azzopardi ma ċaħadx l-akkuża u saħansitra pprova jbenġel l-aggravju billi insista li dan ma kienx intenzjonat, minnaħa l-oħra Formosa indika li studenti li jinqabdu jikkopjaw ukoll iħallsu l-konsegwenzi. L-aħbar, li ħarġet minn fuq il-Facebook ta’ Profs Formo sa din il-ġimgħa, tittratta pre żentazzjoni akkademika bit-tit lu “Risk and Protective Factors in Violent Youth Crime”, li Az-
zopardi wkoll ftaħar biha. Ir-riċerka, li ġġib il-firma wkoll ta’ ċertu Andrew Camil leri, ġiet ippubblikata mill-Università wara skrutinju ta’ bord editorjali. Minkejja dan, ġiet irtirata minnufih fuq il-bażi tal-akkuża ta’ kkopjar. “Li student jikkopja xogħol ħaddieħor hu diġà tat-tħassib, iżda li akkademiku u research support officer jikkopjaw pubblikazzjoni ta’ kollegi b’mod se ver ma jitwemmnux f’din l-alma mater,” kiteb Formosa. L-Università taġixxi b’mod iebes ma’ studenti li jipprovaw jieħdu kredtu minn fuq xogħol ħaddieħor permezz tal-ikkopjar. F’kummenti lit-Times ilbie raħtlula, ir-Rettur Alfred Vella qal li jinsab fil-proċess li jasal għal xi deċiżjoni. Azzopardi, li bħall-bieraħ ikun fuq ir-radju tal-Knisja, ma għamel l-ebda referenza dwar il-każ, wisq inqas talab apoloġija. Formosa, iżda, fuq Facebook irrefera għall-artiklu fit-Times u għadda rimarka ċinika. “Nota lill-istudenti tagħna: Kunu attivi u ssieħbu ma’ NGO. Jekk xi ħadd jinqabad jikkopja jew jgħidulek li xogħlok hu akkademikament inkompetenti, għidu biss li l-lettur ma jaħmilx il-kuraġġ tal-attiviżmu tiegħek! Jien ċert li se ssibu wens f’dan l-artiklu. Jekk jogħġobkom, irreferu għat-Times u l-awtur,” kiteb Formosa b’referenza għall-fatt li Azzopardi indi ka li l-akkuża ta’ kkopjar ġejja għax hu attiv filAKKUŻAT: Andrew Azzopardi ħajja soċjali.
FESTA SPORTIVA FIL-MELLIEĦA Fis-Selmun Family Park tal-Mellieħa lbieraħ ġiet organizzata ġurnata sportiva mill-Partit Laburista, bis-sehem ta’ diversi żgħażagħ u familji. Min kien preżenti għall-attività ta’ Sports Team PL, bil-kollaborazzjoni tal-Kumitat Lokali Laburista tal-Mellieħa, seta’ jsegwi diversi dixxiplini, fosthom wheelchair basketball, Kung Fu, weightlifting, futbol u atletika. Waqt l-attività kien hemm ukoll spettaklu mid-dilettanti żgħażagħ tal-BMX, scooters u skateboarding. Flistess ħin kompetizzjoni tal-isnooker, li ttellgħet matul din il-ġimgħa kollha fiċ-ċentru Laburista tal-lokal, waslet fi tmiemha lbieraħ meta saret il-finali.
04
ĊERTIFIKAT TAL-VAĊĊIN BIL-BOOSTER Iċ-Ċertifikat tal-Vaċċin tal-COVID-19 se jibda juri wkoll li persuna tkun ħadet it-tielet doża tal-vaċċin, 14il ġurnata wara t-teħid tad-doża tal-booster. Stqarrija mill-Ministeru għasSaħħa qalet li biex dan iċ-ċertifikat ikun iġġenerat, wieħed għandu jżur is-sit certifikatvaccin.gov.mt u jsegwi l-istruzzjonijiet billi jniżżel id-data tal-aħħar doża li ngħatat, u jagħfas “reprint”. It-tielet doża tkun indikata awto matikament ħdejn “numru fis-serje ta’ tilqim/dożi”. Ingħad ukoll li sakemm kulħadd ikun irċieva l-istedina biex jieħu t-tilqima tal-booster, iċ-ċertifikat tal-vaċċin b’żewġ dożi se jibqa’ xorta waħda validu f’pajjiżna kull fejn hu mandatorju li dan jiġi ppreżentat, inkluż għall-ivvjaġġar.
05.12.2021
GRECH QED JAFDA • MHUX KULĦADD KIEN INFURMAT BIL-MOSSA TAT-TNEJN Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qed jafda mill-inqas lill-Grupp Parlamentari tiegħu stess u, fil-manuvra ta’ nhar it-Tnejn li għadda fejn tressqet mozzjoni kontra l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, għamel mezz li jkunu tassew ftit dawk madwaru li jkunu jafu bl-informazzjoni minn qabel. Fid-dawl tal-leaks li qed ikun hemm mill-Grupp Parlamentari, Grech beża’ li l-mossa tiegħu tinkixef fil-midja qabel fil-fatt jagħmilha fl-ogħla istituzzjoni. Kif wara kollox ġralu f’ħafna okkażjonijiet f’dawn l-aħħar ġimgħat. Saħansitra din il-gazzetta tista’ tiżvela li kienu biss ftit mill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, dawk magħrufin bħala l-“Blue Heroes”, li kienu jafu eżatt b’dak li kien se jagħmel Grech, b’deputati oħrajn jiġu infurmati biss li kellhom ikunu fil-Parlament fl-4:00 p.m. u xejn iktar. Jirriżulta lill-KullĦadd li kien hemm min kellu konferma tad-dettalji, għax min kien qed jieħu ħsieb ix-xandira fuq il-Facebook tal-Kap tal-Oppożizzjoni beda ftit kmieni meta kienu għaddejjin il-Mistoqsijiet Parlamentari bejn l-4:00 u l-4:30 u tella’ x-xandira bit-tit-
lu “Qed inressaq mozzjoni skont l-Ordni Permanenti 13 biex il-Kamra tiddiskuti l-aġir tal-Ispeaker Anġlu Farrugia.” Jidher li din ukoll ġabet ftit kummenti xejn ħelwin fost membri tal-Grupp Parlamentari. B’hekk l-aħħar mossa ta’ Bernard Grech u l-mod kif ħadimha kompliet iġġib kritika interna għall-Kap tal-Oppożizzjoni, speċjalment iżjed dubji serji dwar l-awtorità jew in-nuqqas tagħha li għandu fil-Partit. Kien hemm min qal li ma tantx kellu għal xiex iżomm sigrieti, għax kien ovvju x’se jiġri anke minn dak li d-Deputat Karol Aquilina kiteb fil-gazzetti u kien hemm min qal li din kienet sinto matika ta’ kif imexxu l-Grupp tal-“Blue Heroes”,
05
05.12.2021
INQAS MINN QABEL • KIENU JAFU BISS IL-‘BLUE HEROES’ …SKOMDU META MISTOQSI li jagħmlu parti wkoll mill-establishment l-antik. “Ladarba kellu l-barka tagħhom (Grech) seta’ jibqa’ għaddej mingħajr inkwiet,” qalilna sors mid-Dar Ċentrali. Il-ġimgħa li għaddiet irrapportajna kif waqt laqgħa tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, li tlaqq għet ta’ malajr, il-Kap ingħata messaġġ biex jitlob il-permess tal-Grupp qabel jippronunzja ruħu fuq xi tema jew suġġett. Dan wara t-tgħaffiġa tiegħu dwar il-liġi tal-kannabis. Għal ħinijiet twal kien hemm tensjoni kbira u l-Viċi Kap tal-Partit David Agius kellu jservi ta’ medjatur. Ta’ min jinnota wkoll li tant kemm tal-establishment qed jimponu fuq it-tmexxija tal-Partit li l-mozzjoni ta’ liġi privata mressqa mill-Oppożizzjoni kienet maħduma minn Aquilina u bħal dejjem Bernard Grech mexa ma’ dak propost lilu.
L-aħbar li tajna dwar it-twissija lill-Kap
06
Ritratt: ANTHONY AXIAQ
05.12.2021
MAL-AKTAR EKONOMIJI REŻILJENTI FID-DINJA Pajjiżna qed jokkupa t-tielet pożizzjoni tal-aktar ekonomiji reżiljenti fid-dinja, skont il-klassifika għall-2021 li għadha kemm ġiet ippubblikata mill-aġenzija ta’ kreditu internazzjonali Scope Ratings. L-eżerċizzju jistudja r-riskji li ekonomiji nazzjonali jiffaċċjaw internament biex iħallsu d-djun u kemm huma b’saħħithom biex jirreżistu kriżijiet minn barra, bħalma hi l-pandemija attwali. L-esperti tal-aġenzija jassessjaw indikaturi bħall-pożizzjoni finanzjarja kurrenti tal-pajjiż, influss ta’ investimenti diretti barranin, dipendenza fuq djun barranin u r-reżiljenza tal-kambju nazzjonali, fost oħrajn. Dan l-istudju wkoll wera kif ħames pajjiżi fl-2020 u tnejn oħrajn din is-sena ma kinux f’pożizzjoni li jħallsu d-djun tagħhom, mindu l-COVID-19 tferrex mal-erbat irjieħ tad-dinja. Skont dan il-kejl rigoruż, Scope Ratings ipoġġu lil Malta fost l-ewwel tliet ekonomiji reżiljenti fid-dinja. Din hi l-ewwel darba li l-ekonomija ta’ pajjiżna spiċċat f’pożizzjoni daqstant għolja meta qabżet liċ-Ċina u ssegwi biss żewġ ġganti oħrajn, l-Iżvizzera u l-Ġappun. Fost il-fatturi lokali li saret enfasi fuqhom mill-esperti internazzjonali kien hemm li Malta għandha dħul fuq skala kbira ta’ investimenti barranin. Dan hu kompletament l-oppost tal-istampa li qed tipprova tpinġi l-Oppożizz-
joni Nazzjonalista li pajjiżna m’għadux L-aqwa tkabbir fl-UE attraenti għall-investituri barranin. L-istess fejn jidħlu l-finanzi pubbliċi. Sadanittant, l-Uffiċċju Nazzjonali Malti Waqt li l-PN itambar li l-finanzi pubbliċi tal-Istatistika (NSO) ħabbar li, bejn Lulhuma ta’ tħassib u qed ikomplu jsiru in- ju u Settembru ta’ din is-sena, l-attivisostenibbli, skont Scope, il-Gvern Malti tà ekonomika lokali kienet 9.7% akbar għandu livelli moderati ta’ dejn. Ma’ dan, minn dik irreġistrata fl-istess xhur sena jingħad mill-esperti ta’ Scope Ratings li qabel. Din kienet fost l-ogħla rati ta’ tkl-azjendi u l-familji Maltin u Għawdxin abbir li qatt kienu osservati mindu bdiet għandhom assi barranin li jammontaw tinġabar tali statistika. għal madwar 60% tal-Prodott Gross DoMinbarra hekk, Malta kienet il-pajjiż mestiku (PGD). bl-ogħla tkabbir ekonomiku minn fost ilDan iċ-ċertifikat pajjiżi kollha tal-Unpożittiv għall-ekono joni Ewropea, tant li mija lokali mingħand l-ekonomija Maltija Scope Ratings hu kibret darbtejn u nofs L-ekonomija Maltija l-aħħar wieħed li jixaktar mir-rata medja kibret darbtejn u nofs Ewropea. hed l-għaqal li gawdeaktar mir-rata medja jna minnu fl-amminAnke meta wieħed istrar governattiv jikkunsidra l-ewwel Ewropea fl-aħħar xhur taħt disa’ xhur tas-sena it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert r-rata ta’ tkabbir kienet ta’ 7.6%, li hi Abela. ferm ogħla mit-tbassir. Minkejja li sa L-isfidi li ffaċċjat id-dinja mill-bidu Settembru f’pajjiżna kien hemm diversi tal-2020 kienu b’saħħithom biżżejjed restrizzjonijiet fuq l-attività ekonomika, biex jaffettwaw ħażin waħda mill-akbar il-Prodott Gross Domestiku reġa’ laħaq ekonomiji fid-dinja, dik Ċiniża, waqt li il-livell li kien hemm qabel il-pandemija. l-pożizzjoni Maltija baqgħet tissaħħaħ. Peress li dan it-titjib kien mistenni Aktar kmieni din is-sena Scope Rat- jseħħ f’nofs is-sena d-dieħla, ifisser li ings ikkonfermat ir-rating ta’ “A+” tkabbir akbar milli mbassar avvanza għal Malta, waqt li bassret li l-finanzi u l-prospetti ekonomiċi lokali b’madwar l-ekonomija nazzjonali se jkunu qegħ- sitt xhur. din jirkupraw kompletament is-sena Jekk wieħed jeskludi setturi li kellhom d-dieħla. jieqfu joperaw biex tonqos l-imxija din
is-sena, l-attività fil-bqija tal-ekonomija fl-ewwel disa’ xhur tal-2021 kienet 4.1% aktar milli kienet fl-2019. Fost is-setturi li qed jiġġeneraw aktar valur miżjud milli kienu fl-2019 wieħed isib il-manifattura, il-kostruzzjoni, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, is-servizzi finanzjarji, is-saħħa u r-remote gaming. L-ixprun tat-tkabbir ekonomiku kienet id-domanda domestika. Dan kien jirrifletti l-fatt li bejn Lulju u Settembru 2021 kien irreġistrat l-ogħla ammont ta’ dħul għall-ħaddiema li qatt ġie osservat fl-istorja. Fil-fatt, id-dħul tal-ħaddiema laħaq il-figura rekord ta’ €1.6 biljun, li kien €125 miljun jew 8.3% akbar mill-ammont ta’ dħul osservat is-sena li għaddiet. Dan it-titjib fid-dħul wassal biex il-konsum privat tal-familji Maltin u Għawdxin żdied b’aktar minn 5% fuq is-sena l-oħra. L-istatistika uffiċjali tikkonferma kemm kien hemm żieda fl-attività tar-restoranti u anke tal-lukandi mqabbel mal-2020, b’żieda ta’ kważi €92 miljun jew nofs taż-żieda kollha fil-konsum. Fattur importanti ħafna wara r-rata ta’ tkabbir rekord kien l-investiment. Dan laħaq il-figura rekord ta’ aktar minn €865 miljun, li hu 11% aktar mill-istess xhur tal-2020 u 17% aktar mill-2019. Żieda daqstant sostanzjali fl-investiment hi l-aqwa konferma li n-negozji għandhom fiduċja kbira fid-direzzjoni ta’ pajjiżna. B’kuntrast, fl-erba’ snin wara r-riċessjoni tal-2008, l-investiment kien żdied f’sena biss. Din id-darba, ukoll sostnuti mill-appoġġ li ta l-Gvern, in-negozji reġgħu mill-ewwel lura għall-pjani ta’ espansjoni. Fl-istess ħin iċ-ċifri jindikaw li, meta tieħu disa’ xhur, il-profitti tan-negozji wkoll qabżu l-livell li kienu qabel bdiet il-pandemija.
07
05.12.2021
IL-FAMILJI INĊENTIVATI MILL-GVERN Tkompli minn paġna 1 Meta wieħed iħares lejn il-medja ta’ tifdil kull xahar li seħħ taħt l-amministrazzjoni mmexxija minn Joseph Muscat, din kienet tlaħħaq €67 miljun. Ifisser li flaħħar xhur it-tifdil tal-familji kien darba u nofs il-medja tal-bqija ta’ dawn iż-żewġ leġiżlaturi mill-2013 ’l hawn. Min-naħa l-oħra, ħarsa lejn il-medja tat-tifdil taħt l-aħħar żewġ amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, immexxija minn Lawrence Gonzi, din kienet biss €24 miljun fix-xahar jew erba’ darbiet inqas mill-medja tal-lum il-ġurnata. L-istess jista’ jingħad jekk wieħed iħares lejn il-medja ta’ tifdil li seħħ waqt l-amministrazzjoni Nazzjonalista ta’ bejn l-1998 u l-2004, immexxija minn Eddie Fenech Adami, li kienet €2 miljun inqas kull xahar. Ta’ min ifakkar li wara l-kriżi ekonomika tal-2008, id-depożiti tal-familji Maltin u Għawdxin mhux talli ma kinux żdiedu, iżda kienu saħansitra naqsu bil-kbir, b’medja ta’ kważi €26 miljun fix-xahar. Fil-fatt, f’Novembru 2009 dawn kienu naqsu għal-livell li kienu f’Novembru ta’ sentejn qabel, li jfisser li l-Gvern ta’ Gonzi tant ma għenx lill-familji li dawn kellhom “jieklu minn ġewwa” dak li kienu ilhom ifaddlu mill-2017.
