IL-QGĦAD LURA KIF KIEN SEBA’ XHUR ILU Il-Ħadd, 6 ta’ Diċembru, 2020
IL-ĠEJJIENI TAL-ĠBIR U T-TRATTAR TAL-ISKART PJAN B’10 AZZJONIJIET GĦALL-10 SNIN LI ĠEJJIN FL-IMMANIĠĠJAR FIT-TUL TA’ DAK KOLLU LI JIĠI MORMI
Pjan fit-tul għall-immaniġġjar taliskart se jitressaq għall-konsultazzjoni pubblika bil-għan li titwettaq il-viżjoni tal-Gvern li Malta tilħaq il-miri ambjentali tal-2030 u ssir fost l-aqwa pajjiżi Ewropej f’dan il-qasam. Dan tħabbar ilbieraħ mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia li spjega li l-għan aħħari ta’ dan il-pjan għall-immaniġġjar tal-iskart fl-10 snin li ġejjin hu li jimmassimizza l-valur tal-iskart permezz ta’ soluzzjonijiet ħolistiċi u l-adozzjoni ta’ kollaborazzjoni mal-imsieħba kollha, waqt li jiġu promossi tibdiliet fl-imġiba. Din il-ġimgħa stess, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) ħabbar li sa tmiem l-2019 ipproduċejna ftit inqas minn 350,000 tunnellata ta’ skart, li jlaħħaq madwar 24,000 tunnellata jew 7.3% iżjed mis-sena ta’ qabel. Fatt pożittiv mill-2018 għall-2019 kien li l-iskart tal-borża s-sewda naqas b’aktar minn 21,000 tunnellata. Biex nibqgħu fuq it-triq it-tajba, il-pjan imħabbar ilbieraħ jipproponi s-separazzjoni obbligatorja tal-iskart, borża ġdida għar-riċiklar tal-karti u flotta moderna tal-vetturi li jiġbru l-iskart, fost oħrajn. Ingħad li d-dokument se jkun disponibbli għal konsultazzjoni pubblika mis-sit elettroniku tal-Ministeru fl-14 ta’ Diċembru li ġej. Tkompli f’paġni 6 u 7
KJARIFIKA B’referenza għall-artiklu prinċipali fil-ħarġa tagħna tal-Ħadd li għadda, intitolat “Ħabib ta’ Casa akkużat b’reat internazzjonali”, irid jiġi ppre ċiżat li bi żball ingħad li “Darren Debono hu wkoll qrib ħafna l-Eks Ministru Tonio Borg”. Minflok, kif jixhed il-bqija talartiklu, ir-referenza kellha tkun għall-Eks Ministru Nazzjonalista Joe Borg. Din il-kjarifika qed issir a tenur tal-Artikolu 15 tal-Att tal-2018 dwar il-Midja u l-Malafama. Niskużaw ruħna ma’ Dr Tonio Borg għal kull inkonvenjent li stajna ħloqna bl-iżball inkwistjoni.
Ħarġa Nru 1,430
Prezz €1
Rapport f’paġna 3
IL-PN IRID JIEĦU L-ELEZZJONIJIET LURA B’50 SENA L-OPPOŻIZZJONI TITLOB REVIŻJONI TOTALI FID-DISTRETTI BIEX B’QERQ JITNAQQAS ID-DISTAKK KBIR LI ATTWALMENT JEŻISTI MAL-PARTIT LABURISTA … JIPPROPONU SISTEMA ELETTORALI LI NTUŻAT FL-1971 U LI TESIĠI Ċ-ĊAQLIQ TA’ IŻJED MINN 214,000 VOTANT U 44 LOKAL MINN DISTRETT GĦAL IEĦOR Rapport għar-reviżjoni fil-konfini li l-erba’ rappreżentanti tal-Oppożizzjoni ressqu għall-approvazzjoni quddiem il-Kummissjoni Elettorali, ippropona ċ-ċaqliq minn distrett għal ieħor ta’ kważi nofs il-popolazzjoni ta’ pajjiżna, flimkien ma’ 44 lokal sħiħ jew partijiet minnhom. Eżerċizzju li l-KullĦadd għamlet fl-aħħar jiem jixhed kif tali tibdil qatt ma seħħ f’xi reviżjoni riċenti tal-konfini elettorali u l-unika darba li kien hemm tibdil drastiku jeħodna lura b’50 sena. Analisti, li ilhom isegwu l-proċessi elettorali f’pajjiżna għal dawn l-aħħar għexieren ta’ snin, saħqu ma’ din il-gazzetta li hu ċar li l-iskop talPartit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech hu dak li japprofitta ruħu minn sistema li ntużat darba biss – fl-Elezzjoni Ġenerali tal-1971 – fejn deputati kienu ġew eletti anke b’nuqqas ta’ kwota. Tkompli f’paġni 4 u 5
02
06.12.2020
DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 18°C L-Inqas Temperatura: 17°C L-Indiċi UV: 2 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ pressjoni baxxa qed testendi minn fuq it-Tramuntana ta’ Franza sa fuq il-Libja It-Temp: Ftit imsaħħab li jsir pjuttost imsaħħab b’xi ħalbiet tax-xita iżolati Ir-Riħ: Qawwi min-Nofsinhar ix-Xlokk li jdur mill-Punent Il-Viżibilità: Tajba minbarra fix-xita Il-Baħar: Moderat għal qawwi L-Imbatt: Baxx min-Nofsinhar li jsir moderat mix-Xlokk It-Temperatura tal-Baħar: 21°C
email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570
17°C
KUNTATT ĠENERALI
UV 3
12°C
18°C
Il-Ħamis
UV 2
12°C
17°C
Il-Ġimgħa
UV 3
10°C
Is-Sibt
KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
16°C
UV 3
12°C
18°C
UV 1
13°C
18°C
UV 3
13°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR IT-TLIETA 8 TA’ DIĊEMBRU
20/21, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21246051 San Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, Il-Marsa – 21221118 Fatima Pharmacy, 82, Triq il-Ferrovija, Santa Venera – 21482856 Rational Pharmacy, 74/75, Triq il-Wied, Birkirkara – 21441513 O’Hea Pharmacy, 128, Triq Manoel, Il-Gżira – 21330268 Potter Chemists Ltd, Triq Wilga, Paceville – 21363244 Brown’s Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Tas-Sliema – 21313233 Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Ħal Balzan – 21444035 Sgħajtar Pharmacy, Triq is-Sgħajtar, Il-Mosta – 21415198 Brown’s Village Pharmacy, Triq il-Kbira, Il-Mellieħa – 21523536 Sonren Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien – 21672757 Brown’s Pharmacy, 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Il-Kalkara – 21673811 Polymer, Triq ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar – 21676263 Gudja Pharmacy, Triq il-Kappillan k/m Triq William Baker, Il-Gudja – 21696422 42, Vjal il-Blue Grotto, Iż-Żurrieq – 21689971 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 21467459 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat, Malta – 21455479 Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Ir-Rabat, Għawdex – 21556970 St. John Pharmacy, 85, Triq l-Indipendenza, Ix-Xewkija, Għawdex – 21563052
Empire Pharmacy (Branch), 46 Triq Melita Il-Belt Valletta – 21225785 Chemimart International Pharmacy, 650, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21236477 Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Ħal Qormi – 21443221 St. Bartholomew Pharmacy, 30, Triq Fleur-De-Lys, Santa Venera – 21482558 Regal Pharmcay, 39B, Triq Antonio Bosio, L-Imsida – 21313115 Mensija Pharmacy, 92-94, Triq il-Mensija, San Ġwann – 21373275 The Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Tas-Sliema – 21330376 Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, L-Iklin – 21415499 Sta. Margherita Pharmacy, Vjal il-Qalbiena Mostin, Santa Margherita Estate, Il-Mosta – 21416426 Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523554 St. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monika, Raħal Ġdid – 21665848 Brown’s Pharmacy, 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Il-Kalkara – 21673811 St. Elias Pharmacy Triq San Elija, Ix-Xgħajra – 21660300 Pompei Pharmacy, Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk – 21651278 St. Andrew’s Pharmacy, 25, Triq Dun Pawl, Ħal Luqa – 21820795 Spiżerija Ħal Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Ħaż-Żebbuġ – 21461693 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat, Malta – 21455479 Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Ir-Rabat, Għawdex – 21556970 Tony’s Pharmacy, “Egret Court”, Triq il-Wied, Marsalforn, Għawdex – 21563617
03
06.12.2020
IL-QGĦAD LURA KIF KIEN SEBA’ XHUR ILU ILLUM INQAS ŻGĦAŻAGĦ QEGĦDIN IFITTXU XOGĦOL MINN KEMM KIEN HAWN QABEL BDIET IL-PANDEMIJA Statistika maħruġa mill-Eurostat din il-ġimgħa żvelat kif ir-rata tal-qgħad li f’Malta fi tmiem Ottubru li għadda kienet reġgħet lura għal dik osservata fi tmiem Marzu. Fil-fatt, skont l-aġenżija tal-istatistika fl-Unjoni Ewropea, ir-rata tal-qgħad f’pajjiżna fi tmiem Ottubru kienet ta’ 3.9%, daqs dik irreġistrata fi tmiem l-ewwel xahar li pajjiżna ntlaqat mill-pandemija. B’kuntrast, madwar l-Unjoni Ewropea u ż-Żona Ewro r-rata ta’ qgħad fi tmiem Ottubru kienet punt perċentwali aktar minn dik osservata f’Marzu. Fl-UE l-qgħad issa jlaħħaq 7.6%, kontra s-6.6% ta’ Marzu, mentri fiż-Żona Ewro r-rata hi 8.4%, kontra s-7.4% seba’ xhur qabel. Malta reġgħet kienet ilpajjiż bl-inqas rata ta’ qgħad fiż-Żona Ewro fil-ħames xahar konsekuttiv li fih inkiseb dan ir-rekord. Il-qgħad f’pajjiżna kien tela’ minn 3.9% f’Marzu għal 4.5% f’Mejju. B’kuntrast, madwar iż-Żona Ewro ż-żieda kienet naqra inqas, minn 7.4% għal 7.7%. Minkejja dan, mindu tħabbar il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika fil-bidu ta’ Ġunju li għadda, l-andament tas-suq tax-xogħol f’pajjiżna beda jkun differenti minn dak fil-bqija taż-Żona Ewro. Bejn Ġunju u Ottubru r-rata ta’ qgħad fiż-Żona Ewro tela’ minn 7.7% għal 8.4%, jiġifieri kompla jaċċellera. B’kuntrast, f’Malta nżilna minn 4.5% għal 3.9%. Jidher li l-iżjed li gawdew mill-politika tal-Gvern Malti kienu ż-żgħażagħ. Fil-fatt, waqt li sa Mejju r-rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ kienet laħqet 11% f’pajjiżna, sa tmiem Ottubru din naqset għal 10.1%. Dan ifisser li fost iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin bħalissa
hawn inqas ifittxu x-xogħol milli kien hawn meta bdiet l-imxija tal-pandemija fil-bidu ta’ Marzu. Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jindikaw li qabel feġġet il-pandemija f’pajjiżna kien hemm 3,201 persuna ta’ età bejn il-15 u l-24 li kienu qed ifittxu impjieg. B’kuntrast, fi tmiem Ottub-
ru kien hemm 2,794, li jfisser tnaqqis ta’ kważi 410 persuni. Wieħed minn kull tmien żagħżugħ/a li kienu qed ifittxu xogħol fil-fatt sabuh minkejja li għaddejjin minn pandemija. Sadanittant, meta wieħed iħares lejn il-popolazzjoni sħiħa jidher li mqabbel ma’ qabel bdiet l-imxija fil-bidu ta’ Marzu għad fadal żieda żgħi-
ra. F’diskors tal-Prim Ministru l-Ħadd li għadda tħabbar li f’Novembru l-ammont ta’ dawk jirreġistraw naqas għall-ewwel darba taħt it-3,000. L-istatistika tal-Eurostat tindika li fi tmiem Frar ir-rata ta’ qgħad f’Malta kienet 3.5%, li jfisser li fadal tnaqqis ta’ 0.4% biex pajjiżna jikseb ir-rata li kellu qabel feġġ il-Coronavirus. Ta’
min ifakkar li din ir-rata kienet it-tieni l-inqas rata fl-istorja ta’ pajjiżna, wara t-3.4% li kien ġie osservat f’Awwissu tal-2018. Bil-miżuri mħabbra fil-Baġit 2021 u l-irkupru ta’ numru kbir ta’ setturi jista’ jkun li fix-xhur li ġejjin pajjiżna jirnexxilu jikser dan ir-rekord minkejja li pajjiżi oħrajn qed ikomplu jaraw biss żieda fil-qgħad.
04
06.12.2020
ĊAQLIQ ENORMI FID-DISTRETTI LI QED TIPPROPONI L-OPPOŻIZZJONI L-EWWEL DISTRETT Lokalità
Minn Distrett
Għal Distrett
Numru ta’ Votanti
Raħal Ġdid
4
1
Santa Luċija
4
1
IT-TIENI DISTRETT
IT-TIELET DISTRETT Lokalità
Minn Distrett
Għal Distrett
Numru ta’ Votanti
Ħaż Żabbar
2
3
12,374
Lokalità
Minn Distrett
Għal Distrett
Numru ta’ Votanti
6,424
Il-Fgura
4
2
7,992
St.Peter’s Ħaż-Żabbar
2
3
1,097
2,466
Ħal Tarxien
4
2
7,227
Ix-Xgħajra
2
3
1,402
Ċaqliq ta’ 15,219
Ċaqliq ta’ 8,890
Jiġi kompost minn: Valletta, il-Furjana, il-Ħamrun, Jiġi kompost minn: il-Birgu, l-Isla, Bormla, *il-Fgura + il-Marsa, *Raħal Ġdid, Gwardamanġa/Pietà, *Sta Luċija Parti mill-Fgura, il-Kalkara, *Ħal Tarxien
Ċaqliq ta’ 14,873 Jiġi kompost minn: *Ħaż-Żabbar, *St Peter’s Ħaż-Żabbar, Marsaskala, Marsaxlokk, *ix-Xgħajra
BDIL FID-DISTRETTI INTENZJONAT BIEX IL-PN INAQQAS ID-DISTAKK Tkompli minn paġna 1
IR-RABA’ DISTRETT Lokalità
Minn Distrett
Għal Distrett
Numru ta’ Votanti
Iż-Żejtun
3
4
10,032
Ħal Għaxaq
3
4
4,179
Ħal Kirkop
5
4
2,045
Ħal Luqa
6
4
2,838
L-Imqabba
5
4
2,806
Ħal Safi
5
4
1,818
Ċaqliq ta’ 23,718 Jiġi kompost minn: *iż-Żejtun, il-Gudja, *Ħal Għaxaq, *Ħal Kirkop, *Ħal Luqa, L-Imqabba, Ħal Safi
IL-ĦAMES DISTRETT Lokalità
Minn Distrett
Għal Distrett
Numru ta’ Votanti
Is-Siġġiewi
6
5
7,353
Ċaqliq ta’ 7,353 Jiġi kompost minn: *is-Siġġiewi, Birżebbuġa, il-Qrendi, iż-Żurrieq, Bubaqra
IS-SITT DISTRETT Lokalità
Minn Distrett
Għal Distrett
Numru ta’ Votanti
Ħaż Żebbuġ
7
6
10,290
Ħal Farruġ
5
6
574
Ċaqliq ta’ 10,864 Jiġi kompost minn: Ħal Qormi, *Ħaż-Żebbuġ, *Ħal Farruġ, Parti minn Ħal Luqa
“Jidher li din il-manuvra, li għandha minn żmien li fil-Partit (Nazzjonalista) kienu jimmilitaw nies bħal Louis Galea, hi intenzjonata biex taħsad il-maġġoranza li jgawdi l-Partit Laburista llum … iridu jnaqqsu d-distakk li hemm biex jibagħtu sinjal ta’ tama fost il-partitarji, iżda nassigurak li fil-verità m’hemm xejn għajr qerq f’dan kollu,” tenna anal-
ist anzjan. Din it-teżi wkoll kienet ikkorrroborata minn sors differenti li saħaq li “fl-1971 kien hemm ħames distretti minn għaxra li eleġġew sitt deputati, flok ħamsa. Dakinhar il-Partit Laburista kien rebaħ b’marġni minima ħafna ta’ inqas minn 20 vot u b’vantaġġ ta’ siġġu wieħed.” Ir-rapport li pproponiet illum l-Oppożizzjoni ma sabx l-appoġġ tal-maġġoranza fil-Kummissjoni Elettorali wara li l-Kummissarju Prinċipali Elettorali Joseph Camilleri qabel u vvota favur ir-rapport bl-emendi proposti mir-rappreżentanti tal-Gvern. Għaldaqstant, wara li l-Kummissjoni Elettorali bagħtet ir-rapport tagħha tar-reviżjoni tal-konfini elettorali, flimkien ma’ dak minoritarju, lillPrim Ministru Robert Abela, li ressqu quddiem
il-Parlament għad-diskussjoni, issa trid tkun din l-ogħla istituzzjoni fil-pajjiż li, b’riżoluzzjoni, tapprova t-tibdil propost jew tibgħat ir-rapport lura għall-konsiderazzjoni mill-ġdid. Ir-reviżjoni tal-konfini elettorali trid issir mill-Kummissjoni Elettorali b’intervalli ta’ mhux inqas minn sentejn u mhux iżjed minn ħames snin, biex tbiddel dawk id-distretti sa fejn tqis mixtieq skont ir-riżultat tar-reviżjoni. L-aħħar reviżjoni kienet seħħet fl2016. Fit-8 ta’ Ottubru li għadda l-Kummissjoni Elettorali bagħtet ir-rapport tagħha u dak minoritarju lill-Prim Ministru u lill-Kap tal-Oppożizzjoni. Nhar it-Tnejn 23 ta’ Novembru l-Prim Ministru poġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra. Jirriżulta li sat-8 ta’ Marzu 2021 il-Parlament irid japprova t-tibdil propost mill-Kummissjoni jew jibgħat kollox lura biex jitressaq rapport rivedut. Fi żmien sitt xhur mindu l-Prim Ministru jkun irċieva r-rapport(i), il-Kummissjoni trid tippubblika fil-Gazzetta talGvern ir-rapport finalizzat. Fl-aħħar jiem l-Eks Segretarju Ġenerali Nazzjonalista Clyde Puli tkellem favur tibdil fid-distretti elettorali, iżda m’għamilx referenza x’kien qed jipproponi r-rapport minoritarju magħmul mir-rapp reżentanti tal-istess Oppożizzjoni. Ir-reviżjoni li qed titressaq saret fuq
05
06.12.2020
IS-SEBA’ DISTRETT Lokalità
Minn Distrett
Għal Distrett
Numru ta’ Votanti
Ħal Balzan
8
7
Birkirkara
8
Fluer-de-Lys
IT-TMIEN DISTRETT Lokalità
Minn Distrett
Għal Distrett
Numru ta’ Votanti
3,416
Il-Gżira
10
8
7
14,939
San Ġiljan
10
8
7
1,169
Paceville
Is-Swatar
8
7
1,909
L-Iklin
8
7
Ħal Lija
8
7
ID-DISA’ DISTRETT Lokalità
Minn Distrett
Għal Distrett
Numru ta’ Votanti
4,839
Santa Venera
1
9
6,034
8
5,116
Il-Pietà
1
9
1,787
10
8
566
Tas-Sliema
10
8
10,177
2,713
Is-Swieqi
9
8
5,704
2,450
Il-Madliena
9
8
1,163
Ċaqliq ta’ 26,596 Dan id-Distrett baqa’ l-istess, sempliċement inqaleb mit-8 għas-7 Distrett
Ċaqliq ta’ 7,821 Jiġi kompost minn: Ħal Għargħur, l-Imsida, is-Swatar, *il-Pietà, San Ġwann, il-Kappara, *Sta Venera
L-GĦAXAR DISTRETT
Ċaqliq ta’ 27,565 Dan id-Distrett baqa’ l-istess, sempliċement inqaleb mis-7 għat-8 Distrett
ir-Reġistru Elettorali ta’ April votanti,” qalilna wieħed mill-anal- b’hekk bdew jiġu eletti 65 membru 2020, b’total ta’ 353,241 votant. isti. “L-Onorevoli (Clyde Puli) fil-Kamra tad-Deputati. Skont dak li tistabbilixxi l-Kosti- kkummenta dwar ir-rapport Għal dawn l-aħħar 50 sena u tuzzjoni ta’ Malta, kienu biss is-Se- tal-Kummissjoni, iżda ma qal xejn disa’ elezzjonijiet ġenerali, il-Kumba’ Distrett u t-Tnax-il Distrett dwar dak minoritarju. Tajjeb li jif- missjoni Elettorali dejjem sabet elettorali li jinsabu b’numru ta’ takar fl-imgħoddi u ma jippruvax kurituri ta’ art u ħadet partijiet voti iżjed mill-5% li suppost. Dawn jintroduċi sistemi b’tama li jaħd- minn bosta lokalitajiet u tinklufil-fatt għandhom 6.75% u 6.31% iż- mu favur il-PN, kif kien il-mot- dihom ma’ distretti oħrajn basta jed rispettivament. tiv lura fl-elezzjoni tal-1971, u ma jkunu jikkonfinaw ma’ xulxin. B’hekk il-Kummissjoni għand- rnexxiex għal inqas minn 20 vot.” L-Eks Segretarju Ġenerali Nazha l-obbligu li ssib rimedju biex Ta’ min ifakkar li dakinhar, zjonalista qal li erba’ membri id-distretti jkunu konformi skont il-Kostituzzjoni, il-Kum- tal-Kummissjoni ma approvawx mal-ammont ta’ mhux aktar minn missjoni Elettorali ma kellhiex l-emendi li qed jiġu proposti llum 5% iżjed jew inqas mill-kwota l-aħħar kelma, iżda kien il-Parla- minn din l-entità Kostituzzjonali, elettorali, li f’dan il-każ hi 26,922. ment li japprova kollox. Ma kienx għax huma “kożmetiċi” u għalJiġifieri distrett ma jistax ikollu hemm qbil dwar emendi li tressqu daqstant ħejjew rapport minoriinqas minn 25,922 jew aktar minn dak iż-żmien mill-Gvern Nazzjon- tarju. Hu saħaq li dan it-“tkissir 28,268 voti eliġibbli. alista u nħolqot problema, għax fid-distretti” hu bla sens meta jitGħaldaqstant, il-Kummiss- ma kien hemm xejn ipprovdut fil- tieħdu partijiet minn lokalità biex joni, b’responsabbiltà u bl-inqas Kostituzzjoni f’dan ir-rigward. jingħaqdu ma’ distrett ieħor. inkonvenjent kemm għall-kandiIl-Gvern Nazzjonalista resAnke jekk jaf li dan il-bdil isir dati kif ukoll għall-votanti, qablet saq emenda fil-Kostituzzjoni li biss għall-fini elettorali u ma jafli ċċaqlaq parti minn Ħaż-Żeb- b’maġġoranza sempliċi seta’ jbid- fettwax l-indirizz fuq il-Karta buġ (1,320 votant) mis-Seba’ Dis- del u jirranġa d-distretti. Il-Par- tal-Identità u postijiet oħra fejn hu trett għas-Sitt Distrett u par- tit Laburista kien oppona u fetaħ meħtieġ, fuq Facebook, Puli saħanti min-Naxxar (1,219-il votant) kawża Kostituzzjonali biex l-emen- sitra kiteb li dan juri diżrispett lejn mill-Għaxar għat-Tnaxl-identità tal-lokalità u il Distrett. Dan iċ-ċaqliq għall-votanti ta’ ftit tototali ta’ 2,539 votant roq li jispiċċaw is-“Ciniġib it-12-il distrett kondirella tad-distrett u formi sew mat-threshtal-kandidati”. IronikaIl-proposta tal-Oppożizzjoni ma old ta’ 5% iżjed jew inqas ment, fl-istess rapport mill-kwota elettorali. minoritarju, partijiet taħdimx u toħloq inġustizzji, Jirriżulta li, minħabmill-Fgura, Ħal Luqa u ba emenda Kostituzzn-Naxxar jingħaqdu ma’ li jistgħu biss jiffavorixxu jonali li kienet saret, distretti oħrajn. lill-PN u mhux lid-demokrazija it-Tlettax-il Distrett qatt Għaldaqstant, bl-istma jista’ jiġi rivedut. Dan ess riga, hu r-rapport nazzjonali illum għandu 30,200 minoritarju mill-Opvotant u b’hekk ivarja pożizzjoni li juri bi 12.20% iżjed minn dak li hu per- da tiġi annullata, iżda l-Qorti ċaħ- diżrispett enormi lejn ix-xogħol messibbli fil-bqija. det din it-talba u l-elezzjoni saret amministrattiv, lejn il-votanti u Ir-rapport approvat mill-Kum- fit-12, 13 u 14 ta’ Ġunju 1971. l-kandidati. missjoni Elettorali jċaqlaq biss Il-PL kien rebaħ dik l-elezFl-istess analiżi qarrieqa tiegħu, 2,539 votant, kontra r-rapport mi- zjoni, iżda b’marġni ta’ inqas Puli wkoll naqas meta indirizza lil noritarju mressaq mill-Oppożizz- minn 20 vot fuq is-Sitt Distrett u dawk il-membri tal-Kummissjoni li jrid iċaqlaq aktar minn b’siġġu wieħed vantaġġ li ntrebaħ joni li ma approvawx ir-rapport 214,500 votant u jagħmel terremot min-Nutar Ġużè Abela. F’dik l-elez- tal-konfini tal-Kummissjoni Eletsħiħ fid-distretti. Dan sab l-ap- zjoni kienu ġew eletti sitt kandi- torali u ressqu rapport minoritarpoġġ tad-Deputat Puli li imbotta dati minn ħames distretti (il-pajjiż ju, bħala membri tal-PN. għall-introduzzjoni ta’ bażi per- kien maqsum f’għaxar distretti Artiklu 60 (3), (6) u (7) manenti, bħal dik tat-Tlettax-il dak iż-żmien). Kienu t-Tieni, it- tal-Kostituzzjoni jgħid li “l-memDistrett, b’xi formula li tkun stab- Tielet, is-Seba’, it-Tmien u d-Disa’ bri tal-Kummissjoni jinħatru bli u ma jkunx hemm il-ħtieġa ta’ Distrett li esperjenzaw tali anom- mill-President, li jaġixxi skont ilreviżjoni tal-konfini elettorali kull alija. parir tal-Prim Ministru, mogħti ħames snin. L-għan aħħari kien li l-PL jibqa’ wara li jikkonsulta l-Kap tal-OpL-analisti li tkellmu magħna jżomm l-istess numru ta’ membri pożizzjoni”. L-istess hu l-każ biex huma konvinti li din ma taħdimx eletti f’dawn id-distretti u l-PN iżid jitneħħa mill-ħatra “minħabba u toħloq inġustizzji, li jistgħu is-sitt wieħed li ma kienx jiġi elett inkapaċità li jaqdi l-funzjonijiet biss jiffavorixxu lill-PN u mhux bil-kwota, meta l-Kamra tad-Dep- jew għal xi mġiba ħażina”. lid-demokrazija nazzjonali. utati kienet b’50 membru. Għaldaqstant, l-ebda partit poli“Ġusta li r-reviżjoni ssir kull Din is-sistema tneħħiet u tiku ma jinnomina membru fuq ħames snin biex ma jkun hemm għall-elezzjoni ta’ wara, dik tal- din il-Kummissjoni, u hu skorrett ebda distrett inferjuri jew super- 1976, id-distretti kienu saru 13, meta l-membri jiġu riferuti bħala juri minn ieħor fl-ammont ta’ b’ħames kandidati kull wieħed, u ta’ xi partit politiku jew ieħor.
