Il-Ħadd, 7 ta’ Frar, 2021
Ħarġa Nru 1,439
ESKLUSSIVA
IL-PN LURA F’IDEJN RCC Kif kien imbassar, l-establishment Nazzjonalista ħa f’idejh il-kontroll assolut tal-Partit wara li tneħħa min-nofs Adrian Delia … illum niżvelaw dettalji minn laqgħa bejn Richard Cachia Caruana u Ray Bezzina, ir-right-hand man ta’ Bernard Grech. Rapport f’paġna 3
Prezz €1
1,800 IMPJIEG ŻDIEDU BIL-PJAN FAVUR IRKUPRU EKONOMIKU
Rapport f’paġna 7
02
07.02.2021
DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 22°C L-Inqas Temperatura: 15°C L-Indiċi UV: 4 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni baxxa fuq itTuneżija ser tersaq għal fuq il-Gżejjer Maltin It-Temp: Imsaħħab li jsir b’ħalbiet tax-xita iżolati Ir-Riħ: Ħafif għal moderat min-Nofsinhar għax-Xlokk li jsir moderat min-Nofsinhar għal-Lbiċ Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn li jsir baxx min-Nofsinhar għax-Xlokk It-Temperatura tal-Baħar: 17°C
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570
KUNTATT ĠENERALI
17°C UV 4
14°C
Il-Ħamis
18°C UV 4
13°C
Il-Ġimgħa
19°C UV 4
13°C
Is-Sibt
KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
17°C UV 4
12°C
16°C UV 4
12°C
16°C UV 4
11°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR L-ERBGĦA 10 TA’ FRAR
Regent Pharmacy, 70, Triq il-Merkanti, Il-Belt Valletta – 21245135 The Cross Pharmacy, 859, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21227682 St. George’s Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Ħal Qormi – 21443045 St. Anne Pharmacy, 24, Misraħ Sant’Elena, Birkirkara – 27441913 Deby’s Pharmacy, 1, Misraħ il-Barrieri, L-Imsida – 21227920 Krypton Chemists, Triq l-Ibraġġ, Tal-Ibraġġ – 21370141 Stella Maris Pharmacy, 34, Triq Milner, Tas-Sliema – 21335217 St. Joseph Pharmacy, 164, Triq Annibale Preca, Ħal Lija – 21414051 Brown’s Grognet Pharmacy, 41, Triq il-Kostituzzjoni, Il-Mosta – 21432038 Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar – 21571764 Brown’s Pharmacy, 45, Telgħet Raħal Ġdid, Paola – 21694818 Brown’s Pharmacy, 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Il-Kalkara – 21673811 Bellavista Pharmacy, 88 Triq il-Hortan, Marsaskala – 21633788 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Consigli, Iż-Żejtun – 21806009 Safi Pharmacy, St. John Street k/m Bieb il-Ġarra Street, Ħal Safi – 21649552 Brown’s Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ – 21465411 Anici Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, L-Imtarfa – 21452833 Abela Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Ir-Rabat, Għawdex – 21556170 Gozo Chemists, Mġarr Road, Ix-Xewkija, Għawdex – 21557278
New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, Il-Belt Valletta – 21244813 Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21221512 Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487311 Herba Pharmacy, 183, Triq il-Kbira, Birkirkara – 21443406 D’Argen’s Pharmacy, 330, Triq D’Argens, Il-Gżira – 21330817 San Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar, Pembroke – 21378485 Brown’s Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Tas-Sliema – 21313233 Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, L-Iklin – 21415499 St. Louis Pharmacy, Shop 1, Bohemian Courts, Vjal l-Indipendenza, Il-Mosta – 21432802 St. Paul’s Bay Pharmacy, 504, Triq il-Kbira, San Pawl il-Baħar – 21575276 Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Paola – 21693412 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 21821671 Medicor Pharmacy, 57, Triq Carmelo Ritchie, Ix-Xgħajra – 27032296 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Consiglii, Iż-Żejtun – 21806009 Prestige Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Ħal Kirkop – 21641328 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ – 21465346 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat, Malta – 21455479 Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat, Għawdex – 21563233 Ta’ Pinu Pharmacy, Triq Franġisk Portelli, L-Għarb, Għawdex – 27888128
03
07.02.2021
Cachia Caruana (lemin) il-ħin kollu jargumenta b’movimenti li jixhdu dwejjaq u rabja waqt li jagħti struzzjonijiet lil Bezzina li bilkemm tkellem
RCC QED JERĠA’ JIDDETTA FIL-PN LAQGĦA BEJN RICHARD CACHIA CARUANA U “L-ID IL-LEMINIJA” TAL-KAP IL-ĠDID NAZZJONALISTA, TIKKONFERMA KIF, WARA T-TNEĦĦIJA TA’ DELIA, L-ESTABLISHMENT REĠA’ ĦATAF F’IDEJH IL-PARTIT BIEX JIKKORDINA L-POLITIKA NEGATTIVA LI TIMMINA L-ĦIDMA TAL-GVERN LABURISTA U L-PAJJIŻ Richard Cachia Caruana reġa’ ħa f’idejh t-tmun tal-istrateġija Nazzjonalista minn fejn jista’ jiddetta l-manuvri kollha tal-establishment l-antik kif kien għadu jagħmel sa ftit tas-snin ilu sakemm Simon Busuttil kien għadu Kap tal-Partit. Illum nistgħu niżvelaw li laqgħa li saret nhar l-Erbgħa li għadda f’lukanda f’San Ġiljan bejnu u Ray Bezzina, il-persuna l-aktar fdata mill-Kap il-ġdid Nazzjonalista, kienet intenzjonata li tagħti struzzjonijiet speċifiċi dwar x’għandha tagħmel it-tmexxija tal-Partit Nazzjo nalista fiż-żmien li ġej. Din il-gazzetta infurmata li l-laqgħa ta’ din il-ġimgħa kienet biss waħda minn sensiela li qed isiru regolarment mindu Bernard Grech kien magħżul mill-istess establishment biex jikkontesta għat-tmun tal-Partit u eventwalment itajjar qabel il-waqt lil Adrian Delia. Uħud minn dawn il-laqgħat qed ikollhom is-sehem ta’ membri tal-għaqda Repubblika li spiss qed ikunu fid-Dar Ċentrali għal-laqgħat ta’ strateġija. Din il-fergħa tal-establishment kienet l-aktar voċifera kontra t-tmexxija ta’ Delia għal raġunijiet li llum huma iżjed ċari. Fil-laqgħa din il-ġimgħa, f’kantunie ra fil-lobby tal-lukanda, Cachia Caruana għamel aktar minn siegħa jiddetta lil Ray Bezzina, Eks Chief of Staff tal-Ministru George Pullicino u llum fit-tmexxija tal-uffiċċju ta’ Grech fid-Dar Ċentrali. Bezzina, li bilkemm lissen kelma, kien jidher midfun fil-ħsibijiet ta’ wieħed li kellu akkost ta’ kollox jaqbel ma’ dak li kien qed jindikalu ta’ faċċata tiegħu. Ġurnalisti tagħna u ta’ ONE News, li kienu fuq il-post b’mod diskret, setgħu jinnotaw lil Cachia Caruana spiss jiżbroffa u jgħolli leħnu ma’ Bezzina. Minn ftit metri bogħod, setgħu jinterpretaw tajjeb kif Cachia Caruana kien