Bil-maqlub ta’ dan, taħt l-amministrazzjoni Robert Abela l-familji mhux biss ma kellhomx bżonn iduru għal dak li kellhom taħt rashom, iżda rnexxielhom itejbu s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom fl-eqqel tal-agħar pandemija li ffaċċjat id-dinja kollha għal madwar 80 sena. Iżjed minn hekk it-titjib għall-familji kien ukoll bla preċedent. L-ammont ta’ flus depożitati mal-banek mill-familji Maltin u Għawdxin illum hu €7.5 biljun aktar milli kienu depożitati meta Lawrence Gonzi spiċċa minn Prim Ministru. Dan ifisser li l-familji Maltin u Għawdxin għandhom flus il-bank kważi d-doppju ta’ dak li kellhom qabel il-bidla fil-Gvern fl-2013. Bl-istess mod il-familji ta’ pajjiżna għandhom depożiti tliet darbiet aktar minn dak li kellhom meta Eddie Fenech Adami spiċċa minn Prim Ministru. Is-saħħa finanzjarja tal-familji Maltin u Għawdxin hi l-kawża ewlenija wara l-irkupru qawwi tal-ekonomija ta’ pajjiżna. Permezz tar-riżorsi finanzjarji tagħhom il-familji qed ikabbru d-domanda domestika u jagħmlu tajjeb għannuqqas ta’ turisti. L-investiment fin-nies li għamlet l-amministrazzjoni mmexxija mill-Prim Ministru Abela qed jagħti l-frott tant li pajjiżna kellu l-ogħla rata ta’ tkabbir ekonomiku fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Taħt l-amministrazzjoni Abela, il-familji Maltin u Għawdxin tejbu s-sitwazzjoni finanzjarja anke fl-agħar pandemija
08
05.12.2021
MAT-TNAQQIS FID-DROGI NNOTATI TESTIJIET GĦAT-TEĦID TAD-DROGA MAD-DĦUL TAL-PRIĠUNIERI FIL-FAĊILITÀ Sena
Numru ta’ priġunieri li rrifjutaw it-test
Total ta’ testijiet mad-dħul tal-priġunieri
2019
958
275
683
286
397
42%
2020
1,082
185
897
337
560
38%
2021*
434
96
338
148
190
44%
*statistika sax-xahar ta’ Mejju
Tkompli minn paġna 1 Jirriżultalna li fl-2019, minn 683 test li saru fuq priġunieri huma u deħlin biex jiskontaw is-sentenza tagħhom jew għall-arrest preventiv, 286, jew 42% ta’ dawk li għamlu t-test, ġew ittestjati pożittivi għad-droga. Wara erba’ ġimgħat ġewwa, dawk li kienu ttestjati pożittivi niżlu għal 47 persuna jew 2% tat-testijiet li saru. Dan diġà juri tnaqqis konsi derevoli, iżda meta wieħed iqabbel l-istess formula għal din is-sena, sa Mejju li għadda, isib li mill-148 persuna li ġew ittestjati pożittivi għad-droga l-ewwel darba li rifsu fil-Faċi lità, kienu biss tlieta li reġgħu nstabu pożittivi wara test ieħor li sarilhom xahar wara. Meta dan jitqabbel mar-riżultati tal2019, jista’ jiġi nnotat tnaqqis ta’ 94%, minkejja li saru aktar testijiet. Fir-rapport tal-Awditur fuq l-istess tema tal-ġlieda kontra s-sustanzi illegali fil-Faċilità, intqal ukoll li t-tim mediku intern iżomm rekord tat-trattament li persuna tingħata bħala sostitut għad-droga. Aktar pożittiv minn hekk hu l-fatt li, meta wieħed jevalwa l-ammonti ta’ “mistura” li l-priġunieri jieħdu, din baqgħet tonqos xahar wara ieħor. Dan hu sintomatiku ta’ persuni li jkunu draw jgħaddu mingħajr is-sustanzi u għaldaqstant ma jkunx hemm bżonn li jieħdu t-trattament. Iżda fir-rapport tiegħu, l-Aw ditur Ġenerali ma semmiex biss is-settur tad-droga. Tkel lem ukoll, fost l-oħrajn, dwar l-investiment fl-infrastruttura, partikolarment l-investiment fil-parti medika tal-ħabs, l-MI Room, fejn illum il-priġunieri qegħdin jieħdu servizz li mhux biss hu aħjar, iżda ta’ kwalità. F’dan is-settur it-tmexxija tal-faċilità investiet sew fl-aħ ħar snin, fosthom billi żdiedu n-numru ta’ impjegati professjonisti, inklużi tobba, infermieri, psikologi, psikjatri, care workers u saħanistra dentist. L-Awditur Ġenerali jagħmel referenza għall-ordni li hemm
Minbarra t-tnaqqis konsiderevoli fil-priġunieri pożittivi għad-drogi, ir-rapport tal-Awditur Ġenerali jenfasizza dwar investimenti kbar anke fil-parti medika (lemin) fil-faċilità iżda anke għall-indafa li tispikka kullimkien. F’kumment li ta mal-pubb likazzjoni tar-rapport tal-Awdi tur Ġenerali l-Erbgħa li għadda, il-Ministru responsabbli Byron Camilleri stqarr li l-istess rapport hu xhieda ħajja tal-ħidma li saret fl-aħħar snin. “Xogħolna issa hu li nkomplu nibnu fuq il-ħafna tajjeb li sar fl-aħħar snin u nkomplu ndaħħlu r-riformi li se jkunu rakkomandati fil-konklużjo
nijiet tal-inkjesta li jien ħtart ftit tal-ġimgħat ilu, ħalli anke fejn hemm meħtieġ aktar attenz joni, tittieħed azzjo ni,” tenna l-Ministru, filwaqt li radd ħajr lill-ħaddiema kollha tal-Aġenzija għasServizzi Korrettivi, li kienu katalisti biex setgħu jsiru tant riformi importanti flaħħar snin.
Numru li Numru li ttestjaw ttestjaw pożittivi negattivi għadgħad-droga droga
Persentaġġ ta’ dawk pożittivi meta mqabbel ma’ tests totali
Total ta’ priġunieri li daħlu
09
05.12.2021
WKOLL L-INVESTIMENTI FIL-ĦABS TESTIJIET GĦAT-TEĦID TAD-DROGA WARA ERBA’ ĠIMGĦAT TA’ REKLUŻJONI Sena
Total ta’ testijiet (rifjutati esklużi)
Numru li ġew ittestjati pożittiv għad-droga
Numru li ġew ittestjati negattiv għad-droga
Irrifjutaw li jiġu ttestjati
Persentaġġ ta’ dawk pożittivi meta mqabbel ma’ tests totali
2019 2020
2,344 2,704
47 14
2,297 2,690
13 5
2% 0.5%
2021*
1,128
3
1,125
0
0.3%
*statistika sax-xahar ta’ Mejju
ŻEWĠ FTEHIMIET IMPORTANTI F’ĠIMGĦA Fl-aħħar jiem il-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) u l-Fon dazzjoni Mid-Dlam għad-Dawl daħlu fi ftehim mal-Aġenzija għas-Servizzi Kor rettivi għall-benefiċċju tal-priġunieri. Waqt li l-ftehim mal-MCAST għandu l-għan li jħejji lill-priġunieri b’ħiliet li jgħinuhom fil-ħajja wara li joħorġu mill-Faċilità, dak li sar ma’ Mid-Dlam għad-Dawl se jara l-ftuħ ta’ family room barra l-ħabs biex priġunieri li għandhom tfal minorenni jkunu jistgħu jqattgħu ħin ta’ kwalità magħhom f’ambjent privat u akkoljenti. Fil-preżenza tal-Ministru għall-Edu kazzjoni Justyne Caruana, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri, il-Prinċipal u Kap Eżekuttiv tal-MCAST il-Prof. Joachim James Calleja u Robert Brincau, Aġent Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għasServizzi Korrettivi, l-ewwel ftehim se jwassal għall-iżvilupp tal-edukazzjoni u taħriġ b’korsijiet fil-ħabs stess. L-MCAST se tiżviluppa korsijiet apposta akkreditati ta’ livell MQF. Ċertifikati miksuba jkunu jistgħu jintużaw biex il-priġunier jidħol fid-dinja tax-xogħol. Kull priġunier jiġi assessjat u jkun hemm diskussjoni miegħu jew magħha biex jiġi ggwidat u jibda l-istudju jew taħriġ tiegħu fis-suġġett li jinteressah. Ebda limitu mhu se jkun impost u kull priġunier se jkun jista’ jattendi iktar minn kors wieħed. Taħlita ta’ korsijiet maqsumin fi tliet kategoriji (basic literacy/numeracy
skills, personal skills u vocational skills) jinkludu kif wieħed jieħu ħsieb il-finanzi personali, kif jagħmel baġit bid-dħul tiegħu, kif ukoll tagħlim bażiku tal-Malti u l-Ingliż. Minbarra hekk hemm korsijiet manwali bħal xogħol tal-injam, plumbing, tqegħid tal-madum u manifattura, kif ukoll dawk fl-iżvilupp personali, li jgħallmu l-arti u d-disinn, fost oħrajn.
Taħriġ tal-priġunieri skont prinċipji tal-ĠM L-Aġent Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi spjega li hemm diffikultà biex il-priġunieri jsibu xogħol wara li joħorġu mill-Faċilità u din twassal għal aktar problemi fil-futur tagħhom. Għalhekk spjega kif din l-inizjattiva se tgħin biex jonqos ir-riċediviżmu fost il-priġunieri, għax tagħtihom aktar opportunitajiet biex jitħarrġu waqt li jkunu qed jiskontaw is-sentenza tagħhom. Dan il-ftehim hu parti minn katina ta’ inizjattivi li qed jaħdem fuqhom il-Minis teru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ma’ Ministeri oħrajn, entitajiet u għaqdiet mhux governattivi, bħall-Fondazzjoni Mid-Dlam għad-Dawl biex jgħinu lill-priġunieri u lill-familji tagħhom jaffaċċjaw l-isfidi li ġġib magħha sentenza ta’ priġunerija. Tant li ftehim ieħor li sar ma’ din
il-Fondazzjoni jipprovdi spazju modern u mgħammar apposta għall-ħtiġijiet tal-priġunieri u tal-familji tagħhom. Dan jinkludi kmamar ta’ rikreazzjoni fejn il-ġenituri jistgħu jilagħbu mat-tfal f’ambjent sigur. Ix-xogħol fuq il-family room se jibda fil-jiem li ġejjin. Ir-riċerka turi li wieħed minn kull tliet persuni li jidħlu l-ħabs f’pajjiżna kellu lil xi ħadd fil-familja li kien il-ħabs. Hu d-dover tas-soċjetà li, filwaqt li ma ninsew qatt il-ġustizzja mal-vittma, tassigura aktar opportunitajiet ta’ integrazzjoni kemm għall-priġunieri meta jerġgħu jsiru parti mill-komunità wara li jiskontaw is-sentenza, kif ukoll għall-familji tagħhom li jsofru minn esklużjoni soċjali. Il-Gvern qed jaħdem fuq diversi inizjattivi b’rabta mal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. L-ordni hi l-bażi ta’ kollox, għax l-ordni u s-serenità jgħinu l-ambjent jissaħħaħ l-aspett riabilitattiv. Dwar dan il-ftehim, George Busuttil, li jmexxi MidDlam għad-Dawl, irringrazzja lill-awto ritajiet għall-koperazzjoni tagħha biex il-ftehim isir realtà. Iż-żewġ ftehimiet jinkwadraw sew mal-għanijiet ta’ din il-Fondazzjoni: li tgħin lill-priġunieri u lill-familji tagħhom biex l-esperjenza talħabs tkun waħda b’aktar dinjità u l-istima tagħhom infushom. Il-prinċipji bażiċi għat-trattament tal-priġunieri, adottati bir-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħ quda wkoll jitkellmu dwar l-edukazzjoni u l-priġunieri.
10
05.12.2021
TONIO FENECH IGIDDEB LIN-NET! Malta tibqa’ żżomm prezzijiet tal-enerġija stabbli L-ispin Nazzjonalista dwar il-kon tijiet tal-enerġija hi mgiddba millEks Ministru Nazzjonalista Tonio Fenech. F’mument fejn il-prezzijiet tal-enerġija madwar id-dinja splodew u f’Malta baqgħu stabbli, il-PN għadu jipprova jbellagħha lin-nies li l-Gvern qed jisraq linnies fil-kontijiet. Dan jipprova jagħmlu anke bil-gideb u jgħid li kien il-Gvern Laburista li ddeċieda li joħroġ ilkontijiet kull xahrejn. Sal-aħħar jiem il-midja uffiċjali tal-PN irrapportat li fost l-ewwel affarijiet li għamel Gvern Laburista kienu li biddel is-sistema tal-kontijiet u, flok kontijiet kull sitt xhur, beda jibgħat wieħed kull xahrejn. Iżda n-NET hu mgiddeb millEks Ministru Nazzjonalista, li meta kien responsabbli mill-
enerġija, kien wieġeb mistoqsija tal-Eks Deputata Marie-Louise Coleiro Preca billi qal li hi regola ġenerali li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma joħorġu kull xahrejn. Ittweġiba, li ngħatat f’Lulju tal-2010, tikkonferma li s-sistema ilha fisseħħ mill-inqas 11-il sena. L-unika differenza llum hi li l-kontijiet raħsu b’25% wara l-bidla fl-amministrazzjoni. Rapport talAwditur Ġenerali ftit jiem ilu wkoll ġab fix-xejn spin tal-Oppożizzjoni billi kkonferma li l-kontijiet jin ħadmu skont il-liġi, li ilha minn żmien Gvern Nazzjonalista. Sadanittant, f’mument fejn ilprezzijiet tal-enerġija fl-Ewropa żdiedu b’mod konsiderevoli u f’Malta baqgħu jinżammu stabbli, il-Gvern Malti kompla jisħaq fuq ilbżonn li l-konsumatur jiġi mħares.
Il-Ministru Miriam Dalli tkell met fil-Kunsill tal-Enerġija tal-Un joni Ewropea dwar l-importanza ta’ kif għandhom jittieħdu miżuri speċifiċi u addattati għal kull stat membru, speċjalment pajjiżi żgħar bħal Malta. Hi enfasizzat id-determinazzjoni ta’ Malta li tassigura stabilità fil-prezzijiet talenerġija fil-Gżejjer Maltin. Bħala soluzzjoni possibbli, ilMinistru stqarret kif pajjiżna qed jesplora iżjed investimenti f’sorsi ta’ enerġija iktar nadifa. “Malta qed tkompli taħdem biex issaħħaħ il-kapaċità u tipprovdi sorsi alternattivi ta’ enerġija li huma nodfa u jassiguraw sigurtà fil-provvista u prezzijiet stabbli. Jeħtieġ li l-Kummissjoni Ewropea tagħti l-appoġġ tagħha lil dawn ilproġetti,” stqarret il-Ministru Dalli.
It-tweġiba ta’ Fenech (inset) fl-2010 tikkonferma li s-sistema tal-kontijiet ilha fis-seħħ 11-il sena
05.12.2021
ILLUM ĠBIR TA’ FONDI Minn nofsinhar ’il quddiem, illum il-Partit Laburista se jkun qed jorganizza maratona ta’ ġbir ta’ fondi b’differenza fil-kwartieri ġenerali fil-Ħamrun. Din hi maratona differen ti għax wara nuqqas ta’ kważi sentejn, minħabba l-pande mija tal-COVID-19 u r-restrizzjonijiet anċillari, il-Partit Laburista qed jistieden lil dawk kollha interessati biex jiġu quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fejn se jittella’ villaġġ tal-Milied. Hawnhekk wieħed jista’ jsib ikel u xorb tradizzjonali tal-Milied, bejgħ ta’ dekoraz zjonijiet, ponsjetti, ħwejjeġ bit-tema tal-Milied u logħob għat-tfal. Sinonimu ma’ din il-maratona jkun ukoll l-ispettaklu għall-familja kollha li jittella’ matul il-ġurnata. Kull min jattendi se jkollu l-opportunità li jiltaqa’ u jitkellem ma’ rappreżentanti u deputati tal-Partit Laburista, waqt li jagħti l-għotja tiegħu b’mod dirett. Se jattendi wkoll il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien ma’ martu Lydia Abela u binthom Giorgia Mae. L-ispettaklu se jixxandar ukoll fuq l-istazzjonijiet ONE. Donazzjonijiet jintlaqgħu wkoll permezz ta’ telefonati fuq dawn in-numri: €15 – 5170 2053 €25 – 5180 2036 €50 – 5190 2060 Waqt li persuna tista’ tibgħat ukoll SMS, li jiswa €6.99, fuq 50618900, donazzjoni tista’ tingħata permezz tal-BOV APP fuq 7987 0017. Tista’ wkoll iċċempel għal donazzjoni bi pledge fuq 2124 1441.