Lokalità
Minn Distrett
Għal Distrett
Numru ta’ Votanti
Ħ’Attard
11
10
9,137
Il-Mosta
11
10
17,210
Ċaqliq ta’ 26,347 Jiġi kompost minn: *Ħ’Attard, *Il-Mosta
IL-ĦDAX-IL DISTRETT Lokalità
Minn Distrett
Għal Distrett
Numru ta’ Votanti
Baħar iċ-Ċagħaq
10
11
832
Parti min-Naxxar
10
11
1,826
Naxxar
12
11
8,891
Pembroke
10
11
2,831
San Pawl il-Baħar
12
11
12,125
Ċaqliq ta’ 26,505 Jiġi kompost minn: *Baħar iċ-Ċagħaq, *Parti min-Naxxar, *Naxxar, *Pembroke, Burmarrad, *San Pawl il-Baħar
IT-TNAX-IL DISTRETT Lokalità
Minn Distrett
Għal Distrett
Numru ta’ Votanti
L-Imdina
11
12
210
Ħad-Dingli
7
12
3,183
L-Imġarr
7
12
3,368
Ir-Rabat
7
12
7,993
Il-Baħrija
7
12
1,280
Tal-Virtù
7
12
481
L-Imtarfa
7
12
2,144
Ċaqliq ta’ 18,759 Jiġi kompost minn: *l-Imdina, *Ħad-Dingli, il-Mellieħa, *l-Imġarr, *ir-Rabat, *il-Baħrija, *Tal-Virtù, *l-Imtarfa
*Lokalitajiet li ċċaqilqu minn distrett għal ieħor ĊAQLIQ GLOBALI ta’ votanti jlaħħaq 214,510 It-total globali jinkludi l-votanti kollha tas-7 distrett (26,596) u tat-8 Distrett (27,565) li nqalbilhom biss id-Distrett! Skont emenda Kostituzzjonali, it-13-il Distrett b’total ta’ 30,182 votant u li jvarja bi 12.20%, dan ma jiġix inkluż f’ebda eżerċizzju ta’ Reviżjoni tal-Konfini Elettorali avolja qabeż il-5% tat-tolleranza stipulata fil-liġi.
06
06.12.2020
MIŻURI BIEX NILĦQU L-MIRI Tkompli minn paġna 1 Meta ħabbar il-pjan għall-immaniġġjar futur tal-iskart, il-Ministru Farrugia qal li “dawn il-miżuri se jiżguraw li Malta tagħmel il-bidla tant mistħoqqa fl-immaniġġjar tal-iskart li tinkludi attivitajiet u azzjonijiet li jkopru l-ħajja kollha tal-iskart – minn mindu dan jinħoloq sa ma jiġi biex jintrema.” Il-pjan propost hu bbażat fuq 10 punti li huma: 1. Ekonomija ċirkulari: Inċentivi fiskali li jippromwovu t-tiswija u l-użu millġdid tal-prodotti; il-bini ta’ ċentru għat-tiswija u l-użu mill-ġdid; inċentivi għallużu ta’ materjal riċiklat; 2. Prevenzjoni tal-iskart: Online swap shops; app li tippubbliċizza prattiċi tajbin u informazzjoni real-time; 3. Separazzjoni tal-iskart: Separazzjoni mandatorja għal kulħadd, inklużi stabbilimenti kummerċjali; introduzzjoni ta’ borża ġdida għar-riċiklar tal-karti; 4. Ġbir tal-iskart: Perspet-
tiva reġjonali li twassal għal economies of scale; modernizzar tal-flotta; introduzzjoni ta’ sistema armonizzata nazzjonali għall-ġbir tal-iskart; 5. Infrastruttura għat-trattament tal-iskart: ECOHIVE – impjanti stateof-the-art biex innaqqsu d-dipendenza ta’ pajjiżna fuq il-miżbliet; 6. Responsabbiltà estiża tal-produttur: Sistemi ġodda għar-rimi ta’ żjut, tajers u tessuti, fost l-oħrajn; 7. Skart kummerċjali: Aktar ġbir ta’ skart organiku bla ħlas; introduzzjoni ta’ eco-label għal stabbilimenti kummerċjali; 8. Kampanji edukattivi, monitoraġġ u konformità: Reklutaġġ ta’ green champions; infurzar akbar biex jitnaqqas l-abbuż; awtoritajiet governattivi jagħtu tagħrif fuq min jikser dawn il-provvedimenti; 9. Ġestjoni tad-data, riċerka u żvilupp: Sistemi ġodda diġitali avvanzati, inklużi dawk ta’ intelliġenza artifiċjali, fl-immaniġġjar
ta’ skart solidu; 10. Partijiet interessati: ħidma id f ’id mar-residenti, kunsilli u gvernijiet reġjonali, settur kummerċjali, l-industrija u l-awtoritajiet governattivi. “Fis-settur tal-iskart jeħtieġ nifhmu fejn ninsabu llum il-ġurnata, fejn irridu mmorru u kif se naslu. Il-ħtieġa li nħaddmu sistemi aktar sofistikati u innovattivi fl-immaniġġjar tal-iskart qed tiżdied hekk kif il-popolazzjoni ta’ pajjiżna se tkompli tikber,” tenna l-Ministru Farrugia, waqt li spjega li m’hemmx lok għal dewmien biex jiġu implimentati r-riformi neċessarji ħalli pajjiżna jilħaq il-miri tiegħu. “Jekk ma nisfidawx l-istatus quo, pajjiżna se jkun f ’pożizzjoni ħafna aktar prekarja biex jilħaq il-miri għall-iskart għall-2030. Li ma nagħmlu xejn għandu prezz kemm mill-aspett ekonomiku kif ukoll ambjentali, u l-ammont ta’ art li diġà tlifna minħabba l-bżonn ta’ landfilling hu eżempju ċar ta’
€20M F’FAĊILITÀ ĠDIDA LI TILQA’ SKART GOFF TISSOKTA L-MIXJA TAL-GVERN LEJN EKONOMIJA ĊIRKULARI B’INVESTIMENT F’IMPJANT ĠDID F’ĦAL FAR MINN FONDI EWROPEJ Bil-għan li tnaqqas l-iskart li jintbagħat fil-landfills, partikolarment skart goff, li jkun jista’ jiġi riċiklat bħala parti minn ekonomija ċirkulari, il-kumpanija WasteServ għaddejja b’xogħol ta’ kostruzzjoni f’faċilità ġdida f’Ħal Far, b’investiment ta’ ’l fuq minn €20 miljun, li €16.9 miljun minnhom ġejjin minn fondi Ewropej. Din il-faċilità se tibda tirċievi skart bħal tajers tal-vetturi, injam, saqqijiet, ħġieġ, gypsum u tagħmir elettroniku biex jiġi trattat billi jitnaqqaslu l-volum qabel jiġi esportat biex ikun jista’ jiġi riċiklat jew inkella użat biex tiġi rkuprata l-enerġija minnu, waqt li ma tħalli l-ebda impatt negattiv fiż-żoni tal-madwar.
Dan il-proġett se jkun qed jitlesta f’Novembru tas-sena d-dieħla. Il-Kap Eżekuttiv tal-WasteServ Richard Bilocca qal li l-materjal kollu li ħa jkun qed jidħol f’din il-faċilità se jkun ipproċessat f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet neċessarji ħalli nżidu l-valur tal-materjal u niżguraw li dan
ikun jista’ jiġi esportat b’mod effiċjenti u bi profitt. Waqt li kienu qed iżuru x-xogħlijiet, il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi tennew li dan hu pass ieħor li qed jieħu dan il-Gvern bħala parti
L-ekonomija tal-futur hi dik ċirkulari u sostenibbli. Jeħtieġ li nżommu bilanċ mal-ambjent tagħna biex innaqqsu l-vulnerabbiltajiet tagħna
mill-istrateġija tiegħu biex il-pajjiż jimxi lejn ekonomija ċirkulari, bi prattiċi sostenibbli u ’l bogħod mill-miżbliet f’pajjiżna. Il-Ministru spjega li, meta tibda tiffunzjona, il-faċilità se tipproċessa madwar 10,000 tunnellata skart fis-sena, li se jwassal għal titjib fl-effiċjenza waqt li niffrankaw l-ispazju mil-landfill, inżidu r-rata ta’ riċiklaġġ fil-pajjiż u allura qabża kbira ambjentali. “L-ekonomija tal-futur hi dik ċirkulari u sostenibbli. Jeħtieġ li nżommu bilanċ mal-ambjent tagħna biex innaqqsu l-vulnerabbiltajiet tagħna. Bi produzzjoni u b’konsum ċirkulari kapaċi noħolqu ekonomija b’saħħitha u reżiljenti. Fl-istess waqt, irridu nagħtu spinta lit-tranżizzjoni
ekoloġika f’pajjiżna, u x-xogħol li għaddej fl-infrastruttura għall-immaniġġjar tal-iskart huwa parti mill-pjan tagħna għal dan l-għan,” qal il-Ministru Farrugia. Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi qal li b’investiment ta’ €16.9 miljun b’fondi Ewropej din il-Multi-Material Recovery Facility se tkun qed tgħin biex ikun hemm immaniġġjar aħjar tal-iskart goff, li sal-2029 mistennija jammontaw għal 20,000 tunnellata fis-sena.
07
06.12.2020 08.11.2020
TAL-2030 dan. Is-sitwazzjoni bħalissa qed twassal għal aktar teħid ta’ art għal miżbliet.” Hu spjega li dan il-pjan se jkun qed jitwettaq flimkien ma’ riformi oħrajn li tħabbru riċentement f ’dan is-settur, fosthom l-akbar investiment li qatt sar fl-immaniġġjar taliskart f ’pajjiżna – faċilitajiet state-of-the-art fil-kumpless ECOHIVE. Dan il-proġett se jkun qed iwassal biex pajjiżna jimxi lejn ekonomija ċirkulari u jippermetti li l-iskart jiġi użat fil-potenzjal kollu tiegħu u b’hekk ma nibqgħux dipendenti fuq il-miżbliet,
darba għal dejjem. “L-ekonomija ċirkulari hi l-futur u filwaqt li nirrikonoxxu li l-implimentazzjoni ta’ sistemi avvanzati fl-immaniġġjar tal-iskart tiswa aktar milli wieħed jinvesti f ’sistemi u fl-approċċ tradizzjonali ta’ kif jiġi ġestit l-iskart, dan il-pjan se jkun qed jagħti l-opportunità lin-negozji biex imexxu f ’dan is-settur li dejjem qed jikber fl-ekonomija dinjija,” kompla jgħid il-Ministru.
Is-separazzjoni obbligatorja tal-iskart għandha l-għan li tkompli tnaqqas l-użu tal-borża s-sewda mid-djar u n-negozji
08
06.12.2020
EKS UFFIĊJAL IQATTA’ L-KARTI MAL-PN Wara iżjed minn 30 sena jimmilita fil-Partit Nazzjona lista, Angelito Sciberras (xellug) iddeċieda li jqatta’ l-karti kollha mad-Dar Ċentrali u wissa lit-tmexxija ta’ Bernard Grech biex ma jers qux wara biebu meta jasal ilwaqt tal-vot. Fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook, Sciberras, li sa riċentement serva bħala rappreżentant tal-Oppożizzjoni
fil-Kummissjoni Elettorali, wera diżappunt kbir u qal li kellu bżonn biss ftit ġimgħat biex jifhem kif għexieren ta’ snin ta’ servizz li ta ma jkunux apprezzati u saħansitra mormijin. Fi Frar li għadda, din ilgazzetta kienet żvelat kif Sciberras u Antoine Portel li, ħu Pierre Portelli, bagħtu ittra konġunta biex jinżgħu mir-responsabbiltà Kostituzzjonali tagħhom fil-Kummissjoni Elettorali, kif iddettata fil-Liġi tal-Elezzjonijiet Ġenerali. Ir-riżenja tagħhom, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2020, kienet daqqa oħra għat-tmexxxija ta’ Adrian Delia, li kien proprju hu li għażilhom f ’dak ir-rwol importanti sentejn u nofs qabel. Aktar kmieni fi Frar li għadda kien ġie rrapportat li Sciberras irriżenja minn direttur tal-fergħa tal-PN li tieħu ħsieb il-proċessi elettorali, l-ELCOM, ftit ħin wara laqgħa taħraq tal-Eżekuttiv Nazzjonalista. Aktarx li dakinhar irriżenja wkoll miegħu l-istess Portelli. “Tiġux tħabbtuli l-bieb,” iddikjara lbieraħ Sciberras. Hu kien l-aħħar wieħed mill-fazzjoni tal-Eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia li qed iħossuhom imwarrbin u mhux iżjed parti mill-Partit. Kienu bosta li kkummentawlu li jifhmuh perfettament u saħansitra Anthony Delia, li jiġi ħu l-predeċessur ta’ Bernard Grech, kitiblu kif ħeles miż-żibel. Għal dan il-kumment kien hemm min appoġġja lil Delia u lil Sciberras, filwaqt li oħrajn mill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, li issa qed jiġbdu l-ispag ta’ Grech, infex xew jattakkawhom. Kien hemm ukoll min ma fehemx il-messaġġ ta’ Delia. Waħda li kkummentatlu qal tlu li jmissu jistħi jitkellem hekk, iżda dan kien pront weġibha li qed jirreferi għal dawk li ħatfu lill-PN. Is-soli darjetà ma’ Sciberras ukoll uriha dirett fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook (fuq). Delia sab l-appoġġ ta’ oħrajn li qalulu biex jissieħeb fil-lista twila tal-imwarrbin. “Join the club ħabib!” kien hemm min kitiblu. Malli Grech laħaq Kap tal-Partit f ’Ottubru li għadda, bosta rriżenjaw minn pożizzjonijiet li kellhom fl-ammi nistrazzjoni tad-Dar Ċentrali u oħrajn li kienu kunsillieri tal-Partit irriżenjaw jew saru indipendenti, inkluż Anthony Delia li rriżenja mill-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar.
09
06.12.2020
FITCH TIKKONFERMA A+ GĦAL MALTA L-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu Fitch Ratings ikkonfermat ir-rating ta’ pajjiżna bħala A+ bi prospetti stabbli, minkejja li l-impatt ekonomiku negattiv tal-pandemija wassalha biex tirrevedi ’l isfel il-klassifikazzjoni ta’ diversi pajjiżi oħrajn. Pereżempju s-Slovakkja, li bdiet is-sena A+ bħal Malta, ġiet downgraded f ’Mejju li għadda u issa f ’Novembru ngħatat prospett negattiv anke fuq dan ir-rating imnaqqas. Kemm l-Italja kif ukoll ir-Renju Unit ingħataw downgrades minn Fitch u din l-aġenzija tat prospetti negattivi lill-Belġju, Franza u r-Rumanija.
L-esperti ta’ Fitch Ratings taw fiduċja lil Malta għax tistenna li “t-tkabbir tal-ġid nazzjonali se jirkupra u d-defiċit tal-Baġit jonqos fl-2021 u l-2022”, kompletament bil-kontra ta’ dak li ssostni l-Oppożizzjoni Nazzjonalista f ’pajjiżna. Filwaqt li Fitch innutat li t-turiżmu kien kajman minħabba l-imxija, indikat ir-reżiljenza ta’ setturi oħrajn lokali, bħal dawk tal-informatika u l-proprjetà. Aktar importanti minn hekk ir-rapport jistqarr li “nistennew irkupru ekonomiku aktar b’saħħtu fil-livelli ta’ 5.4% fl-2021 u 3.9% fl2020 (preċedentement 4.1% u 3.5% rispettivament)”. Dan ifisser li, waqt li l-kelliema tal-Oppożizzjoni jippruvaw jgħidu li l-ekonomija tagħna mhix se tirkupra, l-aspettattivi pożittivi ta’ din l-aġenzija indipendenti tjiebu anke aktar minn qabel. Għaż-Żona Ewro kollha kemm hi, Fitch tbassar
tkabbir ta’ 4.5% fl-2021 u ta’ 3.2% fl-2022, li jfisser li għal darb’oħra pajjiżna mistenni jikber ferm aktar mill-medja Ewropea. Ir-rapport tal-aġenzija jinnota s-suċċess ta’ Malta biex il-qgħad baqa’ kkontrollat, filwaqt li jsostni li l-estensjoni tal-Wage Supplement se tkompli tissalvagwardja l-impjiegi. Element importanti wara l-fiduċja ta’ Fitch hi l-kisba talGvern ta’ ammont rekord ta’ fondi Ewropej, li hu aktar mid-doppju tal-ammont li kien inkiseb minn amministrazzjoni Nazzjonalista. Anke jekk jitnaqqas l-appoġġ kollu li mistenni jagħti l-Gvern lin-negozji u lill-familji din is-sena u d-dieħla, l-ammont ta’ fondi Ewropej li jifdal xorta hu aktar mill-ammont miksub mill-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi. Il-piż tad-dejn nazzjonali mhux veru se jisplodi, kif ibassru l-għorrief tal-PN, tant li Fitch tbassar
li se jkun qrib is-60% u fil-medja tal-pajjiżi bi klassifikazzjoni ta’ A. Minbarra hekk, l-għaqal ta’ kif ġie ffinanzjat id-defiċit, il-ħlas talimgħax se jkun ta’ 3% tad-dħul talGvern, meta l-medja fost pajjiżi ta’ ranking simili hu eqreb il-5%. Aspett ieħor interessanti fir-rapport ta’ Fitch hu li “Malta għamlet progress sostanzjali fit-titjib tal-qafas superviżorju”. Ir-rapport jikkonferma li fejn tidħol kwalità ta’ governanza, pajjiżna hu “fl-istess livell tal-medja tal-pajjiżi klassifikati A”. Il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana laqa’ dan iċ-ċertifikat pożittiv u qal li hu “konferma oħra tal-għaqal li bih tmexxiet l-ekonomija tagħna u l-finanzi pubbliċi f ’dan iż-żmien ta’ sfida. Dan flimkien mat-titjib fil-qasam tal-governanza se jipprovdi pedament sod għat-tkabbir b’saħħtu ta’ pajjiżna fis-snin li ġejjin”.