qed jagħti direzzjoni kif għandu jitmexxa Bernard Grech fix-xogħol tiegħu. Il-Kap Nazzjonalista, li m’għandux esperjenza politika għajr fil-kampanja kontra d-divorzju 10 snin ilu, kemm-il darba nqabad jispara diskors bl-addoċċ li jikkontradixxi lilu nnifsu u ġie kkritikat fil-pubbliku li jbati biex jieħu deċiżjoni, fost oħrajn. L-argumenti waqt din il-laqgħa kienu jduru kollha mat-tmexxija tal-Partit u x’għandu jsir sa elezzjoni oħra. Issemmew b’mod partikolari l-kwistjoni tal-finanzi tal-Partit u d-djun rikorrenti tiegħu li jammontaw għal miljuni kbar. F’mumenti minnhom Cachia Caruana jistaqsi lil Bezzina min jew minn fejn qed iħallsuh, kif qed isiru l-ħlasijiet tal-uffiċjali u fejn hu l-iktar importanti li jintefqu l-flus bħalissa. Ta’ min ifakkar li tul it-tmexxija ta’ Busuttil bejn l-2013 u l-2017 kien sar magħruf kif negozjanti kienu jiffinanzjaw direttament is-salarji ta’ eluf ta’ ewro tal-ogħla uffiċjali, bl-iskuża li l-ħlasijiet kienu qed isiru għar-reklamar fuq il-midja talPN, tant li kienu jinħarġu rċevuti foloz li ġew esposti fil-pubbliku. Aktar tard, fi żmien Delia kien ħareġ ukoll kif il-Kap tal-Midja tiegħu, Pierre Portelli, kien jirrikorri kull xahar għand Yorgen Fenech, is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, biex allegatament jiġbor pakketti ta’ €20,000 minn Portomaso. Jingħad li dawn ukoll kienu jservu biex jitħallsu l-pagi tad-Dar Ċentrali. Fost l-argumenti mqanqla fil-laqgħa ta’ din il-ġimgħa, Cachia Caruana jirreferi wkoll għall-istil politiku li għandu juża Grech u kif dan għandu jsabbat saqajh iktar kemm internament kif ukoll fir-rwol tiegħu bħala Kap talOppożizzjoni. Ir-reshuffle fix-Shadow
Cabinet, li saret aktar minn 100 jum wara l-ħatra ta’ Grech fit-tmexxija talPN, ukoll issemmiet. Bezzina, flimkien mal-Eks Segretarju Ġenerali u Ministru tal-PN Louis Galea, kien involut direttament fil-laqgħat mal-membri tal-Grupp Parlamentari, anke b’mod personali f’isem il-Kap Nazzjonalista. Hu magħruf kif uħud minn dawn il-laqgħat spiċċaw b’argumenti kbar u theddid minn partitarji ta’ Stephen Spiteri u Robert Arrigo, fost oħrajn, wara tentattivi biex jitneħħewlhom ir-responsabbiltajiet importanti tassaħħa u t-turiżmu rispettivament. Dan wassal biex il-pjan oriġinali tax-Shadow Cabinet jiġi abolit u Grech, li spiċċa ma biddel prattikament xejn minn dak li kien fassal il-predeċessur tiegħu, ħareġ dgħajjef ħafna fil-pubbliku.
Permanenti ta’ Malta fi Brussell taħt il-Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Lawrence Gonzi, kif ukoll wara li fl-2012 tkeċċa b’mozzjoni storika Parlamentari u meta l-istess Gonzi rriżenja tmien snin ilu u floku daħal Busuttil. Minkejja dan, l-affarijiet inbidlu meta fl-2017 daħal fit-tmexxija Delia, li qatt ma kien involut internament qabel fil-Partit. Hu ġie fdat b’maġġoranza tat-tesserati kontra x-xewqa tal-establishment, wara li fil-kampanja għall-ħatra tiegħu kien għamel premura li jdaħħal stil ġdid ta’ politika fil-Partit minn dik li kienet tiddomina sa dak iżżmien u li spiss kien jindikaha bħala l-kaġun tal-problemi fil-PN. Dan kien ukoll rifless fir-rapport ikkummissjonat wara t-telfa elettora li tal-2013. Ħafna Nazzjonalisti wkoll baqgħu jattribwixxu dik it-telfa għall-arroganza instigata minn Filmati mil-laqgħa tal-establishment. Minn hawn, it-tmexxija tal-PN se jixxandru waqt qatgħet il-kuntatt ma’ din ix-xibka politika b’saħħitha li taħdem l-aħbarijiet illejla dejjem minn wara l-kwinti u tinfluwenza persuni f’karigi importanti ħalli, min-naħa tagħhom, B’tixjir tal-idejn u espressjonijiet jattakkaw lill-Gvern Laburista. Espota’ rabja, Cachia Caruana jinstema’ nenti tagħha kienu wkoll responsabf’ħinijiet minnhom isemmi d-“diżas- bli għall-akbar gidba fl-istorja politika tru” (“fuckin’ disaster”) li qed jaħkem lokali, dik ta’ Egrant, u l-ħsara kbira lil lill-Partit. Lil Bezzina wkoll jgħidlu li Malta b’tixwix u konġetturi bla bażi li tilef il-boxxla (“you’re mad”). għadhom isiru fil-fora internazzjonali. Ma’ dan, Cachia Caruana tkellem Għaldaqstant, issa li Cachia Caruana dwar persuni li, “bla dubju”, għandhom u l-establishment qegħdin jerġgħu jidikunu fuq il-lista tal-kandidati tal-Partit dettaw l-aġenda fit-tmexxija tal-Partit għall-elezzjoni ġenerali li jmiss u fejn ifisser li l-affarijiet se jissoktaw minn għandhom jikkontestaw. fejn waqfu erba’ snin ilu b’politika disFl-imgħoddi, l-establishment dejjem truttiva iżjed ikkordinata, kif jixhdu kellu l-aħħar kelma fuq it-tmexxija tal- l-ewwel ftit xhur taħt Grech. Dawn diġà PN, waqt li Cachia Caruana kellu rwoli qed jiġu ttimbrati bħala simili għall-istil ewlenin. Dan baqa’ fis-seħħ anke meta li ħaddan Busuttil, il-magħżul favorit Cachia Caruana sar ir-Rappreżentant tal-istess Cachia Caruana.