11
12
05.12.2021
ID-DAR NATURALI TAL-MALTIN
AARON FARRUGIA Ministru
Illum se nkunu qed nattendu għall-maratona ġbir ta’ fondi tal-Partit Laburista hekk kif bdejna resqin għall-elezzjoni ġenerali. Wieħed jistaqsi għalfejn għandu jappoġġja b’mod finanzjarju l-ħidma li qed issir u r-risposta tibqa’ waħda dejjem ċara - għax dan hu l-moviment li sar id-dar naturali tal-Maltin sa mill-2009 ’l hawn. Fl-aħħar 12-il sena dan il-moviment baqa’ popolari, baqa’ viċin innies, baqa’ jilħaq l-aspirazzjonijiet tal-ħafna u baqa’ l-partit li n-nies jagħżlu biex jaħdem fuq l-isfidi li l-pajjiż għandu quddiemu. Moviment żagħżugħ, enerġetiku u mimli ideat. Ibda mill-Mexxej, il-Prim Ministru u t-tim ta’ madwaru hu żagħżugħ u mimli enerġija. Issegwi l-aħbarijiet kuljum u tara ħidma għaddejja f’kull qasam. Kemm jekk hi ħidma fuq l-ekonomija tal-pajjiż, l-amb-
jent, is-saħħa, it-tranżizzjoni ekoloġika, kif ukoll jekk qed nitkellmu dwar l-isfidi tal-immigrazzjoni, l-għoli tal-ħajja u oħrajn, il-Ministri kollha qed jaħdmu bla waqfien. Ir-riżultati jidhru, il-ħidma tinħass. Dan hu vantaġġ li l-moviment Laburista għandu għax proprju hu ħarsa lejn il-preżent u l-futur ta’ pajjiżna. Għaldaqstant, il-ħsieb tiegħi għal-lum hu li d-donazzjoni li se tagħti llum hi investiment fil-futur tiegħek u ta’ pajjiżek. Oppożizzjoni bla skop. U hekk kif dejjem qed nersqu lejn l-elezzjoni ġenerali, it-temperatura politika qed tiżdied. Id-dibattiti qed isiru aktar frekwenti u iktar interessanti. Id-differenza bejn iż-żewġ partiti qed issir kulma jmur dejjem cara. Ħaġa waħda biss baqgħet kostanti tul il-leġiżlatura kollha – in-nuqqas ta’ ideat u l-firda interna tal-Oppożizzjoni. Hu ta’ dispjaċir li l-Oppożizzjoni ilha bla skop, bla ideat u bla viżjoni sa mill-2005. Dan wassal biex ġab il-Partit Nazzjonalista irrelevanti. Sondaġġi. U dan ma ngħidux jien. Jgħiduh in-nies. Tul dawn l-aħħar ġimgħat ħarġu serje ta’ sondaġġi minn publikazzjonijiet differenti u maħduma b’metodoloġiji diversi li kollha wrew l-istess ħaġa – dik li n-nies dejjem qed jagħrfu li l-Partit Laburista bit-tajjeb u l-ħażin tiegħu, huwa l-unika partit politiku li kapaċi jġib il-bidla u jaħdem għall-ġid tal-Maltin u
l-Għawdxin. Dan il-Gvern għandu n-nuqqasijiet tiegħu bħal kull Gvern ieħor, iżda dan jibqa’ Gvern li kapaċi jisma’, jgħarbel, jieħu d-deċiżjonijiet u jmexxi l-pajjiż fid-direzzjoni t-tajba. Konsenturi ċari fil-PN. Fuq innaħa l-oħra tal-ispettru politiku, l-affarijiet huma totalment differenti. Ġlied intern li qed joħroġ fid-dieher ma’ kull ġurnata li tgħaddi, u li kulma jmur qed ikompli juri li l-Partit Nazzjonalista huwa iktar medhi jirranġa l-inkwiet intern milli jieħu d-deċiżjonijiet jew joħroġ b’ideat biex pajjiżna jimxi ’l quddiem. Fil-verità, għalkemm ikun ta’ ġid kieku għandna Oppożizzjoni prammatika u effettiva, il-poplu Malti għandu jkun grat li tal-inqas dan il-partit maqsum mhuwiex fil-Gvern. Dan ghax kieku kien il-każ, il-konsegwenzi jbatihom il-poplu Malti kollu. Kannabis. L-aħħar eżempju li tatna l-Oppożizzjoni kien dak dwar ir-riforma favur l-użu responsabbli tal-kannabis. Riforma kbira soċjali li se tnaqqas l-abbuż ta’ min jittraffika u żżid ir-responsabbiltà fuq min juża l-kannabis. Tajjeb li wieħed jgħid li l-Partit Nazzjonalista, fl-elezzjoni tal-2017 kien wieħed mill-partiti politiċi li wiegħed il-legalizzazzjoni talużu responsabbli tal-kannabis f’pajjiżna. Fil-frattemp, inbidlu żewġ kapijiet tal-Oppożizzjoni u issa l-aħħar wieħed, Bernard Grech, mhux talli qal li ma
jaqbilx ma’ din il-liġi, iżda qalilna li bħala partit qed inwettqu din il-wegħda għaliex irridu nixtru l-vot taż-żgħażagħ. Partit konservattiv li hu maqbud fil-passat. Partit li wara diversi snin fl-Oppożizzjoni għadu ma ndunax li ż-żgħażagħ iridu futur u opportunitajiet fejn jimirħu. Aħna bħala Gvern konvint li qed nagħtu dan filwaqt li nwettqu riformi soċjali importanti. Altru milli kif jaħseb il-Kap tal-Oppożizzjoni illi ż-żgħażagħ huma moħħ irriħ! Flip-flopping. Dan in-nuqqas ta’ deċiżjoni fejn daqqa favur, daqqa kontra, daqqa jgħidu li kienet idea tagħhom u li aħna kkupjajniehom, u daqqa li se nġibu l-apokalissi fuq din il-gżira żgħira tagħna kkonfondiet mhux ftit lil diversi nies. Inkluż lil ħafna nies li kienu viċin il-Partit Nazzjonalista u li llum m’għadhomx jagħrfuh bħala l-partit tagħhom. Ma jistax ikollok partit li jemmen li jista’ jmexxi l-pajjiż meta lanqas deċiżjoni fl-Oppożizzjoni ma jaf jieħu. Dan ma kienx każ iżolat. Anki fil-qasam tal-ambjent esperjenzajt dan in-nuqqas ta’ deċiżjoni tal-Partit Nazzjonalista. Pjan wara pjan u deċiżjoni wara deċiżjoni, il-Partit Nazzjonalista dejjem jissorprendi fuq ilkapaċità li ma jiħux deċiżjoni. Każ klassiku huwa dak tal-ECOHIVE. Proġett ta’ €500 miljun li se jkun qed iġib rivolu-
zzjoni fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart f’pajjiżna. Wieħed jista’ jgħid li dan il-proġett se jkun is-sies li madwaru, flimkien ma’ proġetti u strateġiji oħra, se nibnu l-ekonomija ċirkolari tal-futur. L-ewwel reazzjoni tal-PN kienet li huma kontra dan il-pjan. Tant hu minnu dan, li diversi editorjali ta’ gazzetti li wieħed ma jistax jgħid li qatt kienu viċin il-Partit Laburista stqarru li dan ilproġett għandu u jrid isir. L-ironija ta’ din l-istorja kollha hija proprju li Gvernijiet preċedenti Nazzjonalisti fis-snin disgħin riedu jdaħħlu pjan simili, li kien jinkludi wkoll waste-to-energy plant kif irid jintroduċi l-Gvern preżenti, iżda kollox baqa’ fuq il-karta. Hemm diversi każijiet oħra simili għal dan fejn l-Oppożizzjoni Nazzjonalista hija inkapaċi biex tieħu deċiżjoni, u persważ li diversi Ministri u Segretarji Parlamentari fil-Kabinett jgħidulek li esperjenzaw każijiet simili. Dan huwa inkwetanti meta ninsabu daqstant viċin ta’ elezzjoni ġenerali. Partit bla tmun u bla direzzjoni, fejn id-deputati tiegħu stess qed jerġgħu jaħdmu minn wara l-kwinti biex itajru l-Kap li huma stess appoġġjaw u imbuttaw biex jiġi elett. Din il-konvinzjoni fina hija dik li tagħmilna differenti minn ħaddieħor. Għalhekk, huwa daqstant importanti li dan ilGvern iżomm saqajh mal-art, ikompli jaħdem għall-ġid ta’ pajjiżna u jkompli jġib il-bidla.
PULMUN GĦAL PAJJIŻNA
IAN BORG Ministru
Xi kultant tqum il-kritika li bix-xogħlijiet infrastrutturali li qed nagħmlu madwar il-pajjiż kollu jgħidulna li qed immorru kontra l-ambjent. Din it-teorija ma naqbilx magħha għaliex permezz tax-xogħlijiet infrastrutturali li qed nagħmlu qed naraw li fejn huwa possibbli nnaqqsu l-emissjonijiet għaliex innaqqsu l-ħinijiet ta’ vjaġġar. Biss biss din minnha nni-
fisha hija waħda mill-akbar kawżi tat-tibdil fil-klima u li aħna qed nindirizzaw. Però mhux biss. Għaliex fit-toroq ta’ pajjiżna ħawwilna eluf kbar ta’ siġar u arbuxell. Din is-sena biss ħawwilna madwar 50,000 siġra. Iżda, għaliex verament nemmnu fi kwalità ta’ ħajja aħjar permezz ta’ Infrastructure Malta u anke tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi impenjajna ruħna li bħala Ministeru nidħlu sabiex nagħmlu numru ta’ proġetti ta’ spazji miftuħa. Il-filosofija ta’ dan il-Gvern hija l-bżulija tal-ħaddiem, però daqstant ieħor it-tgawdija tal-familja u l-ħin ta’ rilassament. Matul dawn l-aħħar erba’ snin u nofs tajt direzzjoni ċara li nixtieq li bħala Ministeru tal-Infrastruttura ninqatgħu mill-infrastruttura tradizzjonali biss, bħal dik tat-toroq, u niffukaw ukoll fuq infrastruttura ħadra. Bi kburija ngħid li qed
jinrexxilna nagħmlu dan. Primarjament bil-ħolqien tal-Park Nazzjonali ta’ pajjiżna f’Ta’ Qali. Hawnhekk neħħejna fabbrika tal-konkrit illegali sabiex dan l-ispazju li issa ħa jkun qiegħed ilaħħaq id-daqs ta’ 60 grawnd tal-futbol se jingħata lura lin-nies sabiex igawduh mal-familji u l-ħbieb tagħhom. Però dan mhux biss pjan fuq il-karta li min jaf meta se jkun qed isir. Diġà bdejna naqtgħu l-frott ta’ dan il-Park Nazzjonali. Matul il-ġimgħa li għaddiet flimkien mat-tmexxija tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi inawgurajt l-ewwel parti ta’ dan l-istess park, l-Adventure Park. Hawnhekk kien hawn telqa kbira, b’hekk rajna li nerġgħu nagħtuh wiċċ ġdid. B’investiment ta’ €2.3 miljun rajna li nibdew nwettqu l-ewwel parti ta’ din il-ħolma nazzjonali. Prova oħra li dan il-Gvern qiegħed iħares lejn is-sostenibbiltà bis-serjetà għaliex anke hawn-
hekk rajna li fejn huwa possibbli jitħaddem b’enerġija solari. F’din iż-żona tpoġġa tagħmir tal-logħob modern għat-tfal u li fuq kollox huwa anke aċċessibbli għal tfal li għandhom xi diżabbiltà. Għamilna sistema ta’ irrigazzjoni ġdida, dawl ġdid u ħawwilna aktar siġar, arbuxell u fjuri sabiex dawn jikkumplimentaw l-ambjent tal-madwar. Però dan huwa biss il-bidu għaliex dan l-ispazju fadallu żoni oħra li fix-xhur li ġejjin ukoll inkunu qed ninawgurawhom. Minkejja li dan huwa forsi l-aktar spazju miftuħ li jissemma għaliex huwa wieħed kbir, il-politika tagħna hija waħda li anke fil-komunitajiet, fl-irħula u fl-ibliet tagħna naraw li kemm jista’ jkun nagħmlu dawn it-tip ta’ spazji miftuħa żgħar fejn anke wara ġurnata xogħol tista’ tmur tirrilassa ftit hemmhekk. Smajna t-talbiet tal-Kunsilli Lokali u anke NGOs u ħdimna
fuqhom. Trasformajna żoni sħaħ minn postijiet fejn innies kienu qed jitfgħu l-iskart taħghom għal ġonna żgħar fejn anke t-tfal jistgħu jieħdu gost ma sħabhom, primarjament insemmi Ġnien Għar Barka fir-Rabat u Ġnien Dylan Zahra f’Ħad-Dingli. Bħalissa għaddejjin ukoll bix-xogħol fuq Ġnien il-Mitħna f’Ħaż-Żebbuġ li kien tħalla f’abbandun totali għal snin sħaħ u l-Kunsill talab l-għajnuna tagħna. Intervjenejna f’ġonna oħra bħal dak tal-Baħrija, l-ispazju miftuħ f’Għar Lapsi u oħrajn. Intervjenejna u qed nintervjenu wkoll fuq postijiet storiċi li jiffrekwentaw iċ-ċittadini fil-qalba tal-irħula tagħna, bħaz-zuntier tar-Rabat, iz-zuntier tasSiġġiewi u l-Pjazza tal-Imqabba. Din hija l-politika li dan ilGvern qiegħed iwettaq. Din hija l-politika li tiddefinixxi fejn irridu naslu. Din hija l-politika li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tannies.
13
05.12.2021
ĊARĠER KOMUNI GĦAL APPARAT ŻGĦIR U MEDJU
ALEX AGIUS SALIBA Membru Parlamentari Ewropew
Kulma jmur ħajjitna dejjem qed issir iktar dipendenti fuq tagħmir elettroniku portabbli li jaħdem permezz ta’ batteriji rikarikabbli. Sfortunatament però, it-tul talħajja tal-apparat qiegħda dejjem tiqsar b’konsegwenza li l-prodotti qed ikollhom ċiklu iqsar u jispiċċaw jinbidlu ħafna aktar frekwenti. Ilkoll kemm aħna nixtru bosta prodotti ta’ dan it-tip, bħal ngħidu aħna smartphones, tablets, kameras diġitali, speakers portabbli u logħob diġitali portabbli, u
dawn il-prodotti kollha jirrikjedu li jiġu ċċarġjati kontinwament. Naturalment dan ifisser li kull prodott jiġi bl-aċċessorji tiegħu sabiex ikun jista’ jiġi ċċarġjat, jew inkella issa x-xejra qed turi li l-manifattur mhux qed jipprovdi ċarġer fil-kaxxa u allura l-konsumaturi qed ikunu mġiegħla jixtru wieħed speċifiku li jaqbel ma’ dak l-apparat bi ħlas extra. Fil-passat, it-telefowns ċellulari kienu kompatibbli biss ma’ ċarġers speċifiċi tat-telefown ċellulari. Iċċarġers użati spiss kienu jvarjaw skont il-manifattur u l-mudell u kien stmat li ftit tas-snin ilu kien jeżisti aktar minn 30 tip differenti ta’ ċarġer fis-suq. Illum is-sitwazzjoni hija kemxejn aħjar għaliex naqset din id-diversità kbira ta’ ċarġers u allura jfisser li hemm element ta’ realizzazzjoni mill-produtturi li s-suq qiegħed ifittex aktar konverġenza. Però, xorta waħda mhix kwistjoni li tista’ tiġi injorata għaliex ħafna ċittadini
Ewropej għadhom jiffaċċjaw problema komuni ħafna marbuta maċ-ċarġers minħabba li għad m’għandniex is-soluzzjoni li għandna bżonn. Qed nirreferi għall-bżonn li jkollna ċarġer wieħed komuni għat-tagħmir elettroniku kollu ta’ daqs żgħir u medju li jitpoġġa fis-suq. Ħafna drabi nsibu ruħna f’pussess ta’ ħafna ċarġers differenti li jispiċċaw bla użu għaliex il-prodott innifsu jkun waqaf jaħdem jew inkella jkollu bżonn jiġi mibdul ma’ wieħed aktar modern. Dan iċ-ċiklu li dħalna fih mhux sostenibbli, kemm mil-lenti ta’ konsumatur li qiegħed ikun imġiegħel jixtri u jagħmel użu minn ċarġers differenti, għaldaqstant hemm spejjeż u inkonvenjent bla bżonn, kif ukoll mil-lenti tal-protezzjoni ambjentali, għaliex qiegħed jinħoloq għadd kbir ta’ skart elettroniku żejjed li jista’ jiġi mnaqqas b’mod konsiderevoli. Fil-Parlament Ewropew tkellimt u għamilt ħafna pressjoni fuq il-Kummissjoni Ewropea, fosthom anke
permezz ta’ reżoluzzjoni li ġiet approvata fil-Plenarja f’Jannar li għadda, sabiex flaħħar mill-aħħar, naslu sabiex ikollna ċarġer universali li jkun kompatibbli ma’ ħafna prodotti elettroniċi fl-Unjoni Ewropea. Ir-riżultat kien li illum għandna quddiemna proposta leġiżlattiva mill-Kummissjoni Ewropea u li għaliha jien ġejt maħtur bħala rapporteur biex immexxi n-negozjati f’isem il-Parlament Ewropew. Din il-proposta hija waħda li ser twassal għal liġi li ser tkun ta’ benefiċċju għal kulħadd, b’mod speċjali għall-konsumaturi u n-negozji minħabba tnaqqis ta’ spejjeż u eliminazzjoni ta’ diffikultajiet marbuta mal-użu ta’ ċarġers differenti, u fuq kollox ser tkun ta’ benefiċċju kbir ukoll għall-ambjent. L-iskart elettroniku huwa problema, u t-tnaqqis fil-produzzjoni u r-rimi taċ-ċarġers se jiffranka eluf ta’ tunnellati ta’ skart elettroniku fis-sena, għaldaqstant hemm impatt dirett u reali. Fl-aħħar
mill-aħħar din il-liġi ser twassal għall-użu mill-ġdid tal-elettronika antika, li allura tfisser li jekk apparat elettroniku ma jibqax jintuża, iċ-ċarġer ta’ dak l-apparat partikolari jkun jista’ jibqa’ jintuża xorta waħda u għalhekk ma jkunx hemm bżonn jintrema. Din il-ġimgħa kienet waħda impenjattiva għalija għaliex proprju bdejt immexxi d-diskussjonijiet ’il quddiem fil-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, u naturalment kien mument importanti għall-Parlament Ewropew għaliex fl-aħħar qegħdin niddiskutu leġiżlazzjoni li l-Parlament ilu jimbotta għal aktar minn 10 snin. Flimkien mal-Kummissjoni din il-ġimgħa ppreżentajt il-proposti tiegħi wkoll għal din il-leġiżlazzjoni u issa nħares ’il quddiem biex fl-iqsar żmien possibbli nsibu qbil fil-Parlament u aktar tard, nilħqu qbil ukoll mal-Kunsill u mal-Kummissjoni, sabiex il-liġi tidħol fis-seħħ u nibdew nagħmlu d-differenza.