€100 MILJUN MILL-NDSF FI PROĠETTI SOĊJALI F’ĦAMES SNIN IL-FOND NAZZJONALI DIĠÀ SERVA LILL-POPLU MALTI FL-OQSMA TAS-SAĦĦA, TAL-AKKOMODAZZJONI, TAL-AMBJENT U TAL-WIRT KULTURALI, FOST OĦRAJN Il-flus li ddaħħlu minn dak li kien il-Programm tal-Investitur Individwali (IIP) fil-Fond Soċjali u għall-Iżvilupp Nazzjonali (NDSF) diġà ssarrfu f’għadd ta’ proġetti nazzjonali, li għandhom l-għan li minnhom igawdi l-poplu kollu Malti u Għawdxi. Minn mindu twaqqaf dan ilfond minn Gvern Laburista fl2015, diġà nħarġu aktar minn €100 miljun sabiex seħħ titjib u żviluppi fl-oqsma tas-saħħa, tal-akkomodazzjoni soċjali, tal-ambjent ta’ madwarna u saħansitra tal-wirt kulturali. Waqt laqgħa li s-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat din il-ġimgħa kellu mal-bord tal-gvernaturi tal-Aġenzija għall-Fond Soċjali u għall-Iżvilupp Nazzjonali fl-uffiċċji tagħhom f’Ħal Balzan, ġew diskussi d-diversi proġetti ta’ interess nazzjonali li l-NDSF se tkun qed tinvesti fihom. Fost dawn il-proġetti, iċ-Ċermen tal-Aġenzija David Curmi kkonferma l-investiment bla preċedent fi proġett ambjentali innovattiv taħt il-kunċett ta’ Green & Blue Infrastructure fejn se tingħata għajnuna finanzjarja ta’ madwar €4 miljun
David Curmi (xellug) jilqa’ lis-Segretarju Parlamentari fl-Aġenzija biex jitwettqu proġetti ta’ tħaddir urban f’żoni fil-lokalitajiet tal-Mosta, il-Ħamrun u Ħal Qormi biex titjieb il-kwalità talħajja tar-residenti. Muscat sostna li ’l fuq minn €595 miljun iġġemmgħu f’dan il-Fond grazzi għall-investiment dirett barrani bis-saħħa tal-IIP. “Se nara li dan ikompli jikkontribwixxi f’diversi investimenti li jkomplu jagħmlu ġid kbir fil-komunitajiet tagħna. Dan anke hekk kif ftit talġimgħat ilu tħabbar li l-Aġenzija Komunità Malta se tkun qed
tamministra r-regolamentazzjoni ġdida ta’ residenza, li se tara li tattira l-aqwa investiment u talent lejn pajjiżna.” Is-Segretarju Parlamentari fakkar li bis-saħħa ta’ investimenti li ħarġu minn dan ilfond, għaqdiet mhux governattivi bħalma hi l-Caritas gawdiet minn €1.5 miljun f’għotja diretta biex isir xogħol ta’ tkabbir u rinnovazzjoni fil-faċilitajiet tagħha, fejn tkompli tilqa’ u tgħin lil dawk vulnerabbli fis-soċjetà. Mill-fondi ddepożitati fl-
NDSF tħabbru proġetti ta’ madwar €91.5 miljun fl-oqsma tas-saħħa, tal-akkomodazzjoni soċjali u tal-isport, fost oħrajn. Saru investimenti ta’ madwar €950,000 fis-sezzjoni tal-kardjoloġija fl-Isptar Mater Dei u r-rinnovar ta’ diversi ċentri tas-saħħa u bereġ f’Malta u Għawdex biex tingħata kura xierqa lil kulħadd. F’konferenza tal-aħbarijiet ftit tal-jiem ilu, tħabbar ukoll li, minkejja ċ-ċirkostanzi li ġabet magħha l-pandemija, il-Gvern Malti wasal fi ftehim mal-Fon-
dazzjoni Puttinu Cares biex jagħti €5 miljun bħala sostenn fix-xiri ta’ proprjetà oħra f’Londra għall-akkomodazzjoni ta’ Maltin li jeħtieġu l-kura fl-Ingilterra. Minbarra hekk, fi Frar ta’ din is-sena nxtrat opra tal-arti ta’ Mattia Preti, “Boezju u l-Filosofija”, għal €1.3 miljun biex kompliet tissawwar il-kollezzjoni nazzjonali, f’impenn talGvern lejn il-ħarsien u t-tisħiħ tal-wirt artistiku u kulturali ta’ pajjiżna. Is-Sur Curmi saħaq li l-Aġenzija se tara li tkompli tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ servizzi pubbliċi aħjar, li tappoġġja l-intrapriżi u n-negozji fit-titjib tal-kompetittività tagħha u li tippromwovi r-riċerka u l-iżvilupp fi kwistjonijiet li jwasslu għall-interess pubbliku. L-Aġenzija se tara wkoll li tkompli tappoġġja miżuri għat-titjib fl-effiċjenza tal-ġustizzja, aktar ħtiġijiet ta’ akkomodazzjoni soċjali, inizjattivi li jinkoraġġixxu l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni, l-esklużjoni soċjali u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem.
10
06.12.2020
DUBJU DWAR X’RIGALI X’TISTA’ TAGĦTI? HAWN HUMA DAWK MILL-QALB! STUDJU MINN ONBUY.COM JURI LI ĠOJJELLERIJA, APPARAT TEKNOLOĠIKU U LOGĦOB TAL-KOMPJUTER HUMA L-OĠĠETTI LI JQANQLU L-AKBAR FERĦ META MOGĦTIJA LIL NISA U RĠIEL Studju xjentifiku fost aktar minn 2,500 persuna mill-website OnBuy.com jipprova jgħin lil dawk kollha li għadhom dubjużi x’tip ta’ rigali jistgħu jixtru lill-maħbubin tagħhom, mingħajr ma jiddiżappuntaw bl-għażliet tagħhom. L-istħarriġ, li għamel użu wkoll minn apparat li jkejjel iż-żieda fit-taħbit tal-qalb, sab liema huma dawk l-oġġetti li meta jingħataw RAĠEL JIRĊIEVI R-RIGALI
bħala rigal lis-sieħeb jew lis-sieħba rispettiva mhux biss joħolqu tbissima, iżda anke l-akbar eċitament. OnBuy.com qabbad 1,254 raġel u 1,284 mara biex, fuq perjodu ta’ sitt xhur kemm dam l-istudju, jagħtu rigal lis-sieħba jew sieħeb tagħhom. Huma ntalbu jużaw ukoll apparat li jissorvelja r-rata tat-taħbit tal-qalb tal-maħbubin tagħhom qabel u wara li jkunu ngħa-
BPM META RĊIEVA R-RIGAL
ŻIEDA FIL-BPM
Teknoloġija
135
63%
Logħob tal-kompjuter
132
59%
Apparat sportiv
126
52%
Żraben
126
52%
Kotba
124
49%
taw ir-rigal. L-aktar rigali li wasslu għal żieda qawwija fittaħbit tal-qalb kienu ġojjellerija għan-nisa u apparat teknoloġiku għall-irġiel. Minkejja dan, il-lista ta’ 15il oġġett li ġew ippreżentati bħala rigali liż-żewġ sessi inkludiet fwieħa, basktijiet/handbags, kotba, logħob tal-kompjuter, ħwejjeġ u alkoħol, għalkemm l-għażliet favoriti kienu prattikament bil-maqlub għalihom. Bħala eżempju, waqt li apparat sportiv, logħob tal-kompjuter u żraben huma fost l-inqas rigali li jeċitaw mara meta tirċevihom missieħeb jew sieħba tagħha, l-irġiel ikklassifikawhom fost l-aktar li għoġbuhom meta qalgħuhom huma. L-istudju żvela li l-aktar rigali li ntgħoġbu min-nisa kienu l-ġojjellerija u l-apparat teknoloġiku, li żiedu r-rati tal-qalb tagħhom għal 137bpm u 135bpm rispettivament, differenza ta’ 65% u 63% fuq ir-rata medja fost
MARA TIRĊIEVI R-RIGALI
BPM META RĊEVIET IR-RIGAL
ŻIEDA FIL-BPM
Ġojjellerija
137
65%
Teknoloġija
135
63%
Fwieħa
128
54%
Handbags
126
52%
Kotba
124
49%
il-parteċipanti ta’ 83 taħbita fil-minuta. Ir-rigali, li kellhom l-inqas effett fuqhom, kien ikel jew ħelu li żied ir-rata tal-qalb biss b’4%. L-irġiel ħassewhom aktar kuntenti u eċitati meta rċievew rigal relatat mat-teknoloġija, tant li r-rata tat-taħbit tal-qalb għoliet għal 135bpm jew 63% iżjed mir-rata medja. L-inqas li ntgħoġbu mis-sess maskili kien xi rigal ta’ makeup jew
prodotti ta’ iġjene personali, tant li r-rata tat-taħbit tal-qalb saħansitra naqsitilhom b’1%. Jirriżulta li rigal ta’ pjanta kellu effett aħjar minn hekk fuq l-irġiel, tant li l-eċitament żdied b’6% biss fuq ir-rata normali, għal 88bpm. Interessanti l-fatt li l-kotba kellhom effett identiku fuq iż-żewġ sessi b’rati tal-qalb li żdiedu l-istess b’49% għal 124bpm.
11
06.12.2020
20 SEMIFINALIST F’MUŻIKA MUŻIKA Il-Bord tal-Festival tal-Kanzunetta Maltija Mużika Mużika ħabbar l-20 semifinalist li se jkunu qed jieħdu sehem fis-serati li se jixxandru fuq Television Malta bejn it-18 u l-20 ta’ Marzu li ġej. Fit-tieni fażi tal-Festival, li saret din il-ġimgħa, 35 parteċipant ippreżentaw il-kanzunetta tagħhom live, akkumpanjati minn backing track, quddiem ġurija professjonali differenti minn dik tal-ewwel fażi. Wara deliberazzjoni professjonali, intgħażlu s-semifinalisti kif indikati hawnhekk. Il-Ministru responsabbli mill-Kultura José Herrera tenna li l-Festival Kanzunetta Maltija joffri opportunità kbi-
1. BINTI Kantanti: Ian Vella (Janvil) u Jade Vella Kompożitur: Richard Micallef Awtriċi: Roberta Magri 2. FJAMMA Kantant: Fabrizio Faniello Kompożitur: Philip Vella Awtur: Emil Calleja Bayliss 3. GĦAJJEJT INĦOBB Kantant: Christian Arding Kompożitur: Gilbert Camilleri Awtriċi: Rita Pace 4. GĦAL DAN IL-LEJL Kantanta: Charisse Vassallo Kompożitur: Mark Spiteri Lucas Awtur: Emil Calleja Bayliss 5. GĦAŻIŻ Kantanta: Danica Muscat Kompożitur: Cyprian Cassar Awtur: Emil Calleja Bayliss 6. ĦARSA BISS Kantant: Glen Vella Kompożitur: Philip Vella Awtur: Joe Julian Farrugia 7. ĦUDNI LURA Kantanti: Bernie & Pod Kompożitur: Bernard Bonnici Awtur: Ivan Farrugia 8. IL-KITARRA U JIEN Kantant: Philip Vella Kompożitur: Philip Vella Awtur: Joe Julian Farrugia 9. INT BISS Kantanta: Christina Magrin Kompożitur: Mark Scicluna Awtur: Mark Scicluna 10. KOMPLI TBISSEM Kantanti: Avenue Sky Kompożitur: Glen Vella Awtur: Andy Muscat
ra u interessanti għall-artisti Maltin u Għawdxin. “Dan hu festival li jiċċelebra t-talent Malti kif ukoll il-lingwa Maltija li tant ngħożżu bħala Maltin u Għawdxin. Dan il-Festival se jkun wieħed mill-akbar festivals fis-sena 2021 u jien kburi li l-Ministeru permezz ta’ Festivals Malta qegħdin norganizzawh.” Iċ-Chairman tal-Bord Raymond Bugeja awgura lill-parteċipanti semifinalisti kollha. “Kburi bit-talent li għandna f’dan il-festival tant prestiġjuż! Dan hu festival li qed jilħaq livell għoli ta’ talent u standard.” L-20 kanzunetta semifinalista f’ordni alfabetika huma:
11. L-EWWEL JIEN Kantanti: Kantera Band Kompożitur: Elton Zarb Awtur: Joe Julian Farrugia 12. LIL BINTI Kantant: Mark Spiteri Lucas Kompożitur: Mark Spiteri Lucas Awtur: Mark Spiteri Lucas 13. NAĦSEB FIK Kantant: Aidan Cassar Kompożitur: Aidan Cassar Awtur: Aidan Cassar 14. SINFONIJA ĦIEMDA Kantant: Miguel Bonello Kompożituri: Aldo Spiteri u Bradley Spiteri Awtur: Joe Julian Farrugia 15. TA’ FTIT KLIEM Kantant: Ryan Grech Kompożitur: Ryan Grech Awtur: Ryan Grech 16. TBISSIMLI Kantanta: Michela Galea Kompożitur: Mark Spiteri Lucas Awtur: Emil Calleja Bayliss 17. TEŻOR Kantanta: Janice Mangion (feat. George Curmi “Il-Pusè”) Kompożituri: Cyprian Cassar u Mark Scicluna Awtur: Emil Calleja Bayliss 18. TISTA’ Kantant: MJAW Kompożitur: Nikolai Gravino Awtur: Nikolai Gravino 19. VIZZJU Kantanta: Raquel Galdes Briffa Kompożitur: Aidan Cassar Awtur: Aidan Cassar 20. WARAJK Kantant: Franklin Calleja Kompożitur: Dominic Cini Awtur: Etienne Micallef
Is-serp aljen Brahminy Blindsnake
SERP ALJEN IFEĠĠ FL-AMBJENT MALTI Pubblikazzjoni xjentifika maħruġa millGrupp ta’ Riċerka għall-Konservazzjoni Bijoloġika fid-Dipartiment tal-Bijoloġija fl-Università ta’ Malta, u b’kollaborazzjoni mal-għaqda mhux governattiva BICREF, tat tagħrif interessanti dwar speċi ġdida ta’ serp li qed jintlemaħ fil-kampanja u li hu aljen għal pajjiżna. Is-serp, li l-isem xjentifiku tiegħu hu Indotyphlops Braminus (Daudin, 1803), magħruf b’mod komuni bħala l-Brahminy Blindsnake, hu nattiv għall-arċipelagu bejn l-Indo-Ċina u l-Awstralja u jingħad li s’issa ntlemħu żewġ eżempji tiegħu. Ir-rapport jispjega li jinfirex l-iżjed permezz tal-esportazzjoni internazzjonali, aktarx mal-merkanzija li tkun qed tiġi esportata minn dan ir-reġjun fil-Lvant għall-bqija tad-dinja. Is-serp, li hu maħsub li wasal ukoll f ’pajjiżna b’dan il-mezz, għandu kapaċità kbira ta’ riproduzzjoni u għalhekk hu meqjus bħala wieħed invażiv. Is-serp, li mhux velenuż, jgħix taħt l-art billi jħaffer fil-ħamrija u rarament issibu fil-wiċċ. Is-sejba tiegħu f ’pajjiżna qanqlet ix-xewqa li jkun hemm strateġija aħjar ta’ kontroll, inkluż fuq l-importazzjoni ta’ speċi eżotiċi, biex il-pajjiż ma jkollux iżid l-ispiża ta’ mmaniġġjar ta’ eradikazzjoni ta’ din l-ispeċi aljena. Malta diġà għandha pjan ta’ azzjoni li jaħseb għall-kontroll tal-introduzzjoni ta’ speċi aljeni, il-Pjan Nazzjonali għall-Istrateġija u Azzjoni tal-Bijodiversità. F’pajjiżna nsibu erba’ speċi ta’ sriep, li huma s-Serp l-Iswed (Western Whip Snake), l-akbar u l-aktar komuni, is-Serp l-Aħdar (Algerian Whip Snake), il-Lifgħa (Leopard Snake) u t-Teleskopu (Cat Snake). Is-Serp l-Iswed kapaċi jikber sa metru u nofs.
Kollha kemm huma jippreferu abitat li jkun xemxi u jgħixu fejn ikun hemm il-blat jew massa ta’ ġebel, fosthom ħitan tassejjieħ, imma wkoll f ’bini antik li jkun abbandunat. Minkejja li t-Teleskopu hu velenuż, imma m’hemmx lok li wieħed jallarma ruħu! Dan għax il-qawwa tal-velenu tiegħu hi dgħajfa u kapaċi tipparalizza biss l-ikel tipiku tiegħu: ġrieden żgħar, żrinġijiet, firien żgħar u gremxul. Bis-sriep Maltin mill-ewwel jiġik f ’moħħok ir-rakkont tan-nawfraġju ta’ San Pawl, li fiż-żjara tiegħu gidmu serp, imma kien pront xeħtu fin-nar u ma ġralu xejn. Minn dan ir-rakkont ħarġu diversi leġġendi, l-aktar popolari dik li meta San Pawl xeħet is-serp fin-nar, qered ukoll is-sriep velenużi minn dawn il-gżejjer.
Il-lifgħa, li hi pjuttost komuni, fl-abitat Malti
12
06.12.2020
IL-VUĊI TAGĦNA SABET WIDEN
ANTHONY CAMILLERI Kap Eżekuttiv YMCA Malta
Il-YMCA ġiet imwaqqfa f’Malta aktar minn 45 sena ilu. F’din l-organizzazzjoni mhux governattiva, dejjem ħdimna fil-qasam tal-ġustizzja soċjali u dejjem konna proattivi sabiex nagħtu l-għajnuna lil persuni li jispiċċaw bla saqaf fuq rashom sabiex dawn jintegraw lura fis-soċjetà b’mod indipendenti. Il-YMCA hija waħda mill-erba’ organizzazzjonijiet mhux governattivi, li din is-sena bbenefikat minn fond maħruġ mill-Ministeru għall-Akkommodazzjoni Soċjali u l-Awtorità tad-Djar. Dan il-fond hekk imsejjaħ il-Premju tal-Komunitajiet Sostenibbli 2020 għal Housing Speċjalizzat, ġie ddisinjat sabiex jindirizza t-tibdil soċjali u kulturali kkawżat mill-isfidi tas-seklu 21. Il-proġett rebbieħ li ap-
plikajna għalih bħala YMCA Malta se jgħin fil-ftuħ tattielet servizz residenzjali tagħna bl-isem ta’ Y Communal Home - Programm Kisbet Serħan fi proprjetà fil-Belt Valletta. Proġett li se nwettqu f’dar dilapidata tal-Gvern li permezz tal-fond totali li ngħatajna ta’ €350,000 se nkunu qegħdin nirriġenerawha skont il-bżonnijiet ta’ persuni bi sfidi ta’ homelessness li għandhom ’il fuq minn 60 sena u persuni b’diżabilità. Il-linji gwida tal-housing speċjalizzat jippromwovu metodoloġija parteċipatorja. Fi kliem sempliċi, li l-proġetti jiġu ddisinjati madwar il-bżonnijiet tal-persuni speċifiċi li aħna noffrulhom is-servizzi tagħna. Għalhekk, bħala YMCA dħalna f’diskussjonijiet twal kemm ma’ esperti fil-qasam soċjali kif ukoll mal-klijenti tagħna sabiex nifhmu fid-dettall il-bżonnijiet tagħhom.
Konverżazzjonijiet li wasslu għat-twelid tal-kunċett li fuqu se nibnu l-Y Communal Home. Proġett li ma kienx għal dan il-fond offrut mill-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali kien jibqa’ biss taħżiża ta’ idea fuq il-karta. Bħala YMCA konna qegħdin nesperjenzaw diffikultà sabiex noffru l-għajnuna meħtieġa lill-persuni ta’ ’l fuq minn 60 sena jew persuni b’diżabilità. Persuni li ma jeħtiġux biss saqaf, iżda jeħtieġu ambjent iddisinjat għal bżonnijiet tagħhom ikkumplimentat minn servizz speċjalizzat. Fattur speċifiku li sibna fit-tħejjija ta’ dan il-proġett kien l-irwol ta’ annimal domestiku fil-ħajja ta’ dawn il-persuni u l-bżonn ta’ servizz li jippermetti li wieħed iġib ukoll l-annimali tiegħu. Dan għaliex li wieħed jifred persuna ta’ ċerta età minn annimal domestiku li kien qiegħed jgħix magħha,
jfisser impatt psikoloġiku u emozzjonali. Għalhekk, huwa ta’ sodisfazzjon għalina bħala YMCA li permezz ta’ dan il-fond, flimkien mal-awtoritajiet kompetenti, se nkunu qegħdin noffru għajnuna lil dawn l-individwi speċifiċi. Programm Kisbet Serħan se jkun qiegħed jilqa’ fih 16-il persuna li f’din id-dar se jkunu qegħdin jgħixu b’mod semindependenti. Dan għaliex fhimna l-bżonn li biex dawn il-persuni jkunu jistgħu jimxu ’l quddiem jeħtieġ li jkollhom spazju privat tagħhom li jippreparahom biex jintegraw lura fis-soċjetà. Għaldaqstant, din id-dar se toffri spazju ġdid li jservi ta’ assigurazzjoni u li joffri serħan tal-moħħ lil dawk l-anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali li meta għal xi raġuni jew oħra jisfaw bla saqaf se jkollhom dar b’faċilitajiet ġodda, servizz ġdid u
Għalhekk, huwa ta’ sodisfazzjon għalina bħala YMCA li permezz ta’ dan il-fond, flimkien mal-awtoritajiet kompetenti, se nkunu qegħdin noffru għajnuna lil dawn l-individwi speċifiċi
kura ħolistika. Huwa ta’ solliev għalina, li fil-Ministeru tal-Akkomodazzjoni Soċjali u l-Awtorità tadDjar sibna widna li tisma’ u spalla li nserrħu fuqha għaliex fehmu li l-bżonnijiet tal-passat inbidlu u li neħtieġu investimenti bħal dawn biex insolvu l-problemi tal-ġurnata b’soluzzjonijiet ġodda. Inħoss li l-ħidma kollaborattiva u d-diskussjonijiet mal-Gvern huma pilastru importanti għalina, kollaborazzjoni meħtieġa sabiex nilħqu verament lill-batut. L-għaqdiet mhux governattivi, bħalma hija l-YMCA, huma l-vuċi ta’ dawn in-nies. Vuċi li qed tasal kif jindikaw ukoll l-iskemi maħruġa mill-Gvern fil-qasam tal-housing. Huwa f’dan l-ispirtu li dħalna għal dan il-proġett mal-awtoritajiet kompetenti, sabiex bħala organizzazzjoni nkomplu nkabbru s-servizzi residenzjali tagħna. Il-viżjoni tagħna taqbel ma’ dik tal-Awtorità tad-Djar li sabiex wieħed jikseb stabbiltà finanzjarja jeħtieġ akkomodazzjoni ta’ kwalità. Bl-għajnuna finanzjara mgħoddija lilna għal dan ilproġett se nkomplu naħdmu biex nidħlu għall-fazi li jmiss li hija Kompetizzjoni ta’ Disinn mal-Kamra tal-Periti sabiex infasslu disinn socjali li jinkludi l-bżonnijiet ta’ dan ilgrupp speċifiku.
