IL-MIŻURI SE JONQSU IŻJED MINN GĦADA Il-Ħadd, 6 ta’ Frar, 2022
Ħarġa Nru 1,491
Prezz €1
Rapport f’paġni 8 u 9
PAGI DOVUTI XHUR TARD MINN T’ELLIS Ħaddiema fil-kumpaniji proprjetà tad-Deputat Nazzjonalista wkoll qegħdin ibatu l-konsegwenzi ta’ problemi finanzjarji u spiss jiċċaħħdu milli jieħdu dak li huwa dovut lilhom fil-ħin bi ksur tal-liġi Ħaddiema fil-kumpaniji tad-Deputat Nazzjona lista Għawdxi Joe Ellis għadhom iridu jitħallsu l-paga xahrejn b’lura, tant li għadhom qed jistennew il-ħlas ta’ Diċembru, li kien ukoll jinkludi l-bonus statutorju tal-Gvern. Filwaqt li din il-ġimgħa l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ħareġ għonqu biex jiddefendi lid-Deputat qrib l-establishment fil-konflitt ċar li għandu mal-pożizzjoni Parlamentari tiegħu, din il-gazzetta issa hija infurmata li dan id-dewmien fil-pagi mhux każ iżolat ta’ darba. Fl-aħħar xhur Ellis għamel pressjoni fil-Parlament fuq proġett infrastrutturali, li għandu interess fih bil-moħbi, permezz tal-kumpanija tiegħu Gozo Concrete Products Ltd. Tkompli f’paġna 3
IS-€70 MILJUN F’APPOĠĠ LILL-FAMILJI BL-EŻEMPJI Analiżi ta’ 10 sitwazzjonijiet possibbli tal-ħajja li se jintlaqtu bl-għajnuna tar-rifużjoni tat-taxxa u biċ-ċekk addizzjonali għall-isfidi tal-pandemija, kif tħabbar nhar il-Ħamis … koppji żgħażagħ, single parents, ġenituri bi studenti fuq stipendju u pensjonanti se jgawdu minn benefiċċji b’medja ta’ €450 Rapport f’paġni 4 u 5
02
06.02.2022
DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 17°C L-Inqas Temperatura: 11°C L-Indiċi UV: 3 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja dgħajfa ta’ pressjoni għolja qed tiksi l-biċċa l-kbira mill-Mediterran It-Temp: B’ħafna sħab għoli Ir-Riħ: Moderat mill-Punent Majjistru li jsir ħafif għal moderat Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif għal moderat L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 16°C
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
KUNTATT ĠENERALI
15°C UV 3
9°C
Il-Ħamis
15°C UV 4
7°C
Il-Ġimgħa
15°C UV 4
8°C
Is-Sibt
KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
15°C UV 4
10°C
15°C UV 4
10°C
15°C UV 2
10°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR IL-ĦAMIS 10 TA’ FRAR
Vilhena Pharmacy, 3, Triq Sant’Anna, IlFurjana – 21244114 Trinity Pharmacy, 32 Triq il-Marsa, Il-Marsa – 21235595 St. George’s Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Ħal Qormi – 21443045 Marrit Pharmacy, Triq l-1 ta’ Mejju, Fleur-de-Lys, Birkirkara – 21488613 Regal Pharmacy, 39B, Triq Antonio Bosio, L-Imsida – 21313115 St. Julian’s Pharmacy, 24, Triq G. Borg Olivier, San Ġiljan – 21369426 Mrabat Pharmacy, Triq l-Imrabat, Tas-Sliema – 21313535 St. Michael Pharmacy, Misraħ tatTrasfigurazzjoni, Ħal Lija – 21435875 Victory Pharmacy, 16, Pjazza il-Vitorja, In-Naxxar – 21412454 Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar – 21571764 Fleming Pharmacy, 61, Triq Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid – 21696893 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 Anici Pharmacy, 6. Triq in-Nadur, Marsaskala – 21637300 St. Catherine Pharmacy, Plot 3, Triq il-Qadi, Iż-Żejtun – 21678039 St. Andrew’s Pharmacy, 25, Triq Dun Pawl, Ħal Luqa – 21820795 De Rohan Pharmacy, Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żebbuġ – 21464128 White’s Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, L-Imtarfa – 21452833 Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat, Gozo – 21566170 Vella Pharmacy, 15, Triq it-13 ta’ Diċembru, In-Nadur, Għawdex – 21566431
Floriana Dispensary,29, Triq Vincenzo Dimech, Il-Furjana – 21233034 Vivien Pharmacy, Triq Patri Magri, Il-Marsa – 21221701 Collis Williams St. Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera – 21238625 Brown’s Pharmacy, 32, Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara – 21488884 Remedies Pharmacy, 5, Tagliaferro Mansions, Triq il-Prinċipessa Margerita, L-Imsida – 21346547 Spiżerija Kappara, Żbibu Lane, San Ġwann – 21381177 Drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd. 382, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334627 St. Joseph Pharmacy, 164, Triq Annibale Preca, Ħal Lija – 21414051 Victory Pharmacy, 16, Pjazza il-Vitorja, In-Naxxar – 21412454 Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523462 Brown’s Pharmacy, 45, Telgħet Raħal Ġdid, Raħal Ġdid – 21694818 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu – 21807529 Anici Pharmacy, 6, Triq in-Nadur, Marsaskala – 21637300 Fisherman’s Cove, 34, Triq Gużepp, Marsaxlokk Bronja Pharmacy, Sonata, Triq il-Bronja, Iż-Żurrieq – 21682251 Spiżerija Ħal Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Ħaż-Żebbuġ – 21461693 St. Anthony Pharmacy, 18 Triq il-Kbira, Ir-Rabat, Malta – 21454187 Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Ir-Rabat, Għawdex– 21557819 Joyce’s Pharmacy, Vjal it-8 ta’ Settembru, Ix-Xagħra, Għawdex – 21561486
*Mil-lum l-ispiżeriji se jkunu miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.
03
06.02.2022
ĦADDIEMA JITKARRBU GĦALL-PAGA Tkompli minn paġna 1 Jirriżulta li ħaddiema ingaġġati filkumpaniji varji li għandu Ellis jinsabu mxebbgħin bis-sitwazzjoni. Waqt li xtaqu jibqgħu anonimi, x’uħud minnhom qalulna wkoll li, filwaqt li jafu li dan qed iseħħ bi ksur tal-Liġi tax-Xogħol, huma jinsabu fuq kuntratt definit għal perjodu ta’ tliet snin u, f’każ li jtemmuh, jistgħu jkunu obbligati li jħallsu penali. Il-ħaddiema, li minn kliemhom stess jixhdu l-qagħda ddisprata li jinsabu fiha u li qiegħda toħloq anke frustrazzjonijiet fost il-familji tagħhom, saħqu li kellhom diversi drabi jseffqu wiċċhom mal-aħwa Ellis biex jitkarrbu ħalli tinħarġilhom il-paga. Minbarra s-salarju tagħhom ta’ Di ċembru, il-ħaddiema qed jiġu mċaħħdin ukoll mill-bonus ta’ €135, li jkopri l-perjodu Lulju-Diċembru 2021. Suppost dan kellu jitħallas sa mhux aktar tard millaħħar ta’ dak ix-xahar. “Prattikament din hija s-sitwazzjo ni normali tagħna ma’ (l-kumpaniji) ta’ Ellis. Fil-probation biss ma kellniex problemi, mill-bqija trid tittallab għal dak li hu tiegħek bi dritt. Xahar wara ieħor l-istess problemi li trid tiffaċċjahom int,” qaltilna waħda mill-impjegati, b’indikazzjoni li problema kbira ta’ cash flow fost il-kumpaniji, li Ellis għandu ma’ tnejn minn ħutu, qed tkompli ġġebbed il-problema b’dannu fuq ħajjithom. Mistoqsijin jekk jeżistux problemi oħrajn li jirriflettu amministrazzjoni ħażina tal-kumpaniji, il-ħaddiema ma elaborawx. “Aħna li nixtiequ li niġu ttrattati kif jixraq, xejn aktar. Mhux ngħid li ma jistax ikun hemm problemi oħrajn … kif żvelajtu intom tal-briks, fuq kollox. Kollox jorbot waħda mal-oħra,” qalilna ħaddiem ieħor involut. Skont il-website uffiċjali tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER), ħaddiema jistgħu jirrapportaw problemi fuq il-post tax-xogħol tagħhom fil-privat permezz tan-numru tat-telefown 1575 mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 a.m. u l-4:00 p.m. Kif żvelat mill-KullĦadd fl-aħħar ġimgħat, il-kumpanija Gozo Concrete Products Ltd għandha problema ta’ djun kbar ma’ numru ta’ kumpaniji u fil-fatt qed tpartat xogħol li tipproduċi, partikolarment briks, biex jinqatgħalha dak
Parti minn eluf ta’ briks li kumpanija ta’ Ellis qed tipprovdi bi tpartit ma’ djun kbar li għandha li għandha tagħti lil diversi kuntratturi. Gozo Concrete Products ipprovdiet Fil-fatt, żvelajna kif din il-kumpanija mal-50,000 briksa, b’valur ta’ €50,000, partikolari qiegħda tipprovdi bil-moħbi lill-kuntrattur ewlieni, li rebaħ is-sejħa materjal tal-kostruzzjoni għall-akbar għall-offerti fil-proġett, li jinkludi l-biproġett infrastrutturali li għaddej bħa- ni mill-ġdid ta’ żewġ toroq arterjali u lissa fil-limiti ta’ Għajnsielem u n-Na- l-junctions li jgħaqqduhom. dur, Għawdex, fl-istess ħin Fi żmien amminisli d-Deputat Nazzjonalista trazzjoni Nazzjonalista, kien qed juża l-privileġġ Gozo Concrete Products Parlamentari tiegħu biex Ltd kienet ingħatat art jinfluwenza x-xogħlijiet kbira tal-Gvern bi prezz jew ipoġġi pressjoni fuq baxx biex tkun tista’ timFil-probation l-amministrar tal-proġett manifattura l-materjali li se jiswa mas-€7.5 miljun. tal-kostruzzjoni. biss ma kellna F’Novembru li għadda, Ellis hu wieħed milll-ebda problemi, perċimes kien qam jistaqsi lill-Minfl-establishmill-bqija trid ment Nazzjonalista u istru għal Għawdex Clint Camilleri dwar dak li, skonl-fergħa Repubblika fejn tittallab għal tu, kien dewmien u nuqqas spiss jilagħbuha tar-retti dak li huwa ta’ ppjanar fil-proġett. u jippontaw is-swaba’ lejn Sorsi, li tkellmu magħ- tiegħek bi dritt ħaddieħor. L-Eks Depuna, kienu qalulna li mhux tat David Thake, li spiċċa eskluż li, bil-kritika tiegħu jirriżenja fuq iżjed minn fil-Kamra tad-Deputati, Ellis kien qed €820,000 f’taxxa li żamm għalih flok jipprova jinfluwenza kuntratturi oħrajn, għaddiehom lill-Istat kif kien obbligat li għandhom jieħdu mingħand il-kump- li jagħmel fuq perjodu ta’ 10 snin, ukoll aniji tiegħu, biex jidħlu fi ftehim simili. jagħmel parti mill-istess klikka. Dan Fil-proġett t’Għawdex jirriżulta li ukoll kien ammetta problema ta’ cash
flow u kien ġab l-iskuża li żamm il-flus dovuti f’taxxa biex iħallas lill-ħaddiema tiegħu. Ironikament il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech din il-ġimgħa ddefenda l-aġir ta’ Ellis, bħalma kien għamel filkaż ta’ Thake, qabel ħarġu dettalji iżjed gravi fl-aġir irresponsabbli bil-kumpaniji privati tagħhom. Waqt li mal-mikrofonu ta’ ONE News, Ellis innifsu kien skomdu jwieġeb il-mistoqsijiet, il-Kap tal-Oppożizzjoni ħareġ għonqu għalih. Mistoqsi jekk hux komdu b’deputat tiegħu li qed jikkritika proġett u fl-istess ħin għandu interess fih, Grech qal biss li “xogħlu huwa li jikkritika u dak li mhux aċċettabbli nibqgħu nikkritikawh.” Sorsi fid-Dar Ċentrali saħqu li l-aħbar tal-KullĦadd xegħlet bozoz ħomor fil-Partit Nazzjonalista u allura ttieħdet id-deċiżjoni li aħjar jitkellem mill-inqas. Fil-fatt, hu lanqas tħalla jintervjeni fid-dibattitu dwar abbozz ta’ liġi mressaq mill-Partit stess dwar temi li hu saħansitra responsabbli minnhom bħala l-Kelliem Ewlieni tal-Oppożizzjoni għar-Riformi Kostituzzjonali.
04
06.02.2022
Familja fejn it-tnejn jaħdmu u jaqilgħu inqas minn €15,000 u għandhom tifel jattendi l-Junior College. Sostenn ta’ €270 f’ċekkijiet ta’ rifużjoni u €300 f’ċekkijiet ta’ stimolu.
Single parent fuq il-paga minima, b’tifla tattendi l-MCAST. Sostenn ta’ €135 f’ċekk ta’ rifużjoni u €200 f’ċekkijiet ta’ stimolu.
Koppja pensjonanta fejn it-tnejn għandhom pensjoni. Sostenn ta’ €400 f’ċekkijiet ta’ stimolu.
Familja fejn ir-raġel invalidu mentri l-mara fuq paga minima. Sostenn ta’ €140 f’ċekk ta’ rifużjoni u €300 f’ċekkijiet ta’ stimolu.
Familja fejn ir-raġel pensjonant mentri l-mara għadha taħdem. Sostenn ta’ €125 f’ċekk ta’ rifużjoni u €300 f’ċekkijiet ta’ stimolu.
€70 MILJUN OĦRA INVESTITI FIN-NIES Il-familji jgawdu mill-appoġġ tal-Gvern f’miżura li tingħaqad ma’ oħrajn li ħadu ħsieb lil kulħadd matul il-pandemija Filwaqt li f’pajjiżi madwarna qed ikomplu jirrankaw piżijiet esaġerati fuq il-familji, din il-ġimgħa l-Prim Ministru Malti Robert Abela ħabbar l-akbar injezzjoni li qatt ingħatat minn Gvern lill-poplu. F’konferenza stampa indirizzata minn Dr Abe la nnifsu u mill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana, nhar il-Ħamis filgħodu f’Marsaxlokk tħabbar li l-familji f’pajjiżna se jirċievu mhux biss iċ-ċekk ta’ rifużjoni tat-taxxa, imwiegħed fil-Baġit 2022, imma wkoll ċekk addizzjonali ta’ stimolu ekonomiku. Dan ifisser investiment ġdid fil-familji li se jlaħħaq is-€70 miljun. Pajjiż ieħor li din ilġimgħa ħabbar miżuri t’għajnuna lill-familji tiegħu kien ir-Renju Unit, bid-differenza li hawn qed jiffaċċjaw ukoll rekord ta’ żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija. Fortunatament għal pajjiżna dawn m’għolewx bl-intervent dirett tal-Gvern Laburista. Minkejja dan, waqt li l-Ministru għall-Finanzi Ingliż Rishi Sunak ippermetta roħs ta’ £200 (€236) fil-kont lil kull residenza, irrelevanti kemm jgħixu nies, il-familji jridu jaraw kif se jkampaw ma’ żieda ta’ 54% fil-kontijiet tagħhom, hekk kif ir-regolatur tal-enerġija Brittaniku, Ofgem, ukoll għolla t-threshold ta’ kemm jistgħu jkunu l-kontijiet. Fil-fatt, issa kont tal-ener ġija fir-Renju Unit jista’ jogħla b’£700 (€827) oħra għal kważi £2,000 (€2,365). Ma’ dan, biex jillimita ż-żieda fil-prezzijiet, li qed tolqot l-Ewropa kollha, il-familji fir-Renju Unit ukoll se jirċievu rifużjoni ta’ darba fit-taxxa, fil-każ tagħhom fit-taxxa residenzjali li hi dovuta lill-Kunsill. Ir-rifuż-
joni tammonta għal medja ta’ £150 (€177). Is-sitwazzjoni internazz jonali qanqlet ukoll lil pajjiżna li jħabbar li ċ-ċekkijiet ta’ rifużjoni tat-taxxa jinħarġu ferm aktar kmieni din is-sena meta mqabbel ma’ dak li ġara s-sena li għaddiet. Ta’ min ifakkar li l-ammont ta’ dawn iċ-ċekkijiet hu ferm ogħla minn dawk mogħtija fis-snin preċedenti, tant li se jingħata d-doppju ta’ dak li kien ingħata fil-Baġit qabel laħaq Prim Ministru Robert Abela. Din waħedha tfisser investiment ta’ €25 miljun li se jmur dirett fil-bwiet tal-ħaddiema. Din l-iskema se tagħti ċekk ta’ bejn €140
li kien ta’ 8.1% tal-Prodott Gross Domestiku (PGD) u mhux 11.1% kif kien imbassar oriġinarjament. Dan seħħ għax l-eko nomija ta’ pajjiżna kienet protetta mill-isfida taż-żieda fil-prezz tal-fuel u tal-elettriku, u għalhekk il-familji u n-negozji komplew jonfqu u jkabbru l-operat tagħhom rispettivament. Fil-fatt, il-Prim Ministru Abela semma kif li kieku ma kienx għall-intervent tal-Gvern biex il-prezzijiet f’Malta jibqgħu stabbli kieku familja medja kienet tispiċċa tonfoq mal-€500 aktar fis-sena fuq il-fuel u l-kontijiet tad-dawl. Min-
Li ma kienx għall-intervent tal-Gvern Malti fil-prezzijiet tal-enerġija, kieku l-familji qed iġorru piż addizzjonali ta’ €500 fis-sena u €60. Minbarra hekk il-Prim Ministru ħabbar ukoll skema ġdida ta’ sostenn fejn bħalma kien sar bl-iskema tal-vouchers, €45 miljun se jiġu injettati fl-ekonomija ta’ pajjiżna. Dan permezz ta’ ċekk addizzjonali li minbarra li jilħaq lil dawk li jaħdmu se jmur għand l-istudenti li għandhom stipendju, il-pensjonanti u dawk fuq benefiċċji soċjali. Din l-iskema ta’ stimolu ekonomiku se tagħti ċekk ta’ bejn €100 u €200. Dan l-investiment ġdid fil-poter tal-akkwist tal-familji qiegħed iseħħ għax jirriżulta li l-finanzi talGvern huma f’qagħda ferm aħjar minn dik imbassra fid-diskors tal-Baġit 2022. Dan meta d-defiċit fiska-
flok ma tgħabbew b’dawn il-piżijiet, bħalma kien ġara taħt l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista, il-familji din id-darba ngħataw nifs ġdid ta’ sostenn, fejn hemm familji li se jirċievu mijiet ta’ ewro fi bwiethom. Għal dan ir-rigward ħloqna 10 eżempji ta’ familji varji biex ikollna stampa aħjar ta’ kif se jkunu qed jintlaqtu pożittivament mill-aħħar miżuri mħabbrin mill-Gvern biex jimmitiga l-isfidi kollha li ġabet u għadha ġġib il-pandemija tal-COVID-19 minn Marzu 2020 sal-lum. Waqt li ċ-ċittadin prattika ment kellu biss tifħir għal din it-“tarka” mill-Istat, l-imsieħba soċjali wkoll laqgħu tajjeb ħafna l-inizjattiva ta’ €70 miljun. F’kummenti lil ONE
05
06.02.2022
News nhar il-Ġimgħa, isSegretarju Ġenerali tal-Ge neral Workers’ Union Josef Bugeja nnota ż-żieda sa massimu ta’ €140 fiċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa, filwaqt li semma kullana ta’ għajnuniet mill-Gvern waqt il-pandemija. “Issa għandek ukoll ċekkijiet għall-pensjonanti u għall-ħaddiema u l-istudenti li dawn ħa jgħinu iżjed billi ħa jkun hemm iktar flus fil-but x’jintefqu fl-ekonomija interna. Irridu nżommu f’moħħna li dawn mhumiex xi ħaġa unika, imma huma katina ta’ benefiċċji oħrajn bħalma l-ġimgħa li għaddiet kien għadu kif ġie mħabbar it-tnaqqis fit-taxxa fuq min jagħmel part-time u fuq l-overtime,” saħaq Bugeja. Paul Abela, il-President tal-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji, qal li l-pakkett li tħabbar mistenni jixpruna tkabbir ekonomiku. Hu qal li “għandek il€100 miljun tal-vouchers li ħadmu ħafna u ovvjament dawn is-€70 miljun se jkomplu jżidu biex titkabbar l-ekonomija u toqrob għall-ekonomija li kellna fl-2019. Naħseb li dawn is€70 miljun, mal-affarijiet l-oħrajn, se jkunu l-ixprun li nerġgħu naqbdu t-triq tat-tkabbir ekonomiku għall-pajjiż u dawn huma ċ-ċavetta li nerġgħu mmex xu l-ekonomija ’l quddiem.” Fi kliem Matthew Pace, Segretarju tal-Assoċjazzjoni tas-Sidien tal-Catering, partikolarment iċ-ċekk addizzjonali ta’ €100 għall-ħaddiema u l-istudenti u d-doppju lill-pensjonanti u dawk fuq l-għajnuna soċjali, se jfisser injezzjoni ekonomika oħra daqs il-vouchers li ngħataw preċedentement. “Ovvjament hu cash injection fl-ekonomija flaħħar mill-aħħar. Mhuwiex permezz ta’ vouchers li se jiġu direttament għandna. Però, fl-aħħar mill-aħħar titjib fid-dħul disponibbli, u allura bniedem jonfoq, inkluż fl-istabbilimenti tal-catering tagħna. Jiġifieri ovvjament meta jkun hemm cash injection bħal dik ħa jkollha impatt fuq is-settur tagħna, pożittiv żgur.”