04
07.02.2021
JIĠI SKARTAT IL-PJAN NAZZJONALISTA BIEX “JINSTERQU S-SIĠĠIJIET” IL-PARLAMENT JAPPROVA L-EMENDI FIL-KONFINI ELETTORALI KIF IMRESSQA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI, KONTRA L-ĦSIEB TAL-OPPOŻIZZJONI LI RIEDET TIEĦU S-SISTEMA ELETTORALI LURA GĦAR-RIŻUTAT PERVERS TAL-1971 META L-PN ELEĠĠA DEPUTATI ANKE MINGĦAJR KWOTI Il-pjan tal-Partit Nazz jo nalista biex jipprova jnaqqas id-distakk elettorali billi, b’manuvrar fil-konfini elettorali, jisraq siġġijiet fil-Parlament anke mingħajr il-kwota meħtieġa din il-ġimgħa ġie skartat kompletament mill-ogħla istituzzjoni nnifisha. Meta nhar it-Tnejn li għadda l-Parlament approva r-rapport kif imressaq mill-Kummissjoni Elettorali għal tibdil minimu fil-konfini, kif kienet obbligata li tagħmel skont il-Kostituzzjoni, awtomatikament twarrab rapport minoritarju mħejji mill-Oppożizzjoni li kien jitlob ċaqliq maġġuri bl-iskop li jiffavorixxi lill-PN, l-istess kif kien il-każ fl-Elezzjoni Ġenerali ta’ 50 sena ilu. Ftit jiem wara li ż-żewġ rapporti tressqu fil-Kamra tad-Deputati mill-Prim Ministru Robert Abela, ilKullĦadd ikkwotat analisti, li ilhom isegwu l-proċessi elettorali f’pajjiżna għal dawn l-aħħar għexieren ta’ snin. Dawn żvelaw kif inhu ċar li l-iskop tal-PN immexxi minn Bernard Grech hu dak li japprofitta ruħu minn sistema li ntużat darba biss – fl-Elezzjoni Ġenerali tal-1971 – fejn deputati kienu ġew eletti anke b’nuqqas ta’ kwota. Ir-rapport għar-reviżjoni fil-konfini, li l-erba’ rappreżentanti tal-Oppożizzjoni ressqu għall-approvazzjoni quddiem il-Kummissjoni Elettorali, ippropona ċ-ċaqliq minn distrett għal ieħor ta’ kważi nofs il-popolazzjoni ta’ pajjiżna, jew 214,510 votanti, flimkien ma’ 44 lokal sħiħ jew partijiet minnhom. Ir-rappreżentanti tal-Oppożizzjoni fuq il-Kummissjoni Elettorali huma Mario Callus, Ray Zammit, Joe Zammit Maempel u Victor Scerri. Skont l-istess sorsi, din
Parti mir-rapportaġġ estensiv tal-KullĦadd li elenka l-ħsieb tal-Oppożizzjoni biex jiċċaqilqu aktar minn 200,000 votant u 44 lokalità jew żoni minn distrett għal ieħor il-manuvra hi intenzjonata biss biex taħsad il-maġġoranza li jgawdi l-Partit Laburista llum u fakkru kif fl-1971 kien hemm ħames distretti minn għaxra li eleġġew sitt deputati, flok ħamsa, favur il-PN, li wassal biex il-Partit Laburista jirbaħ b’marġini minima ħafna ta’ inqas minn 20 vot u b’vantaġġ ta’ siġġu wieħed. Skont l-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika, li sar minn Dr Vincent Marmara u ppubblikat bħal-lum
ġimgħa fil-gazzetta It-Torċa, il-Partit Laburista qed igawdi maġġoranza ta’ madwar 40,000 vot fuq il-PN, simili għar-riżultat tal-aħħar elezzjoni ġenerali. Ir-rapport li pproponiet l-Oppożizzjoni fil-Kummissjoni Elettorali ma sabx l-appoġġ tal-maġġoranza wara li l-Kummissarju Prinċipali Elettorali Joseph Camilleri vvota favur ir-rapport bl-emendi proposti mir-rappreżentanti tal-Gvern.
Din il-ġimgħa l-Parlament seta’ ma qabilx mal-argument tal-Kummissjoni Elettorali. F’dak il-każ kien jibgħat ir-rapport lura lill-Kummissjoni għall-kunsiderazzjoni mill-ġdid. Dan, iżda, ma seħħx u terġa’ l-Oppożizzjoni lanqas ma talbet biex jittieħed vot fuq l-emendi proposti biex dawn għaddew bl-approvazzjoni ta’ kulħadd (nem con). Ir-reviżjoni tal-konfini elettorali trid issir mill-Kum-
missjoni Elettorali b’intervalli ta’ mhux inqas minn sentejn u mhux iżjed minn ħames snin, biex tbiddel dawk id-distretti sa fejn tqis mixtieq skont ir-riżultat tar-reviżjoni. L-aħħar reviżjoni kienet seħħet fl-2016. Fit-8 ta’ Ottubru li għadda l-Kummissjoni Elettorali bagħtet ir-rapport tagħha u dak minoritarju lill-Prim Ministru u lill-Kap tal-Oppożizzjoni. Nhar it-Tnejn 23 ta’ Novembru l-Prim Minis-
05
07.02.2021
tru poġġiehom fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-Parlament kellu sat-8 ta’ Marzu 2021 biex japprova t-tibdil propost u fi żmien sitt xhur irid jiġi ppubblikat ir-rapport finalizzat fil-Gazzetta tal-Gvern. Ir-reviżjoni li tressqet saret fuq ir-Reġistru Elettorali ta’ April 2020, b’total ta’ 353,241 votant. Skont dak li testabbilixxi l-Kostituzzjoni ta’ Malta, kienu biss is-Seba’ Distrett u t-Tnax-il Distrett elettorali li jinsabu b’numru ta’ voti iżjed mill-5% li suppost. Dawn fil-fatt għandhom 6.75% u 6.31% iżjed rispettivament. B’hekk, il-Kummissjoni kellha l-obbligu li ssib rimedju biex dawn jiġu konformi mal-ammont ta’ mhux aktar minn 5% iżjed jew inqas mill-kwota elettorali, li f’dan
il-każ hi 26,922. Jiġifieri distrett ma jistax ikollu inqas minn 25,576 jew aktar minn 28,268 vot eliġibbli. Għaldaqstant il-Kummissjoni, b’responsabbiltà u bl-inqas inkonvenjent kemm għall-kandidati kif ukoll għall-votanti, qablet li ċċaqlaq parti minn Ħaż-Żebbuġ (1,320 votant) mis-Seba’ Distrett għas-Sitt Distrett u parti min-Naxxar (1,219-il votant) mill-Għaxar għat-Tnax-il Distrett. Dan iċċaqliq totali ta’ 2,539 votant iġib it-12-il distrett konformi sew mat-threshold ta’ 5% iżjed jew inqas mill-kwota elettorali. Jirriżulta li, minħabba emenda Kostituzzjonali li kienet saret, it-Tlettax-il Distrett qatt ma jista’ jiġi rivedut, anke jekk illum għandu 30,200 votant u b’hekk ivarja bi 12.20% iżjed minn dak li hu permessibbli fil-bqija. Ir-rapport approvat mill-Kummissjoni Elettorali jċaqlaq biss 2,539 votant, kontra r-rapport minoritarju mressaq mill-Oppożizzjoni li ried iċaqlaq aktar minn 214,500 votant u jagħmel terremot sħiħ fid-distretti. Permezz tal-Eks Segretarju Ġenerali Clyde Puli, il-PN kien qed jimbotta favur tibdil drastiku fid-distretti elettorali u l-introduzzjoni ta’ bażi permanenti, bħal dik tat-Tlettaxil Distrett, mingħajr ilħtieġa ta’ reviżjoni kull ħames snin. L-analisti li tkellmu magħna huma konvinti li din ma taħdimx u toħloq inġustizzji, li jistgħu biss jiffavorixxu lill-PN u mhux lid-demokrazija nazzjonali. “Hi ġusta li r-reviżjoni ssir kull ħames
snin biex ma jkun hemm ebda distrett inferjuri jew superjuri minn ieħor fl-ammont ta’ votanti,” qalilna wieħed mill-analisti. “(Il-PN) tajjeb li jiftakar fl-imgħoddi u ma jippruvax jintroduċi sistemi b’tama li jaħdmu favur il-PN, kif kien il-mottiv lura fl-Elezzjoni tal-1971, u ma rnexxiex għal inqas minn 20 vot.” Dakinhar, skont il-Kostituzzjoni, il-Kummissjoni Elettorali ma kellhiex l-aħħar kelma, iżda kien il-Parlament li japprova kollox. Ma kienx hemm qbil dwar emendi li tressqu dak iż-żmien mill-Gvern Nazzjonalista u nħolqot problema, għax ma kien hemm xejn ipprovdut fil-Kostituzzjoni f’dan ir-rigward. Il-Gvern Nazzjonalista ressaq emenda fil-Kostituzzjoni li b’maġġoranza sempliċi seta’ jbiddel u jirranġa d-distretti. Il-Partit Laburista kien oppona u fetaħ kawża Kostituzzjonali biex l-emenda tiġi annullata, iżda l-Qorti ċaħdet din it-talba u l-elezzjoni saret f’Ġunju tal-1971. Il-PL kien rebaħ dik l-elezzjoni, iżda b’marġini ta’ inqas minn 20 vot fuq is-Sitt Distrett u b’siġġu wieħed vantaġġ li ntrebaħ min-Nutar Ġużè Abela. F’dik l-Elezzjoni kienu ġew eletti sitt kandidati minn ħames distretti (ilpajjiż kien maqsum f’għaxar distretti dak iż-żmien). Kienu t-Tieni, it-Tielet, is-Seba’, itTmien u d-Disa’ Distrett li esperjenzaw tali anomalija. L-għan aħħari kien li l-PL jibqa’ jżomm l-istess numru ta’ membri eletti f’dawn id-distretti u l-PN iżid issitt wieħed li ma kienx jiġi elett bil-kwota, meta l-Kamra tad-Deputati kienet b’50 membru. Din is-sistema tneħħiet u fl-elezzjoni ta’ wara, tal1976, id-distretti kienu saru 13, b’ħames kandidati kull wieħed, u b’hekk bdew jiġu eletti 65 membru fil-Kamra tad-Deputati. Għal dawn l-aħħar 50 sena u disa’ elezzjonijiet ġenerali, il-Kummissjoni Elettorali dejjem sabet kurituri ta’ art u ħadet partijiet minn bosta lokalitajiet u tinkludihom ma’ distretti oħrajn basta jkunu jikkonfinaw ma’ xulxin.