13
06.12.2020
L-EDUKAZZJONI INKLUSSIVA U L-EKWITÀ HUMA DRITT FUNDAMENTALI
JUSTYNE CARUANA Ministru
Il-Prim Ministru għoġbu jafdali f’idejja d-dekasteru tal-edukazzjoni, ministeru ferm importanti, għax huwa permezz tal-edukazzjoni tat-tfal tagħna, li pajjiż ikun qed jassigura li jkollu komunità u poplu mrawwem, kolt u ppreparat biex javvanza fil-ħajja, mhux biss fuq livell personali, imma wkoll billi permezz tal-ħiliet ta’ kull individwu, il-pajjiż ikun jista’ jkompli jkabbar l-attività ekonomika tiegħu u jitkattar
il-ġid tal-pajjiż u titjieb il-kwalità tal-ħajja. Irrid nassigura lil min fdali dan id-dekasteru u lill-poplu Malti u Għawdxi kollu li jien dħalt b’impenn biex inkompli nibni u ntejjeb fuq it-tajjeb li l-ministri ta’ qabli għamlu għall-edukazzjoni ta’ wliedna. U dan se nagħmlu, anki bħala omm ta’ żewġt itfal li għadhom qegħdin fis-sistema edukattiva. Fiċ-ċirkustanzi preżenti, minħabba r-restrizzjonijiet li ġabet magħha il-pandemija Covid, ilkoll flimkien irridu naraw li l-istudenti tagħna jibqgħu jingħataw l-aħjar tagħlim filwaqt li nassiguraw li jkun hemm dawk il-miżuri neċessarji biex is-saħħa ta’ kull persuna li taħdem u titgħallem tkun salvagwardata. U din hija l-isfida li rrid nara li tieħu l-ħajja; li b’kull mezz possibbli dan is-settur ikun wieħed ta’ kwalità għolja, wieħed li jaqdi l-ħtiġijiet tal-edukaturi u tal-istudenti ta’ kull sena skolastika u ta’ kull
livell skolastiku fl-istituzzjonijiet kollha edukattivi tal-pajjiż. Huwa settur msejjes fuq il-koperazzjoni ta’ dawk kollha li huma msieħba fih: l-edukaturi, l-LSEs, l-istudenti, il-ġenituri, l-għaqdiet tal-istudenti u tal-ġenituri u mhux l-inqas l-imsieħba kollha li b’mod dirett u wkoll b’mod indirett jagħtu l-kontribuzzjoni siewja tagħhom biex l-edukazzjoni f’pajjiżna tkun waħda tal-ogħla livell possibbli. Fil-ħidma tiegħi se nara li jkolli kuntatt dirett ma’ dawk kollha li jsawru dan is-settur. Il-ħidma tiegħi se ddur fuq prinċipju li nemmen bissħiħ fih, prinċipju li ħaddant sa minn meta kont fdata s-settur tal-anzjani u persuni b’diżabilità, u issa ser nara li l-edukazzjoni inklussiva u l-ekwità huma verament dritt fundamentali ta’ kull tifel u tifla. L-edukazzjoni inklussiva u l-ekwità huma l-għażliet li se nimbotta, għaliex nemmen li l-edukazzjoni qiegħda hemm għal kulħadd u ħadd m’għan-
du jitħalla barra mis-sistema edukattiva. Se nara li jitwettaq dak li huwa bi dritt ta’ kull tifel u tifla tagħna – li jkollhom edukazzjoni tal-aqwa kwalità u li tingħata bl-aqwa mod possibbli. Is-sistema edukattiva trid tilħaq lil kulħadd dejjem. B’dan f’moħħi, nemmen li issa huwa l-mument opportun biex flimkien nagħmlu l-bidliet meħtieġa ħalli wara l-pandemija jkollna l-għodod meħtieġa għar-riġenerazzjoni ekonomika bis-saħħa ta’ kapital uman preparat għal dak kollu li huwa meħtieġ għallpajjiż. U fil-ħidma tagħna rridu nħarsu lejn diversi aspetti. Dak li jeħtieġu l-istudenti, dawk li jeħtieġu l-edukaturi u l-LSEs tagħna. Irridu naraw ukoll x’inhuma l-ħtiġijiet tal-pajjiż fid-dinja tax-xogħol. L-importanza li l-Gvern jagħti lil dan is-settur hija wkoll riflessa fl-akbar allokazzjoni finanzjarja li qatt ingħatat f’Baġit. Il-Baġit għas-sena 2021 qed jagħti lill-edukazzjoni żie-
da ta’ €65 miljun fuq il-baġit tal-2020, ċifra li teskludi Fondi Ewropej. U din hija allokazzjoni li se jibbenefikaw minnha t-tfal tagħna u l-edukaturi tagħna. U hawn nirreferi għal dak li qal il-Prim Ministru Robert Abela meta fix-xhur li għaddew kellu laqgħa mal-Kamra tal-Kumerċ meta qal li llum għandna realtajiet ġodda f’dan il-qasam. Realtajiet marbuta ma’ sferi li huma bbażati fuq prinċipju li madwaru rridu nibnu l-mudell ekonomiku ġdid: Kwalità ta’ ħajja aħjar. U fil-qalb ta’ dan il-mudell hemm l-edukazzjoni. L-inklużjoni tal-edukazzjoni mal-ħames punti ta’ prinċipju li semma l-Prim Ministru u li permezz tagħhom tista’ tintlaħaq kwalità ta’ ħajja. Se tkun prijorità li niltaqa’ ma’ dawk kollha li huma parteċipi f’dan is-settur biex flimkien noħolqu l-aqwa opportunitajiet f’dan il-qasam li jwasslu għal kwalità ta’ ħajja aħjar għall-poplu Malti u Għawdxi.
tas-swab testing u t-trasport jiġi offrut b’xejn. Is-swab test tiegħi u ta’ Daron sar f’Testing Centre Burmarrad fejn jien u Daron qgħadna fil-karozza u ħadulna t-test. L-infermiera hemmhekk kienu tassew pożittivi u ta’ inkoraġġiment – matul dan il-vjaġġ kollu dan kien it-timbru. Timbru ta’ nies wara l-kwinti li jafu x’inhuma jagħmlu. Jafu kif għandhom jgħinuk. Jafu kif għandhom iġibu ruħhom miegħek. Jafu xogħolhom. F’temp ta’ 48 siegħa, u nifhmu kemm jeżisti ħafna xogħol fid-dipartiment tasswab tests, irċevejna telefonata fejn ġejna infurmati bir-riżultati u din kiene aħbar sabiħa. Suġġeriment tiegħi hu li jkun hawn sit fejn tinqasam l-informazzjoni mingħand dawk kollha li esperjenzaw il-Covid – għax meta tinqasam l-informazzjoni, jinqasam għarfien u kuxjenza. U din tista’ tgħin lil ħafna. L-għarfien hu forza. Knowledge is power. F’temp ta’ 24 siegħa oħra rċevejna discharge letter f’forma ta’ email fejn Profs Charmaine Gauci tat il-go ahead biex Daron u jien issa nistgħu
noħorġu mill-ħabs domestiku. U nista’ ngħid li meta ħriġt wara ġimagħtejn mid-dar ħassejtni on a high – kemm hi importanti s-saħħa! U fuq kollox kemm hi importanti sistema nazzjonali li tassew tapprezza s-saħħa tal-poplu. Fejn għandna sistema effiċjenti immens – sistema bla ħlas – sistema li ħaqqa applaws qawwi u ta’ dan jien inħossni grat. U jien persuna li qatt ma nieħu xejn for granted. La saħħti. La l-fejqan. U lanqas dak kollu li għandna b’xejn f’pajjiż sinjur. Pajjiż konċernat. Pajjiż sistematiku. Pajjiż bi Gvern li affaċċja din l-isfida b’kuraġġ, bi strateġija, b’għaqal u b’kompassjoni. U hawnhekk issa nista’ ngħid b’vuċi empatika li jien nixtieq issa nagħti kuraġġ lil ħaddieħor. Li kollox jgħaddi u flimkien ser naslu sabiex negħlbu kull sfida. Li qalbi ma’ dawk li għadhom ibatu – ma’ dawk li tilfu lill-maħbubin tagħhom. Issa għandkom anġli fis-sema jħarsu fuqkom u jindukrawkom. Li iva xejn mhu ser iġibhom lura – imma għandkom is-sapport u l-qalb ta’ kull Malti u Għawdxi maġenbkom. Aħna pajjiż sod. Aħna pajjiż kbir. Aħna pajjiż effiċjenti.
SISTEMA EFFIĊJENTI
FELIX BUSUTTIL GALEA Kandidat
L-inkubu tiegħi għadda u jien nista’ ngħid għax kont xhud fuq quddiem nett li s-sistema tas-saħħa taħdem perfettament. Ibda mill-Ministeru għas-Saħħa u l-Ministru Chris Fearne, il-Covid Unit taħt id-direzzjoni tal-Profs Charmaine Gauci u t-tim kollu mill-Isptar Mater Dei sa kull persuna li tkun fuq il-telefown miegħek tul il-vjaġġ diffiċli u sa kull persuna li tkun qiegħda taffaċċja dan il-virus li ilu jikkawża taqlib u inkwiet Malta u mad-dinja kollha. Jien nemmen li l-ewwel li persuna li ma tiflaħx għandha bżonn hija li tħoss li mhix
waħedha. Li fil-perjodu diffiċli meta tiskopri li għandha xi marda, is-sintomi li tħoss u waqt iż-żmien ta’ fejqan tkun taf li qatt mhi iżolata. Qatt mhi abbandunata. Sistema ta’ saħħa li ma tħallas xejn għaliha. Pajjiżi kbar bħall-Istati Uniti, meta jkollok bżonn tuża ambulanza, servizz tal-isptar, bżonn ta’ mediċini jew anki konsultazzjoni jrid bilfors ikollok assigurazzjoni li tħallas flus kbar u jekk m’għandekx din l-assigurazzjoni tista’ tispiċċa mingħajr għajnuna fundamentali u ma tinqediex. Aħna pajjiż imbierek u ta’ dan għandna nkunu grati tassew. Pajjiż fejn il-mediċina issa qatt ma tkun out of stock u tiġi provduta b’xejn. Fejn l-isptarijiet u l-clinics kollha jipprovdu servizz impekkabbli u ma tħallasx sold. Fejn għanda l-aqwa tobba u speċjalisti lesti biex jaqduk – fejn għanda tim sod ta’ infermieri li huma professjonisti u l-qalb kbira tagħhom u s-sagrifiċċji kbar li jagħmlu huma ta’ min jerfa’ fuq l-ispalel. Mal-ewwel mumenti li jien u Daron sirna nafu li konna pożittivi bil-COVID-19, irċevejna
l-ewwel telefonati sabiex niġu infurmati x’hemm bżonn nieħdu bħala għajnuna ta’ mediċina sabiex inħossuna aħjar. U dawn it-telefonati kienu kontinwi – u ma kinux telefonati kliniċi imma telefonati fejn ħassejt li kien hemm persuni fuq in-naħa l-oħra tat-telefown li tassew kienu konċernati. Jistaqsuna kif aħna. X’qed inħossu. Jekk għandniex bżonn għajnuna anke fir-rigward ta’ delivery ta’ bżonnijiet wara l-bieb tad-dar. Tħossok li tassew m’intix waħdek – li hemm persuna li vera trid tieħu ħsiebek. Ħadt gost li mhux darba jew tnejn imma ħafna drabi jiġu l-ispetturi jiċċekkjaw jekk Daron u jien konniex id-dar u li m’aħna niksru l-ebda liġi. Li qegħdin nirrispettaw il-kwarantina. U din serjetà assoluta. Mat-tmiem tat-tieni ġimgħa rċivejna telefonata fejn ġejna mogħtija appuntament (u reġgħu staqsewna kif qegħdin inħossuna) fejn ser ikollna l-aħħar swab test sabiex inkun nafu jekk il-virus ġiex mirbuħ u telaqx minn ġisimna. U kont f’kuntatt ma’ ħabib tiegħi ieħor li kien infettat bil-COVID-19 u ma kellux trasport sabiex jasal għaċ-ċentru
14
06.12.2020
PERSUNI B’DIŻABILITÀ FIL-QUĊĊATA TAL-PRIJORITAJIET TA’ GVERN LABURISTA Fil-ġimgħa ddedikata għal persuni b’diżabilità, nhar l-Erbgħa li għadda ddominat l-avventura taż-żagħżugħa Naomi Pace Gasan li, għal ġurnata sħiħa, akkumpanjat lill-Prim Ministru Robert Abela fil-ħidma normali ta’ kuljum tiegħu, mil-laqgħat tal-ogħla livell fl-uffiċċju tiegħu f’Kastilja, żjarat fejn ikun mistieden u saħansitra sas-seduta tal-Parlament, fost oħrajn. Waqt li persuni b’diżabilità huma konxji mill-qabża kbira li esperjenzaw huma wkoll f’ħajjithom fl-aħħar seba’ snin, inkluż permezz ta’ għajnuniet u benefiċċji li ma kinux disponibbli qabel, il-Gvern għadu determinat li jkompli juri kif dejjem jista’ jagħmel iżjed għal din ilfaxxa fis-soċjetà. Għall-ewwel darba, dan il-qasam ukoll għadu kemm ingħata livell ministerjali fi ħdan il-Kabinett il-ġdid Laburista taħt it-tmexxija ta’ Julia Farrugia Portelli. Dwar il-ġurnata tiegħu ma’ Naomi, il-Prim Ministru qal kif fil-prattika qed nuru l-importanza li l-persuni b’diżabilità jistgħu jkunu huma wkoll parti mit-teħid tad-deċiżjonijiet fuq livell nazzjonali. It-tfajla ta’ 19-il sena, li serqet il-qlub tal-poplu kollu bis-simpatija tagħha, bdiet il-ġurnata bl-inawgurazzjoni ta’ ċentru ta’ negozju ġdid tal-Grupp AX fil-Mosta, b’investiment ta’ €6 miljun. Minn hemm akkumpanjat lill-Prim Ministru fil-ġurnata fl-uffiċċju f’Kastilja, fejn iltaqgħet ukoll mal-ħaddiema hemmhekk u rat mill-qrib ix-xogħol kbir li jsir kuljum. Aktar tard Naomi kienet preżenti mal-Prim Ministru f’laqgħat mad-Deputat Prim Ministru u l-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta Jeffrey Curmi. Filgħaxija attendiet ukoll għas-seduta Parlamentari fejn kienet milqugħa mill-Ispeaker
Anġlu Farrugia. F’diskors qasir tal-okkażjoni, il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar xewqa tażżagħżugħa li poġġiet bilqiegħda maġenbu. “Ftit ilu staqsejtha x’tixtieq. Qaltli li tixtieq taħdem u r-risposta tiegħi kienet irridek taħdem u għandek dritt li taħdem. Naomi din mhux se tibqa’ xewqa u fil-mument li tlesti l-istudji trid tidħol fid-dinja tax-xogħol u għandek ħafna x’tagħti fid-dinja tax-xogħol. Tajtni dan ilpjaċir li stajt inqatta’ l-ġurnata miegħek. Mhux se tkun biss l-ewwel waħda, issa lqajt l-istedina li għamilt ftit ilu wkoll biex inqatta’ l-ġurnata fl-iskola, fejn qiegħda tattendi bħalissa,” tenna Dr Abela. Sadanittant nhar il-Ħamis, li kien il-Jum Internazzjonali għal Persuni b’Diżabilità, il-Kummissjoni Maltija għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità għażlet it-tema magħżula mill-Ġnus Magħquda għal din is-sena (“Not All Disabilities Are Visible”) bil-għan li titqajjem iżjed kuxjenza dwar diżabilitajiet li mhumiex daqshekk viżibbli. Dawn jinkludu kundizzjonjiet bħall-ADHD, l-Awtiżmu, il-Fibromyalgia u problemi newroloġiċi, fost l-oħrajn. L-aħħar riċerka turi li hawn madwar 35,000 persuna b’diżabilità fejn 20,620 huma rreġistrati mal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità. Dakinhar il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Farrugia Portelli wkoll fissret kemm hu ta’ sodisfazzjon għaliha u iżjed u iżjed għall-persuni b’diżabilità li l-ħtiġijiet tagħhom għall-ewwel darba telgħu fuq livell ministerjali. “Aktar minn qatt qabel l-għan tal-Ministeru hu li d-diżabilità tittella’ fuq pjattaforma nazzjonali u b’mod konkret is-soċjetà tkun iżjed sensittiva għall-isfidi li qed jgħixu ta’ kuljum dawn
il-persuni u l-qraba tagħhom. L-għarfien għandu jibda sa minn età ċkejkna, inkluż b’kampanji edukattivi li jipprovdu għarfien dwar kif in-nies għandhom iġibu ruħhom f’każijiet ta’ diżabilità,” qalet il-Ministru Farrugia Portelli. Spjegat kif bħalissa għaddejja ħidma fuq numru ta’ liġijiet biex jitkomplew jissaħħu d-drittijiet tal-persuni f’dan is-settur, u biex il-kelma inklużjoni titwettaq fil-mod wiesa’ tagħha. Min-naħa tagħha, il-Ministru Justyne Caruana żaret il-Guardian Angel Resource Centre fi ħdan Kulleġġ San Ġorġ Preca u ltaqgħet mal-istudenti, mal-edukaturi u mal-LSEs kollha ta’ dan iċ-ċentru ta’ riżors, u rat mill-qrib ix-xogħol tal-istudenti u l-ħidma tal-edukaturi u tal-LSEs. Din l-iskola tilqa’ fiha studenti b’diffikultajiet severi ta’ tagħlim, li l-età tagħhom tvarja bejn 11 u 16-il sena, u fiċ-ċentru jiġu mgħallmin ħiliet importanti tal-ħajja li jgħinuhom isiru iżjed indipendenti. Iċ-ċentru jsegwi wkoll il-programm Achieve billi l-istudenti jingħataw ċertifikati skont it-taħriġ tagħhom. Il-Ministru Caruana qalet li biex jintlaħaq l-għan favur persuni b’diżabilità jrid ikun hemm il-faċilitajiet, l-infrastruttura, imma wkoll iktar tagħlim li jkun jista’ jasal fid-djar tagħna speċjalment fil-kuntest tal-isfidi tal-pandemija. “Il-ħidma tiegħi se ddur fuq prinċipju li nemmen bis-sħiħ fih, prinċipju li ħaddant sa minn meta kont fdata s-settur tal-anzjani u tal-persuni b’diżabilità, u issa se nara li l-edukazzjoni inklussiva u l-ekwità huma dritt fundamentali ta’ kull tifel u tifla. L-edukazzjoni inklussiva u l-ekwità huma l-għażliet li se nimbotta, għax nemmen li l-edukazzjoni qiegħda hemm għal kulħadd u ħadd m’għandu jitħalla barra mis-sistema edukattiva,” tenniet Dr Caruana.
Ritratti ta’ Gareth Degiorgio u Austin Tufigno
06.12.2020
15
16
06.12.2020
L-ISFIDI U L-POLITIKA TAN-NIES
ALEX AGIUS SALIBA Membru Parlamentari Ewropew
Kif inkunu qed noqorbu lejn tmiem is-sena, tiġi naturali li wieħed iħoss li għandu kapitlu ieħor minn ħajtu qed jingħalaq. Ilkoll inħarsu lura lejn l-isfidi li nkunu ħabbatna wiċċna magħhom u s-suċċessi li nkunu ksibna. Proċess naturali li jħallina nikbru aktar u naspiraw biex inkunu aħjar u nimxu ’l quddiem. Din is-sena ser inħallu warajna għadd ta’ sfidi bla preċedent li żgur b’xi mod jew ieħor impattawna. L-aktar maġġuri fosthom li kulħadd jista’ jirrelata magħha hija l-isfida kbira li ġabet magħha l-pandemija COVID-19, li ġiet fuqna ħabta u sabta. Żgur li ħadd ma kien qed jistenna li matul din is-sena konna ser naffaċċjaw daqstant diffikultajiet u li kellna nadattaw ħajjitna
f’temp hekk qasir. Però meta nħares lura jien ma narax biss sena diffiċli. Nara wkoll sena li offritilna opportunità biex nikbru u nimmaturaw politikament. Fuq livell nazzjonali lkoll nafu li kellna għadd ta’ sfidi politiċi li l-Gvern għaraf, ħadem fuqhom u indirizzahom. Ma kienet faċli għall-ebda Gvern madwar id-dinja biex jindirizza s-sitwazzjoni tas-saħħa pubblika ta’ din ix-xorta, iżda nemmen li fiċ-ċirkostanzi, għalkemm il-perfezzjoni ma teżistix, saret ħidma imprezzabbli biex ġew salvagwardjati għadd ta’ interessi, kemm fuq livell uman, kif ukoll minn aspett kummerċjali. Ir-realtà hija li pajjiżna kien stabbli, b’ekonomija b’saħħitha u li felaħ għad-daqqiet. Hemm bosta pajjiżi, uħud minnhom mhux wisq bogħod minna, li ġew għarkupptejhom finanzjarjament u bi kriżi tassaħħa pubblika li ma felħux jikkontrollaw. Huwa tajjeb li nkunu kritiċi tagħna nfusna u naraw kif ser intejbu aktar. Però r-realtà hi li lkoll qegħdin f’dgħajsa waħda u madwar l-Ewropa kollha qed naraw li hemm similarità kbira fl-istatistika. Minkejja dan kollu, nemmen u nittama li fis-sena 2021 dan kollu jkun warajna, hekk kif qed jidher li ninsabu ferm viċin biex jibda
jitqassam il-vaċċin. Nitkellem ma’ bosta negozji li jgħiduli kemm kienet sena kiefra għalihom, kemm batew telf u kemm jinsabu f’sitwazzjoni diffiċli. Però jgħidulek ukoll li mnalla kien il-Gvern li tahom it-tama u tahom nifs twil biex ikunu jistgħu jsalvaw. Naturalment, dejjem jibqa’ xi jsir u l-Gvern bla ebda dubju ser jibqa’ jkun hemm biex jagħti spalla lin-negozji u lill-familji sakemm naqbdu t-triq tal-irkupru fix-xhur li ġejjin. Il-Gvern kommess li jibqa’ jassigura li ħadd ma jibqa’ l-art. Lil hinn mill-pandemija, inħares lura wkoll lejn esperjenzi pożittivi oħra fit-tragward tiegħi fil-Parlament Ewropew, esperjenzi li meta tamalgamahom mad-diffikultajiet tal-pandemija joħroġ is-sabiħ tal-politika. Meta għażilt li nidħol għal din il-ħajja, kien hemm min qalli li jien miġnun għax il-politika maħmuġa u ser insib min jagħmel minn kollox biex ikissirni. Iddeċidejt li nibqa’ għaddej għax din il-ħajja hija missjoni, li tidħol għaliha biss jekk temmen li verament tista’ tagħti kontribut u temmen li ser tagħmel id-differenza fil-ħajja tannies. Meta nħares lura lejn din is-sena u nofs, u b’mod partikolari lejn din is-sena, nara warajja xhur importanti ħafna għalija li għallmuni nik-
ber aktar politikament u anke fuq livell personali. Ir-realtajiet tan-nies iżommuk iffukat, l-istejjer li tiltaqa’ magħhom jagħtuk kuraġġ taħdem aktar u fl-aħħar mill-aħħar, jagħtuk il-konvinzjoni u s-saħħa biex taġixxi. Ma kinitx faċli li bħala Membru Parlamentari Ewropew ġdid nidħol għal daqstant sfidi fl-ewwel ftit xhur, imma nemmen li x-xogħol li dħalt għalih ser ikun qed jagħmel id-differenza. Din il-ġimgħa ġie approvat fi stadju ta’ kumitat ir-rapport dwar ir-right to disconnect li kont ilni naħdem għalih sa mill-ewwel jiem tiegħi fil-Parlament Ewropew. Huwa dritt li nemmen li ser iġib il-liġijiet tax-xogħol ’il quddiem, ser joffri protezzjoni adekwata fid-dinja tax-xogħol kontemporanja, u ser iżid fuq kollox il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, xi ħaġa li ħaddiema madwar d-dinja kollha huma ferm neqsin minnha llum il-ġurnata. Issa inħares ’il quddiem biex nara r-rapport jiġi approvat ukoll fil-plenarja tal-Parlament Ewropew fil-bidu tas-sena d-dieħla, u biex fuq kollox l-abbozz talliġi li ħejjejt jien jiġi tradott fi dritt sħiħ għall-ħaddiema Ewropej kollha. Meta nħares lura għandi storja oħra pożittiva marbuta mal-Att dwar is-Servizzi
Diġitali, abbozz ta’ qafas legali ieħor li kiseb appoġġ kbir fil-Parlament Ewropew u li fuqu matul il-ġimgħa li ġejja, il-Kummissjoni Ewropea ser tkun qed tressaq il-proposti leġiżlattivi tagħha. Dan ukoll huwa pass ieħor importanti fuq livell Ewropew li ser ikun qiegħed jara lill-Unjoni Ewropea taġġorna liġijiet li ġew miktuba fi snin meta l-għodod li nużaw illum online, inklużi pjattaformi kummerċjali u oħrajn soċjali, ma kinux jeżistu. Attwalment, dan ifisser li l-liġijiet Ewropej mhumiex joffru protezzjoni xierqa lill-utenti ta’ dawn is-servizzi diġitali, ċoè, lilna lkoll li ta’ kuljum nagħmlu użu minn xi pjattaforma jew xi programm fuq it-tagħmir elettroniku tagħna. Is-sena li għandna warajna għallmitna ħafna. Għallmitna ngħożżu dak li għandna u napprezzaw in-normalità, imma għallmitna wkoll niżviluppaw il-mod kif naħsbu u kif nagħmlu politika li taqdi aktar il-bżonn taċ-ċittadini u n-negozji tagħna. U dan hu dak li rridu nġorru magħna fis-sena li daqt nibdew. Għandna quddiemna perjodu ta’ rkupru u fuq kollox ta’ tama. Għandna quddiemna żmien prezzjuż li lkoll irridu nagħmlu l-almu tagħna biex ma naħluhx.