IL-POLITIKA TA’ ROBERT ABELA
IAN CASTALDI PARIS Membru Parlamentari
Pajjiżna miexi ’l quddiem grazzi għax-xogħol u d-dedikazzjoni kbira tal-Gvern. Gvern li għandu Prim Ministru li għandu prijorità li jara li kulħadd jirnexxi. Prim Ministru li ma jrid lil ħadd jaqa’ lura u determinat li jara li kulħadd jimxi ’l quddiem. Meta jkollok Prim Ministru li jħobb lil kull Malti u Għawdxi, hija naturali li l-politika tiegħu tkun waħda ta’ ġid u li tindirizza l-isfidi ta’ kulħadd anki ta’ dak jew
dik il-persuna li ma titkellimx. Il-politika ta’ Robert Abela hija waħda li tgħaqqad u mhux tifred, politika ta’ pajjiż u ta’ nazzjon, politika tal-Maltin u tal-Għawdxin kollha. Wara kollox il-politika ta’ Robert Abela hija dik li tinħass b’mod pożittiv għaliex hija waħda tan-nies u għan-nies. Politika li turik li minn hemm fit-tmexxija tagħha għandu verament għal qalbu lil pajjiżna. Irridu ngħidu li fiż-żminijiet tal-COVID-19, xejn ma kienu faċli l-affarijiet. Iżda minkejja l-isfidi bla preċedent li ra pajjiżna, rajna biċ-ċar li Robert Abela huwa Mexxej u Prim Ministru naturali. Persuna li fi żminijiet ta’ sfidi u diffiċli, jibbrilla iktar minn qatt qabel u dawk id-deċiżjonijiet li huma ferm diffiċli, Robert Abela jeħodhom bl-aktar mod naturali u fl-aħjar interess ta’ pajjiżna. Pajjiżna llum moħħu mistrieħ għax jaf li jekk flagħar u fl-akart żminijiet ta’ sfidi, Robert Abela kien
kapaċi jżomm lil pajjiżna miexi ’l quddiem, aħseb u ara x’kapaċi jagħmel meta ma jkollniex dawn it-tip ta’ sfidi. Illum anki min politikament mhuwiex tal-istess fehma, żgur iżda li huwa tal-fehma li għandna Prim Ministru deċiżiv u jaf fejn irid iwassal lil pajjiżna. Infakkar ftit li dawn l-aħħar xhur ma kienu xejn faċli, iżda r-rekords ta’ suċċessi dan il-Gvern laħaqhom. Għandna l-anqas rata ta’ qgħad fl-Ewropa. Għanda rekord ta’ numru ta’ konvenji u nies li xtraw l-proprjetà tagħhom. Qegħdin f ’sitwazzjoni fejn ix-xogħol qed jiġri wara n-nies u saħansitra għandna setturi li mhumiex qed isibu biżżejjed ħaddiema. Għamilna Baġits fejn ma daħħalniex taxxa waħda ġdida. Raħħasna t-taxxi għall-first time buyers u għamilna diversi traħħis u miżuri oħra li jinkoraġġixxu lil min irid jixtri jew jagħti proprjetà b’donazzjoni. Bqajna għad-
dejjin b’liġijiet għall-ġid ta’ pajjiżna u saħansittra llum qed naraw tkabbir ekonomiku u eknoomija u finanzi stabbli. Dan kollu qed isir fejn madwar pajjiżi ġirien qegħdin naraw kriżijiet. Iżda f ’pajjiżna għax għandna tmexxija għaqlija, qegħdin inkomplu niksbu rekord wara ieħor ta’ kisbiet pożittivi. Il-poplu Malti u Għawdxi llum jaf li dan huwa Gvern tan-nies. Gvern li jiżgura li l-politika tiegħu tasal għand in-nies u tkun effettiva. Dan huwa Gvern li jġib l-interess ta’ pajjiżna l-ewwel u qabel kollox. Gvern li ma jarax uċuh u ma jimxix b’kuluri, iżda Gvern li jaħdem u jimxi b’direzzjoni li tkun ta’ sostenn għal kull Malti u Għawdxi. Dan huwa Gvern li ma ġabx skuża waħda iżda li lill-poplu Malti qallu biex l-isfidi li qed jiffaċċja fiż-żminijiet talCovid jagħtihom lill-Gvern u l-Gvern ta lura soluzzjonijiet. Dan huwa Gvern dinamiku. Gvern bi Prim Ministru li
ħa d-deċiżjonijiet f ’ħinhom u f ’waqthom u li bihom salva eluf ta’ impjiegi u saħansitra deċiżjonijiet li dawru kull sfida f ’opportunità. Dan huwa Gvern li n-numri ma jagħmlux bih iżda minkejja l-fiduċja kbira tal-poplu Malti, dan huwa Gvern li dejjem żamm saqajh malart, viċin in-nies, li jisma’ lin-nies u jindirizza l-isfidi biex ikomplu jtejbu l-kwalità ta’ ħajja ta’ kull Malti, sfidi li mhux dejjem kienu faċli iżda b’impenn u b’dedikazzjoni ġew indirizzati. Fl-aħħar mil-aħħar, dan ifisser il-Gvern immexxi minn Robert Abela. Gvern determinat li jara li int tirnexxi. Gvern determinat li jagħtik l-opportunitajiet, int min int u ġej minn fejn ġej. Gvern li l-vot u l-fiduċja ta’ kull wieħed, isarrafhomlok f ’ħafna xogħol u impenn. Gvern li jifraħ bis-suċċess tiegħek u Gvern li għandu Prim Ministru li l-politika tiegħu hija dik li tarak tirnexxi u tkun suċċess.
14
05.12.2021
37 ORKIDEA SELVAĠĠA F’MALTA
Il-fatt li 37 speċi tal-orkidea selvaġġa jsebbħu l-kampanja Maltija għal sitt xhur matul is-sena ftit hu magħruf. Ritratti artistiċi miġbudin ta’ kull waħda minn dawn l-ispeċi issa huma protagonisti fi kt intitolat Marvellous Malta – Where Wild Orchids Grow mill-fotografu rinomat internazzjonalment Joh Siggesson, li jisħaq li se tkun l-ewwel pubblikazzjoni ta’ din ix-xorta f’pajjiżna. “Ridt nesponi xi ħaġa pożittiva li tenfasizza n-natura meraviljuża Maltija, għalkemm limitata. Jeħt nagħrfu x’jeżisti fil-verità u x’nistgħu nesperjenzaw jekk insibu l-ħin biex inħarsu,” qal Siggesson, li dawn ir-ritratti bejn is-sena l-oħra u l-bidu ta’ din is-sena. Il-ktieb hu vjaġġ estetiku fil-pajsaġġ intimu Malti fejn dawn l-orkidej jikbru eżatt taħt imneħirna. Waqt li normalment iwettaq xogħlu fl-Afrika, l-Ażja, l-Iskandinavja jew partijiet oħrajn tad-din il-pandemija tal-COVID-19 eżiljat lil Siggesson f’pajjiżna u ġegħlitu jiffoka fuq in-natura lokali biltografija tiegħu. Xi ħaġa li mistenni jkompli jiffoka fuqha fil-ġejjieni. Għalkemm ilu jgħix fostna għal 20 sena, fil-verità l-artist qatt ma ħadem lokalment għal raġuni varji, iżda qed jippjana li jbiddel dan b’dan l-ewwel ktieb tiegħu f’serje ta’ kotba dwar in-natura Malti Siggesson ikompli jgħid li “hemm ħafna kotba informattivi dwar siġar, insetti, fjuri, eċċ. Maltin, i qatt ma ltqajt ma’ ktieb li jkun iżjed inklinat fuq is-sbuħija milli fuq l-informazzjoni. Insibu kotba sim dwar l-Imdina, il-Belt Valletta u oħrajn imma mhux dwar il-kampanja Maltija. Dan il-ktieb hu taħlita teressanti bejn arti u xjenza.” L-istaġun mistenni tal-orkidej jibda ftit ġimgħat wara l-ewwel xita qliel ta’ Settembru/Ottubru f’paj na. Wara sajf twil jaħraq, dawn l-ilmijiet li jagħtu l-ħajja mill-ġdid jiftħu t-triq għall-ewwel orkidej istaġun. Fix-xhur ta’ wara, sa Mejju, speċi differenti jfeġġu f’partijiet varji madwar il-pajjiż u bi kważi 40 sp b’kollox, dejjem hemm waħda ġdida xi tfittex. B’impenn żgħir, faċilment jinstabu terz ta’ dawn l-isp waqt li l-bqija huma estremament rari jew saħansitra possibbilment estinti. Bil-maqlub tal-maġġora tal-orkidej fid-dinja, l-ispeċi kollha f’Malta jikbru fuq l-art.
A
uwa tieb han
tieġ i ħa
nja, -fo-
ijiet ija. iżda mili a in-
jjiżtal-
peċi peċi, anza
05.12.2021
15
16
05.12.2021
Sena
Voti PN
Voti PL
Differenza
Swing tal-voti
1992
127,932
114,911
(13,021)
–
1996
124,864
132,497
7,633
20,654
1998
137,037
124,220
(12,817)
20,450
2003
146,172
134,092
(12,080)
(737)
2008
143,468
141,888
(1,580)
(10,500)
2013
132,426
167,533
35,107
36,687
2017
135,696
170,976
35,280
173
MA NINSEWX MINN FEJN TLAQNA
MARIO FAVA
President Sezzjoni Kunsilliera PL
L-editorjal tal-gazzetta The Sunday Times of Malta tal-Ħadd li għadda, kellu t-titlu: “Why is Labour Unbeatable?” Ir-raġunijiet li ngħataw huma diversi u li jafhom kulħadd. Tant hu hekk illi diversi ġurnali fil-ġimgħat li għaddew kollha kemm huma, min mod u min ieħor, dejjem qablu bejniethom li Bernard Grech għad m’għandux kontroll tal-Partit Nazzjonalista. Dak li ħareġ mill-aħħar Eżekuttiv tal-Partit huwa evidenti li dawk meqjusa li kienu fuq quddiem nett biex ineħħu lil Adrian Delia, issa qegħdin bħal donnhom ifakkru lil Bernard Grech li kienu huma li poġġewh hemm u allura jrid jikkonsulta magħhom kull darba li jkun se jieħu pożizzjoni dwar ħaġa jew oħra. Ħafna huma tal-fehma wkoll li l-vantaġġ li għandu l-Partit Laburista huwa sostanzjali u impossibbli li jiġi ssuperat fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. Dan irrefera għalih ukoll il-gazzetta The Sunday Times of Malta. Minkejja li s-sondaġġi juru li l-Partit Laburista jinsab f’pożizzjoni komda, u li l-Prim Ministru Robert Abela qed igawdi vantaġġ b’saħħtu ħafna. Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn l-elezzjonijiet ġenerali li saru fl-aħħar 25 sena, mill-1992 sa 2017, jara kif id-distakk bejn iż-żewġ partiti nbidel minn elezzjoni għall-oħra. (Ara t-tabella) Sinifikanti huma tliett okkażjonijiet. Fl1996 il-Partit Laburista kellu swing favur tiegħu ta’ 20,654 vot bejn l-1992 u l-1996. Sinifikanti wkoll is-swing b’saħħtu li kellu l-Partit Nazzjonalista fl-1998, fejn f’inqas minn sentejn, irnexxielu jġib lura l-iżvantaġġ ta’ 7,633 vot li tilef bihom fl-1996 u magħhom żied 12,817. Ifisser swing ta’ 20,450 vot f’inqas minn sentejn. Ovvjament, it-tielet darba fl-aħħar 25 sena li rajna swing iehor b’saħħtu kien fl-elezzjoni ta’ 2013, fejn il-Partit Laburista, li kien tilef l-elezzjoni tal-2008 b’1,580 vot biss, kiseb rebħa ta’ 35,107 voti, swing ta’ 36,687 vot fuq ħames snin.
Osservazzjoni oħra hija li fl-elezzjonijiet tal-1998, 2003 u 2008, li kollha ntrebħu mill-Partit Nazzjonalista, bejn elezzjoni u oħra, il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern qatt ma żied il-voti anzi dejjem ra tnaqqis. Dan b’differenza għall-Partit Laburista li minkejja fil-Gvern, fl-2017 żied il-voti fuq dak li kien kiseb fl-2013 u s-sondaġġi qed juru li potenzjalment, jekk dan is-sentiment jimmaterjalizza ruħu fl-elezzjonijiet tal-2022, se jkun qed jerġa’ jżid il-maġġornaza tiegħu. Dan huwa ta’ tħassib fuq żewġ livelli: (i) konferma li l-Oppożizzjoni f’pajjiżna, jew aħjar il-membri tagħha, aktar jimpurtahom mis-siġġu tagħhom milli fejn ikun il-Partit li jirrappreżentaw u (ii) it-tmexxija u d-deputati tal-Partit Laburista jridu jżommu saqajhom mal-art u jibqgħu jkunu partit viċin in-nies, għan-nies u man-nies. Nagħżel li niffoka fuq it-tieni punt. Xejn ma jista’ u m’għandu jittieħed forgranted. Kif naraw mit-tabella t’hawn fuq, il-Partit Nazzjonalista, bejn l-1996 u l-1998, irnexxielu jdawwar aktar minn 20,000 vot li ssarrfu f’rebħa Nazzjonalista. Dan kien riżultat ta’ ħafna fatturi fosthom il-kwistjoni tal-Unjoni Ewropea. Imma wkoll għaliex il-Partit dak iż-żmien ma kienx magħqud kif inhu llum. Kellu diversi konsenturi u nies li ma ridux jiġbdu l-linja tal-partit jew tal-mexxej. Dan kollu qed jimmanifesta ruħu fil-Partit Nazzjonalista, fejn għandek partit li ma jirrappreżenta lil ħadd u xejn. L-ebda ideoloġija, l-ebda pożizzjoni u l-ebda viżjoni fejn jixtieq jasal u kif se jasal. Manifestazzjoni ta’ firda li ilha hemm sa mill-famuża elezzjoni tal-2008, li l-Partit Nazzjonalista QATT ma kellu jirbaħ. Illum ħafna jsostnu li dik l-elezzjoni hija l-bidu u waħda mir-raġunijiet ewlenin li l-Partit Nazzjonalista jinsab fejn jinsab illum. Kieku l-Partit Nazzjonalista tilef dik l-elezzjoni probabbli Joseph Muscat kien jibqa’ l-Ewropa, il-Partit Labursita għamel żewġ leġiżlaturi filGvern u bħalissa l-Partit Nazzjonalista kien ikun qed jiggverna mill-ġdid. Min jaf?!... imma possibbiltà kbira. Għalfejn qed ngħid dan kollu? Sempliċi ħafna. Jekk ma noqogħdux attenti u ma nibqgħux saqajna mal-art, in-nies jerġgħu jibdlu. Issa li l-Partit Laburista ilu żewġ leġiżlaturi fil-Gvern irid jagħti raġunijiet sodi għalfejn il-poplu m’għandux jibdel. Ir-raġunijiet huma diversi u m’għandix ċans nidħol fihom f’dan l-artiklu. Però l-messaġġ huwa wieħed. Nibqgħu magħqudin wara l-Prim Ministru Robert Abela u ħadd minna ma għandu qatt jinsa minn fejn telaq u fejn hemm bżonn bidliet ejjew ikollna l-kuraġġ nagħmluhom aħna biex ma jagħmilhomx il-poplu għalina.