Familja fejn ir-raġel jaqla’ €15,000 mentri l-mara taħdem part-time biss. Sostenn ta’ €250 f’ċekkijiet ta’ rifużjoni u €200 f’ċekkijiet ta’ stimolu.
Mara li tieħu ħsieb żewġha li hu pensjonant invalidu. Sostenn ta’ €400 f’ċekkijiet ta’ stimolu.
Familja fejn jaħdem ir-raġel biss b’żewġt itfal, wieħed l-MCAST u l-ieħor l-Università. Sostenn ta’ €140 f’ċekk ta’ rifużjoni u €400 f’ċekkijiet ta’ stimolu.
Familja fejn it-tnejn jaħdmu u jaqilgħu €35,000 u b’tifla l-Junior College. Sostenn ta’ €120 f’ċekkijiet ta’ rifużjoni u €300 f’ċekkijiet ta’ stimolu.
Koppja żagħżugħa taqla’ €15,000. Sostenn ta’ €250 f’ċekkijiet ta’ rifużjoni u €200 f’ċekkijiet ta’ stimolu.
SENA TAJBA GĦALL-ĦWIENET
BEJGĦ IMQABBEL MAL-2020 Statistika maħruġa mill-Eurostat tindika li l-2021 kienet sena tajba għas-settur talħwienet f ’pajjiżna. Dan meta fix-xahar ta’ Diċembru l-bejgħ osservat kien 5% aħjar mil-livell li kien hemm fl-istess xahar sena qabel. Dan hu d-doppju tar-riżultat miksub bħala medja madwar l-Unjoni Ewropea. Dan jikkonferma kemm l-irkupru ekonomiku f ’paj jiżna qed ikun ferm aktar b’saħħtu minn dak fil-pajjiżi ta’ madwarna. F’numru ta’ pajjiżi Ewropej l-attività kummerċjali f ’Diċembru kienet ferm anqas minn dik osservata sena ilu. Fost l-oħrajn, fl-Irlanda, fi Spanja, fl-Awstrija u fil-Finlandja l-bejgħ mill-ħwienet kien 3% anqas. Ir-riżultati għal Diċembru ma kinux fost l-aħjar għas-sena minħabba l-impatt tal-Omicron fit-tieni nofs tax-xahar. L-istatistika Ewropea tindika li l-ħwienet f ’pajjiżna ilhom ikabbru l-bejgħ minn Marzu ’l hawn. Saħansitra b’mod konsistenti minn Lulju l-bejgħ kien
Dan jikkonferma kemm l-irkupru ekonomiku f’pajjiżna qed ikun ferm aktar b’saħħtu minn dak fil-pajjiżi ta’ madwarna
MALTA
UE
JANNAR
-4.2%
-4.3%
FRAR
-10.0%
-0.8%
MARZU
0.2%
13.1%
APRIL
19.4%
22.3%
MEJJU
23.3%
9.2%
ĠUNJU
4.1%
6.1%
LULJU
10.6%
4.0%
AWWISSU
19.8%
2.4%
SETTEMBRU
14.4%
3.5%
OTTUBRU
8.5%
2.7%
NOVEMBRU
10.5%
8.3%
DIĊEMBRU
4.8%
2.6%
2021
8.0%
5.5%
qed jikber f ’Malta b’rata ferm għola milli kien qed jitjieb fil-bqija tal-Ewropa. Dan x’aktarx huwa riflessjoni ta’ żewġ fatturi. L-ewwel nett f ’pajjiżna kellna rkupru qawwi tatturiżmu minn Lulju, mhux biss għax żdiedu n-numru ta’ turisti. Aktar importanti minn hekk dawn qed jonfqu ferm aktar minn dak li kienu jonfqu qabel il-pandemija. It-tieni nett, waqt li madwar l-Ewropa fit-tieni nofs tas-sena l-familji qed jitgħabbew b’piżijiet straordinarji fil-kontijiet u fil-fuel, hawn Malta kienu protetti minn kull żieda. Meta wieħed iħares lejn is-sena kollha kemm hi, jirriżulta li l-ħwienet kellhom żieda fil-bejgħ ta’ 8% f ’pajjiżna, darba u nofs it-tkabbir li kien hemm fl-Ewropa. Minbarra hekk l-istatistika tal-Eurostat tindika li l-bejgħ li seħħ f ’pajjiżna fl-2021 kien saħansitra aqwa minn dak fl-2019, jiġifieri qabel bdiet il-pandemija. Dan huwa l-aqwa sinjal li s-sena li għaddiet, fost indikaturi oħrajn, pajjiżna reġa’ beda t-triq lura għan-normalità.
06
06.02.2022
ID-DĦUL TAL-FAMILJI B’QABŻA TA’ Id-dħul disponibbli medju tal-familji Maltin u Għawdxin żdied bi kważi €9,000 fis-sena bejn l-2012 u l-2020, b’riżultat ta’ €3 biljun aktar fid-dħul kumplessiv tagħhom f ’dan il-perjodu. Grazzi għal titjib li ġabet magħha l-politika tal-Gvern Laburista, illum mhux biss ħafna iżjed persuni qed jaħdmu u l-familji qed jgħixu aħjar, għax qed jaqilgħu iżjed, iżda eluf ta’ persuni nħarġu anke mil-livell talfaqar. Dan ir-riżultat pożittiv seħħ, fost oħrajn, bi tnaqqis ta’ piżijiet kbar li kienu jeżistu sal-aħħar amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista, li tqalftet minn postha f ’Marzu tal-2013, u anke bit-tqassim tal-ġid bla preċedent li beda jinħoloq millaħħar disa’ snin. Din it-tendenza mistennija wkoll tissokta bil-kbir matul l-2021 u din is-sena l-ġdida, mhux l-inqas b’iżjed għajnuniet kif tħabbru mill-Prim Ministru Robert Abela nnifsu nhar ilĦamis li għadda. Tagħrif, li ngħata din il-ġimgħa fil-Parlament mill-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja, u d-Drittijiet tatTfal Michael Falzon għal sensiela ta’ mistoqsijiet Parlamentari midDeputat Laburista Glenn Bedingfield, juri din il-qabża kbira fl-għajxien talMaltin u tal-Għawdxin, waqt li tgiddeb lill-Oppożizzjoni li tipprova tnissel id-dubju li l-faqar żdied minflok. Il-Ministru Falzon qal li, skont l-istudju Ewropew dwar l-istatistika tad-dħul u l-kundizzjonijiet tal-għaj xien (EU-SILC), id-dħul disponibbli għall-familji f ’pajjiżna żdied b’mod kumplessiv għal kważi €6.5 biljun fl2020, differenza ta’ €2.97 biljun fuq l-2012 meta dan kien kważi €3.5 biljun. Maqsum bejn il-Maltin u l-Għawdxin kollha, joħroġ id-dħul disponibbli medju għal kull familja li jfisser li sentejn ilu dan kien ilaħħaq għal komplew ilewnu l-istampa ferm aħ- Maltija li m’għandhomx biżżejjed €31,266. Fl-2012 dan id-dħul med- jar tal-lum permezz tal-fatti. Flim- dħul għal livell ta’ għajxien diċenti. ju kien €22,379 jew madwar €9,000 kien jixhdu differenza enormi minn L-istudju qabbel l-ispiża ta’ basket żmien iebes taħt Gvernijiet Nazzjon- ta’ affarijiet u servizzi essenzjali filfis-sena inqas. Mill-istatistika ppreżentata joħroġ alisti li sal-2013 imponew numru ta’ pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. ukoll li l-akbar qabżiet fid-dħul di- piżijiet esaġerati fuq kulħadd, biex B’riżultat li ċerti servizzi essenzjali huma offruti b’xejn f ’pajjiżna, sponibbli tal-familji ġew iril-Kummissjoni Ewropea reġistrati bejn l-2016 u l-2017, kkonkludiet li d-dħul disponibmeta kellna l-ewwel tqassim bli f ’pajjiżna għandu jkun ta’ tal-ġid maħluq, u bejn l-2019 €500 fix-xahar, li hu wkoll siu l-2020, meta l-Gvern ħoloq mili għal studju li twettaq inxibka ta’ protezzjoni għaċ-ċitdipendentement mill-Caritas tadini waqt il-pandemija talbl-istess metodoloġija. COVID-19 li laqtitna f ’Marzu Skont il-Kummissjoni Ewropea, oħra żvelat li, bl-istta’ sentejn ilu. Malta għandha l-iżgħar persentaġġ essTweġiba kejl taċ-Ċentru ta’ Riċerka Fil-fatt, fl-2017 kien hemm (1.5%) tal-popolazzjoni tagħha li Konġunt Ewropew, il-persentitjib ta’ iżjed minn €600 miltaġġ jinżel għal 0.5% tal-ħaddijun (medja ta’ €1,129 għal kull m’għandhomx biżżejjed dħul ema Maltin li, bil-livell ta’ dħul familja) fuq l-2016 u l-2020 esgħal għajxien diċenti tagħhom, ma jistgħux ikollperjenzat qabża ta’ iżjed minn hom għajxien diċenti. Bl-istess €800 miljun (medja ta’ €2,761 kejl, fl-2012 l-għadd ta’ ħaddigħal kull familja) fuq l-2019. Fis-snin l-oħrajn id-differenza rreġ- komplew jimbottaw lejn il-faqar iż- ema li ma setgħux ilaħħqu kienu 3% istrata fid-dħul kumplessiv kienet jed familji vulnerabbli, bħall-pens- jew sitt darbiet iżjed. Riċentement l-Oppożizzjoni Nazta’ inqas minn €300 miljun fis-sena. jonanti. Tweġiba interessanti tindika li, zjonalista bdiet targumenta li kien Tweġibiet relatati mal-qagħda finanzjarja tal-familji lokali jew il-liv- skont studju miċ-Ċentru ta’ Riċer- hemm żieda fl-għadd ta’ ħaddieell ta’ għajxien li qed igawdu wara ka Konġunt tal-Kummissjoni Ewro- ma foqra f ’pajjiżna, anke jekk din disa’ snin ta’ tmexxija Laburista pea, huma biss 1.5% tal-popolazzjoni in-narrattiva tonqos milli tispjega li
r-riskju tal-faqar hu indikatur li diffiċli tinterpreta. Pereżempju, jekk nassumu li hemm tliet nisa f ’popolazzjoni, waħda minnhom ma taħdimx, waqt li t-tnejn l-oħrajn, waħda taqla’ iżjed mill-paga medja u l-oħra inqas minn 60% tal-paga medja. Għall-fini tar-rata tal-in-work poverty, waħda minn tnejn taqla’ inqas minn 60% tal-paga medja u l-mara l-oħra tiġi eskluża la ma taħdimx. Jekk din tal-aħħar tibda taħdem u d-dħul tagħha jkun inqas minn 60% tal-paga medja, awtomatikament tikkonkludi li s-sitwazzjoni hi aħjar ladarba n-nisa kollha qed jaħdmu. Għandek raġun u żball fl-istess ħin. Raġun għax id-dħul disponibbli hu aħjar minn qabel, iżda żball fit-termini tar-riskju ta’ faqar, għax issa hemm żewġ nisa minn tlieta fil-kategorija tal-in-work poverty. Bażikament, għal dan l-indikatur, it-tliet nisa kienu aħjar meta kienu agħar. Mistoqsija oħra Parlamentari filfatt enfasizzat ukoll problema oħra b’dan l-indikatur tal-in-work poverty, għax mit-tweġiba tagħha jiġi
07
06.02.2022
€9,000 MILL-2012 DĦUL DISPONIBBLI KUMPLESSIV TAL-FAMILJI Sena 2012 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020
€ miljuni 3,494 3,669 3,942 4,226 4,343 4,945 5,225 5,604 6,468
DĦUL DISPONIBBLI MEDJU TAL-FAMILJI Sena 2012 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020
€ 22,379 23,498 24,730 25,960 26,247 27,466 27,830 28,505 31,266
nnotat li l-pajjiż bl-ogħla rata ta’ inwork poverty hu l-Lussemburgu bi 11.9% jew 4.5% iżjed minn Malta. Issa dan ma jfissirx li l-ħaddiema fil-Lussemburgu huma agħar mill-Maltin. Fil-verità, il-Ministru Falzon spjega kif il-paga minima f ’dan il-pajjiż hi ta’ €2,708 fix-xahar, li hi wkoll ogħla mill-paga medja f ’pajjiżna, aħseb u
TIDDISKUTI
ara l-paga minima tagħna. Għalhekk biex tifhem aħjar il-prevalenza tal-faqar f ’xi pajjiż mhuwiex faċli daqskemm taqra tabella tal-Eurostat f ’dan ir-rigward. Hi meħtieġa analiżi fil-fond li anke tqabbel numru ta’ indikaturi relatati. Hu ċar li anke l-Kummissjoni Ewropea qed tifhem dan u kif interpretazzjoni żbaljata tal-istatistika tista’ twassal għal deċiżjonijiet ħżiena mill-gvernijiet rispettivi. Tawgura tajjeb l-introduzzjoni ta’ riċerka ġdida dwar baġits minimi għal ħajja diċenti għax turi iżjed l-importanza li l-prezzijiet ta’ affarijiet u servizzi essenzjali jibqgħu baxxi. Meta wieġeb kemm kienet ir-rata u n-numru ta’ persuni mċaħħdin materjalment u materjalment severament kull sena mill-2012 lil hawn, il-Ministru Falzon qal li r-rata ta’ dawk f ’ċaħda materjali naqset minn 19.4% fl-2012 għal 8.7% fl-2020, waqt li r-rata ta’ dawk f ’ċaħda materjali severa naqset minn 9.5% fl-2012 għal 3.3% fl-2020. Dan ifisser tnaqqis ta’ 36,463 persuna f ’ċaħda materjali, li minn 80,196 fl-2012 niżlu għal 43,733 fl2020, u tnaqqis ta’ 22,617-il persuna f ’ċaħda materjali severa, li minn 39,253 fl-2012 niżlu għal 16,636 fl2020. Falzon saħaq li dan it-titjib ġie rreġistrat minkejja żieda sostanzjali fil-popolazzjoni tagħna fl-aħħar snin. Mistoqsi jekk jikkonfermax li l-istudju tal-Joint Research Centre fuq faqar assolut hu indikazzjoni tal-andament pożittiv li joħroġ anke mill-istatistika dwar dawk f ’ċaħda materjali severa, il-Ministru wieġeb li, bir-rata ta’ 1.5% ta’ dawk li m’għandhomx dħul biżżejjed għal livell minimu ta’ għajxien, Malta tinsab fl-aħjar pożizzjoni minn fost il-pajjiżi kollha Ewropej. “L-istatistika ta’ dawk f ’ċaħda materjali severa tindika rata ta’ 3.3% għal pajjiżna. Din ukoll hi fost l-inqas madwar l-UE u hija terz tar-rata li pajjiżna kellu fl-2013. Għalhekk jirriżulta li ż-żewġ kejl differenti, sostanzjalment jaqblu fl-analiżi tagħhom dwar il-popolazzjoni tagħna,” tenna Dr Falzon.
“RAJNA PERSUNA TINBIDEL U TOĦROĠ IL-KARATTRU” Sidt ta’ negozju tirrakkonta l-esperjenza sabiħa li timpjega persuna b’diżabilità … żieda ta’ 419 li bdew jaħdmu fl-2021 “Għalina hu ta’ sodisfazzjon kbir li nimpjegaw magħna żewġ persuni b’diżabilità. Fil-fatt, wieħed minn dawn iż-żewġ persuni ilu jaħdem magħna għall-aħħar sena u nofs u rajna fih bidla kbira.” Hekk sostniet Doreen Cutrona, id-Direttur Maniġerjali ta’ kumpanija li tħaddem żewġ persuni b’diżabilità. F’kummenti lil din il-gazzetta, hi spjegat kif matul din is-sena u nofs din il-persuna rnexxielha toħroġ il-vera karattru tagħha. Cutrona spjegat li meta din il-persuna bl-awtiżmu bdiet taħdem magħhom, kienet vera magħluqa fiha nnifisha u bilkemm kienet titkellem. B’differenza, illum għamlet il-ħbieb u l-kollegi jqisuha bħala parti minnhom. Għalhekk, din il-persuna tħossha kuntenta u tmur tajjeb mal-kumplament tal-istaff. Id-Direttur Maniġerjali spjegat li bħala negozju ngħataw l-għajnuna mill-Gvern biex b’hekk dan l-individwu seta’ jitgħallem ix-xogħol bil-mod, filwaqt li l-kumpanija ma marritx lura minn xogħolha. Barra minn hekk, spjegat li l-bidla f’din il-persuna kienet tant kbira, li anke meta kienu jmorru job coaches biex jaraw kemm qed jitgħallem, baqgħu mistagħġbin u sabu quddiemhom persuna totalment differenti. Fl-aħħar ħames snin, l-ammont ta’ persuni b’diżabilità li daħlu jaħdmu fis-suq tax-xogħol żdied b’25%. Dan żvelatu l-Ministru għall-Inklużjoni, il-Kwalità tal-Ħajja u l-Volontarjat, Julia Farrugia Portelli li waqt il-programm televiżiv AWLA spjegat kif sa Novembru li għadda kien hemm 4,391 persuna b’diżabilità li għandhom impjieg. Dan ifisser li l-ammont ta’ persuni b’diżabilità li jaħdmu
żdied b’419-il persuna mis-sena ta’ qabel; żieda ta’ 11% mis-sena ta’ qabel u 25% minn ħames snin ilu. Dan kollu seħħ minkejja li pajjiżna, flimkien mal-kumplament tad-dinja, għaddej minn pandemija u allura hemm ċerti sfidi li qegħdin jiffaċċjaw ċerti setturi, fosthom anke l-persuni b’diżabilità li huma fost dawk l-aktar vulnerabbli. Dan kollu ma seħħx b’kumbinazzjoni, iżda peress li Malta hi fost dawk il-ftit pajjiżi fejn meta persuna b’diżabilità ssib xogħol, din xorta tibqa’ tieħu l-benefiċċju tad-diżabilità. Barra minn hekk, il-Gvern qed jassisti lin-negozji biex jinċentivahom ħalli jimpjegaw persuni b’diżabilità. Dwar dan, il-Ministru Julia Farrugia Portelli qalet li bil-fatti, dan ilGvern jemmen u jinvesti fil-persuni b’diżabilità. Spjegat kif din is-sena l-Gvern qed jagħmel l-akbar investiment fil-baġit għal dan is-settur billi alloka €50 miljun, filwaqt li qed ikompli jgħin lil persuni b’diżabilità biex ikunu aktar indipendenti u narawhom aktar fid-dinja tax-xogħol. Dan billi anke jipprovdilhom servizzi ta’ inklużjoni fil-komunità.