COVID–19 – TAMA GĦAL ŻMIEN AĦJAR
MARIA ELLUL Segretarju Ġenerali FŻL
Hekk kif resqin lejn tmiem is-sena 2020, ċertament li nistgħu naqblu li din is-sena ma kinitx għalkollox dak li konna qed nistennew. Suġġett li kien fuq fomm kulħadd tul din is-sena kien bla dubju l-COVID-19 u l-pandemija bla preċedent li misset lid-dinja kollha. Fil-bidu tas-sena konna naħsbu li din ma kinitx ser tmiss lilna għaliex kienet xi
ħaġa ta’ pajjżi ’l bogħod minna, iżda dan il-ħsieb inbidel għalkollox meta rajna dan il-virus ifeġġ f’pajjiżi Ewropej viċin tagħna. Bħala pajjiż, wieħed seta’ jinnota li mal-ewwel xammarna l-kmiem għall-ħidma sabiex niġġieldu din il-pandemija filwaqt li nħarsu l-aħjar interess tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. Infatti, tul dawn ix-xhur, Malta kienet fost l-ogħla pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li għamlet testijiet tal-COVID-19 kuljum. Dan filwaqt, li rnexxielna nikkontrollaw ukoll ir-rata ta’ infezzjonijiet. Minkejja kollox, deher biċ-ċar li l-Prim Ministru u l-Gvern kellhom pjan ċar ta’ ħidma f’dan ir-rigward. Sa ġimgħa ilu stess, rajna lillPrim Ministru jaċċenna li sa Mejju tas-sena d-dieħla Malta u Għawdex ikunu f’normalità sħiħa, bil-COVID-19 tkun xi ħaġa tal-passat. Dan filwaqt li pajjiżna jkun minn ta’ qud-
diem li jirkupra mill-effetti li ġabet magħha l-pandemija – id f’id mall-kooperazzjoni u s-sagrifiċċju tal-poplu Malti, li mill-ewwel ġurnata fehem, mexa mar-regoli u ħaseb f’dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà. Il-fatt li f’moħħ kulħadd ikun hemm pjan ċar ta’ kif il-pajjiż ser jimxi, bla dubju jagħti serħan il-moħħ għal żmien aħjar. Barra minn hekk, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa din il-ġimgħa ħabbar ukoll li Malta ser ikollha biżżejjed vaċċin għallCOVID-19 biex jitlaqqam il-poplu kollu. Dan f’kuntrast ma’ dak li qalet l-Oppożizzjoni Nazzjonalista li saħqet li l-vaċċin mhux is-soluzzjoni u li Malta se jmissha biss sa massimu ta’ 40,000 doża. U hawn ta’ min isemmi wkoll, li matul dawn l-aħħar xhur, għal darb’oħra, l-Oppożizzjoni m’għamlet xejn ħlief kompliet tippolitiċizza din is-sitwazzjoni. L-ist-
ess Partit li wara li l-Gvern kien ilu xhur sħaħ jaħdem b’suċċess fuq din il-pandemija, f’Ottubru li għadda waqqaf tim t’azzjoni biex jaħdem fuq din l-istess pandemija. L-istess Partit ukoll, li membru li ħatar f’dan dan it-tim t’azzjoni, tmur kontra r-rakkomandazzjonijiet tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) u tisħaq li l-vaċċin mhix is-soluzzjoni. Dan kollu filwaqt li xahrejn wara li twaqqaf dan il-kumitat, għadu ma ħareġ l-ebda rakkomondazzjoni lill-Gvern dwar din is-sitwazzjoni. Din hija wkoll offiża għax-xogħol bla qies li qed jagħmlu l-Awtoritajiet tasSaħħa u hawn ta’ min jirringrazzja lill-professjonisti għall-gwida tagħhom biex ma tibqax tinfirex l-infezzjoni ħidma li saret ukoll flimkien mal-frontliners kollha rispettivi. Għal darb’oħra kompliet tispikka l-ħidma tal-Gvern
u tal-Prim Ministru Robert Abela li kien dejjem ta’ spalla għall-poplu Malti u Għawdxi. Din il-ġimgħa saħansitra beda l-ġurnata tiegħu bi żjara għal għarrieda f’bosta ħwienet f’Tas-Sliema. Dan sabiex jisma’ s-sentiment tal-ħaddiema, tas-sidien tal-ħwienet u tan-nies. Fuq kollox wieħed seta’ jammira s-sens ta’ kurraġġ u tama għaż-żmien li ġej. Infatti, riżultat tal-ħidma li saret, ġie wkoll ikkontrollat il-qgħad f’pajjiżna, biex bħalissa għandna l-inqas rata ta’ qgħad minn Marzu li għadda. Il-viżjoni ta’ dan il-Gvern tmur oltre mix-xkiel li tipprova tpoġġi fin-nofs l-Oppożizzjoni, tant li twaqqaf ukoll Ministeru li fost affarijiet oħrajn ser ikun qed jieħu ħsieb il-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara l-COVID-19. Dan għaliex dan il-Gvern jinsab iffukat fil-ħidma tiegħu sabiex fiż-żmien qrib inħarsu lil hinn mill-pandemija u lejn futur mill-aqwa għal pajjiżna.
17
06.12.2020
KUNSILLI LOKALI AKTAR B’SAĦĦITHOM IL-ĦAMES PARTI
MARIO FAVA
President Sezzjoni Kunsilliera PL
Fl-artiklu tal-lum se nagħtu ħarsa lejn kif il-qasam tal-Gvern Lokali jista’ jkun aktar effettiv u s-sehem tal-partiti politiċi, partikolarment tal-Partit Laburista, f’dan kollu. Se naraw ukoll il-proċess ta’ deċentralizzazzjoni u l-prinċipju importanti tal-investiment fil-ħiliet u l-kapaċitajiet. Governanza lokali aħjar Il-Partit Laburista għandu jaħdem favur il-Kunsilli, magħmula minn rappreżentanti, demokratikament eletti, tal-ikbar firxa wiesgħa tal-elettorat, u li f’għajnejn ir-resident huma responsabbli għall-aspirazzjonijiet tal-komunitajiet u l-kwali tà ta’ ħajja tagħhom. Dan għandu jsir b’tisħiħ tar-rwoli tal-karigi ta’ sindki, viċi sindki u kunsillieri, b’mekkaniżmu tal-kunsill kif ukoll b’opportunitajiet li l-kordinament ta’ diversi kunsilli lokali flimkien, permezz tal-kunsilli reġjonali, jista’ jġib miegħu. Bl-istess mod, l-appoġġ għandu jingħata għat-tisħiħ ta’ strutturi ta’ mmaniġġjar fl-istess kunsilli biex tiġi assigurata kwa lità għolja ta’ tmexxija għal kull lokalità, irrispettivament mid-daqs tagħha. Millat ta’ operat u tmexxija, il-PL għandu jimbotta għal awtonomija amministrattiva u finanzjarja permezz ta’ riformi ta’ deċentralizzazzjoni, kapaċitajiet professjonali u żvilupp istituzzjonali. Il-Proċess ta’ Deċentralizzazzjoni Id-deċentralizzazzjoni tikkostitwixxi aspett partikolari fir-riforma ta’ servizz pubbliku. Tinvolvi it-trasferiment ta’ firxa ta’ setgħat u awtorità politika u tinkludi dħul addizzjonali fuq dak tal-gvern ċentrali u mhux neċessarjament fiskali. Tinkludi wkoll responsabbiltajiet ta’ servizzi u l-immaniġġjar tagħhom kif ukoll riżorsi finanzjarji, amministrattivi u umani. Id-deċentralizzazzjoni hi intenzjonata għal iktar effiċjenza, ugwaljanza u koeżjoni soċjali u tista’ sseħħ biss b’rieda politika ta’ stat sovran, li jfittex l-aħjar ħajja għaċ-ċittadini u r-residenti tiegħu. Filwaqt li l-kuntest ta’ deċentralizzazzjoni jrid jitpoġġa fil-perspettiva ta’ Malta, iċċokon tagħha u s-sistema politika Maltija, il-Partit Laburista għandu jippromwovi deċentralizzazzjoni li tagħti element ta’ awtonomija li tippermetti lil kunsilli lokali jaqdu u jwettqu b’suċċess il-funzjonijiet tagħhom hekk kif hu mistenni mir-residenti tagħhom. Ir-riżultat mistenni għandu jkun al-
lokazzjoni biżżejjed ta’ riżorsi finanzjarji lill-kunsilli, titjib u libertà akbar fl-immaniġjar finanzjarju u l-abbiltà li kunsill jista’ jiġġenera dħul, anke jekk mhux neċessarjament fiskali, fuq livell lokali. B’mod parallel, il-Gvern ċentrali għandu jassisti biex jittejbu jew jiżdiedu l-kapaċitajiet fl-awtoritajiet ċentrali u dawk lokali, biex tintlaħaq it-trasparenza li hi mistennija mir-residenti fit-tmexxija tal-lokalità tagħhom. F’dan il-kuntest, filwaqt li d-deċentra lizzazzjoni fiskali mhux qed tiġi suġgerita, taxxi speċifiċi li qed jinġabru speċifikament minn sitwazzjonijiet relatati direttament minn ċirkostanzi fil-lokal, bħalma huma CPPS, multi ta’ traffiku fil-lokalità, u oħrajn, għadhom l-ewwel nett jgħaddu lil lokalità minn fejn inġabru u mbagħad tingħata awtonomija suffiċjenti biex dawn il-fondi jintużaw għall-ġid tal-lokalità hekk kif inhu mistenni mir-residenti. Dan għandu jgħin biex kull kunsill ifassal u jamministra l-baġit tiegħu b’konsultazzjoni wiesgħa mal-aġenziji u entitajiet konċernati. Fuq livell reġjonali, l-awtonomija fiskali għandha tiġi mħaddma fuq l-istess prinċipji. Dan biex jista’ jiġi assigurat żvilupp territorjali li verament jilħaq il-bżonnijiet ta’ kull resident f’kull lokalità partikolari u bil-bżonnijiet distinti tagħha. Id-deċentralizzazzjoni hija prinċipju ewlieni mhux biss fit-tisħiħ tal-kunsilli, imma wkoll tad-demokrazija lokali. Investiment fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet Biex nassiguraw li l-kunsilli jkollhom abbiltà biex jikkontribwixxu għal gover nanza tajba u biex jintlaħqu l-miri tal-iżvilupp fuq livell lokali, membri eletti u impjegati amministrattivi għandhom jegħlbu sfidi relatati ma’ kapaċitajiet relatati mat-tmexxija ta’ riżorsi pubbliċi, kapaċitajiet fit-tmexxija, immaniġġjar ta’ fondi pubbliċi, ġenerazzjoni ta’ dħul mhux fiskali, immaniġġjar ta’ spiża u nefqa pubblika lokali, trasparenza, parteċipazzjoni u tisħiħ ta’ relazzjonijiet u komunikazzjoni ma’ stakeholders u residenti. Il-kapaċitajiet ta’ governanza tajba huma dipendenti minn fatturi varji, klassifikati fuq tliet livelli: dak individwali, dak istituzzjonali u dak organizzattiv. Fuq livell individwali, il-kapaċità f’livell lokali tiddependi fuq il-ħiliet, it-taħriġ, u l-attitudni tal-politiċi lokali u l-impjegati amministrattivi. Is-sapport għall-iżvilupp ta’ kapaċitajiet fil-kunsilli lokali għandhom jiġu pjanati permezz ta’ pjan fit-tul li għadu jibqa’ jiġi żviluppat skont il-ħtiġijiet ġodda li jevolvu skont iż-żminijiet. Dan il-pjan għandu jkollu enfasi fuq tmexxija, servizz pubbliku inklussiv u mmaniġġjar finanzjarju serju. Dan għandu jsir fuq firxa nazzjonali u jkun obbligatorju, immaniġġjat mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, bi sħab ma’ skejjel u istituti tal-amministrazzjoni. Għandhom ukoll jiġu mħeġġa programmi ta’ skambju bejn impjegati minn kunsilli differenti sabiex l-individwu jkun jista’ jingħata l-iktar esperjenza wiesgħa.
Mid -Dj arju t a’
Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 26 ta’ Novembru Lanqas naf x’taħwid għandi ġo moħħi, man! Dan il-partit darba glorjuż tagħna se jġenninni għax ma nistax narah jieħu r-ruħ u kultant nibda naqta’ qalbi jekk qattx xi darba nerġgħu nidħlu Kastilja. Fuq kollox iż-żmien qiegħed jagħmel tiegħu u bil-mod il-mod l-elezzjoni ġenerali li jmiss dalwaqt tkun wara l-bieb. Mhux għax nemmen li Robert Abela se jsejjaħ elezzjoni bikrija, aktar u aktar issa li ħatar kabinett ġdid, u ovvjament lill-ministri l-ġodda, irid jagħtihom ċans juru xi jsarrfu. Ma nafx kif jirnexxilhom jibqgħu daqshekk magħqudin. Ibiddlu kemm ibiddlu, magħqudin kienu u magħqudin jibqgħu. Il-Ġimgħa, 27 ta’ Novembru Din tal-Black Friday ma nafx min ivvintaha, għax ngħid għalija isservi biss biex tal-Labour joqogħdu jiftaħru kemm qiegħed jiżdied in-negozju. U tiskanta man, kemm tal-ħwienet ma sarux igergru kontra l-Gvern tal-Labour. Jien mhux hekk niftakarhom għax qabel, kważi kull min kellu ħanut, magħna n-Nazzjonalisti kien iżomm. Illum donnu kollox inbidel u rari tisma’ lil min igerger, anke jekk għaddejjin minn pandemija. Insomma m’għandhomx għalfejn igergru għax il-Gvern ta’ Robert Abela iwiżinhom sew qiegħed. U issa jerġa’ jagħtina l-vouchers u ħallihom ifaħħruh. Is-Sibt, 28 ta’ Novembru Illum ftaħt qalbi ma’ sieħbi tal-istamperija u għedtlu kemm jien inkwetat minħabba li mhux qiegħed narana nagħmlu progress. Għedtlu wkoll li lillKap issa mhux ġdid tagħna, Bernard Grech, ma narahx xi wieħed li jtajjar in-nar. Sieħbi ma qabilx miegħi għax skont hu qiegħed kuljum għaddej billaqgħat. Min-naħa tiegħi jien ftit li xejn għamilt kuraġġ u għedtlu li bil-laqgħat fil-kmamar magħluqin ma nġibux voti, aktar u aktar meta lanqas ħadd ma jkun jaf bihom. Imma sieħbi kien pront qalli li dawn laqgħat sigrieti jridu jkunu għax kulma qiegħed jagħmel hu li jipprova jgħaqqad il-partit. Il-Ħadd, 29 ta’ Novembru Minħabba l-maltemp iddeċidejt li ma mmurx Għawdex nisma’ lill-Kap tagħna. Li kieku l-attività kienet hawn Malta, ma kontx naqta’ qalbi, imma li noqgħod naqsam il-fliegu, rajtha bi kbira. U sa ċertu punt ma jiddispjaċinix għax b’dak li qrajt u smajt, tħawwadt mhux ħazin. Ma nafx, imma jekk fhimt sew, donnu li Bernard Grech huwa favur li, biex jimxu ’l quddiem, lill-Għawdex u lill-Għawdxin għandna nagħtuhom l-indipendenza u jiddeċiedu kollox
huma. Wisq nibza’ li l-Għawdxin mhux se jeħduh bis-serjetà u tant hu hekk li minn fortizza tagħna, Għawdex sar fortizza tagħhom. Xi raġuni hemm. U r-raġuni hi li l-Għawdxin ’il quddiem sejrin, u mhux lura. It-Tnejn, 30 ta’ Novembru Din tas-saltna tad-dritt u l-governanza tajba rridu naraw x’se nagħmlu biex nitwemmnu, għax b’Bernard Grech bħala Kap, issa mhux ġdid, inħossni li aktar m’aħniex nitwemmnu. M’aħniex nitwemmnu minħabba dak ix-xifajk ta’ Jason Azzopardi li nesa li kien mistieden, u mar, għat-tieġ ta’ Yorgen Fenech, u nesa li t-Tumas Group, ta’ Yorgen Fenech, kien ħallaslu l-lukanda għal żjara f’Iżrael, liema żjara ried jagħmilha waħdu biex ikun jista’ jmur iqatta’ lejl jimmedita fuq il-qabar ta’ Kristu. M’aħniex nitwemmnu għax issa kulħadd konvint li Bernard Grech ma jista’ jagħmel xejn fil-konfront ta’ Jason Azzopardi, minkejja li l-Eks Kap Adrian Delia ikompli jgħidlu giddieb. It-Tlieta, 1 ta’ Diċembru Beda xahar ġdid, ix-xahar tal-Milied, imma xejn ma kellu bidu sabiħ għallKap, issa mhux ġdid tagħna, Bernard Grech. Ftit tal-jiem ilu ħarġet il-Union tal-Għalliema tgħidlu li ma jkunx jaf x’inhu jgħid meta jgħid li fil-qasam tal-edukazzjoni għandna xi falliment, u llum ħarġet il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija tgħidlu li ma jafx x’inhu jgħid meta jgħid li jrid referendum dwar il-mina bejn Malta u Ghawdex. U għandha raġun il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija għax, jekk niftakar sew, aħna konna favur li ssir mina, tant li d-Deputat Għawdxi Chris Said kien, għalkemm ma nafx jekk għadux, fuq quddiem nett favur dan il-proġett. Jeqridni qiegħed dan il-partit darba glorjuż tagħna man, u b’Bernard Grech donnu li aktar se jkompli jeqridni! L-Erbgħa, 2 ta’ Dicembru Issa isbaħ! Kif nagħmel ta’ kuljum, qrajt l-editorjal tal-gazzetta tagħna, imma llum bilkemm stajt nemmen lil għajnejja b’dak li qrajt. Għax dan l-editorjal tgħidx kemm faħħar lill-Gvern. Qal li hu gvern onest għax gvern onest jara li l-mutur ekonomiku jkompli jaħdem, u hekk qiegħed jagħmel ilGvern tagħhom. Żied jgħid l-editorjal li gvern onest isaħħaħ il-finanzi talpajjiż biex f’każ li jinqala’ xi bżonn, isib il-flus. Hekk qiegħed jagħmel il-Gvern tagħhom, għax waqt li aħna qatt ma kellna surplus, huma kien qiegħed ikollhom surplus sena wara sena, u din is-sena mhux se jkollhom surplus għax il-flus li faddlu użawhom biex jgħinu lil dawk milquta mill-pandemija.