IN-NOFS MILJUN KARITÀ TA’ DELIA JIĠI RRIFJUTAT Id-Dar tal-Providenza mhux se taċċetta d-donazzjoni ta’ €500,000 mingħand il-Grupp CATCO li ġiet ippreżentata mill-Eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia fil-maratona ġbir ta’ fondi nhar l-Ewwel tas-Sena. Wara li kienet qabbdet kumpanija lokali ta’ awditjar biex tagħmel eżerċizzju ta’ verifika wara li ġiet offruta din is-somma u li qajmet għagħa u rabja fil-Partit Nazzjonalista, ilbieraħ fi stqarrija d-Dar tal-Providenza qalet li ċ-Ċermen talGrupp ma pprovdiex l-informazzjoni relevanti mitluba biex jiġi verifikat l-oriġini tas-somma. B’hekk qalet li, filwaqt li tapprezza dan il-ġest sabiħ, mhux se tkun f ’pożizzjoni li tirċievi din id-donazzjoni. Dan l-iżvilupp inaqqas is-somma finali li nġabret fil-marato-
na tad-Dar tal-Providenza għal €2,031,540. Id-donazzjoni ppreżentata minn Delia kienet sors ta’ ġlied ieħor għall-PN, tant li l-Kap Bernard Grech innifsu kien stqarr li kien jippretendi li jkun avżat mill-predeċessur tiegħu qabel saret. Esponenti tal-establishment u tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, bħal Godfrey Leone Ganado u Wayne Hewitt, ukoll infexxew jattakkaw lil Delia u mill-ewwel poġġew fid-dubju s-sors tas-somma fenomenali, waqt li ġie mfakkar kif Delia jinsab investigat mill-FIAU fuq frodi u ħasil ta’ flus. Min-naħa l-oħra, dawk favur Delia kienu qalu li hu att tal-mistħija li donazzjoni għal għan nobbli ntużat biex isir attakk politiku.
IL-BEJGĦ LOKALI F’DIĊEMBRU KIEN AĦJAR MILL-2019 L-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat, indika li l-bejgħ talħwienet lokali f’Diċembru li għadda kien 3.3% ogħla minn dak fl-istess xahar sena qabel meta l-pandemija kienet għadha ma missitx max-xtut tagħna. Fil-bqija taż-Żona Ewro ż-żieda kienet ta’ 0.6% biss, waqt li 10 pajjiżi saħansitra rreġistraw inqas dħul. Dan ifisser li l-irkupru fil-bejgħ osservat f’pajjiżna kien kważi sitt darbiet dak li kien hemm f’pajjiżi oħrajn. L-andament tal-bejgħ f’pajjiżna kien ilu li qaleb il-folja, tant li eżatt mat-tħabbir tal-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika ta’ €900 miljun bdiet tiġi rreġistrata żieda xahar wara l-ieħor. Peress li f’Marzu u April tal-2020 kien hemm tnaqqis qawwi ta’ kważi kwart tal-bejgħ kollu, bħala medja s-settur dam sa Diċembru li għadda biex reġa’ għal-livell ta’ bejgħ li kien hemm fl-2019. Il-bejgħ ta’ ikel, xorb u fuel f’Diċembru kien għadu inqas milli kien fl-istess
xahar fl-2019. Dan jirrifletti l-fatt li f’pajjiżna m’hawnx l-istess ammont ta’ turisti li kien ikun hawn fi snin passati. B’kuntrast, il-bejgħ ta’ oġġetti oħrajn jidher li rranka sewwa u qed jagħmel tajjeb għal dan l-impatt. Minkejja ż-żieda fix-xiri, il-familji Maltin u Għawdxin xorta baqgħu jżidu d-depożiti tagħhom mal-banek lokali u sa tmiem Diċembru li għadda dawn laħqu s-somma rekord ta’ €14.3 biljun. Dan hu aktar minn biljun ewro mill-ammont ta’ depożiti rreġistrati qabel bdiet il-pandemija. Fl-istess perjodu fl-2009, meta pajjiżna kien għaddej minn kriżi finanzjarja imma bi sfidi ferm inqas qawwija, id-depożiti tal-familji kienu naqsu b’€100 miljun, konferma ta’ kemm l-għajnuna mill-Gvern is-sena li għaddiet qed tagħmel id-differenza. Anke l-livell ta’ ottimiżmu fost il-familji Maltin u Għawdxin illum hu fost l-ogħla fl-Ewropa, skont l-istħarriġ regolari li tagħmel ta’ kull xahar il-Kummissjoni Ewropea.