ILLĦAMIS 10 TA’ FRAR 8:35PM
IS-SATIRA TIDDISKUTI
IRRRELIĠJON U LLFIDI
IL-HAMIS 11 TA’ NOVEMBRU 8:35PM
Ritratt: PIERRE SAMMUT/DOI
08
06.02.2022
IL-MIŻURI JONQSU IŻJED Aktar tnaqqis fil-miżuri res trittivi tal-pandemija tħabbru nhar il-Ġimgħa mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għasSaħħa Chris Fearne. Dan jikkumplimenta sensiela oħra ta’ rtirar fir-restrizzjonijiet impos ti mal-Ewropa kollha minħabba l-varjant Omicron u li f’pajjiżna se jitneħħew minn għada stess. Id-Deputat Prim Ministru qal li, jekk ir-riżultati jibqgħu f’din it-tendenza attwali, minn ġimagħtejn oħra l-kwarantina għall-persuni li jkunu f’kuntatt ma’ xi ħadd pożittiv, li ma jgħixux fl-istess residenza u li jkunu fil-pussess ta’ ċertifikat talvaċċin validu, se tinżel minn sebat ijiem għal ħamest ijiem bi swab test fl-aħħar jum li jirriżulta fin-negattiv. Dan japplika wkoll għat-tfal ta’ bejn il-5 u l-11-sena li għandhom iċ-ċertifikat tal-vaċċin. Eventwalment, fi żmien opportun il-kwarantina tal-kun-
tatti primarji se tinqata’ wkoll, saħaq Fearne, li enfasizza li dan hu wkoll riżultat tal-fatt li 78% tal-adulti residenti f’pajjiżna tlaqqmu bil-booster, u 40% tat-tfal ta’ bejn il-5 u l-11-il sena ħadu mqar l-ewwel doża talvaċċin. Hu mbassar ukoll li mill-1 ta’ April tiġijiet, b’mistednin li jkollhom iċ-ċertifikat talvaċċin, jistgħu jospitaw sa 300 persuna bilwieqfa jew 500 persuna bilqiegħda. L-avvenimenti bilwieqfa huma stmati li jerġgħu jkunu permessi lejn it-tieni nofs ta’ April 2022. Ta’ min ifakkar ukoll li, minn għada, se jitneħħa l-bżonn taċ-ċertifikat tal-vaċċin biex tidħol f’restorant, snack bar u każin, waqt li se jkunu estiżi l-ħinijiet ta’ viżitaturi ta’ Mater Dei matul in-nofstanhar ta’ filgħodu. Se titneħħa wkoll il-miżura li f’dar residenzjali ma jistax ikun hemm persuni
minn iżjed minn erba’ households. Mill-14 ta’ Frar, imbagħad, se jitneħħa wkoll l-użu mandatorju taċ-ċertifikat tal-vaċċin biex persuna tidħol f’barijiet, swali taċ-ċinema, teatri, gyms u ċentri tal-fitness, pools, spas u saunas. Min-naħa l-oħra, persuni li jaslu f’pajjiżna b’permess ta’ xogħol approvat, li jipprov du residenza fissa u li huma fil-pussess ta’ ċertifikat validu tal-vaċċin, jistgħu japplikaw biex jagħmlu l-kwarantina marbuta mal-ivvjaġġar, jekk inhu l-każ, fir-residenza msemmija. Mill-14 ta’ Frar ukoll, ilkwarantina marbuta ma’ persuni li jivvjaġġaw minn pajjiżi fil-lista l-ħamra skura u li jkunu fil-pussess ta’ ċertifikat talvaċċin validu, se tinżel minn 14il ġurnata għal 10 ijiem. Nhar il-Ġimgħa, id-Deputat Prim Ministru fakkar li dan kol-
09
06.02.2022
MINN GĦADA lu hu parti minn pjan tal-Gvern u l-awtoritajiet tas-saħħa fittriq lejn in-normalità. Aktar tnaqqis fil-miżuri restrittivi jkomplu jitħabbru skont il-pjan Dan kollu huwa imfassal u wkoll skont parti minn pjan il-qagħda fil-pajjiż, li aktar ma jmur aktar dettaljat tal-Gvern u qed titjieb. l-awtoritajiet tas-saħħa Fil-fatt, waħda millfit-triq lura lejn aħħar miżuri ta’ dan ilpjan diġà ġiet imħabbra, in-normalità dik li se jsiru l-festi minn April u l-Karnival f’Mejju, kif kienu jsiru qabel il-pandemija. Id-Deputat Prim Ministru spjega li n-numru ta’ traż saru skont ix-xjenza u biex missjonijiet tal-virus nieżel u jipproteġu s-saħħa tal-poplu r-rata ta’ pożittività naqset ak- Malti u Għawdxi. tar minn nofs, waqt li qegħdin Wara li anke internazzjonalisiru mat-3,000 test kuljum. ment issemmiet ħafna r-raba’ lt-tilqim tal-booster u t-tnaq doża, Fearne tenna li hemm qis fl-infezzjonijiet wassal ukoll qbil bejn il-Ministri tal-Unjoni għar-rilaxx marbut maċ-ċerti Ewropea u l-Aġenzija Ewrofikat tal-vaċċin. pea tal-Mediċini li s’issa din Il-miżuri restrittivi dejjem m’hemmx bżonnha.
SERVIZZ.GOV JASSISTI IŻJED ELUF TA’ KLIJENTI Fir-raba’ kwart tas-sena li għaddiet, ġew irreġistrati ftit inqas minn 65,000 żjara fl-24 ċentru reġjonali u fiż-żewġ ċentri tekniċi li servizz.gov għandu f’Malta biex jassisti liċ-ċittadini fuq firxa wiesgħa ta’ servizzi governattivi. L-aktar tliet ċentri reġjonali li laqgħu persuni kienu taż-Żejtun, ta’ Ħal Qormi u tal-Mosta. Fi stqarrija, l-aġenzija servizz.gov ħabbret ukoll li fl-istess perjodu inawgurat ċentru reġjonali ġdid fis-Siġġiewi, waqt li offriet assistenza fil-gżira Għawdxija fl-istampar taċ-ċertifikat tal-vaċċin talCOVID-19. Jingħad ukoll li, matul Ottubru, Novembru u Diċembru, il-Freephone 153 wieġeb total ta’ 196,029 telefonata, bl-akbar għadd ta’ mistoqsijiet ikunu dwar is-sigurtà soċjali. F’Novembru, dan il-Freephone ukoll beda jirċievi telefonati
li jittrattaw il-ħidma tar-Regolatur għasServizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS). Ħarsa lejn il-one-stop-shop online turi li s-sit elettroniku tiegħu (servizz.gov. mt) baqa’ mfittex mill-klijenti u fir-raba’ kwart tas-sena, is-sit ġie aċċessat iżjed minn 280,000 darba. In-numru totali ta’ downloads ta’ mobile apps permezz tal-maltapps launcher kien ta’ 9,910, waqt li l-iktar app popolari kienet dik ta’ COVID Alert Malta, li tniżżlet 2,968 darba. L-istqarrija ħabbret ukoll li, f’dan il-perjodu, kienu ntbagħtu aktar minn 12,500 email fuq servizz@gov.mt u Ottubru kien l-aktar xahar li fih l-aġenzija rċeviet korrispondenza simili. Ta’ min ifakkar li servizz.gov għandu preżenza wkoll fuq il-midja soċjali kemm fuq Facebook kif ukoll fuq Instagram.
10
06.02.2022
IR-REBĦA LI JMISS!
JEAN CLAUDE MICALLEF Membru Parlamentari
Jekk hux għat-tim nazzjonali Malti, jekk hux għall-Partit Laburista jew għall-ġenerazzjoni tagħna u għal li ġejjin hemm direzzjoni waħda rebbieħa: dik sportiva. Sakemm se nibqgħu nixtiequ u nittamaw jew nibqgħu dilettanti fl-approċċ tagħna se jkollna biss riżultati inkonsistenti f’setturi varji, u dan mhux biss fil-qasam sportiv. Forsi għal xi wħud jaħsbu li l-politika li nixtieq nimbotta
hi biss għal min hu sportiv. Anzi, hi mmirata għal min mhuwiex; għall-maġġoranza tagħna l-Maltin. In-nuqqas ta’ kultura sportiva li kibret magħna u kabbritna wasslitna għal sitwazzjonijiet psikoloġiċi, soċjali, ambjentali u ekonomiċi. Liema sitwazzjonijiet jiswewlna mhux biss sforzi u piżijiet finanzjarji imma wkoll effetti negattivi li jwassaluna biex il-kejl ta’ ġudizzju tagħna jkun limitat. Għaldaqstant, qabel ma tittieħed deċiżjoni ta’ direzzjoni politika li nindirizzaw il-kawża mill-għeruq, il-kejl tar-rebħ u s-suċċess se jibqa’ ta’ li hu, b’perjodi li ma jtulux ġenerazzjonijiet. L-ewwel skuża tibqa’ ċ-ċokon ta’ pajjiżna. Hemm nonqsu fil-kobor tal-ħiliet individwali. It-tieni skuża tkun ilbiża’ għall-bidla lejn mentalità rebbieħa bil-kunċett ikun li ‘trid tikkuntenta bli għandek’. Il-qabża lejn
l-eċċellenza ma ssirx bl-istatus quo. It-tielet skuża hi l-ippjanar sa mneħirna. Sal-lum il-kejl tas-suċċess hu meqjus biss bil-finanzi f’assi u f’banek mhux bil-kwalità tal-ħajja li ngħixu. L-ewwel soluzzjoni hi li ninvestu bis-sħiħ, li jkollna poplu kolt li japprezza x’kisbu ta’ qabilna, jagħraf il-potenzjal tiegħu u jimrah lejn orizzonti ġodda li jsawru lil kull individwu. Dan iwassalna biex nevitaw li naċċettaw
il-medjokrità f’kollox. It-tieni hu li noħolqu mentalità kompetittiva bbażata fuq dixxiplina, impenn u kejl ta’ prijoritajiet. B’hekk persuna tinvesti fiha nnifisha qabel ma tinġarr minn reklamar u ismijiet ta’ ditti għallfeel good factor. Kull ċittadin ikollu sens of belonging ikbar lejn dak li sawwarna b’aktar għożża għal deċiżjonijiet li nikkunsidraw għall-futur tagħna personali u għall-komunità li ġejjin minnha. It-tielet hi li l-politiku
L-ewwel soluzzjoni hi li ninvestu bissħiħ, li jkollna poplu kolt li japprezza x’kisbu ta’ qabilna, jagħraf il-potenzjal tiegħu u jimrah lejn orizzonti ġodda li jsawru lil kull individwu
joħloq ekosistemi li jrendu fl-immedjat u jiffjorixxu f’sostenibilità. Liġijiet li jippremjaw aktar milli jikkastigaw. Miżuri li jinċentivaw l-instigazzjoni ta’ ħsieb, l-innovazzjoni u s-sanità tas-soċjetà fuq kull aspett aktar milli jaraw li jikkonservaw qafas tradizzjonali u jaċċettaw ideat anċillari. Il-gwadann jissarraf f’ekonomija li trendi b’introjtu ġdid, ħolqien t’impjiegi imma fuq kollox individwi li jkollhom standards ogħla fil-konsum, fid-divertiment u fil-livell t’għajxien. Soċjetà sportiva hi aktar rispettuża, aktar b’saħħitha u b’hekk ekonomika fejn tidħol spiża medika. Fuq kollox nimxu lejn soċjetà Maltija li ma tbaxxix rasha b’inferjorità għax ċkejkna imma li tbaxxi rasha biex taħdem iktar fit-titjib tagħha nnifisha għax għandna ħafna x’nirbħu. Dik hi r-rebħa li jmiss li rridu nagħmlu bħala Tim Malta.
POLITIKA SENSITTIVA GĦAR-REALTAJIET TAL-FAMILJI
NAOMI CACHIA Kandidata fis-7 Distrett
Ma nafx kemm il-bieb ħabbatt matul din il-kampanja: wara kull bieb ikun hemm storja. Kull familja għandha r-realtajiet differenti tagħha u nħossni verament privileġġata li tagħżlu li taqsmuhom miegħi, kemm il-mumenti sbieħ u s-suċċessi tagħkom, kif ukoll id-diffikultajiet. Bħala kandidati u politiċi, irridu nżommu f’moħħna li l-Maltin u l-Għawdxin ma jridux min iwegħedhom
ġenna tal-art: kulma jridu hi politika ġenwina u sensittiva għall-bżonnijiet tal-familji u tan-negozji tagħna, u jridu li r-rikonoxximent tal-isfidi kollettivi tagħna ma jsirx biss bil-paroli, imma li l-Gvern jaġixxi fil-mument opportun. Allura, kemm ħadt pjaċir nara din il-ġimgħa lill-Prim Ministru Robert Abela, u lill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana jħabbru l-għajnuniet addizzjonali permezz taċ-ċekkijiet tar-rifużjoni tat-taxxa u ċekk addizjonali li se jfisser investiment dirett fil-bwiet tagħna fiż-żmien li ġej. Xħin smajt l-aħbar tbissimt – mhux biss għax se jasalli ċ-ċekk – imma għaliex tfakart f’kemm-il darba fl-aħħar xhur esprimejtu miegħi kemm imnalla li f’dan iż-żmien li għaddejjin minnu, ta’ pandemija, inċertezzi u sfidi internazzjonali b’żidiet fil-prezzijiet ta’ affarijiet essenzjali, għandna Gvern Laburista. Gvern li ħarisna, li ma taniex dahru, li ma ħal-
liniex inġorru dawn il-piżijiet waħedna. Anzi! Minflok innega l-isfidi li qed naffaċċjaw u ħasel idejh, xammar il-kmiem u għal darb’oħra, il-Gvern Laburista wera l-intenzjoni tiegħu li jibqa’ jkun deċiżiv, u jagħti imbuttatura oħra lill-ekonomija. Il-Gvern ta’ Robert Abela ħa t-timbru ta’ wieħed li minkejja s-sitwazzjoni diffiċli li sab ma’ wiċċu, żammna għaddejjin. Ir-riżultati li ksibna fl-aħħar sentejn, napprezzawhom iktar, speċjalment l-inqas rata ta’ qgħad
fl-istorja ta’ pajjiżna, l-inqas nies fuq il-waiting lists għall-akkomodazzjoni soċjali, u t-tnaqqis tad-dipendenza fuq l-assistenza soċjali: Dan hu l-legat ta’ Robert Abela. Kburija ferm b’dawn il-marki ta’ suċċess li huma l-ikbar turija li l-Gvern qiegħed hemm biex jagħmel differenza pożittiva fil-ħajja tal-familji tagħna. Dan kollu napprezzah iżjed meta nqis l-alternattiva. Mal-Partit Nazzjonalista l-istorja tgħallimna li magħhom irridu nistennew politika
Ir-riżultati li ksibna fl-aħħar sentejn, napprezzawhom iktar, speċjalment l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja ta’ pajjiżna, l-inqas nies fuq il-waiting lists għall-akkomodazzjoni soċjali
t’awsterità, u dan jikkonfermah sal-lum Bernard Grech bi kliemu stress meta jikkritika l-Baġit u l-miżuri li ħa l-Gvern biex ħa ħsiebna matul il-pandemija. Tberbiq ta’ flus qalilna! Ċertifikat li jinbidlu kemm jinbidlu kapijiet Nazzjonalisti, meta tagħsarhom, jibqgħu l-istess. Illum, minflok addottajna politika tad-dlam u ta’ qtigh il-qalb, rajna kif ħaddanna politika ta’ tkabbir ekonomiku. Fi żminijiet diffiċli, jien ma rridx Gvern li jgħidli li ser jgħolli l-kontijiet mill-qalb, imma rrid Gvern li jkun ta’ wens u li se jmexxi lil pajjiżi lejn żminijiet aħjar. U allura – iva, nibqa’ ottimista. Irridu nirrikonoxxu dawk l-oqsma fejn għadna ma wasalniex; imma anke hemmhekk, ċertament li wrejna li dan huwa Partit u Gvern b’viżjoni ċara, deċiżiv fejn hemm bżonn, b’rieda li nkomplu naħdmu għal Malta iżjed ħanina u ġusta ma’ kulħadd. Inxammru l-kmiem u nkomplu naħdmu.
11
06.02.2022
STATISTA LI JGĦAQQAD
BYRON CAMILLERI Ministru
Tista’ tkun mexxej. Tista’ tkun kap. Iżda mhux bilfors tkun statista. Tkun statista u ssir statista għax tbiddel, għax tmexxi u għax iġġib ir-riżultati. F’sentejn Robert Abela stabbilixxa ruħu bħala statista, Mexxej u Prim Ministru riformista, li ddeċieda meta kien meħtieġ u ma ddejjaqx ikun ambizzjuż fi żmien fejn id-dinja kienet qed tara kif se tibqa’ fil-wiċċ konsegwenza tal-pandemija. Aktar minn hekk, Robert Abela wera kif jista’ jkun dan kollu mingħajr ma jifred, iżda
billi uża l-abbiltajiet tiegħu biex jgħaqqad. Din hija xi ħaġa kruċjali. Meta ngħixu f’pajjiż fejn l-avversarji politiċi jmexxu biss politika ta’ firda u tribaliżmu għax jemmnu li jistgħu jkunu alternattiva biss billi jattakkaw u mhux jipproponu, forsi tkun aktar faċli li toħroġ il-bnadar u t-tnabar tal-gwerra milli tipprova tagħmel il-politika. Dan huwa pajjiż li għal ħafna żmien issa, kellek Oppożizzjoni li riedet tieħu lil Malta lura għaż-żmien fejn jgħodd biss jekk intix aħmar jew blu. Mhux faċli tirreżisti din, iżda tul dawn is-sentejn Robert Abela hekk għamel. F’dawn ix-xhur seta’ ġab kull skuża kieku ried milli jaħdem u jbiddel. Minkejja t-tsunami COVID-19 xorta waħda ħa ħsieb affarijiet daqstant importanti, xorta waħda ppilota bidliet tant mistennija f’ħajjet il-familji. F’dawn is-sentejn. Ħa ħsieb is-saħħa tan-nies, billi assigura li dan il-pajjiż ikollu biżżejjed vaċċini u dawn waslu prattikament mill-ewwel biex ingħataw l-ewwel, it-tieni u t-tielet doża filwaqt li ngħataw b’donazzjoni
eluf oħra lil pajjiżi li kellhom bżonn daqqa ta’ id. Prim Ministru li ħa ħsieb ix-xogħol tal-Maltin u tal-Għawdxin. Gvern li ħallas eluf ta’ pagi biex eluf ta’ ħaddiema jibqa’ jkollhom impjieg u l-għajxien ta’ kuljum fl-istess waqt li ġew salvati eluf ta’ negozji u investimenti li min jaf kemm ħadu xogħol u sagrifiċċji biex saru. Prim Ministru li filwaqt li kien qed iħares il-preżent tax-xogħol f’pajjiżna, ħares ukoll lejn il-futur. Ħabrek biex jinġieb aktar investiment lejn pajjiżna billi kienu megħjuna dawk il-kumpaniji li diġà kienu stabbiliti f’Malta iżda li riedu jespandu l-operat tagħhom u anke dawk il-kumpanji ġod-
da, minn diversi oqsma li raw f’Malta opportunità ta’ negozju u kummerċ. Prim Minstru riformista. Iddaħħlu bidliet u riformi bla preċedent fil-qasam kostituzzjonali sabiex issaħħew ħafna aktar l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna. Riforma sħiħa sabiex iddaħħlu emendi legali sabiex is-sess sottorappreżentat fil-Parlament jingħata leħen ferm ikbar. Riforma sabiex ikun permess l-użu responsabbli tal-kannabis. Għalhekk Prim Ministru deċiżiv. Fiż-żmien li ġej, matul din is-sena, tiġi meta tiġi, il-poplu Malti u Għawdxi se jerġa’ jkollu għażla oħra quddiemu x’jagħmel. L-għażla mhix waħda
Prim Ministru li ħa ħsieb ix-xogħol talMaltin u tal-Għawdxin. Gvern li ħallas eluf ta’ pagi biex eluf ta’ ħaddiema jibqa’ jkollhom impjieg u l-għajxien ta’ kuljum
sempliċi bejn żewġ partiti biss, lanqas hija għażla bejn żewġ mexxejja. Hija għażla ta’ fejn irridu nieħdu lill-pajjiż għada, iżda anke ta’ f’liema direzzjoni rridu nsuqu fil-preżent. Jiena nemmen li l-poplu Malti u Għawdxi se jkun qed ipoġġi kollox fuq il-miżien. Se jixtarr kull kelma li tingħad u se jqis kull azzjoni. Ċert li l-poplu Malti u Għawdxi se jkun qed jerġa’ jagħżel il-Partit Laburista. Dan se jagħmlu mhux għax għandna xi dritt li niggvernaw, lanqas minħabba s-sondaġġi, għax kull elezzjoni tibda fi dro, iżda għax fil-kwiet ta’ djarhom in-nies, iħarsu lura lejn dawn is-sentejn ta’ Robert Abela u ċert li se jagħżlu; l-għaqda fuq il-firda; Malta fuq il-ħsara barra; ix-xogħol fuq il-qgħad; l-investiment fuq il-qtigħ il-qalb; il-pożittività fuq in-negattività; ir-riformi u l-bidliet fuq ilbaħħ; Robert Abela, Prim Ministru għax jaraw fih statista li jgħaqqad lil dan il-pajjiż u mhux jifirdu.