Sur Editur, Mela ħa ngħidlek din, Sur Editur. Tal-ONE qalulna dil-ġimgħa li r-rata ta’ persuni f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali naqset fis-sena tal-pandemija. Li ma qalulniex tal-ONE li hemm faqar ieħor li żdied. Il-faqar politiku tal-partit tagħhom. Fl-istorja politika riċenti tal-partit tagħhom tfaċċaw l-Eroj il-Blu. Fil-passat, Sur Editur, niftakru li kellhom tal-Ġakketta Blu. Ma nafx jekk l-Eroj il-Blu, jilbsux ġakketta blu wkoll,meta jiltaqgħu fid-dlam ħalli jikkomplottaw xi jsir mill-partit tagħhom. Imma onestament I don’t give a duck, dak jarawh huma. Mela xi jiem ilu qrajt li wieħed tal-Università ċertu Vassallo, qal li l-Eroj il-Blu għandhom iqumu, jsabbtu saqajhom u jsalvaw lill-Partit Nazzjonalista. Ma nafx jien, billi ssabbat saqajk koċċ storbju tista’ tagħmel. U tqajjem lil Grech. Ifhem – mhux iqajmuh iridu lil Grech, imma jqalftuh ’il barra għax minkejja li għamlu ħoss bih, arralhom, għax kartell vojt u ħafna storbju biss. U balleċ, eżatt kif jgħidu l-Ingliżi: “Empty barrels make the most noise”. Issa Sur Editur, meta kont qed infittex ftit, sibt din li ġejja. Ħa nħalliha with the English: Empty Barrel makes the most noise: someone who talks a lot but lacks substance or intellect. He makes a noise like an empty barrel and he does not even have the support of his leader. Fits in like a glove għal Grech din. Skużani, Sur Editur li qed nifta’ ħafna with the English illum. Imma ara kemm hi tajba. Jgħidlek li kartell vojt lanqas ikollu biss l-appoġġ tal-mexxej tiegħu. Oooops. Jiġifieri Grech lanqas l-appoġġ tiegħu nnifsu ma għandu. Faqqgħalna stħarriġ ieħor Marmara! Mela dan Vassallo qal li wara l-elezzjoni ġenerali l-pressjoni biex il-partit tagħhom jinfired se tiżdied. Ebda saltna maqsuma fiha nnifisha ma tista’ tieqaf fuq saqajha u l-Partit Nazzjonalista huwa maqsum fih innifsu, qalilna Vassallo. U wara tkaxkira oħra fl-elezzjoni li jmiss, il-partit tagħhom se jinqasam żgur, qalilna. Fih qasma e! U ngħid hux maqsum! Għandu qasma sew. U mhux konsentura ta. Qasma enormi. Qasma li qed iġġib pressjoni. U naħseb Grech bħalissa qed jibla’ Penirdo, ħaqq, Pendorip, qanna pilloli tal-pressjoni aktar milli tbellagħli Melda tiegħi. Għax bil-pressjoni li hemm fuqu ummi ma! Ħu biss meta jmur xi wieħed tal-ONE jistaqsieh xi ħaġa. Addijo li rridu nħallu lill-ġurnalisti jagħmlu xogħolhom. Addijo li l-PeNe huwa t-taparsi tarka tal-ġurnalisti. Għaliex f’dan iż-żmien ta’ pressjoni fuqu, li qed iġiblu inċertezza kbira, u bil-Grupp Parlamentari jimminah il-ħin kollu, u b’xi wieħed tal-eroj jgħasses fuqu, ma nafx jien! U pressjoni oħra fuq ir-remettarbuk. Dak li intom issibuh bħala fejsbuk. Ma qagħdux jiddejqu jiktbu l-partitarji tagħhom, kollha jiddubitaw kemm il-Kap tagħhom Grech huwa verament il-Kap Nazzjonalista, wara l-aħħar stħarriġ tat-Times. Tant qed tidher il-pressjoni fuq Grekkinu, li qed jinjora u jkun ardit mal-ġurnalisti. Jaħrab milli jwieġeb. Għax l-ewwel irid permess tal-kumplament tal-partit tagħhom, anki mill-fattiga tad-Dar Ċentrali. U jien nafhom sew lil dawn, Sur Editur. Ħa ngħix sena oħra, sfortunatament 25 sena minnhom taħt l-arroganza tal-Gvern tagħhom. Dawn oqbra mbajda. Dawn tribù wieħed. Minn kollox jagħmlu biex jaħtfu l-poter f’idejhom. Kif qal il-kbir Prim tagħna fil-Parlament. L-Oppożizzjoni hija konsistenti fl-attakki tagħha fuq l-istituzzjonijiet meta jieħdu deċiżjonijiet li hi ma taqbilx magħhom. Hekk qal għall-attakki li qed timmonta l-Oppożizzjoni kontra l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia. Din tfakkarni f’xi episodju meta l-Qorti tagħtihom raġun f’xi ħaġa u jinħanqu jkantaw vittorja. Meta mbagħad l-istess Qorti ma tagħtihomx raġun f’ħaġa oħra, erħilhom jippuntaw subgħajhom kontra l-Qorti, għax jgħidu li kkontrollata mill-Gvern tagħna. Ħa ngħidha bl-Ingliż, ħa: As qanna If! Kemm huma patetiċi, Marija tal-Ħniena idħol għalija u salvani! Għad-dieħa!
17
05.12.2021
SKOPRI X-XJENZA WARA L-MAĠIJA TAL-MILIED… ŻUR ESPLORA GĦAL DIVERTIMENT F’ATMOSFERA FESTIVA Il-Milied huwa żmien ta’ seħer u divertiment. Żmien li fih familji u ħbieb jingħaqdu flimkien f’atmosfera festiva biex jiċċelebraw is-sena li tkun għaddiet b’tama għal sena oħra mimlija ferħ, saħħa u mħabba. Matul dan iż-żmien, fiċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, Esplora nippreparaw programm divertenti b’attivitajiet immirati għall-familja kollha. Dawn l-attivitajiet ikollhom konnessjoni ħelwa ma’ dawn il-jiem ta’ festa u permezz tagħhom inkunu nistgħu niskopru x-xjenza wara l-maġija tal-Milied. Din is-sena, biex inkomplu nispiraw familji jingħaqdu flimkien fi spirtu tal-Milied, iċ-ċentru tax-xjenza se jkun qed jiċċelebra Milied man-Nanniet. Matul l-1 u t-22 ta’ Diċembru 2021, żewġt itfal ta’ etajiet bejn 0 sa 15-il sena se jkunu jistgħu jidħlu l-Esplora b’xejn jekk tiġi ppreżentata l-Kartanzjan jew il-Karta tal-Identità ta’ 60+ fir-reception mad-dħul. Fost ix-shows tax-xjenza li se tkunu tistgħu taraw f’dan il-perjodu hemm Weatherology, show divertenti ħafna li jagħtik l-opportunità li tivvjaġġa madwar id-dinja u tesplora t-temp u l-klima ta’ diversi destinazzjonijiet favoriti għal żmien il-Milied. Fl-istess perjodu se jittella’ wkoll ix-show tax-xjenza Body Wonders, iżda li għal dan iż-żmien speċjali se jingħata laqta festiva. Permezz ta’ Body Wonders tkun tista’ tesplora kif
taħdem is-sistema diġestiva tagħna. Min-naħa l-oħra, fl-EsploraPlanetarium se jittella’ x-show Wonders of the Night Sky: Christmas Edition. Tixtieq tkun taf kif se tkun is-sema lejlet il-Milied? Qatt ħsibt kif jiċċelebraw il-Milied l-astronawti li jinsabu fuq l-Istazzjon
Qatt ħsibt kif jiċċelebraw il-Milied l-astronawti li jinsabu fuq l-Istazzjon Spazjali Internazzjonali?
ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.
Spazjali Internazzjonali (ISS)? Dawn il-mistoqsijiet u ħafna aktar tkun tista’ tweġibhom jekk tipparteċipa f’dan ixshow meraviljuż li jagħtik l-opportunità li ssir taf aktar dwar il-kostellazzjonijiet. Il-programm tal-Milied tal-Esplora, imbagħad, li se jibda mit-23 ta’ Diċembru 2021 u jibqa’ għaddej sas-6 ta’ Jannar 2022, se jkun qed jiffoka fuq ix-xjenza wara l-films. Jekk iżżur Esplora f’dan il-perjodu se tkun tista’ tingħaqad mal-ekwipaġġ tal-films tagħna fix-show tax-xjenza li jġib l-isem ta’ Lights, Camera, Action. Għinna noħolqu atmosfera ta’ maġija hekk kif, bl-użu tax-xjenza, nibnu wħud mill-elementi klassiċi tal-films li huma sinonimi mal-Milied. Waqt dan il-perjodu se tkun ukoll tista’ tipparteċipa fi Christmas Trail meraviljuż, li permezz tiegħu tesplora wħud mill-esebiti fl-Esplora aktar mill-qrib u fl-istess waqt tiskopri kif ix-xjenza u
t-teknoloġija huma parti importanti fil-produzzjoni tal-films. Apparti dan, bħala parti mill-programm tal-Milied, se ntellgħu x-show tax-xjenza tant popolari li jġib l-isem ta’ 12 Days of Christmas, eżatt bħall-kanzunetta tant maħbuba li nħobbu nkantaw waqt dan il-perjodu. Ejja kanta magħna hekk kif tajna laqta xjentifika lil din il-kanzunetta u skopri wkoll liema esperimenti għandna ppreparati għalikom għal dawn it-12-il jum ta’ qabel il-Milied li jissemmew f’din il-kanzunetta ħelwa. 12 Days of Christmas huwa show spettakolari b’reazzjonijiet ikkuluriti, mużika brijuża u dimostrazzjonijiet mill-aqwa. Żur l-Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza mal-maħbubin tiegħek għal esperjenza unika dan il-Milied. Għal aktar informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Milied żuru s-sit elettroniku tal-Esplora www.esplora.org.mt jew ikkuntattjana fuq 2360 2301.
18
05.12.2021
WAĦDA MILL-EQDEM IKONI Kitba ta’ CLIFFORD GALEA
Hekk kif ninsabu ftit jiem ’il bogħod mill-festa għażiża tal-Immakulata Kunċizzjoni, illum xtaqt inwasslilkom ftit tagħrif dwar waħda mill-eqdem ikoni Marjani li għandna fil-patrimonju kbir reliġjuż tal-Gżejjer Maltin. L-istorja ta’ din l-ikona antika tal-Madonna ta’ Damasku (għalhekk magħrufa bħala d-Dammaxena) hija marbuta b’mod intimu mal-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann magħrufa wkoll bħala l-Kavallieri ta’ Malta u Rodi. Inġiebet Malta mill-istess Kavallieri, fuq ix-xewqa ta’ numru ta’ Griegi minn Rodi li akkumpanjawhom fi triqithom lejn Malta meta dawn kellhom jitilqu minn din il-gżira wara li ntrebħet mill-Ottomani Torok fl-1523. L-ikona hija magħrufa bħala l-Madonna ta’ Damasku, għaliex kienu ħafna l-Kavallieri ta’ dak iż-żmien li kienu jsostnu li qabel ma rawha f’Rodi kienu diġà ltaqgħu magħha fil-belt ta’ Damasku, u dan jispjega minn fejn ħadet isimha. Bejn l-1523, is-sena tat-tluq minn Rodi u l-1530, din l-ikona vvjaġġat magħhom lejn Candia, Messina, Civitavecchia, Ruma u Viterbo. Waslet Malta fl-1530 flimkien mat-teżori l-oħra tal-Ordni ta’ San Ġwann. Il-Gran Mastru Villiers de l’Isle Adam poġġieha fil-Knisja ta’ Santa Katerina fil-Borgo del Castello, fejn illum insibu l-belt tal-Birgu. Baqgħet f’din il-knisja sal-1587, meta f’transulazzjoni l-iktar solenni, qasmet il-Port il-Kbir fuq wieħed mill-isbaħ xwieni
tal-Ordni, lejn il-Belt il-ġdida – Valletta, fejn tqiegħdet għall-qima tal-poplu fil-knisja tar-rit Grieg li kienet għadha kif inbniet u li ġiet iddedikata lilha. Il-Gran Mastru Jean de la Valette kien devot kbir u ferventi tal-Madonna taħt dan it-titlu. Meta fis-7 ta’ Settembru 1565, il-qawwiet telliefa Torok ħarbu lejn l-iġfna tagħhom biex jitilqu minn Malta, il-Gran Mastru eroj segwit mill-Kavallieri u l-Maltin rebbieħa, imxew f’purċissjoni spontanja lejn il-knisja fejn kien hemm din l-ikona fil-Birgu biex quddiemha kantaw innu ta’ radd il-ħajr lil Alla. Dakinhar il-Gran Mastru La Valette ħalla l-kappell u x-xabla tiegħu quddiemha fuq it-taraġ tal-artal b’sinjal ta’ gratitudni u ringrazzjament. Din il-ġrajja tnaqqxet fi plakka tal-irħam mill-Gran Mastru Emanuel de Rohan, wara li l-knisja ġiet irrestawrata fi żmien it-tmexxija tiegħu fl-1779.
Numru ta’ Gran Mastri oħra wkoll urew pubblikament id-devozzjoni tagħhom lejn il-Madonna taħt dan it-titlu. Dawn jinkludu lil Gran Mastru Pietro del Monte li offra l-art biex fuqha nbniet il-knisja l-ġdida lill-Madonna ta’ Damasku; il-Gran Mastru Nicholas Cottoner, li kabbar l-istess knisja biex tkun waħda iktar rikka u xierqa għad-devozzjoni dejjem tikber lejn din l-ikona u l-Gran Mastru Gregorio Caraffa, li forna lill-knisja b’dak kollu li kien neċessarju għaċ-ċelebrazzjonijiet u r-ritwali liturġiċi. Bejn l-1963 u l-1966 l-ikona reġgħet ivvjaġġat lejn Ruma, din id-darba biex isirilha restawr professjonali u metikoluż mill-Istituto Centrale del Restauro Artistico f’din l-istess belt. Ir-restawr u l-ispejjeż kollha involuti tħallsu mill-Gvern Taljan. Ix-xogħol delikat imwettaq mir-restawraturi kien
L-ikona hija magħrufa bħala l-Madonna ta’ Damasku, għaliex kienu ħafna l-Kavallieri ta’ dak iż-żmien li kienu jsostnu li qabel ma rawha f’Rodi kienu diġà ltaqgħu magħha fil-belt ta’ Damasku, u dan jispjega minn fejn ħadet isimha
jinvolvi t-tneħħija ta’ saffi ta’ nugrufun u oħrajn ta’ żebgħa żejda li żdiedet fuq dik oriġinali u li akkumulat f’sekli sħaħ. Meta tneħħew, instabet l-isbuħija tal-ikona oriġinali li kellha dehra differenti ħafna minn dik li kienu jafu biha sa dakinhar. Ftit snin wara li ġiet lura, l-ikona ngħatat post prominenti ħafna f’wirja prestiġjuża organizzata f’Malta mill-Kunsill tal-Ewropa bejn April u Lulju 1970. L-ikona hija ta’ għamla partikolari magħrufa bħala Eleousa, ‘mimlija ħniena’, u tixbah ħafna minn diversi aspetti l-ikona magħrufa bħala l-Madonna ta’ Vladimir (seklu XII – impittra mill-Iskola ta’ Kostantinopli), u li llum hija esebita b’mod permanenti fil-Gallerija tal-Arti Tretyakov f’Moska. Ikona tingħata t-titlu ta’ Eleousa minħabba l-intimità li jkun hemm fix-xbieha bejn Omm Alla Theotokos u l-Bambin binha. Il-Madonna f’din l-ikona liebsa l-mantell ta’ Imperatriċi Biżantina. Ittliet stilel, waħda fuq kull spalla u l-oħra fuq ras il-Madonna jfissru l-verġinità ta’ Marija qabel, waqt u wara t-twelid ta’ binha Ġesù, kif ukoll il-konsagrazzjoni tagħha bħala l-koperatura waħdanija fil-misteru tal-inkarnazzjoni. Il-libsa tal-Bambin hija marbuta b’faxxa ħamra, kulur li fl-ikoni jintuża biex jissimbolizza d-divinità. Il-wiċċ jiddomina lill-ikona kollha. L-għajnejn, kbar fl-għamla tagħhom għandhom ħarsa fissa, qishom qed
19
05.12.2021
MARJANI FIL-GŻEJJER MALTIN iħarsu lil hinn, lejn il-persuna li tmur titlob quddiemha. L-imnieħer irqiq u kemxejn ittundjat u ngħasha għoli, fl-ikonografija juru l-importanza talħajja kontemplattiva tat-talb. Id-dinamiżmu tal-ħarsa tal-Madonna hu enfasizzat ukoll mill-għamla riġida tal-bqija tal-ġisem. L-ansjetà kollha li jkollu l-bniedem ġewwa fih tiċċajpar u tiddgħajjef quddiem il-paċi interjuri li jesprimi dan il-kwadru. L-ikona magħrufa bħala Panaghia Damaskiní turi t-tendenza tal-arti Biżantina fi żmien tal-Comnenes, fejn l-enfasi tal-pittura kienet fuq l-aspett personali u intimu tar-relazzjoni bejn il-Madonna u binha Ġesù. L-ikona b’mod ġenerali hija xhieda tal-glorja smewwija, irrappreżenta-
na ta’ Damasku fil-Knisja Griega Kattolika fi Triq l-Arċisqof fil-Belt Valletta.
