KullĦadd_06.03.2022

Page 1

Il-Ħadd, 06 ta’ Marzu, 2022

Ħarġa Nru 1,495

Prezz €1

50 SENA UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Rapport f’paġna 11 Ritratt: GARETH DEGIORGIO

IL-PM WERA GĦAQAL U DIREZZJONI – is-Sindku tal-Għasri Is-Sindku tal-Għasri Daniel Attard, li fl-aħħar jiem irriżenja mill-Partit Nazzjonalista, ilbieraħ filgħaxija tkellem f’attività politika tal-Partit La­burista f’Ta’ Sannat fejn saħansitra ddikjara b’mod ċar li, bħala Prim Ministru, Dr Robert Abela wera għaqal u direzzjoni, filwaqt li għaraf it-tajjeb u saħħu. “Dan il-pass kien wieħed seren u naturali għax ħassejt ġibda qaw­ wija lejn il-politika pożittiva mimli­ ja tama tal-Partit Laburista,” qal Attard dwar id-deċiżjoni tiegħu li jkun preżenti fl-istess attività Laburista. F’din l-istess attività, il-Prim Mi­ nistru u Mexxej Laburista ħab­bar għadd ta’ proposti ġodda għal Għawdex. Fil-fatt, f’diskors iffokat dwar il-progress li għamel Għawdex fl-aħħar snin, iżda aktar minn hekk dwar dak ippjanat għal li ġej, il-Prim Ministru tkellem dwar kif Għawdex irid jilħaq aktar il-poten­ zjal tiegħu. Fost il-proposti mħabbrin minn Dr Abela hemm dik li kull azjenda fil-kamp diġitali li tibda taħdem f’Għawdex tingħata tax credit sa €50,000 u li kull investiment kapi­ tali fiss f’Għawdex jirċievi għot­ja ta’ 40% tal-investiment li jsir. Tkompli f’paġna 9

MALTA TWETTAQ IL-PJAN TAL-FATF JIĠI KKONFERMAT ŻVILUPP MILL-AKTAR POŻITTIV FIL-PJAN T’AZZJONI LOKALI PPREŻENTAT F’SETTEMBRU LI GĦADDA… FIR-REAZZJONI TIEGĦU, IL-PRIM MINISTRU JGĦID LI GĦALISSA L-GVERN SE JŻOMM IL-KAWTELA Rapport f’paġna 4


02

06.03.2022

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 15°C L-Inqas Temperatura: 8°C L-Indiċi UV: 5 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja testendi minn fuq il-Punent tal-Mediterran sa fuq il-Libja It-Temp: Ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ftit qawwi għal qawwi mill-Majjistral li jsir moderat mill-Punent Majjistru Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Moderat L-Imbatt: Baxx mill-Majjistral It-Temperatura tal-Baħar: 15°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

16°C UV 4

8°C

Il-Ħamis

KUNTATT ĠENERALI

14°C UV 5

7°C

Il-Ġimgħa

14°C UV 2

8°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

14°C UV 5

7°C

13°C UV 4

7°C

13°C UV 5

8°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Il-Belt Valletta – 21238577 Chemimart International Pharmacy, 650, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21236477 Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Ħal Qormi – 21443221 Mackie’s Pharmacy, Triq L. Casolani, Ta’ Paris, Birkirkara – 21496089 St. Matthew’s Pharmacy, Triq ix-Xatt, Il-Gżira – 21311797 Penny Lane Pharmacy, Triq is-Sejjieħ, Is-Swieqi – 21375373 Norman’s Pharmacy, 133, Triq il-Kbira, Tas-Sliema – 21332243 Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Ħal Balzan – 21445741 Smiths (Pama) Pharmacy, Triq Valletta, Il-Mosta – 21417593 Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523554 Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21693412 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 21821671 Felice Pharmacy, 95, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 21827939 Fisherman’s Cove 34, Triq Ġużepp, Marsaxlokk – 21651873 Prestige Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Ħal Kirkop – 21641328 Brown’s Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ – 21465411 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479 Għawdex Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Il-Fontana – 21566979 Għajnsielem Pharmacy, Pjazza Indipendenza, Għajnsielem – 27203615 L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

06.03.2022

L-EKONOMIJA LOKALI KIBRET B’€500M AKTAR MILL-2019 FOST L-EWWEL PAJJIŻI LI QED JIRKUPRAW MALAJR, MALTA TIRREĠISTRA TKABBIR ID-DOPPJU TAL-BQIJA FL-UE … IL-ĦADDIEMA U N-NEGOZJI BI DĦUL AKBAR IMQABBEL MA’ QABEL IL-PANDEMIJA Il-Prodott Gross Domestiku (PGD) Malti am­monta għal €14.5 biljun matul is-sena li għaddiet, skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO). Dan kien l-aqwa livell ta’ ġid nazzjonali li qatt ġie rreġistrat fl-istorja, tant li wkoll qabeż b’nofs biljun ewro l-livell tal-ekonomija Maltija ta’ tliet snin ilu, qabel bdiet l-imxija tal-COVID-19 fostna. Jirriżulta wkoll li, minkejja li għadna ħerġin mill-pandemija, l-ekonomija Maltija sena ilu kienet id-doppju ta’ dik li kienet flaħħar sena sħiħa ta’ Gvern Nazzjonalista. Fl-2021, il-ġid nazzjonali ta’ Malta kiber b’9.4%, jiġifieri li, f’inqas minn sena, pajjiżna rkupra kompletament id-daqqa ekonomika ta’ 8.3% rreġistrata matul l-2020. Ir-ritmu tal-irkupru saħansitra kien darba u nofs it-tbassir li għamlet il-Kummissjoni Ewropea ta’ tkabbir ta’ 5.9%, kif ukoll it-tbassir ta’ 7.2% tal-Bank Ċentrali ta’ Malta. L-ekonomija Maltija wkoll kibret biddop­pju ta’ dik fil-bqija tal-Unjoni Ewropea. Minbarra hekk it-tkabbir kien ukoll id-doppju ta’ dak irreġistrat fl-2012, meta l-Partit Nazzjonalista taħt it-tmexxija ta’ Lawrence Gonzi kien għadu fil-Gvern. Hu stmat li l-investimenti s-sena li għaddiet laħqu ċ-ċifra rekord ta’ €3.2 biljun, bid-differenza mal-2012 meta dawn kienu ammontaw għal inqas minn €1.3 biljun, kważi €2 biljun inqas. Ma’ dan ta’ min jinnota wkoll li, b’mod ġenerali, il-ħaddiema qalgħu €6.5 biljun f’pagi u kumpens is-sena l-oħra, jew 9% aktar mill-2019. Fl-istess ħin, il-profitti tanne­gozji u ta’ dawk li jaħdmu għal ras­hom żdied għal €7.1 biljun fl-istess sena, jew 7% ogħla milli kien fl-2019. F’termini ta’ setturi, kif jidher mit-tabella annessa, l-akbar żidiet kienu prinċipalment fl-informazzjoni u fil-komunikazzjoni, fis-servizzi finanzjarji u fil-gaming. Dawn huma ferm ogħla mil-livell ta’ attività li kellhom fl-2019. Il-manifattura u l-kostruzz­joni wkoll kib­­ru minkejja l-pandemija, waqt li, kif misten­ni, is-settur pubbliku kkon­trib­wixxa l-iżjed lill-ekonomija nazzjonali, b’riżul­­tat tal-investimenti qawwija u ta’ bla preċedent fis-saħħa.

SETTURI AKBAR MINN QABEL IL-PANDEMIJA

€ miljun

Amministrazzjoni pubblika, saħħa u edukazzjoni

+294

Informazzjoni u komunikazzjoni

+288

Gaming

+247

Servizzi finanzjarji

+118

Industrija

+80

Kostruzzjoni

+59

Bejgħ ta’ proprjetà

+54


04

06.03.2022

Il-PN kien bassar li l-pajjiż kien se jnaqqas xi €250 miljun jew 7.6% mill-PGD b’telf ta’ numru ta’ kumpaniji tal-gaming u tas-servizzi finanzjarji

PJAN SOSTANZJALMENT KOMPLUT WARA ĦIDMA SFIQA MILL-GVERN Il-Financial Action Task Force (FATF) lill-midja fil-Berġa ta’ Kastilja fejn di, sostniet li din kienet daqqa talikkonfermat li l-pjan ta’ azzjoni tenna li dan ir-riżultat inkiseb għax mewt għas-settur tal-gaming u tasmaq­ bul mal-Gvern Malti hu sos- kulħadd ħadem flimkien. Hu enfa- servizzi finanzjarji, fost oħrajn, waqt tanzjalment komplut u issa fadal sizza li l-governanza hi u se tibqa’ pi- li wkoll qalu li l-pajjiż se jkun qed biss li r-rappreżentanti tagħha jiġu lastru ewlieni tal-viżjoni ekonomika jitlef madwar €250 miljun jew 7.6% fiżikament f’pajjiżna biex jivveri- tal-Gvern, waqt li qed iħares ’il qud- tal-Prodott Gross Domestiku (PGD). fikaw li l-proċess hu effettiv. diem għaż-żjara tar-rappreżentanti Dan l-inkwiet mhux talli qatt ma B’reazzjoni għal dan, il-Prim Mi­ tal-FATF sa Ġunju, meqjusa bħala seħħ, talli sa tmiem is-sena li għadnistru Robert Abela tenna f’kon- l-fażi finali tal-proċess biex pajjiż- diet pajjiżna rreġistra għadd rekord ferenza tal-aħbarijiet li “għalkemm na joħroġ mill-proċedura ta’ aktar ta’ kumpaniji li joperaw fis-settur nemmnu li dak li tħabbar tal-gaming, b’żieda ta’ 6% huwa pass sinifikanti ’l qud­ fuq l-2020. Bl-istess mod sa diem, se nibqgħu nżomtmiem l-2021 kien hemm mu l-kawtela. Kellna pjan rekord ta’ kumpaniji jope­ effet­tiv u effiċjenti u impliraw fis-settur tas-servizzi fiRobert Abela: Il-governanza se mentajnieh.” nanzjarji, b’żieda ta’ istituzzTaħt il-Presiden­za Ġer­ tibqa’ pilastru ewlieni tal-viżjoni joni finanzjarja, tliet impriżi maniża ta’ Dr Marcus Pleyer, tal-assigurazzjoni u ditta ekonomika tal-Gvern id-de­legati tal-FATF, li jir­ tas-servizzi ta’ investiment. rap­­­preżentaw 206 memMinbarra hekk, kif irbri tan-netwerk globali u organiz­ moniteraġġ. rapportat ukoll f’paġna 3 ta’ din ilzazzjonijiet internazzjonali, waslu Min-naħa tiegħu, il-Ministru ħarġa, il-ġid nazzjonali Malti s-sena għal din id-deċiżjoni waqt il-plenarja għall-Finanzi spjega li l-ħidma sfi­ li għaddiet kien nofs biljun li saret bejn nhar it-Tlieta u l-Ġimgħa qa, li saret fl-aħħar xhur, tat il-frott ewro akbar milli kien fl-2019, li għaddew. tagħha, minkejja li kien hemm min qabel bdiet il-pandemija. JirIl-Gvern ħa nota u laqa’ d-deċiż- ried juża din is-sitwazzjoni bħala riżulta minn statistika uffiċjoni tal-FATF, waqt li l-Prim Ministru ballun politiku. Caruana rrimarka jali li l-ekonomija Maltija saħaq li se jkompli jafda fl-esperti wkoll il-qbil unanimu li kien hemm kibret b’madwar id-doppju tekniċi li jaħdmu b’mod indipenden- fi ħdan l-FATF dwar Malta li ssodisfat tal-medja tal-Unjoni Ewroti u bil-kwiet f’dan is-settur, flimkien il-kriterji kollha biex b’hekk issirilha pea, b’rata ferm aqwa minn mal-professjonisti u l-partijiet inter- ż-żjara mill-assessuri tat-task force. kull tbassir. essati ewlenin. Hu wiegħed ukoll li Id-deċiżjoni tal-FATF waslet f’inFil-fatt, Malta rreġistrat jagħtihom l-appoġġ kollu li jeħtieġu. qas minn sitt xhur mindu l-Gvern tkabbir ta’ 9.4%, b’kuntrast Dr Abela rringrazzja lill-ħaddiema Malti ppreżenta l-proċess dettal- mat-tnaqqis ta’ 7.6% li basskollha involuti fis-servizz pubbliku jat dwar kif kien biħsiebu jindiriz- ret l-Oppożizzjoni Nazzjonu mid-diversi istituzzjonijiet tal- za l-pjan t’azzjoni mħabbar f’Ġunju alista. pajjiż, l-accountants u l-awdituri, tal-istess sena. Fil-2021 il-valur miżjud l-avukati u l-organizzazzjonijiet li jiDakinhar l-Oppożizzjoni Nazz- tal-logħob kien ta’ €1.263 bilrrappreżentawhom li kienu involuti jonalista mmexxija minn Bernard jun, żieda ta’ €164 miljun jew f’dawn il-proċessi. Radd ħajr ukoll Grech mhux biss instigat li pajjiżna 15% mill-€1.099 biljun sena lin-negozji u lill-individwi kollha li jiddaħħal fl-hekk imsejħa lista griża, qabel. Fl-istess ħin, il-valur fehmu u kkoperaw bis-sħiħ. iżda bassret ukoll inkwiet ekono- miżjud tas-servizzi finanzAkkumpanjat mill-Ministru miku serju għal pajjiżna. Permezz jarji fl-2021 kien ta’ €1.199 għall-Finanzi Clyde Caruana, il-Prim anke tal-esponenti ewlenin tagħha, biljun, żieda ta’ €50 miljun Ministru lbieraħ filgħodu indirizza fosthom id-Deputat Jason Azzopar- jew 4% fuq l-€1.149 biljun fl-

2020. Il-valur miżjud tal-logħob u s-ser­ vizzi finanzjarji fl-aħħar sena sħiħa ta’ Gvern Nazzjonalista fl-2012 kien ilaħħaq għal €576 miljun u €621 miljun rispettivament, li jfisser madwar nofs dak irreġistrat is-sena l-oħra f’pajjiżna. Fir-reazzjoni tiegħu lbieraħ, ilPN ma semma xejn dwar xi possibbiltà ta’ telf ta’ investimenti lokali. Minkejja dan, xorta waħda kompla fil-vena negattiva tiegħu u qal li “l-ħsara li pajjiżna daħal fil-grey list se nibqgħu nġorruha magħna, għax pajjiżna llum jitqies bħala ġurisdizzjoni dubjuża”. Min-naħa l-oħra, wara tant kritika u tbassir diżastruż, Jason Azzopardi wkoll ma kkummentax fuq din l-aħbar pożittiva u minflok għażel li jtella’ ritratt mal-pappagall tiegħu.


06.03.2022

SOSTENN IEĦOR TA’ €192 MILJUN It-tieni ġimgħa tal-kampan- tal-ġenituri tagħhom. Il-ġenja “Malta Flimkien” bdiet b’Dr ituri fuq l-In-Work Benefit se Robert Abela jip­pre­żenta t-tieni jaraw żieda gradwali ta’ €200 sett tal-aqwa proposti fil-mani- għal kull wild. Tfal minn familji bi dħul fest tal-Partit Laburista. L-ewwel ħames proposti baxx se jir­ċievu pakkett back kienu jinvolvu t-tħabbira ta’ to school b’kotba u uniformi €700 miljun proġetti relatati tal-iskola kull sena b’xejn. mal-ambjent, it-tnaq­qis tal-In- Il-ġenituri ta’ dawn it-tfal se come Tax għal kul­ħadd, it- jingħataw benefiċċju wkoll tnaqqis għall-ewwel darba tar- sa €300 għall-miżati għal atekstrakurrikulari. rata tat-taxxa fuq in-negozji, tivitajiet żieda fil-pensjonijiet kollha u Għall-ġenituri l-oħrajn kollha, l-intro­duzzjoni ta’ għotja ta’ it-tnaqqis eżistenti tat-taxxa ta’ €10,000 għall-first-time buyers. €100 se jiżdied għal €300. Fl-aħħar nett, it-tfal kollha It-tieni sett ta’ proposti jinkludi aċ­ċess aħjar għall-proċess li jibdew l-iskola Sekondarja mediku tal-IVF, żieda bla preċe- (is-Seba’ Sena) se jkunu qed dent fiċ-Children’s Allowance jiksbu laptop b’xejn, filwaqt li għal kulħadd, l-introduzzjoni l-iskema tat-tablet se tiġi estiża. ta’ garanzija għat-tfal u appoġġ Fl-istess ħin, dawn il-ġenituri għall-ġeni­turi li t-tfal tagħhom kollha jiġu rimborżati l-ispiża ikomplu l-edukaz­zjoni f’livell ta’ servizz bażiku tal-internet. Għal tfal minn fa­milji bi dħul Post-Sekondarju. Wara li diġà serva bħala baxx, dan kollu jfisser appoġġ kata­list fit-tnedija tal-IVF offrut li jista’ jammonta sa €1,500, mill-Istat, il-Partit Laburista eskluż il-valur tal-laptop. Għal issa qed iwessa’ u jtejjeb dan tfal oħrajn l-appoġġ se jkun ta’ is-servizz. Dan jinkludi li jiġi €610. L-aħħar proposta hi intiża permess l-użu ta’ proċeduri alternattivi li jżidu ċ-ċans għal biex tappoġġja lill-ġeni­turi li wliedhom ikomptwelid b’suċċess. lu jistudjaw wara Se titwessa’ wkoll l-età obbligatorja. l-eliġibbiltà biex jiġi Gvern Laburista se żgurat li kulħadd jin­tro­­­d­uċi għotja ikollu ċ-ċans li jsir Kontra kull ta’ €500 fis-sena lil ġenitur, u jekk poskull familja, minsibbli, għal aktar insensittività minn darba. tal-PN, il-Partit barra ż-żidiet fl-istipendju mħabMin-naħa l-oħra, il-Kap Nazzjonalis- Laburista qed brin riċentement ta Bernard Grech jagħmel enfasi li jmorru għand l-istudenti diretdin il-ġimgħa stess fuq l-ulied tament u mhux wera l-akbar insensittività fil-konfront ta’ persu­ni għand il-ġenituri tagħhom. Din l-għotja titħallas għallli jixtiequ jsiru ġe­ni­turi meta, flok wiegħed li jkun t’għa- ew­wel tliet snin wara l-età objnuna għall-kawża tagħhom, bligatorja jekk dawn jattendu ħeġġiġhom isiru atti­visti tal- edukazzjoni full-time. Dan jista’ PN ħalli jgħinu lit-tfal ta’ ħad- jinkludi korsijiet vokazzjonali, sakemm ikunu akkreditati kif dieħor jimxu ’l quddiem. Sadanittant, l-impenn xieraq. B’dan il-mod, il-Gvern tal-PL lejn il-ġenituri joħroġ se jkun qed jappoġġja lil dawk b’mod anke aktar qawwi meta il-ġenituri li jappoġġjaw lil wieħed iħares lejn it-tliet uliedhom biex ikomplu jistudproposti l-oħrajn imħabbra tal- jaw biex tkompli tinħoloq ilbażi għal soċjetà aktar ugwali li manifest. Qabelxejn, il-Mexxej Labu­ tkun kapaċi tieħu vantaġġ sħiħ rista ħabbar l-aktar żieda ġene­ mill-ekonomija b’ħiliet għoljin ruża fiċ-Children’s Allowance li se tkun qed tiġi żviluppata. Dan it-tieni sett ta’ proposti f’ġenerazzjoni. Il-benefiċċju se jiżdied b’€90 b’mod inkrimen- għandu l-karatteristiċi kolltali kull sena matul il-leġiżla- ha ta’ moviment progressiv li tura b’tali mod li l-ġenituri għandu verament għal qalbu kollha jkunu qed jirċievu €450 l-familji ta’ pajjiżna. Se jxerred aktar għal kull wild sa ħames l-attività ekonomika b’mod snin oħra. Għal ġenitur fuq aktar ugwali u jsostni lil dawk il-paga minima dan hu ekwiva- kollha li jixtiequ jsiru ġenituri lenti għal żieda ta’ tliet ġimgħat biex ikunu f’pożizzjoni li jir­ rea­lizzaw il-ħolma tagħhom u fil-paga netta. Biex jgħin aktar lill-ġenituri, wara anke jkunu ta’ sostenn il-Partit Laburista se jkun qed għal uliedhom. Flimkien, dawn il-proposti jintroduċi garanzija għat-tfal. Il-bonus f’każ ta’ twelid jew joffru aktar minn €192 miljun adozzjoni se jiżdied b’€200. It- f’appoġġ immirat lejn il-familtfal kollha se jkollhom aċċess ji madwar il-pajjiż bil-għan li għal childcare b’xejn, irrispetti- jtej­bu l-għajxien tagħhom u vament mill-istatus tax-xogħol l-kwalità tal-ħajja tagħhom.

05


06

06.03.2022

MANIFEST NAZZJONALISTA BI PROPOSTI LI DIĠÀ TWETTQU, DAWK LI MA JAGĦMLUX SENS U OĦRAJN LI LANQAS IL-KAP INNIFSU M’GĦANDU IDEA TAGĦHOM, IL-PROGRAMM ELETTORALI TAL-PN JIXHED IL-QAGĦDA LI JINSAB FIHA B’wiċċu jixgħel Bernard Grech kien kburi ferm meta ddikjara li l-Partit Nazzjonalista, li suppost imexxi, kien qed iniedi l-manifest elettorali tiegħu 100 siegħa biss wara li bdiet il-kampajna elettorali l-ġimgħa li għad­ diet. Madankollu, hu ċar li dan il-manifest sar b’għaġla minn ftit individwi, bil-kontenut tal-manifest li għad irid jasal b’mod intier għand l-esponenti ewlenin tal-PN, fosthom il-Kap innifsu. Analiżi tal-iżjed minn 500 wegħda elettorali tal-PN li saret mill-KullĦadd, turi numru kbir ta’ żbalji … u mhux qed nirreferu għal dawk tal-lingwa. Qabel nibdew bil-kontenut, tajjeb li nirrimarkaw li meta kien qed jippreżenta l-manifest fil-Kunsill Ġenerali Nazzjonalista, Grech iddikjara li dan kien jinkludi 533 proposta, meta fil-fatt l-aħħar verżjoni għandha 544 proposta. L-ewwel verżjoni tal-manifest li tpoġġiet fuq is-sit uffiċjali tal-PN kienet miżgħuda bl-iżbalji, inkluż numerazzjoni doppja u repetizzjoni ta’ wħud mill-pro­pos­ti f’sezzjonijiet differenti tal-manifest. Tgħid forsi għalhekk Grech naqqashom bi 11?! Jidher li nġibdet l-attenzjoni għal dan, għax tant kemm ma kinux ippreparati sew, wara ttellgħu verżjonijiet oħrajn tal-manifest, li b’mod gradwali bdew jiġu rranġati wħud

minn dawn l-iżbalji. Minkejja dan, żbalji grassi għadhom hemm biex jarahom kulħadd.

li t-tnejn li huma jgħidu li l-Malita Plc għandha tieħu post Steward Healthcare. F’paġna 163 issib it-titlu “Pensjonijiet Sostenibbli”, b’partijiet tal-ewwel tliet proposti dwar il-pensjonijiet li terġa’ ssibhom fis-sezzjoni bit-titlu “Pensjonijiet adekwati”, imbagħad biex tgħaqqad, din is-sezzjoni tkompli titkellem dwar ir-reġistrazzjoni tal-art, li ovvjament m’għandha x’taqsam xejn malpensjon­ijiet sostenibbli.