18
06.12.2020
SPERILLU U L-GAZZETTA ‘ĦAMRIJA’ Natasha Turner hi għalliema, tikteb il-lirika talkanzunetti u tal-iscripts u hi wkoll awtriċi. Minn xi snin ilu ’l hawn, il-kitba tal-kotba saret il-faxxinu tagħha, u imbarkat fuq kitba għat-tfal, biex barra milli tħeġġiġhom jindukraw l-ambjent ta’ madwarna, isiru jafu aktar x’għandna f’pajjiżna u jibżgħu għalih. Il-personaġġi fl-aħħar ktieb tagħha huma lkoll annimali u minbarra t-tagħrif fuqhom bi storja, poeżija u tagħlima, tħajjar lit-tfal u lillkbar isiru jħobbu aktar il-ħidma fil-gazzetti. Minn CHARLES B. SPITERI
Natasha, dan hu t-12-il ktieb li ppubblikajt. Hu jittratta l-ambjent. X’ġiegħlek tibdel illinja mill-ewwel ktieb li ħriġt u ddur fuq dan is-suġġett? L-ewwel li bdejt nikteb kienet il-poeżija. Niftakar forsi kelli madwar 13-il sena. Malli dħalt is-Sixth Form bdejt nuri l-poeżiji tiegħi lillProfessuri tal-Malti, fejn kienu jiggwidawni u jħeġġuni biex inkompli nimraħ u nikteb. Fil-fatt, l-ewwel żewġ kotba li ġew ippubblikati kienu żewġ ġabriet ta’ poeżiji, wieħed jismu Bejn in-Narratur u n-Narrata ma’ Gwido Borg. Dil-ġabra għandha d-daħla ta’ Tarcisio Zarb, u hu jagħmel din l-osservazzjoni: Il-wieħed (Gwido) xtaq jiddesrkivi u jinnarra. Il-waħda (Jien) ħalliet lilha nnifisha tiġi nnarrata mill-emozzjonijiet kbar li qanqluha. Il-wieħed huwa n-narratur. Il-waħda hi n-narrata. Il-ġabra l-oħra jisimha NEIJ-JIEN. Dan il-ktieb għandu daħla ta’ Ġorġ Peresso. Hu kiteb hekk: JIEN hu wkoll it-tfittxija tal-identità poetika tal-istess kittieba b’forom, metafori u stil li huma awtentiċi u ġenwini għax huma immedjati iżda joħolqu poeżija li ma tħallik qatt indifferenti. L-emozzjonijiet ta’ diżappunt ma jonqsu qatt, biss tinħass dejjem il-ħtieġa tal-iżvilupp psikoloġiku kif ukoll il-ħtieġa tal-ħelsien minn dak kollu li jista’ jimblokka l-JIEN. Issa qed inħejji ġabra ġdida ta’ poeżiji, b’daħla ta’ Ġorġ Peresso u b’illustrazzjonijiet ta’ Sergio Gauci li se jkollha l-isem ta’ Lapes Ħieles. Il-
Ħriġt kotba b’temi diversi. Meta kelli 21 sena, gradwajt fil-psikoloġija u flimkien mal-esperjenzi personali tiegħi, flimkien ma’ dawk ta’ omm u ta’ għalliema, xtaqt naqsam dan l-għarfien u ħiliet anki permezz tal-kotba poeżija ninkludiha f’kull ktieb li għandi, anki f’dawk tat-tfal u iva, anki fil-lirika li nikteb. F’dan il-ktieb ġdid tiegħi Sperillu u l-Gazzetta ‘Ħamrija’ li fih ukoll xi poeżiji għattfal, xtaqt inkompli nkattar l-imħabba għall-kitba u l-qari fost it-tfal, iżda wkoll li nikteb u nqajjem aktar kuxjenza fuq il-ħarsien tal-ambjent, għax hu aħna stess li rridu nkunu responsabbli għal din l-art tant ħelwa u għażiża tagħna. M’hawnx isbaħ minn ambjent sabiħ u nadif bi ġmiel innatura. Hi ta’ ħasra kbira li l-ambjent qed jiġi abbużat minħabba l-egoiżmu jew negliġenza tal-individwi. X’kienu jittrattaw il-kotba li ħriġt? Liema kien ta’ qabel dan u x’kien jittratta eżattament? Ħriġt kotba b’temi diversi. Meta kelli 21 sena, gradwajt fil-psikoloġija u flimkien malesperjenzi personali tiegħi, flimkien ma’ dawk ta’ omm u ta’ għalliema, xtaqt naqsam
dan l-għarfien u ħiliet anki permezz tal-kotba. Li ilni omm u għalliema tal-PSCD u drama għal 25 sena għenuni ħafna nibqa’ f’kuntatt dirett mal-ħtiġiet, bżonnijiet, ħsibijiet u biżgħat li jista’ jkollhom iż-żgħażagħ u t-tfal. Għaldaqstant, ħriġt diversi kotba għat-tfal, żgħażagħ u adulti fuq l-iżvilupp sħiħ u li jinfirex kemm f’dak li hu personali u wkoll dak soċjali. Għall-adulti ħriġt il-ktieb Free Yourself and Live sabiex inħeġġeġ li wieħed jinħall mill-ktajjen soċjali u personali li b’xi mod qed iweħħluh; Relation Dips li l-iskop tiegħu hu biex dak li jkun iżomm relazzjoni tajba u b’saħħitha kemm miegħu nnifsu kif ukoll mas-sieħeb/sieħba li jkollu; Vampiri t’Enerġija li jgħin lill-qarrej jinħeles minn kull vampir mentali (ħsibijiet, ossessjonijiet, eċċ), emozzjonali, (dubji u biżgħat, eċċ) u dak soċjali (nies li jippruvaw ikissrulek l-istima u l-fiduċja fik innifsek b’għira, b’abbuż ta’ poter jew b’nuqqas
ta’ għarfien). Dawn li semmejtli huma tista’ tgħid għall-adolexxenti u l-kbar. X’tgħidli fuq il-kotba li ktibt għat-tfal? Għat-tfal ħriġt Kun Int li fih stejjer, attivitajiet, poeżiji u informazzjoni sabiex issaħħaħ il-fiduċja fik innifsek u żżomm ’il bogħod minn kull tip ta’ periklu u għażżgħażagħ, ħriġt Xi Rrid li wkoll fih informazzjoni utli ħafna, speċjalment fi żmien il-pubertà. Dan hu ktieb li filfehma tiegħi għandu jinqara wkoll mill-ġenituri. Ma setax jonqos li ma noħroġx ukoll kotba fejn inkompli nkattar l-imħabba għall-qari u l-kitba. Għalhekk, maż-żmien ħriġt il-ktieb Ranċu s-Sindku tal-Granċijiet (għat-tfal bejn 8 u 11-il sena); il-ktieb Nita, Niki u Vjolita (4 - 8 snin) u dan il-ktieb t’issa Sperillu u l-Gazzetta ‘Ħamrija’ (8 - 12-il sena). Ħriġt ukoll ktieb għat-tfal fuq l-informazzjoni u s-sigurtà
tal-internet bi stejjer ħelwin ta’ fantasija. Fih insibu entitajiet fl-internet li ħloqthom bħala karattri: lil Smartinu, ilkarattru prinċipali bħala d-digital footprint, lil Facebook li semmejtha Faċċapaġna, lil Google li semmejtha Gugla, lil Youtube li semmejtu Filmettu u lil Instagram li semmejtha Stantanja. Dan ilktieb jismu Smartinu u d-DSTI u ġie kkummissjonat minn BeSmartOnline, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u mid-Direttorat tal-Litteriżmu Diġitali u Ħiliet Transversali. Min hu Sperillu u x’inhi ħidmietu? Sperillu huwa bebbuxu tawwali, li malli jitgħallem jaqra u jikteb, jitħajjar isir ġurnalist u jibda jintervista lil speċi differenti li jinsabu flambjent Malti naturali. Malli Sperillu jibda jara li għandu ħafna intervisti miġburin li lkoll fihom informazzjoni interessanti ħafna fuq l-ispeċi tagħhom, kif ukoll għadd ta’ stejjer b’immaġinazzjoni fertili u b’tagħlima, qatagħha li joħloq gazzetta li jsemmiha Ħamrija u li hu jkun l-editur tagħha. Lejn liema età ta’ tfal immirajt din l-aħħar kitba tiegħek? Dan il-ktieb hu mmirat għattfal ta’ bejn is-seba’ u tnaxil sena. Peress li l-kitba hi ffukata ħafna fuq il-ħarsien tal-ambjent, u billi l-istejjer irrakkuntati huma ħelwin ħafna, ħsibt ukoll li jkun fih glossarju xjentifiku professjonali ħafna. Għalhekk inqdejt bl-esperjenza tal-
19
06.12.2020 esperti għall-ambjent, li huma l-aħwa Arnold u Jeffrey Sciberras. B’hekk ninsab ċerta li Sperillu u l-Gazzetta ‘Ħamrija’ se jolqot udjenza ta’ kull età. Kif jassoċja ruħu Sperillu mat-tfal u l-ambjent Malti? Sperillu jintebaħ li tkun ta’ ħasra kbira li l-insetti u r-rettili biss ikollhom aċċess għall-gazzetta Ħamrija, għaldaqstant jiddeċiedi li jibda jqassamha mat-tfal ukoll. IrReġina tan-Natura tant ħadet gost b’din l-idea li tatu taħlita maġika biex minnha tintefa’ qatra fuq kull gazzetta. B’hekk, meta jmissuha t-tfal, ilgazzetta tikber f id-daqs u tkun tista’ tinqara. Il-gazzetta tibda tiġi mqassma mal-lejl waqt li t-tfal ikunu reqdin u l-għada filgħodu jsibuha maġenbhom, ħdejn is-sodda. Jiġri li t-tfal tant jieħdu gost bil-maġija, misteru u bl-informazzjoni ta’ kull gazzetta, li jibdew jiktbu fiha huma wkoll, fejn jesprimu l-ħsibijiet u ideat tagħhom fuq kif l-ambjent jista’ jkun aħjar, kemm għalihom kif ukoll għan-nies tad-dinja kollha. Dawn it-tfal juru wkoll ixxewqa li l-kitbiet tagħhom jiġu ppubblikati fl-istess gazzetta li tant tkun qed tinteressahom. Grupp ta’ studenti saħansitra jagħmel proġett tal-iskola fuq l-ambjent, li tant sabuħ ħafif, wara li għamlu tagħhom u użaw l-ideat u l-informazzjoni kollha li kienu sabu fil-gazzetti li qraw.
u esperti intensi bħali, kif ukoll infittex u niskopri speċi li huma rari jew li ma tantx hawn informazzjoni fuqhom. Fil-Gżejjer Maltin insibu madwar elf speċi ta’ pjanti rrekordjati, li bosta huma indiġeni, jiġifieri naturali f’pajjiżna, kif ukoll filkumplament tal-Mediterran. Hemm imbagħad dawk ilftit pjanti li huma endemiċi; dawk li jinsabu fil-Gżejjer Maltin biss. Il-kumplament tal-pjanti li nsibu fostna kienu kollha introdotti, jiġifieri mhumiex naturali ta’ pajjiżna. Dawn huma ta’ dannu kbir għall-pjanti indiġeni u endemiċi għax jista’ jkunu invażivi u joħonqu u jifgaw lil tagħna. Għalhekk huwa importanti li jitkattar l-istudju u l-konservazzjoni ekoloġika, biex inkunu nistgħu nsalvaw lill-ispeċi tagħna, li huma l-wirt naturali ta’ pajjiżna. Naturalment kont tinħtieġ ukoll l-informazzjoni xjentifika. Kif ksibtha?
Kont għamilt żmien u kważi drajt infittex ħafna waħdi fuq kotba u Google, sakemm darba, il-providenza laqqgħetni ma’ Arnold, li qasam miegħi n-namra li għandu għallinsetti u rettili. Semmejtlu bil-ħajra tiegħi għall-ktieb li xtaqt nippubblika u offra li flimkien ma’ ħuh jagħmlu glossarju għal kull speċi li hemm referenza għaliha filktieb. Ma setax jonqos li jien naċċetta din l-offerta bil-qalb kollha. Nista’ niggarantixxi Kemm hu faċli tinqeda lil kulħadd, li dan il-ktieb fih b’annimal flok b’uman xogħol professjonali għallgħall-kitba ambjentali? aħħar u li ħadilna ħafna ħin, Forsi għax tqanqal aktar biex bid-dedikazzjoni u bllit-tfal u tħaddmilhom iżjed għarfien tal-aħwa Sciberras l-immaġinazzjoni tagħhom? fl-oqsma tagħhom, fih Nammetti li jien minn dejjem informazzjoni xjentifika wkoll. kont inħobb ħafna l-annimali. Għalhekk, kull annimal Semmejna lil Arnold għandu post speċjali kbir Sciberras, li diġà intervistajtu f’qalbi. Fil-fatt, ħafna stejjer u jien fuq il-wiżgħa, kotba li ġew jew għadhom ser il-kamaleonte, il-gremxula ikunu ppublikati jinkludu lil u x-xaħmet l-art. L-oħrajn f ’liema oqsma jispeċjalizzaw? dawn l-annimali. Iva, nemmen li aktar Kif bdew bin-namra tagħhom inqanqal immaġinazzjoni fl-oqsma li tant għandhom u kreattività, meta lil kull għal qalbhom? kreatura li nikteb fuqha, nagħtiha karattru u Arnold jispeċjalizza fuq ilĦerpetoloġija (l-istudju personalità kif inkun nixtieq. tar-rettili u l-amfibji) u Entomoloġija (lBla dubju, bl-isforz favur l-ambjent, naħseb li missejt xi istudju tal-insetti). Hu wkoll tal-immaniġġjar pjanti li nsibu f ’pajjiżna. X’tip konsulent tal-pesti. ta’ pjanti huma dawn u kif In-namra tagħhom bdiet irnexxielek tasal għalihom? minn meta kienu żgħar ħafna, Wasalt għalihom bl-għajnuna għax kienu jħobbu jiġġerrew inkuraġġanti ta’ Jeffrey, li se ħafna fil-kampanja, fejn kienu joqogħdu jfittxu l-insetti u jwieġbek hu stess. Peress li l-passatemp speċi oħrajn u jagħtuhom prinċipali tiegħi hu l-botanika, isem. Meta Arnold kiber, hu u partikolarment dik tal- ħuh Jeffrey komplew jiffukaw Mediterran, meta mmur indur fuq il-konservazzjoni. Illum il-ġurnata, l-aħwa fil-pajsaġġ naturali Malti, niltaqa’ ma’ speċi ta’ pjanti Sciberras jispeċjalizzaw fuq illi huma magħrufin ma’ nies gżejjer u l-ħaġriet li jkollhom
bijodiversità terrestjali, bħalma huma Filfla, il-Ġebla tal-Ġeneral, il-Ġebla talĦalfa, il-Ġebla taċ-Ċawl, Selmunett (il-Gżira ta’ San Pawl), Kemmunett u l-Ħaġar ta’ Bejn il-Kmiemen, il-Ħaġra tas-Sajjetta u l-Gżira tal-Ponta tal-Qawra. Tgħidilna xi ħaġa fuq l-illustrazzjonijiet? Min hi Cynthia Saliba, u nsibuha f ’xi xogħlijiet oħra ta’ kotba? Wara r-riċerka fuq il-kreaturi msemmija fl-istorja, Cynthia ħolqot 29 illustrazzjoni oriġinali, flimkien mal-qoxra tal-ktieb. Cynthia addattat fatti veri dwar il-kreaturi kif ukoll użat l-immaġinazzjoni tagħha sabiex addattat dak li hemm imsemmi fl-istorja ma’ dak li jista’ jiġbed l-attenzjoni ta’ għajnejn it-tfal. Dan huwa t-tielet ktieb għat-tfal li jien u Cynthia kkollaborajna flimkien, fejn ittnejn l-oħra kienu: Smartinu u d-DSTI u Nita, Niki u Vjolita. Xogħol Cynthia jinsab f’kotba oħra fosthom il-ktieb Nieħdu Ħsieb id-Dinja Tagħna miktub mill-Isqof preċedenti ta’ Għawdex, Mario Grech li ġie maħtur kardinal mill-Papa Franġisku, u wkoll il-ktieb Flower Power ma’ Ramona Attard. X’nistgħu ngħidu li hemm speċjali f ’dan il-ktieb li ma ssibx f ’kotba oħrajn tat-tfal? Naħseb kulħadd għandu l-istil tiegħu ta’ kif wieħed jikteb u kif għidt qabel, f’tiegħi dejjem hemm l-ingredjenti ta’ xi poeżija, ħafna fantasija u tagħlima. Din id-darba, f’dan il-ktieb, inkludejt ukoll lirika ta’ kanzunetta u l-informazzjoni xjentifika talispeċi bir-ritratti. Dal-ktieb għandu wkoll xejra differenti għax jinkludi intervisti li l-ġurnalist u editur Sperillu jagħmel lil diversi speċi, fejn wara jiġu ppubblikati fuq il-gazzetta li semmejtha Ħamrija. Dan għamiltu bl-iskop li nħeġġeġ aktar il-qari tal-gazzetti, kemm fost it-tfal u anki l-kbar. Inħoss li l-gazzetti għandhom iservu ta’ pjattaforma għal min ikun jixtieq juri fehemtu f’kull qasam u jagħtu palata lill-istess kittieba. X’inhu l-messaġġ li tixtieq twassal b’dan il-ktieb u ġie ffinanzjat minn xi għaqda? Nixtieq nenfasizza fuq l-importanza tal-qari, tal-kitba u tal-ħarsien tal-ambjent. Bħala finanzjament, nixtieq insemmi li dan il-ktieb kien finanzjat mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u mitbugħ minn Faraxa Publishing, li mingħandhom jista’ wkoll ikun ordnat.
20
06.12.2020
ARON TANTI
IL-VALUR TA’ RITRATT MEĦUD MALTA, MINN PERSUNA MALTIJA Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Jiena personali nibża’ millgħasafar jekk b’mod speċjali jersaq xi wieħed viċin tiegħi, iżda żgur li nammirah itir fl-ispazju tiegħu jew fuq l-istampa f’xi rivista jew ktieb. Dan l-aħħar sirt naf b’fotografu li dilettant tal-ġbid ta’ ritratti tal-għasafar u li dan l-aħħar ippubblika ktieb proprju b’dawn l-istess ritratti. Qed nirreferi għal Aron Tanti. Għandu 41 sena, trabba Birkirkara, iżda kellu x-xorti jgħaddi ħafna mill-ħin liberu ta’ tfulitu fl-inħawi rurali tal-Manikata. Illum il-ġurnata joqgħod il-Fgura, fażijiet ta’ ħajtu li kollha naqqxu parti mill-karattru tiegħu. Miżżewweġ lil Alexia u missier it-tfajjel Francesco. Għalliem tal-kompjuter fi skola sekondarja għal dawn l-aħħar 20 sena. Għandu diversi passatempi, iżda tista’ tgħid kollha għandhom x’jaqsmu, b’mod jew ieħor, mal-għasafar, minn mixi fil-kampanja, safar, birdwatching u b’mod speċjali, fotografija. Għalkemm xejn ma jiddejjaq fil-kumpanija tan-nies, spiss ifittex ħin waħdu fejn ikun jista’ japprezza n-natura ta’ madwaru. “Fil-preżenza ta’ persuni oħra, ftit jew wisq tispiċċa titlef minn dak li n-natura tipprova tagħtik. Għalija, ġmiel in-natura jmur lil hinn minn dak li naraw. Hija esperjenza li diffiċli tispjegaha jekk ma tesperjenzahiex, u aktar ma jirnexxili nsib mumenti intimi mal-ambjent naturali, iżjed tikber il-kilba għal aktar. Nemmen li kollox huwa importanti fil-ħajja, imma wisq nibża’ li bl-istil ta’ ħajja kif qed ngħixu hawn Malta llum il-ġurnata, il-bniedem qiegħed dejjem jitlef iċ-ċans li jgħix f’din l-armonija naturali li lili tant tagħtini wens, rilassament u paċi,” beda jgħidli dwaru Aron. L-għasafar kienu parti integrali minn ħajtu ferm qabel il-fotografija Mistoqsi kemm ilu dilettant tal-fotografija tal-għasafar, u x’jaffaxxinah f’din it-tip ta’ fotografija, huwa stqarr miegħi li l-għasafar kienu parti integrali minn ħajtu ferm qabel il-fotografija. “Minn ċkuniti kont
espost għall-għasafar, peress li l-familja tiegħi kienu jonsbu u joħorġu għall-kaċċa, u minn dejjem kont imsaħħar minn dawn il-kreaturi miksija bir-rix li kapaċi jaqsmu distanzi kbar għalkemm numru minnhom jiżnu biss ftit grammi. Dejjem kont nhewden u nimmaġina minn fejn ikunu ġejjin, fejn sejrin, u minn xiex kellhom jgħaddu biex waslu quddiemi! Wasalt f’mument partikolari f’ħajti fejn ħassejt li kelli bżonn mod alternattiv ta’ kif ingawdi lil dawn il-ħlejjaq, liema ħlejjaq dejjem qed isiru aktar skarsi. Hawn daħlet il-fotografija, mezz li għamilha possibbli għalija biex inkompli ngawdi l-għasafar b’mod li jgawdi kulħadd, jien u huma. Dan ma jfissirx li r-ritratti tiegħi huma kollha tal-għasafar, iżda r-raġuni ewlenija li għaliha jiena noħroġ fil-kampanja bil-camera f’idi tkun kważi dejjem l-għasafar. Dan wassal biex ikolli ġabra ta’ ritratti ta’ fjuri u ħlejjaq oħra li nsibu fil-Gżejjer Maltin, għax ladarba tkun barra ma tistax tgħid ma’ xiex tista’ tiltaqa’. Issa ili aktar minn 20 sena nieħu r-ritratti
tal-għasafar, dejjem nipprova ntejjeb il-kwalità, kemm billi ntejjeb il-kapaċità personali tiegħi bħala fotografu, kif ukoll billi ntejjeb l-apparat li nuża’,” stqarr miegħi. Fil-fatt, kif qalli huwa stess, Aron minn meta kien żgħir kien espost għall-għasafar għax ġej minn familja ta’ nassaba. Maż-żmien għażel li minflok b’xibka jibda jaqbad l-għasafar b’kamera. Mistoqsi kif jaħseb li jħarsu lejh sħabu n-nassaba llum il-gurnata, wegibni: “Inħoss li ma nkunx ġust jekk ngħid li n-nassaba u l-kaċċaturi kollha jħarsu lejja b’għajn ħażina, għax inkun qed niġġeneralizza, iżda ma nistax ngħid li ma kellix esperjenzi negattivi matul is-snin. Inħoss li dawk li jafuni huma konxji li jiena persuna li nipprova nifhem, niddiskuti u nfittex kompromess, iżda ħafna drabi, persuna b’kamera tar-ritratti fil-kampanja Maltija hija kkunsidrata bħala għadu min-nassaba u l-kaċċaturi. Għalkemm nagħmel minn kollox biex ma ndejjaq lil ħadd waqt li nkun qiegħed nieħu r-ritratti fil-kampanja, naċċerta ruħi li l-art li nkun fuqha