L-ikona magħrufa bħala Panaghia Damaskiní turi t-tendenza tal-arti Biżantina fi żmien talComnenes, fejn l-enfasi tal-pittura kienet fuq l-aspett personali u intimu tar-relazzjoni bejn il-Madonna u binha Ġesù ta mill-figuri qaddisa fuq sfond dehbi. Dawn l-ikoni huma għal min jitlob quddiemhom, mezz ta’ sostenn u ta’ kif iħossuhom eqreb tal-kobor divin. L-iko-
na mhijiex biss pittura ta’ sbuħija estetika, imma wkoll mixja lejn il-ħniena u l-grazzja divina. Wieħed jista’ jara l-ikona tal-Madon-
Kos hux xi storja għandna f’dan il-pajjiż! Inħoss li dan huwa wieħed mill-akbar wirt li għandna f’pajjiżna; l-istorja u l-kultura tagħna. Inkomplu nħobbuhom u ngħożżuhom għaliex din hija l-indetità tagħna li tagħmilna uniċi. Nieħu l-okkażjoni nawgura l-festa t-tajba lill-Bormliżi kif ukoll lir-Rabtin Għawdxin fejn tkun iċċelebrata wkoll il-Kunċizzjoni. Hemm bnadi oħra fejn din il-festa hija ċċelebrata fir-rigward ta’ festeġġjar bl-armar u vara, għalkemm irridu ngħidu li l-festa tal-Kunċizzjoni hija tassew meqjuma kullimkien f’pajjiżna b’tant u tant devozzjoni.
20
05.12.2021
ĦARSA ĦAFIFA LEJN IN-NISĠA TAL-BELT MARITTIMA TAL-BIRGU L-oriġini tal-Birgu bla dubju, hija mwaħħda mal-ġrajjiet ta’ Castrum Maris, illum magħruf bħala Sant’Anġlu. Fattur ieħor li żgur kien determinanti fl-iżvilupp u fin-nisġa tal-ġrajjiet ta’ din il-belt hu l-baħar. Dan għall-fatt li l-Birgu hu peniżola fil-qalba tal-Port il-Kbir, bil-Forti Sant’Anġlu jiddomina felħan fit-tarf tiegħu. Il-qagħda ġeografika ta’ dan l-ilsien ta’ art wasslet biex matul is-sekli l-Birgu żviluppa u sar ċentru marittimu ewlieni. Ta’ min ifakkar li fl-imgħoddi, l-uniku mezz ta’ trasport għal kullimkien kien it-tbaħħir. Dan il-fattur wassal biex il-potenzjal marittimu tal-Birgu ġie sfruttat minn dawk kollha li tul is-snin ħakmu l-Gżejjer tagħna. Hekk qalli George Agius, storiku u riċerkatur li dan l-aħħar irċieva wkoll Ġieħ il-Birgu. Minn CHARLES B. SPITERI Xi tgħidli dwar il-qagħda strateġika ta’ Sant’Anġlu? Biex nifhmu l-qagħda strateġika ta’ Sant’Anġlu tajjeb li nżommu f’moħħna li dan hu mibni fuq għolja. Illum meta nħarsu min-naħa tal-Belt Valletta lejn il-Forti nilmħu diversi livelli tasswar mibnija u għalhekk forsi ftit li xejn nindunaw li dan is-sit oriġinarjament kien għolja. Prova ta’ kemm hu għoli l-blat mil-livell talbaħar, insibuha fil-kripta ta’ taħt il-kappella ta’ Sant’Anna, fejn għadna nistgħu naraw ilblat li jagħmel parti mill-istess kripta. Il-blat hu evidenti fix-xaqliba tal-Forti li tagħti għan-naħa tal-Kalkara. Irridu nżommu f’moħħna li fl-imgħoddi ħafna drabi meta kienu jiġu biex jibnu xi kastell, kienu jsibu għolja, għal skop ta’ difiża. Għalhekk il-ħakkiema ta’ Malta dejjem raw f’Sant’Anġlu u aktar tard ukoll fil-Birgu potenzjal strateġiku fil-kontroll talPort il-Kbir. Minflok Sant’Anġlu kien hemm xi tempju? F’xi uħud mill-kotba l-antiki tal-istorja jgħidu li kien hemm tempju Puniku. Storiċi aktar reċenti mhux dejjem jaqblu ma’ din it-teorija, iżda jsostnu li dan kien f’Tas-Silġ limiti ta’ Marsaxlokk. Filwaqt li nistgħu ngħidu b’ċertezza li kien hemm Tempju f’Tas-Silġ, għax instabu diversi fdalijiet; rigward is-sit ta’ Sant’Anġlu ma nistgħux ngħidu l-istess b’ċertezza. Dan għax il-bini li nsibu llum fil-Forti hu ta’ valur storiku u għalhekk diffiċli ħafna jsir skavar. Madankollu, għadna nistgħu naraw xi evidenzi li jsaħħu t-teorija li kien hemm tempju. Fosthom, sal-lum għadna nsibu
ġebel kbir imsejjaħ Ashlar’s Blocks, li probabbilment hu ta’ żmien Puniku. Ħjiel ieħor li seta’ kien hemm xi tempju, hu l-fatt li waqt xogħlijiet ta’ restawr, kemm-il darba nstabu artefatti tal-perjodu. Jekk qed nitkellmu fuq fdalijiet Puniċi ma nistax ma nsemmix il-kolonna tal-granit Eġizzjan li nsibu fil-kappella ta’ Sant’Anna, li wħud isostnu li hi fdal tat-tempju. Meta tpoġġi kollox fuq il-miżien, mhux faċli tgħid hux minnu jew le. Iżda ħaġa interessanti li xxaqleb ftit il-keffa talmiżien favur dawk li jsostnu li kien hemm tempju, smajtha jien stess aktar minn 25 sena ilu, mingħand is-Sur Maurice Degiorgio, li kien responsabbli mir-restawr
meta l-parti ta’ fuq tal-Forti għaddiet f’idejn il-Kavallieri. Waqt li ma’ oħrajn iddawwarna minnu biex naraw fiex kien wasal ir-restawr, qalilna li xi bugħaddasa infurmawh li sewwasew taħt Sant’Anġlu raw kolonni tal-granit simili għal dik li hemm fil-kappella. Allura nasal ngħid li din hi prova valida li verament seta’ kien hemm xi tempju, għax naraha stramba li xi ħadd jieħu l-intrigu jġib kolonni ta’ dak id-daqs u mbagħad jixħethom fil-baħar. Tassew li l-parroċċa talBirgu hi l-eqdem waħda? L-Isqof ta’ Malta Fra Gaspare Gori Mancini fid-digriet li ħareġ fl-1723, fl-okkażjoni tal-Konsagrazzjoni tal-knisja
l-ġdida kiteb: “Wara l-knisja Katidrali tagħna, dik tal-Belt Vittoriosa, iddedikata lil San Lawrenz, timmerita għaliha l-post l-aktar mistħoqq, billi din kienet teżisti qabel kull knisja oħra fil-gżira ta’ Malta.” Din l-istqarrija turi biċ-ċar li għalkemm ma nafux eżatt kif u meta twaqqfet il-parroċċa tal-Birgu, hi ħaġa ċerta li hi fost tal-ewwel fil-Gżejjer Maltin. Importanti nżommu f’moħħna wkoll li l-oriġini ta’ din il-parroċċa antika ma tistax tinfired minn dik tal-Castrum Maris.
ta’ Malta wara l-Katidral. Din l-istess tradizzjoni hi marbuta mal-miġja tal-Konti Ruġġieru qrib is-sena 1090. Bħal ħafna tradizzjonijiet, din hi dibattibbli. Kien x’kien, tajjeb niċċaraw il-fatt li din il-parroċċa kienet fit-territorju tal-Castrum Maris. Jeżisti inventarju tal-1274, li jgħid li fil-Castrum Maris kien hemm żewġ kappelli, waħda fil-Castrum Esterioris u l-oħra fil-Castrum Interioris. Dan l-inventarju jirreferi għal xi abiti liturġiċi u oġġetti oħrajn bħala ‘qodma jew Mela x’rabta hemm bejn antiki’. Allura ngħid: jekk Castrum Maris u l-Parroċċa dawn l-oġġetti kienu antal-Birgu? tiki jew qodma fl-1274 ma nagħtuhomx għall-inqas 100 Tradizzjonalment jingħad li sena? Għalhekk, għalkemm l-Birgu hu l-ewwel parroċċa id-dokumenti dwar il-bidu
21
05.12.2021 u l-Ottomani kienu qed javvanzaw, speċjalment fil-ġlied tagħhom fuq is-swar tal-Posta ta’ Kastilja. Jingħad li malli l-Gran Mastru kien mgħarraf x’qed jiġri, telaq fil-post indikat u bil-preżenza tiegħu rnexxielu joffri għajnuna lid-difensuri, li reġġgħu lura lill-Ottomani. Waqt il-ġlied, il-Gran Mastru de Valette safa ferut f’siequ.
tal-parroċċa huma neqsin, minn dan l-inventarju nkomplu nikkonfermaw li din tmur lura bosta sekli u forsi mhux tant ’il bogħod mid-data tradizzjonali. Biex inwieġbek fuq ir-rabta bejn Castrum Maris u l-parroċċa tal-Birgu, ngħid li fis-seklu 14 u fis-seklu 15, il-Kastell kompla jissaħħaħ f’dik li hi difiża u kien ir-residenza ewlenija tal-Kastellan. Dan wassal biex aktar nies bdew joqogħdu fil-Borgo għad-dell tal-Kastell, bil-konsegwenza li l-knisja ta’ San Lorenzo a mare ma damitx ma saret il-knisja parrokkjali fl-inħawi.
Tassew li fil-Birgu għandkom ix-xabla ta’ de Vallette? Meta xi wħud jisimgħu bix-xabla ta’ de Vallette tiġihom f’moħħhom ix-xabla ċerimonjali li hemm fil-Louvre fi Franza. Iżda iva, fil-Birgu għandna x-xabla tat-taqbid ta’ dan il-Gran Mastru, li tinsab f’niċċa tal-ġebel flimkien mal-kappell, fil-Kappella tal-Madonna ta’ Damaxxena li llum tagħmel parti mill-Museum tal-Parroċċa. Jingħad li wara li ntemm l-Assedju, il-Gran Mastru ippreżentahom lill-Madonna bħala ringrazzjament.
Jeżistu dokumenti meta seħħ dan? Sfortunatament fil-gwerra, il-post tal-arkivju parrokkjali ġġarraf, bil-konsegwenza li bosta dokumenti storiċi ntilfu u b’hekk, ċerti mistoqsijiet mhux faċli jitwieġbu. Iżda fil-kotba tal-istorja jingħad li sa minn żmien bikri kien hemm knisja żgħira jew kappella ddedikata lil San Lawrenz Levita u martri. Xi wħud isostnu li din il-knisja setgħet inbniet minn xi negozjanti Spanjoli fis-snin li l-Aragoniżi kienu l-ħakkiema ta’ dawn il-gżejjer. L-eqdem evidenza miktuba li tirreferi għall-knisja ta’ San Lawrenz tal-Birgu li nafu biha sal-lum, insibuha f’manuskritt konservat fl-Arkivju tal-Katidral tal-Imdina. Fih insibu li s-Sinjura Ventura, mart Nicolaus Cassia ħalliet għalqa f’tal-Barrani għall-Ecclesia Sancti Laurenti suburbii maris. Dan it-testment sar quddiem in-Nutar Luca De Sillato fit28 ta’ Ottubru 1432. Fis-snin ta’ wara nsibu dokumenti oħrajn li jirreferu għall-knisja ta’ San Lawrenz u dawn huma xhieda li din il-knisja parrokkjali u r-rabta tal-Birgu ma’ dan il-qaddis martri kompliet dejjem tissaħħaħ matul is-snin. X’bidla seħħet fil-Birgu mal-miġja tal-Kavallieri? Fis-seklu 16 fuq dan l-ilsien ta’ art flimkien ma Sant’Anġlu, kien qed jiżviluppa raħal ċkejken fejn kienu jgħixu diversi abitanti li jaqilgħu ħobżhom mill-baħar. Dak iżżmien, raħal ’il barra misswar kien jissejjaħ borgo u aktarx kienet din ir-raġuni li beda jissejjaħ il-Birgu. Kif għidt, matul is-snin, il-Birgu ntrabat sew mal-Kastell kif ukoll mal-ħidma marittima. L-importanza marittima kellha tieħu żvolta kbira hekk kif fl-1530 il-Gżejjer Maltin ingħataw lill-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann mir-Re ta’ Spanja. Mal-wasla tagħhom f’Malta, il-Birgu ntgħażel
Wara l-bini tal-Belt Valletta, il-Birgu ġie abbandunat? Il-Berġa tal-Italja qabel ma ġġarrfet fil-Gwerra bħala l-kwartieri tal-Ordni. Għalhekk mhux biss bnew djar imdaqqsin bħala bereġ, iżda ħasbu għall-bini tas-Sacra Infermeria jiġifieri l-isptar, u saħħew is-swar antiki u medjevali tal-Forti Sant’Anġlu. Lill-istess raħal tal-Birgu dawruh bis-swar biex ikun jista’ joffri kenn tajjeb lill-abitanti tal-inħawi, u fl-istess ħin ikun l-ewwel linja ta’ difiża f’każ ta’ attakk mill-għadu. Il-preżenza tal-Kavallieri fil-Birgu fissret ukoll ħafna opportunitajiet ta’ xogħol u għalhekk il-popolazzjoni fl-inħawi kompliet tiżdied. F’dan iżżmien, il-Birgu beda jissejjaħ Citta Nuova. Dan kellu jkun il-bidu ta’ bidla radikali għal dan ir-raħal ċkejken, li aktar tard kellu jorbot ismu ma’ waħda mill-aqwa avvenimenti ta’ qlubija li seħħew f’Malta – l-Assedju l-Kbir tal1565. Xi preparazzjonijiet saru fil-Birgu qabel l-Assedju? Bħala prevenzjoni, il-Gran Mastru de Valette, li kien infurmat bil-qawwa Ottomana, intensifika l-ħidma biex jissaħħu s-swar. Fost ix-xogħol li kien għaddej f’dak iż-żmien kien hemm il-wasla ta’ bastiment minn Venezja, li fuqu kellu katina kbira, ordnata mill-istess awtoritajiet tal-Ordni, biex jagħlqu d-daħla bejn il-Forti Sant’Anġlu u l-Ponta tal-Is-
la. Minħabba t-toqol u l-kobor tagħha, damu jumejn sħaħ jaħdmu biex tpoġġiet f’postha. Iżda xorta ħasbu biex matul l-assedju jkun hemm numru ta’ dgħajjes, bis-suldati għassa magħha, biex l-għadu żgur ma jidħolx u jattakka l-Birgu u l-Isla. Apparti dan, bejn l-Isla u l-Birgu, kien hemm ukoll batterija li nbniet eżattament fuq il-blat taħt il-Forti Sant’Anġlu u spiċċat magħrufa bħala l-Batterija ta’ de Guiral, minħabba li kienet taħt ilkmand tal-Kavallier Francisco de Guiral. X’sehem kellu l-Birgu fl-Assedju l-Kbir? Matul l-attakk fuq il-Forti Sant’Iermu, il-Birgu kien ilpunt minn fejn kienet tintbagħat l-għajnuna lejn il-Forti assedjat. Mill-Birgu kienu jintbagħtu suldati friski ħalli jagħtu l-għajnuna meħtieġa. Fl-istess waqt, id-dgħajjes kienu jieħdu l-feruti lura lejn l-isptar li kien hemm fil-Birgu. Wara l-waqgħa ta’ Sant’Iermu, l-attenzjoni tat-truppi Ottomani daret fuq in-naħa l-oħra tal-Port il-Kbir. Kemm l-Isla kif ukoll il-Birgu spiċċaw fil-mira ta’ numru ta’ attakki kontrihom. Inċident gravi seħħ it-Tlieta, 7 ta’ Awwissu meta l-attakk tal-Ottomani kien dirett fuq il-Forti San Mikiel u l-Posta ta’ Kastilja fil-Birgu. L-attakki kienu ferm ħorox