Fost żbalji banali u anke proposti perversi, b’dan il-manifest, il-PN jinqabad iżjed kif ma jistax jiġi fdat bit-tmexxija tal-pajjiż Fost dawn, il-proposti li jġorru n-numri 144 u 348 jitkellmu dwar l-istess ħaġa – tnaqqis tal-VAT. Hemm ukoll il-pro­posta bin-numru 76 u l-proposta bin-numru 218

Kif jgħid il-Malti, huwa każ ta’ “ħawwadni ħa nifhem!” Hemm proposti li huma doppji, imma aqwa minn hekk, hemm proposti oħrajn li b’xi mod tħallew barra. Tant li Peter Agius, li b’ħafna

pompa kien inħatar Chief Spokesperson tal-PN, l-għada li tnieda dan il-manifest, kien iddikjara li hemm 12-il proposta favur id-drittijiet tal-annimali. Il-verżjoni finali għandha biss tlieta! Dawn huma żbalji li ma tistennihomx minn partit tal-affari tiegħu u f’dokument importanti ferm bħalma hu manifest elettorali. Issa jaf dawn jiġu kkoreġuti wkoll, imma li hu ħafna aktar diffiċli għall-istrateġisti tal-PN hu li jirranġaw jew ibiddlu għalkollox uħud mill-proposti li ddaħħlu fil-manifest meta ilhom żmien li ġew implimentati fil-pajjiż. B’ħarsa ħafifa lejn id-dokument, li teknikament ikun il-programm ta’ ħidma għall-PN kemm-il darba jiġi fdat mill-maġġoranza tal-elettorat wara s-26 ta’ Marzu li ġej, issib xejn inqas minn 10 żbalji ħoxnin ta’ dan it-tip: 1) Il-PN qed jipproponi li jintroduċi kreditu tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali għal dawk li ma kinux jaħdmu minħabba mard, xi ħaġa li ilha parti mill-Att dwar is-Sigurtà Soċjali għal numru sostanzjali ta’ snin; 2) Qed jipproponi wkoll li dawk li għandhom biżżejjed kontribuzzjonijiet ta’ bolol imħallsin u għalhekk jistgħu jirtiraw bil-pensjoni, ikunu jistgħu jibqgħu jaħdmu u għalhekk iħallsu aktar kontribuzzjonijiet tal-bolla u jtejbu l-pensjoni tagħhom. Din kienet riforma li mhux biss ġiet introdotta minn

TGĦAFFIĠA MANJA F’GĦAWDEX U OĦRA Fl-ewwel rally tal-massa f’Għawdex Dr Bernard Grech ftit li xejn ibbrilla. Il-kummiedji bdew meta qal li minn meta beda l-kampanja tiegħu biex isir Kap tal-PN, ġie Malta mill-inqas darba fix-xahar. Xi wħud iċċajtaw li, fil-bqija taż-żmien, kien il-Greċja. Sussegwentement ma damx ma qal li s-swar taċ-Ċittadella kien proġett maħsub u komplut minn amministraz­zjoni Nazzjonalista preċedenti. Wara ħab­bar l-idea kbira tiegħu għall-port ta’ Għawdex – bażi għas-suldati. Skontu din l-idea hi “bbażata fuq is-sens komun u r-riċerka”. Hu ftaħar ukoll li ma jġorrx miegħu l-manifest tal-PN. Qal li kburi li m’għandux għalfejn jagħmel dan hekk kif il-PN għandu l-manifest tiegħu online. Fil-fatt, Dr Grech qal li meta anzjan staqsieh x’kienu l-pjani tal-PN għall-pensjonijiet tas-servizz, kulma kellu jagħmel kien li jagħmel tfittxija ta’ malajr fil-manifest online. Iddeċidejna li nagħmlu dan aħna wkoll u dan hu biss dak li ksibna: “Nindirizzaw aktar malajr l-inġustizzji b’rabta mal-Pensjoni tas-Servizz.” Issa dan ma jaqax eżatt bħala pjan. Għalhekk, biex niċċekkjaw sew, ippruvajna nqabblu din il-wegħda ma’ dik li saret fuq l-istess suġġett għall-aħħar elezzjoni ġenerali mill-PN immexxi minn Simon Busuttil.

Wara tfittxija ta’ malajr online sibna hekk: jonali daqs il-paga minima nazzjonali. “Nindirizzaw l-inġustizzja tal-pensjoni tasApparti li llum lanqas għadha tissejjaħ penservizz b’mod gradwali, skont l-età tal-pens- sjoni mini­ma nazzjonali, iżda mill-2016 lil hawn jonant, billi fil-kalkolu tal-pensjoni tal-irtirar ma iddaħħal il-kunċett tal-Livell Minimu Garannikkalkulawx: tit tal-Pensjoni, din il-prosposta tfisser li dawn a) Il-pensjoni tas-servizz kollha għall-pens- il-pensjonanti jiżdiedu b’25% inqas milli kieku jonanti li jkollhom ’il fuq minn 80 sena; jiżdiedu jekk jerġa’ jitla’ l-Partit Laburista filb) Mhux inqas minn 80% tal-pensjoni tas- Gvern. servizz għall-pensjonanti li jkollhom Fil-fatt, id-differenza bejn il-Livell minn 75 sa 79 sena; Minimu Garantit tal-Pensjoni u l-paċ) Mhux inqas minn 60% tal-penga minima bħalissa hi ta’ inqas sjoni tas-servizz għall-pensjonanminn €12, waqt li l-manifest Lati li jkollhom minn 70 sa 74 sena; burista qed iwiegħed lill-pen­s­ d) Mhux inqas minn 40% jonanti żieda ta’ mill-inqas €15 Mal-PN, il-ġejjieni tal-pensjoni tas-servizz għallfil-ġimgħa, minbarra kull żieda pens­jonanti li jkollhom minn 66 oħra tal-għoli tal-ħajja bil-Cost tal-pensjonanti sa 69 sena; Of Living Adjustment (COLA), hu bbażat biss fuq e) Mhux inqas minn 20% fost oħrajn. proposti mimlijin tal-pensjoni tas-servizz għallpen­sjonanti li jkollhom inqas minn Pensjonijiet bil-fidi ta’ ċnus?! taħwid 65 sena.” Dan juri kemm hu fqir il-manifest atEżempju ċar tat-taħwid ta’ dan il-mantwali tal-PN, anke meta mqabbel mal-aħħar ifest jinstab f’paġna 163. Din il-paġna tinswieħed, li wkoll ma sabx l-appoġġ tal-maġġoran- ab fis-sezzjoni intitolata “Dħul akbar b’sistema za tal-elettorat. fiskali ġusta”. Huwa għalhekk ta’ tħassib meta Minbarra hekk, il-Partit ta’ Bernard Grech qed wieħed isib li f’sezzjoni li titkellem fuq tassazzjoni iwiegħed ukoll li jgħolli l-pensjoni minima nazz- u dħul wieħed isib sezzjoni “Sistema tal-pensjoni-


06.03.2022

TASSEW TA’ KAFKAF Gvern Laburista fl-2016, iżda minnha diġà bbenefikaw mal-10,000 persuna li rtiraw b’pensjoni mtejba; 3) Iwiegħed ukoll li tiġi introdotta skema biex dawk li għandhom ammont ta’ bolol neqsin ikunu jistgħu jħallsuhom u għalhekk igawdu minn pensjoni. Din hi skema li daħħal Gvern Laburista fl-2014 u minnha gawdew eluf, b’mod speċjali nisa. 4) Il-manifest elettorali Nazzjonalista jipproponi saħansitra li pensjonanti li jaħdmu full-time jingħataw bonus sħiħ. Dan diġà qiegħed fis-seħħ; 5) Il-PN qed jipproponi li r-romol jingħataw pensjoni sħiħa, meta hu magħruf li fl-2016 Gvern Laburista introduċa – u għalhekk implimenta – din il-miżura għal dawk ir-romol li kellhom pensjoni qabel il-mewt tassieħeb jew sieħba tagħhom. Terġa’, fil-Baġit 2022, il-Gvern immexxi minn Robert Abela estenda din il-miżura għar-romol kollha; 6) Proposta oħra li qed jagħmel il-PN tittratta lil dawk li ma jkollhomx il-mezzi biex iħallsu s-self tad-dar mal-banek, jingħataw għajnuna mill-Gvern. Din ukoll hi skema li daħħal Gvern Laburista fl-2020 u minnha diġà gawdew mijiet ta’ sidien ta’ djar ġodda; 7) Il-Partit ta’ Bernard Grech qed jgħid li jekk jitla’ fil-Gvern jipprovdi l-IVF b’xejn. Kien Gvern Laburista li ħaseb għal dawk il-koppji li jirrikorru għall-IVF u jagħti dan is-servizz mingħajr ħlas; 8) Il-manifest Nazzjonalista qed jipproponi li jinbena sptar għall-kura tas-saħħa mentali, flok l-Isptar Monte Carmeli. Bħalissa, xogħol ta’ Gvern Laburista, hemm it-tenders għal sptar ġdid li dalwaqt ikunu

ppubblikati; 9) Skont il-manifest, il-PN filGvern jistabbilixxi uffiċċju tal-Malta Enterprise f’Għawdex, li kif żvelajna l-ġimgħa li għaddiet dan ilu stabbilit f’Għawdex mill-1996; 10) Il-manifest iwiegħed ukoll li jkun hemm tnaqqis fit-taxxa għall-attivitajiet ekstrakurrikulari tat-tfal, miżura li kienet introdotta fl-2009. Dawn l-10 eżempji huma biss uħud li joħorġu b’mod ċar u juru l-mod dilettantesk ta’ kif tfassal dan il-manifest. Ma’ dawk diġà elenkati, l-istess manifest ta’ kafkaf jinkludi wkoll numru ta’ proposti li żgur saru ta’ malajr u mingħajr ħsieb jew huma wkoll populisti jew inċentivi perversi, partikolarment dik li diġà qalgħet kritika ħarxa, jiġifieri li jinħafru ċ-ċitazzjonijiet kollha li jkunu akkumulati fuq sitt xhur. Lil hinn minn dan, meta tik­ kunsidra li dan il-manifest sar bl-għaġla u bla studju, filwaqt li ttella’ malajr fuq is-sit tal-PN u għalhekk ta’ kuljum qed ikun aġġornat biex jitranġaw l-iżbalji li fih, ma neskludux lanqas li wħud mill-proposti banali li hemm fih imutu fuq ruħ ommhom sa dakinhar tal-ġudizzju, 20 jum ieħor mil-lum. Mill-analiżi tagħna stajna nagħmlu wkoll numru ta’ osservazzjonijiet oħrajn li jkomplu jikxfu kif il-Partit fl-Oppożizzjoni ma jistax jiġi fdat bit-tmexxija tal-pajjiż. Pereżempju qed jitwiegħed li tiġi im­pli­mentata “fit-totalità tagħha l-Garanzija ta’ Tfulija bla Faqar (Child Guarantee) tal-UE’’. Kliem sabiħ kieku, imma kif se jimplimentawha? Baħħ totali! X’differenza mill-proposti tal-Partit Laburista dwar l-istess

suġġett li ppreżenta pakkett speċifiku ta’ miżuri li huma speċifiċi, stmati (jiswew €145 miljun) u mmirati għal diversi familji u tfal. Wegħda oħra diskutibbli mill-PN hi dik għal “min jispiċċa bla xogħol, l-ewwel 12-il xahar ta’ wara jirċievi benefiċċju ekwivalenti għall-paga minima” biex fost oħrajn ma jħallux “kultura ta’ qgħad tiżviluppa”. Daqskemm tinste­ma’ sabi­ħa, hi perikoluża, għax per­ver­sa u tmur proprju kontra l-għan li jissemma. Din fil-fatt tinċentiva kultura ta’ qgħad għax benefiċċju ta’ sena ekwivalenti għall-paga minima jerġa’ joħloq il-benefit trap li rnexxielu jneħħi l-PL fil-Gvern permezz tal-iskemi tat-tapering u l-In-Work Benefit.

FIL-PENSJONIJIET jiet sostenibbli”. L-ewwel impressjoni hi li l-PN se jipproponi xi taxxa jew kontribuzzjoni ġdida biex jiffinanzja l-pensjonijiet. Fil-fatt, dan jagħmlu, imma b’loġika perversa fis-sezzjoni fuq “Pensjonijiet Adekwati” f’paġna 101. Fis-sezzjoni “Sistema tal-pensjonijiet sostenibbli” wieħed issib sitt proposti. L-ewwel tlieta huma fuq pensjonijiet. L-ewwel waħda ma tgħid xejn ħlief paroli fuq bżonn ta’ mudell sostenibbli mingħajr ma tgħid x’inhu. It-tieni tgħid li l-krediti fiskali għal min jinvesti f’pensjonijiet privati għandhom jissaħħu mingħajr ma tgħid kif u b’kemm. Ta’ min ifakkar li l-PN fil-Gvern dejjem irreżista dawn l-inċentivi u kien Gvern Laburista li daħħalhom. It-tielet proposta hi li jiġi mfassal fond biex fih imorru l-bolol u kontrihom toħroġ l-ispiża soċjali. Din il-prattika ta’ accounting pubbliku ilha ssir mill-1987 tant li jiġi kkalkulat dak li jissejjaħ il-welfare gap. Li jfisser li l-ewwel tliet proposti fuq pensjonijiet sostenibbli mhuma ġodda xejn. L-interessanti joħroġ fit-tliet proposti l-oħrajn. Fil-fatt, ir-raba’ proposta tgħid li taħt Gvern Nazzjonalista jsir proġett ta’ diġi­talizzazzjoni tal-artijiet tal-Gvern. Il-ħames waħda hi li

titħaffef it-trasformazzjoni tal-Aw­ torità tal-Artijiet u tal-Uffiċċju Konġunt, ħalli fidi ta’ ċnus u rikonoxximenti jsiru akar malajr. Is-sitt u l-aħħar proposta tgħid li se jsir prog­ramm struttu­­rat biex ċnus kummerċjali jib­dew jinfdew b’rati kum­merċjali. Li jfisser li, skont il-viżjoni tal-PN, is-sistema tal-pensjonijiet issir aktar sostenibbli bil-fidi ta’ ċnus. Sorsi qrib id-Dar Ċentrali stess ukoll stqarrew li għadhom ma jistgħux jifhmu kif kien hemm din ir-relazz­joni. Huma taw ukoll il-benefiċċju tad-dubju u staqsew jekk dan setax kien xi żball ta’ editjar fid-dokument fejn is-sezzjoni tal-pens­jonijiet spiċċat bi żball f’din il-parti tad-dokument u tħalliet barra xi sezz­joni dwar it-tmex­xijiet tal-Lands. Hu x’inhu, jibqa’ tassew tal-mistħija kif fuq suġġett daqstant importanti, bħall-futur talpensjo­nijiet, it-tmexxi­ja tal-PN għandha biss dan it-taħwid x’toffri lill-poplu Malti u Għawdxi.

07


08

06.03.2022

THEDDID LIS-SUSSIDJU TAL-KIRJIET TA’ QABEL L-1995 Il-proposta numru 22 tal-manifest talPN tgħid li Gvern Nazzjonalista ġdid ineħħi s-sussidju mogħti lil dawk kollha b’kuntratti ta’ kiri magħmula qabel Ġunju 1995. Dan billi tgħid li għal dawk li jaqilgħu sa €40,000 is-sussidju attwali se jkun tapered gradwalment fuq perjodu ta’ tliet snin u mbagħad jitneħħa. Fil-preżent dawk kollha b’kirjiet bħal dawn jingħataw sussidju permanenti mill-Gvern u s-sussidju hu disponibbli wkoll għad-dipendenti tal-kerrej oriġinali għal perjodu ta’ ħames snin. Din id-dispożizzjoni tat serħan il-moħħ

lill-inkwilini kollha, filwaqt li fl-istess ħin laħqet bilanċ bejn l-interessi tal-inkwilini u dawk tas-sidien, waqt li l-Gvern jaġixxi bħala garanzija għaż-żewġ naħat u jipprovdi sussidju li jippermetti lit-tnejn igawdu d-drittijiet tagħhom. Dan kollu jista’ jisparixxi bil-proposta tal-PN, li tisħaq li l-inċentiv għas-sidien se jkun li jżidu l-kirjiet b’mod sostanzjali ħalli l-inkwilini tagħhom ma jkunux jistgħu jkomplu jikru l-proprjetà meta l-Gvern jibda t-tapering tas-sussidju talkera. Numru sostanzjali minn 10,000 persu-

na u fuqhom, li qed jikru u huma protetti, x’aktarx jispiċ­ċaw barra minn djarhom bil-proposta tal-PN. B’mod pervers, din ukoll hi limitata għal dawk bi dħul inqas minn €40,000, li jfis­ser li r-reġim attwali ta’ sussidju ma jinbidilx għal dawk li jaqilgħu aktar. Tassew bil-maqlub ta’ x’titlob politika soċjali! Il-Prim Ministru tkellem ċar kontra din il-proposta u qal li rebħa Laburista biss hi l-unika garanzija għall-inkwilini biex jib­qgħu protetti b’liġi li introduċa hu stess f’din il-leġiżlatura li waslet biex tintemm.

IT-12 MINN PETER AGIUS SPIĊĊAW 3!

Ritratt: OMAR CAMILLERI / DOI

IL-FAST FERRY KAPAĊI JITWAQQAF MILL-PN Il-Partit Nazzjonalista fil-man- ry, minkejja l-popolarità ta’ dan fil-manifest. ifest tiegħu ħabbar li se jkun qed is-servizz introdott minn Gvern LaJidher li l-aħħar taħwid fil-polijimmodifika l-port pittoresk tal- burista. tika tal-Partit Nazzjonalista fuq Imġarr. Dan minħabba li l-ParMadankollu, it-tneħħija tal- it-trasport bejn Malta u Għawdex jitit Nazzjonalista jrid li jżid vapur fast ferry hija l-uniku triq għal rrifletti l-kunflitt bejn iż-żewġ kanieħor mal-flotta tal-Gozo Channel. amministrazzjoni Nazzjonalista. didati Għawdxin tal-PN, Alex Borg Fil-preżent m’hemm imkien fejn Dan speċjalment fid-dawl li l-Kap u Chris Said. Min-naħa, Alex Borg ħames vapuri jistgħu jiġu rmiġġati tal-Oppożizzjoni ħolom mingħajr jiffavorixxi permanent link u air b’mod sikur. ma kkonsulta ma’ ħadd – tant li din link. Biex jikkuntrastah, Chris Said Biex jakkomoda l-ħames vapur, il-miżura mhix elenkata fil-mani- qed jaħdem kontra dawn iż-żewġ Gvern Nazzjonalista jkollu tliet fest tal-PN – li l-port tal-Imġarr se għażliet u qed jinsisti li jiffoka fuq għażliet. L-inqas għażla vijabbli jkollu wkoll preżenza akbar tal-For- it-tisħiħ tal-flotta tal-Gozo Channel. hija li jinbnew faċilitajiet ta’ rmiġġ zi Armati. Intant jidher li se jkunu minflok il-marina tal-jottil-Għawdxin li jbattu l-effett jiet. It-tieni għażla miftuħa ta’ dan il-ġlied intern fi ħdan għan-Nazzjonalisti tkun li jitil-PN. neħħew il-faċilitajiet attwali Ta’ min ifakkar li fl-ewgħas-sajjieda Għawdxin. Din wel tliet xhur tas-servizz, li hija kostitwenza li pjuttost Mijiet ta’ eluf ta’ persuni għamlu ġie mfaħħar mill-Assoċjazzixxaqleb lejn il-PN u allura użu mis-servizz fl-ewwel ftit xhur joni Għawdxija tat-Turiżmu ma tantx tidher għażla vijabu l-Kamra tal-Kummerċ mindu ġie inawgurat is-sena l-oħra Għawdxija, fost oħrajn, bli. It-tielet għażla hija li jitkienu diġà nġarru iżjed minn neħħa s-servizz tal-fast ferry u li Servizz ieħor li kien jissem- 203,000 persuna f’iżjed minn 4,000 l-ħames vapur - dak tal-merkanzi- ma minn kandidati Nazzjonalisti vjaġġ li saru miż-żewġ operatuja jiġi rmiġġat minflokha. Inċiden- – prinċipalment Alex Borg – kien ri liċenzjati – il-Gozo Fast Ferry u talment il-manifest tal-PN jonqos air link bejn iż-żewġ gżejjer. Dan l-Virtu Ferries. Is-servizz ġie inawmilli jsemmi s-servizz tal-fast fer- is-servizz ukoll ma kienx inkluż gurat f’Ġunju tas-sena l-oħra.