MERĦBA FL-IMQABBA
OMAR FARRUGIA Kandidat fil-5 DIstrett
Huwa ta’ sodisfazzjon għalina l-Imqabbin li l-Prim Ministru Robert Abela llum se jkun fostna sabiex jindirizza l-attività politika tiegħu u jkompli jurina t-triq ’il quddiem għal pajjiżna. Dawk li ser jiġu jżuruna, se jindunaw li l-Imqabba li għandna llum hija ferm differenti mill-Imqabba li ħafna kienu jaraw ftit ta’ snin ilu. Bħala Sindku ta’ dan irraħal żgħir bi storja kbira nħossni kburi li flimkien ma’ sħabi naħdmu ta’ kuljum sabiex intejbu l-għajxien u nsebbħu lil din il-komunità tant għal qalbna. Lura għall-2019,
bħala Kunsill elett ġdid, emminna fil-kontinwità sabiex inkomplu nsaħħu t-tajjeb li sar u li kien pjanat u ntejbu dak li ma kienx daqstant konvinċenti. Ridna li nagħtu ħajja ġdida lir-raħal tagħna b’ħafna proġetti siewja li jien ċert li qegħdin jirriżultaw f’ħajja aħjar lir-residenti kollha tal-Imqabba. Grazzi għal dan il-Gvern Laburista li emmen fil-potenzjal kbir li dan il-villaġġ fin-Nofsinhar ta’ pajjiżna għandu x’joffri. Bis-saħħa tal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, il-proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ tisbiħ u li tissolva l-problema tal-għargħar fil-pjazza u l-madwar, kien wieħed mill-ewwel proġetti li skatta, wara xhur ta’ diskussjonijiet ta’ tħejjija u preparazzjoni sabiex jiġi implimentat. Inizjattiva oħra li ġiet fis-seħħ bi qbil mar-residenti, każini tal-baned u dawk politiċi kif ukoll bars kummerċjali, kienet li darba għal dejjem jitneħħew il-wires u l-cables tad-dawl minn mal-faċċati. Proġett maħsub, bi pjan ċar u konkret, sabiex illum nist-
għu ngawdu waħda mill-isbaħ pjazez f’pajjżna. Wara snin twal minsija, u li amministrazzjonijiet passati ħallew fuq l-ixkaffa għal għexierien ta’ snin, dan ilGvern b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Kunsill Lokali, ta l-ħajja lil numru ta’ toroq importanti oħrajn – dawk arterjali, residenzjali kif ukoll rurali. Fost dawn ma nistax ma nsemmix, il-bypass - Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija, li fuq inizjattiva wkoll tal-Kunsill Lokali u bl-għajnuna ta’ Fondi Ewropej, investejna fl-akbar proġett ambjentali tul il-medda tat-triq kollha b’siġar indiġeni u arbuxelli, li jissaqqew b’sistema ta’ irrigazzjoni. Insemmu wkoll Triq il-Qrendi, Triq il-Familja Brancati kif ukoll l-ewwel parti bit-twessigħ u wiċċ ġdid fi Triq ta’ Ħal Farruġ, fost ħafna oħrajn. Però fuq kollox, Triq Valletta jew kif nafuha aħna t-triq tas-siġar. Huwa ta’ sodisfazzjon kbir li tara din l-arterja importanti li kisbet l-ammirazzjoni ta’ kull min jgħaddi minnha, partikolarment għas-sistema sabiħa ta’ dawl li ġiet installata fiha kif ukoll
bit-tħawwil ta’ diversi siġar u arbuxelli ġodda li żdiedu ma’ dawk li kien hemm u baqgħu hemm tul it-triq kollha. Matul dawn l-aħħar sentejn u nofs, ħadna ħsieb ukoll il-wirt storiku tar-raħal tagħna, li bl-għajuna tal-iskema Insaħħu l-Wirt Kulturali, tajna prominenza għar-restawr tal-Kappella ta’ Santa Katarina, proġett li kompla jikkumplimenta s-sbuħija li rnexxielna noħolqu fil-qalba tal-lokal tagħna kif ukoll għar-restawr tan-niċċa ta’ Santa Marija. Riċentement, grazzi għall-iskema Proġetti fil-Komunità 2022, ksibna €80,000 sabiex nibdew ir-restawr tal-Isptar il-Qadim li hu ferm għal qalb l-Imqabbin. Għax konxji mill-fatt li n-nies ma jgħixux biss bit-toroq sbieħ u tajbin, tajna importanza wkoll lill-ispazji miftuħa fir-raħal tagħna bħalma għamilna bit-tisbiħ u l-Open Gym fi Ġnien Tfal ir-Raħal, li grazzi wkoll għall-iskema Freedom to Live, irnexxielna niksbu €5,000 sabiex ninstallaw l-ewwel bandla f’Malta li tista’ tintuża minn persuni b’diżabilità bl-
użu tal-wheelchair. Wettaqna ħafna, però fadlilna ħafna iżjed x’nagħmlu u nwettqu flimkien fiżżmien li ġej. Dan ser inkunu nistgħu nkomplu nagħmluh bil-fiduċja li ser jagħtina l-poplu Malti u Għawdxi fiżżmien li ġej. Grazzi għall-appoġġ sħiħ tal-Prim Ministru Robert Abela li kien hu stess li inkoraġġieni sabiex issa nagħmel il-pass li jmiss fil-mixja politika tiegħi. Ninsab lest sabiex inkompli nkun il-vuċi mhux biss għall-Imqabbin iżda wkoll għar-residenti kollha tal-Ħames Distrett. Konvint li b’din l-enerġija żagħżugħa ser inkompli nkun ta’ leħen għal kulħadd. Ser inkompli nkun qribkom u dejjem magħkom, għaliex jiena wieħed minnkom. Gvern Laburista wera bil-provi kemm hu lest jappoġġja lill-irħula u lill-ibliet tagħna f’dak kollu li nagħmlu biex titjieb il-ħajja taċ-ċittadini. U hekk ser nibqgħu nagħmlu fiż-żmien sabiħ li għandna quddiema. Prim Ministru – Merħba fl-Imqabba u Merħba filĦames Distrett.
12
06.02.2022
PARTIT LABURISTA LI HU ĦAJ CHRIS GRIMA
KANDIDAT GĦALL-1 U S-7 DISTRETT MIN HU CHRIS GRIMA? It-tieni fost tliet aħwa, Chris irċieva l-edukazzjoni fil-kulleġġ ta’ De La Salle u kompla bl-istudji ġewwa l-Università ta’ Malta. Għandu Diploma fil-Liġi tal-Proċedura u wkoll fil-Business & Industrial Administration li permezz tagħha huwa wkoll Membru tal-London Chamber of Commerce and Industry. Iservi fuq il-Controlled Companies Appeals Board u huwa Deputat Ċermen ta’ Dar il-Mediterran Għall-Konferenzi. PROFESSJONI - Wara karriera ta’ ’l fuq minn 20 sena jaħdem għal rasu bħala konsulent fis-settur talmanagement u public relations, fejn fl-aħħar snin kien jispeċjalizza fis-settur turistiku, riċentement ingħaqad mas-Servizz Pubbliku fejn jaħdem filMinisteru Għall-Finanzi u x-Xogħol.
Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista? Sa minn ċkuniti kelli ġibda lejn il-politika. Kont insegwi dejjem dak li kien għaddej fil-pajjiż. Iktar ma bdejt nikber u nifhem aktar żdiedet il-ġibda lejn l-ideal tal-Partit Laburista li jaħseb fil-ħaddiem u għandu kuxjenza soċjali. Partit li qatt ma beża’ milli jieħu deċiżjonijiet li setgħu ma kinux popolari u forsi wkoll setgħu naqqsu l-voti, però fit-tul kienu ta’ benefiċċju għall-Maltin u l-Għawdxin. Fit-trobbija u l-iżvilupp tiegħi esperjenzajt mill-viċin l-iżvilupp tal-politika Maltija mill-qrib u dan għenni iktar sabiex nifforma t-twemmin politiku tiegħi li b’konvinzjoni nħoss li l-Partit La-
STAT – f’relazzjoni LOKALITÀ FEJN JGĦIX - ir-Rabat IKEL FAVORIT – Ikel tradizzjonali Malti PASSATEMP – mixja fil-kampanja jew ħdejn il-baħar KTIEB FAVORIT – Kotba tal-awtur Dan Brown u bijografiji ta’ politiċi Maltin MESSAĠĠ TA’ ISPIRAZZJONI – Il-bidla ma tiġix jekk nistennew xi persuna oħra jew xi żmien ieħor. Aħna dawk li ilna nistennew. Aħna l-bidla li nfittxu. Barack Obama
burista huwa dan li fih inħossni tajjeb sabiex naħdem għal aktar ġid f’pajjiżna. Ħdimt ma’ diversi personalitajiet u mexxejja; fattur li għen sabiex nifforma iktar it-twemmin soċjalista tiegħi. Meta ħassejt li wasal il-waqt li ma nibqax naħdem wara l-kwinti, iddeċidejt li nikkontesta mal-Partit Laburista. Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li għamel Gvern Laburista fl-aħħar snin? Kienu diversi kisbiet li għamel ilGvern Laburista. Kienu biss disa’ snin li matulhom dan il-Gvern kiseb ferm iktar minn gvernijiet Nazzjonalisti f’25 sena. Gvern Laburista daħħal miżu-
ri fejn ta opportunitajiet ta’ xogħol lill-ommijiet permezz ta’ miżuri bħal childcare u trasport għall-iskejjel b’xejn. Roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, għajnuna lill-koppji li xtaqu jaddottaw u dawk li xtaqu jagħmlu IVF. Il-liġijiet li għadda Gvern Laburista fejn jidħlu drittijiet ċivili fejn Malta kienet waħda minn ta’ quddiem u pajjiżi oħra rawna bħala mudell. Gvern Laburista daħħal diversi riformi li saħħew il-governanza u wera li dan jemmnu bil-fatti mhux biss bil-kliem. Xi ngħidu dwar il-Housing Soċjali? Wara waqfa ta’ 25 sena fejn gvernijiet preċedenti ma ħasbux għal units ta’ Housing Soċjali kien hemm lista ta’ stennija dejjem tiżdied. Gvern Laburista wassal sabiex illum għandna l-inqas lista ta’ stennija. U dan mingħajr ma ttieħdet art barra miż-żona ta’ żvilupp. Gvern Laburista ħoloq ix-xogħol. Minn sitwazzjoni fejn il-qgħad kien dejjem jiżdied, anki f’sena ta’ pandemija Gvern Laburista niżżel il-qgħad għal 1,167, nuqqas ta’ iktar minn 10% ta’ dak li kien fl-2013. Kif baqa’ jiġġedded il-Partit Laburista tul is-snin? Il-Partit Laburista huwa partit ħaj. Dan ifisser li baqa’ jiġġedded tul issnin. Mexa maż-żminijiet u dan jixhdu l-iżvilupp u r-riformi li saru fil-Partit matul l-aħħar snin. Saħansitra f’għeluq il-100 sena mit-twaqqif tal-Partit Laburista, il-Partit ħoloq il-proċess ta’ Mitt Idea; ideat li jservu ta’ gwida għall-Partit biex jiġġedded. Partit politiku jrid jimxi maż-żminijet u dan huwa dak li għamel il-Partit Laburista. Prova ta’ dan huwa wkoll in-numru ta’ kandidati ġodda li jiġbed lejh il-Partit.
Partit politiku jrid jimxi maż-żminijiet u dan huwa dak li għamel il-Partit Laburista. Prova ta’ dan huwa wkoll in-numru ta’ kandidati ġodda li jiġbed lejh il-Partit għaddiet minnu d-dinja waqt pandemija ma ebda gwida jew esperjenza passata. Mandankollu, kien taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela li Malta u Għawdex għaddew minn din il-maltempata li kissret ekonomiji ferm ikbar minn ta’ pajjiżna. Bl-għaqal tad-deċiżjonijiet tal-Prim Ministru Abela, mhux talli ġew salvati l-impjiegi, talli l-qgħad baqa’ nieżel. Malta kienet fost l-ewwel pajjiżi li bdiet il-proċess ta’ vaċċinazzjoni u bl-ikbar rati ta’ amministrazzjoni ta’ dożi tal-vaċċini. Robert Abela wera wkoll it-twemmin soċjalista billi saħaq li ser jagħmel dak li hemm bżonn biex ma jintilfux postijiet tax-xogħol, permezz tal-wage supplement u miżuri li għenu biex il-poplu ma jbatix minn żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-fuels. X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta?
Il-ħolma tiegħi hija li Malta tkun l-għira ta’ pajjiżi ferm ikbar. Malta tista’ tkun il-ġawhra fil-Mediterran. Għalkemm pajjiż żgħir nemmen li Malta m’għandhiex tħares ’il fuq lejn pajjiżi ikbar imma tista’ tkun ta’ eżempju għal pajjiżi oħra. L-istil ta’ ħajja f’Malta u X’impressjoni ħadt mid-deċiżjonijiet l-livell ta’ għajxien f’Malta jkun jattira li ħa Robert Abela fl-aħħar xhur? interess barrani. Nara li Malta tkompli tiżviluppa fil-ħolqien ta’ spazji miftuħa L-aħħar xhur kienu mingħajr preċe- u iktar investiment f’attività favur dent. Ħadd ma seta’ jqabbel dak li ambjent aħjar u aktar sostenibbli.
13
06.02.2022
IL-PL MA JIBŻAX MID-DEĊIŻJONIJIET AMANDA SPITERI GRECH KANDIDATA GĦAT-2 U R-4 DISTRETT MIN HI AMANDA SPITERI GRECH? Omm ta’ żewġt itfal, għalliema li għal snin twal ħdimt f’diversi skejjel statali u llum avukat. Ħdimt għal diversi snin fl-istrutturi tal-Partit Laburista fejn għal iktar minn 20 sena kont parti mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ ONE TV bħala ġurnalista u xandara. Għal diversi snin, kont naqra l-aħbarijiet kemm fuq ir-radju kif ukoll fuq it-televixin. Matul is-sena li għaddiet kont nippreżenta l-programm TVAM fuq ix-Xandir Nazzjonali. Il-ġurnata tiegħi nista’ ngħid li hija mimlija daqs bajda u nipprova nżomm bilanċ bejn ixxogħol u l-ħin id-dar. Nemmen li bħala pajjiż irridu naħdmu id f’id biex niksbu iktar. Dan filwaqt li nagħmlu minn kollox biex min għandu bżonn l-għajnuna tingħatalu. F’ħajti, dejjem kelli r-rieda li nagħmel dak kollu li nista’ biex intejjeb ħajjet in-nies. Dik hi l-missjoni tiegħi u fuq dak il-prinċipju se nkompli naħdem.
PROFESSJONI – Avukat/ Edukatriċi STAT - Miżżewġa LOKALITÀ FEJN TGĦIX - Il-Fgura IKEL FAVORIT – Platt għaġin bil-frott tal-baħar PASSATEMP – Safar għaliex inħobb nitgħallem u nesperjenza kulturi ġodda KTIEB FAVORIT – A Promised Land ta’ Barack Obama MESSAĠĠ TA’ ISPIRAZZJONI – Tagħlaq qatt ilbieb int għax tkun qtajt qalbek. Jekk jingħalaq aħseb f’opportunità jew f’xi ħaġa oħra imma qatt tkun int li ċċedi.
Hawnhekk Robert Abela wera li mhux biss kien lest iżda li kien eċċellenti. Mexxej deċiżiv li jmexxi lil pajjiżna sabiex l-isfidi jibdilhom f’opportunitajiet
Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista?
għamel Gvern Laburista fl-aħħar snin?
Kif baqa’ jiġġedded il-Partit Laburista tul is-snin?
Li nikkontesta mal-PL kienet għażla naturali. Ma ġejtx fil-PL fi żmien il-glorja. Ħdimt f ’diversi oqsma fi ħdan il-PL speċjalment fil-qasam tal-midja, b’mod speċjali fil-qasam ġurnalistiku. Meta ħassejtni lesta biex inservi l-komunità, ma stajtx ma nagħżilx lill-PL għaliex dan huwa l-partit li jħaddan il-valuri soċjalisti u jipproteġi liż-żgħir kif dejjem emmint jien personalment.
Il-PL sa mill-ħolqien tiegħu kien it-tarka tal-batut, il-vuċi talemarġinat u d-difensur ta’ dawk li ma kellhomx kenn. Illum, iż-żminijiet inbidlu imma l-bżonnijiet għadhom hemm f’forma differenti. Ma nistax na nsemmix il-kisbiet il-kbar bħal-liġijet favur persuni LGBTIQ+, l-IVF b’xejn lil dawk il-koppji li qed ifittxu li jsiru ġenituri, is-serħan il-moħħ li l-mediċini qegħdin dejjem hemm u b’xejn u l-għajnuna fi żminijiet diffiċli u straordinarji bħal dawk li ninsabu fihom bħalissa.
Il-PL qatt ma beża’ jieħu deċiżjonijiet kbar sew internament bħala partit kif ukoll fil-Gvern. Rajna tibdiliet kbar fil-mod ta’ kif jitmexxa partit fejn saħansitra rajna bidla sħiħa fit-tmexxija. Bidla li flok firdet, għaqqdet u saħħet iktar il-partit kif ukoll il-Gvern. Il-Partit Laburista fil-Gvern qatt ma ddejjaq ikun innovattiv anke fejn seta’ kien kontra X’impressjoni ħadt bid-deċiżjonijiet l-kurrent popolari. Rajna deċiżjoni- li ħa Robert Abela fl-aħħar xhur? jiet li saħansitra saru l-mudell għal Ma niftakar qatt fl-istorja ta’ dan ilpajjiżi oħra. pajjiż li Prim Ministru sab maltemp ma’ wiċċu f’sentejn daqskemm kellu Robert Abela. Il-fatt li kien ġdid seta’ tefa’ dubju fuq kemm kien ser ikun sod quddiem sentejn ta’ pandemija u l-problemi relatati, apparti sfidi oħra. Hawnhekk Robert Abela wera li mhux biss kien lest iżda li kien eċċellenti. Mexxej deċiżiv li jmexxi lil pajjiżna sabiex l-isfidi jibdilhom f’opportunitajiet. Dan ma narahx jien biss. Jarawh il-maġġor parti tan-nies li, f’sondaġġ wara ieħor jibqgħu juru fiduċja konsistenti fih.
Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li
X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta?
Tifkira sabiħa ħafna tal-aħħar jum li qrat il-bullettin tal-aħbarijiet
Naħseb ħafna dwar aspetti li dejjem nistgħu ntejbu u naħdmu fuqhom. Malta li iktar u iktar lesta li tifhem u taċċetta opinjonijiet differenti. Malta iktar nadifa. Malta b’iżjed spazji miftuħa għal uliedna. Malta li taħdem aktar għall-ambjent. Malta li toffri iktar opportunitajiet. Malta iktar diġitali. Malta li tħares it-tradizzjonijiet. Malta li tibża’ għall-wirt kulturali. Malta li tagħti valur akbar lil diversi ħiliet tan-nies. Il-ħolma ewlenija tibqa’ dik biex flimkien intejbu ħajjet in-nies.