Nibda billi nfakkar li din is-sena titfakkar l-450 sena mit-trasferiment tal-kunvent tal-Ordni mill-Birgu għall-Belt u wara, il-Birgu ma ġiex abbandunat, anzi kompla jżid fl-importanza tiegħu speċjalment fis-settur marittimu. Fil-marina tal-Birgu kien hemm attività kbira marbuta mal-flotta u l-arsenal. Din l-attività kompliet ukoll wara li l-Kavallieri tkeċċew minn Malta. Tul il-ħakma tal-imperu Brittaniku l-Victualing yard flimkien mal-Forti Sant’Anġlu kienu ċ-ċentru tal-attività marittima. U fl-1979 meta ntemmet il-bażi militari minn fostna, l-aħħar kontinġent simbolikament ħareġ minn Sant’Anġlu. Illum fadal bereġ fil-Birgu? L-Ordni kellu membri minn tmien lingwi differenti u dawn kienu joqogħdu filBereġ rispettivi tagħhom. Dawn inbnew fit-taqsima msejħa l-Collachio, li b’differenza minn dik ta’ Rodi, fil-Birgu ma kinitx magħluqa b’ħajt. Fi Triq Hilda Tabone u l-inħawi tal-madwar insibu prattikament il-Bereġ kollha għajr dik tal-Italja, li qiegħda fit-tarf ta’ Triq San Lawrenz. Din il-berġa ma kinitx qrib tal-oħrajn għal skop ta’ konvenjenza, minħabba li l-flotta kienet taqa’ fid-dekasteru tal-Lingwa Taljana u għalhekk kien jagħmel sens li tkun qrib il-Marina. Fil-pjazza għad hemm bollard taż-żonqor li kienet tim-
marka t-territorju tal-Collachio u tirristrinġi dawk l-inħawi għall-esklussività tal-Kavallieri. Fortunatament fil-gwerra din il-parti tal-Collachio ma tantx intlaqtet u għalhekk għadna nsibu l-Berġa ta’ Franza prattikament sħiħa. Din illum tospita l-uffiċċji tal-Kunsill Lokali. Berġa oħra li għadha wieqfa hi dik tal-Ingilterra, li llum isservi ta’ berġa tas-saħħa. Imbagħad hemm fdalijiet minn diversi bereġ oħra, bħal dik tal-Portugall u ta’ Kastilja fi Triq Ġlormu Cassar. Fi Triq Ħilda Tabone nsibu partijiet mill-Bereġ ta’ Provenza, Auvergne u Aragona, ħafna drabi kkaratterizzati mill-Melita mouldings bħala parti mill-arkittetura tat-twieqi. Xi tgħidli fuq is-Sacra Infermeria? L-ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann oriġinarjament ġie mwaqqaf mill-Beatu Gerald bħala Ordni Ospitalier. Għalhekk ma setax jonqos li kull fejn ikunu, il-Kavallieri kien ikollhom sptar tal-ogħla livell. Kien jissejjaħ Sacra Infermeria u kien għalhekk li meta l-Ordni stabbilixxa ruħu fil-Birgu ħaseb li jibni sptar. Illum dan il-post għadu wieqaf u l-binja sservi bħala monasteru tas-Sorijiet Benedittini. Kif tħares lejn il-Birgu llum? Wara l-ħerba kbira li ħalliet il-gwerra fil-Birgu, kien tnieda proġett ta’ rikostruzzjoni, li sfortunatament mhux dejjem irrispeta l-karattru uniku ta’ din il-belt fortifikata. Iżda minkejja li l-bini tela’, l-impatt li l-gwerra ħalliet fuq il-ħajja soċjali tal-Vittoriosani qatt ma ġie għal li kien qabel il-gwerra. Dan wassal biex għal xi żmien l-inħawi tal-Kottonera kienu jġorru stigma qawwija. Fl-aħħar deċennji ttieħdu bosta inizjattivi tar-restawr u riabilitazzjoni, li bil-mod il-mod raddew lura lill-Birgu d-dinjità li tistħoqqlu. Fl-aħħar snin, il-Maltin u l-barranin reġgħu skoprew is-sbuħija u l-karattru ta’ din il-belt marittima. Minkejja dan, illum il-Birgu qed jaffaċċja sfida ġdida. Qed nirreferi għan-nuqqas drastiku fil-popolazzjoni tiegħu. Dan hu riżultat tal-progress li sar, li wassal biex il-proprjetà tant għolliet li saret kważi impossibbli li wlied il-Birgu jixtru post f’din il-belt li tant iħobbu. Bil-konsegwenza li fi ftit snin oħra, il-Birgu mhux se jibqa’ dak li hu mingħajr niesu. Jalla l-awtoritajiet konċernati jagħmlu xi ħaġa biex din l-emorraġija ma tkomplix teskala.
22
05.12.2021
MATTHEW BARTOLO
JOĦLOQ SPAZJU FEJN ĦADDIEĦOR JISTA’ JIRRIFLETTI
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Il-bniedem ħafna drabi jkollu bżonn parir mingħand xi ħadd professjonali, speċjalment meta ma jkunx jista’ jkampa waħdu jew jiġuh ħafna ħsibijiet li ma jħalluhx jgħix tajjeb. Dan l-aħħar sirt naf b’counsellor u psikoterapista, li xogħlu hu li joħloq spazju fejn il-klijenti tiegħu jistgħu jirriflettu u jifhmu iktar lilhom infushom. Qed nirreferi għal Matthew Bartolo. Għandu 37 sena u meta ma jkunx xogħol iħobb isiefer, jaqra, u jqatta’ ħin mal-familja tiegħu. Ħarġa sat-teatru jew restorant tajjeb ma tonqosx lanqas. Għalkemm m’għadux jattendi bl-istess frekwenza li kien qabel, xi party kultant jinżillu għasel ukoll. Fix-xogħol tiegħu jmexxi l-kumpaniji. L-iktar waħda li hu magħruf għaliha hi Willingness. Din hi kumpanija ta’ professjonisti fil-qasam tas-saħħa mentali, sesswali u fiżika. Matthew hu bniedem viżjonarju li qiegħed, bil-mod il-mod, jibdel il-mod ta’ kif inħarsu lejn is-saħħa mentali u sesswali f’pajjiżna. Jemmen li l-istigma lejn is-saħħa mentali u sesswali tiġġildilha billi toffri servizzi li jirrispettaw id-dinjità, l-individwalità, u l-awtonomija tal-klijent / pazjent. F’din il-ħajja mgħaġġla, it-terapija tista’ tkun il-post fejn wieħed jagħlaq il-ħsejjes li hemm madwaru u jisma’ iktar lilu nnifsu. Matthew isostni li għadda minn ħafna affarijiet u biex jagħmlu sens f’ħajtu, għażel li jkun counsellor. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar dwar dan il-fatt. “Jien naqra ħafna u nħobb nitgħallem minn kulturi oħra. Bħalissa qed naqra ħafna dwar il-kunċett ta’ Ikigai li jfisser “ir-raġuni għaliex tgħix / tqum filgħodu”. U iktar ma jgħaddi żmien iktar ninduna kemm inħobb dak li nagħmel. Inħoss ukoll li nagħmlu mill-qalb, u għalhekk tajjeb fih. Nemmen ukoll li Malta u s-soċjetà li ngħix fiha għandha bżonn titkellem dwar is-sess u s-sesswalità b’mod apert u matur. Dawn kollha wassluni biex nifhem li din hi proprju s-sejħa tiegħi. Li nitkellem dwar
is-sess u s-sesswalità u ngħin lil ħaddieħor jagħmel l-istess. Meta koppja tagħmel dan jista’ jkollha relazzjoni iktar b’saħħitha u sodisfaċenti. Tgħallem ma jiġġudika lil ħadd F’ħajti għaddejt, bħalma għadda kulħadd. Huma dawn l-istess esperjenzi li għallmuni nifhem u nagħder. Huma dawn l-istess esperjenzi li fetħuni għal realtajiet differenti u tgħallimt ma niġġudika lil ħadd,” stqarr miegħi. Fatt interessanti dwar Matthew huwa li meta kien iżgħar kellu xi problemi personali, fejn hemm kien induna bl-importanza ta’ councillor. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar. “Bħal ħafna żgħażagħ għaddejt minn taqlib kbir jiena u nikber. Nipprova nsib Matthew Bartolo min hu. Ridt nintgħoġob minn sħabi. Kelli ħafna konfużjoni. Jien ukoll bniedem sensittiv immens. Dan kollu f’daqqa ma tantx kien jgħin. Meta mbagħad sibt ma’ min
nitkellem indunajt li l-problema kultant tinduna li lanqas biss hi problema meta titkellem ma’ xi ħadd dwarha. Tinduna li hi xi ħaġa li jgħaddi minnha kulħadd u li ser tgħaddi bħalma għaddiet ta’ kulħadd. Meta tiftaħ qalbek ma’ professjonisti li jafu x’qed jagħmlu ser issib jew li l-problema hi xi ħaġa li kulħadd jgħaddi minnha, jew li dejjem hemm xi ħaġa x’tista’ tagħmel dwarha.” Mistoqsi ma’ liema tip ta’ problemi waqt jiltaqa’ magħhom waqt xogħlu minbarra l-infedeltà fost il-koppji llum, weġibni: “L-ikbar problema hi li ħadd ma jħoss li hu biżżejjed. Minħabba f’hekk ġirja waħda biex nagħmlu iktar. Iktar korsijiet, iktar sagħra u iktar flus. Iktar orgażmi. Nilħqu iktar fuq il-post tax-xogħol. Iktar ma jkollna iktar nindunaw kemm hawn min għandu iktar. Iktar ma nilħqu iktar nindunaw kemm hemm fejn nogħlew. U l-ġirja ma tispiċċa qatt. Inħossuna li ma nistgħux nieqfu nistrieħu għax se jgħaddina xi ħadd. Xi
ħadd ser ikun aħjar minna. Mhux se nlaħħqu mal-ħajja jekk nistrieħu. U iktar ma niġru minn ħaġa għal oħra inqas għandna ċans biex nirriflettu u nifhmu lilna nfusna, u lil dawk ta’ madwarna. Nibdew nitilfu l-kuntatt u ngħixu ma’ ġenb xulxin flok ma’ xulxin.” Kompla jgħidli li mbagħad l-affarijiet ma jibqgħux jagħmlu sens. “Għaliex għandi naħdem tant għall-familja li ma nħossnix nagħmel parti minnha? Is-sess jiġi biss att fiżiku li qed tagħmlu għax tajt kelma li tagħmlu ma’ din il-persuna biss. Mhux b’sens ta’ kuntatt intimu mal-persuna l-oħra, iżda għax ġie l-aptit u hi/hu hemm. Maż-żmien nibdew inħossu li r-relazzjoni tagħtina biss imrar u responsabbiltajiet u xejn pjaċir. Nibdew inkunu rrabjati u frustrati. Diik li naħseb li hi l-vera problema ta’ ħafna koppji. Dan imbagħad jaffettwa s-saħħa sesswali u jiġu għall-għajnuna. Però, il-problema sesswali ħafna drabi hi biss is-sintomu tal-problema. Interessanti ħafna li l-istess
mod kif tfejjaq is-sintomu tfejjaq ir-relazzjoni wkoll.” Ħafna diffikultajiet tal-ħajja: L-importanti li wieħed ifittex l-għajnuna Fil-ħajja tal-lum sfortunatament niltaqgħu ma’ ħafna diffikultajiet, sew individwali kif ukoll bħala koppji. L-importanti li wieħed ifittex l-għajnuna. Però, ħafna jistħu jitolbu l-għajnuna. Ħallejt f’idejh sabiex jagħti xi parir dwar kif għandhom jagħmlu l-ewwel pass persuni li jsibu diffikultà f’dan ir-rigward. “Meta għandek il-ġuħ u mort ġewwa restorant u m’għoġbokx l-ikel ma tgħidx daqshekk mort niekol barra. Tgħid dak ir-restorant mhux tajjeb. L-istess ħaġa wieħed għandu jagħmel bil-professjonisti. Billi l-esperjenza ma’ terapista wieħed ma kinitx tajba, ma jfissirx li t-terapija mhux għalik. It-terapija hi spazju speċjali ħafna bejn il-klijent/i u t-terapista. Ikun hemm drabi fejn dawn ma klikkjawx, jew minħabba t-tip ta’ terapija, u
08.11.2020 05.12.2021
23
SKEDA ONE Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Better Living Flimkien ma’ Nancy Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari
19:20 19:30 20:10 20:30 21:15 22:50 23:30
ONE Sports & Temp ONE News Primetime Reboot Min Imissu Niftakru ONE News
06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt
13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:00 17:30 18:30
Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari Dak li Jgħodd Pjazza
19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 21:00 22:15 22:50 23:30
Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Revved Taf X’qed Jgħidu? The Big Step Country Jamboree ONE News
06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 09:30 12:30 12:35 13:00
14:30 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:15 18:00 18:30 19:15
Indhouse ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Pink Panther Mqades l-Istorja What’s Cooking Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari
19:20 19:30 20:10 20:30 21:00 22:25 22:55 23:30
ONE Sports ERBGĦA 08-12 & Temp ONE News Primetime The Local Traveller Tuna ċ-Ċans Ħa Ngħidu Storja Niftakru Reboot ONE News
06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt
13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:00 17:30 18:30
Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Popcorn Żona Sport Mhux kemm taf Pjazza
19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 22:30 23:30
Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Awla Reboot ONE News
06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 10:00 12:30 12:35 13:00
15:30 15:35 15:50 16:00 16:20 16:50 17:30 18:30 19:15 19:20
ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview What’s Cooking Country Jamboree Indhouse Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp
19:30 20:10 20:30 21:00 22:30 23:00 23:30
ONE News Primetime Niftakru Min Imissu Popcorn Żona Sport ONE News
06:30 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:20 Reboot 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Better Living 09:35 ŻonaSport 10:03 The Local Traveller 10:35 Dak Li Jgħodd
11:30 11:58 12:30 12:35 13:15 14:15 15:30 15:35 16:30
What’s Cooking? Popcorn ONE News Telebejgħ Indhouse Taf x’qed jgħidu?! ONE News Mhux Kemm Taf Flimkien ma’ Nancy
17:30 18:00 18:45 19:20 19:30 20:10 20:33 23:30
Sabiħa l-Ħajja Pink Panther Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News
06:30 06:45 07:15 07:40 07:55 08:00 08:40 10:00 10:30 11:25
11:55 12:30 12:35 13:15 15:30 15:35 16:30 17:00 17:45 19:20
Mill-Chcina ta’ Dari ONE News Telebejgħ Arani Issa ONE News Arani Issa Country Jamboree Imqades l-istorja L-Argument One Sport & Temp
19:30 ONE News 12-12 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Diskors PM 21:15 Awla 22:50 The Local Traveller 23:30 ONE News
ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up
TLIETA 07-12
ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Taf X’qed Jgħidu?