Il-mod dilettantesk li bih sar il-mani­ fest Nazzjonalista jkompli jim­pres­ sjona anke fl-inqas affarijiet. Il-konfużjoni li ħierġa mid-Dar Ċentrali taha l-Kelliem Ewlieni Peter Agius. Dan mar Għawdex jiftaħar bi 12-il proposta favur id-drittijiet tal-anni­ ma­li li skont hu jinsabu fil-manifest tal-PN, iżda meta wieħed iqalleb fih, il-kelma “annimali” tissemma seba’ darbiet biss fid-dokument sħiħ. Aħseb u ara kemm hemm 12-il proposta relatata. Pereżempju, skont Agius, il-mani­ fest tal-PN fih proposta ta’ neutering campaign għal annimali abbandunati. Meta wieħed imur fid-dokument talPN jidher li l-uniku neutering li hemm kien ta’ din il-proposta nnifisha! Agius ftaħar li hemm proposti fuq zoos u anke l-importazzjoni u t-trobbija ta’ annimali eżotiċi. Imbagħad tmur tfittex u ma ssib assolutament xejn. Ukoll ħolom li l-manifest iwiegħed li jiġi mħaffef il-programm ta’ microchipping tal-qtates. Il-kelma “qtates” mank qiegħda fid-dokument, aħseb u ara kemm hemm proposta ta’ micro­ chipping! Fil-laqgħa ma’ dawk favur id-drittijiet tal-annimali, Agius ftaħar li bil-PN fil-Gvern se jsir ċimiterju għall-annimali u li f’kull area pubblika fil-pajjiż se jibda jkun hemm animal-friendly park. L-ebda minn dawn il-proposti ma tissemma. It-tajba hi li l-Kelliem Nazzjonalista ftaħar li dawn it-12-il miżura se jiġu implimentati kollha fl-ewwel 100 jum ta’ Gvern Nazzjonalista. Jidher li b’din ir-rata jkun miraklu jekk dawn it-12il miżura jirnexxilhom isibu ruħhom fid-dokument bażwi tal-PN, li issa ilu jittella’ fuq il-website uffiċjali diversi drabi wara li esponenti tal-Partit jiġu ffaċċjati bl-iżbalji kbar li fih. Tant hu hekk li ttieħdet id-deċizjoni li l-manifest jibqa’ ma jiġix stampat u mqassam fid-djar. Bl-iskuża li ma jridux jaħlu karti għal raġunijiet ambjentali – meta safrattant qed jintbagħat materjal stampat ieħor – biex mingħalihom ma jinqabdux kemm huma dilettanti.


09

06.03.2022

JIKBER IŻJED IT-TAĦWID TAL-PN FUQ GĦAWDEX Il-manifest tal-Partit Nazzjonalista huwa miżgħud bl-iżbalji u wieħed rarament jifhem b’mod ċar xi jkun qed jiġi propost. Is-sezzjoni tiegħu dwar Għawdex mhux biss hi involuta wkoll f’dan it-taħwid galore, imma hi wkoll partikolarment dgħajfa. Forsi ma tistenniex wisq diffe­ renti meta tikkunsidra li l-PN bilkemm seta’ joħroġ b’lista ta’ kandidati għall-gżira. Minbarra li diġà ssemmiet il-proposta bin-numru 332 tal-manifest li twiegħed li tinfetaħ fergħa tal-Malta Enterprise f’Għawdex, meta dan l-uffiċċju ilu miftuħ u jeżisti għal dawn l-aħħar 26 sena, sa mill-1996, iżda ġew innotati oħrajn li ma jagħmlux ġieħ u lanqas jirrispettaw l-intelliġenza tal-votanti Għawdxin. Proposta numru 102, li hi inqas magħ­ rufa u/jew għadha sal-lum ma ngħatatx wisq attenzjoni, qed twiegħed it-twaqqif ta’ GU clinic f’Għawdex. Anke hawn Bernard Grech u l-istrateġisti tiegħu ħadu falza stikka oħra, sempliċiment għax din il-klinika ilha topera mill-gżira u f’Mejju li ġej tagħlaq sena tagħmel dan.

Dilettantiżmu sħiħ fit-tfassil tal-politika tal-Partit Nazzjonalista L-analiżi tagħna fil-manifest Nazzjona­ lista wkoll laqqgħetna ma’ proposta numru 327 li tgħid li amministrazzjon­i mmexxija minn Grech bħala Prim Minis­tru tintroduċi għajnuna finanzjarja għall-istudenti Għawdxin li jagħmlu studju full-time f’Malta. Imnalla din il-ġimgħa, waqt li ltaqa’ mal-istudenti f’Malta, Grech ma qagħadx jiftaħar b’dak li għandu f’moħħu, għax kien jispiċċa biex iħammrulu wiċċu dawk li huma ferm iżgħar minnu. Kif jafu l-istudenti kollha Għawd­ xin diġà teżisti għotja kull tliet xhur ta’ €500 għal total ta’ €1,500 f’kull sena akkademika. Dan jammonta għal assistenza annwali mill-Gvern ta’ mad­ war €1.6 miljun lil kważi 1,100 student. Minbarra hekk hemm ukoll il-benefiċċju għall-istudenti Għawdxin għall-ispejjeż tal-kera, li jara li Għawdxi/ja li jgħixu waħedhom f’appartament jieħdu sus­ sidju ieħor mill-Gvern ta’ €1,200 kull sena akkademika. Jidher ċar li, meta kien qed jipprepara l-manifest tiegħu, il-PN lanqas biss indenja jagħmel tfittxija sempliċi fuq Google biex jara jekk hux diġà jeżisti dak li qed jipproponi. Dan jixhed id-dilet­ tantiżmu fit-tfassil tal-politika Nazzjona­ lista llum il-ġurnata, b’diżinteress sħiħ lejn Għawdex u l-Għawdxin.

INĊENTIVI ĠODDA MILL-PL

Tkompli minn paġna 1

Il-Prim Ministru semma kif se jiġu investiti f’Għawdex ukoll mill-inqas €162 miljun f’fondi Ewropej. Dawn jiżdiedu ma’ sensiela ta’ proposti li tħabbru diġà speċifikament għall-gżira, fost­hom l-ispaz­­ju miftuħ għall-familji fil-Belt Victoria li jinkludi grawnd tal-futbol u parkeġġ taħt l-art. Proposta oħra ġdida għal Għawdex hi li jitwaq­qaf ċentru ta’ eċċellenza għar-riċerka bil-faċilità li tipproċessa big data. Għall-ħames snin li ġejjin, l-inċentivi kollha li jingħataw lin-negozji minn entitajiet tal-Gvern se jkunu mill-inqas 10% ogħla għal negozji li joperaw minn Għawdex. Dan filwaqt li Għawdex ikun l-ewwel parti tal-pajjiż li jsir carbon neutral u jkun katalista fit-trasformazzjoni diġitali. Milqugħ minn folla oħra sabiħa, il-Prim Ministru tkellem dwar il-bżonn li, biex dawn il-proposti u ħafna oħrajn isiru realtà, jeħtieġ li kulħadd imur jivvota fis-26 ta’ Marzu li ġej. “Għandi bżonnkom biex nikkonvinċu aktar nies. Din hi elezzjoni dwar pajjiżna, imma fuq kollox hi deċiżjoni dwar il-futur ta’ wliedna. Dak li ksibna sa issa hu biss il-bidu ta’ dak li kapaċi niksbu flimkien,” qal ilPrim Ministru Robert Abela.

Daniel Attard fl-intervent tiegħu fl-attività tal-PL


10

06.03.2022

AKTAR MINN 200,000 DOKUMENT TAL-VOT JITQASSMU MIT-TNEJN Fl-aħħar ħamest ijiem tqassmu aktar 57% tad-dokumenti tal-vot lil dawk eliġibbli li jivvotaw fl-elezzjoni ġenerali tas-26 ta’ Marzu li ġej, total ta’ 355,025 persuna. It-tqassim tal-voti bieb bieb mill-Pulizija beda nhar it-Tnejn li għadda u se jibqa’ għaddej sa nhar ilĠimgħa li ġej. Il-Kap tal-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista Louis Gatt qal li dan l-andament fit-tqassim tad-dokumenti tal-vot hu wieħed aħjar imqabbel ma’ elezzjonijiet nazzjonali oħrajn. “F’dawn il-ħamest ijiem li għaddew, jiġifieri minn nhar it-Tnejn sal-Ġimgħa tqassmu aktar minn 200,000 vot, jew 57% tad-dokumenti tal-votazzjoni. It-tqassim se jkompli inkluż f’dan tmiem il-ġimgħa sa nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Marzu bejn it-8:00 a.m. u s-1:00 p.m. u bejn it-3:00 p.m. u d-9:00 p.m. Importanti li f’kull residenza jkun hemm persuna adulta li tkun tista’ tirċevi d-dokumenti tal-votazzjoni,” qal Gatt. Mill-Ħamis 17 ta’ Marzu, imbagħad, jibda t-tqassim tal-voti mill-għases ta’ kull lokalità. Madankollu, Gatt ħeġġeġ li kemm jista’ jkun jitqassmu voti bieb bieb, ħalli jonqos l-influss ta’ persuni li jmorru jiġbru l-voti mill-għases. Hu fakkar li min għandu xi problema dwar il-proċess elettorali jista’ jċempel lill-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista fuq 20901531 jew 20901528. Sadanittant, minn nhar l-Erbgħa li għadda l-Kummissjoni Elettorali bdiet tilqa’ n-nomini tal-kandidati, bil-Mexxej

MICALLEF Jean Claude MIZZI Joseph SAMMUT Joseph Mario SPITERI Kenneth Ir-Raba’ Distrett ATTARD Jonathan BONETT Christian Paul CAMILLERI Byron CONTI Herbert DE GIOVANNI Katya DEBATTISTA Jude-Taddeo FEARNE Christopher SCICLUNA Oliver SPITERI GRECH Amanda

Laburista Robert Abela jitfa’ n-nomini tiegħu fuq it-Tieni u l-Ħames Distrett ilbieraħ. In-nominazzjonijiet se jibqgħu miftuħin sal-lum fis-7:00 p.m. Wara jibda proċess ieħor, dak tal-istampar tal-poloz talvot skont id-distretti, li fuqhom l-elettorat irid jimmarka l-preferenzi elettorali tiegħu. Sal-bieraħ fis-1:00 p.m. kien hemm total ta’ 96 nominazzjoni f’isem il-Partit Laburista, mifruxa fuq 13-il distrett elettorali. Minn dawn, l-akbar ammont ta’ nomini fuq distrett singolari kien fit-Tielet Distrett, bi 11, u l-inqas fuq il-Ħdax-il Distrett, bi tnejn. Il-lista tal-kandidati Laburisti li tefgħu n-nomina tagħhom sal-bieraħ waranofsinhar, skont id-distrett u f’ordni alfabetika, huma: L-Ewwel Distrett APAP MELI Sean

AZZOPARDI TANTI Keith John DEBATTISTA Jude Taddeo ELLUL Andrew FARRUGIA Aaron GALEA Cressida GRIMA Christopher It-Tieni Distrett ABELA Robert AGIUS Christopher CAMILLERI Byron CARUANA Clyde GRECH James MIZZI Joseph SCICLUNA Oliver SPITERI GRECH Amanda ZERAFA CIVELLI Alison

Il-Ħames Distrett ABELA Robert BONNICI Owen CUTAJAR Gianluca FARRUGIA PORTELLI Julia SAMMUT Joseph Mario ZRINZO AZZOPARDI Stefan Is-Sitt Distrett APAP MELI Sean BORG Fiona BORG Ian CUTAJAR Joseph CUTAJAR Rosianne DE GIOVANNI Katya GALDES Roderick SCHEMBI Saviour

BONETT Christian Paul BORG Fiona CARUANA Clyde CONTI Herbert DE GAETANO Oliver Nicholas GALDES Roderick GALEA Cressida ZAMMIT LEWIS Edward Id-Disa’ Distrett BUTTIGIEG Rebecca FALZON Michael GRIMA Clifton ZAMMIT LEWIS Edward ZRINZO AZZOPARDI Stefan L-Għaxar Distrett ABELA Joetienne BARTOLO Evarist BUTTIGIEG Rebecca FALZON Michael GRIMA Clifton SPITERI Damian VELLA Dario Il-Ħdax-il Distrett AGIUS DECELIS Anthony FARRUGIA Michael

It-Tnax-il Distrett AGIUS DECELIS Anthony ATTARD Jonathan ATTARD Joseph-Matthew BARTOLO Clayton Is-Seba’ Distrett BARTOLO Evarist AGIUS GALEA Malcolm Paul FARRUGIA Michael BORG Ian SPITERI Damian BUGEJA SAID Alicia Maree Beth SPITERI Kenneth It-Tielet Distrett Sephora VELLA Dario AGIUS Christopher FARRUGIA Aaron BONNICI Owen FARRUGIA PORTELLI Julia It-Tlettax-il Distrett BUGEJA SAID Alicia Maree Beth GRIMA Christopher ABELA Joetienne Sephora SCHEMBRI Saviour CAMILLERI Abigail DEMICOLI Audrey Inger VELLA Fleur Anne CAMILLERI Clint ELLUL Andrew CAMILLERI George Paul FEARNE Christopher It-Tmien Distrett REFALO Anthony GRECH James BARTOLO Clayton ZAMMIT Christian Joseph


11

06.03.2022

WHO: MALTA CHAMPION TUL IL-PANDEMIJA L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) iddeskri­ viet lil Malta bħala champion fil-pan­de­mija talCOVID-19, waqt li l-pajjiż kien ukoll strumentali biex l-Ewropa kisbet il-vaċċin b’mod konġunt għall-protezzjoni tal-ġnus fir-reġjun. Dan tħabbar nhar il-Ġimgħa hekk kif id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u d-Direttur Reġjonali għall-Ewropa tal-WHO Hans Kluge ffirmaw ftehim għal strateġija ta’ kordinazzjoni għas-snin 2022-2026 għall-protezzjoni kontra l-emerġenzi tas-saħħa u l-promozzjoni tas-saħħa u l-benesseri inġenerali. Skont id-Direttur Reġjonali tal-WHO, dan il-ftehim se jpoġġi lil pajjiżna fil-quċċata tal-governanza tassaħħa fir-reġjun Ewropew u fid-dinja fl-oqsma fejn hu diġà protagonist u fejn wera l-aħjar prattiċi, bħal fix-xiri konġunt tal-mediċini u tal-vaċċini, l-iscreen-

ing u servizzi marbutin mal-kanċer, it-tisħiħ tal-kura tas-saħħa primarja u s-servizzi ta’ saħħa mentali. Hu faħħar ukoll il-bilanċ li l-Gvern Malti rnexxielu joħloq bejn il-ħarsien tas-saħħa u l-ekonomija. Min-naħa tiegħu d-Deputat Prim Ministru fakkar kif Malta dejjem ikkollaborat fuq livell Ewropew u anke fuq livell dinji fl-inizjattivi tal-WHO, u li dan ilftehim se jkompli jsaħħaħ ix-xogħol konġunt li jsir. Hu sostna li l-mod kif l-Ewropa rnexxielha trażżan il-pandemija tal-COVID-19, waqt li tkompli tagħti s-ser­vizzi tas-saħħa, minkejja l-pressjoni qawwija, hi ta’ eżempju għad-dinja. Fearne spjega kif pajjiżna se jneħħi l-maġġoranza tal-miżuri tal-COVID-19 sal-10 ta’ April li ġej u kif l-Isptar Mater Dei qed jirkup­ra mid-domanda fuq is-servizzi li kellhom jiġu posposti minħabba l-pandemija. Hu wkoll spjega li sadanittant Malta qiegħda

toffri l-għajnuna umanitarja fil-forma ta’ mediċini, tagħmir protettiv u servizzi oħrajn fil-kriżi Ukrena. Dan il-ftehim ta’ kollaborazzjoni jkompli jsaħħaħ ir-relazzjoni soda eżistenti bejn pajjiżna u l-WHO, li ilhom jikkollaboraw flimkien mill-qrib sa mill-2015, meta pajjiżna għall-ewwel darba daħal fi ftehim simili għal dak imġedded illum. L-istrateġija tinkludi wkoll ir-rwol ta’ Malta fl-isfera tas-saħħa pubblika internazzjonali, fejn minkejja ċ-ċokon tagħha, dej­ jem kienet attiva u sar xogħol fuq diversi inizjattivi u proposti internazzjonali. Waqt l-istess żjara, Hans Kluge ppreżenta premju lid-Deputat Prim Ministru Malti bħala simbolu ta’ ringrazzjament u apprezzament mill-Uffiċċju Reġjonali tal-WHO għax-xogħol kbir u ddedikat li qed isir favur saħħa aħjar għall-Maltin u l-Għawdxin kollha.

KASTILJA TAGĦLAQ 50 SENA UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Kitba ta’ DAVID BARTOLO Kien eżattament bħal-lum 50 sena ilu, Ritratt meħud circa 1870 tal-berġa, li nbniet fis-6 ta’ Marzu tal-1972, mindu l-Berġa fuq is-sit ta’ binja ferm iżgħar li l-Kavallieri ta’ ta’ Kastilja u Leon, kif jisimha proprjaKastilja kellhom għal madwar 170 sena qabel ment, bdiet tiffunzjona bħala l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Malti, minflok il-Berġa t’Aragona. Kien il-Mexxej Laburista u Prim Ministru Dom Mintoff li kien iddeċieda li jibda juża dan ilpost aktar ċentrali għall-ħidma tiegħu fit-tmexxija tal-amministrazzjoni pubblika. Minn dak iż-żmien ’l hawn il-binja serviet ukoll lill-Prim Ministri Karmenu Mifsud Bonnici, Eddie Fenech Adami, Alfred Sant, Lawrence Gonzi, Joseph Muscat u attwalment Robert Abela. Dan, iżda, seta’ jseħħ wara li, fit-12 ta’ Diċembru tal-1970, l-Armata Ingliża evakwat mill-binja u fil-25 ta’ Frar tal1971 din għaddiet uffiċjalment f’idejn ilGvern Malti. Din il-binja b’arkitettura Barokka, li riċentement sarilha restawr intensiv kemm fuq barra kif ukoll fil-bitħa tagħha, kellha rwol prinċipali f’diversi aspetti fin-nisġa tal-ġens Malti u fit- ta’ ħafna dinjitarji minn madwar id-dinMill-lat storiku, il-Berġa ta’ Kastilja triq li terraq il-poplu Malti biex sar dak ja li telgħu t-taraġ dominanti mal-faċċa- taf il-bidu tagħha fl-ewwel żmien tatli hu llum. Kienu bosta l-avvenimenti li ta tal-binja. Il-qofol ta’ dawn iż-żjarat twaqqif tal-kapitali. Ftit wara li bdiet seħħew f’din il-mixja u li ġew imfasslin aktarx li ntlaħaq bil-ġrajja storika din- tielgħa l-Belt Valletta, bl-ewwel ġebla u mwettqin minn din l-binja maestuża. jija meta f’pajjiżna saret laqgħa impor- titqiegħed fit-28 ta’ Marzu 1566 ftit meFtit wara li l-Perit Mintoff beda juża tanti bejn il-President Amerikan George tri bogħod, il-Kavallieri tal-lingwa ta’ din il-berġa bħala l-uffiċċju tiegħu, Bush u l-Mexxej Sovjetiku Mikhail Gor- Kastilja appuntaw bħala prokuratur Malta ġiet iddikjarata Repubblika fl- bachev f’Diċembru tal-1988, li wasslet tagħhom lil Alonzo de Texada fis-26 ta’ 1974 u għall-ewwel darba fl-istorgħat-tmiem tal-Gwerra Bierda. Awwissu 1569 ħalli jagħmel akkwist ja kellna Kap tal-Istat li kien It-tnejn li huma żaru l-Berġa ta’ biċċa art fuq l-Għolja Xiberras biex Malti, waqt li ħames snin ta’ Kastilja separatament. fuqha jibnu l-berġa tagħhom. F’Settemwara Malta wkoll ħelŻjarat oħrajn ta’ im- bru tal-istess sena xtraw l-art li fuqha set għall-ewwel darba portanza kbira hawn nbniet din il-binja. mill-bażijiet militari seħħew f’April tal-1997 Fl-1573, il-berġa bdiet tinbena millDinjitarji u barranin. Ħidma meta Malta ospitat Perit Ġlormu Cassar bix-xogħlijiet jieħavvenimenti storiċi oħra li twettqet minn it-tieni laqgħa min- du ftit żmien mhux ħazin. Din il-binja Kastilja kienet meta tal-pajjiżi ġarrbet ħsarat konsiderevoli, partikob’rabta mal-Berġa ta’ isterjali Malta ssieħbet bħaMediterranji u dawk larment fil-faċċata tal-ġenb, fin-naħa Kastilja mindu din la membru fl-Unjoni Ewropej u anke ta’ Triq il-Merkanti, meta fil-11 ta’ JanEwropea fl-2004. s-summit bejn l-istati nar 1693 terremot qawwi kien laqat għaddiet f’idejn Minbarra hekk, iżda, membri tal-UE u l-pajjiżi lil pajjiżna u ħalla diversi ħsarat f’bini il-Gvern Malti l-aħħar 50 sena kienu Afrikani f’Novembru tal- fil-Belt Valletta, it-Tlett Ibliet u l-Imdikkaratterizzati minn żjarat 2015. na. Ftit snin wara fl-1736 ħafna Kaval-

lieri tal-Lingwa ta’ Kastilja, bdew iħossu in-neċessità li tinħatt il-berġa u tinbena oħra akbar. Dan il-pass ġie attwat bejn is-snin 1741 u 1745, meta bdiet tinbena l-binja li nafu llum u dan seħħ taħt il-Gran Mastru Pinto de Foncesa (1741-1773) li kien membru tal-Lingwa u li kien ta s-somma ta’ 1,026 skud għall-istess għan. B’ringrazzjament għal dan il-ġest, il-Lingwa ta’ Kastilja ddeċidiet li tagħmel bust talbronż tiegħu biex jitqiegħed fuq id-daħla prinċipali. Tal-lum hu biss kopja. Matul il-ħakma qasira tagħhom (17981800), il-Franċiżi bdew jużaw il-Berġa ta’ Kastilja bħala kwartieri tal-uffiċjali u, parti minnu, bħala l-uffiċċju tal-kummissjoni biex tmexxi l-proprjetà u l-artijiet li kienu għand l-Ordni. Fl-1859, fi żmien il-ħakma kolonjali Ingliża l-Berġa saret il-kwartieri tal-Armata Ingliża f’Malta. Ftit wara li Malta ngħatat is-self-government f’Jannar tal-1922 fl-Assemblea Legiżlattiva (Parlament) qamet il-materja ta’ nuqqas ta’ spazju u tressqet riżoluzzjoni fejn talbet lill-Gvernatur biex, bil-kunsens tal-awtoritajiet imperjali, jagħti l-Berġa ta’ Kastilja ħalli tibda tintuża bħala bini tal-Parlament. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, nhar is-7 ta’ April 1942, il-Berġa ntlaqtet minn bomba kbira li farrket it-torri tas-sinjali, kissret it-taraġ prinċipali u saret ħsara fil-ħajt tal-bitħa. Ftit wara fit-2 ta’ Frar 1945, il-binja ntużat bħala s-sede tad-delegazzjoni Ingliża għallaqgħa bejn il-Prim Ministru Ingliż Winston Churchill u l-President Amerikan Franklin D. Roosvelt li ltaqgħu f’Malta qabel marru jitkellmu mal-Mexxej Sovjetiku Joseph Stalin f’Yalta. Ta’ min jirrimarka li fit-28 ta’ Marzu tal-2008, il-Berġa u l-funtana li tinstab fil-bitħa interna tagħha ġew skedati, dak iż-żmien mill-Awtorità Maltija tal-Ippjanar u l-Ambjent (MEPA), fi Grad 1 tal-monumenti nazzjonali.