14
06.02.2022
KUMPANIJA MALTIJA TIDDISINJA AKTAR TISBIĦ F’ĠONNA RJALI INGLIŻI
Mizzi Studio joħloq dinja ta’ tagħlim dwar in-natura fi proġett ta’ restorant ġdid f’żona prominenti fil-qalba tal-kapitali Ingliż Il-Family Kitchen & Shop fil-Ġonna Botaniċi Rjali ta’ Kew, li nfetaħ għall-pubbliku dan l-aħħar, joffri spazju interattiv, ikkulurit u mimli fantasija filwaqt li jgħallem lill-viżitaturi dwar minn fejn ġej l-ikel. Ir-restorant, li hu ispirat min-natura tal-ġonna li hu mdawwar bihom, għandu d-disinn tal-kumpanija Maltija Mizzi Studio u jenfasizza l-importanza ta’ sostenibbiltà fil-kultura tal-ikel. Ir-restorant il-ġdid tqassam f’sitt żoni ewlenin ta’ tagħlim: id-diversità, il-ħarifa, ix-xjenza, l-ilma, ix-xemx u r-rebbiegħa. Kull waħda mit-temi ġiet żviluppata biex il-viżitatur jittieħed fuq vjaġġ li bih isir jaf iktar dwar il-produzzjoni, l-ipproċessar u l-preparazzjoni ta’ ikel bnin. Ir-restorant jibda mix-xemx, ix-xita u s-sħab, u l-ibħra li jinfirdu, u jintroduċi l-elementi fundamentali tan-natura involuti fit-tkabbir tal-ikel lill-viżitaturi hekk kif jidħlu fih. Wara jitmexxew għaż-żona tal-ilma għas-sanitizzazzjoni tal-idejn. Din il-parti tenfasizza l-importanza tal-iġjene kif ukoll turi l-proprjetajiet antibatteriċi ta’ pjanti bħal-lavanda u l-iklin. Il-proċess tal-ġerminazzjoni u l-maġija taż-żrieragħ jingħata l-ħajja fiż-żona tar-rebbiegħa. Fiċ-ċentru tal-post tpoġġa forn tal-pizza bil-madum miksi b’periskopji ta’ mirja ħomor li juru frott u ħaxix. Hawnhekk it-tfal jitgħallmu dwar kif isir l-ikel,
imnejn jiġu l-ingredjenti, u kif jagħrfu u jsemmu l-ikel differenti li jagħmel parti mill-ikliet tagħhom. F’din it-taqsima hemm parti fejn it-tfal jistgħu jagħżlu l-ingredjenti għall-pizza tagħhom u b’hekk jiżdied l-għarfien dwar il-proċess tal-produzzjoni tal-ikel. Fl-aħħar nett, il-familji jidħlu f’żona kbira talikel, b’siġra Enset enormi, imdawra b’mirja u weraq imdawwal. F’din iż-żona tal-ikel hemm ukoll żona għall-kwiet fil-forma ta’ tuffieħa ġganteska. “Kew hi istituzzjoni li tant ġabet valur lid-dinja kollha. L-għan tagħna kien li nfasslu spazju li jiċċelebra n-natura u t-tagħlim; u li jħeġġeġ lit-tfal u lill-ġenituri fit-tkabbir, l-iġjene u l-preparazzjoni tal-ikel. Permezz tal-kuluri, tessuti u forom ispirati min-natura selvaġġa, ħloqna spazju li jqarreb lill-familji lejn ir-rwoli tal-elementi fin-natura, lejn l-istaġuni, u l-proċess talikel mill-pjanta għall-platt. “Hekk kif qed ngħixu fi kriżi ta’ klima, Mizzi Studio jemmen li xejn mhu aktar importanti milli jintuża d-disinn biex jippromwovi r-rwol tal-umanità bħala amministraturi tal-pjaneta tagħna. Għalhekk l-għan tagħna hu li ngħinu lit-tfal iħobbu n-natura, biex ikomplu jgħożżuha u jipproteġuha meta jikbru,” qal Jonathan Mizzi, id-Direttur ta’ Mizzi Studio. Ta’ min ifakkar ukoll li l-istess Jonathan Mizzi, direttur u fundatur ta’ Mizzi Studio, ftit tax-xhur ilu żve-
la strateġija komprensiva u viżjonarja għal futur ik ekoloġiku f’pajjiżna stess. Hu ta soluzzjonijiet fattib li fi preżentazzjoni li saret fl-Università ta’ Malta. Sadanittant, żona oħra fir-restorant fil-ġon botaniċi f’Londra hi marbuta wkoll mat-tema tal-er staġuni. Fit-taqsima tal-ħarifa, Mizzi Studio kkollab ra mal-artist Tom Hare, li ħoloq skulturi tal-faqqie kbar li ntisġu bl-idejn miż-żafżafa. Dawn jiċċelebr id-dinja maġika tal-faqqiegħ, posthom fil-‘wood-wid web’, u l-importanza tagħhom fil-boskijiet u l-fores “Eċitati ħafna li ftaħna dan il-Family Kitchen Shop fi Kew Gardens li jinsab ħdejn il-Ġnien t Tfal. Ir-restorant hu spazju ideali għall-fami kollha biex tgawdi ikla. Nittamaw li dan l-isp ju jagħti l-ħajja lis-sens ta’ avventura u kurżità jħeġġeġ lill-familji japprezzaw l-għażliet bnini li j fru l-pjanti fil-ħajja tagħna ta’ kuljum,” qalet Sand Botterell, id-Direttur tal-Marketing u l-Intrapr Kummerċjali tal-Ġonna Botaniċi Rjali, Kew. Fl-2017, Mizzi Studio kienu ġew ikkummissjon biex jiddisinjaw gabbani partikolari għall-bejgħ t ikel u kafetterija bħala parti minn proġett sinifika ti ta’ titjib fil-parks irjali ta’ Londra, bħal Hyde Pa Green Park u St James’s Park qrib postijiet pro inenti bħar-residenza ewlenija rjali u l-Parlame Ingliż.
I
ża
ktar bb-
nna rba’ boegħ raw desti. n & tatilja pazà u jofdra riża
nati talanark, oment
15
06.02.2022
IR-REĠINA ELIŻABETTA II
… 70 SENA FUQ IT-TRON Illum ir-Reġina Eliżabetta II qed tiċċelebra l-Ġublew tal-Platinum biex timmarka s-70 sena tar-renju tagħha u ta’ servizz lill-poplu tar-Renju Unit, ir-renji tagħha u l-Commonwealth. B’hekk saret ukoll l-ewwel u l-uniku monarka li qed tiċċelebra dawn is-snin kollha ta’ Renju. L-aktar li damu fir-Renju kienu r-Reġina Vittorja li damet ftit inqas minn 64 sena u r-Re Ġorġ III, 59 sena. Ir-renju straordinarju tagħha raha tivvjaġġa aktar minn kwalunkwe monarka ieħor, b’diversi żjarat storiċi barra l-pajjiż. Hija wkoll meqjusa bħala figura importanti għar-Renju Unit u l-Commonwealth fi żminijiet ta’ bidla soċjali enormi. F’dawn is-70 sena għaddiet ukoll minn mumenti ta’ kriżi li laqtu l-Familja Rjali Ingliża. L-Inkurunazzjoni tar-Reġina Eliżabetta II saret fit-2 ta’ Ġunju tal-1953 wara li telgħet fuq ittron fis-6 ta’ Frar tal-1952 fl-età ta’ 25 sena, wara l-mewt ta’ missierha r-Re Ġorġ VI. Kienet is-sitt mara fl-istorja rjali li telgħet fuq it-tron Ingliż u r-raba’ monarka li ġiet inkurunata fis-seklu 20. Aktar tard fis-sena li ġiet inkurunata, ir-Reġina Eliżabetta II u żewġha l-Prinċep Filippu, id-Duka ta’ Edinburgh, bdew żjara estensiva fil-pajjiżi tal-Commonwealth. L-aħħar parti ta’ din iż-żjara kienet tinkludi lil Malta – li kienet mistennija ferm mill-poplu Malti, żjara li wriet ukoll ir-rabtiet mill-qrib u wkoll ta’ memorji sbieħ tar-Reġina f’pajjiżna. Iż-żjara fakkret ir-rabtiet mill-qrib u wkoll il-memorji sbieħ tagħha f’pajjiżna speċjalment għaż-żmien li kienet qattgħet bejn l-1949 u l-1951 bħala mara ta’ uffiċjal navali. Ir-Reġina għamlet diversi żjarat f’Malta, bl-itwal waħda bħala Prinċipessa mill-25 ta’ Novembru, 1950, sat-12 ta’ Frar, 1951, filwaqt li l-aħħar żjara tagħha bħala Prinċipessa kienet bejn id-19 ta’ Marzu u l-11 ta’ April tal-1951. F’dawn iż-żjarat tispikka wkoll ir-rabta tar-Reġina Eliżabetta ma’ Tal-Pietà, eżattament ma’ Villa Gwardamangia. Hija Villa b’rabta unika kemm fl-istorja tar-Reġina u wkoll għalina l-Maltin, għaliex hija l-unika dar barra r-Renju Unit li Eliżabetta kienet tirreferi għaliha bħala “Id-Dar Tiegħi”. Fil-fatt, meta kienet iżżur Malta, dejjem qagħdet, flimkien ma’ żewġha l-Prinċep Filippu, f’Villa Gwardamangia. Il-monarka dejjem iddeskriviet iż-żmien tagħha f’Malta bħala wieħed mill-aqwa mumenti ta’ ħajjitha għaliex kien l-uniku żmien li setgħet tgħix ħajitha b’mod normali. Ir-rabta tagħha ma’ pajjiżna dejjem tiġi deskritta li “mkien barra r-Renju Unit ma għandu memorji personali aktar sbieħ u ta’ ferħ għar-Reġina mill-gżira żgħira Mediterranja ta’ Malta”. Din il-Villa, li kienet proprjetà privata, inxtrat mil-Gvern fl-2019, u wara li tiġi restawrata se tinbidel f’attrazzjoni turistika. Fi tmiem is-sena li għaddet din il-Villa kienet infetħet għall-pubbliku li seta’ jmur jara l-binja qabel ma jibda x-xogħol ta’ restawr fuqha. Bħala monarka, Eliżabetta għamlet ukoll diversi żjarat f’pajjiżna, bl-aħħar żjara fl2015, meta f’Malta kienet organizzata il-Commonwealth Heads of Government Meeting (Chogm). Imma l-koppja rjali kienet għażlet ukoll li żżur pajjiżna meta ċċelebrat il-Ġublew tad-Djamanti – is-60 sena anniversarju tattieġ, fl-2007.
F’dawn is-70 sena r-Reġina Eliżabetta ħabbtet wiċċha ma’ diversi skandli rjali. L-aktar li tispikka hija s-sena 1992, li ġiet imlaqqma minnha stess bħala “Annus Horribilis” tal-familja tagħha. Din is-sena, li kienet ukoll l-40 sena ta’ Eliżabetta fuq it-tron, kemm il-Prinċep Charles u l-Prinċipessa Diana, il-Prinċep Andrew u martu, Sarah Ferguson, infirdu, filwaqt li l-Prinċipessa Anne u żewġha, Mark Phillips, iddivorzjaw. Dik is-sena stess kien hemm ukoll nirien fil-Kastell ta’ Windsor, u wara kritika qawwija mill-pubbliku dwar l-użu ta’ fondi tal-Gvern biex tiġi rrestawrata r-residenza rjali, ir-Reġina Eliżabetta qablet li tħallas it-taxxi fuq id-dħul privat tagħha. Mument ieħor delikat kien il-popolarità li kienet tgawdi l-Prinċipessa Diana. Wara li Charles u Diana ddivorzjaw fl-1996, Diana baqgħet popolari ferm mal-pubbliku Brittaniku u wkoll kellha popolarità kbira internazzjonali. Il-mewt traġika tagħha s-sena ta’ wara, fl-1997, kienet qanqlet xokk kbir u niket, kif ukoll għajb lejn il-familja rjali għal dak li l-pubbliku ra bħala trattament ħażin tal-“Prinċipessa tal-Poplu”. Hawnhekk rajna lir-Reġina Eliżabetta tmur lil hinn minn dak li huwa mistenni minn monarka. Ir-rispons bla preċedent tal-pubbliku għallmewt ta’ Diana wassal biex ir-Reġina tagħmel diskors fuq it-televixin dwar Diana, tinżel issellem lill-pubbliku li kien quddiem il-Palazz ta’ Buckingham u l-iktar li spikkat, tħalli lill-Union Jack jitniżżel mezzasta – mossa li għenet mhux ftit biex tittaffa r-‘rabja’ tal-poplu għall-familja rjali. L-aħħar inkwiet fi ħdan ir-Reġina kien dak min-naħa tal-Prinċep Harry u martu Meghan, meta dawn qatgħu l-irbit tagħhom mill-familja rjali u saħansitra marru jgħixu fl-Istati Uniti. Minkejja dan kollu u aktar episodji matul dawn is-70 sena, huwa fatt magħruf li r-Reġina Eliżabetta II tgawdi l-affezzjoni u l-popolarità mhux biss tal-maġġoranza tal-poplu tagħha, imma wkoll madwar id-dinja, inkluż mal-Maltin.
16
06.02.2022
NAPPOĠĠJAW LIN-NIES
CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL
M’hemmx dubju li dan hu Gvern li tassew jimpurtah min-nies, li jisma’ l-preokkupazzjonijiet tal-poplu u mhux jisma’ u jieqaf hemm. Ma jġibx skużi, ifittex is-soluzzjonijiet, u l-ġid li jiġi ġġenerat b’għaqal jiġi mqassam u investit fil-bwiet tan-nies sabiex jindirizza l-preokkupazzjonijiet tagħhom. Għax dan hu Gvern li jistinka biex jara lill-poplu komdu u trankwill, għax ma jixraqlux inqas dan il-poplu bieżel u bilgħaqal. Dan hu Gvern li jaġixxi u jieħu d-deċiżjonijiet kull meta meħtieġ. Il-Prim Ministru Robert Abela jappoġġja lin-nies, lill-familji, lin-negozji. Ħa ħsieb l-impjiegi tagħna bil-wage supplement. Ħa ħsieb il-livell ta’ għajxien tagħna, l-edukazzjoni ta’ wliedna biex tissokta waqt din il-pandemija, u ħa ħsieb saħħitna b’investiment bla preċedent. Aktar minn hekk Robert Abela huwa kommess li jibqa’ qrib innies u jisma’ u jibqa’ jieħu deċiżjonijiet effettivi li jtejbu il-kwalità tal-ħajja tan-nies. Ftit ġranet ilu għadu kif ġie mħabbar investment ta’ €70 miljun f’miżuri għan-nies forma ta’ ċekk ta’ rifużjoni tat-taxxa biż-żieda mħabbra fil-Baġit għall-2022. Ma’ dan iċ-ċekk se jkun hemm ċekk ieħor separat biex tkompli tiġi stimulata l-ekonomija ta’ pajjiżna. Fi kliem il-Prim Ministru stess: “Dan se jibqa’ l-Gvern tal-inċentiv u mhux ilGvern tal-kastig”. Iċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa se jgawdu minnu mal-kwart ta’ miljun ħaddiem, filwaqt li ċ-ċekk addizzjonali se jkunu qed jirċevuh mat-380,000 persuna. Pensjonanti u persuni fuq il-benefiċċji soċjali ser jirċievu €200 filwaqt li ħaddiema u studenti se jirċievu €100. Familja fejn il-ġenituri jaħdmu t-tnejn u għandhom iben jew bint studenti b’dawn iż-żewġ ċekkijiet ikunu qed jieħdu sa €510. Ma kont xejn sorpriża li l-Oppożizzjoni ser tikkritika bl-aħrax u b’mod mill-aktar negattiv dan l-investiment f’miżuri favur il-poplu. Tħares lejn il-kritika tal-PN tikkonkludi bla wisq ħsieb li hija kritika ta’ dak li l-Ingliżi jgħidulu “bitter”, ta’ dak li min ma jilħaqx l-għeneb jgħid li hu qares. Laqqmuh bħala eżerċizzju ta’ xiri ta’ voti.
U oħroġ il-għaġeb, min ħareġ jikkritika din il-miżura minn tant nies, ħadd ħlief l-Eks Ministru tal-Finanzi Nazzjonalista Tonio Fenech. Qalilna li l-Gvern qed iqassam il-flus mit-taxxi tagħna biex jixtri l-voti. Dan l-istess individwu li taħt il-ħarsien tiegħu mit-taxxi tagħna u mill-kaxxa ta’ Malta, il-membri tal-kabinett ta’ GonziPN ħadu bil-moħbi €600 fil-ġimgħa żieda fil-pagi tagħhom. Dan hu l-istess individwu li taħt il-ħarsien tiegħu, għolew b’mod allarmanti l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u l-prezzijiet tal-fuel u l-gass. Taħt il-ħarsien tiegħu daħħalna fl-Excessive Deficit Procedure u l-Unjoni Ewropea ma approvatx il-Baġit u kellna naqtgħu mal-€40 miljun f’infiq filBaġit. Gvern Nazzjonalista mit-taxxi tal-poplu żied il-pagi tal-ministri tiegħu u lill-poplu tah ħames bozoz. Gvern Laburista mit-taxxi tal-poplu jerġa’ jqassamhom lill-istess poplu biex il-kwalità tal-ħajja tan-nies tkun aħjar u jkunu aktar komdi, filwaqt lil l-prezz tal-enerġija nżamm stabbli. U biex jitfa’ aktar melħ fuq il-ferita Fenech sostna li tant hi manuvra għax-xiri ta’ voti li hemm ħafna li saħansitra se jirċievu r-rifużjoni li lanqas biss ħallsu taxxa, aħseb u ara kemm ħaqqhom rifużjoni. Tibqa’ mbellah taqra dawn l-istqarrijiet ngħid is-sew. Imma min-naħa l-oħra ġaladarba mill-kamp tal-PN hemm bħal donnu vizzju li jinsew iħallsu t-taxxa dovuta, forsi il-kumment kien indirizzat għalihom. Min jaf ?! Inħallu lil min irid ikun negattiv u qares jkompli fit-triq li għażel. Ir-risposta għal min ma jaħmilx li n-nies jiġu mwennsa u megħjuna, hija li Gvern Laburista mmexxi minn Robert Abela jissokta jqassam il-ġid, ikompli jinċentiva l-bżulija u jirringrazzja lill-anzjani tagħna għall-għaqal tagħhom. Ma’ dan il-Gvern taf fejn int. B’Robert Abela Prim Ministru moħħok mistrieħ.
Tħares lejn il-kritika tal-PN tikkonkludi bla wisq ħsieb li hija kritika ta’ dak li l-Ingliżi jgħidulu “bitter”, ta’ dak li min ma jilħaqx l-għeneb jgħid li hu qares. Laqqmuh bħala eżerċizzju ta’ xiri ta’ voti
Sur Editur, Emminni ma nafx kif ċerti nies għandhom l-ardir jgħidu dak li jgħidu. U ħa ngħidlek, Sur Editur, din li n-Nazzjonalisti qishom anġli mexjin fuq l-art u tagħhom kollox ifuħ, u l-Laburisti jpinġuna xjaten u kulma nagħmlu kollu jinten, issa żżejjed ta! U min irid jitkellem ukoll! Ġieżu ġież, tgħidlix li għandi għalih, imma Marija tal-Ħniena l-ħruq ta’ stonku li jqabbadni u d-dardir li jibda ġej meta nisimgħu huma xi ħaġa ta’ barra minn hawn. Kemm għandu wiċċ ta’ patella. Min irid jitkaża wkoll! Trid tkun Jason ‘Wiċċ ta’ Qabar’ Azzopardi. Ħallih jipponta subgħajh lejn ħaddieħor meta ara kemm kien hemm każi li fihom issemma hu. U qisu xejn mhu xejn. U tiegħu jindifnu. U ħalluna x’kull waħda! U jiġi Bernard tagħhom u jgħidlek li Malta nieżla ’l isfel. Nieżla żikk. Mela kieku Malta nieżla ’l isfel se jiġi l-Prim tagħna u jagħti €70 miljun lilna jew? Kieku Malta nieżla ’l isfel, kieku jżid it-taxxi, mela jkompli jagħtina l-flus fil-but! Mhux ċajta ta. €70 miljun. U meta ħabbar dan, il-Prim tagħna qal li l-mument li ninsabu fih huwa wieħed sabiħ. U tgħid li sabiħ! U tant huwa żmien sabiħ li tal-PeNe ma jistgħux iniżżluha li l-Maltin u l-Għawdxin għaddejjin tajjeb. U s-soltu, għax dawn hekk magħġunin, minn ġuf ommhom. Tarahom jivvintaw u jaqbdu ma’ kull tibna li jaraw. U se żżid id-doża ta. Sur Editur. U kif! Nafhom biżżejjed lil dawn jien. Ili nsegwi. Kif għidtlek il-ġimgħa li għaddiet, issa għall-elezzjoni joħorġu b’xi ħrafa li meta jismagħha, anki Espopu jibda jitqalleb fil-qabar. Dan il-qabar messu jżur Jason ‘il-Lavenbraw’ Azzopardi. Ikun home. Ħarrief fuq il-qabar ta’ kittieb tal-ħrejjef. Ma jifilħux jaraw Partit Laburista fil-gvern dawn il-qatta’ intamati, Sur Editur. Tindannahom wisq li l-Laburisti kapaċi jmexxu pajjiż. U ara kif mexxejnieh dal-pajjiż, ta! Fejn qatt kien hawn daqshekk ftit nies qiegħda? Fejn qatt kien hawn daqshekk proġetti għaddejjin? U xi proġetti! Proġetti li huma ma sabux il-kukki jidħlu għalihom. Imma aħna tal-Labour xammarna l-kmiem u għamilniehom. Ibda mis-Central Link. Ilu fuq il-pjanti snin kbar. U kulħadd beża’ jidħol għalih. Imbagħad Robert tagħna daħal għalih u lestieh ukoll. Bħalma lesta l-flyovers tal-Marsa. U hemm ta’ Santa Luċija, u għaddej ix-xogħol f ’Ħal Luqa u ma nafx kemm il-proġett ieħor. Iva, nieżla ’l isfel Malta! U pixxina ta’ livell internazzjonali f ’Bormla, u qed jirranġa l-Kumpless Sportiv kollu tal-Marsa, ukoll fuq livell internazzjonali. X’mhux qed nagħmlu aħna tal-Labour għal dan il-pajjiż! Qed inħalluhom skantati. U għalhekk, agħtihom jivvintaw u jipprovaw joskurawna! Ara huma kellhom il-proġett tal-Mater Dei, li dam ma nafx kemm-il sena u għamluh b’konkos ħażin li kellna nsewwu aħna. Bħal meta fl-1998 wiegħdu Ċentru tal-Arti flok it-teatru mwaqqa’ tal-Belt, iva, ħożż fl-ilma! U kienu wiegħdu wkoll li jagħtu dehra ġdida lill-Cottonera Waterfront. U bqajna b’xiber imnieħer, għax kellu jkun il-Gvern tagħna li għamlu dan ilproġett. U kienu wiegħdu wkoll li jirranġaw it-toroq kollha ta’ Malta u Għawdex, anki bil-flus tal-Unjoni Ewropea, kien qalilna l-partit tagħhom dak iż-żmien. Imma kellu jkun il-Gvern tagħna li għamel dan kollu, Sur Editur! Mhux ta’ b’xejn ma jniżżluhiex li qegħdin aħna fil-gvern. U mhux biss qegħdin fil-gvern, imma biddilna wiċċ Malta l-għażiża! Huma żgur li jriduha tinżel ’l isfel lil Malta tagħna, Sur Editur. Ħa ngħidlek jien. Mela l-Parlament approva l-implimentazzjoni tal-Baġit għal din is-sena b’35 vot favur u 27 vot kontra. Ovvja li l-Gvern ivvota favur u l-Oppożizzjoni kontra. Ara kemm iħobbuha lil Malta dawn. Ma jridux li jitqassam il-ġid lill-poplu, għax ivvutaw kontra l-Baġit. Puuuuu! Għad-dieħla, Sur Editur.