ĦAMIS 09-12
anke karattri. Għalhekk, ikun hemm min jgħid li jien l-aħjar terapista li qatt mar għandu u min jgħid li jien l-agħar. U t-tnejn għandhom raġun. Jekk ma taqbilx taqtax qalbek mit-terapija, prova ma’ xi ħaddieħor. Ibda billi kun ċar x’qed tfittex u ara min jispeċjalizza f’dak il-qasam. Mur imqar tliet sezzjonijiet u ara kif tmur. Tkellem mat-terapista jekk hemm xi ħaġa mhux togħġbok. Dan jista’ jibdel ilmod kif qed jaħdem miegħek, jew inkella jirreferik għal xi ħadd li hu jħoss ser tmur aħjar miegħu.” Qabel ma mort għal din l-intervista, kont naf li fuq TikTok, Matthew u t-tim tiegħu jttellgħu filmati edukattivi fuq diversi problemi sesswali. Dawn il-filmati jkunu diretti u talpunt biex jinftiehmu tajjeb. “Jekk tidħol tara l-kummenti tinduna li għadna qed inbatu minn riżultati ta’ meta s-sess kien għadu tabù. Hemm min il-fatt li qed nitkellmu dirett iħoss li jista’ jitkellem kif iħossha. Li qed naraw hu li l-konverżazzjoni fil-kummenti qed tiġi iktar matura u l-mistoqsijiet iktar bis-sens. Dan hu
mod ieħor kif Willingness qed ikisser it-tabù,” stqarr miegħi. Fl-aħħar nett, Matthew ħalla messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Nemmen li hi x’inhi l-problema dejjem hemm soluzzjoni. Anke jekk is-soluzzjoni hi li tibdel l-perspettiva tal-istess problema. Li titkellem ma’ professjonist ifisser li qed tuża riżorsa biex int ittejjeb ħajtek. L-istess mod kif jekk għandi uġigħ ta’ ras ser nitkellem mat-tabib biex nara x’nista’ nagħmel. U jekk irrid nidher aħjar ħa nitkellem mal-parrukkier biex nara x’jixraqli. Li tfittex l-għajnuna llum nafu li ma jfissirx li int dgħajjef anzi, juri li tifhem lilek innifsek u taf li b’naqra għajnuna ħajtek ser tkun aħjar. Jiena wkoll grazzi għat-terapija llum qiegħed f’punt fejn immexxi grupp ta’ 72 ruħ li kollha għandhom l-għan ewlieni li jkunu hemm għal min għandu bżonn. Mur għid lil Matthew ta’ 13-il sena li ħass il-piż kollu tad-dinja fuq spallejh li 24 sena wara ser ikun imdawwar bi professjonisti li bħalu jridu jibdlu d-dinja għal post aħjar,” temm jgħidli.
TNEJN 06-12
13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:30 18:30 19:15
06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 09:30 12:30 12:35
ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita
SIBT 11-12
ONE News Niftakru Żona Sport Ħabrikt Mill-Chcina ta’ Dari Il-Quddiesa tal-jum Paper Scan Ieqaf 20 Minuta Attività Politika Sabiħa l-Ħajja
ĠIMGĦA 10-12
ĦADD
24
05.12.2021
reċensjoni tal-ktieb
FISHES & OTHER MARINE ANIMALS OF THE MALTESE ISLANDS B’272 km ta’ kosta, il-Gżejjer Maltin joffru firxa ta’ ħabitats tal-baħar fejn jgħixu mijiet ta’ speċi. Dan il-ktieb juri u jiddiskuti għażla ta’ dawk l-ispeċi ta’ ħut u invertebrati tal-baħar li x’aktarx jiltaqgħu magħhom snorkellers u beachcombers qrib ix-xatt. Huwa miktub b’lingwaġġ mhux tekniku u se jkun ta’ użu kemm għal dilettanti avvanzati kif ukoll għal dawk li jibdew.
Mistoqsija: X’juri u x’jiddiskuti dan il-ktieb? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb FISHES. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 12 ta’ Diċembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb L-AĦĦAR WARDA hija:
C. MUSCAT - ŻURRIEQ
03 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 F’liema pożizzjoni tal-aktar ekonomiji reżiljenti fid-dinja għall-2021 jinsab pajjiżna?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
28.11.2021
IL-PREDIKATUR MOSTRU
Gary Heidnik kien jaħtaf in-nisa filwaqt li jilgħabha tar-reliġjuż IT-TIENI PARTI
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
Qabel ma ltaqa’ ma’ Disto u kellu tifel magħha, Heidnik kellu tifel ieħor ma’ Gail Lincow, li tpoġġa fis-sistema tal-fostering hekk kif twieled. Hu kellu wkoll tifla ma’ Anjeanette Davidson, mara li kellha diżabbiltà mentali. Din it-tarbija wkoll tpoġġiet fis-sistema tal-fostering. Ftit wara mit-twelid ta’ bintu, Heidnik ġie arrestat bil-ħtif u bl-istupru ta’ oħt Anjeanette, Alberta. Fl-1978, Heidnik ħataf lil Alberta u qafilha fil-kantina tadIl-kantina fejn kien iżomm lill-vittmi tiegħu dar tiegħu fejn stupraha u abbużaha b’diversi modi. Heidnik għamel tliet snin maqful f’diversi istituzzjonijiet tal-moħħ kien jisimha Josefina Rivera. tin u ttorturati. L-għan tal-ħtif Sa xahrejn wara, hu ħataf erba’ tagħhom kien biex ikollu t-tfal u ġie rilaxxat f’April tal-1983. nisa oħrajn u żammhom f’ħof- minnhom. ra li kien ħaffer fil-kantina Waħda min-nisa, Sandra Ħtif u qtil tad-dar tiegħu. In-nisa kienu Lindsay, mietet minħabba li Fil-25 ta’ Novembru tal-1986, kollha ta’ karnaġġjon skur u Heidnik ħallieha bil-ġuħ, itHeidnik ħataf waħda mara li kollha sfaw stuprati, imsaw- torturaha wisq u ma tahiex mediċina għad-deni li kien telgħalha. Heidnik qattagħha u sajjar partijiet minnha u l-irwejjaħ wasslu lill-ġirien biex iċemplu lill-pulizija għax bdew jgħidu li kienet ġejja riħa tinten mid-dar tiegħu. Meta l-pulizija marru jħabbtulu l-bieb, hu qalilhom li kien qed isajjar u nħaraqlu l-ikel hekk kif marret għajnu bih. Il-pulizija emmnuh u telqu ’l hemm mingħajr ma daħlu jinvestigaw. Il-vittma l-oħra kienet Deborah Dudley. Heidnik kien iħobb juża x-xokkijiet elettriċi bħala forma ta’ tortura u dawn wasslu għall-mewt ta’ Dudley. Hu ħeles mill-katavru tagħha billi difnu fil-masġar ta’ New Jersey. Fit-18 ta’ Jannar tal1987, Heidnik ħataf lil JacqueGary Heidnik waqt l-arrest tiegħu line Askins, li kellha biss 18-il sena. Xahrejn wara, Heidnik
Il-katavru ta’ Dudley instab f’Marzu tal-1987 ħataf lil Agnes Adams bl-għajnuna tal-ewwel mara li ħataf, Josefina Rivera. L-għada, Rivera kkonvinċiet lil Heidnik biex iħalliha tmur tara lil familtha. Heidnik ħadha fl-indirizz li qaltlu u minflok iltaqgħet ma’ familtha, Rivera ltaqgħet mal-għarus tagħha, li ċempel lill-pulizija għall-għajnuna. Il-pulizija ġew minnufih u arrestaw lil Heidnik. Xahar wara mill-arrest tiegħu, Heidnik prova jneħħi ħajtu fiċ-ċella iżda ma rnexxilux. Heidnik qal lill-pulizija li hu sab lin-nisa fid-dar tiegħu u waqt il-ġuri, l-avukat difensur tiegħu prova jikkonvinċi lill-ġurija li Heidnik kellu problemi ta’ mard tal-moħħ. Minkejja dan, l-imħallef qal lill-avukat li Heidnik kien f’sensih għax qala’ flus kbar mill-knisja li waqqaf u bħala xhieda kien hemm persuna mill-bank li magħha tkellem Heidnik fuq l-investiment. Kien għalhekk li fl-1 ta’ Lulju tal-1988, Heidnik instab ħati ta’ żewġ omiċidji tal-ewwel grad u
ngħata s-sentenza tal-mewt. Hu ttieħed fl-Istituzzjoni Korrettiva tal-Istat ta’ Pittsburgh. F’Jannar tas-sena ta’ wara, Heidnik reġa’ prova jneħħi ruħu b’idejh, din id-darba billi bela’ ħafna pilloli antipsikotiċi f’salt. Fl-1997, it-tifla ta’ Heidnik, flimkien mal-eks mara tiegħu Betty Disto, fetħu kawża fejn qalu li Heidnik ma kienx kompetenti mentalment u biex b’hekk jitwal il-perjodu tal-eżekuzzjoni tiegħu. Wara sentejn kawżi u battalji, l-Eastern District ta’ Pennsylvania tat l-ordni li l-eżekuzzjoni ta’ Heidnik tista’ ssir. Kien għalhekk li fis-6 ta’ Lulju tal-1999, Heidnik ingħata l-injezzjoni letali fl-Istituzzjoni Korrettiva tal-Istat ta’ Rockview f’Bellefonte f’Pennsylvania. Heidnik kien l-aħħar persuna li ngħatat il-piena kapitali sal-ġurnata tal-lum. Heidnik huwa fost tliet persuni li ngħataw il-piena kapitali mindu reġgħet ġiet introdotta f’Pennsylvania f’Awwissu tal-1995.
IL-VITTMI TA’ HEIDNIK
JOSEFINA RIVERA 25 SENA Il-ħtif tagħha seħħ fil-25 ta’ Novembru tal-1986
SANDRA LINDSAY 24 SENA Inħatfet fit-3 ta’ Diċembru tal-1986 u nqatlet fis-7 ta’ Frar tal-1987
LISA THOMAS 19-IL SENA Inħatfet fit-23 ta’ Diċembru tal-1986
DEBORAH DUDLEY 23 SENA Inħatfet fit-3 ta’ Jannar tal-1987 u nqatlet fid19 ta’ Marzu tal-1987
JACQUELINE ASKINS 18-IL SENA Inħatfet fit-18 ta’ Jannar tal-1987
AGNES ADAMS 24 SENA Inħatfet fit-23 ta’ Marzu tal-1987 u ġiet salvata fl-istess jum tal-arrest
TMIEM
26
05.12.2021
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
05.12.2021
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 410
C. FARRUGIA - QRENDI
MIMDUDIN: 10. 1. Ikun l-ewwel? (5) 4. Kunjom (4) 7,21M. Jorbtu bihom (5) 12. 9. Tistaqsi għal 16. xi ħadd (3) 18.
Bi 3 NUMRI 064 075 126 136 149 160 197 254 289 294 457 604
804 934 962 B’4 NUMRI 0127 0867 1409 1439 1495 1525 1737 1810
2249 2418 2497 2553 2611 2755 2788 3089 3586 3745 3780 3818 3976
4432 4470 4521 4702 4796 4820 4829 5621 5904 6043 6301 6748 7277
7626 7974 9220 9230 9339 9418 9508 9755 B’5 NUMRI 00477 08144 11237
34090 36690 42243 43521 43718 47263 50830 50944 56947 58266 62741 72510 73208
75978 76344 77807 80976 84642 B’6 NUMRI 003882 174764 356800 662945 810141 996395
WEQFIN: 1. Kompli l-qawl: 5. Ftehima bejn 6,22. tnejn isseħħ f’.........., bejn tlieta 8. tieħu xahrejn (6) 11,16. 2,18. Iddoqq (5) 12. 3,12W. Iżżommux 13,19.
Tilbsu biex 19. ma ċċappasx 20. il-libsa (6) 21. Fenekbin-nemex(6) 23. Ara 11 24. Ara 2 f’qalbkom (5) U bl-Ingliż (3) Kunjom Indjan f’Malta (6) Għasfur (9) Tinħasel fih (5) Ara 3 Ma ħallejtux
14. 15. 17,15. 21. 22.
Ara 13 Ittellaq? (5) Ara 7 Kontra jnaqqas (4) Illixxa l-injama? (5) l-istess (6) 3 (6) Ara 17 Idawwal (9) Iddimostra (3) Ara 6
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Gwida, 4, Ġdur, 7,21M. Ħsieb, 9.Dab, 10.Sandra, 12.Ibatti, 16.MĠD, 18,21W. Twist, 19.But, 20.Stati, 23.Trab, 24.Użura
WEQFIN: 1.Geddum, 2,12W. Inbid, 3,11.Aħseb, 5.Dud, 6,22.Rrabja, 8.Santwarju, 13.Att, 14.Ibixxu, 15.Stanga, 17.Ġie
28
05.12.2021
LA KREJTHA … Editorjal
Anke jekk mhijiex it-togħma li ppretenda jew xtaq, il-Kap tal-PN, li spiċċa iżolat anke minn min poġġieh fil-pożizzjoni, ikollu xorta jniżżel minn griżmejh l-imrar tassitwazzjoni li ġabuh fiha
Jekk ġimgħa hi twila wisq fil-politika, sena qed tirriżulta eternità għall-Kap attwali Nazzj onalista Bernard Grech, li żgur emmen li ma kienx se jsib ruħu fi triq daqstant imħarbta u mimlija ostakli quddiemu minn “sħabu” stess. Lanqas ma kien qed jippretendi li, fi żmien 13-il xahar biss, se jasal biex jirrealizza li din l-istess triq mhux se twasslu ’l bogħod fl-aħħar mill-aħħar … għax ma tinfidx. Żgur li, aktar ma jgerrbu l-jiem, aktar jagħti piż lillkliem ta’ twissija li bih ġie mgħammed bħala Kap Nazzjo nalista. Kien żball li f’Ottubru tal-2020 ftit ta piż jew ħass li kien kredibbli dak li qalulu mill-establishment l-antik, jiġifieri biex jara li ma jfottix iċ-ċans li kien qed jingħatalu, għax inkella b’rasu jdur. Jgħid x’jgħid Grech, dawk li għamluh fil-pożizzjoni u sa mill-ewwel jum ippretendew li hu biss proprjetà f’idejhom, illum għamluha aktar minn ovvja biex juru fil-pubbliku min hu fit-tarf tal-ispag li għandu
mqabbad miegħu u min għandu s-setgħa li jiġbdu meta u kif jidhirlu. L-istruzzjonijiet li jbellgħulu u li hu obbligat iwettaq, flimkien mad-drabi meta ħass li kellu jipprova jkun avventuruż waħdu u spiċċa biex għaffiġha, ikomplu jikxfu lill-Kap attwali li qatt ma kien maqtugħ biex imexxi fl-ewwel lok. Dwar dan illum huwa konvint anke min f’Ottubru ta’ sena ilu għażel lilu fuq il-predeċessur tiegħu. Sena wara, ħafna iżjed, minn ġewwa u barra, fil-qrib u fil-bogħod, qed jirrealizzaw li l-magħżul biex jaqlibha lil Adrian Delia ma kienx wisq aħjar minnu, anzi. Lanqas kien magħġun biex isib is-soluzzjo nijiet meħtieġa għal partit imfarrak f’miljun biċċa jew biex, b’mod partikolari, jaqleb ir-riżultati ħżiena fl-istħarriġ tal-opinjoni pubblika, li kienu l-iskuża ewlenija għat-tibdil fit-tmexxija dak iż-żmien. Jekk xejn il-mibgħut tal-establishment qed jirriżulta iżjed diviżiv u, flok qed iservi ta’ pont bejn in-naħat kollha, hu
r-raġuni għal iżjed gdiedem, theżżiż tas-snien u saħansit ra komplotti biex jiddaħħlu s-skieken f’dahar is-suppost kollegi li hemm fl-istess tim. Bil-pressjoni żżid fuqu, l-attitudni ħażina ta’ Grech fl-aħħar ġranet fil-konfront anke ta’ ġurnalisti, li jpoġġu f’dubju l-awtorità tiegħu, tikkonferma li dan ma jiflaħx għas-sħana, avolja kien pompuż biżżejjed biex jaċċetta li jidħol fil-kċina. Konfronti jaħarqu mil-laq għat tal-Grupp Parlamentari tiegħu, li ġew imperrċin fil-gazzetti u f’midja oħrajn, jixhdu li la hu l-Kap u li lanqas għandu xi sitwazzjoni taħt kontroll. Tbissim kontinwu xorta mhux biżżejjed biex jgħattilu l-inkwiet jew ir-rabja li għandu għal dawk li qed ixekkluh internament, tant li, kif irrapportat, wasal ukoll biex jirrikattahom li jikxifhom wieħed wieħed fil-pubbliku. Jekk għandux sinsla għal dan, hi storja oħra. Filwaqt li l-predeċessur tiegħu, almenu, kellu dawk
li jsostnuh, anke jekk kienu f’minoranza jew ma kellhomx is-saħħa quddiem il-“Blue Heroes”, Grech issa qisu iżolat fuq gżira mdawwar b’ilmijiet perikolużi. Jekk jittanta joħroġ waħdu fuq iċ-ċattra issa tgħallem li mhux se jsalva u se jinbela’. U biex jagħmel pass għandu bżonn il-permess ta’ dawk għassa għalih. Il-fatt li lanqas deputati tiegħu mhuma jaqbżu għalih fil-pubbliku jgħid ħafna. Din il-ġimgħa ħadd minnhom ma wera xi forma ta’ appoġġ jew empatija meta mistoqsijin jekk humiex lesti jieħdu vot ta’ fiduċja favur il-Kap, kif ġimgħa ilu ssuġġerixxa l-akkademiku George Vital Zammit. Forsi l-ego personali ta’ Bernard Grech kien jindikalu mod ieħor sena ilu, imma r-realtà fil-Partit Nazzjonalista hi dik li hi u anke jekk mhix it-togħma li xtaq (jitfgħalha kemm jipprova jitfgħalha zokkor), qed ikollu xorta jniżżilha minn griżmejh. Kif ngħidu, la krieha, irid joqgħod għaliha!