12

06.03.2022

FUTUR SABIĦ

DANIEL MICALLEF

Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit

Ġimgħatejn wara t-tħabbira tal-elezzjoni ġenerali għas26 ta’ Marzu, il-poplu Malti u Għawdxi fil-ġranet li għaddew seta’ jara d-differenza netta bejn iż-żewġ partiti ewlenin f’pajjiżna. Fuq naħa Partit Laburista preparat, mimli enerġija – u fuq in-naħa l-oħra Partit Nazzjonalista li kien u għadu sfukat. Ma tistax tiffoka fuq kif ħa tmexxi pajjiż, jekk

għandek partit mifrud; jekk fl-ewwel jum tal-kampanja jirtirawlek erba’ deputati mil-lista elettorali f’salt. Bernard Grech dan jafu sew. Fil-fatt, għalhekk kuljum beda jipprova jħambaq u jħabbat fuq sidru dwar kemm il-Partit Nazzjonalista kien preparat. Rabat dan mal-fatt li ppubblika l-manifest wara tlett ijiem li tħabbret elezzjoni, iżda jekk dan kien intenzjonat biex juri kemm kien preparat, l-affari ħadmet totalment bil-kontra. Qatt ma smajnieha mkien li partit jippubblika manifest elettorali, u jbiddlu erba’ darbiet. Forsi ħasbu li ħadd mhu ser jinduna. Ressqu ’l quddiem proposti li mhux talli mhumiex studjati, talli se jkunu ta’ dannu kbir għal ċerti setturi tal-popolazzjoni. Ewlenin fosthom dawk li jgħixu fi proprjetajiet b’kirjiet protetti. Wara r-riforma li għamel Gvern Laburista fejn assigura li ħadd ma jispiċċa

mingħajr saqaf fuq rasu u li s-sidien jingħataw kirja xierqa għall-proprjetà tagħhom, Bernard Grech ħareġ bl-idea brillanti li l-għajnuna enormi li qed jagħti l-Gvern iwaqqafha wara tliet snin. Ma ninsewx li qed nitkellmu fuq maġġoranza assoluta ta’ persuni li huma anzjani, li b’din il-proposta jfisser li tliet snin oħra jispiċċaw barra t-triq. Min-naħa tagħna bħala Partit Laburista, il-pjan tagħna kien ċar mill-bidu. Tmien sigħat wara li tħabbret l-elezzjoni konna quddiem l-elettorat bl-ewwel sett ta’ prijoritajiet – liema prijoritajiet spjegajna f’aktar dettall fil-ġranet sussegwenti. Kull proposta maħsuba f’dettall, kemm mill-aspett finanzjarju kif ukoll dak ta’ implimentazzjoni. Komplejna nħabbru miżuri kuljum, bi wħud li jkunu jolqtu firxa wiesgħa tal-popolazzjoni u oħrajn li jkunu aktar settorjali. Koll-

ha importanti – kollha parti mill-viżjoni tagħna għal Malta Flimkien. Fost l-aktar proposti li kelli rispons dwarhom fl-aħħar jiem kienet dik tal-estensjoni tas-servizz tal-IVF. Wara li Mater Dei għamel kważi 10 snin bil-magni tal-IVF irabbu t-trab għax Gvern Nazzjonalista ma kellux il-kuraġġ jilleġiżla, fl-aħħar disa’ snin pajjiżna għamel rivoluzzjoni f’dan il-qasam. Illeġiżlajna, emendajna l-liġijiet – u issa wasal il-mument li nwessgħu aktar is-servizz. L-għan tagħna huwa li l-ebda koppja ma jkollha għalfejn tmur lil hinn minn xtutna biex issir ġenitur. Fl-aħħar snin twieldu mijiet ta’ trabi f’pajjiżna grazzi għallIVF. Fis-snin li ġejjin irridu naraw ferm aktar. Il-Prim Ministru kien ċar – fl-ewwel 100 jum l-emendi legali jitressqu quddiem il-Parlament. M’hemmx lok għal dewmien. Kull ġurnata li tgħaddi għall-koppji li

għandhom sfidi ta’ infertilità hija estensjoni tal-kalvarju li għaddejjin minnu. Is-soluzzjoni li offra Bernard Grech kienet tal-biki għal dawn il-koppji. Tant kienet insensittiva li mhux ser nirreferi għaliha b’mod dirett. Ħaddieħor fil-jiem li ġejjin ser jinfexx f’aktar negattività għaliex ħareġ biċ-ċar li niexef mill-ideat, u dawk li ressaq ’il quddiem kienu nofs sajran, mimlijin żbalji u wħud minnhom anke rigressivi. Il-Partit Laburista ser jibqa’ jressaq aktar proposti kuljum matul din il-ġimgħa. Proposti li jibnu fuq il-ħidma fl-aħħar snin, inkluż fuq il-mod għaqli li biha ġiet amministrata l-pandemija, kemm mil-lat mediku kif ukoll ekonomiku. Il-Kummissjoni Ewropea mhux b’kumbinazzjoni qed tipprevedi l-akbar tkabbir ekonomiku għal pajjiżna fost l-istati Ewropej. Għalhekk ukoll li Malta Flimkien, il-Futur Sabiħ.

IT-TQASSIM TAL-ĠID F’ERA TA’ SFIDI BLA PREĊEDENT

RODERICK GALDES Ministru

Id-dinja sħiħa bħalissa hija mweħħla quddiem l-iskrin tat-televixin, tal-kompjuter jew tal-mobile biex tara l-aħħar żviluppi tat-taqbida mdemmija bejn il-qawwiet militari Russi u l-poplu Ukren, fl-akbar gwerra fil-kontinent Ewropew mit-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija ’l hawn. Kunflitt bħal dan, apparti li jqabbdek il-bard fuq livell uman, iħalli effetti serji fuq l-ekonomija globali. Nammettuhiex jew le, id-dinja saret villaġġ wieħed, u ġlieda f’kantuniera ta’ dan il-villaġġ, dejjem ħa taffettwa l-kantunieri l-oħra kollha,

anke jekk dawn mingħalihom li mbegħdin minn xulxin. Il-pandemija kienet diġà poġġiet sfidi enormi fuq il-loġistika globali u l-produzzjoni ta’ ħwejjeġ bażiċi minħabba l-perjodu ta’ lockdown li imponew diversi gvernijiet madwar id-dinja fl-eqqel tal-imxija. Dan poġġa pressjoni kbira fuq il-prezzijiet tal-prodotti ta’ kuljum. Din iż-żieda fil-prezzijiet ħassejnieha anke f’pajjiżna minkejja l-effetti limitati tal-pandemija fuq pajjiżna, frott l-isforz kbir li sar millGvern u mill-poplu biex l-imxija tibqa’ taħt kontroll. Il-kunflitt fil-Lvant tal-Ewropa qiegħed ikompli jitfa’ aktar pressjoni fuq l-importazzjoni ta’ materja prima u l-prezzijiet tal-enerġija, minħabba li r-Russja kienet waħda mill-esportaturi ewlenin tal-gass naturali lejn il-kontinent Ewropew. Huwa ta’ sodisfazzjoni kbir li l-Gvern immexxi millPrim Ministru Robert Abela tgħallem mill-iżbalji tal-amministrazzjoni Nazzjonalista fl-aħħar riċessjoni globali fl-2008, u minflok adotta l-politika żbaljata ta’ awster-

ità kompla jwieżen lill-familji bl-investiment fil-livell t’għajxien u bis-sostenn lin-negozji ż-żgħar. Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tantiċipa li pajjiżna se jkollu l-akbar tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropeja, u dan ipoġġina f’qagħda ideali biex inkomplu nqassmu l-ġid mal-poplu kollu minkejja dawn l-isfidi globali. L-irwol tal-Gvern f’dan il-kuntest huwa li l-ġid li qed jinħoloq jasal fid-djar ta’ kull Għawdxi u Malti, għaliex huwa hekk biss li l-ġustizzja soċjali ssir u tinħass tassew li qed issir. Fil-fatt, l-investiment talGvern fis-suq tax-xogħol permezz tal-wage supplement ġeneruż, li bqajna nestendu sa Marzu tal-2022, ippermetta li Malta mhux talli żżomm rata ta’ qgħad baxxa f’nofs pandemija, talli bħalissa għandna l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja ta’ pajjiżna. L-investiment fil-qasam soċjali kompla jiżdied anke meta d-dħul tal-Gvern kien impattat minħabba l-pandemija, bl-investiment fil-pensjonijiet jitla’ għal €1 biljun fis-sena, li jikkostitwixxi l-parti l-kbira min-nefqa

ta’ €1.3 biljun fis-sena fisservizzi soċjali kollha. Filwaqt li fis-settur tal-Housing stajna nagħmlu rivoluzzjoni b’għadd ta’ riformi soċjali kbar bissaħħa ta’ baġit li tela’ għal rekord ta’ €40 miljun fis-sena. Dan huwa żvilupp enormi meta wieħed jikkunsidra li fl-2012 il-baġit kien ftit anqas minn €2.5 miljun fis-sena. Mhuwiex biżżejjed però li titkellem fuq il-flus li qed jintefqu. Huma r-riżultati ta’ din il-politika ta’ investiment li jgħoddu. Meta wieħed iqabbel il-qagħda soċjali tal-pajjiż mas-sitwazzjoni fl-2013, 2 minn kull 3 persuni m’għadhomx f’ċaħda materjali severa, 3 minn kull 5 persuni m’għadhomx f’ċaħda materjali, 1 minn kull 5 ma għadhomx f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali, u 3 minn kull 5 persuni m’għadhomx jgħixu fuq l-assistenzi soċjali u qed jaħdmu. Żdiedu l-benefiċċji imma naqsu n-nies jiddependu fuqhom. Din hi l-akbar kisba li għamilna u li turi li l-politika tagħna hija mutur tal-mobbiltà soċjali. Il-lista ta’ stennija għall-akkomodazzjoni soċjali naqset

mir-rekord ta’ 3,288 fl-2017 sal-lum naqset b’aktar minn nofs. Tul dawn l-aħħar erba’ snin l-Awtorità tad-Djar allokat aktar minn 800 dar, u l-investiment ta’ 110 miljuni se jsarraf fl-allokazzjoni ta’ eluf ta’ units ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’madwar 13-il sit f’Malta. Ikun ta’ għajb għalina li nieqfu nofs triq fil-vjaġġ tagħna biex inwelldu Għawdex u Malta soċjalment ġusta u ekwa, fejn kulħadd ikollu opportunitajiet indaqs biex itejjeb il-qagħda tiegħu, u tal-familja tiegħu, u jgawdi kwalità ta’ ħajja aħjar. Fis-siegħa tal-prova l-poplu sabna. Il-poplu jaf min investa fih, jaf min tefa’ €70 miljun filbut tiegħu biex jgħinu jaffaċċja l-isfidi tal-għoli tal-ħajja. Jekk fis-26 ta’ Marzu l-poplu jerġa’ jagħtina l-fiduċja tiegħu, sejrin nibdew kapitlu ġdid f’dan il-vjaġġ lejn soċjetà fejn il-ġid jitqassam bejn kulħadd, għaliex kull wieħed u waħda minna huwa awtur tas-suċċess li kiseb pajjiżna. Għalhekk kulħadd, mill-kbir saż-żgħir ħaqqu li jieħu s-sehem tiegħu minn dawn il-kisbiet.


13

06.03.2022

MALTA FLIMKIEN

EDWARD ZAMMIT LEWIS Ministru

M’hemmx dubju li dan hu żmien partikolari li ninsabu għaddejjin minnu. Għalkemm il-Partit Laburista baqa’ filGvern m’hemmx dubju li għaddejna minn bidla. Bidla li affettwatna lkoll u li seħħet fl-aħħar 20 xahar. Il-pandemija affettwat lid-dinja kollha u lilna xejn anqas. IlPrim Ministru Robert Abela bħala Prim Ministru ġdid kien kruċjali sabiex pajjiżna baqa’ għaddej u mexxa tajjeb meta wieħed iqabbel ma’ kif marru pajjiżi oħra Ewropej. Robert Abela kien kruċjali sabiex tefa’ sinjal pożittiv fil-pajjiż kollu li iva Malta u Għawdex ser jimxu ’l quddiem fin-normalità, fl-istab-

biltà u andament ekonomiku b’saħħtu. Dan qed jgħiduh mhux il-Laburisti dejjem leali, iżda kull persuna li għandha bon sens u li tgħix f’pajjiżna. Qiegħda tgħidu l-Unjoni Ewropea li bassret li Malta ser ikollha l-akbar tkabbir ekonomiku fis-snin li ġejjin. Wieħed mill-aħjar Presidenti Amerikani Franklin D. Roosevelt darba qal: “In politics, nothing happens by accident. If it happens, you can bet it was planned that way.” Dan li qed jiġri mhuwiex b’kumbinazzjoni. Huwa riżultat ta’ deċiżjonijiet iebsa li ħa l-Prim Ministru u l-kumplament tat-tim tiegħu. Dan sar għaliex kellek tim fil-Gvern li verament iħobb lil pajjiżu. Ħaddieħor, tul dan iż-żmien kien medhi fl-attakki personali fuq politiċi Laburisti u sabiex ikattar il-mibegħda f’pajjiżna. Huwa appuntu għalhekk li jiena nħossni onorat bil-portafoll li fdali l-Prim Ministru, li fiċ-ċirkostanzi politiċi ta’ pajjiżna huwa wieħed mill-aktar importanti u ta’ sfida. Kburi b’dak li taħt id-direzzjoni tal-Prim Ministru rnexxieli nwettaq. Għalhekk, dan hu żmien fejn verament min hu ta’

rieda tajba li dejjem jew f’dawn l-aħħar żmien appoġja lill-Partit Laburista għandu sabiex iserraħ rasu li wara din l-Elezzjoni Ġenerali u jekk il-poplu jagħtina l-fiduċja sħiħa tiegħu ser jiġi l-bnazzi u ser jiġi żmien aħjar. Dan il-pajjiż baqa’ għaddej fuq tliet pilastri importanti; l-ekonomija, id-drittijiet ċivili u x-xibka soċjali għal dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà. Ekonomija tfisser li hemm bżonn li t-tkabbir ekonomiku li sa issa rnexxielna nakkwistaw, issa nġibuh sostenibbli u li jibqa’ magħna għal medda ta’ żmien. Dan hu kruċjali. Tul dan iż-żmien kollu bqajna l-ewwel fl-Ewropa

u ta’ quddiem fid-dinja fejn jidħlu drittijiet ċivili sabiex il-minoranzi ta’ kull tip jgħixu f’pajjiżna bħal ħaddieħor. Bqajna dejjem inniedu miżuri sabiex dawk l-aktar vulnerabbli nagħtuhom aktar dinjità u saħħa ekonomika fis-soċjetà tagħna u dan sabiex ħadd ma jibqa’ lura. Irnexxielna taħt Robert Abela mhux biss li nsostnu dan, iżda li nagħmlu pilastru ieħor tal-ħidma tagħna. Is-saltna tad-dritt. Wettaqna riformi kostituzzjonali u istituzzjonali li pajjiżna qatt ma ra bħalhom mill-Indipendenza ’l hawn. Il-Prim ma ddejjaq xejn jitlef mill-poteri tiegħu, anke meta hu politi-

Tul dan iż-żmien kollu bqajna l-ewwel fl-Ewropa u minn ta’ quddiem fid-dinja fejn jidħlu drittijiet ċivili sabiex il-minoranzi ta’ kull tip jgħixu f’pajjiżna bħal ħaddieħor

kament b’saħħtu. Ma ddejjaq xejn jibqa’ jsaħħaħ il-pluraliżmu fil-midja tagħna. Dan għamilnieh sabiex insaħħu d-demokrazija sħiħa tagħna u ntejbu r-reputazzjoni tagħna barra minn pajjiżna. Hemm id-determinazzjoni li dan iseħħ. Nagħmel qalb nara l-iskwadra mimlija talenti u żagħżugħa magħżula minn Robert Abela. Fittim għall-Elezzjoni Ġenerali hemm persuni li għandhom esperjenza fil-politika u fl-amministrazzjoni pubblika, m’hemmx dubju aktar nisa. Però, hemm ukoll kandidati ġodda li ġejjin minn oqsma differenti tal-ħajja. Il-Partit huwa ppreparat sew sabiex jibqa’ fit-tmun ta’ pajjiżna wara t-test elettorali. Dan jidher ċar mill-proposti pożittivi u msejsa sew li ħarġu sa issa. Ser jibqa’ għaddej hekk f’din il-kampanja elettorali. Jiena kont spalla ma’ spalla ma’ Robert Abela sabiex għamilna suċċess għal pajjiżna li tant inħobb. Hekk ser nibqa’ nagħmel f’dan iż-żmien u wara l-Elezzjoni Ġenerali li jmiss. Din hi Malta tagħna u dak li jistħoqqilna kull wieħed u waħda minna – Malta Flimkien – il-Futur Sabiħ.

IL-PARTIT LABURISTA

L-GĦAŻLA NATURALI GĦAS-26 TA’ MARZU

CRESSIDA GALEA Kandidata fl-1 u fit-8 Distrett

Id-deċiżjoni li rridu nieħdu fis-26 ta’ Marzu hija deċiżjoni importanti għaliex se tiddetermina taħt liema amministrazzjoni u tmexxija wliedna se jikbru fiha, iż-żgħażagħ u l-istudenti se jidħlu fis-suq taxxogħol, il-ħaddiema se jidħlu fl-età tal-pensjoni u l-anzjani u l-pensjonanti se jqattgħu l-bqija ta’ ħajjithom fiha. Il-Partit Laburista għandu jkun l-għażla naturali jekk inti tixtieq li l-poplu jibqa’ jkollu garanzija għat-tfal, op-

portunitajiet għaż-żgħażagħ, spalla għall-familji, protettur tal-ħaddiema, politika favur in-negozju u l-investiment lokali u barrani, kif ukoll l-anzjani fil-qalb tal-politika tal-pajjiż. Il-Partit Laburista għandu jkun l-għażla naturali wkoll jekk inti tixtieq li pajjiżna jsir ċentru ta’ eċċellenza mhux biss fejn jidħlu ċifri ekonomiċi, iżda wkoll fejn tidħol kwalità ta’ ħajja aħjar u ambjent sostenibbli. Il-Partit Laburista għandu l-kredenzjali fejn tidħol l-ekonomija għaliex kien dan il-partit li f’dawn l-aħħar tmien snin ittrasforma l-ekonomija Maltija f’waħda mill-aktar ekonomiji b’saħħithom fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Minn sitwazzjoni ta’ proċedura ta’ defiċit eċċessiv li kien iffaċċjat lura fl-2013, irnexxielu jikseb l-akbar rata ta’ tkabbir ekonomiku fost l-istati membri l-oħra, l-anqas qagħad fl-istorja ta’ pajjiżna u kien l-uniku membru taż-żona ewro li żamm il-prezzijiet tal-enerġija, tal-fuel u tad-diesel stabbli. Dan kollu nkiseb waqt li l-pajjiż

u l-bqija tad-dinja kollha kienet għaddejja minn pandemija. Għalkemm kiseb ħafna matul dawn l-aħħar snin, il-Partit Laburista jemmen li għad fadallu ħafna x’jikseb għalina u għal uliedna. Il-proposti li ġew ippreżentati matul dawn l-aħħar jiem kienu proposti li jolqtu lil kull faxxa tas-soċjetà. Bħala kandidata niltaqa’ ma’ ħafna nies li jistaqsuni fuq id-diversi proposti li se jkunu qegħdin jolqtu lilhom direttament. Ir-rispons tan-nies fuq dawn il-proposti huwa wieħed pożittiv ħafna li jħares b’ottimiżmu kbir għall-futur. Dan

minħabba l-fatt li l-poplu jaf li dak li qed jiġi mwiegħed, se jitwettaq. Din hija l-kredibbiltà li jgawdi minnha l-Partit Laburista sforz il-ħidma għaqlija li wettaq matul dawn l-aħħar snin Ftit mill-proposti li laqtu ħafna mill-kostitwenti kienu: 1. Iż-żieda fil-pensjoni u l-mediċina b’xejn lill-anzjani kollha; 2. It-tnaqqis fit-taxxa korporattiva minn 35% għal 25% fuq l-ewwel €250,000 tal-profitti; 3. Iż-żieda fl-istipendji bi 15%; 4. L-għotja ta’ €1,000 fis-se-

Proposti li juru l-viżjoni tagħna għallfutur: dik ta’ kwalità ta’ ħajja aħjar, tkabbir ekonomiku sostenibbli u ekonomija aktar ekoloġika

na lill-first time buyers; u 5. €700 miljun investiment fi spazji ħodor u miftuħa. Dawn huma ftit mill-ħafna proposti li l-Partit Laburista se jkun qed iħabbar bħala parti mill-manifest elettorali. Proposti li juru l-viżjoni tagħna għall-futur: dik ta’ kwalità ta’ ħajja aħjar, tkabbir ekonomiku sostenibbli u ekonomija aktar ekoloġika. Dawn il-proposti huma riflessjoni tal-pożittività li qed jadotta dan il-partit. Din il-pożittività qed terġa’ ġġib lura l-feel good factor li konna nesperjenzaw qabel il-pandemija. Hija din il-pożittività li ġibditni lejn il-Partit Laburista u li qed tagħti lilna l-kandidati l-enerġija sabiex inkomplu naħdmu bla waqfien. Għaldaqstant, irridu niżguraw illi fis-26 ta’ Marzu nagħżlu lill-Partit Laburista mmexxi minn Robert Abela, mexxej kapaċi, kompetenti u viżjonarju li se jkompli jwassal lil Malta lejn il-quċċata. Għaliex dan hu li verament jixirqilhom ilMaltin u l-Għawdxin.