06
07.02.2021
PASSAĠĠI SIGURI GĦAR-ROTI U L-MIXI F’TOROQ MODERNI Fit-tfassil u t-twettiq ta’ proġet- għall-mixi u r-roti li jgħaqqad ti ġodda massiċċi li qed jibdlu Santa Luċija mal-Marsa. Inwiċċ l-infrastruttura prinċipali frastructure Malta bniet ukoll fil-pajjiż, il-Gvern qed jalloka mill-ġdid il-mina għall-mixi l-ispazju kollu neċessarju għal (subway) ta’ Triq tal-Barrani passaġġi siguri għaċ-ċiklisti b’disinn aħjar, biex issa għandu għal dawk kollha li jgħaddu ha wkoll rampi għaċ-ċiklisti, passaġġi aċċessibbli għal mill-akkwati bil-mixi. Bil-proġett innovattiv kulħadd u cameras ta’ sortal-Marsa Junction, il-mini veljanza li jħarsu s-sigurtà ta’ ġodda biswit, f’Santa Luċija, dawk li jgħaddu minnha biex it-twessigħ tat-triq bejn Ħal jivvjaġġaw bejn Santa Luċija, Luqa u Ħal Qormi, u l-proġetti Raħal Ġdid u Ħal Tarxien.” Il-Ministru tenna li dan fir-roundabouts qrib l-Ajruport f’Ħal Luqa u fil-Gudja għall-ew- l-investiment ta’ €20 miljun wel darba qed tingħata prijorità tejjeb is-sigurezza, l-effiċjenwkoll lil min ikun bir-rota jew za u s-sostenibbiltà tar-rotta bil-mixi f’postijiet fejn qabel ewlenija lejn in-naħa t’isfel ta’ ma kienx possibbli għalihom Malta. “Il-mini ġodda b’erba’ korsiji li jimirħu jekk mhux b’periklu li jgħaqqdu Triq Tal-Barrani serju għal ħajjithom. B’mistoqsijiet li qajjem din ma’ Vjal Santa Luċija (it-Telil-ġimgħa, id-Deputat u Kelliem għa tal-Addolorata) qegħdin Ewlieni Nazzjonalista għat-Tra- inaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar sport u l-Infrastruttura Toni b’aktar minn 30%. Qed itaffu Bezzina ngħata lezzjoni tajba wkoll it-tniġġis mid-dħaħen u dettaljata mill-Ministru res u l-istorbju tal-konġestjoni li kienet toħloq ir-roundabout li ponsabbli Ian Borg. Waqt li Bezzina staqsa kien hemm qabel, li fiha kienu daqslikieku ma teżistix infra- jiltaqgħu u jaqsmu kontra struttura simili għaċ-ċiklisti xulxin diversi rotot traffikużi, fil-proġetti multimiljunar- fosthom tliet toroq arterjaji li qed jinħolqu u x’biħsiebu li u tliet toroq oħrajn li jagħtu jagħmel il-Gvern biex jirranġa għal Santa Luċija, Raħal Ġdid s-sitwazzjoni, il-Ministru u Ħal Tarxien. Bil-junction għat-Trasport, l-Infrastrut- il-ġdida fuq żewġ livelli, ħafna tura u l-Proġetti Kapitali fe- mill-vetturi li kienu jgħaddu Parti mis-cycle lane fin-niżla minn Santa Luċija għal taħt taħlu għajnejh b’elenku ta’ minn dan is-salib it-toroq issa il-flyovers fil-Marsa fejn ukoll hemm passaġġ maqtugħ kull proġett kbir, li mhux biss jgħaddu dritt minn ġol-mini. għaċ-ċiklisti u dawk kollha li jgħaddu bil-mixi (fuq) jaħseb għal dan, iżda fih innifsu B’hekk saret ukoll eħfef biex wkoll itejjeb l-aċċess għall-vet- tivvjaġġa b’mod aktar sigur u turi u allura jelimina kull traf b’metodi differenti bejn it-tliet minn rotta għall-mezzi tal-iv- Tarxien. Il-punti għall-qsim pe- (MIA), se jintroduċi għadd ta’ fiku li kien jinġema’ preċeden- lokalitajiet tal-madwar,” komp- vjaġġar alternattivi aktar sigu- donali kkontrollati bis-sinjali faċilitajiet aktar siguri għal ra bejn Ħal Luqa, Santa Luċija, tad-dwal (pelican crossings) u mezzi alternattivi tal-ivvjaġġar. tement, flimkien mat-tniġġis li la l-Ministru. “L-iżvilupp mill-ġdid ta’ din F’din it-tweġiba, hu sem- Ħal Tarxien, Raħal Ġdid, il-Mar- l-passaġġi li Infrastructudan kien joħloq. ture Malta bniet mar-round- il-junction, waħda mill-aktar F’mistoqsijiet separati, ma li l-kuntratturi mqabbdin sa u Ħal Qormi. Jirriżulta li l-ewwel par- about ġdida ta’ Santa Luċija qed ħoloq importanti tas-sistema Bezzina staqsa fil-Parlament ukoll bnew mina doppja li tista’ jistax il-Ministru jgħid kif tgħaddi minnha bil-mixi (twin ti minn din ir-rotta fiż-żewġ joffru wkoll konnessjoni sigura tat-toroq Maltin, biex jonqTransport Malta se tassigura walk-through culvert) twila 1.1 direzzjonijiet saret fl-2019 u aktar komda għal dawk li su l-ħin tal-ivvjaġġar u r-riskji li jkun hemm passaġġ sigur kilometru minn Triq Tal-Bar- permezz tal-bini mill-ġdid ta’ jkunu qed jużaw din ir-rotta t’aċċidenti għal dawk li jgħaddu għaċ-ċiklisti bejn Santa Luċija rani lejn Vjal Santa Luċija biex Triq Ħal Luqa, biswit Ġnien ġdida għall-mixi u r-roti, u li mill-mini ta’ Ħal Kirkop biex jivu l-Marsa issa li x-xogħol rela- tingħaqad ma’ mini simili li is-Serenità f’Santa Luċija. Bil- jkunu jridu jaslu lejn jew jitilqu vjaġġaw minn u lejn Ħal Kirkop, l-Imqabba, il-Qrendi, iż-Żurrieq tat mal-mini ta’ Santa Luċija saru taħt il-flyovers tal-Marsa proġett tal-mini f’Santa Luċija, minn Raħal Ġdid. Ian Borg qal: “B’hekk, kif u Ħal Safi. Il-proġett se jtejjeb Infrastructure Malta hu lest u x’tip ta’ cycle issa tawlet din ir-rot- diġà spjegajt, permezz ta’ dan ukoll l-aċċess lejn l-Ajruport lanes se jiġu inklużi ta tul il-karreġġjata l-investiment bla preċedent u r-rotta ewlenija għall-Freefil-proġett tal-flyover tat-Tramuntana fi Vjal fir-rotta ewlenija lejn in-Nof- port, żewġ destinazzjonijiet fuq ir-roundabout Santa Luċija sal-Mar- sinhar ta’ Malta, il-Gvern qed kruċjali għal diversi setturi tal-Ajruport. Il-Kelliem Ewlieni Nazzjonalista sa, fejn bniet passaġġi jiżgura li jkun hemm rotta sig- tal-ekonomija,” qal il-Ministru. Fl-ewwel tweġiba Toni Bezzina staqsa daqslikieku Fi tweġiba elaborata, Dr oħrajn maqtugħin ura għall-mixi u r-roti mhux tiegħu dwar il-proġetfil-proġetti infrastrutturali kbar mit-triq u mina għall- biss bejn Santa Luċija u l-Mar- Borg kompla jgħid li “fil-fatt, ti konnessi tal-Marsa u Santa Luċija, Dr tal-Gvern ma teżistix infrastruttura mixi u r-roti fis-sit sa, iżda anke lejn Ħal Luqa, lejn id-disinn ta’ dan il-proġett ġdid Borg qal li “l-proġett li taħseb għaċ-ċiklisti … il-Ministru tal-Marsa Junction Ħal Tarxien, lejn Raħal Ġdid u jinkludi bankini ġodda u titjib fil-faċilitajiet għat-trasport tal-mini ġodda kien responsabbli Ian Borg wieġbu billi Project, li jwasslu din lejn Ħal Qormi.” Fit-tieni tweġiba tiegħu dwar pubbliku. Il-proġett se joħloq il-konnessjoni sigura jinkludi wkoll il-bini tah lezzjoni tajba u dettaljata sal-inħawi tal-Mar- ix-xogħlijiet li għadhom kif ukoll rotot ġodda u siguri għaċmill-ġdid