17
06.02.2022
KAMPANJA FAVUR AKTAR KUXJENZA FUQ MARD RARI L-Alleanza Nazzjonali għall-Appoġġ għall-Mard Rari Malta din il-ġimgħa nediet il-Kampanja tal-Mard Rari tal-2022 fil-bini tal-Parlament taħt il-patroċinju tal-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia. Waqt it-tnedija, il-President tal-Alleanza Nazzjonali, Michelle Muscat, appellat biex dawk li jfasslu l-politika lokali, jappoġġjaw is-sejħa tal-Alleanza għal Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar il-mard rari bbażat fuq il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew. Dan bħalissa qed jiġi sostnut mill-EURORDIS li tiegħu l-Alleanza hi membru attiv. Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali għandu jkollu tliet għanijiet: biex jiġi żgurat li n-nies ma jibqgħux jitilfu ħajjithom ta’ età żgħira wisq minn mard rari; biex tittejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ nies li jgħixu b’mard rari; biex jiġi żgurat li l-Ewropa u Malta bħala membru tagħha, ikunu minn ta’ quddiem fl-innovazzjoni tal-mard rari. Bħalissa m’hemm l-ebda strateġija globali għall-mard rari kemm fil-livell lokali kif ukoll Ewropew, li jfisser li għall-aħjar trattament possibbli, l-esperti tal-kura u r-riċerka madwar l-Ewropa jeħtieġ li jikkollaboraw flimkien. Muscat qalet li dawk li jfasslu l-politika nazzjonali u Ewropea għandhom jirrikonoxxu l-kumplessità ta’ dawn il-kwistjonijiet u
l-importanza ta’ approċċ “saħħa waħda” b’miri li jistgħu jitkejlu u pjani strateġiċi li huma allineati mal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli tal-Ġnus Magħquda (ĠM). Hi qalet li kien ta’ unur għall-Alleanza Nazzjonali għall-Appoġġ għall-Mard Rari Malta li se tkun parti mill-Kumi-
FATTI
Hu stmat li f’Malta hawn 27,000 individwu b’marda jew b’kundizzjoni rari, anke jekk fir-Reġistru Nazzjonali Malti għall-Mard Rari huma indikati biss madwar 4,000 pazjent. Wieħed minn kull 2,000 persuna jiżviluppaw marda rari fl-UE fejn huma rreġistrati mas-6,000 marda rari.
ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.
L-Alleanza Nazzjonali għall-Appoġġ għall-Mard Rari Malta se tkompli tiżgura li l-membri tagħha jkollhom vuċi fis-soċjetà tagħna u madwar id-dinja u tiżgura li l-għanijiet ta’ sostenibbiltà tal-ĠM jintlaħqu tat tal-ECOSOC dwar il-Mard Rari, li mexxa ’l quddiem ir-riżoluzzjoni talĠM, li ġiet adottata f ’Diċembru 2021. L-istati membri tal-Unjoni Ewropea, inkluża Malta, li kollha vvutaw favur ir-riżoluzzjoni, irrikonoxxew l-ostakli u l-isfidi eżistenti li t-30 miljun ruħ li jgħixu b’mard rari fl-Ewropa jiffaċċjaw fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Permezz ta’ dan il-vot esprimew id-determinazzjoni politika u l-impenn sod tagħhom li jaġixxu immedjatament billi jkollhom pjan li jiżgura li ħadd ma jitħalla lura sal2030. Muscat irringrazzjat lill-istakeholders differenti kollha li jiffurmaw
l-Alleanza, inklużi riċerkaturi, studjużi tal-ġenetika, konsulenti tal-ġenetika, professjonisti tas-saħħa u l-pazjenti, kif ukoll il-qraba u dawk li jieħdu ħsieb il-kura tagħhom. L-Alleanza Nazzjonali għall-Appoġġ għall-Mard Rari Malta se tkompli tiżgura li l-membri tagħha jkollhom vuċi fis-soċjetà tagħna u madwar id-dinja u tiżgura li l-għanijiet ta’ sostenibbiltà tal-ĠM jintlaħqu. L-Alleanza se tkun qed tħeġġeġ għal aktar għarfien dwar il-mard rari permezz ta’ kampanja ta’ xahar li tibda b’inizjattiva ta’ ġimgħa ‘Rare in the City’ taħt il-patroċinju ta’ l-Ispeaker tal-Kamra.
18
06.02.2022
IR-RABTA BEJN SAN PAWL U L-BELT VALLETTA Kitba ta’ CLIFFORD GALEA
Sa minn żmien il-qedem, fuq l-għolja Xiberras li fuqha wara l-1566 inbniet il-Belt Valletta, kienet teżisti niċċa żgħira ddedikata lil San Pawl, b’tifkira talġrajja mirakuluża u providenzjali tan-nawfraġju tiegħu fuq gżiritna fis-sena 60 W.K. Ġrajja li kellha tniżżel isem pajjiżna fl-iskrittura mqaddsa, proprju f’kapitli 27 u 28 tal-Atti tal-Appostli miktuba mill-Evanġelista Luqa. In-nawfraġju ta’ San Pawl, li b’unur u b’rispett insejħulu l-appostlu missierna, minn dejjem kien u baqa’ meqjus bħala l-ikbar ġrajja u l-iktar waħda importanti li seħħet fl-istorja ta’ pajjiżna. Kien għalhekk xieraq, li l-Kapitlu tal-Knisja Katidrali fl-Imdina, għamar li l-Knisja Parrokkjali l-ġdida fil-Belt Valletta, li kienet qed tinbena ma’ ħafna oħrajn fin-naħa ta’ ġewwa tas-swar, kellha tiġi ddedikata lin-nawfraġju ta’ San Pawl fuq ix-xtut tal-Gżejjer Maltin proprju fl-ewwel snin tal-Kristjaneżmu. Din il-knisja kienet iddestinata li ssir monument nazzjonali u simbolu tal-imħabba u d-devozzjoni tal-Maltin lejn l-Appostlu San Pawl, li kien l-istrument magħżul mill-Providenza Divina biex jippritkalna l-bxara t-tajba u jwaqqaf il-Knisja ta’ Kristu f’Malta, 20 seklu ilu. Ftit wara li tlesta l-bini tagħha, il-knisja ġdida ngħatat lill-Patrijiet Ġiżwiti, li minnaħa tagħhom mill-ewwel offrew sit ieħor lill-Kappillan ta’ San Pawl biex jibni knisja oħra ġdida fuqha. Fi żmien qasir inbniet knisja żgħira, iżda hekk kif il-Belt il-ġdida kompliet tikber b’rata mgħaġġla u b’konsegwenza żdiedet sostanzjalment il-popolazzjoni, inħass mill-ewwel il-bżonn ta’ knisja ikbar. Għaldaqstant, il-knisja eżistent twaqqgħet u minflokha nbniet oħra fuq pjanti ġodda. Il-bini tal-knisja l-ġdida beda fl-1639 u baqa’ għaddej għal kważi 40 sena. IlGran Mastri Jean Paul Lascaris Castellar (1636-57), Nicolas Cotoner (1663-80), Gregorio Carafa (1680-90) u l-Isqof Laurentius Astirias (1669-78) kollha taw somom kbar ta’ flus b’risq dan il-proġett ġdid. Ikkontribwixxew ukoll l-Università (il-Kunsill tal-Belt), il-kleru u l-par-
ruċċani. Il-knisja hija 35 metru twila u 22 metru wiesgħa, u tikkonsisti f’korsija prinċipali li hija 9 metri wiesgħa, żewġ navati, sagristija fuq ix-xellug tal-knisja u oratorju fuq innaħa tal-lemin tagħha. Fin-navati nsibu b’kollox 10 kappelli li kollha għandom il-koppla
tagħhom. Numru sostanzjali ta’ pilastri u kolonni fl-istruttura arkitettonika interjuri tagħha jagħtuha l-istil Joniku tagħha. Oriġinarjament il-pjanti juru disinn tal-knisja fl-għamla ta’ salib Latin, għalkemm biż-żieda tal-kappelli laterali, il-knisja issa għandha għamla ta’
salib patrijarkali. Wara l-artal maġġur insibu wkoll il-kor, li tista’ tasal għalih minn bieba żgħira min-naħa tal-kuritur li jinfed għal ġos-sagristija. Kif tidħol fil-knisja, għajnejn min iżurha mill-ewwel jinnutaw l-artkitettura artistika tagħha, l-għamla tal-koppla, l-affreski fis-saqaf tal-artist magħruf
Din il-knisja għal żmien twil kienet titqies bħala l-Knisja tal-Isqof ta’ Malta fil-Belt Valletta, peress li l-Knisja Konventwali ta’ San Ġwann kienet propjetà tal-Ordni tal-Kavallieri. Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl fil-Belt saret Knisja Kolleġġjata fl-1733
Attilio Palombi u fuq it-tiżjin rikk tal-iskultura fil-ġebel u fl-injam. Il-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl fil-Belt Valletta hija l-unika waħda f’Malta ddedikata lill-ġrajja tan-nawfraġju tal-Appostlu. L-istoriku Malti Gio Francesco Abela jiddeskrivi lil din il-knisja fil-kitba tiegħu Descrittione di Malta (1647) bħala “tempju mill-isbaħ”. Din il-knisja għal żmien twil kienet titqies bħala l-knisja tal-Isqof ta’ Malta fil-Belt Valletta, peress li l-Knisja Konventwali ta’ San Ġwann kienet propjetà tal-Ordni tal-Kavallieri. Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl fil-Belt saret Knisja Kolleġġjata fl-1733. Peress li l-Belt Valletta dejjem kienet iċ-ċentru tal-attività kummerċjali fil-Gżejjer Maltin, fil-Knisja ta’ San Pawl twaqqfu numru ta’ xirkiet ta’ snajja’ jew kif kienu magħrufa aħjar fratellanzi. Dawn kienu jinkludu dawk għal tal-merċa, tallaħam, tal-ħut u tal-ħaxix.
19
06.02.2022
Il-kwadru titulari tal-knisja, li jfakkar in-nawfraġju f’Malta tal-Appostlu Missierna, tpitter mill-artist Matteo Perez d’Aleccio (1547-1616), li kien segwaċi ta’ Michelangelo, u li baqa’ jissemma għax-xeni tal-Assedju l-Kbir ta’ Malta li pitter mal-ħitan tal-Palazz tal-Gran Mastri fil-Belt Valletta. Il-kwadru titulari tal-kolleġġjata ġie kkummissjonat u tħallas mill-Isqof ta’ Malta Tommaso Gargallo (1578-1614). L-Arkitett Lorenzo Gafà (1630-1710) u ħuh l-Iskultur Melchiorre (1635-67), it-tnejn kellhom sehem importanti ħafna fil-bini u fid-dekorazzjoni tal-Kolleġġjata Pawlina. Lorenzo ddisinja l-koppla eliptika tagħha filwaqt li Melchiorre skolpa fl-injam l-istatwa titulari maestuża ta’ San Pawl, li saret fil-bottega tiegħu f’Ruma. L-istatwa turi x-xena ta’ San Pawl qed jipprietka, pożizzjoni li kellha sservi ta’ mudell għall-parti l-kbira tal-istatwi tal-qaddis li saru iktar ’il quddiem f’Malta. Teżori prezzjużi oħra li nsibu f’din il-knisja jinkludu r-relikwa ta’ parti mill-għadma tal-polz tal-lemin ta’ San Pawl kif ukoll ta’ waħda mill-erba’ pilastri tal-irħam jew saqajn tal-mejda li fuqha nqatgħet ras l-appostlu f’Ruma fis-sena 64 A.D. Dawn ir-relikwi ġew irregalati lill-Knisja mill-Papa Piju VII fl-1818 bħala rikonoxximent għas-sehem tal-kolleġġjata fi żmien il-pesta tal-1813. Fost il-kollezzjoni kbira ta’ oġġetti prezzjużi miżmuma b’għożża f’din il-knisja nsibu reċipjent kbir tal-fidda bl-arma tal-Gran Mastru Gregorio Carafa, sfera bid-djamanti bl-arma
tal-Gran Mastru Adrien Wignacourt, u oħra kbira tal-fidda rregalata mill-Gran Mastru Emanuel Pinto, li kien irregala wkoll karozzella tat-trasport. Insibu wkoll lampier kbir tal-fidda rregalat mill-Gran Mastru Ramon Perellos u ieħor bl-arma tal-Gran Mastru Antonio Manoel de Vilhena. Ta’ preġju wkoll huma kalċi tad-deheb mastizz li kien irregalat mill-Papa Piju X lill-Isqof ta’ Malta Gaetano Pace Forno li min-naħa tiegħu offrieh lil din il-Knisja Kolleġġjata; sfera indurata u mżejna bid-djamanti, li nġarret fil-purċissjoni tal-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li sar f’Malta fl1913; kalċijiet tal-fidda li ngħataw lill-knisja minn diversi saċerdoti u prelati u numru ta’ ventartali skolpiti fil-fidda. Minn dawn ta’ min isemmi b’mod partikolari l-ventartal tal-fidda mastizz li nsibu armat fil-festa fuq l-artal maġġur u li juri x-xena tan-nawfraġju ta’ San Pawl. Sett ta’ sitt statwi tal-appostli, magħruf aħjar bħala l-appostolat u li huma maħduma fil-fidda, huma kopja identika ta’ dawk li nsibu fil-Bażilika ta’ San Ġwann Lateran f’Ruma. Fil-verità l-Kolleġġjata ta’ San Pawl Appostlu fil-Belt Valletta hija teżor ta’ patrimonju artistiku u artiġjanali tal-arti reliġjuża f’pajjiżna. Il-festa ta’ San Pawl Missierna, tiġi ċċelebrata kull sena b’ċelebrazzjonijiet interni u esterni nhar l-10 ta’ Frar għalkemm dawn l-aħħar sentejn minħabba r-restrizzjonijiet fis-seħħ marbuta mal-imxija tal-Covid, ġew iċċelebrati biss il-festi interni li jsiru fil-knisja.
20
06.02.2022
PATRI LI GĦADU MFITTEX FIL-KOMUNITÀ Ħajja reliġjuża ta’ 73 sena, b’66 minnhom bħala saċerdot, mhix xi ħaġa komuni fostna, l-aktar meta dak li jkun, ikun għadu jqaddes u jagħmel omeliji li jingħoġbu mill-kongregazzjoni. Dan hu l-każ ta’ Patri Dumink Bonello, Franġiskan Minuri Konventwali, li nhar il-Ħamis, 10 ta’ Frar, se jagħlaq 92 sena. Minħabba f’hekk ħajjartu għal din l-intervista. Minn CHARLES B. SPITERI
Patri Dumink, tista’ tirrakkuntali xi ħaġa fuq il-familja tiegħek u minn fejn int? Jien minn Ħal Tarxien u konna noqogħdu ħdejn il-knisja parrokkjali tal-Annunzjata; kemm taqsam it-triq u tidħol il-knisja. Niftakar Ħal Tarxien differenti ferm mil-lum. Biżżejjed ngħidlek li qabel ma nbena l-qasam ta’ Santa Luċija niftakar biss għelieqi u kulma kien hemm kienet il-kamra tan-nar. Konna sitt aħwa. Ħija l-kbir kien patri Kornelju, Kapuċċin, li miet disa’ snin ilu. Imbagħad kien hemm ħija ieħor u jien it-tielet wieħed. Warajja, kelli żewġ ħuti bniet u fl-aħħar, tifel ieħor. Illum, bqajt waħdi, għax kulħadd miet. U l-ġenituri tiegħek? Missieri kien jismu Spiridione u ommi Dolores, it-tnejn minn Ħal Tarxien. Missieri kien engine fitter id-Dockyard, u tul it-Tieni Gwerra kollha, kien jaħdem fix-xelter taħt Kordin. Kemm kellek żmien meta faqqgħet il-Gwerra? Kelli 10 snin meta bdiet. Allura fit-tfulija, kellek logħob ma’ tfal oħra, jew minħabba l-Gwerra, le?
Patri Dumink postulant, imbagħad bdejt is-sena tan-novizzjat fl-1 ta’ Novembru 1948, fil-Kunvent tagħna tar-Rabat, Malta. Iżda qabel ma dħalt mal-patrijiet, kont student fis-Seminarju. Kienet is-sena 1943. Fl-ewwel sena konna fiddar magħrufa bħala taċ-Ċong f’Birkirkara, u li fiha sa ftit snin ilu kien hemm is-sorijiet. Kien żmien ta’ taħwid dak tal-gwerra u t-tieni sena għamilnieha fl-iskola talGvern f’Ħal Qormi. Iżda wara li rranġaw is-Seminarju tal-Furjana, li kien intlaqat xi ftit bil-bombi, bdejna nattendu hemmhekk, fejn bdejt ir-raba’ sena. Issa ħa nerġa’ lura għallħajja reliġjuża meta bdejt is-sena tan-novizzjat.
wieħed jagħti prova li hu tassew imsejjaħ biex jgħix ilħajja reliġjuża skont ma jitlob minnu l-Ordni tal-Franġiskani Minuri Konventwali, jiġifieri li ngħix skont ir-Regola u l-Kostituzzjonijiet tal-Ordni, u li ngħix fl-ubbidjenza; b’xejn tiegħi u fis-safa, ma’ studju ieħor li jolqot il-ħajja reliġjuża tiegħi. Wara s-sena tan-novizzjat issir il-Professjoni Sempliċi, jiġifieri temporanja mill-inqas għal tliet snin jew aktar u fl-aħħar il-Professjoni Solenni, jiġifieri perpetwa. Din jien kont għamiltha meta kont student f’Padova, fuq il-Qabar ta’ Sant’Antnin, fil-Bażilika tiegħu fil-25 ta’ Diċembru tal-1952.
Franġiskani Minuri Konvent- inkun fil-kunvent tagħna ta’ wali u l-Franġiskani Kapuċċini. San Franġisk, ir-Rabat. Nerġgħu lura għal żgħożitek. Il-ħajra għas-saċerdozju ġietek għax kont abbati, jew għax influwenzak xi ħadd?
Jien, kif għedtlek qattajt ħajti fil-knisja, mas-saċerdoti u aktar ma kbirt, aktar ħassejt il-vokazzjoni reliġjuża ssejjaħli. Ġieli sibt min staqsieni: “Jekk ħuk daħal Kapuċċin, kif ma sirtx Kapuċċin int ukoll?” Hi mistoqsija li qatt ma stajt inweġibha, għax għalija wkoll hi misteru. Ħadd ma qalli “ejja magħna”. Naf li kont għedt lill-ġenituri tiegħi bix-xewqa li kelli, ħaduni għand il-provinċjal u aċċettani mill-ewwel. Ngħid sew li hawn tliet Kulma ried kienu ċ-ċerordnijiet tal-Franġiskani? tifikat tal-Magħmudija, dak Int qatt kont taħdem? Xi jfisser meta tgħid is-sena tas-Seminarju u ċ-ċertifikat Iva, hawn Malta għandna tat-tabib li jien f’saħħti. ĦadtJien, ta’ 17-il sena dħalt mal- tan-novizzjat? tliet ordnijiet. Dawn huma lu kollox u s-Segretarju qalli Franġiskani Konventwali, fejn Minuri; il- biex għad-9 ta’ Novembru 1947 l-ewwel għamilt sena bħala In-novizzjat hu ta’ sena biex l-Franġiskani
Ta’ tmien snin kont abbati ma’ ħija l-kbir u peress li n-nannu kien is-sagristan tal-knisja ta’ Ħal Tarxien, fejn għamel 50 sena, il-gost tagħna kien li mmorru l-knisja. Ara ħija ta’ bejnietna, ma kienx abbati, iżda kien il-MUSEUM. Meta kiber, daħal id-Dockyard ukoll u wara bosta eżamijiet laħaq Dock master: wieħed minn dawk li kienu jiggwidaw u jdaħħlu l-bastimenti fil-baċir.