14

06.03.2022

WARA ĠIMAGĦTEJN KAMPANJA

MARIO FAVA

President Sezzjoni Kunsillier PL

Wara ġimagħtejn ta’ kampanja elettorali nistgħu nieħdu idea aktar ċara ta’ dak li qed joffru l-partiti politiċi ewlenin. Il-Partit Laburista, permezz tal-Prim Ministru Robert Abela, appena ġiet imħabbra d-data tal-elezzjoni, ħabbar l-ewwel proposti, li taw indikazzjoni ċara ta’ x’se jkunu l-prijoritajiet ewlenin ta’ Gvern ġdid immexxi minnu fir-rigward tal-ambjent. Ħabbar investiment ta’ €700 miljun fi proġetti ta’ tisbiħ, spazji miftuħa u postijiet oħra pubbliċi, sabiex jiġi aċċertat li kull lokalità jkollha pulmun u post fejn il-familji jistgħu jirrikrejaw ruħhom. Prijorità oħra hija l-familji, b’miżuri li se jħallu aktar flus fi bwiethom, bi tnaqqis fit-taxxa tad-dħul u allura Gvern li se jibqa’ jippremja x-xogħol u lill-bieżel. Miżuri mhux biss għall-familji iżda wkoll għan-negozji, b’roħs ta’ 10% fuq it-taxxa tal-qligħ. Dan se jwassal biex aktar negozji jkomplu jitkattru, jikbru u jinvestu filwaqt li jżidu n-numru ta’ ħaddiema u jagħtuhom ukoll aktar opportunitajiet u salarji aħjar. Jidher li l-anzjani se jibqgħu fiċ-ċentru ta’ Gvern Laburista għaliex minkejja li diġà ngħataw aktar milli kien imwiegħed lilhom, qed tingħata garanzija li se jkun hemm żieda ta’ €15 fil-ġimgħa oħra fuq medda ta’ ħames snin. Mhux biss, iżda l-Gvern se jkun qed jimpenja ruħu li jassigura li l-mediċini għall-anzjani tagħna jkunu kollha b’xejn. Inizjattiva li se tkompli żżid il-purchasing power tagħhom. Wara bażi b’saħħitha b’miżuri għażżgħażagħ u għall-first time buyers flaħħar snin, Gvern ġdid immexxi minn Robert Abela, se jkun qed jibni fuq dan, billi qed jassigura li jgħin anki fil-ħlas tal-loan billi l-Gvern iħallas €1,000 fis-sena għal 10 snin sabiex itaffi mill-piż finanzjarju li dawn il-persuni jiltaqgħu miegħu. Dan flimkien ma’ żieda millġdid fl-istipendji bi 15%. Fit-tieni ġimgħa rajna ħarset il-Prim Ministru tintefa’ fuq l-edukazzjoni u t-tfal tagħna. Il-garanzija għat-tfal se tassigura futur aħjar lit-tfal tagħna filwaqt li se jkunu assistiti wkoll bl-għodda meħtieġa sabiex tgħinhom jirnexxu aktar fl-istudji tagħhom u anki fl-attivitajiet ekstrakurikurali, dan b’diversi miżuri anki t’għajnuniet finanzjarji għall-ġenituri. Kummenti favorevoli ntqalu minn bosta dwar l-inizjattiva ta’ uniformi

fis-sena għal dawk il-familji bi dħul baxx u medju. Dan flimkien ma’ żieda fl-allowance tat-tfal b’€450 tul il-leġiżlatura kollha. Ma jonqosx li jaħseb ukoll f’dawk li jridu jaddottaw, li se jkomplu jsibu wens minn Gvern ġdid, kif ukoll dawk il-familji u l-ġenituri ġodda li jixtiequ jew aħjar, ikollhom jagħmlu użu misservizzi offruti tal-IVF. Fuq in-naħa l-oħra rajna Partit Nazzjonalista li huwa evidenti li ma kienx lest għall-elezzjoni, minkejja li kien ilu jgħid li l-elezzjoni se ssir f’Novembru. L-ewwel proposta tagħhom kienet li jitolbu l-flus mingħand in-nies, fl-istess waqt li deputati tagħhom itellgħu clips fuq il-midja soċjali li skont huma hawn min jaqsam pakkett crisps bejn familja f’lejlet l-ewwel tas-sena. Evidenza ta’ kemm huwa partit maqtugħ mill-polz tan-nies. Smajna l-proposta, ukoll mhux maħsuba, tat-taħrikiet fuq kontravenzjonijiet wara sitt xhur, bla ma kienu kapaċi jwieġbu domandi pertinenti dwar il-mekkaniżu li bih se taħdem. Evidenza oħra li dawn in-nies lanqas biss jagħmlu sessjoni ta’ brainstorming biex tal-inqas il-proposti tagħhom ma jkollhomx xquq. Rajna fl-ewwel ġurnata wkoll, b’mod sinifikanti ħafna, kif erba’ deputati tagħhom irriżenjaw biex taparsi jagħmlu spazju għal nies aktar ġodda. Dan minkejja li Kristy Debono u Mario Galea taw xenarju totalment differenti. Biex ma nsemmix ir-riżenja tas-Sindku żagħżugħ tal-lokalità tal-Għasri, li żgur ħadd ma jista’ jgħid li dan huwa xi wiċċ antik fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. Spikkat ukoll l-hekk imsejħa ċajta, li Bernard Grech se jibdel artijiet miż-żona ta’ żvilupp għal żona barra mill-iżvilupp, ukoll bla ma ta spjegazzjoni kif u liema artijiet, għajr li qal li se jibda mill-kwartieri tal-Partit Laburista. Ċajta u mhix, meta ma jkollox xi tgħid, aħjar tibqa’ sieket milli tgħid il-ħmerijiet. Issa qed naraw wegħdiet li anki kif jitħabbru, jidher biċ-ċar li m’hemmx strateġija jew viżjoni għaliex isiru wegħdiet f’daqqa fuq temi u oqsma differenti u li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ xulxin fl-istess ħin. Bħal donnu hemm xi ħadd mid-Dar Ċentrali li joqgħod idur il-midja soċjali u dak li jintqal fuqu mill-poplu, u jippruvaw jikkuntentaw kull talba jew suġġeriment li jsir, bla ma jaħsbu jew jagħmlu qafas ta’ mekkaniżmu kif dawn l-istess wegħdiet ser jaħdmu. Min-naħa l-oħra, il-proposti tal-Partit Laburista huma msejsa fuq proġett ta’ sena u nofs diskussjonijiet ma’ msieħba soċjali biex ġew ifformolati l-Mitt Idea. Altru milli ma kienx lest jew m’għandux manifest! Ċertament li jekk l-ewwel ħmistax ta’ kampanja huma xi tip ta’ mera għattliet ġimgħat li ġejjin, wieħed se jkompli jistenna aktar paniku mill-Partit Nazzjonalista filwaqt li fuq in-naħa l-oħra se nkomplu naraw Prim Ministru ffukat, determinat u fuq kollox kompost, sabiex mhux biss iwassal il-vapur mal-moll imma wkoll jibda ħidma ġdida li se twassal aktar prosperità għall-familji Maltin u Għawdxin.

Sur Editur, Emminni Sur Editur, naqra u nisma’ lil tal-Partit tagħhom nibqa’ mnixxef u mbellah. Ma nafx kif se jarawh wiċċ Alla dawn in-nies. U biex tgħaxxaq qegħdin fir-Randan meta l-Knisja tgħidlek biex issum. Issa jien imdorri nsum la antika. Xejn laħam l-Erbgħa u l-Ġimgħa u ma nħarisx lejn Melda tiegħi. Trid tagħmel sagrifiċċju hux. U ta’ kull sena Melda tgħidli li din tas-sawm rigal minn Alla. Issa jekk hux għal-laħam jew għax ma nħarisx lejha qatt ma kienet daqshekk diretta. Avolja qed jidħluli d-dubji. Imma nsomma. Stenn, għax kont se nintilef. Perjodu ta’ sawm. Li għal tal-partit tagħhom ma jiswa xejn ħlief biex jidhru fil-funzjonijiet iħabbtu idejhom fuq sidirhom. U għandhom għal xiex iħabbtu ta! U għalihom lanqas jiswa li ssum mill-paroli fil-vojt, jew mit-tfigħ talħmieġ, jew mill-gideb tal-ożbreċ moħħhom. Marija Madalena, kif inhuma dan-nies! Issa ara jekk Robert tagħna, li aktar ma tgħaddi l-kampanja aktar qed jiġbed nies warajh, għandux bżonn jikkopja l-manifest imnellaħ tagħhom, Sur Editur. Għax hekk qed jgħidu. Jaqq x’nies! “Pensjonijiet ġusti u dinjitużi garantiti ma’ Gvern ġdid Nazzjona­ lista,” qalulna! Ara min huma dawk il-fjakki li se jemmnuhom, meta taħthom ħadna ż-żikk. Issa qed jgħidu li se jagħtu pensjonijiet ġusti, għax ġabhom suret in-nies il-Labour! U għax il-Gvern tagħna ħa ħsieb lill-istudenti u dejjem tahom żieda fl-istipendju, Alla jbierek ma nafx kemm qalu li se jżidu l-istipendju huma – wara li Robert tagħna kien diġà qal li se nżiduhom. “Il-PN se jkun qed iżid is-serħan il-moħħ għal min qed jikri,” ajma j’ommi! Imbagħad fil-manifest imnellaħ tagħhom qed jgħidu li se mmorru lura għall-passat u qed jipperikolaw 10,000 familja. 10,000 li kien il-gvern tagħna li daħħal il-liġi biex jipproteġihom. “Il-politika tagħna hija politika msejsa fuq il-persuna,” qalilhom Bernard. Sakemm dik il-persuna tgħaddi mit-test ta’ dawk li jmexxu minn imnieħru lill-Kap tagħhom. Għax ifottu bil-kbir lil tagħhom stess, aħseb u ara kemm se nemminhom li se jmexxu politika kif qed iħarrfu. U ħalluna! Qas li twelidna lbieraħ, x’kull waħda. U mbagħad kien hemm baħbuħ li tkellem f ’xi attività għal erba’ qtates tagħhom u qalilhom hekk ara, “Tħallix lil ħaddieħor jiddeċiedi għalik.” Xi Mattejus jismu dan jekk niftakar xi qrajt sew. U kif qrajtha għedtilha lil Melda tiegħi: “Għandu l-boċċi dat-tifel ta! Biex qed jgħidlu f ’wiċċu lil Bernard tagħhom ħalli ma jħallix lil ħaddieħor jiddeċiedi għalih!” U mbagħad komplejt naqra u sibt li dan il-matt, xejn ma bbrilla, għax għal-Laburisti kien qed jgħid. Miskin! U mbagħad, għax ir-Randan jitlob is-sagrifiċċji, anki jekk iġibulek l-istonku demel, dħalt naqra fil-paġna tagħhom. U balleċ, x’ġie quddiem wiċċi? Qed jgħidu li Robert tagħna jiġbdulu l-ispag. Ikolli mmur inqerr, Sur Editur. Għax għedt il-litanija bil-maqlub. Lil Robert jiġbdulu l-ispag? U mbagħad jgħidulna li aħna tal-Labour nikkopjaw lilhom. Dak li huma miżgħudin bih, jipprovaw iwaddbuh fuqna. Kemm qegħdin sew, Alla jbierek. Ara kif iridu jkunu kredibbli dawn l-intamati. U l-isbaħ waħda? Li tisma’ lil Bernard jgħid li jrid jipproteġi l-identità Maltija, il-kultura Maltija u l-ilsien Malti. Meta l-ewwel li ħareġ minn ħalqu kien li jistħi jgħid li huwa Malti u jgħid lin-nies li huwa Grieg. Ara min irid jemmnu lil dan! Issa biex jidher sabiħ, qed jgħid li jrid jipproteġi l-kultura Maltija. U mur ħu selfie ma’ xi kolonna tal-Akropoli, Nard! Għax ħadd mhu qed jemmnek. F’xejn. Bilħaqq, Sur Editur. Bdew jintefgħu n-nomini ta’ dawk li ħerġin għall-elezzjoni. Fl-ewwel ġurnata mqaddsa, jistenna l-bieb jinfetaħ biex jitfa’ tiegħu, ma jmurx Marija tal-Ħniena ma jilħaqx, taf min kien hemm? Jason ‘Santo Subito’ Azzopardi. Jesus! Anyway, għad-dieħla, Sur Editur. Inkunu ġimgħa eqreb, jekk Alla jrid.





18

27.02.2022

06.03.2022

GVERN LI MA JIBŻAX MILL-ISFIDI HERBERT CONTI

KANDIDAT GĦAR-4 U T-8 DISTRETT MIN HU HERBERT CONTI? Studjajt l-inġinerija mekkanika fil-Ġermanja, ħdimt bħala CEO u technician tal-inġinerija f’fabbrika li tagħmel prodotti tat-tindif. Ftit snin wara kont direttur ta’ diversi ħwienet tal-ħwejjeġ tal-irġiel. Illum jien qiegħed fuq negozju ta’ proprjetà u immobbli. PROFESSJONI – Mechanical Engineer

Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista?

STAT - Single LOKALITÀ FEJN TGĦIX - Tas-Sliema IKEL FAVORIT – Ikel Ċiniż u Taljan PASSATEMP – Kollezzjoni ta’ WW1 u WW2 Memorabilia u karozzi. KTIEB FAVORIT – European History

Prim Ministru Dr Robert Abela dejj- jarjament biex ikunu jistgħu jixtru em ħeġġiġni biex nibqa’ attiv, u l-ewwel dar tagħhom. b’hekk iddeċidejt nikkontesta din Karozzi elettriċi b’għotjiet sa Nixtieq nibda billi nawgura lill-Prim l-elezzjoni. €12,000 u ħafna iktar. Ministru Robert Abela fit-tmexxja Gvern Laburista li kien kapaċi bħal dejjem għaqlija għall-ġejjieni. Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li jagħti biss mingħajr ma jgħabbi Dejjem kienet ix-xewqa tiegħi għamel Gvern Laburista fl-aħħar l-poplu Malti u Għawdxi b’taxxi u li nkun parti minn dan il-movi- snin? b’piżijiet żejda. ment tant kbir. Moviment li kapaċi Dan il-ġid kollu sar f ’pandemija. jgħaqqad u jagħmel il-ġid, mingħajr L-akbar kisbiet li għamel il-Gvern Jekk Alla jrid kważi ħriġna minnha. ma jgħabbi toqol fuq il-poplu Malti u Laburista huma ħafna. Nibdew biex Nemmen li dal-Gvern jista’ jagħmel Għawdxi. insemmu l-għaqda bejn il-Maltin ġid kbir fil-futur. Fl-2013 ikkontestajt għall-eww- kolha. Dan il-moviment kien kapaċi el darba bħala kunsillier mal-Partit jagħti ħajja ġdida billi jagħti dehra X’impressjoni ħadt bid-deċiżjonijiet Laburista f ’Birkirkara. Kien l-ewwel ġdida li jista’ jiġi fdat li jmexxi bi tra- li ħa Robert Abela fl-aħħar xhur? unur politiku tiegħi meta fl-2013, jien sparenza u jgħin lil kulħadd. u t-tim tiegħi ta’ kunsilliera ħadna L-infrastruttura, toroq ġodda kul- Ħadt impressjoni ċara ħafna, dan għall-ewwel darba fl-istorja ta’ Mal- limkien, proġetti ta’ tisbiħ fejn jidħol huwa Gvern li ma jibżax mill-isfidi, ta l-villaġġ ta’ Birkirkara taħt Kunsill l-ambjent, għajnuna finanzjarja fejn dan huwa Gvern li lest jieħu deċiżLaburista. Kont kunsillier mill-2013 jidħol l-għoli tal-ħajja, billi intro- jonijiet u jżomm magħhom mhux sal-2019 fejn ħdimt u tejjibt il-ħiniji- duċa tax benefits, rifużjoni ta’ taxxi jagħmel u-turns. et tat-tobba fil-klinika ta’ Birkirkara. u wage supplements. Gvern taħt Robert Abela u Gvern li Kont ukoll imdaħħal fil-kumitat biex F’pandemija li laqtet lid-dinja jwettaq u li jgħid jagħmlu, deċiżjonitinbena mill-ġdid l-arkata ta’ Fleur- kollha Gvern Laburista kien kapaċi jiet li jsarrfu f ’għajnuniet finanzjarji de-Lys. jżomm l-ekonomija ta’ Malta u għal min hu batut. Liġijiet bħall-inKien unur kbir li ħdimt f ’din Għawdex għaddejja, billi tefa’ l-piż troduzzjoni tal-użu tal-Marijuana il-leġiżlatura taħt it-tmexxija għaqli- finanzjarju fuqu nnifsu b’wage sup- taħt użu kkontrollat u rikreattiv. ja tas-Sindku, is-Sinjura Joanne plements u għotja ta’ vouchers u L-ewwel pajjiż li ħa din id-deċiżDebono Grech li dejjem kellha fiduċ- ċekkijiet. joni fl-Ewropa. Deċiżjoni li ħa taqta’ ja kbira fija. L-anzjani żidilhom il-pensjoni, u drastikament it-traffikanti tad-droGħaldaqstant, il-ħabib tiegħi u l-first-time buyers għenhom finanz- ga u ġġib kwantità ta’ turiżmu lejn

Malta. Robert Abela huwa Gvern li ma jibżax jieħu deċiżjoni għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi. X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta? Il-ħolma tiegħi għal Malta hi, li nkomplu nsaħħu lil min hu batut, nisimgħu lil kulħadd billi nimxu skont il-kostituzzjoni ta’ Malta. Nixtieq li nieħdu ħsieb iktar l-istorja ta’ Malta, eżempju ċar, it-Teatru Rjali tal-Belt jerġa’ jitla’ bil-mod. Nixtieq li nsiru iktar indipendenti, billi jkollna r-riżorsi naturali ta’ enerġija, u ntellgħu l-gass u ż-żejt li hawn fl-ibħra territorjali ta’ Malta. Nixtieq li l-Maltin u l-Għawdxin kollha jingħaqdu kemm ħomor kif ukoll blu, u jinqatgħu ċerti tgħajjir u gideb. Malta żgħira u importanti li jkollna din l-għaqda.

F’pandemija li laqtet lid-dinja kollha Gvern Laburista kien kapaċi jżomm l-ekonomija ta’ Malta u Għawdex għaddejja, billi tefa’ l-piż finanzjarju fuqu nnifsu b’wage supplements u għotja ta’ vouchers u ċekkijiet


19

06.03.2022

KISBIET KBAR BL-GĦAQAL LABURISTA JOSEPH CUTAJAR

KANDIDAT GĦAS-6 DISTRETT MIN HU JOSEPH CUTAJAR? Twieled ir-Rabat Malta fl-1945, attenda l-iskola primarja tar-Rabat u s-Sekondarja Nawtika fl-Imsida. Kompla bl-edukazzjoni tiegħu flarmata Ingliża kemm akkademikament kif ukoll teknikament, taħt għalliema mir-Royal Army Education Corps kif ukoll minn dawk tar-Royal Engineers. Ħadem għal xi snin fit-Tarzna ta’ Malta bħala shipwright. Matul dan il-perjodu kien elett bħala Direttur Ħaddiem. Fis-snin 80 ħadem bħala Uffiċjal Tekniku madDipartiment tax-Xogħlijiet u l-Isport inkarigat mid-Distrett Nru. 8 f’Ħal Kirkop. Mill-1987

Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista? Iddeċidejt li nerġa’ nikkontesta mal-Partit Laburista għal raġuni waħda, dik li dan huwa dak il-partit li baqa’ jiġġedded tul is-snin kollha li jien ili nimmilita fih minn żmien fejn id-drittijiet tal-maġġoranza tal-popolazzjoni kienu mkasbra fil-veru sens tal-kelma; fejn id-dritt tal-vot kien ta’ 21 sena; fejn il-ħin tax-xogħol kien ferm akbar; fejn il-pagi kienu pjagi. Żminijiet li fihom madankollu konna għadna maħkumin minn kolonja Ingliża u jekk wieħed iqabbel dawn iż-żminijiet maż-żminijiet ta’ llum jara differenza enormi. Qabel konna ngħidu l-Partit Laburista huwa dak il-partit li kull meta jkun fil-gvern itejjeb l-għajx-

sakemm irtira ħadem fuq diversi proġetti bħala Uffiċjal Tekniku. PROFESSJONI – Field Engineer STAT – Miżżewweġ LOKALITÀ FEJN TGĦIX – Is-Siġġiewi PASSATEMP – Tlielaq taż-żwiemel KTIEB FAVORIT – L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex

ien taċ-ċittadin Malti mill-benniena sat-tebut; permezz taċ-children’s allowance u l-pensjoni tar-romol. Miżuri li ma kienx hemm qabel Gvern Laburista beda jeżisti. Grazzi għal kull min ta s-sehem tiegħu fil-Partit Laburista llum qed naraw Malta mibdula totalment b’livell ta’ servizz tassaħħa mill-aqwa u rivoluzzjoni fil-qasam edukattiv. Servizzi soċjali mtejba sena wara sena fir-rigward ta’ pensjonijiet, benefiċċji għal waqt il-mard u għal meta wieħed ikun qiegħed flimkien ma’ lista oħra li ma tispiċċa qatt.

Laburista qed jieħu ħsieb mhux biss mill-benniena sat-tebut iżda aktar minn dawn it-tnejn; permezz tal-IVF qabel il-benniena u l-pensjonijiet sħaħ għar-romol (wara t-tebut). Dan kollu ma sarx waħdu, sar biss bil-miraklu tax-xogħol, frott il-ħidma ta’ Gvernijiet Laburisti u issa bid-deċiżjonijiet għaqlin li ħa Robert Abela kemm ilu fit-tmun tal-Partit Laburista fil-gvern. Kif baqa’ jiġġedded il-Partit Laburista tul is-snin?

Żewġ għajtiet li jixprunaw aktar kisbiet bħal dawk tat-tnaqqis fit-taxxa, għajnuna għaż-żgħażagħ biex ikunu sidien ta’ darhom, titjib fl-In-Work Benefits, kif ukoll eluf ta’ pensjonanFi ftit kliem f ’dawn iż-żminijiet Gvern ti li qed igawdu u se jkomlu jgawdu Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li għamel Gvern Laburista fl-aħħar snin?