il-passa. Aktar ma wieħed ikollu għarfien fuq l-għasafar, aktar jiżdied iċ-ċans ta’ suċċess, iżda ċertezza hija xi ħaġa li ma teżistix f’dan il-passatemp. Forsi għalhekk aktar jaffaxxinani. Għax wara kollox, mod tara tajra, u mod jirnexxilek tieħu ritratt tajjeb tagħha. Darba jiġik ċans tieħu ritratt, jekk tlift il-mument, tflitu darba għal dejjem. Ċans simili jaf jiġik, imma eżatt bħalu qatt,” sostna miegħi. Ma’ Aron iddiskutejt ukoll il-perfezzjoni li jistenna f’kull ritratt sabiex jiġi msejjaħ tajjeb għalih. “Ma naħsibx li l-frażi “ritratt tajjeb” għandha definizzjoni waħda, tal-inqas għalija. Jista’ jkun ritratt tajjeb għax jinkludi speċi ta’ għasfur rari, għalkemm b’ċertu limitazzjonijiet tekniċi, jew jaf ikun ritratt ta’ għasfur komuni, iżda b’kompożizzjoni u dawl eċċellenti. Jiddependi ħafna minn min ikun qed jara r-ritratt, jekk mhux mill-perspettiva ta’ fotografu, jew minn xi delettant tal-għasafar. Jiena nipprova nieħu ritratti li jkunu tajbin intkun pubblika, u naħrab il-kon- dipendentement mill-perspetfrontazzjoni, u xorta kemm tiva li wieħed ikollu.” il-darba spiċċajt f’sitwazzjonijiet xejn sbieħ. Nirrepeti li mhux Ħataf l-opportunità biex jieħu sew wieħed jaqta’ linja u jpoġġi xi ħaġa pożittiva minn żmien lil kulħadd f’keffa waħda, iżda xejn pjaċevoli nemmen li nkun korrett meta ngħid li s-sitwazzjoni għal min Ta’ min jgħid ukoll li dan għandu l-passatemp tiegħi l-aħħar Aron ippubblika ktieb f’pajjiżna tista’ tkun ferm aħ- li fih ġabar ir-rakkonti f’pubjar,” stqarr miegħi. blikazzjoni – A Hundred ExpeKompla jgħidli li fil-fo- riences of a Bird Photographer tografija tal-għasafar ġieli 10 in Malta - ktieb differenti minn ħarġiet jiġuh ħżiena u waħda dawk li diġà jeżistu fis-suq biss tiġih tajba. Irid tkun per- lokali. Ħallejt f’idejh sabiex sistenti u ma jaqtax qalbu. Fil- jgħidli eżattament x’jikkonsisti fatt, iqatta’ ħafna nofstanhari dan il-ktieb, x’ħajru jagħmlu barra fix-xita, fix-xemx, fil-kes- u minn fejn wieħed jista’ jakkħa jew fis-sħana, jippersisti u wistah. “Għalkemm ili dawn jistenna dak iċ-ċans ta’ ritratt is-snin kollha nieħu ritratti tajjeb. Fi kliemu stess f’kull ri- tal-għasafar, qatt ma sibt il-ħin tratt hemm sagrifiċċju u storja. biex naħdem fuq pubblikazzĦallejt f’idejh sabiex jelabora joni kollha tiegħi. aktar dwar dan il-fatt. “Għasfur Dan għaliex kull ċans li jiemhux persuna li tista’ tiftiehem na jkolli nerħilha ’l barra biex post u ħin biex tiltaqa’, lanqas nieħu ritratti ġodda, aħjar milli xi monument jew binja storika, għandi. Meta f’Marzu li għadda fissa f’post. spiċċajt id-dar minħabba Huwa diffiċli, biex ma ngħidx l-pandemija, b’inkoraġġiment impossibbli, tbassar b’ċer- mill-mara tiegħi, Alexia, ħtaft tezza meta u fejn tara ħaf- l-opportunità biex nipprova na mill-għasafar hawn Malta nieħu xi ħaġa pożittiva minn minħabba li ħafna minnhom żmien xejn pjaċevoli. Jum wara nistgħu ngawduhom biss waqt jum, pass wara pass, bil-pariri
21
06.12.2020 u s-sapport ta’ numru ta’ ħbieb esperti fis-suġġett, irnexxieli naħdem fuq dan il-ktieb, kemm f’dak li għandu x’jaqsam fotografija, kitba, u kif ukoll issettjar. L-għan ewlieni hu li naqsam numru ta’ esperjenzi, sentimenti, u ħsibijiet mal-qarrejja, liema esperjenzi jimirħu lil hinn mill-għasafar. Ir-ritratti tal-għasafar huma l-punt tattluq, iżda d-destinazzjoni talħsieb ta’ kull ritratt hija partikolari. Il-ktieb jinkludi ħafna ritratti, kollha meħuda minni fil-Gżejjer Maltin, b’100 minnhom ikkunsidrati bħala prinċipali minħabba li huma dawk li kienu ta’ ispirazzjoni għall-esperjenzi miktuba. Umilment naħseb li hi x’inhi l-perspettiva rigward l-għasafar f’pajjiżna, kull min jaqra l-esperjenzi f’dan il-ktieb għandu jħoss li huma ħsibijiet ġusti, jirriflettu realtà minn lenti partikolari li mhux normalment nisimgħu wisq dwarha, dik ta’ fotografu tan-natura fil-gżejjer Maltin.” Żied jgħidli li l-ktieb jista’ jinxtara mill-uffiċini ta’ BirdLife Malta Ta’ Xbiex, BDL Bookshop San Ġwann, mis-siti birdlifemalta.org u bdlbooks.com, kif ukoll mill-ħwienet tal-kotba ewlenin. Fi kliemu stess, l-għan ta’ dan il-ktieb huwa li jilħaq lil kulħadd, irrispettivament minn jekk il-qarrej ikunx fotografu, delettant tal-għasafar, jew persuna bla ebda interess fit-tnejn. Ir-ritratti li minnhom ħarġu r-riflessjonijiet huma kollha tal-għasafar, iżda t-temi msemmija jinkludu diversi karatteristiċi mill-ħajja ta’ kull ċittadin. Is-suċċess fid-diżabbiltà, l-arti, l-iżvilupp urban, l-edukazzjoni, u l-flora Maltija, huma fost il-ħafna temi li joħorġu mir-ritratti tal-għasafar f’dan il-ktieb. Ovvjament, ħsibijiet relatati mal-fotografija u l-għasafar ma jonqsux. “Jiena nemmen li ritratt meħud Malta minn persuna li tgħix Malta għandu valur partikolari, għax ladarba l-fotografu rnexxielu jaqbad dak il-mument, kull min qed jarah, jista’ jesperjenza l-istess ħaġa.” Ta’ min jgħid ukoll, li tant Aron jieħu ritratti ta’ għasafar varji li permezz ta’ dan ilktieb jixtieq iġib konxju lil dak li jkun tal-varjetà t’għasafar li għandna f’Malta. Fil-fatt, stqarr miegħi li jħoss għafsa ta’ qalb meta jisma’ lil xi ħadd jgħid li Malta ftit li xejn għandna speċi ta’ għasafar. “Huwa minnu li ħafna minnhom ikunu magħna għal perjodu qasir waqt il-passa, iżda għandna numru sabiħ ta’ għasafar li jbidu hawn, u oħrajn li għalkemm ma jbidux, jqattgħu x-xitwa kollha magħna. Il-lista ta’ speċi li wieħed jista’ jiltaqa’ magħhom f’pajjiżna hija twila ġmielha, iżda wieħed irid jagħmel ċertu sforz biex ikollu ċans jilmaħ numru minnhom. Il-preżenza
ta’ ħafna mill-għasafar f’pajjiżna ma tkunx ovvja, għalhekk faċilment wieħed jieħu l-impressjoni li l-varjetà ta’ speċi hija limitata ħafna. Dan il-ktieb għandu jgħin biex persuna tapprezza kemm is-sbuħija tal-ispeċi li nistgħu naraw f’pajjiżna, kif ukoll il-varjetà tagħhom.” Sar jagħraf l-ispeċi differenti tal-għasafar, l-għajta tagħhom, fejn isorġu, meta jpassu u kemm idumu f’pajjiżna Mhux hekk biss, iżda permezz tal-fotografija jirnexxilu jaqbad dak il-mument tal-għasfur quddiemu u jirreġistra l-ispeċi li jaraw għajnejh fil-kamera li jġorr miegħu. Apparti li uża ħafna ritratti tal-għasafar filktieb li ppubblika u xi oħrajn qegħdin f’bosta kotba oħra u rivisti marbuta mal-ambjent naturali lokali u mal-għasafar, ridt inkun naf normalment x’jagħmel bihom ir-ritratti li jieħu lill-għasafar. “L-ors tiegħi hu li nkun fil-kampanja, ngħarrex qalb il-ġebel u l-ħaxix baxx tax-xagħri, fil-friegħi folti tas-siġar, jew lejn ilbaħar waqt xi maltempata, dejjem nipprova nilmaħ dak l-għasfur minn kemm jista’ jkun bogħod, biex b’hekk inkun ippreparat għal dak il-mument meta nagħfas is-shutter tal-kamera, u minn mument kwalunkwe jsir viżwal li ma jispiċċax. Il-fotografija mhux talli tagħti l-opportunità lill-fotografu li jerġa’ jgħix dak il-mument, iżda saħansitra l-possibbiltà li jaqsmu ma’ ħaddieħor. Bi pjaċir ngħid li r-ritratti tiegħi spiss jintużaw f’pubblikazzjonijiet, kemm ipprintjati kif ukoll online. Nemmen li permezz tar-ritratti meħuda f’pajjiżna, wieħed jista’ jgħin lill-poplu japprezza aktar il-ġid naturali li aħna mdawwrin bih, liema ġid nemmen li mhux rikonoxxut u apprezzat biżżejjed. Qatt mhu tard biex titgħallem u tiskopri aktar, u għalhekk nieħu kull opportunità li jkolli biex inqassam ir-ritratti tiegħi biex aktar Maltin u Għawdxin ikunu jistgħu jiskopru l-ġmiel naturali ta’ pajjiżna, b’mod speċjali l-għasafar tagħna. Minbarra l-paġna personali tal-Facebook li fiha nipprova ntella’ ritratt kuljum, numru ta’ ritratti ngħaddihom lil għaqdiet mhux governattivi biex ikunu jistgħu jużawhom għal skopijiet edukattivi. Wara kollox, bħala edukatur inħossni fid-dmir li nuża l-kapaċitajiet kollha tiegħi fil-qasam edukattiv, anke lil hinn mill-klassi,” stqarr miegħi. Naturalment iktar ma għadda ż-żmien, iktar Aron sar jagħraf l-ispeċi differenti tal-għasafar, l-għajta tagħhom, fejn isorġu, meta
jpassu u kemm idumu f’pajjiżna. Is-sbuħija tal-fotografija li jipprovdi Aron hija li permezz tal-fotografija tiegħu lill-għasfur iħallih itir u jitgawda minn kulħadd. “Ritratt ma jibdiex mal-għafsa tal-buttuna biex il-kamera tiftaħ ix-shutter ħalli jinġibed ir-ritratt. Normalment, ritratt jirrikjedi ħsieb, osservazzjoni, stennija, u b’mod speċjali, perseveranza. Aktar ma ritratt ikun diffiċli biex nieħdu, jew minħabba l-ispeċi ta’ għasfur jew minħabba ċ-ċirkustanzi, akbar ikun is-sodisfazzjon meta fuq il-kompjuter ir-ritratt joħroġ kif inkun xtaqtu. L-ewwel sodisfazzjon jasal mal-mument meta nieħu r-ritratt, imbagħad meta nara l-prodott bil-kwiet fuq il-monitor tal-kompjuter, u aktar u aktar meta nara r-ritratt ippubblikat u apprezzat minn ħaddieħor, bix-xewqa li permezz ta’ dak il-viżwal, tal-anqas persuna oħra tkun ħadet esperjenza pożittiva.” Aron infurmani wkoll li meta jkun sejjer jiġbed ir-ri-
tratti, l-ewwel imur jistħarreġ l-akkwati biex isib l-aħjar post u dawl fejn jistenna l-għasfur jiġi biex meta jiġi ċ-ċans ta’ ritratt ikun ippreparat. Immaġinajt li mhux faċli jiġbed ritratt ta’ għasfur filwaqt li jkun qed itir. Jeħtieġ ħafna ħeffa, ħsieb u pożizzjoni. “Il-post fejn wieħed imur biex jipprova jieħu ritratti tal-għasafar, il-ħin, u ż-żmien tas-sena, huma kollha elementi importanti biex wieħed iżid iċ-ċans ta’ suċċess fil-fotografija tal-għasafar. Kif jgħid il-Malti, ix-xogħol jgħallmek, u jiena nista’ nikkonferma dan għaliex inħoss li l-fotografija tal-għasafar għalija hija mixja twila. Mixja twila, iżda mhux tellieqa, fejn l-esperjenzi li niġbor kull darba li noħroġ jgħinuni nirraġuna aħjar u nitjieb fil-metodu, biex fl-aħħar mill-aħħar, nirritorna d-dar b’ritratti aħjar. Hawn nixtieq nenfasizza l-importanza li l-għasfur għandu dejjem ikun aktar importanti mir-ritratt, u jekk hemm ċans li biex nieħu r-ritratt, se nkun ta’ ħsara għall-għasfur, nipreferi nibqa’ mingħajru. Ninkwieta jekk jasal il-mument fejn ir-ritratt isir aktar importanti mill-għasfur,” sostna miegħi. Il-bniedem jaf kemm jaf qatt ma jaf biżżejjed u fil-fatt Aron jemmen li l-aħjar ritratt tiegħu hu dak li għad irid jiġbed. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar. “Jiena naħseb li ħafna drabi, mal-mument meta bniedem jgħid wasalt, dlonk jibda jmur lura. Inqabbel lili nnifsi ma’ ħuta tgħum fi xmara mexx-
ejja, fejn il-ħin kollu trid tibqa’ taqdef għax mal-mument li tieqaf, dlonk tinġarr lura. Minħabba f’hekk, jiena dejjem naħdem u nistinka biex inżid l-għarfien tiegħi kemm dwar l-għasafar kif ukoll dwar il-fotografija. Taf kemm taf żgur li għandek ħafna aktar x’titgħallem, u nistgħu nitgħallmu mingħand kulħadd, u minn kollox. Għandi kemm għandi ritratti, jiena dejjem konvint li hemm possibbiltà reali li nista’ ninzerta opportunità ta’ ritratt isbaħ milli għandi, u l-uniku mod biex nikkonferma dan ilħsieb huwa li nipprova. Li tkun persistenti, paċenzjuż u pożittiv huwa essenzjali, fejn l-aqwa ritratti xi kultant ikunu dawk li qatt ma jkun għaddielek minn moħħok li tista’ qatt teħodhom. Parti mill-faxxinu tal-fotografija tal-għasafar għalija huwa l-fatt li qatt ma taf x’se jinqala’ minuta oħra, taf xejn, u taf jiġi ċans tieħu ritratt ta’ tajra li qatt ma tkun rajt f’għomrok.” Fl-aħħar nett, Aron ħalla messaġġ lill-qarrejja ta’ din ilgazzetta. “Filwaqt li nistieden lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta tant popolari biex jaqsmu miegħi l-esperjenzi miġbura f’dan il-ktieb, nistedinhom biex kull meta jsibu ftit ċans, imqar ftit minuti, inaqqsu ftit mir-ritmu tal-ħajja mgħaġġla tagħna biex josservaw il-ġmiel naturali li aħna mdawrin bih. Dak li neqirdu llum ma nistgħux ingawduh għada, għalhekk nenfasizza l-ħtieġa biex nipproteġu dak li għandna qabel ikun tard wisq,” temm jgħidli Aron.
22
06.12.2020
L-ANTI-SUBSTANCE ABUSE SERVICE LEST LI JGĦINEK JEKK TINSAB F’DIFFIKULTÀ Kitba ta’ CLIFFORD GALEA
Issa drajtuni nitkellem dwar dan is-suġġett. Mhux biss għaliex għaddejt minnu u sar suġġett għal qalbi iżda wkoll għaliex nara l-ħtieġa tiegħu aktar ma jgħaddi ż-żmien. Tkellimt mal-Anti-Substance Abuse Service fi ħdan inNational School Support Services li jinsab fil-Ħamrun u ddiskutejt magħhom punti li jafu jkunu ta’ interess u għajnuna għalikom jekk tinsabu f’diffikultà. X’inhi l-funzjoni tad-Dipartiment tan-National School Support Services? L-NSSS (National School Support Services) li hu mmexxi mid-Direttur Josanne Ghirxi jifforma parti mid-Direttorat tas-Servizzi Edukattivi fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni. Il-Ministeru, permezz ta’ dan id-Dipartiment, ħaseb biex jipprovdi servizzi kompatibbli mar-rabta mal-Viżjoni tal-Edukazzjoni (2014) u mal-isfidi tas-seklu 21 u li, kif mistenni, dejjem jinbidlu skont l-esiġenzi tal-ħajja. Għalhekk, l-NSSS għandu l-għan li jwassal servizzi lill-kulleġġi tal-iskejjel talIstat u dawk indipendenti fir-rigward ta’ servizzi edukattivi psiko-soċjali li jgħinu lill-istudenti jtejbu ħajjithom fid-diversi ċirkostanzi tal-każi personali li jsibu ruħhom fihom. L-Anti-Substance Abuse Service, li huwa biss wieħed mis-servizzi tal-NSSS, jaħdem qatigħ biex: - Iżomm l-iskejjel ħielsa minn sustanzi illegali kif ukoll b’ambjent sigur mingħajr alkoħol u sigaretti. - Jipprovdi lill-edukaturi, ’l-istudenti u ’l-ġenituri/kustodji, bl-aħħar informazzjoni dwar is-sustanzi. - Jagħti informazzjoni u għodda dwar kif jieħdu deċiżjonijiet tajba biex iżommu ’l bogħod mid-droga/sustanzi illegali. Jaħdmu flimkien mal-edukaturi u l-kapijiet tal-iskola biex jaraw li dawn il-punti hawn fuq imsemmija jiġu esegwiti kif suppost u bl-aħjar mod. - Issir ukoll ħidma ta’ pre-
venzjoni fejn nikkollaboraw ma’ diversi entitajiet oħra f’pajjiżna li qegħdin bħalna f’dan il-qasam fosthom is-Sedqa u l-Caritas kif ukoll l-OASI, biex dejjem ngħinu lill-istudenti ma jaqgħux f’dawn il-vizzji. Sezzjoni importanti fi ħdan l-NSSS, hija l-Anti-Substance Abuse Service. X’inhu xogħolha fid-dettall? L-iskop tal-Anti-Substance Abuse Service li jaqa’ taħt it-tmexxija tal-EO tal-Counselling Services Karl Coleiro huwa wiesa’, imma prinċiparjament li ngħinu studenti li jkunu se jmissu, qegħdin f’riskju li jmissu jew li diġà messew u esperimentaw bid-droga. Aħna naħdmu biex nassiguraw li l-ambjent tal-iskola jibqa’ sigur u bla ebda preżenza ta’ sustanzi illeċiti. Dejjem naraw li nipprevenu r-riskju u l-ħsara lill-istudenti u individwi oħra li jistgħu jkunu kkawżati mis-sustanzi abbużivi. Naraw li ninfurmaw lill-istudenti u l-kustodji/ġenituri tagħhom fuq il-miżuri li jit-
tieħdu mill-iskola f’sitwazzjonijiet meta tinstab xi sustanza u abbuż ieħor fl-iskola. Nipprovdu wkoll għajnuna edukattiva u personali permezz ta’ għodda maħsuba li tista’ tgħinhom b’mod ħolistiku. Noħolqu wkoll kuxjenza fuq l-użu tad-drogi, l-effetti u l-konsegwenzi tagħhom. Dan kollu jrid ħin, paċenzja u dedikazzjoni. Dak li naraw u nisimgħu jibqa’ magħna. Ma nużaw l-ebda informazzjoni biex ngħadduha lil terzi mingħajr il-kunsens tal-istudenti nfushom. Imma meta jkun hemm periklu serju għall-individwi nfushom jew għall-oħrajn ta’ madwarhom
u f’każijiet ta’ abbuż hemm familji li huma l-familji ideali proċedura ċara li tiġi segwita u li xorta wliedhom jgħaddu minn esperjenzi xi ftit diffiċminnufih. li. Din tista’ tkun ġejja minn bullying, self-esteem baxx, X’taraw l-aktar bħala kompetizzjoni bejniethom u problema fil-ħidma influwenzi oħra li anke qed tagħkom? jiżdiedu mill-midja soċjaIl-problemi jvarjaw. Ikollok li. Imbagħad ikollok familstudenti li minn età żgħira ji li jkollhom ċerti problemi jkunu diġà qed jesperimen- li b’konsegwenza ta’ dawn, taw bid-droga. Ir-raġunijiet l-ulied ma jkollhomx forikunu varji. Illum qed ngħixu si direzzjoni tajba biżżejjed. f’soċjetà aktar ikkumplikata Imma qatt ma tista’ tiġġenfejn qegħdin naraw li ċerti eralizza. Inżommu f’moħħproblemi li fil-passat konna na wkoll li, aktar ma jgħaddi nassoċjawhom mal-adulti, żmien, id-droga aktar qed illum qed jaffaċċjawhom it- tkun preżentata bħala xi ħaġa tfal minn etajiet differen- soċjali u aċċettabbli. Kull każ ti anke dawk żgħar. Ikollok huwa differenti. Kull uman
Aħna naħdmu biex nassiguraw li l-ambjent tal-iskola jibqa’ sigur u bla ebda preżenza ta’ sustanzi illeċiti. Dejjem naraw li nipprevenu r-riskju u l-ħsara lill-istudenti u individwi oħra li jistgħu jkunu kkawżati mis-sustanzi abbużivi
06.12.2020 08.11.2020
23
Ninnutaw li dak li qabel kien sodisfaċenti għall-bniedem, illum sar forsi bla valur. In-nies ifittxu li jkollhom dejjem iżjed, xi ħaġa aktar sodisfaċenti. Kulħadd irid inkun aqwa minn ħaddieħor jekk jista’ jkun millewwel bil-konsegwenza li l-mument ma jkunx apprezzat għandu l-istorja tiegħu. Aħna dmirna hu li nindukraw u nagħtu attenzjoni lil kull każ b’mod professjonali. Huwa veru li t-tfal jew aħjar żgħażagħ jibdew jesperimentaw minn kmieni b’sustanzi illeċiti?
ħsieb huma għaliex aħna qegħdin f’kuntatt kontinwu mad-drug squad fi ħdan ilKorp tal-Pulizija. Aħna xorta nkomplu nidħlu fil-fond tal-aspett emozzjonali u personali u naraw li l-istudent ma jitħalliex għal riħu. Dan kollu jirrikjedi ħafna ħin, dedikazzjoni u paċenzja. Issib studenti li malli navviċinawhom, iħossuhom irrabjati u jirribellaw xi ftit imma bilmod u bil-kalma, jiġu lura jirringrazzjawna u juru apprezzament li għenniehom jinqalgħu minn fejn kienu mwaħħlin. Minn żmien għal ieħor, aħna dejjem inżommu ruħna aġġornati wkoll permezz ta’ konferenzi dwar il-bidla flużu tad-drogi u suġġetti relatati għaliex dawn qed jinbidlu maż-żmien.
Iva, kif diġà tennejna, illum m’għadekx titfa’ fi strata l-faxex tas-soċjetà għaliex din qed tinbidel kontinwament b’rata mgħaġġla. Ikollna minn kull età. Id-dinja qed tinbidel. Ninnutaw li dak li qabel kien sodisfaċenti għall-bniedem, illum sar forsi bla valur. In-nies ifittxu li jkollhom dejjem iżjed, xi ħaġa aktar sodisfaċenti. Kulħadd irid inkun aqwa minn ħaddieħor jekk jista’ jkun mill-ewwel bil-konsegwenza li l-mument ma jkunx apprezzat. Bħal dejjem, Ikollkom stejjer mhux kulħadd. M’għandna sodisfaċenti? niġġeneralizzaw qatt! Iva jkollna. Dak huwa mument Xi jsir biex jinbeda proċess sodisfaċenti immens għalina. biex dawn iż-żgħażagħ ikunu Naraw studenti li llum kibru megħjuna? u rnexxielhom jaqbdu karriera li dejjem ħolmu, imma li Din hija mistoqsija importan- kieku ma tkellmux magħna ti ħafna. Aħna miftuħin għal meta kellhom bżonn, kieku kulħadd. Ikollna sitwazz- l-ħolm hemm kien jibqa’. jonijiet diversi. Jista’ jkun Iwaqqfuna studenti u jgħidil-każ li ċċempel skola parti- ulna grazzi ta’ kemm għenkolari u tavżana b’każ li tilt- niehom meta kienu fl-abbiss. aqa’ miegħu. Jistgħu jċemplu Ikollna mumenti emozzjonġenituri stess li jitolbu l-għa- ali meta naraw persuna tinjnuna. Jistgħu jkunu l-istu- bidel għall-aħjar, sempliċedenti nfushom li jkellmuna. ment anke fl-atteġġjament Aħna lesti biex ngħinu. Fil- u l-imġiba tagħha. Ta’ dan każi kollha, aħna nagħm- inħossuna grati u utli lu appuntament immed- fil-formazzjoni ta’ dawn iżjat mal-istudent u mmorru żgħażagħ. fl-iskola u niltaqgħu miegħu b’mod kunfidenzjali b’noti- Messaġġ min-naħa fika lit-tmexxija tal-iskola tagħkom lis-soċjetà. u anke lill-ġenituri jew kustodji kif ukoll professjonisti Il-messaġġ tagħna huwa oħra. Nimxu skont il-każ. Im- wieħed u dejjem ċar. Jekk bagħad nimxu minn hemm. qatt ma pruvajt, aħseb Ikollna każijiet fejn l-istu- fil-konsegwenzi. Jekk diġà dent jagħtina ħafna infor- tinsab fis-sitwazzjoni, tkelmazzjoni fuq il-ħajja tiegħu lem magħna. Aħna lesti biex u naraw xi jkun l-aħjar pass nisimgħu, ngħinuk u naġixxu li jittieħed. F’każ li l-iskola flimkien. Taqtgħux qalbkom. tinnotifikana b’sustanza, l-is- M’intomx waħedkom! kola tkun obbligata li titkelKellmuna fuq 2598 3494. lem mill-ewwel mal-pulizija Issibuna fi Triq Fra Gaetano biex minn dak l-att, jieħdu Pace Forno, il-Ħamrun.