tal-mogħdisa Sports Grounds, bdew tal-Kirkop Tunnels and ċiklisti li se jikkumplimentaw ilja għall-ġiri (jogging Airport Intersection Project korsiji għar-roti u l-pont għallfid-direzzjoni ta’ Ħal Qormi. track) li hemm fil-viċinanzi, kif Junction Project. Permezz tal-mina pedon- (KTAIP), il-Ministru qal lil Bez- mixi u r-roti fi Vjal l-Avjazzjoni ukoll punti għall-qsim pedonali Il-passaġġ ġdid għall-mixi u bid-dwal tat-traffiku bejn Raħal r-roti maqtugħ f’livell għalih, ’il ali (subway) ġdida taħt Triq zina li l-investiment ta’ €18-il kif ukoll il-passaġġ maqtugħ Ġdid u Santa Luċija, flimkien fuq mill-korsiji tal-karozzi mat- Tal-Barrani, din ir-rotta għall- miljun oħra, li se jibdlu d-dehra għalih għall-mixi u r-roti fi Triq ma’ waqfiet aktar siguri għall- ul Vjal Santa Luċija (it-Telgħa mixi u r-roti issa hi magħquda tal-junction quddiem l-Ajru- San Tumas u Triq Ħal Qormi, li karozzi tal-linja u passaġġ ġdid tal-Addolorata), jifforma parti wkoll b’mod aktar sigur ma’ Ħal port Internazzjonali ta’ Malta Infrastructure Malta bniet fl-
07
07.02.2021
IL-PJAN GĦAL IRKUPRU EKONOMIKU QANQAL ŻIEDA TA’ 1,800 IMPJIEG
aħħar tliet snin. Id-disinn ġdid tar-roundabout ukoll se jinkludi faċlitajiet aktar siguri għal dawk li jgħaddu minnha bilmixi jew bir-rota, inkluża rotta ta’ cycle lanes li tgħaqqad Triq l-Ewwel Titjira ma’ Vjal l-Avjazzjoni, permezz ta’ passaġġ wiesa’ madwar tliet metri biex joħloq bi-directional cycle lane maqtugħa għaliha millkarozzi u anke mill-passaġġi pedonali fl-istess proġett.” Ġie spjegat li din is-cycle lane f’żewġ direzzjonijiet twassal sar-rampi tal-pont ġdid għall-mixi u r-roti li Infrastructure Malta fetħet fi Vjal l-Avjazzjoni s-sena li għaddiet, biex minnu tkun tista’ jew tibqa’ sejjer fid-direzzjoni tat-Tramuntana lejn Ħal Luqa u Ħal Qormi (minn cycle lanes li Infrastructure Malta fetħet fis-snin li għaddew) jew inkella taqsam il-pont biex tmur fid-direzzjoni ta’ Dawret il-Gudja, lejn il-Gudja u Ħal Għaxaq. Fuq in-naħa ta’ Vjal l-Avjazzjoni fil-Gudja (direzzjoni Nofsinhar), Infrastructure Malta qed tibni korsija għar-roti f’direz-
zjoni waħda biex tasal b’mod sigur f’Dawret il-Gudja. Dan il-proġett se joħloq konnessjonijiet diretti maqsumin fuq tliet livelli differenti, minn u lejn diversi rotot li jiltaqgħu f’din il-junction. Fil-livell ta’ taħt, iż-żewġ mini ġodda taħt ir-roundabout se jgħaqqdu direttament il-karreġġjati tan-Nofsinhar u tat-Tramuntana ta’ Vjal l-Avjazzjoni ma’ dawk ta’ Triq Ħal Far. B’hekk, dawk li jkunu għaddejjin f’din ir-rotta, inklużi vetturi kbar, ġejjin minn jew sejrin lejn Birżebbuġa, il-Freeport jew il-Qasam Industrijali ta’ Ħal Far, ma jkollhomx għalfejn iduru mar-roundabout. Fuq il-mini, ir-roundabout eżistenti se tkun iddisinjata u mibnija mill-ġdid biex tiffaċilita l-aċċess minn u lejn il-Gudja, Ħal Għaxaq u l-Ajruport. Il-proġett se jtejjeb ukoll il-bypass lane eżistenti biex tkompli tħaffef l-ivvjaġġar fid-direzzjoni tat-Tramuntana mill-ħruġ tal-mini ta’ Ħal Kirkop lejn Vjal l-Avjazzjoni. Fit-tielet livell imbagħad, fuq ir-roundabout se jkun hemm flyover ġdida li sservi ta’ pont bejn il-karreġġjata tan-Nofsinhar ta’ Vjal l-Avjazzjoni u Triq l-Ewwel Titjira, fid-direzzjoni lejn il-mini ta’ Ħal Kirkop. Għaldaqstant, jekk tkun trid tiġbed lejn il-mini ta’ Ħal Kirkop biex tibqa’ sejjer Ħal Kirkop, l-Imqabba, il-Qrendi, iż-Żurrieq jew Ħal Safi mhux se jkollok bżonn aktar tgħaddi mar-roundabout. Il-Ministru temm jiddikjara li, b’hekk, għal darb’oħra, l-investiment bla preċedent li qed isir mill-Gvern Laburista fit-toroq arterjali ta’ pajjiżna mhux biss qed iwassal għal inqas ħin fl-ivvjaġġar, inqas riskji t’aċċidenti u arja aktar nadifa, iżda qed joħloq ukoll infrastruttura ġdida u aktar sigura għal dawk li jixtiequ jużaw mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi u aktar sostenibbli.
Ċifri tal-JobsPlus jindikaw li mindu tħabbar il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika ta’ €900 miljun fil-bidu ta’ Ġunju 2020, l-impjiegi f’pajjiżna reġgħu bdew jiżdiedu. Fl-ewwel erba’ xhur wara dik l-injezzjoni massiċċa mill-Gvern kien hemm b’kollox żieda ta’ 1,828 impjieg jew medja ta’ 15-il impjieg aktar kuljum. Minn dawn l-impjiegi ġodda, kważi 680 kienu full-time. Bejn l-aħħar ta’ Frar u l-aħħar ta’ Mejju, l-impjiegi f’pajjiżna esperjenzaw daqqa qawwija, bi tnaqqis kull xahar. Minkejja dan, minn Ġunju ’l hawn din it-tendenza waqfet u l-impjiegi reġgħu bdew jirkupraw. Nhar il-Ġimgħa li għadda l-Prim Ministru Robert Abela żar il-fabbrika tal-kumpanija E&L Enterprises fiż-Żona Industrijali ta’ Ħal Far, li mhux biss żammet lis-70 ħaddiem li kellha, imma bl-għajnuna msemmija saħansitra ingaġġat 25 ħaddiem ieħor fis-sena tal-pandemija. Sadanittant, miċ-ċifri ta’ JobsPlus joħroġ li f’kull settur ekonomiku mindu tħabbar il-pjan ta’ riġenerazzjoni kien hemm jew żieda fl-impjiegi full-time jew żieda f’dawk part-time, inkella saħansitra fit-tnejn. Dan jinkludi anke s-setturi l-aktar milqutin mill-pandemija, jiġifieri t-trasport, il-lukandi u r-restoranti. Is-setturi bl-akbar żieda f’dawn ix-xhur kienu dawk tal-edukazzjoni u s-saħħa. Hawn kien hemm żieda ta’ aktar minn 450 ħaddiem full-time, li 380 minnhom kienu fis-settur pubbliku. Dan jindika kemm ilGvern investa bis-sħiħ fl-aħħar xhur biex kemm is-settur tas-saħħa kif ukoll dak edukattiv ikollhom aktar riżorsi umani. It-tieni l-akbar żieda seħħet fis-servizzi finanzjarji. Hawnhekk fl-erba’ xhur bejn Ġunju u Settembru kien hemm żieda ta’ 245 impjieg full-time. Dan b’kuntrast għall-propaganda li ssir mill-Oppożizzjoni li dan is-settur jinsab fi stat ta’ inċertezza minħabba l-Moneyval. Kuljum dan is-settur żied żewġ impjiegi. Setturi oħrajn li raw tkabbir sinifikanti, speċjalment meta tqis li pajjiżna jinsab f’pandemija, kienu s-servizzi professjonali, il-gaming, l-informatika u l-komunikazzjoni. Dawn huma kollha setturi fejn ħafna mill-attività hi diġitali u t-tkabbir fihom hu sinjal ċar ta’ kemm tagħmel sens il-politika