Grazzi għal kull min ta s-sehem tiegħu fil-Partit Laburista llum qed naraw Malta mibdula totalment b’livell ta’ servizz tas-saħħa mill-aqwa u rivoluzzjoni fil-qasam edukattiv

l-aġġustamenti fil-pensjonijiet. Dawn huma ftit mill-miżuri ta’ Gvern futur Laburista biss. U bilħaqq xi ngħidu għal dik l-għajnuna li se tingħata lil dawk in-nisa biex isiru ommijiet? Mela kif jista’ min għandu rasu fuq għonqu jwarrab dak kollu tal-preżent u jmur lura fil-passat? X’impressjoni ħadt bid-deċiżjonijiet li ħa Robert Abela fl-aħħar xhur? Mexxej iehor kbir. Kaptan li flimkien mat-tim tiegħu għamel mirakli waqt pandemija kbira u kerha fil-veru sens tal-kelma. Prim Ministru li sa mill-bidu tiegħu fit-tmexxija beda bl-għajta ta’ kuraġġ u issa qed ikompli b’dik ta’ Malta Flimkien. X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta? Din hija l-ħolma tiegħi li nkompli nara lil Malta fit-triq tas-suċċess li jista’ jimmatura biss jekk fl-elezzjoni tas-26 ta’ Marzu l-poplu Malti ta’ ried tajba juri l-fiduċja fil-Partit Laburista mmexxi minn Robert Abela.


20

06.03.2022

RIFORMI SOĊJALI BLA PREĊEDENT GEORGE PAUL CAMILLERI KANDIDAT GĦAT-13-IL DISTRETT

MIN HU GEORGE PAUL CAMILLERI? Jien għandi 61 sena. Meta kelli 18-il sena emigrajt flimkien ma’ marti Maryann lejn l-Amerka u għext fi New York għal kważi disa’ snin fejn kelli l-opportunità li naħdem diversi xogħlijiet għal New York University fil-manutenzjoni ta’ makkinarju li hemm f’binjiet kbar. Fl-1989 ġejt lura Malta fejn bdejt ninteressa ruħi fin-natura ta’ qiegħ il-baħar. Bdejt il-korsijiet ta’ scuba diving sakemm fl-1993 ilħaqt il-livell ta’ scuba diving instructor u bdejt naħdem f’dan issettur. Wara s-sena 2000 bdejt negozju tiegħi relatat ma’ stained glass u għamilt diversi xogħlijiet fi djar privati, knejjes u kappelli madwar Malta u Għawdex. Illum jien kunsillier f’isem il-PL fil-lokalità ta’ San Lawrenz u naħdem mal-Water Services Corporation bħala Surveillance Technician. PROFESSJONI – Surveillance Technician LOKALITÀ FEJN TGĦIX - Ir-Rabat, Għawdex

Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista?

IKEL FAVORIT – Ikel bnin PASSATEMP – Nisma’ mużika Rock KTIEB FAVORIT – M’għandix xi ktieb favorit iżda tinteressani ħafna l-politika u l-ħajja ta’ Manwel Dimech MESSAĠĠ TA’ ISPIRAZZJONI – Ejjew inkomplu naġġornaw lilna nfusna mad-dinja tal-lum. Ir-riformi kbar li twettqu tul dawn l-aħħar disa’ snin huma xi ħaġa ta’ barra minn hawn, riformi pożittivi fejn jidħlu d-drittijiet. Iżda importanti immens li ma ninsew qatt minn xiex għaddew il-familji tagħna taħt gvernijiet Nazzjonalisti għax il-mument li ninsew inkunu qed nagħtu ċ-ċavetta tal-poter lill-avversarji tagħna. Ejjew niftakru li dawn mhumiex biss l-avversarji tal-Partit Laburista iżda huma l-avversarji ta’ kull ħaddiem u familja.

ta huma miżgħudin b’kisbiet li tej­ bu l-ħajja u l-għajxien tal-poplu. Minkejja dan, kieku jkolli nislet l-iżjed li jolqtuni żgur ikunu r-riformi soċjali mingħajr preċedent fil-forma ta’ benefiċċji u miżuri impekkabbli lil dawk li huma l-aktar fil-bżonn.

Għalija d-deċiżjoni kienet ċara millbidu­ nett, kemm għax jien ħaddiem u għandi għal qalbi l-ġid taż-żgħir, kif ukoll għax il-prinċipji tas-Soċjaliżmu Liberali li nħaddan huma simili għal dawk tal-Partit Laburista. Kif baqa’ jiġġedded il-Partit Laburista tul is-snin? Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li għamel Gvern Laburista fl-aħħar Kif seta’ jara kulħadd, anke dawk li snin? qatt ma rifsu l-għatba tal-Kwartieri tal-Partit Laburista, it-tiġdid f ’dak li L-aħħar disa’ snin ta’ Gvern Laburis- żviluppa f ’moviment nazzjonali fl-

aħħar snin kien wieħed kostanti u bla preċedent. Dan il-pass u bidla fil-mentalità ħallew riżultati sinifikanti pożittivi. Fl-istess waqt ħaddieħor baqa’ staġnat fil-passat, iħaddan konser­ va­tiżmu sfrenat li ma jagħmilx sens illum il-ġurnata u jirraġuna daqsli­ kieku għadna fis-sebgħinijiet. X’impressjoni ħadt bid-deċiżjonijiet li ħa Robert Abela fl-aħħar xhur? Bħal kull ċittadin ieħor, li b’perspet­ tiva reali ra s-sitwazzjoni li għadda

minnha pajjiżna fl-aħħar xhur, jien bqajt impressjonat ħafna partikolarment bid-deċiżjonijiet li kellhom jittieħdu matul il-pandemija tal-COVID-19, li ħolqot ċirkostanzi li d-dinja ilha ma tara għal għexieren ta’ snin. Id-dinja kollha ma kinitx imħejjija għal tali ċirkostanzi u ħadd ma kellu xi manwal fuq xiex jista’ jimxi. Wisq aktar xi ħadd ippretenda l-mirakli minn pajjiż żgħir bħal Malta. Minkejja dan, id-deċiżjonijiet kollha li ttieħdu minn Marzu tal-2020 taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela, wasslu għal riżultati fenomenali li ġew imfaħħrin fil-fora Ewropej u dawk internazzjonali. X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta? Nixtieq li nkompli nara lil Malta miexja fid-direzzjoni t-tajba u qed noff­ri s-servizzi tiegħi biex dan ilgħan jintlaħaq. B’mod partikolari, imma, l-akbar xew­qa li għandi hi li l-kelma faqar tis­parixxi darba għal dejjem minn fuq id-dizzjunarju Malti. Baqa’ ħafna xi jsir, imma jien fiduċjuż li, bit-tmexxija ta’ Robert Abela, se naslu wkoll.

It-tiġdid fil-Partit Laburista kien wieħed bla preċedent u sinifikanti immens. Ħaddieħor baqa’ b’mentalità tas-sebgħinijiet u baqa’ jħaddan konservatiżmu sfrenat


21

06.03.2022

IL-ĠUSTIZZJA SOĊJALI GĦAL QALB IL-PL GIANLUCA CUTAJAR KANDIDAT GĦALL-5 DISTRETT

MIN HU GIANLUCA CUTAJAR? Għandi 29 sena, jiena persuna b’diżabilità fiżika, inħobb il-ħajja u nipprova dejjem ngħin lil dak li jkun. PROFESSJONI – Bankier STAT - Single LOKALITÀ FEJN TGĦIX - Iż-Żurrieq IKEL FAVORIT – Lasagna

PASSATEMP – Bħala passatempi għandi ftit minn kollox, bħal pereżem­pju nara l-films jew xi serje fuq it-televixin u noħroġ mal-ħbieb. Fil-futbol inżomm mal-Arsenal. KTIEB FAVORIT – Lord of the Rings MESSAĠĠ TA’ INSIPIRAZZJONI – Dejjem nipprova nimxi mal-motto “Be positive, never give up, move forward”.

Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista?

aħħar sentejn, din kienet tal-akbar prijorità għall-Partit Laburista fil-Gvern. Inżid ma’ dawn anke l-miżuri ta’ ġusMatul il-100 sena kemm ilu jeżisti u mhux tizzja soċjali, li fl-aħħar disa’ snin għenu l-inqas dawn l-aħħar snin diffiċli kemm wisq familji jiksbu lura anke d-dinjità ilha li laqtitna l-pandemija tal-COVID-19, tagħhom. il-Partit Laburista dejjem wera li hu progressiv u ħadem biex itejjeb il-ħajja tal- Kif baqa’ jiġġedded il-Partit Maltin u tal-Għawdxin kollha. Laburista tul is-snin? Dan huwa l-iżjed partit li għandu għal qal­bu l-ġustizzja soċjali u dan hu dak li Naħseb li l-aħjar mod kif il-PL baqa’ jiġ­ lili l-iżjed jiġbidni lejh biex illum mhux ġedded, minkejja wkoll is-suċċessi kollbiss nimmilita favur il-prinċipji u l-valuri ha li kiseb, kien billi żamm f ’moħħu żewġ li jħaddan, imma saħansitra qed nikkan- prinċipji ewlenin – il-ħtieġa li jaddatta dida ruħi f ’ismu biex flimkien inkom- ruħu għall-progress u għaż-żminijiet plu nippromwovu dan l-ideal komuni li moderni, u li ma jinqatax mit-twettiq għandna. tal-ġustizzja soċjali. Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li għamel Gvern Laburista fl-aħħar snin?

X’impressjoni ħadt bid-deċiżjonijiet li ħa Robert Abela fl-aħħar xhur?

Hemm żgur ħafna xi nsemmi, imma bla ebda dubju l-iżjed li jispikkaw fl-opinjoni tiegħi huma qabelxejn it-tisħiħ tal-finanzi tal-pajjiż. Irridu niftakru minn fejn tlaqna u f ’liema stat kien spiċċa pajjiżna sal-2013. Wara jiġu kisbiet ukoll importanti, speċjalment il-kura tas-saħħa, li kif urietna l-esperjenza tal-pandemija fl-

Sa mill-ewwel ġurnata tiegħu fil-kariga, il-Prim Ministru wera kuraġġ u determi­ nazzjoni mhux komuni, mhux l-inqas fl-iżjed sitwazzjonijiet diffiċli.

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta? Naspira li pajjiżna u l-poplu tagħna jimxu dejjem ’il quddiem.


22

06.03.2022

BNIEDEM LI LTAQA’ MA’ ALLA Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed naraw żgħażagħ u adulti jibirdu u jwarrbu t-tagħlim Nisrani li fostna kellu għeruq sodi. Xi ġimgħat ilu, ħabib tiegħi qalli li neputih, ta’ 14-il sena, ġie mill-iskola u qallu li qisu għandu kriżi reliġjuża, għax qed idaħħal f’moħħu li Alla ma jeżistix. Nannuh, li fi tfulitu attenda l-Mużew għal numru sew ta’ snin kien pront irrakkuntalu storja li qara. Qallu: “Darba kien hemm raġel li mar għand barbier. Waqt li beda jaqtagħlu xagħru, il-barbier qabad issuġġett tar-reliġjon u stqarrlu li għalih Alla ma kienx jeżisti. Irraġuni li tah kienet li jekk Alla tabilħaqq kien twajjeb u jeżisti, kieku la kien ikun hawn għaks, la mard u lanqas uġigħ. Qallu wkoll li barra minn hekk, hu qatt ma ra lil dan Alla. Il-klijent ma qal xejn.

Wara li qatagħlu xagħru ħallas lill-barbier u kien se jitlaq. Iżda quddiem il-ħanut ra raġel b’qoffa xagħar daqsiex u leħja sa żaqqu. Ġieħ ħsieb ta’ malajr u daħal lura. Lill-barbier qallu: “Taf li l-parrukkiera ma jeżistux?” U dak wieġbu: “X’ma jeżistux, jien ili hawn is-snin u qtajtlek xagħrek.” Il-klijent ġibed lill-parrukkier sal-bieb, urieh lil dak ir-raġel b’siġra xagħar u qallu: “Kieku l-parrukkiera jeżistu, ma kienx ikun hawn nies b’xagħar goff u maħmuġ bħal ta’ dak.” Biex il-barbier kompla jidħol fin-nassa tiegħu stess, wieġbu: “Il-barbiera jeżistu, iżda mhux in-nies kollha jersqu lejhom!”

Minn CHARLES B. SPITERI

Qed ngħid dan kollu għax bħall-barbier insibu numru qawwi ta’ nies u bħal San Tumas, ħafna jħossu li jridu jaraw biex jemmnu, għax għajnejhom magħluqin għalkollox. Iżda meta mbagħad jisimgħu b’nies ta’ fidi ferma, jafu jqumu mir-raqda tagħhom u jibdlu ħajjithom. Aħna mberkin għax kellna numru ta’ nies li għall-ħniena t’Alla għamlu l-ġid u għenu lil ħuthom iqumu mill-irqad tagħhom. Nies ‘qaddisin flart’ li bosta kienu jirrikorru għandhom għal kull għajnuna. Jiġuni f’moħħi nies li niftakru, bħal San Ġorġ Preca, Frenċ tal-Għarb, is-Superjur Ġorġ Grima, Ġuża Bugeja u Ġuża Mifsud, li dejjem imxew fit-triq tal-qodos. Kellna oħrajn li bdew sewwa u dar għalihom il-ħażen. Iżda llum ma xtaqtx nittratta lil dawn in-nies. Se nwasslilkom ġrajja ta’ ġuvni, illum raġel li għadda minn bosta xorti bil-paraxut, biex finalment sar ‘qaddej’ t’Alla. Ħabta f ’ajruplan Jismu Mickey Robinson. Bħala paraxutist professjonali ta’ 19-il sena, Mickey esperjenza wieħed mill-agħar inċidenti. Għadda minn ħabta f’ajruplan li ħallietu bi ġrieħi katastrofiċi. Wara esperjenza qrib il-mewt, Mickey b’kuraġġ għeleb diversi kumplikazzjonijiet mediċi terminali u rkupra b’mod mirakoluż, kif iddokumentat fir-rakkont awtobijografiku tiegħu, Falling into Heaven. Mit-tieni ċans tiegħu tal-ħajja, Mickey sar kelliem pubbliku nazzjonali u internazzjonali, iwassal kliem ta’ inkoraġġiment u tama

li jkompli jbiddel il-ħajja u jispira nies ta’ kull età. Hu u martu jgħixu barra minn Franklin, Tennessee. Mickey jistqarr li: “L-ewwel darba li tiftaħ il-paraxut tiegħek, hija l-isbaħ sensazzjoni. Hi daqshekk ħaġa paċifika, anki li tara dik il-panorama, meta tkun imdendel nofs mil fuq l-art. Allura ma tittrattax l-adrenalina, iżda l-pjaċir. Dak il-pjaċir li tħoss meta tkun f’qabża ħielsa. Tħossok li tista’ ttir.” Mickey Robinson kien parakadutist professjonali; kien iħobb ‘jaqa’’ mis-smewwiet u jersaq bla periklu lejn l-art. Iżda jum wieħed, eżatt wara t-tluq għal qa-

bża ta’ prattika, il-magna tal-ajruplan waqfet, u tefgħet lil Mickey u lil sħabu lejn l-art b’aktar minn 100 mil fis-siegħa. Il-magna bħal staġnat f’daqqa. Ma setgħu jagħmlu xejn. Ma kellhom ebda tama. Kienu jafu li fi ftit sekondi kienu se jieħdu tisbita mill-kbar fl-art. Imjassar fejn kien Fil-fatt, l-ajruplan inqered kif mistenni, u baqa’ jitkaxkar għal diversi metri. B’riġel ħiereġ minn dik li issa kienet toqba fil-qafas tal-ajruplan, ipprova joħroġ mit-tifrik, iżda sab li xi rbit kien qed iżommu mjassar f’postu.

Kien ixxarrab ukoll bil-fuel tal-ajruplan li kien diġà beda jieħu n-nar. Kien jaf li ħajtu kienet waslet fi tmiemha. Imbagħad, wieħed mill-ħbieb tiegħu ġġieled mal-fjammi u rnexxielu jiġbed u jaqla’ lil Mickey minn fejn kien. B’uġigħ qawwi u mitluf minn sensih, Mickey talab l-għajnuna lil Alla. Hu jistqarr li qatt ma kien irrikorra lejn ħadd. F’ħajtu kien iħossu raġel totalment awtosuffiċjenti. Kien jistrieħ fuq il-ħila naturali u s-saħħa tiegħu stess. Iżda kif irrakkonta hu aktar tard: “Għall-ewwel darba f’ħajti, sejjaħt lil Alla li lanqas kont naf u li qatt ma qdejt. Għedt-

lu biss, ‘Alla, jekk jogħġbok għinni. Jiddispjaċini. Agħtini ċans ieħor.’” Fl-isptar malajr deher evidenti għat-tobba li ċ-ċansijiet ta’ Mickey li jgħix, ma kinux tajbin. Ma ħasbux li se jgħix, anzi li jmutilhom matul il-lejl. Kien għaddej minn trawma kbira; kellu feriti u tiċrit massiv, ħruq tremend ma’ ġismu kollu, u xi feriti interni li lanqas ħadd ma kien għadu jaf bihom. L-organi tiegħu fil-fatt kienu qed jagħlqu. Kellu sepsis, li hi infezzjoni sħiħa u qawwija fl-intern kollu ta’ ġo ġismu. Skont it-tobba, ġismu kien qed jiġġieled battalja li għat-tobba u għad-dinja


23

06.03.2022

ti dettalji dwar l-esperjenzi tiegħu bl-isem: Falling into Heaven. Fih jgħid li mill-mirakli kollha li kien parti minnhom f’ħajtu, hi l-imħabba ta’ Alla li l-aktar fissret għalih. “Ninsab persważ li Alla jħobbni. Ninsab kburi li lili – Alla ħadni ħerba u għamel minni kapolavur. Mhux il-kapolavur tiegħi, iżda Tiegħu.” Xandar tal-imħabba t’Alla

Għall-ewwel darba f’ħajti, sejjaħt lil Alla li lanqas kont naf u li qatt ma qdejt. Għedtlu biss, ‘Alla, jekk jogħġbok għinni. Jiddispjaċini. Agħtini ċans ieħor’

medika ma kien hemm ebda mod li seta’ jirbaħ. Mickey seta’ jħoss biss li ruħu kienet ħierġa minn ġismu. “F’dak il-punt kelli esperjenza – li ma kelli l-ebda tifsira għaliha. Il-ġewwieni tiegħi beda jdur fija. Immedjatament qisni spiċċajt mormi minn ġismi, imbuttat u ttrasportat f’daqqa waħda f’dimensjoni spiritwali. Ħarist lejja nnifsi u ma kien hemm xejn ħażin fija. Dan kien post reali. U kont qed nivvjaġġa wkoll. Ma kelli l-ebda kontroll fuq dak li kien qed jiġri. Kont qisni fuq glide path ’il fuq sew mill-art. Rajt bħal ftuħ abjad fil-bogħod, li ħierġa minnu ħassejt paċi u serenità. Emmint li kont sejjer hemm.”

wasalt, ħassejt pressjoni fuq in-naħa tal-lemin tiegħi. U ħarist. Rajt xi ħaġa li nista’ niddeskriviha biss bħala sewda dlam; abbiss li kien aktar iswed mill-iswed. Dan kien dlam etern. Aktar ma ħarist lejn dik il-ħaġa, ​​aktar bdiet tingħalaq hekk kif kont kważi ħdejn il-ftuħ abjad, u kienet qed teklissa. Bħalma għamilt fl-ambulanza, fis-sala tal-emerġenza u fuq il-mejda tal-operazzjoni, għajjatt l-istess ħaġa: ‘Le o Alla! Jiddispjaċini. Irrid ngħix. Irrid inkun ħaj.’ U hekk kif dak ilkliem ħareġ imqanqal lil hinn mill-ispirtu tiegħi, ħassejtni mdaħħal minn dan il-ftuħ abjad u istantanjament kont qiegħed fil-preżenza ta’ Alla li Jista’ Kollox. U kont naf li ma kontx se mmut. Stajt nogħla Abbiss ta’ swidija u ninżel lil hinn mil-limiti u nħossni ’l fuq mill-ħwejjeġ “Imbagħad kif kważi kont materjali.”