Mir-reliġjożità ta’ żmien tfulitek, x’tista’ tgħidli? Nista’ ngħidlek fuq il-familja tiegħi. Ommi kienet tmur il-quddiesa tal-ewwel, li kienet tkun tal-4.30 a.m. Jien kont immur magħha biex inservi bħala abbati. Missieri kien imur tal-5.30 a.m. biex sakemm jiġi, tilħaq tlestilu l-kolazzjon u xi ħaġa biex jieħu miegħu x-xogħol. Il-quddiesa f’dawk il-ħinijet kmieni, kienet tkun kuljum. Filgħaxija ninġabru lkoll għar-rużarju. Nista’ ngħid li qatt ma rajt eżempji ħżiena! Nemmen li int ilħaqt il-bdil tal-isem lill-patrijiet, hux hekk? Iva, l-isem li tawni l-ġenituri tiegħi hu Giuseppe, u tal-familja hekk għadhom isejħuli. Il-
21
06.02.2022 na nafu bit-Taljan, izda tlieta minna kienu jafu wkoll bitTork. Fl-antik kellna knisja li bidluha f’moskea; imbagħad kellna oħra mnejn riedu jgħaddu triq u fl-aħħar kien hemm teatru abbandunat, li l-Ordni xtrat l-art tiegħu u nbena l-maqdes stil gotiku li hemm illum. Mal-Gvern qatt ma kellna inkwiet, tant li kienu dawlulna l-knisja kollha minn barra. Bħala superjur, mort ma’ wieħed jitkellem bit-Tork biex nirringrazzjaw lis-sindku, u tana laqgħa mill-isbaħ. Wara qabbad lil wieħed mis-sewwieqa tiegħu jwassalna lura. Tgħidli xi ħaġa fuq id-drawwiet tal-Knisja f ’pajjiżna?
L-eleganza ta’ Ħal Tarxien fl-imgħoddi. Ħajr lil Reginald James Pudney bdil tal-isem kien isir bħala turija li l-patri jkun ċaħad ilħajja mondana biex jingħaqad fil-ħajja reliġjuża. Iżda llum kulħadd jibqa’ jżomm ismu minħabba li kollox jimxi maċ-Ċertifikat tat-Twelid u r-Reġistru Pubbliku. Għax infatti, anki fuq il-passaport u l-karta tal-identità, jiktbulek Joseph Bonello magħruf bħala Fr. Dominic, minkejja li ismi proprju hu Giuseppe, bit-Taljan. Terġa’, meta jibagħtuli xi karti mill-isptar, ġieli jkunu indirizzati bħala Giuseppe Bonello. Ladarba għall-istat ċivili bqajtu magħrufin bl-isem tal-Magħmudija, x’kien ma rġajtux qlibtu għall-isem oriġinali?
minn kunvent għal ieħor. Għadha din id-drawwa? Il-Kapitlu Provinċjali jsir kull erba’ snin. Matulu jinqraw ir-relazzjonijiet tad-diversi kunventi. Isiru wkoll l-elezzjonijiet tal-provinċjal u l-assistenti tiegħu, kif ukoll tal-gwardjani, jiġifieri tas-superjuri tal-kunventi u tad-diversi inkarigi, eċċ. Wara li jispiċċa l-Kapitlu, isir iċ-ċaqliq tal-patrijiet u dan dejjem skont il-bżonn, minn kunvent għal ieħor. F’dan il-Kapitlu jieħdu sehem il-patrijiet kollha? Le mhux kulħadd jekk mhux għall-għażla tal-provinċjal. Iżda jkun hemm 12-il delegat magħżula minn qabel il-Kapitlu u dawn obbligati jieħdu sehem tul il-Kapitlu kollu. Oħrajn jidħlu bi dritt. Ikun hemm ukoll is-Segretarju tal-Kapitlu, magħżul minn qabel. Patrijiet oħrajn ikunu jistgħu jidħlu, izda biex jisimgħu dak li jkun qed jingħad biss.
Fil-fatt, kienet intbagħtitilna ittra, tgħarrafna li stajna nerġgħu nieħdu isimna proprju. Dik il-ħabta kont kappillan Burmarrad u konna tliet patrijiet: Patri Wistin, Patri Alfons u jien, Patri Dumink. Iżda qbilna li nibqgħu nissejħu bl-isem li kellna, għax fir-Reġistru Pubbliku u dak tal-Magħmudija, Fejn qaddist l-ewwel darba it-tlieta kellna l-isem Ġużeppi. Patri Dumink u f’ħajtek, servejt bħala gwardjan? Fl-imgħoddi, wara kull Kapitlu Provinċjali kontu tinbidlu Jien, kif diġà għedt aktar ’il
quddiem, ġejt ordnat saċerdot fil-Katidral tal-Imdina u allura dik kienet il-quddiesa tal-Ordinazzjoni. Mill-għada kont inqaddes fil-privat sakemm wasal il-jum biex nagħmel l-ewwel quddiesa solenni, u din kont għamiltha fil-knisja ta’ San Franġisk fil-Belt Valletta. Imbagħad mill-għada, komplejt inqaddes fl-istess knisja. Kemm-il darba kont gwardjan! Kont gwardjan sitt darbiet: ir-Rabat, Għawdex; San Pawl il-Baħar; Birkirkara; ir-Rabat, Malta u darba f’Istanbul it-Turkija, fejn kont missjunarju għal ħames snin. Sibt differenza bejn il-ħidma tiegħek hawn u f ’Istanbul? Dażgur. In-nies t’hemm huma Musulmani, izda ftit Insara hemm ukoll. Jien wasalt biex immur hemm għax kien hemm bżonn ta’ patri ieħor. Ġejt mitlub biex immur u jien mort wara li ngħatajt il-viża mill-Gvern f’Ankara. Fil-kunvent konna seba’ patrijiet, tnejn Maltin, jien u Patri Alfons Sammut, li wara disa’ xhur intbagħat Iżmir; tnejn Taljani; tliet Pollakki u Rumen, flimkien ma’ Fra li kien Pollakk ukoll. Ilkoll kon-
Pereżempju meta kelli ftit snin, niftakar li kien jintrama t-tubru, qisu tebut mgħotti bl-iswed fil-għoli, b’xemgħat bil-gandlieri mad-dawra; id-drawwa tas-sawm u l-bulettin. L-armar tat-tubru nqata’ 56 sena ilu, wara l-Konċilju Vatikan it-Tieni. Kien jintrama fl-Għid tal-Imwiet u f’ħafna okkażjonijiet oħra jkun hemm quddiesa tal-mejtin. Niftakar ukoll is-sistema tal-bulettin, li tixhed li tkun għamilt it-Tqarbina tal-Għid. Għar-rigward tas-sawm, fl-imgħoddi sew, dan kien obbligatorju tul ir-Randan kollu. Iżda issa, bħala obbligu, isir biss f’Ras ir-Randan u fil-Ġimgħa l-Kbira. Il-Knisja kienet titlob li l-adolexxenti jieħdu kolazzjon filgħodu, ikla f’nofsinhar u xi ħaġa oħra filgħaxija. Bejniethom seta’ jinxtorob ilma jew kafè bla ħalib. Imbagħad, kien hawn min isum fuq ħobż u ilma, iżda għax irid hu. U l-armar bid-damask? Dak jintrama fi żmien il-festa, għax id-damask ifisser flus kbar. Ta’ Ħal Tarxien ilu mill-1761 u kien sar Livorno, l-Italja. Sa 40 sena ilu lanqas kien infurrat. Infurrawh wara u għadhom jużawh. Dak iż-żmien ma kienx hemm damask fin-navi. Meta għamlu d-damask fin-navi, ħitulhom l-inforra mill-ewwel.
iż-żgħar ta’ Ħal Tarxien saru mid-ditta Barigozzi, li ħadmet il-qanpiena l-kbira ta’ Birkirkara. Issa jien kont dilettant tad-daqq tagħhom sa minn meta kont tifel, għax fid-daqq tagħhom hemm ċertu gost u sodisfazzjon. U trid xi sengħa biex iddoqq qanpiena? Mhux biss. Darba tlajt ħdejn il-qanpiena l-kbira ta’ Birkirkara. Miegħi tellajt tifel ta’ xi 12-il sena, li kif raha, beża’ bil-kobor tagħha fuq rasu. Fil-kampnar kien hemm Malti Awstraljan b’bintu xbejba, li kien qed idoqq il-qanpiena. F’ħin minnhom ħalla lilha żżomm il-ħabel tal-ilsien, iżda kieku ma żammhiex, kienet tintrema għal fuq il-bejt ta’ taħt tal-knisja, għax l-ilsien tqil. Kien gost tiegħi inżur il-knejjes fil-festa u ndoqq il-qniepen. Niftakar li kif spiċċat il-gwerra, kont mort l-Isla biex indoqq il-qanpiena l-kbira. Il-knisja kienet bil-ħsara, il-kampnar l-istess u xħin iddoqq il-qanpiena kien jinżel iż-żrar mis-saqaf. Tal-Isla, ta’ Bormla u tal-Birgu, it-tlieta daqqejthom. L-istess ta’ Ħaż-Żabbar. Liema kienet l-akbar ġrajja reliġjuża li bqajt tiftakar f ’Malta? Bħala reliġjuż, bla dubju meta kienet saret l-Inkurunazzjoni tal-Madonna tas-Saħħa. Kienet saret ċerimonja kbira bil-quddiesa, fuq il-fosos tal-Furjana. Ix-xbieha tagħha, meqjuma fil-knisja tagħna ta’ San Franġisk ir-Rabat, ġiet inkurunata b’digriet mill-Vatikan fl-4 ta’ April 1948, fuq il-fosos tal-Furjana, mill-Arċisqof Mons Mikiel Gonzi. Niftakar ġrajja oħra, iżda kont għadni ma dħaltx mal-patrijiet, meta fl-1946 kienet ġiet fostna r-relikwa ta’ Sant’Antnin. Kienu ġabu x-xedaq tiegħu. Spiss nisimgħu li l-ħażen kien minn dejjem. Bħala saċerdot, taqbel ma’ dan?
Hu minnu li l-ħażen kien minn dejjem, għax fil-fatt Naf li int dilettant insibu li Kajjin qatel lil ħuh tal-qniepen. Kif daħlet Abel. Iżda maż-żmien, ilin-namra fik? ħażen infirex fis-soċjetà. Forsi wieħed mill-agħar ħażen Fil-knisja ta’ Ħal Tarxien huwa d-droga. hemm ħamsa, minbarra t-tnejn tal-arloġġ. Il-kbira u Kif tħares lejn il-futur ta’ warajha kien għamilhom tas-saċerdozju f ’pajjiżna? Ġulju Cauchi, fil-funderija tiegħu f’Għajn Dwieli. Hu Bħalissa, kollox jidher xott, ħadem ukoll għall-knisja għax naqsu sew il-vokazztaż-Żejtun; ta’ Ħaż-Żabbar; jonijiet, iżda bħala saċerdot ta’ Bormla; tal-Birgu; tax- nemmen li meta jrid, il-Mulej Xagħra; tax-Xewkija u tal- kapaċi jsib aktar ħaddiema Għarb, f’Għawdex. Il-qniepen għall-ħsad fl-għelieqi tiegħu.
22
06.02.2022
CHARLENE FARRUGIA
IL-MUŻIKA TAGĦTIHA SODISFAZZJON Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Dan l-aħħar sirt naf dwar is-suċċessi ta’ pjanista Maltija li qed tgħix il-Kroazja. Għamilt kuntatt magħha u laqgħet bi ħġarha din l-istedina. Qed nirreferi għal Charlene Farrugia. Hija pjanista u oriġinarjament minn Ħ’Attard. Fil-karriera tagħha daqqet f’ħafna swali prestiġjużi, kemm f’Malta kif ukoll lil hinn minn xtutna. Il-karriera tagħha tirrikjedi li ddoqq kemm f’kunċerti bħala solista kif ukoll musica da camera ma’ mużiċisti oħrajn, u li tirreġistra diskografiji. Ġiet ippremjata diversi drabi, l-aktar riċenti mir-Royal Academy of Music ta’ Londra. Tħobb iżżomm ir-repertorju tagħha wiesa’ kemm tista’ biex iżżomm il-karriera tagħha ħajja u interessanti għall-pubbliku li jiġi jisma’ l-kunċerti tagħha. Fil-ħin liberu tagħha, tħobb tagħmel mixjiet twal fin-natura. Tħobb ix-xemx, id-dawl, in-nies, l-ivvjaġġar, tiltaqa’ mal-ħbieb u mal-kollegi. Dawn l-affarijiet kollha jispirawha. Charlene minn dejjem xtaqet tgħix f’pajjiż b’natura u b’ambjent sabiħ. L-ewwel darba li żaret il-Kroazja, ħasset li dan il-pajjiż seta’ jkun darha xi darba. Ir-raġel tagħha, Franko, huwa mill-Kroazja, u mill-bidu nett tkellmu li l-futur tagħhom flimkien kienu ser jibnuh il-Kroazja. It-tnejn li huma professuri fl-Università ta’ Pula, fl-akkademja tal-mużika fil-Kroazja stess, u issa li għandhom żewġt itfal żgħar, tapprezza aktar l-amb-
jent kwiet u nadif li jgħixu fih. Ilha ddoqq il-pjanu minn ċkunitha. Staqsejtha għaliex għażlet il-pjanu u mhux xi strument partikolari ieħor. “Il-ġenituri tiegħi mhumiex mużiċisti, u ma kienx hemm mużika fid-dar tagħna. Ma kellna l-ebda reġistrazzjonijiet klassiċi u l-ebda strument. Però, missier missieri kien mużiċist, kien idoqq ħames strumenti u kien ħabib kbir tal-mibki Charles Camilleri. Hu kien l-uniku mużiċist fil-familja tiegħi. Sfortunatament qatt ma kelli x-xorti nkun nafu, minħabba li kien ħalliena qabel ma kont twelidt. Wieħed mill-ġugarelli li kelli meta kont tifla kien pjanu tat-tfal, u kien l-aktar ġugarell li kont inħobb nilgħab bih. Minn hemm, ommi indunat bin-namra tiegħi għall-mużika, speċjalment għall-pjanu. Bdejt il-lezzjonijiet tal-pjanu ta’ sitt snin ma’ għalliema eċċellenti, is-Sinjura Doris Amodio, li baqgħet tiggwidani sakemm ħallietna
sena u nofs ilu,” bdiet tgħidli meta nibda nistudja xogħol Charlene. ġdid, l-ewwel ħaġa li nagħmel hija li nikteb il-fingering. Insib Ma temminx li t-tfal li jekk niddeċiedi fuq fingergħandhom jiġu imbuttati ings tajbin, insibhom ta’ għabiex jipprattikaw jnuna kbira fl-istadji bikrin tat-tagħlim. Jien nikteb ħafna Idebuttat mal-Orkestra ta’ noti fil-partitura tiegħi, ħalli Malta fl-età ta’ 13-il sena, fejn meta nerġa’ nirritorna biex kienet daqqet il-kunċert nru indoqqha darb’oħra nsibhom 1 ta’ Mendelssohn. Ħallejt miktubin lesti. Idealment, f’idejha sabiex telabora aktar inħobb ikolli żmien biżżejjdwaru. “Meta bdejt nistudja ed biex nitgħallem il-biċċa. l-pjanu, ma stajtx noqgħod ’il Naħdem b’mod intens ħafna bogħod minnu. Meta l-ġen- fl-ewwel ġimgħat fuq biċċa ituri tiegħi kienu jeħduni ġdida. Imbagħad inwarrabha xi ħarġa, jien kont noqgħod u nħalliha għal ftit żmien, u nipprattika f’moħħi, u nitta- nerġa’ niġi għaliha wara ftit ma li ma ndumx ma nerġa’ ġimgħat. Biex tifhem ix-xognirritorna d-dar fuq il-pjanu ħol mija fil-mija, trid l-ewwtiegħi. Ma nemminx li t-tfal el issir tafu. M’hemm l-ebda għandhom jiġu imbuttati biex shortcut. L-istess bħal attur li jipprattikaw. Insibha orribbli jrid jifhem rwol.” meta hija ħaġa ta’ “ambizzMhux hekk biss, iżda tisjoni” u l-ġenituri qed jgħixu ta’ tgħid li l-pjanu ħadha xi fantasija tagħhom stess. mal-erbat irjieħ tad-dinja Min-naħa l-oħra, naf li xi tfal f’pajjiżi bħal-Londra, l-Olanjeħtieġu aktar inkoraġġi- da, l-Amerka, ir-Russja, ment minn oħrajn. Għal dan ir-Rumanija u l-Awstrija. Misil-kunċert, ippreparajt ruħi toqsija xi tkun is-sensazzjoni bħas-soltu. Normalment, tagħha bħala pjanista li tkun
Meta bdejt nistudja l-pjanu, ma stajtx noqgħod ’il bogħod minnu. Meta l-ġenituri tiegħi kienu jeħduni xi ħarġa, kont noqgħod nipprattika f’moħħi u nittama li ma ndumx ma nerġa’ nirritorna d-dar fuq ilpjanu tiegħi
qed iddoqq barra minn Malta, Charlene weġbitni: “Kelli 11-il sena meta daqqejt għall-ewwel darba barra minn Malta. Meta tkun ġejja minn pajjiż daqshekk żgħir, hija indispensabbli li tagħmel esperjenzi ġodda f’pajjiżi akbar. Is-safar isir xi ħaġa naturali f’din it-tip ta’ karriera, għalkemm inizjalment, għalija, ma kinitx faċli, speċjalment meta kont għadni l-iskola u kien ikolli nfalli l-lezzjonijiet.” S’issa Charlene ħarġet żewġ albums taħt il-kappa ta’ Grand Piano Records. Naf ukoll li dan l-aħħar ħarġet album ġdid. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar dwarhom. “Bħal kulħadd, żmien il Covid kien żmien terribli għalija. F’dan il-perjodu stramb kelli ċ-ċans niffinalizza żewġ CDs. L-ewwel CD li ħarġet f’Marzu tal-2021 jisimha “Recitatives and Fugues: Children’s Albums I and II”: mużika għall-pjanu solo ta’ Aram Khachaturian, filwaqt li s-CD l-oħra jismimha “In the Midst of things”, mużika tal-kompożitur kontemporanju Malti Karl Fiorini li ħareġ f’Novembru tal-2021. Dawn id-diski ħarġu taħt il-kappa Grand Piano. Għal aktar informazzjoni tistgħu żżuru is-sit uffiċjali www.grandpianorecords. com.” Li tkun artist mhijiex għażla Illum il-ġurnata Charlene hija Professur tal-Pjanu fil-Fakultà tal-Mużika fl-Università Juraj Dobrila ta’ Pula, il-Kroazja. Mistoqsija x’sodisfazzjon
08.11.2020 06.02.2022
23
SKEDA ONE Kalamita ONE News Popcorn Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Better Living Flimkien ma’ Nancy Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari
19:20 19:30 20:10 20:30 21:15 22:50 23:30
ONE Sports & Temp ONE News Primetime Reboot Attivitá Politika Niftakru ONE News
06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Espresso 12:30 ONE News 12:40 Ħabrikt
13:00 15:30 15:35 15:55 16:00 16:25 16:55 17:30 18:30
Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari Dak li Jgħodd Pjazza
19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 21:00 22:15 22:50 23:30
Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Point of Order Taf X’qed Jgħidu? Music Legends Mill-Chcina ta’ Dari ONE News
06:30 06:45 07:55 08:00 08:33 09:05 09:30 12:30 12:35 13:00
15:30 15:40 15:57 16:05 16:28 17:15 18:00 18:30 19:14 19:20
ONE News Music Legends Ieqaf 20 Minuta Primetime Preview Pink Panther Imqades l-Istorja What’s Cooking Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp
19:30 20:10 20:30 21:05 22:30 23:30
ERBGĦA ONE News 09-02 Primetime The Local Traveller Bullet Proof Awards Flip the venue ONE News
06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:56 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt
13:00 15:30 15:45 16:00 16:05 16:26 17:00 17:30 18:30
Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Popcorn Żona Sport Mhux kemm taf Pjazza
19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 22:30 23:30
Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Awla Reboot ONE News
06:30 06:45 07:54 08:00 08:33 09:05 09:30 12:30 12:45 13:00
15:30 15:35 15:55 16:00 16:20 17:30 18:15 19:13 19:18
ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview What’s Cooking Indhouse Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp
19:30 20:10 20:30 21:00 22:15 22:30 23:30 23:30
ONE News Primetime Niftakru Miraklu Ħabrikt Popcorn Żona Sport One News
06:30 ONE News 06:45 Music Legends 07:25 Reboot 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:33 Better Living 09:30 Żona Sport 10:05 The Local Traveller 10:35 Dak li Jgħodd
11:35 12:00 12:30 12:35 13:10 14:15 15:30 15:35 17:25
What’s Cooking Popcorn ONE News Telebejgħ Indhouse Taf x’qed jgħidu?! ONE News Mhux kemm taf Sabiħa l-Ħajja
18:00 18:45 19:20 19:30 20:10 20:30 23:30
Pink Panther Ondroad ONE Sports & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News
06:30 06:45 07:12 07:43 08:00 08:40 10:00 11:30 12:30
12:40 13:15 15:30 15:35 17:05 17:50 19:25
Telebejgħ Arani Issa ONE News Arani Issa Music Legends L-Argument One Sport & Temp ONE News
20:10
Ieqaf 20 Minuta Attività Politika Willy Awla ONE News
ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up
TLIETA 08-02
tieħu llum il-ġurnata li dak li tgħallmet matul iż-żmien qed tgħaddih lil ħaddieħor, weġbitni hekk: “Huwa vantaġġ mill-isbaħ li tkun tista’ taqsam l-esperjenzi tiegħek tal-passat u tal-preżent waqt il-lezzjonijiet mal-istudenti. Inħobb immiss suġġetti relatati mal-performance, bħall-preżenza fuq il-palk, il-mod kif wieħed għandu jġib ruħu fuq palk, il-memorizzazzjoni tal-mużika, kif ukoll il-famuża stage fright. Nemmen li l-aspetti mużikali tat-tagħlim tal-pjanu jittejbu meta jkollhom sfond ta’ performance peress li kull biċċa mużika timmatura ħafna waqt wirja pubblika.” Ma’ Charlene, iddiskutejt ukoll dwar kif tħares lejn il-mużika kummerċjali tallum. “Jien ma tantx inżomm ruħi infurmata ma’ dak li għandu x’jaqsam mal-mużika kummerċjali tal-lum. Bejn li nivvjaġġa u li ndoqq il-kunċerti, l-istudju, u mbagħad hemm il-ħajja personali tiegħi, u x-xogħol tiegħi l-Università. Sfortunatament, sempliċement m’għandix il-ħin,” stqarret miegħi. Dwar kif tħares lejn il-ħajja b’mod ġenerali u xi jdejjaqha l-aktar, Charlene weġbitni: “Normalment ma ngħixx fil-passat. Inħaddan il-futur u nimxi ’l quddiem, dejjem nittama li nitgħallem minn dak kollu li jkun ġara f’ħajti. L-ipokrisija hija l-aktar ħaġa li ddejjaqni. In-nies li juru ġentilezza falza verament idejquni. Għadni nixtieq nimmaġina li d-dinja hija
magħmula minn persuni ġentili u twajba, imma sfortunatament, ir-realtà mhix hekk,” stqarret miegħi. Ħajjitha prattikament iddur mal-pjanu. Mistoqsija jekk timmaġinahiex tagħmel xi xogħol ieħor lil hinn mill-mużika, weġbitni: “Iddeċidejt konkretament li nsir mużiċista ta’ età żgħira, għalkemm meta kont issixth form studjajt suġġetti tal-kummerċ. Naf li ħadt id-deċiżjoni t-tajba, għax qatt ma stajt insib impjieg ieħor li jagħtini sodisfazzjon aktar mill-mużika.” Fl-aħħar ta’ din l-intervista stedintha tħalli messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Li jagħmlu dak kollu li jagħmlu bl-imħabba, bil-passjoni, b’konsistenti u bil-paċenzja. Xejn mhu se jiġi f’ġurnata jew f’ġimgħa jew saħansitra f’sena. L-arti teħtieġ iż-żmien biex tikber u l-artisti għandhom bżonn iż-żmien biex isibu l-lingwa tagħhom stess. Li tkun kapaċi tagħmel passi żgħar u li ma taqtax qalbek meta l-affarijiet ikunu diffiċli hija l-aktar ħaġa importanti, fl-opinjoni tiegħi. Mill-esperjenza tiegħi indunajt li tkun artist ma tkunx għażla; huwa dak li int. Huwa l-post fejn tħossok libera u fejn tista’ taħbi s-sigrieti kollha tiegħek. Anke meta jkollok ġranet diffiċli u dubji dwar ix-xogħol tiegħek, xorta toħloq l-enerġija biex tkompli. Fl-aħħar mill-aħħar, kollox idur madwar l-imħabba u l-onestà, l-ewwel lejna nfusna u t-tieni lejn il-mużika.”