Il-vouchers kellhom impatt qawwi fil-qasam tar-restoranti fejn żdiedu 232 impjieg part-time u anke fuq il-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut fejn b’kollox ġew irreġistrati 172 impjieg
ŻIDIET FL-IMPJIEGI BEJN Full Part ĠUNJU-SETTEMBRU 2020 Time Time Agrikoltura u sajd
29
101
Manifattura, enerġija u ilma
176
116
Kostruzzjoni
168
78
Bejgħ bil-grossa u bl-imnut
64
108
Trasport
123
55
Lukandi u restoranti
636
79
Informazzjoni u komunikazzjoni
63
64
Servizzi finanzjarji
245
23
Proprjetà
64
53
Servizzi professjonali
114
147
Servizzi amministrattivi
8
186
Amministrazzjoni pubblika
127
232
Edukazzjoni u saħħa
456
66
Gaming
190
68
Servizzi oħrajn
86
87
TOTAL
679
1149
tal-Gvern favur qalba diġitali tal-ekonomija ta’ pajjiżna. Il-miżuri li ħa l-Gvern fil-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika kellhom impatt pożittiv dirett li kien ferm qawwi. Fil-fatt, is-settur tal-kostruzzjoni, kif ukoll dak tal-proprjetà, raw żidiet qawwija fl-impjiegi kemm fulltime kif ukoll part-time. B’kollox dawn żiedu bejniethom 232 impjieg full-time u 131 impjieg part-time. It-tnaqqis tal-boll kienet miżura effettiva li waqqfet it-tnaqqis qawwi fil-konvenji li kien ġie osservat sa tmiem Mejju. Dan ukoll wassal biex l-operaturi fil-qasam tal-proprjetà, kif ukoll dawk fil-kostruzzjoni, raw żieda qawwija fid-domanda. Ta’ min jinnota wkoll li l-vouchers ta’ €100 li ngħataw lil kull ċittadin kellhom effett impressjonanti. Fil-qasam tar-restoranti minn Ġunju sa tmiem Settembru filfatt kien hemm żieda ta’ 232 impjieg parttime. Dan għamel ftit tajjeb għat-tnaqqis li baqa’ jkun hemm fost l-operaturi tal-lukandi, fejn in-nuqqas ta’ turiżmu kompla jkollu effett negattiv. L-impatt pożittiv inħass anke fuq id-domanda domestika meta wieħed iqis li fil-qasam tal-bejgħ bil-grossa u bl-imnut (wholesale u retail) kien hemm żieda ta’ 172 impjieg. Dan meta fix-xhur ta’ qabel kien hemm tnaqqis ferm qawwi. L-istatistika ppubblikata mill-JobsPlus tispjega għal xiex wara t-tħabbir tal-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika l-ammont ta’ persuni jirreġistraw beda jonqos. Dan ilpjan u miżuri oħrajn pożittivi, li implimenta b’kuraġġ u b’ambizzjoni l-Gvern Malti, wasslu biex il-qgħad beda jonqos b’mod veloċi, bil-kontra ta’ dak li qed iseħħ f’pajjiżi oħrajn fl-Ewropa u lil hinn.
08
07.02.2021
KALKOLI TAL-CARITAS DIĠÀ JINQABŻU MINN FAMILJI LOKALI BAĠITS GĦAL DĦUL DIĊENTI INDIKATI FIR-RAPPORT TAL-GĦAQDA NTLAĦQU FL-AĦĦAR SNIN GRAZZI GĦALL-MIŻURI U L-BENEFIĊĊJI LI DAĦĦLU GVERNIJIET LABURISTI Għadd ta’ familji Maltin jaqbżu l-Baġits li ġew indikati fir-rapport ippreżentat mill-Caritas fejn jiġi stabbilit ammont ta’ dħul minimu li bniedem għandu bżonn biex jgħix ħajja sempliċi, imma diċenti. L-istudju, li sar fost tliet tipi ta’ familji – familja ta’ żewġ adulti u żewġt itfal, ġenitur wieħed b’żewġt itfal u koppja anzjana – isegwi oħrajn simili li saru fl-2012 u fl-2016. Il-Gvern innota li meta wieħed iqabbel ilBaġit meħtieġ skont il-kalkoli tal-Caritas maddħul effettiv f’seba’ kategoriji differenti ta’ sitwazzjonijiet, isib li fil-maġġoranza tal-kategoriji msemmija, inkluż pensjonanti jew familji bittfal fejn xi ħadd mill-ġenituri jaħdem, il-familji konċernati għandhom dħul li jaqbeż l-ammont ta’ flus indikat fil-faxex rispettivi. Nhar il-Ġimgħa, il-Caritas qalet li, skont l-istħarriġ tagħha, familja li tinkludi żewġ adulti u żewġt itfal teħtieġ ftit inqas minn €14,000 biex tgħix ħajja diċenti, ftit aktar minn €11,000 għal familja li tinkludi ġenitur waħdu u żewġt itfal, u ’l fuq minn €8,000 għal familja li tinkludi koppja anzjana ta’ ’l fuq minn 65 sena. Stqarrija mill-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tatTfal qalet li meta wieħed iqabbel il-Baġit meħtieġ skont il-kalkoli tal-Caritas mad-dħul effettiv
f’seba’ kateġoriji differenti ta’ sitwazzjonijiet, isib li fil-maġġoranza tal-kategoriji msemmija inkluż pensjonanti jew anzjani ta’ ’l fuq minn 65 sena jew familji bit-tfal fejn xi ħadd mill-ġenituri jaħdem, il-familji konċernati għandhom dħul li jaqbeż il-Baġit, f’każ minnhom b’19%, filwaqt li fit-tliet kategoriji l-oħra hemm distakki pożittivi li jvarjaw saħansitra bejn l-34% u s-47%. Dan ifisser li d-dħul ta’ dawn il-fċamilji, anke jekk l-istudju ffoka fuq dawk bil-pensjoni minima jew bil-paga minima u benefiċċji oħra relatati, huwa ogħla, f’ċerti każi b’mod sostanzjali, mill-Baġit stabbilit mill-Caritas. B’kuntrast, fl-istudju tal-2012 kien ħareġ biċ-ċar li l-benefiċċji, speċjalment il-pensjoni minima, ma kinux biżżejjed biex ikopru Baġit minimu ta’ spiża. Mill-bqija tal-kategoriji attwali hemm żewġ kategoriji fejn għad hemm distakk negattiv żgħir ta’ 4.3%. F’dan il-kuntest, il-Gvern ħa nota tal-kategoriji li għadhom taħt dan il-Baġit, liema kategoriji huma dawk fejn il-ġenituri ma jaħdmux jew jgħixu fuq l-benefiċċji soċjali. Il-Gvern semma kif l-istudju tal-Caritas isemmi ċ-Children’s Allowance, l-In-work Benefit u anke għajnuna fil-ħlasijiet tal-kontijiet tad-dawl
u l-ilma. Il-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali qal li bis-saħħa tat-titjib fil-paga minima nazzjonali u tal-pensjonijiet, kif ukoll l-għadd sostanzjali ta’ miżuri li ddaħħlu fis-seħħ fl-aħħar ħames snin, kien hemm żidiet fid-dħul li mill-inqas ivarjaw bejn 14% u 23%, u fil-maġġoranza talkażi l-oħra qabżu l-40%. Il-Gvern qal li hu sodisfatt li bosta jaqbżu l-kategoriji tal-Baġit tal-istudju tal-Caritas wara li wessa’ l-basket bi prodotti u servizzi ġodda. Dwar dan l-aħħar rapport, id-Direttur tal-Caritas, Anthony Gatt, qal li din id-darba saret enfasi fuq familji li għandhom xi membru b’diżabilità. Il-Caritas ħarġet ukoll b’25 rakkomandazzjoni frott ir-riżultati minn dan l-istħarriġ, fosthom biex jiġi rivedut il-mekkaniżmu ta’ kif jinħadem il-Cost Of Living Adjustment (COLA) u biex jinħoloq istitut għar-riċerka dwar il-faqar u l-ġustizzja soċjali. Waqt li ppreżentalu kopja tar-rapport, Gatt irringrazzja lill-Prim Ministru Robert Abela talli dejjem ta widen għal dak li tkun fasslet il-Caritas. Min-naħa tiegħu Dr Abela qal li dan ilGvern hu impenjat li jibqa’ jkun qrib ta’ għaqdiet bħall-Caritas u jaġixxi fuq l-ideat li jippreżentaw.