Mickey jiftakar b’mod ċar kif ħass li kienet l-imħabba ta’ Alla. Qal li hi tant pura, tant perfetta u tant inkredibbli. Ma ra l-ebda ħlejjaq, l-ebda anġli u l-ebda rixtellu bil-perli, jew lil San Pietru għassa ma’ dħul il-ġenna, iżda l-glorja u d-dija ta’ Alla. Iżda l-aktar, Alla nnifsu u l-kobor tal-imħabba Tiegħu. “Ħassejt l-imħabba ta’ Alla titferra’ ġo fija. Allura kont pur u kont innoċenti. U huma tant inkredibbli l-estasi, ilferħ, l-affarijiet kollha li qrajna dwarhom, meta verament tesperjenzahom. Ma jkollniex kliem.” Minkejja li ried jibqa’ fis-sema, Mickey jgħid li ntbagħat lura lejn ġismu. Jispjega: “L-ispirtu tiegħi reġa’ lura mill-preżenza t’Alla, ġie l-isptar, għereq f’ġismi, bħal meta idejn il-bniedem jiżolqu ħelu ħelu fl-ingwanti. U kont

tant mimli ħajja u mħabba. Imdawrin mas-sodda tiegħi fl-isptar, kien hemm daqs nofs tużżana tobba u infermiera, u kelli dik il-ħila nkun naf x’qed jesperjenzaw. Rajt li dawn in-nies kienu mbeżżgħin. Imbagħad huma stess rawni mmut u nerġa’ lura għall-ħajja. U beżgħu minn dak li raw. U hemm jien, kulma kien fadal minn wiċċi kienet tbissima ridikola, iżda kont mimli ferħ. Kont tant ferħan li kont ħaj u kelli dik l-imħabba li ma kontx naf x’se nsejħilha. Imma kont inħobb lil kulħadd u kollox.” Beda jara mill-ġdid Mickey jgħid li minn dakinhar beda jara lil Alla jagħmel il-mirakli f’ħajtu. It-tobba qalu li ma setax jerġa’ jimxi minħabba l-ħsara kkaġunata fin-nervituri ta’ saqajh, iżda n-nervituri rriġeneraw. U wara ħames snin ta’ nuqqas ta’ dawl f’għajnu l-leminija, reġa’ beda jara minnha. Jenfasizza li “parti mill-imħabba t’Alla hi l-abbiltà Tiegħu li jirrestawra. U dak kollu li kien mitluf, Hu rrestawrahuli. Tapprezza ħafna ħajtek meta tiġi restawrata. Nemmen li kull ammont ta ‘restawr’ li jsirilna rridu verament nirringrazzjaw lil Alla għalih. U meta naħseb fl-ammont kbir ta’ restawr li akkwistajt, irrid inkun grat kuljum.” Mickey kiteb ktieb li jagħ-

Mickey ivvjaġġa mad-dinja biex xandar l-imħabba ta’ Alla u l-qawwa tal-fejqan ta’ Ġesù, li esperjenza fit-tieni ċans tiegħu għall-ħajja fuq l-art. “Hemm triq waħda biss lejn Alla.” U jissokta: “Ġesù jgħid, ‘Jien it-Triq, il-Verità u l-Ħajja. U ħadd ma jiġi għand il-Missier ħlief permezz tiegħi.’ L-għomja jaraw. Iz-zopop jimxu. Il-mejtin jitqajmu. Ma kellix il-lebbra, iżda kelli problemi pjuttost kbar fil-ġilda tiegħi. U Hu jfarraġ lil dawk ta’ qalbhom maqsuma. Kieku għamlu studju forensiku u ċċekkjaw il-marki tas-swaba’ kollha, kienu jindunaw u jaffermaw b’mod mill-aktar ċar li kienu biss ta’ Sidna Ġesù Kristu. Għax Hu l-istess ilbieraħ, illum, u għal dejjem. Ħadd ieħor ma seta jagħmel dan miegħi għajr Ġesù Kristu.” Id-dinja tagħna hija mimlija biża’: biża’ mill-mewt, taħdit fil-pubbliku, titjir, għarqa, falliment, ċaħda, sriep, labar, għoli, dlam, postijiet magħluqin u ħafna affarijiet oħra. Satana juża l-​biża’ biex jisraq il-​ferħ, joqtol l-​opportunità, u jeqred it-​tama. Alla għandu antidotu: kuraġġ sopranaturali. L-​eroj tal-​Bibbja favoriti tagħna kisbu riżultati akbar mill-​abbiltajiet naturali tagħhom minħabba qlubija li ġiet biss minn Alla. Tul l-istorja, is-segwaċi ta’ Ġesù kellhom l-Ispirtu s-Santu jiġri fuqhom biex jiksbu riżultati sopranaturali. F’Supernatural Courage, Robinson juża eżempji bibliċi, intervisti u xhieda, flimkien ma’ wegħdiet, talb u attivazzjonijiet tal-Bibbja biex jagħti qlubija spiritwali għas-saħħa biex tgħix ħajja lil hinn minn dak li hu normali. Dawn il-paġni jgħinu li dak li jkun jattiva kuraġġ sopranaturali f’ħajtu sabiex ikun jista’ jittama u jkun kapaċi jilqa’ għall-isfidi l-kbar, jieqaf kontra l-intimidazzjoni, jemmen f’dak kollu li hu impossibbli, jaħfer l-inġustizzji li jsirulu, juża r-rigali spiritwali għal rebħiet spiritwali, u jtemm it-tellieqa li Alla jkun ippreżentalu.


24

06.03.2022

ŻORTU PALAZZINO SAPIENTI Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Palazzino Sapienti huwa wieħed mill-eqdem binjiet fil-Belt Valletta li jmur lura lejn l-aħħar tas-seklu 16. Dan jinsab fi Triq San Pawl, eżatt faċċata tal-Kampus tal-Belt Valletta tal-Università ta’ Malta. Dak iż-żmien fl-1592, din kienet tissejjaħ Collegium Melitensis. Dan il-palazz huwa għoli żewġ sulari u ma setax jinbena ogħla, għax inkella jitfa’ dell fuq l-arloġġ tax-xemx fuq il-faċċata tal-bini tal-Università li għadu jidher sal-lum. Il-faċċata ta’ Palazzino Sapienti hija pjuttost awstera, iżda tinkludi t-tinqix tal-qoxra tal-baħar – is-simbolu ta’ San Ġwann Battista; il-patrun tal-Ordni ta’ San Ġwann. L-ornamenti tal-qxur tal-baħar wieħed jista’ jarahom ukoll fil-bitħa interna u fit-taraġ prinċipali. Dan il-palazz għandu storja interessanti u jżomm fih is-sigrieti tal-istorja tal-Ordni ta’ San Ġwann wara li l-Kavallieri tkeċċew minn Napuljun fl-1798. Ħafna nies huma familjari mal-istorja tal-Ordni ta’ San Ġwann matul l-1530 – 1798, meta l-Kavallieri qagħdu Malta, iżda ma tantx jafu x’ġara wara l-1798. Ma kienx it-tmiem tal-istorja tal-Ordni, iżda paġna ġdida fl-istorja tagħha. Kien iż-żmien tar-Rivoluzzjoni Franċiża, immirata kontra l-familji nobbli u l-kleru u l-Kavallieri kienu qed jirrappreżentaw it-tnejn. Għal din ir-raġuni, ftit Kavallieri kienu lesti li jsiru Gran Mastri peress li setgħet tiswielhom ħajjithom. Dan jispjega l-fatt għaliex il-Kavallieri kienu qed ifittxu l-għajnuna mingħand il-Kżar Russu Pawlu I, li kien uffiċjalment ipproklamat Protettur tal-Ordni fl-1797 – l-istess sena meta twaqqaf il-Gran Prijorat Russu u sena biss qabel il-wasla ta’ Napuljun f ’Malta. Hawnhekk spiss tqum id-diskussjoni jew id-dibattitu fuq l-awtentiċità ta’ din l-Ordni. Irridu ngħidu li l-Ordni ta’ San Ġwann; jiġifieri tal-Kavallieri, kienet ordni waħda. Li ġara, kien bħalma ġieli jiġri f ’partiti

politiċi. Wara li telqet minn Malta kien hemm fazzjonijiet ġodda. Dan huwa diskutibbli immens. Ma jfissirx li ordni falza jew ordni vera. Irridu nixtarru sew x’ġara u ma

ġarax. Żgur li mawra sa dan il-Palazz, issib lis-Surġent Garcia jispjega fid-dettall ittraġitt ta’ kif ġraw l-affarijiet. Pawlu I kien passjonat ħafna għall-Ordni ta’ San Ġwann

u aċċetta offerta biex isir Gran Mastru bi gratitudni, anke ħaseb li kienet tfisser konfront ma’ Napuljun. Ħafna nies spiss jispekulaw li ma setax isir Gran Mas-

Kien iż-żmien tar-Rivoluzzjoni Franċiża, immirata kontra l-familji nobbli u l-kleru u l-Kavallieri kienu qed jirrappreżentaw it-tnejn. Għal din ir-raġuni, ftit Kavallieri kienu lesti li jsiru Gran Mastri peress li setgħet tiswielhom ħajjithom

tru peress li kien Kristjan Ortodoss u kien miżżewweġ. Madankollu, il-Papa Piju VI wera l-appoġġ tiegħu u kien kuntent li l-Kżar Russu kien kuraġġuż biżżejjed biex isalva l-Ordni f ’mument diffiċli bħal dak. Pawlu I kien irċieva wkoll l-appoġġ ta’ xi mexxejja Ewropej, fosthom ir-Re Lwiġi XVIII ta’ Franza, ir-Rejiet ta’ Napli u l-Portugall u l-Kaiser tal-Awstrija. Il-Kżar Russu kellu l-ħsieb li jeħles lil Malta mill-Franċiżi repubblikani u jagħtiha lura lill-Kavallieri, madankollu l-Ingliżi ma għoġbithomx din l-idea u malajr, Pawlu I ġie maqtul fil-palazz tiegħu f ’San Pietruburgu fl-1801. Il-wirt ta’ Pawlu I; il-Gran Prijorat Russu għadu jiffunzjona sal-lum. Fortunatament, il-Gran Prijorat Russu żamm it-tradizzjonijiet tal-Ordni matul iż-żminijiet diffiċli u issa jinsab f ’Palazzi-


25

06.03.2022

FIL-BELT VALLETTA?

no Sapienti. Fl-entratura prinċipali tista’ tara saqaf bil-‘vaults’ (ħnejjiet) f ’armonija massaqaf stil kruċjat, li kien moda fl-aħħar tas-seklu 16 u taraġ li jwassal għall-Piano Nobile. Hemmhekk tista’ ssib stemma mħassra. Meta titla’ t-taraġ prinċipali wieħed kien jinnota traċċi ta’ żebgħa ħamra li kienet iż-żebgħa oriġinali applikata mal-ħitan, qxur tal-baħar minquxin assoċjati mal-patrun tal-Ordni San Ġwann Battista filwaqt li fl-istess ħin jissimbolizzaw il-kreattività. Xi pitturi antiki jżejnu l-Piano Nobile (li jfisser sular tan-nobbli). Wieħed isib ukoll librerija li fiha jinżammu xi kotba rari. Fil-kamra tat-Tron tal-palazz tara l-pitturi, li ġew mogħtija mill-membri tal-Ordni. Fost il-pitturi ssib pittura tal-Kżar Pawlu I u talGran Mastru Pinto mill-artisti Maltin Luciano Micallef, Chevalier Albert J. Delia kif ukoll ritratti oħra ta’ Gran Mastri tal-passat attribwiti lill-artist Sqalli Gran Croce di Giustizia Nicola Di Filippo u mill-Kap u Direttur tal-Akkademja Antonio Canova.

Meta titla’ t-taraġ prinċipali wieħed kien jinnota traċċi ta’ żebgħa ħamra li kienet iż-żebgħa oriġinali applikata mal-ħitan, qxur tal-baħar minquxin assoċjati mal-patrun tal-Ordni San Ġwann Battista filwaqt li fl-istess ħin jissimbolizzaw il-kreattività

Hawnhekk issibu wkoll siġġu tat-tron, li fuqu poġġa San Ġwanni Pawlu II waqt iż-żjara Pastorali tiegħu flIstat Taljan. Il-kamra tat-tron hija famuża għat-Tudor Rose minquxin, li jindikaw li wieħed mis-sidien tal-Palazzo kien ta’ dixxendenza Ingliża. Mill-aħħar tas-seklu 16, il-palazz intuża fil-qosor bħala r-residenza tal-Gran Prijor

Ingliż u Sir Richard Shelley. Imbagħad kien mar joqgħod f ’dar fi Triq San Kristofru, ilBelt Valletta. Fit-12 ta’ Settembru 1634 sploda maħżen tal-porvli fil-viċin u għamel ħsara f ’xi djar, fosthom il-Palazzino. Il-ħitan oriġinali qodma tiegħu sofrew minn xquq u t-twieqi tal-ħġieġ tfarrku. Ir-restawr, alterazzjonijiet u bidliet strutturali saru fl1664-1655.

Matul it-Tieni Gwerra Palazzino Sapienti kellu x-xorti li jsalva l-bumbardament tal-għadu kważi kuljum fil-Port il-Kbir. Kien hemm medja ta’ tmien air raids kuljum minn Ġunju 1940 sa Settembru 1943. Filfatt, nofs l-Università Rjali ta’ Malta li tinsab faċċata tat-triq twaqqgħet kif ukoll bini maġenb iż-żewġ naħat tal-Palazzino. Kien użat għal xi żmien minn professu-

ri universitarji tal-lingwa Franċiża speċjalment waqt l-inżul tal-alleati fit-territorji Franċiżi ta’ Vichy fl-Afrika ta’ Fuq, biex jassisti lill-British Royal Force fl-ippjanar tal-operazzjonijiet tal-ajru. Bejn l-1945 u l-1955 il-binja ntużat bħala skola primarja tal-Gvern, peress li l-iskola oriġinali tal-Belt inqerdet waqt il-gwerra. Mill-1973 Palazzino Sapienti sar is-sede tal-Gran Prijorat Russu ta’ Malta, li kien ilu preżenti f ’Malta mill1962. Il-Gran Prijorat huwa kburi bil-kollezzjoni tiegħu ta’ kotba rari, medalji, mapep u artifatti oħra. Relikwarju reliġjuż magħmul minn framment ta’ għadam ta’ San Ġwann Battista u dedikazzjoni ffirmata minn Santa Madre Tereża ta’ Kalkutta li saret membru tal-Ordni fl-1981. Illum il-ġurnata l-Gran Prijorat Russu ta’ Malta huwa organizzazzjoni ekumenika Kristjana ta’ karità, li tgħaqqad id-diversi Kavallieri u Dam, li jiddedikaw ħajjithom biex jgħinu lin-nies fil-bżonn, f ’diversi pajjiżi.


26

06.03.2022

JONATHAN PISANI

L-EWWEL TARĠA BIEX PLEJER JIRNEXXI TISTA’ TKUN IL-FUTSAL

Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Dan l-aħħar sirt naf b’żagħżugħ li huwa tip ta’ persuna li dak li joħlom irid iwettqu. Qed nirreferi għal Jonathan Pisani. Għandu 42 sena, huwa mill-Mosta u għandu kumpanija tal-motoring school, kif ukoll jieħu ħsieb il-Kick Darts Malta u jmexxi skola tal-futsal. Bħala passatempi minbarra l-futbol, tista’ tgħid li jħobb l-isports kollu, imma l-iktar li jipprattika huwa l-boxing, iċċikliżmu, il-kayaking, imur jogging, kif ukoll iħobb iżur postijiet oħra barra minn Malta. Huwa l-moħħ wara tliet proġetti ta’ suċċess bil-ħila tad-determinazzjoni kollha tiegħu. Barra minn hekk, huwa persuna li ma tantx jorqod u jemmen li għandu time management għalkollox. “Fil-fatt, ħafna nies jgħiduli kif tlaħħaq ma’ dawn l-affarijiet kollha. Is-sigriet huwa d-dixxiplina u li tkun organizzat f ’xogħlok. Meta nemmen f ’xi ħaġa, inkun irrid inwettaqha, anka jekk nara li l-kurrent ikun kontrija u nemmen li hemm xaqq ta’ dawl, u nidħlilha b’ruħi u b’ġismi. Pereżempju fis-sena 2007 jien u ħabib tiegħi Mark Marlow konna erġajna qajjimna fuq saqajh il-beach soccer wara tant żmien li kien wieqaf u li llum il-ġurnata baqa’ għaddej, u kif ukoll fis-sena 2008 kont jien li għamilt l-ewwel tournament li qatt sar fil-gżira ta’ Għawdex mal-kollega tiegħi Alex Falzon. Xi ħaġa oħra wkoll li nemmen li l-isports huwa l-mediċina tal-ħajja ta’ kuljum għax fih insib serħan ilmoħħ,” beda jgħidli Jonathan fil-bidu ta’ din l-intervista.

la katina. “Bdejt bl-iskola tal-futsal u meta bdejna kellna 16-il tifel u tifla li mażżmien kibret u s’issa rajna ’l fuq minn elf ruħ li attendew din l-iskola tal-futsal dawn l-aħħar 11-il sena. Rigward il-motoring school qatt ma kelli ħsieb li niftaħ kumpanija, imma li ġara li mingħajr l-ebda riklamar l-istess studenti li jien ngħallem bdew jitolbuni biex ngħallimhom il-karozza. Il-kelma bdiet tiġri u x-xogħol żdied tant li ma ħallulix għażla oħra ħlief li nkabbar il-flotta għal 10 karozzi bħalissa u biħsiebni inkompli nkabbru fiż-żmien li ġej. Rigward il-kick darts ġibtha tista’ tgħid kumbinazzjoni u ntlaqgħet tajjeb ħafna u peress li jien ikolli ħafna players, ideali għal team building activity u li f ’Malta hija xi ħaġa ġdida wkoll.” Kollox ma’ kollox, il-futsal huwa l-passjoni tiegħu u ilu involut fih 20 sena, u b’hekk 11-il sena ilu welled l-iskola tal-futsal f ’Malta. Kien ukoll jifforma parti mit-tim nazzjonali ta’ Malta tal-futsal. Għall-benefiċċju tal-qarrejja, tlabtu jispjegali eżattament fiex tikkonsisti l-logħba talfutsal u jekk tixbahx il-futbol. “Il-logħba tal-futsal hija kompletament differenti mil-logħba tal-futbol fejn jidħlu regolamenti. Il-futsal jintlagħab ġewwa, u l-futbol jintlagħab barra, kif ukoll ilpitch huwa ferm iżgħar minn dak tal-futbol. Anke bħala ballun ikun low bounce talfutsal. Hemm ukoll li ħin tal-logħba huwa ta’ 20 minuta bħala playing time kull half, kif tal-futbol huwa ta’ 45 kull half. Peress li l-pitch huwa żgħir, il-logħba hija iktar Jemmen li l-isports huwa mgħaġġla u movimentata l-mediċina tal-ħajja ta’ u tara iktar goals. Kif ukoll ilkuljum futsal jilagħbu ħames players u l-futbol jilagħbu 11-il Kompla jgħidli li jemmen li player.” dawn it-tliet proġetti tiegħu Rigward il-proġett li jibkkombinahom flimkien bħa- da skola tal-futsal – Malta

Futsal School ma’ Jeanbert Gatt, dak iż-żmien ħadd ma kien emmen f ’dan il-proġett u b’hekk ma kinitx triq faċli għalihom. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar. “Meta ġejna biex niftħu l-iskola talfutsal sibnieha ferm diffiċli għax ma tantx kien hawn għarfien għaliha. Kieku ġejna biex niftħuha llum il-ġurnata kienet tkun aktar faċli għax il-popolarità lejn il-logħba żdiedet fejn jidħlu tfal ta’ età żgħira għax qabel il-futsal kien assoċjat ma’ dawk il-players li kienu jirtiraw mil-logħba tal-futbol.” Tinsa qatt min kien hemm għalik meta forsi ħadd ma kien jemmen fik Kif stqarr miegħi stess Jonathan, mit-twelid tal-iskola tiegħu, qed tgawdi Malta stess għax jemmen li biex plejer jirnexxi fil-logħba tal-futbol, l-ewwel tarġa jista’ jkun il-futsal. Fil-fatt, l-is-

kola tilqa’ fiha kemm subien kif ukoll bniet minn età ta’ 3 snin sa 12-il sena u jitħarrġu ġewwa l-Padiljun tal-Basketball f ’Ta’ Qali. Hawn domanda kbira għal-logħba. Ma’ Jonathan iddiskutejt, kif inhu sejjer il-Futsal f ’Malta fil-preżent meta kkumparat ma’ pajjiżi barranin. “Kemm ilna li waqqafna din l-iskola, jien u Jeanbert, ħarġu ħafna plejers li llum il-ġurnata qed jagħtu servizz lill-pajjiż bħal Kailey Willis, Lexin Farrugia, Yliena Azzopardi, Jessica Dimech, Andrea Zammit, Nathan Cope, kif ukoll Joseph Azzopardi. Dawn kollha kienu jitħarrġu l-iskola tal-futsal, meta nikkumparaw ma’ pajjiżi oħra naraw li d-distakk huwa kbir, imma bil-pjan li għandha quddiemha l-MFA nemmen li d-distakk ser jonqos. Dan il-pjan li qed tagħmel ser igawdu l-frott tiegħu ’l quddiem.

Din is-sena l-iskola talfutsal ser tiġi amalgamata mal-MFA ħalli dawk it-tfal li jispiċċaw mill-futsal school ma jintilfux u jkunu jistgħu jingħaqdu mal-akkademja tal-MFA li ser tkun qed tieħu ħsieb U13, kif ukoll U15 taħt coaches professjonali. Għat-tieni sena konsekuttiva, l-MFA qed torganizza l-league tal-U16 li jien stess qed immexxi t-tim tal-Mosta fih u li rajt huwa wkoll li huwa kampjonat organizzat ħafna u li hemm ħafna entużjażmu, ukoll. L-MFA din is-sena qed tippjana biex ikollha tim tal-U23, kif ukoll tal-U19 meta tara dawn l-affarijiet tibda tinduna li hemm pjan għall-futur.” Kompla jgħidli li l-Covid ġabet l-isports kollu għarkupptejh. “Sfotunatment dejjem jeħlu t-tfal għax ma kellhomx vaċċin, u nista’ ngħid li għaddejna minn żmien ikrah sa ma għalaqna l-iskola għal xi perjodu wkoll


08.11.2020 06.03.2022

27

SKEDA ONE

06:30 ONE Breakfast 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Malta Flimkien 09:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ieqaf 20 Minuta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News

15:35 16:08 16:25 17:15 18:15 19:18 19:30 20:10 20:30

Telebejgħ Primetime Preview Malta Flimkien Dak Li Jgħodd Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime Malta Flimkien

06:30 08:00 08:30 09:00 12:30 12:35 13:00 15:30

15:35 16:08 16:25 17:15 18:15 19:20 19:30 20:10

Telebejgħ Primetime Preview Malta Flimkien What’s Cooking Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime

20:30

23:30

Malta Flimkien Attività Politika 2603 Malta Flimkien Attività Politika ONE News

15:35 16:08 16:25 17:15 18:15 19:18 19:30 20:10 20:30

Telebejgħ Primetime Preview Malta Flimkien Mhux Kemm Taf Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime S&D

21:30 22:30 23:30

2603 Attività Żgħażagħ ONE News

ONE Breakfast Quddiesa tal-jum Malta Flimkien Espresso ONE News Ieqaf 20 Minuta Kalamita ONE News

ĦAMIS 10-03

l-introduzzjoni tiegħi malKick Darts Malta li hija teambuilding activity li tikkumplimenta l-futbol u l-futsal. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar dwar din l-inizjattiva. “Kien żmien il-Covid, meta Malta kienet parzjament lockdown u l-isports kollu kien wieqaf. Niftakar kont nagħmel ittaħriġ online mat-tfal, u minn hemm bdejt noħlom li nġib xi ħaġa lil hija mingħajr kuntatt u minn dak iż-żmien bdejt infittex x’ser nivvinta u rajt din u ġibtha minn barra. Kont nemmen li ser tintlaqa’ tajjeb ħafna għax xi ħaġa ġdida li ma hawnx Malta u ma tantx mort żmerċ għax kif irrilaxxaw l-istruzzjonijiet bdew jikruha ħafna timijiet tal-futbol biex jagħmlu team building għall-iskwadri tagħhom. Tintlagħab bħalma tintlagħab logħba tad-darts normali, imma bid-differenza li flok bl-idejn tkun qed tixxuttja bis-sieq qisek qed tagħti xi cross jew xi penalty u għal dan il-fatt hija relatata mal-isports kemm tal-futbol, kif ukoll tal-futsal.” Fl-aħħar nett, stedintu jgħaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Meta tkun qed tgħallem bla ma tkun taf, tkun qed tmiss il-futur, u m’għandek tinsa qatt min kien hemm għalik meta forsi ħadd ma kien jemmen fik,” temm jgħid Jonathan.