SKEDA ONE 07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 09:15 09:30 10:30 12:30 12:40
ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Indhouse Espresso ONE News Teftif
TLIETA 08-12
12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30
Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Duurella Mhux kemm taf Flimkien ma’ Nancy
18:30 19:15 19:30 20:10 20:30 21:00 22:15 23:30 23:45
TNEJN Pjazza ONE Sports 07-12 & Temp ONE News Prime Time Reboot Follow Up Gizelle ONE News Night Transmission
18:30 Pjazza 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:45 Ħabrikt - Reel 8 21:00 Mija - PL 22:15 Music Legends 22:50 Ondroad 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission
07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:30 Better Living 10:30 Espresso 12:30 ONE News 12:40 Teftif
12:45 Telebejgħ 13:00 Jacob 13:15 Indhouse 14:15 Reboot 14:50 Pink Panther 15:30 ONE News 15:35 Ieqaf 20 Minuta 16:00 Telebejgħ 16:15 Prime time Preview 16:30 Follow Up 17:30 Dak li Jgħodd
07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 09:15 09:30 10:30 12:30 12:40
12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 19:15
Telebejgħ Kalamita ONE News Teżori Telebejgħ Prime Time Preview Duurella Pink Panther Pjazza ONE Sports & Temp
ERBGĦA 19:30 ONE 09-12 News 20:10 Prime Time 20:30 The Local Traveller 21:00 Division 7 22:30 Distintivi 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission
08:30 09:15 09:30 10:30 12:30
07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum Pink Panther Telebejgħ Il-Kelma Espresso ONE News
12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:00 17:35
Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Teżori Telebejgħ Prime Time Preview Żona Sport Popcorn Ħabrikt - Reel 8
18:00 18:30 19:15 19:30 20:15 20:35 21:00 22:30 23:30 23:45
07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 09:15 09:30 10:30 12:30 12:40
ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Flimkien ma’ Nancy Espresso ONE News Teftif
12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 17:00 17:30 18:30 19:15
Telebejgħ Kalamita ONE News Kalamita Telebejgħ Prime Time Preview Duurella Indhouse Pjazza ONE Sports & Temp
19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 Min Imissu?! 22:00 Kick OFF 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission
ĦAMIS 10-12
ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Dak li jgħodd Espresso ONE News Teftif
SIBT 12-12
Mhux kemm taf Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Prime Time Dirett Ilsien in-Nisa Reboot ONE News Night Transmission
ĠIMGĦA 11-12
07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Better Living 09:30 Jacob 09:50 Reboot 10:30 Popcorn
11:00 Indhouse 11:55 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:35 Mhux kemm taf 13:10 Kick Off 14:45 Ħabrikt 15:00 The Local Traveller 15:30 ONE News 15:35 Il-Kelma
18:00 Pink Panther 18:40 Ondroad 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:30 Arani issa 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission
07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:30 12:00
12:30 12:35 15:30 15:35
19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Maratona Ġbir ta’ Fondi 23:30 ONE News
ONE News ONE News Duurella Il-Quddiesa tal-jum Paper Scan Attività Politika Maratona Ġbir
ta’ Fondi ONE News Maratona Ġbir ta’ Fondi ONE News Maratona Ġbir ta’ Fondi
ĦADD 13-12
24
06.12.2020
reċensjoni tal-ktieb
MICHAEL Michael huwa avukat żagħżugħ li jsib ma’ wiċċu l-isfida li jrid joħroġ liz-zija tiegħu minn inkwiet serju li ssib ruħha fih meta żagħżugħ li kienet tiltaqa’ miegħu f’inżul ix-xemx u jkun inġibed lejha, jispiċċa stordut fl-art u hija titlaq minn fuq il-post. Jiġri li biex isegwi liż-żagħżugħ waqt li jkun f’koma, il-qorti tinkariga konsulent mediku li kien irraġel tat-tabiba. X’jagħmel dan iż-żagħżugħ meta jiġi f’sensih? Jikxifha? Il-kobba tkompli titħabbel minħabba l-fatt li t-tabiba u żewġha ma jkollhomx tfal. Isseħħ traġedja li tiftaħ il-bieb għal ċirkustanzi ġodda li fihom iż-żagħżugħ ħabib tat-tabiba jfittex l-għajnuna legali tan-neputi tagħha dwar il-ġejjieni ta’ dar li l-familja taż-żagħżugħ ikollha fi Sqallija. Dawn iċ-ċirkustanzi jlaqqgħu lil Michael ma’ tfa-
jla minn Sqallija. Il-ġrajja tkompli b’għadd ta’ avventuri li fihom kumbinazzjoni jidħol fix-xena wkoll missier Michael, Taljan li jkun għeb minn Malta b’mod stramb ftit wara li żżewweġ lil omm Michael, minħabba gwaj li jkun daħal fih b’saqajh. Michael huwa l-ewwel rumanz ta’ Charles Buttigieg li qed jiġi ppubblikat. Sa minn meta kien għadu żagħżugħ, l-awtur kien jikteb novelli li kienu jixxandru fuq ir-Rediffusion, il-cable radio ta’ dak iż-żmien. Fil-ħajja tax-xogħol tiegħu, huwa ħadem ħafna fil-kamp ġurnalistiku u fil-qasam tar-refuġjati, fejn kien l-ewwel Kummissarju għar-Refuġjati f’Malta. F’dawn l-aħħar snin kiteb il-bijografiji ta’ persuni prominenti u issa beda jikteb ukoll ir-rumanzi. Il-ħsieb tiegħu hu li l-Avukat Michael, il-protagonista f’dan ir-rumanz, b’xi mod jibqa’ preżenti wkoll f’rumanzi oħrajn li huwa qed jippjana. Dwar l-awtur: Charles Buttigieg twieled iż-Żejtun fid-29 ta’ April, 1947. Il-ħajja tax-xogħol tiegħu bdiha fil-qasam ġurnalistiku. Kien l-editur tal-ġurnal
ta’ kuljum Il-Ħajja (1972- 1987), Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-Kurja tal-Arċisqof (1987-2009), u l-ewwel Kummissarju għar-Refuġjati f’Malta (20012007). Fl-2020 qed iwettaq xogħol volontarju filMużew tal-Migrazzjoni tal-Kummissjoni Emigranti, f’Dar l-Emigrant, Valletta. Huwa l-awtur ta’ żewġ kotba dwar Monsinjur Arċisqof Ġużeppi Mercieca: Il-Memorji (2014) u Bijografija (2017). Kotba oħrajn tiegħu huma Mikiel Gonzi – Ħamsin Sena fit-Tmun (2015) u l-Bijografija ta’ Monsinjur Philip Calleja (2019). Ħareġ ukoll ktieb bit-titlu Ir-Refuġjati f ’Ħajti (2013) u ieħor intitolat The Malta Institute of Management – Born to Lead (2013). Flimkien ma’ Mons. Philip Calleja ħareġ ukoll żewġ kotba dwar il-Beatu Nazju Falzon (1988 u 2016).
Silta mill-ktieb Michael ħareġ mill-bini tal-qorti ferħan u ftit imdejjaq fl-istess ħin. Kien ferħan għaliex bl-għajnuna kbira tar-riċerka li għamel, l-avukat anzjan li kien jaħdem miegħu fl-istess uffiċċju kien ikkonvinċa lill-ġurati li ma kienx hemm provi biex il-klijent tagħhom jinstab ħati li kien hu li daħal għand anzjana li kienet tgħix waħidha u, bil-mod ta’ kif ħallieha marbuta wara li ħarbtilha darha u seraqha, involontarjament ikkaġunalha l-mewt. Fl-istess ħin, kien ftit imqalleb, għaliex għalkemm fil-kuxjenza tiegħu huwa kien konvint li l-klijent tagħhom kien tassew innoċenti, kellu dispjaċir kbir li l-bniedem li daħal fuq dik l-anzjana u li minħabba fih mietet qabel il-waqt, kien għadu jiġġerra barra. Kien jum fil-bidu ta’ Novembru u x-xemx kienet diġà qed taħseb biex tmur iddawwal in-naħa l-oħra tad-dinja. Mill-qorti, Michael mexa, bħas-soltu, b’pass mgħaġġel lejn il-post fejn kellu l-karozza tiegħu pparkjata. Huwa u miexi kellem lil ommu Maria fuq il-mowbajl. Qalilha bir-riżultat tal-ġuri. Qalilha wkoll
li kien se jdum ftit ma jmur id-dar, għaliex qabel ried jgħaddi l-isptar jara kollega tiegħu li, jumejn qabel, korriet f’aċċident stradali. Biex bħallikieku tgħidlu li kien imissu kkuntattjaha qabel, ommu semmietlu li kienet diġà taf mir-radju bir-riżultat tal-ġuri. Imbagħad kienet pronta tifraħlu u tgħidlu li, wara dak ix-xogħol kollu tal-ġuri, kien ħaqqu jmur id-dar ftit kmieni u jsib tistennieh xi ħaġa tal-ikel li kien iħobbha ħafna. Kurjuża bħal dejjem dwar x’ikun għaddej f’ħajjet binha, li hija rabbiet prattikament waħidha għax missieru, ta’ nazzjonalità Taljana, għeb totalment minn ħajjitha meta Michael kien għadu jrid jitwieled, Maria staqsietu jekk iż-żjara lill-kollega tiegħu fl-isptar kinitx biss bħala kollega, jew xi ħaġa aktar. Binha skarta l-mistoqsija. Qalilha biss li kien iħobbha u talabha tbierku. Meta temm ikellem lil ommu, Michael kien kważi wasal ħdejn il-karozza tiegħu. Hemmhekk, b’sorpriża kbira għalih, sab tistennieh lil zitu Stella, oħt ommu.
Mistoqsija: Minn għeb minn Malta ftit wara li żżewweġ? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb MICHAEL. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 13 ta’ Diċembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb MAL-FANAL HEMM ĦARSTEK TIXGĦEL hija:
C. MICALLEF - SAN ĠWANN
01 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 X’jisimha s-sit soċjali li tipprova tgħin lil dawk kollha li għadhom dubjużi x’tip ta’ rigali jistgħu jixtru lill-maħbubin tagħhom?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
Rebbieħ: V. FALZON - IS-SIĠĠIEWI
25
06.12.2020
IL-ĦTIF TA’ RHONDA JOHNSON U SHARON SHAW DUBJI FUQ IR-RAĠEL MISJUB ĦATI
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO Rhonda Renee Johnson twieldet fis-16 ta’ Diċembru tal-1956 filwaqt li seħbitha Sharon Shaw twieldet fil-11 ta’ Awwissu tal1957. Iż-żewġ tfajliet inħatfu fl-4 ta’ Awwissu tal-1971 u l-fdalijiet tagħhom instabu fil-bidu tal1972 ħdejn Clear Lake qrib Galveston Bay. Raġel tal-lokal, Michael Lloyd Self, ġie akkużat bil-ħtif u qtil tat-tfajliet fl-istess sena li nstabu l-fdalijiet tagħhom filwaqt li nstab ħati għall-qtil ta’ Shaw fil-1975. Fl-1998 inqalgħet kontroversja sħiħa hekk kif is-serial killer Edward Harold Bell ammetta li kien hu li qatel liż-żewġ tfajliet. Din l-istqarrija wasslet biex diversi uffiċjali tal-liġi jemmnu li Self kien ġie akkużat intortament u li kien qiegħed iservi sentenza li ma kienx ħati għaliha. Minkejja dan, Self miet filħabs fl-2000.
RHONDA JOHNSON U SHARON SHAW
l-uffiċjali sabu l-bqija tal-katavru, flimkien ma’ katavru ta’ tifla oħra, f’marġ ħdejn xmara. Mir-rekords tas-snien, il-pulizija saru jafu li r-ras ta’ skeletru kienet dik ta’ Sharon Shaw L-għejbien ta’ Rhonda Johnson filwaqt li l-katavru l-ieħor kien ta’ Rhonda Johnson. u Sharon Shaw Rhonda Johnson u Sharon Shaw kienu jgħixu f’Webster f’Texas fl-Istati Uniti. Dakinhar tal-għejbien tagħhom, l-4 ta’ Awwissu tal-1971, huma kienu għadhom kif qattgħu ġurnata fuq il-bajja ta’ Galveston Bay. It-tfajliet dehru jitilqu minn fuq il-bajja iżda ma rritornawx iddar. Ix-xhieda li rawhom qalu li huma rawhom mexjin f’Seawall Boulevard f’Galveston. Fit-3 ta’ Jannar tal-1972, żewġ subien li kienu qegħdin jistadu sabu ras ta’ skeletru fl-ilma. Sitt ġimgħat wara din is-sejba,
L-investigazzjoni F’Mejju tal-1972, il-pulizija ngħataw indikazzjoni biex ikellmu lil Michael Lloyd Self, raġel li kien jaħdem f’pompa tal-petrol u li diġà kellu akkużi fuq offiżi sesswali. Il-pulizija marru jkellmuh fuq il-post tax-xogħol u l-għada Self mar volontarjament l-għassa biex jiġi interrogat. Meta Self ġie muri r-ritratti tal-vittmi, hu qal li ġieli rahom iżda ma kienx jafhom. Skont Self, il-Kap Michael Morris
HAROLD EDWARD BELL
żammu arrestat għal sigħat sħaħ u ma ħalliehx jitlaq qabel ma ammetta li kien hu li qatel liż-żewġ tfajliet. Self qal li ġie miżmum ma’ ħajt u qala’ daqqiet ta’ torċ mingħand Morris u saħansitra qal li dan tal-aħħar beda jxejjer pistola f’wiċċu bħala theddida. Dejjem skont Self, hu qal li kien se jammetti u Morris ġiegħlu jniżżel l-istqarrija tiegħu bil-miktub. Fl-istqarrija ta’ Self kien hemm ħafna diskrepanzi, bħal li ħeles mill-iġsma tal-bniet billi tefagħhom f’El Lago, post li kien 20 mil ’il bogħod millmarġ fejn instabu l-iġsma, u li qatilhom billi fegahom mentri mill-awtopsja ma kienx hemm xhieda ta’ dan. Fit-23 ta’ Ġunju tal-1972, tlett ijiem wara li ammetta, Self ta iktar ‘dettalji’ fuq il-ħtif u l-qtil tat-tfajliet lill-pulizija. Self qal
MORRIS U DEAL
lid-Deputy Sheriffs W.A. Turner u Frank Beamer li hu ġabar lit-tfajliet minn ħanut tal-ikel u ħadhom lejn El Lago biex jixtru x’jieklu minn xi mkien ieħor. Kompla jgħid li xħin wasal fl-imwarrab, hu qabad flixkun tal-luminata u ta daqqiet bih fuq ras it-tfajliet. Wara qal li neħħielhom il-ħwejjeġ u ramiehom fit-triq. Self qal li wara mar ħeles mill-katavri billi tefagħhom f’gandott f’Choate Road. Dawn id-dettalji ma kinux jaqblu mal-mod kif inqatlu u kif nstabu t-tfajliet. It-tfajliet ma nstabux fil-post fejn qal hu u mhux vera li nstabu bla ħwejjeġ. Il-ġuri Il-ġuri ta’ Self beda fil-15 ta’ Mejju tal-1973 u spiċċa fit-18 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara. Hu nstab ħati fuq il-qtil tal-ewwel grad ta’ Shaw u weħel għomru l-ħabs. Self ma nstabx ħati għall-qtil ta’ Johnson. Self appella għas-sentenza kemmil darba iżda l-appell tiegħu qatt ma ġie milqugħ. Tliet snin wara, il-Kap Don Morris u d-Deputat Tommy Deal ġew arrestati u akkużati b’serq minn diversi banek. Morris weħel 55 sena ħabs filwaqt li Deal weħel 30 sena ħabs. Dawn iż-żewġ persuni kienu tnejn min-nies li ħadmu fuq il-każ ta’ Self, fejn ingħad li Morris tratta lil Self b’mod ħażin ħafna. L-aħħar appell ta’ Self kien fl-1993 u dan reġa’ ma ġiex milqugħ. Seba’ snin wara,
Self miet fil-ħabs bil-kanċer. Fl-2011, il-Houston Chronicle ppubblikaw artiklu fejn l-avukati ta’ Self qalu li huma kienu jemmnu li Self ma kienx ħati għall-qtil tat-tfajliet. L-avukati qalu li Self ġie mġiegħel jammetti għal xi ħaġa li ma kienx ħati għaliha. Fl-artiklu ssemmew żewġ investigaturi li wkoll kienu jaħsbuha bħall-avukati ta’ Self. Konfessjonijiet oħrajn Fit-2 ta’ April tal-1980, raġel minn Taylor Lake f’Texas mar l-għassa u qal li hu kien responsabbli għall-qtil taż-żewġ tfajliet. Ir-raġel qal li hu rabat lit-tfajliet b’wajer tad-dawl, dettall li ma kienx imxandar fuq il-midja soċjali mill-pulizija u li Self qatt ma semma. Dan ir-raġel ma ġiex emmnut għax kien ibati minn mard mentali, minkejja li semma kif rabathom u l-fatt li kien joqgħod viċin tfajla minnhom. Kien hemm ukoll Edward Harold Bell li ammetta li kien hu li qatel lit-tfajliet. Bell kien diġà qiegħed iservi sentenza ta’ 27 sena ħabs meta ħareġ bl-istqarrija. Hu daħal il-ħabs wara li qatel tfajla fl-1978 wara li provat twaqqfu milli jagħmel atti mhux diċenti quddiem grupp ta’ tfajliet. Apparti dan il-qtil, Bell ammetta li qatel 11-il tfajla, fejn tnejn minnhom kienu Shaw u Johnson. Minkejja dan, hu ma tressaqx il-qorti fuq il-qtil tagħhom u fl-20 ta’ April tal-2019 miet filħabs fl-età ta’ 82 sena.
MICHAEL LLOYD SELF
26
06.12.2020
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
06.12.2020
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 358
F. MUSCAT - FLORIANA
Bi 3 NUMRI B’4 NUMRI 099 0122 426 0153 480 0183 550 0785 594 1084 732 1198 777 1244 792 1286 893 1637 967 1919 975 1934 2004 2028
2042 2096 2461 2772 2929 3353 3768 3826 5212 5291 6682 6713 6953 7645
7869 8068 8139 8284 8481 8736 8850 9260 9393 9433 9691 9763 9915
B’5 NUMRI 79007 918828 03196 80396 929276 09876 91081 13002 93953 B’7 NUMRI 17886 97592 0715128 30160 98146 4440609 36338 40137 B’6 NUMRI B’10 NUMRI 41241 023859 1004748117 41907 177404 8833160516 42613 492634 47567 612366 58783 643660 78565 820482
MIMDUDIN: 1. Kompli l-qawl: Marzu: il-fart iħoss il-bard f’........ (5) 4,16. Nibagħtu ’l barra (7)
7,9. 9. 10. 12. 16. 18.
WEQFIN: 1. Tista’ timlieh biex tieklu (6) 2. Stazzjon televiżiv (3) 3. L-Istati Uniti (1,1,1)
5,11. Ma niklux (5) 6,19. Kap ta’ ġurnal (6) 8. Siġar li jogħlew ħafna (9) 11. Ara 5 12,21W. B’żewġ roti (5)
Agħti l-ilma (5) Ara 7 Kittieba (6) Daqq? (6) Ara 4 Ir-Renju Unit (1,1)
19. 20. 21. 23. 24.
Ara 6 Ma bqajtx isfel (5) Telaq? (3) Iddur din (4) Belt (5)
13. 14. 15 17,22. 21. 22.
Warrab (3) Jirreċtaw (6) Prodott tas-siġra (6) Biċċiet (6) Ara 12 wieqfa Ara 17
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Qasir, 4.Ħmir, 7,16.Aħsad, 9.Dar, 10.Fatima, 12.Sajjar, 18,21W. Dalli, 19.Ave, 20.Feraħ, 24.Illum
WEQFIN: 1.Qaddis, 2,3.Sarraf, 5,11.Msida, 6,21M. Realta, 8.Ħajjartni, 12,23. Sdieri, 13.JDE, 14.Raħħal, 15.Sellum, 17.Att, 22.Arr
28
06.12.2020
OPPOŻIZZJONI RIGRESSIVA Editorjal
Għal min waqgħetlu żokortu fil-politika lokali llum konvint li l-PN spiċċa ostaġġ ta’ ċorma arroganti li jistennew, anzi jippretendu, li l-poplu jerġa’ jafdahom bil-preżent u l-futur tagħhom u ta’ wliedhom
Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela kellu raġun biex ibigħ meta fl-aħħar ġimgħat iddikjara li fil-Partit Nazzjonalista ma nbidel assolutament xejn, avolja żanżan it-tielet Kap tiegħu f’daqstant snin. Aktar m’għaddew jiem mill-ħatra ta’ Bernard Grech, anke l-poplu beda jirrea lizza iżjed kif mid-Dar Ċentrali mhux talli huma neqsin minn kull aspirazzjoni li jimxu ’l quddiem, iżda saħansitra qed ikomplu jiġbdu lill-Partit ’l isfel f’qiegħ ħondoq infinit. Ladarba għandu idejh it-tnejn marbutin, Dr Grech ma jistax iġib xi arja friska fl-Oppożizzjoni Kostituzzjonali. Dan kien bil-wisq prevedibbli, għax, kif iddeskriva lilu nnifsu diġà, il-Kap il-ġdid Nazzjonalista qed jikkonferma biss kemm hu l-bidillu talestablishment Nazzjonalista, li l-poplu diġà rrifjutah ruxmata drabi fl-aħħar seba’ snin. Jekk tieħu l-premessa tal-go vernanza t-tajba u s-saltna taddritt, li fuqhom jibbażaw ħafna mill-argumenti tagħhom dawn il-“paladini demokratiċi”, allura tistenna li kull żvilupp f’dan
ir-rigward jiġi rikonoxxut. Issa lkoll nafu li, wara li f’25 sena qatt ma ħadu l-passi jew il-miżuri li jitkellmu tant dwarhom illum, mill-2013 bdew jippretenduhom bi dritt mill-Partit Laburista fil-Gvern. Meta fl-aħħar xhur il-Gvern, immexxi millPrim Ministru Robert Abela, ħa deċiżjonijiet importanti u li bidlu sistemi li kienu ilhom pendenti sa minn żmien il-ħakma Ingliża, xorta baqgħu joġġezzjonaw, inkluż, pereżempju, għall-mod kif isiru l-ħatriet fil-ġudikatura. Issa jekk dan, almenu ma kienx pass ’il quddiem, bħal-lum ġimgħa Grech innifsu għażel li jieħu lill-Oppożizzjoni wkoll tliet passi lura. Il-Ħadd li għadda spiċċa rema l-approvazzjoni talPartit tiegħu stess fil-Parlament għall-akbar proġett nazzjonali, dak tal-mina bejn Malta u Għawdex. Ovvjament irrifjuta wkoll kull studju tekniku u xogħol ieħor li diġà sar f’dan irrigward fl-aħħar snin. Kif qaltlu l-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija, mhux aċċettabbli li toqgħod tilgħab bi proġett daqstant importanti, li jeħtieġ
medda ta’ snin biex iseħħ u li, fuq kollox, għandu benefiċċji multipli għas-soċjetà u l-ekonomija tal-gżira Għawdxija. Aktar u aktar meta ż-żewġ naħat tal-Kamra tad-Deputati iżjed minn sena u nofs ilu approvaw il-mozzjoni għal link permanenti fil-fliegu. Jew meta hu magħruf kif sa minn snin ilu l-PN kien jimla lill-Għawdxin bit-tama dwaru u, meta Gvern Laburista beda jaħdem b’mod konkret fuqu, saħansitra ttanta jieħu l-kredtu kollu. Ma tistax tistenbaħ jum fost l-oħrajn u tibdel fehmtek fuq żvilupp daqstant kruċjali, jekk mhux għax għandek kull intenzjoni li twaqqaf il-progress. Imma daqstant hu fieragħ kull diskors għall-gallarija li jsir mill-PN u l-Kapijiet tiegħu lejlet xi elezzjoni. Issa, kif qed niżvelaw ukoll f’din il-ħarġa, fl-aħħar ġimgħat minn Tal-Pietà ħejjew rapport biex iressquh lill-Kummissjoni Elettorali għar-reviżjoni tal-konfini fid-distretti. Kif hu deskritt fl-istess rapportaġġ tagħna, li kien għalihom lesti joħolqu straġi
sħiħa għall-votanti daqskemm għall-kandidati, basta jipprovaw jirbħu xi ħaġa b’qerq minn fuq proċess li f’kull demokrazija m’hemm xejn iżjed demokratiku minnu. Iridu sistema li hi simili għal dik li kienet titħaddem fiż-żmien li Louis Galea beda jimmilita filPN 50 sena ilu u ntużat darba biss tant kemm ħolqot anomaliji kbar dak iż-żmien … aħseb u ara bil-livelli tal-lum x’kapaċi toħloq! Għal min waqgħetlu żokortu fil-politika lokali llum konvint li l-PN spiċċa ostaġġ ta’ ċorma arroganti li jistennew, anzi jippretendu, li l-poplu jerġa’ jafdahom bil-preżent u l-futur tagħhom u ta’ wliedhom. Dawn mhuma xejn għajr dinosawri politiċi li għadhom jaħsbu u jemmnu li l-poplu hu ċ-ċuċ li jibla’ kollox. Ara kif jistgħu qatt jitwem mnu li tassew jirrispettaw id-demokrazija. L-istorja politi ka se tibqa’ tirrikonoxxihom sempliċiment bħala tali. B’din l-istess klikka, il-PN ma jista’ qatt jagħraf triq oħra, għajr dik lura … u, kif qalu, l-ebda tilqima ma tagħtihom il-fejqan.