TNEJN 07-02
13:00 15:30 15:35 15:58 16:00 16:25 17:30 18:30 19:15
06:30 06:45 07:55 08:00 08:33 09:05 09:30 12:30 12:35
ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita
ĦAMIS 10-02
ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita
SIBT 12-02
ONE News Niftakru Żona Sport Ħabrikt Il-Quddiesa tal-jum Paperscan Attività Politika Flip the Venue ONE News
19:30
20:35 21:15 21:45 23:30
ĠIMGĦA 11-02
ĦADD 13-02
24
06.02.2022
reċensjoni tal-ktieb
IĊ-ĊURKETT TAS-SULTAN SPIROS Andreas kien tifel fqir u twajjeb, jirgħa n-nagħaġ u l-mogħoż f’raħal żgħir fil-Ġreċja Antika. Waqt li l-merħla tkun tirgħa kien jieħu gost idoqq arpa żgħira li kienet tifkira ta’ missieru mejjet. Imma tliet subien oħra, kattivi u mqarbin kienu jħobbu jinbxuh, jgħajruh u jiddieħku bih. Ġriet ix-xniegħa li fir-raħal kien ġej is-Sultan u jiltaqa’ miegħu, imma dan baqa’ ma deherx. Sadattant, tfaċċa raġel xwejjaħ liebes imċerċer li wkoll ġie trattat ħażin mit-tfal kattivi. Ittantawh, daħku bih, għajruh u waqqgħuh mal-art. Meta telqu, Andreas offrielu bieqja ħalib. Ix-xwejjaħ ħa gost jixrobha bil-mod. Qabel ma telaq, ix-xwejjaħ offra lit-tifel ċurkett sabiħ, imma ried mingħandu l-arpa ċkejkna. Qallu li dak iċ-ċurkett kien tilfu s-Sultan u kien se jagħti rigal sabiħ lil min isibhulu. Imma Andreas ma xtaqx iċedi l-arpa għax dik kienet tifkira ta’ missieru . . .
Mistoqsija: Min tfaċċa minflok is-sultan? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IĊ-ĊURKETT TAS-SULTAN SPIROS. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 13 ta’ Frar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb BEJN STORJA U MITI - GIOVANNI BONELLO hija:
J. CALLEJA - MSIDA
02 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Fl-aħħar ħames snin, kemm żdied l-ammont ta’ persuni b’diżabilità li daħlu fis-suq tax-xogħol?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
06.02.2022
THE WINEVILLE CHICKEN COOP MURDERS Ħtif u qtil minn Gordon Stewart Northcott Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
Gordon Stewart Northcott kien stupratur u qattiel tal-massa Kanadiż. Northcott kien jaħtaf lis-subien biex jistuprahom, jittorturahom u wara kien jeħles minnhom. Huwa nstab ħati ta’ tliet omiċidji filwaqt li ommu, Sarah Louise Northcott, instabet ħatja ta’ omiċidju wieħed. Min kien Gordon Northcott? Gordon Stewart Northcott twieled fid9 ta’ Novembru tal-1906 f’Bladworth f’Saskatchewan fil-Kanada. Fl-1924, il-familja Northcott marret tgħix f’Los Angeles f’Kalifornja, fejn Northcott ipperswada lil missieru biex jixtrilu biċċa art biex jibni dar b’gallinar. L-art inxtrat f’Wineville u bl-għajnuna ta’ missieru u tan-neputi tiegħu, Sanford Clark, Northcott irnexxielu jibni dak li xtaq. Jibda l-ħtif li spiċċa bil-qtil Wara li tlesta x-xogħol, Northcott beda juża d-dar u l-gallinar għal skopijiet malizzjużi hekk kif beda jaħtaf is-subien, jistuprahom, jittorturahom u jaqfilhom fil-gallinar sa ma jeħles minnhom. Dan kollu wettqu b’daqqa t’id mingħand in-neputi tiegħu Sanford u anke bl-għajnuna ta’ ommu. Jidher li Sanford, li kellu biss 11-il sena, kien vittma ta’ Northcott stess u kien jagħmel li jgħidlu biex ma joqtlux. Min-naħa l-oħra, omm Northcott pruvat tgħatti l-għemil ħażin ta’ binha meta ġiet arrestata u ammettiet li kienet hi li qatlet wieħed mis-subien. Northcott u ommu spiċċaw fil-mira tal-pulizija hekk kif oħt Sanford, Jessie, marret tara lil ħuha u huwa qalilha b’dak li kien qiegħed jiġri. Hekk kif irritornat lejn il-Kanada, Jessie
IN-NEPUTI SANFORD CLARK
marret l-ambaxxata Amerikana u qaltilhom b’dak kollu li kien qalilha Sanford u dawn għarrfu lill-pulizija ta’ Los Angeles. Fil-31 ta’ Awwissu tal-1928, żewġ spetturi mill-qasam tas-servizz tal-immigrazzjoni, Judson F. Shaw u George W. Scallorn, marru f’Wineville biex ikellmu lil Northcott. Meta Northcott rahom ġejjin, hu hedded lil Sanford biex jibqa’ hemm ħalli hu jilħaq jaħrab. Hekk kif l-ispetturi qabdu lil Sanford, hu seta’ jgħidilhom dak kollu li kien ġara u x’ġiegħlu jagħmel Northcott. Waqt l-interrogazzjoni, Sanford qal lill-pulizija li Northcott qatel erba’ subien u difen il-fdalijiet tagħhom qrib id-dar. Hu qalilhom li Northcott kien jistuprahom, jittorturahom u wara joqtolhom bl-għajnuna ta’ ommu u anke tiegħu stess. Sanford wera lill-pulizija fejn kienu l-fdalijiet u huma sabu 51 biċċa iżda ma nstabux katavri sħaħ. Minn din l-evidenza, il-pulizija rnexxielhom jaslu għall-konklużjoni li l-vittmi kienu Alvin Gothea, l-aħwa Lewis u Nelson Winslow u Walter Collins. Alvin Gothea, li għall-bidu kien magħruf bħala “l-Messikan ta’ bla ras,” kien l-ewwel vittma ta’ Northcott. Warajh Northcott ħataf lil Walter Collins waqt li kien sejjer jara film fl10 ta’ Marzu tal-1928. Fis-16 ta’ Mejju tal-istess sena, Northcott ħataf lillaħwa Winslow, Lewis ta’ 10 snin u Nelson ta’ 12-il sena, waqt li kienu mexjin lura d-dar. Minkejja dawn l-erba’ vittmi, Northcott qal li qatel fuq għaxart it-tfal iżda ma nstabitx evidenza ta’ dan. L-għejbien ta’ Walter Collins kien imxandar ħafna u l-pulizija bdew jiġu kkritikati u mgħajra li ma kinux qegħdin jagħmlu xogħolhom sew. Ħames xhur wara l-għejbien, il-pulizija sabu tifel li qal li kien Walter Collins u għarrfu lil omm Collins, Christine. Din kif rat lit-tifel qalet li ma kienx binha iżda l-Kaptan J.J. Jones qalilha biex “tieħdu d-dar u tara kif tmur”. Tliet ġimgħat
wara, Christine reġgħet marret għand Jones u qaltlu li t-tifel ma kienx binha iżda minflok għenha, qafilha fi sptar psikjatriku taħt il-kodiċi 12 – kodiċi li kienet għal dawk in-nies li kienu ta’ inkwiet żejjed għall-pulizija. Sadanittant, Jones kellem lit-tifel li beda jgħid li kien Walter Collins u dan ammetta li hu kien jismu Arthur J. Hutchens. Hekk kif ħarġet din l-aħbar, Christine nħarġet mill-isptar u fittxet lil Jones għad-danni. L-arrest ta’ Northcott u ommu Il-pulizija Kanadiża arrestat lil Northcott u ommu fid-19 ta’ Settembru tal1928 u ttieħdu f’Los Angeles fit-30 ta’ Novembru tal-istess sena. Northcott instab ħati ta’ tliet omiċidji – ta’ Alvin Gothea u l-aħwa Nelson filwaqt li ommu nstabet ħatja għall-qtil ta’
Walter Collins għax amettiet hi stess. Northcott weħel il-forka u ommu weħlet għomorha l-ħabs minflok ilmewt għax kienet mara. Minkejja li Northcott u ommu qalu li Walter Collins kien wieħed mill-vittmi, dakinhar tal-eżekuzzjoni tiegħu bagħat telegramma lil omm Collins fejn qalilha li hu ma qatilx lil binha u talabha żżuru qabel l-eżekuzzjoni tiegħu. Omm Collins marret iżda xħin Northcott raha ma riedx ikellimha. Hi baqgħet temmen li binha kien għadu ħaj u baqgħet tfittxu sa ma mietet fl-1964. Northcott ingħata l-forka fit-2 ta’ Ottubru tal-1930 fis-San Quentin State Prison meta kellu biss 23 sena. Ommu ħarġet mill-ħabs fl-1940 u mietet erba’ snin wara. Xahar wara, ir-raħal ta’ Wineville bidel ismu għal Mira Loma minħabba dawn l-omiċidji.
IL-VITTMI: L-AĦWA LEWIS U NELSON WINSLOW U WALTER COLLINS
26
06.02.2022
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
06.02.2022
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 419
C. MIZZI - ĦAL TARXIEN
Bi 3 NUMRI 068 134 188 300 337 553 563 632 656 752 803 832 847 872 901
953 B’4 NUMRI 0242 0332 0589 0670 1180 1204 2038 2278 2297 2336 2694 3184 3260
3290 3297 3298 3461 3715 3758 4023 4253 4902 4920 4960 5010 5636 5920 6498 6720
7345 7733 7777 8015 8235 8448 8981 9051 9076 9221 9711 B’5 NUMRI 01095 02064
02745 11846 16792 17266 19776 20380 23843 23863 28498 31352 42092 45060 58561 70546 73371 81373
86029 86201 93141 97750 B’7 NUMRI 1544187 4682683 6102601 6319290 7269602 9070446
MIMDUDIN: 7,21M. 1. Kompli l-qawl: 9. .......... ta’ ħmar 10. taqla’ sinslet 12,23. id-dahar (5) 4. M’għandux 16. għaxja ta’ lejla (4)18. WEQFIN: 1. Kesħin żgur (6) 2,12W. Trijonf (5) 3,11. Għamel hekk fit-triq! (5) 5,18. Tal-familja (5)
6. 8. 11. 12. 13,19. 14.
Iżżejjen bihom (5) 19. Lino Gauci Borda (3) 20. Melħin ħafna (6) 21. Jagħti matul 23. il-lejl (4,2-4) 24. Mhux le (3) Ara 5 TV (3) 15. Jixrob (9) 17. Ara 3 Ara 2 21. Jgħin fil-Quddies (6) 22. Lakumja bla sieq (6)
Ara 13 It-tifel tiegħek (5) Ara 7 Ara 12 mimduda Zijiet kif spiss tinkiteb żbaljata (5) Nieqaf (6) Daħlet fil-futbol riċentement (3) Kollox Ingliż (3) Ingrid Borg James (1,1,1)
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1. Darek, 4.Serp, 7,16.Miksi, 9,10. Inkubatur, 12.Ċirasa, 20.Pizza, 23.Issa, 24.Tinda
WEQFIN: 1.Dmirek, 2,3.Rakkmu, 5,21M. Entita, 6,21W.Periti, 8.Ibbalzmat, 11.Xi, 12,19.Ċinta, 13.Rai, 14.Anarin, 15.Parana, 17,18.Satal, 22.Ass
28
06.02.2022
DEĊIŻJONI TAJBA U F’ĦINHA Editorjal
Il-maġġoranza tirrikonoxxi min għandu l-kredibbiltà li jamministra l-aħjar u b’umiltà, minkejja l-appoġġ kbir li jgawdi … ħaddieħor fit-tmexxija ta’ minoranza wkoll joħloq il-kaos
Meta ninsabu lejn tmiem leġiż latura politika u allura qrib deċiżjoni kollettiva importan ti għall-pajjiż, il-maġġoran za tal-poplu diġà bdiet tiġbor l-esperjenzi tal-aħħar snin bilgħan li tirrifletti qabel l-għażla eventwali. Hi parti mit-tħejjija demokratika li twassalna biex inwieżnu x’jaqbel lilna perso nali, lill-għeżież tagħna u lillpajjiż. Jiġu waqtiet fil-ħajja li jeħ tieġu deċiżjonijiet diffiċli u fejn tista’ targumenta miegħek in nifsek dwar liema triq għandek tieħu. Minkejja dan, l-għażla fl-elezzjoni ġenerali li jmiss żgur mhijiex waħda minnhom. Aktar minn qatt qabel, l-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni fil-pajjiż hi iżjed simplifikata f’għajnejn ferm aktar ċittadi ni. Bħala l-gazzetta uffiċjali tal-Partit Laburista faċli nin ftiehmu ta’ preġudikati, imma m’aħniex u dan bil-fatti. M’aħniex u mhux biħsiebna nkunu minn dawk ta’ żmien GonziPN li kklassifikaw lill-pop lu Malti bħala ċuċ. Mhuwiex fil-karattru tagħna. Bil-maqlub, ħafna minn dawk li sal-lum għadhom iferfru fl-Oppożizzjo
ni, wara żewġ telfiet rekord u tliet kapijiet differenti, jibqgħu imbottati mill-istess mentalità perikoluża. L-istess sħabhom “ġodda” u dawk li jippretendu li jitkellmu f’isem il-kotra, avolja fil-veri tà huma biss fergħa fl-istess zokk marid. L-esperjenza tadDeputati David Thake, li nqa bad li żamm għandu iżjed minn €800,000 f’taxxa li suppost għadda lill-Istat, u dik ta’ Joe El lis, li juża l-privileġġ Parlamen tari biex jinfluwenza u jagħmel pressjoni fuq proġett li minnu qed jiggwadanja finanzjarja ment, hi sinonima mal-qawl li l-lupu jibdel sufu, iżda mhux għemilu. It-tnejn inzertaw ukoll parti mill-establishment li sal-bie raħ ma staħax jgħid fil-pubb liku li l-Laburist u kull ċitta din ieħor, li jogħġbu jaqra din il-gazzetta, ma ħaqqux jiġi mgħarraf bil-ħidma tal-Gvern, sempliċiment għax hu min hu jew aħna min aħna. Dan waħdu wkoll jibgħat sinjali qawwija li jikxfu politiċi qarrieqa, li m’għandhom l-eb da kredenzjali demokratiċi, anke jekk il-ħin kollu jriduha
tal-paladini tad-demokrazija, tas-saltna tad-dritt u tal-libertà tal-istampa. Is-serenità tagħna toħroġ mill-fatt li l-poplu diġà kejjil hom u ġġudikahom tajjeb meta rriġettahom bl-akbar qawwa … u quddiem għażla oħra dwar min l-aħjar li jtejjiblu ħajtu, jerġa’ jagħmel l-istess! Għax il-maġġoranza tiżen il-ġid kbir li twettaq fil-pajjiż, daqskemm tagħraf min ippro va jrażżnu u jbiegħdu. Il-maġ ġoranza trodd ħajr għall-ħid ma mfaħħra globalment biex ġew salvati l-ħajja u l-għajxien fostna, daqskemm tinkorla għal kull min ipprova jqarraq u jwerwer, minflok ġibed l-istess ħabel nazzjonali f’ċirkostanzi mingħajr preċedent. Il-maġġoranza tifraħ b’poli tika li toffri l-appoġġ kull fejn u meta meħtieġ, daqskemm tiftakar fid-“daqqiet” li rċeviet ftit tas-snin ilu meta s-sitwazz joni wkoll kienet inqas gravi. Il-maġġoranza tapprezza kull rekord ekonomiku u soċjali fleqqel ta’ pandemija, daqskemm ma nsietx lil min kien imbotta parti mdaqqsa mill-klassi med ja lejn il-miżerja tal-faqar.
Il-maġġoranza m’għandhiex dubju min reħa l-poter minn idejh favur mekkaniżmi li saħ ħew il-governanza u s-saltna tad-dritt, bil-maqlub ta’ min kien komdu jagħżel lil min se jmexxi l-istituzzjonijiet biex b’hekk ikun jista’ jimmanipula hom faċilment. Il-maġġoranza tibqa’ kburi ja li ssejjaħ lilha nfisha Maltija, daqskemm tidentifika lil dawk li għamlu ħilithom biex jirredi kolaw lil pajjiżna u saħansit ra jiddikjaraw li jistħu jgħidu minn fejn ġejjin. Il-maġġoranza tirrikonox xi min għandu l-kredibbiltà li jamministra l-aħjar u b’umiltà, minkejja l-appoġġ kbir li jgawdi, daqskemm titqażżeż lill-arro ganti li jippretendi li hu biss għandu d-don li jikkmanda, avolja jinqabad li l-ispeċjaliz zazzjoni tiegħu tibqa’ dik li f’minoranza wkoll kapaċi joħ loq il-kaos. Din hi d-deċiżjoni li se tkun qed tittieħed fil-ġimgħat jew fix-xhur li ġejjin. Dakinhar tad-deċiżjoni tagħna għandha titħalla marka fonda fl-istor ja tal-pajjiż u dan għall-ġid ta’ kulħadd.