TNEJN 07-03

Primetime Preview Malta Flimkien Flimkien ma’ Nancy Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime Malta Flimkien Attività Politika

ONE Breakfast Quddiesa tal-jum Malta Flimkien Espresso ONE News Ieqaf 20 Minuta Kalamita ONE News Telebejgħ

TLIETA 08-03

biex jikkalmaw l-affarijiet. Ħadd ma kien ippreparat, kif ukoll jobsor ma xiex kellna nħabbtu wiċċna u peress li nilagħbu ġo post magħluq ħadna l-prekawzjonijiet kollha. Nemmen li noħorġu minnha bħalma ħlisna minn affarijiet oħra fil-passat.” Mistoqsi għaliex kollox ma’ kollox, għażel il-futsal u mhux xi sport ieħor, Jonathan weġibni: “Minn dejjem kien jogħġobni l-futbol. Nista’ ngħid bis-saħħa ta’ Diego Maradona ż-żmien li kien għamel man-Napoli u mal-Arġentina ġabni ffissat fuq il-logħba tal-ballun, u filfatt għadni nissimpatizza mat-tim tal-Arġentina. Bħala futbol kont nilgħab ma’ Ħaż-Żabbar u max-Xgħajra. Kien li dak iż-żmien ir-regolamenti kienu ħafna differenti minn tal-lum u meta tirreġistra ma’ klabb dak iż-żmien tkun qisek irreġistrajt għal għomrok. Il-qabża kienet ferm kbira mill-U16 għall-kbar, u kien dak il-mument meta jien dort għall-futsal 1998 mat-tim tax-xogħol li dak iż-żmien tal-Gutenberg Press u wara spiċċajt ma’ programm realty show li kien jismu Net Stars. Il-logħba għoġbitni ħafna għax tmiss iktar il-ballun, trid tkun fast ħafna u nemmen li l-logħba fiha ħafna dixxiplina li jien dik inħobbha. Miegħu tkellimt ukoll dwar

21:30 22:30

16:08 16:25 17:15 18:15 19:20 19:30 20:10 20:30

06:30 08:00 08:30 09:00 12:30 12:35 13:00 15:30 15:35

06:30 ONE Breakfast 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Malta Flimkien 09:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ieqaf 20 Minuta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News

06:30 08:00 08:30 09:00 12:30 12:35 13:00 15:30

ONE Breakfast Quddiesa tal-jum Malta Flimkien Espresso ONE News Ieqaf 20 Minuta Kalamita ONE News

SIBT 12-03

06:30 Malta Flimkien 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:33 Paper Scan 10:00 Malta Flimkien 10:35 Dak li Jgħodd 11:35 What’s Cooking 12:00 Popcorn 12:30 ONE News

06:30 08:00 08:40 10:00 11:30 12:30

Malta Flimkien Attività Politika Il-Quddiesa tal-jum Paperscan Malta Flimkien Flip the Venue ONE News

23:30

21:30 22:30 23:30

21:30 22:30

15:35 16:08 16:25 17:15 18:15 19:20 19:30 20:10

Telebejgħ Primetime Preview Malta Flimkien Indhouse Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime

20:30 21:30 22:30

12:35 13:10 14:15 15:30 15:35 16:30 17:00 18:00 18:45

Telebejgħ Indhouse Mhux kemm Taf ONE News Flimkien ma’ Nancy Sabiħa l-Ħajja Malta Flimkien Pink Panther Ondroad

19:20 19:30 20:10 20:30

12:35 15:30 15:35 18:00 19:20

Maratona Ġbir ta’ Fondi ONE News Maratona Ġbir ta’ Fondi Mass Rally - PL ONE Sports & Temp

23:30

21:30 22:30 23:30

19:30 20:10 23:30

2603 Malta Flimkien Attività Politika ONE News

- Attività Politika 2603 Malta Flimkien - Attività Politika ONE News

ERBGĦA 09-03

ĠIMGĦA 11-03

Awla 2603 Malta Flimkien Attività Politika ONE News

ONE Sports & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Malta Flimkien Attività Politika 2603 Malta Flimkien Attività Politika ONE News

ONE News Maratona Ġbir ta’ Fondi ONE News

ĦADD 13-03


28

06.03.2022

reċensjoni tal-ktieb

STILEL FL-ISTALEL Il-familja Bonniċi ġiet esproprjata. Kemm hi kelma diffiċli din hux. Tfisser li l-gvern ikun xtara l-dar tiegħek biex iwaqqagħha, biex pereżempju jgħaddi triq, u inti trid tmur tgħix xi mkien ieħor. Trid u ma tridx. U sfortunatament dan li ġralhom il-familja Bonnici. Li ikollok tmur tgħix banda oħra tista’ tkun ferm diffiċli biex taċċettaha. Anke meta fil-fatt tkun tixtieq dar oħra. Aħseb u ara meta tkun imġiegħel titlaq minn darek. Mhux ta’ b’xejn li Thomas ħadha daqshekk bi kbira. Ħajtu ħassha se tinbidel wisq għallagħar. Kellu jitlaq il-klikka tal-ħbieb, ma jafx ma’ min se jilgħab futbol. Insomma diżastru. Kien lest biex jagħmel minn kollox biex ma jitilqux mid-dar fejn trabbew, iżda ma kienx hemm x’tagħmel. U fejn kienu sejrin joqogħdu? L-Imġarr. F’razzett. Biż-żwiemel. Dinja kompletament differenti. Minn belt storbjuża tbaqbaq binnies, għall-kampanja mimlija ħemda, fejn ilħajja donnha waqfet u fejn qatt ma jiġri xejn interessanti. Iżda kemm kien sejjer żmerċ Thomas! Bilkemm kien laħaq issetilja r-razzett li darba minnhom ħarab żiemel u kellu jmur għal warajh. Sab ruħu f’razzett ta’ bidwi u s-sitwazzjoni xejn ma kienet waħda pjaċevoli.

Induna li l-ħajja qalb l-għelieqi mhix trankwilla daqskemm immaġina. Hekk tibda l-istorja tar-rumanz għat-tfal Stilel fl-Istalel, pubblikazzjoni Merlin Publishers. Huwa l-aktar kreazzjoni reċenti ta’ Antoinette Borg, l-awtriċi rebbieħa ta’ diversi premjijiet fosthom il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti. Borg kitbet żewġ rumanzi oħra għat-tfal - Fittixni u Amina – kif ukoll rumanz għall-adolexxenti (Ri)ġenerazzjoni u kotba oħra għal tfal iżgħar. L-illustrazzjonijiet huma xogħol l-illustratriċi Nicole Diacono, li b’attenzjoni kbira ħolqot stampi vivaċi u li jikkumplimentaw il-kitba mexxejja ta’ Borg. Rakkont divertenti, u umoristiku wkoll, Stilel fl-Istalel huwa ktieb immirat għal tfal minn 9 snin ’il fuq. Borg f’dan ir-rumanz tesplora t-teknika tal-author intrusion, fejn l-awtur jindaħal u jitkellem direttament mal-qarrejja. Din it-teknika toħloq relazzjoni speċjali bejn l-awtur u l-qarrejja li ma jibqgħux passivi iżda jsiru l-protagonisti tal-attenzjoni tal-awtur. Stilel fl-Istalel u l-kotba l-oħra ta’ Antoinette Borg jinsabu għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha, jew online – b’pustaġġ b’xejn – minn merlinpublishers.com.

Mistoqsija: Xi ġralha l-familja Bonnici? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb STILEL FL-ISTALEL. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 13 ta’ Marzu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb IL-LANDIER TAL-ASSEDJU L-KBIR hija:

M. CASSAR SIMMONS - BALZAN

01 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Fil-verità kemm fih proposti favur id-drittijiet tal-annimali l-manifest tal-PN?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:

Rebbieħ: L. MUSCAT - BORMLA


29

06.03.2022

QATTIEL LI RIED IL-FAMA F’56 siegħa joqtol lil nannuh u żewġ ġirien Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

IX-XENA TAD-DELITT TA’ NANNUH - STANISLAV PUIDOKAS

ANTHONY ARKWRIGHT Anthony Arkwright huwa qattiel Ingliż li f’Awwissu tal-1988 qanqal biża’ kbir f’South Yorkshire fl-Ingilterra. Arkwright ġie mixli bil-qtil ta’ nannuh u ta’ żewġ ġirien iżda hu maħsub ukoll li qatel lill-mara li kienet tieħu ħsieb id-dar ta’ nannuh. F’temp ta’ 56 siegħa, Arkwright qatel lill-vittmi tiegħu bl-iktar mod makabru. Arkwright kellu biss 21 sena meta wettaq l-omiċidji u l-kundanna kienet ta’ għomor il-ħabs. Min kien Arkwright? Anthony Arkwright twieled fl-1967 f’Wath-upon-Dearne f’South Yorkshire fl-Ingilterra u kien wieħed mill-ħamest itfal tal-koppja Arkwright. Ommhom abbandunathom meta kienu għadhom żgħar, azzjoni li wasslet għal tfulija diffiċli. Arkwright qatta’ ħafna snin minn ħajtu f’istituti tat-tfal u l-iskola kien jiġi mgħajjar fuq hekk. L-iskola kienu qalgħu

ELSA KRONADAITE, RAYMOND FORD U MARCUS LAW qlajja’ li Arkwright kien frott ta’ inċest bejn ommu u nannuh u jista’ jkun li Arkwright beda jemmen li dan kien veru minħabba l-istmerrija li kellu lejn nannuh. L-iskola ma kienx imur tajjeb akkademikament u spiċċa magħruf mal-pulizija wara li wettaq diversi offiżi kriminali sa minn età bikrija. Fis-27 ta’ Awwissu tal-1988, Arkwright tkeċċa mix-xogħol minħabba n-nuqqas ta’ attendenza tiegħu. Din l-aħbar irrabjatu u wasslet għall-bidu ta’ għadd ta’ delitti makabri. Id-delitti Wara li tkeċċa mix-xogħol, Arkwright mar l-għalqa ta’ nannuh, Stanislav Pudoikas, li kellu 68 sena. Kif ra lil nannuh, Arkwright beda jagħtih daqqiet b’sikkina, li wasslu għall-ipparalizzar ta’ Pudoikas. Wara d-daqqiet, Arkwright kaxkru fil-kamra tal-għodda li kellu fl-għalqa u qatlu b’daqqiet ta’

mannara u ta’ martell fuq rasu. Huwa maħsub li t-tieni vittma ta’ Arkwright kienet il-mara li kienet tieħu ħsieb id-dar ta’ nannuh, Elsa Kronadaite ta’ 73 sena. Kronadaite nstabet fil-kċina b’daqqa ta’ mannara fuq rasha u jista’ jkun li spiċċat il-vittma tiegħu wara li daħal fid-dar ta’ nannuh biex jisraq il-flus. Minkejja din l-ispekulazzjoni, ma nstabux provi biżżejjed u Arkwright qatt ma ammetta direttament li qatilha. Fil-fatt, hu ma ġiex mixli bil-qtil tagħha. Wara li qatel lil nannuh, u x’aktarx lil Kronadaite, Arkwright qatel lill-ġar tiegħu, Raymond Ford. Matul il-lejl tat-28 ta’ Awwissu, Arkwright, li kien għeri u liebes biss maskra, daħal fid-dar ta’ Ford biċ-ċavetta li kien seraqlu ftit jiem qabel. Ford kien għarraf lill-pulizija li Arkwright daħallu fid-dar u seraqlu xi affarijiet, u talli Ford irrapportah, Arkwright ried ipattihielu bil-qa-

res. Kien għalhekk li reġa’ daħallu fid-dar, u din id-darba, minflok serqu tah 270 daqqa ta’ sikkina. Arkwright uża diversi skieken minħabba li wħud minnhom inqasmu waqt l-għoti tad-daqqiet. Sbieħ it-28 ta’ Awwissu, Arkwright ġie akkużat li daħal jisraq għand Ford u b’hekk ġie arrestat. Li ma kinux jafu l-pulizija hu li Ford kien għadu kif inqatel minn Arkwright ftit sigħat qabel l-arrest tiegħu. L-interrogazzjoni damet għaddejja għal tliet sigħat sħaħ u Arkwright ġie rilaxxat. L-għada, Arkwright mar għand ilġar tiegħu, Marcus Law, li wara inċident tat-traffiku spiċċa f’siġġu tar-roti. Arkwright ried xi sigaretti iżda Law qallu li ma kellux. Minkejja li Law qallu hekk, Arkwright beda jqalleb fil-kxaxen u sab xi sigaretti. Kif ra hekk, Arkwright irvilla, qabad sikkina u ta mas-70 daqqa lil Law. Wara li qatlu, Arkwright qabad is-sigaretti u deffishom

f’ħalq, f’għajnejn u f’widnejn Law. Dan ma kienx biżżejjed għax Arkwright qabad waħda mill-krozzi ta’ Law u deffishielu fl-istonku. Ix-xena makabra skoprietha omm Law, li ċemplet lill-pulizija u dawn talaħħar arrestaw lil Arkwright. L-arrest Waqt li kien arrestat, Arkwright insinwa li qatel erba’ persuni u l-pulizija kienu għadhom jafu biss bil-qtil ta’ Law. Kien għalhekk li marru fid-dar ta’ nannuh u sabu lil Kronadaite mejta, lil nannuh mejjet fil-kamra tal-għalqa tiegħu u lil Ford mejjet f’daru. Minkejja li b’kollox kien hemm erba’ katavri, Arkwright ma ammettiex li qatel lil Kronadaite u b’hekk instab ħati bil-qtil ta’ nannuh, ta’ Ford u ta’ Law. F’Lulju tal-1989, Arkwright instab ħati ta’ tliet omiċidji u weħel għomor il-ħabs.


30

06.03.2022

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


31

06.03.2022

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 423

L. AGIUS - MOSTA

MIMDUDIN: 1. Mur (5) 4. Jagħmel id-duħħan (4) 7,9. Kunjom (5) Bi 3 NUMRI 039 049 067 188 325 339 341 375 422 734 894 924 952 994

B’4 NUMRI 0283 0399 0467 0818 0998 1059 1162 1326 1338 1446 1523 1917 2139 2159

2189 2640 2878 3122 3141 3233 3256 3361 4163 5896 5946 6211 6568 7319 7528

7936 8353 8763 9143 9191 9213 9261 9404 9442 B’5 NUMRI 03113 03933 05493 12086

12193 13036 25838 40989 45246 56818 60265 64393 66480 67033 71423 81087 84795 93411

B’6 NUMRI 186530 383922 692987 764327 868910 899746 B’7 NUMRI 0677162 3566823 4236781 6749866 9232691 9666877

9. 10. 12. 16. 18.

WEQFIN: 1. Kompli l-qawl: Ġunju Ġunjett ........... l-qmis u d-dublett (6) 2. Kunjom ieħor (3) 3,6. Ċaqlaq (6) 5.19. Kienet l-Unjoni

6. 8. 11. 12,23. 13. 14.

Ara 7 19. Innaddaf (6) 20. 30 (6) 21. Mhux issa (3) 23. Xarba komuni (2) 24. Sovjetika darba (6) Ara 3 15. Issibhom f’kull karozza (9) 17. Artiklu (2) Kanċer? (6) 21. Żmien (3) M’għadux 22.

Ara 5 Il-mara tiegħi (5) Stenbaħ (3) Ara 12 wieqfa Isofri (5) jiftakarna (6) Melħin ħafna (6) Lawrence Gatt Urpani (1,1,1) M’għadux rieqed (3) Telaq (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Ġunju, 4.Ħlas,7,16.Spara, 9.11. Nemla, 10.Arnold, 12.Ħanżir, 18,21W. Tuban, 19.Abt, 20.Pinet, 21.Buf, 23.Nero, 24.Żabra

WEQFIN: 1.Ġungla, 2,3.Nemusa, Leo, 6.Sid, 8.Prużuntuż, 12,22.Ħafer, 13,17. Ntirtu, 14.Rattab, 15.Storda


32

06.03.2022

FANTAŻIJI PERVERSI Editorjal

Għalkemm kien ilu mis-sena l-oħra jħambaq li lest għall-elezzjoni, il-manifest tal-PN stess jikxef lil Bernard Grech li mhux denju jmexxi partit, aħseb u ara pajjiż

Jekk hemm karattri li l-istorja politika għallmitna li għandhom jiġu evitati dejjem u kull ħin f’demokrazija huma dawk li jipprovaw iqarrqu, filwaqt li joħolmu u jippritkaw fanta­żiji makabri. Wisq aktar jekk ikunu f’pożizzjoni ta’ tmexxija. Agħar minn wieħed bla ebda esperjenza, illum il-Kap attwali Nazzjonalista Bernard Grech jinkixef kif sejjer għall-elezzjo­ ni ġenerali b’mentalità daqsli­ kieku jinsab f’nofs xi logħba, mingħajr il-ħtieġa ta’ preparaz­ zjoni jew nitfa serjetà. Dan jista’ jkun frott in-nuq­ qas t’għarfien ta’ wieħed li ma jafx eżatt x’laqtu mindu libes iż-żarbun tal-politiku. U anke jekk issa ilu diġà sena u nofs fil-kariga, f’din l-ewwel kampan­ja elettorali tiegħu qed jispiċċa jgħaġġeb lil kulħadd … mhux għax għandu xi viżjoni li jeħtieġ ikollu kull mexxej, iżda għaċ-ċuċati kollha li qed jagħmel u jgħid. Ma tgħinx lanqas il-manipu­ lazzjoni ta’ min poġġa lil Grech f’postu u qed jużah bħala pu­ pazz fl-aġendi makabri ta’ moħ­­ħu. Il-pub­blikazzjoni talmani­fest elettorali tal-PN, li

ħadd għadu ma fehem kemmil proposta fih eżatt, m’għamlitx l-affarijiet aħjar. Konvinti li l-qagħda tal-Kap tal-Oppożizzjoni hi taħlita ta’ dan kollu u ferm iżjed. Minkejja li kien ilu mis-sena li għaddiet iħambaq li għandu kollox lest għall-elezzjoni, il-proposti miktubin iswed fuq l-abjad ikomplu jikxfuh li mhux denju li jmexxi partit, aħseb u ara pajjiż. L-għaġla li jippubb­ lika l-wegħdi elettorali kompliet tiżvinah mill-kredibbiltà, qisu kastell tar-ramel mibni fit-tarf tax-xtajta. Il-Ħamis li għadda mbagħad wera l-akbar insensittività s’issa. Il-vittmi tiegħu kienu persuni li qed jipprovaw ikollhom it-tfal permezz tal-proċeduri tal-In Vitro Fertilization (IVF). Mank ipprova jsabbarhom u jwegħedhom li, bl-impenn politiku tiegħu, irid jgħinhom bl-aħjar kura possibbli biex jiffaċilitalhom il-proċess ħalli jsiru ġenituri, kif din il-ġimgħa stess wiegħed il-Prim Ministru Robert Abela li jagħmel fl-ewwel mitt jum wara r-riżultat tal-elezzjoni ġenerali jekk jingħata l-appoġġ tal-poplu.

Minflok, bħala psewdo-politiku li qatt ma jista’ jkun qrib in-nies, Grech qalilhom biex jinvolvu ruħhom u jsiru atti­ visti Nazzjonalisti ħalli jgħinuh isir Prim Ministru. Fi kliemu: “B’hekk ikunu qed jgħinu biex ulied ħaddieħor jimxu ’l qud­ diem”. Tal-blieh! Ma’ dan, spara wkoll propos­ ti li jidher li ma jkunx jaf eżatt x’fihom. Inqabad waħdu jħaw­ wad bil-proposta għal dawk li jgħixu f’residenza mikrija mill-privat b’kuntratt ta’ qabel l-1995 u li llum l-Istat qed jagħtihom il-protezzjoni sa mewt­ hom. Grech qed iwegħedhom li jibda jnaqqsilhom is-sussid­ ju sakemm jaqtagħhulhom għalkollox fi żmien tliet snin. Wiegħed ukoll allokazzjoni ta’ €1 biljun fil-ħolqien ta’ 10 industriji ekonomiċi ġodda, meta mbagħad beżaqha li nofs is-setturi li semma diġà jeżistu u iżjed minn hekk bejn 50% jew 70% taċ-ċifra msemmija se jkunu fil-forma ta’ djun li se jitgħabbew direttament fuq kull investitur prospettiv. Biex ma nsemmux saħansit­ ra s-sitt xhur anarkija li Grech lest jagħti lil kull ċittadin meta

jikser il-liġi, tant li kull ċitazzjoni li tinħariġlu titwaqqa’ jekk iġib ruħu sew fis-seba’ xahar. Fl-aħħar jiem ukoll qalilna li f’Ottubru tal-2020 kien stqarr li ma jrid ikun il-bidillu ta’ ħadd u, spiċċa, sar il-Kap tal-Partit. Iżda, qabel tħabbret id-data tal-elezzjoni, ukoll ma tħalliex jiddeċiedi waħdu liema distretti għandu jikkontesta. Imbagħad meta fl-ewwel jum tal-kampanja rriżenjawlu en bloc erba’ kandidati millGrupp Parlamentari minħabba l-qasmiet li għadhom jiddomi­ naw il-Partit, ra kif jipprova jimminimizza s-sitwazzjoni u qal li dawn “irġiel u nisa li xtaqu jagħmlu spazju lil ħaddieħor”. Dan sakemm kixfu wieħed minn­hom – id-Deputat Mario Galea – li bla tlaqliq qal li dawk tal-establishment għamlulu ħajtu infern fil-Partit. Dan kollu jagħmel minn Bernard Grech u l-Partit tiegħu l-iżjed forom politiċi perikolużi li tista’ ssib f’demokrazija. Kif kien wissa l-filosofu Karl Marx, l-agħar sitwazzjoni tkun meta r-raġuni ma tikkontrollax lil min huwa mogħmi mill-furja tal-ambizzjoni.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.