KONFERENZA GĦALL-GĦAQDA NAZZJONALI MILL-PRESIDENT L-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika se jorganizza “Konferenza għall-Għaqda Nazzjonali” bl-involviment dirett tal-pubbliku bilgħan li tiġi xprunata diskussjoni matura dwar is-suġġett. Dettalji dwar il-konferenza, li se ssir nhar is-Sibt 27 ta’ Frar 2021 fid-9.30 a.m. fil-Palazz Verdala, ingħataw ilbieraħ mill-President innifsu Dr George Vella. Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Palazz ta’ Sant’Anton, il-President irrimarka li, permezz ta’ din l-inizjattiva, se jkun qed ikompli jwettaq dak li wiegħed dakinhar tal-ħatra tiegħu bħala Kap talIstat: li jagħti importanza assoluta u li jaħdem bis-sħiħ biex f’pajjiżna tissaħħaħ l-għaqda nazzjonali. Dakinhar kien irrimarka li din l-għaqda ma tiġix biss bix-xewqa iżda rridu naħdmu għaliha. Filwaqt li għamel ċara x-xewqa tiegħu li din il-konferenza
tinżamm ’il bogħod mill-politika partiġjana, il-President qal li jieħu gost jisma’ diversi esponenti politiċi jlissnu kliem favur l-għaqda, għax b’hekk il-poplu qed jiġi mfakkar, imqar jekk b’mod passiv, dwar l-importanza ta’ dan ilkunċett. Dan, però, mhux biżżejjed. Huwa tkellem dwar il-bżonn ta’ diskussjoni mifruxa li tagħti widen għal dak li verament qed iħoss il-poplu, bl-ispazju kollu liċ-ċittadin u għal analiżi minn min hu miftum mid-dimensjoni politika, li kultant toħnoq jew titfi bdil ta’ ħsibijiet ta’ natura ħafna usa’. Irrimarka li l-pandemija swiet bħala pawża ta’ riflessjoni dwar fejn qegħdin bħala pajjiż u bħala poplu filwaqt li nisslet ċerta għaqda bejnietna. Madankollu, huwa importanti li ma ninsewx kollox la niġu lura għan-normal. Il-President ħabbar li, għal din
il-konferenza, sab il-koperazzjoni ta’ personalitajiet li jmissu mad-diversi xejriet tal-ħajja u li huma determinati daqsu li joħroġ il-ġid minn din l-inizjattiva. Dawn huma l-Professur Carmen Sammut, il-Professur Simone Borg, il-Professur Andrew Azzopardi, il-Perit David Xuereb, Mario Fava, Reno Bugeja u Aleks Farrugia. Dawk li jixtiequ jirriservaw post fil-Palazz Verdala jistgħu jagħmlu dan billi jibagħtu d-dettalji tagħhom fuq konferenzanazzjonali@gov.mt. Il-postijiet huma limitati minħabba r-restrizzjonijiet fis-seħħ biex tiġi kkontrollata l-pandemija tal-COVID-19. Minkejja dan u biex il-parteċipazzjoni tkun miftuħa għal numru kemm jista’ jkun mifrux ta’ nies, il-konferenza se tixxandar ukoll dirett fuq il-paġna ta’ Facebook tal-President fejn il-pubbliku jkollu l-possibbiltà li jgħid tiegħu online.
09
07.02.2021
PROĠETT GĦAT-TKATTIR TAL-QABRU NAZZJONALI
Wara s-suċċess ta’ ħames snin ilu biex titkattar il-ħuta endemika tal-Bużaqq, l-għaqda ambjentalista Nature Trust għadha kif imbarkat fuq proġett ġdid, din id-darba biex issaħħaħ il-popolazzjoni tal-Qabru, il-granċ tal-ilma ħelu li wkoll hu rikonoxxut fil-lista ta’ speċi nazzjonali. Wara li nkisbu l-permessi kollha neċessarji mill-Awtorità għar-Riżors Ambjentali (ERA), il-proġett il-ġdid mifrux fuq tliet snin għandu l-għan li jistudja l-imġiba ta’ riproduzzjoni tal-granċ. Grazzi għal finanzjament ta’ €40,000 mill-Fondazzjoni HSBC Malta, Nature Trust qed taħdem fiċ-Ċentru tal-Akwakultura f’Marsaxlokk fejn irnexxielha toħloq l-ambjent tipiku fejn ikun jista’ jgħix il-Qabru. Numru ta’ granċijiet li twieldu dan l-aħħar qed jiġu osservati 24 siegħa kuljum f’dan il-laboratorju biex jiġi studjat il-mod kif jgħixu u jitgħammru ħalli tinġabar biżżejjed informazzjoni biex
’il quddiem, f’każ ta’ periklu ta’ estinzjoni, tkun tista’ tkattar il-popolazzjoni tiegħu. Dan hu konformi mal-politika kontra t-telf tal-bijodiversità fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, il-Ġnus Magħquda u l-FEEE International, li n-Nature Trust hi affiljata magħha. Fi stqarrija, Nature Trust, li għadha kemm iffirmat ftehim mal-Gvern biex tamministra Wied il-Qlejgħa, jew kif inhu magħruf aħjar bħala Chadwick Lakes, qalet li l-proġett se jkun qed jevalwa wkoll l-abitat naturali tal-Qabru u jidentifika theddid jew problemi li dan jiffaċċja fl-ambjent naturali tiegħu. L-għaqda wiegħdet li ttejjeb dawn l-abitati rari tal-ilma ħelu, li huma importanti ħafna għall-bijodiversità tal-Gżejjer Maltin. Fil-fatt jinstabu biss żewġ ambjenti naturali fejn jitkattar il-Qabru, wieħed f’Malta u l-ieħor f’Għawdex. Il-Qabru kien iddaħħal fil-lista ta’ speċi nazzjonali, flimkien mal-Bużaqq, wara l-introduzzjoni ta’ regola-
menti mill-ERA tliet snin ilu, li jsaħħu l-protezzjoni ta’ dawn l-ispeċi u oħrajn li jinstabu f’Malta b’mod naturali u mhux għax ġew impurtati. Dan il-granċ tal-ilma ħelu, li konna nsibuh ukoll fuq il-munita tal-ħames ċenteżmi tal-valuta tal-Lira Maltija, hu legalment rikonoxxut bħala speċi nazzjonali bħas-Siġra tal-Għargħar, il-pjanta Widnet il-Baħar, u l-għasfur nazzjonali l-Merill. Il-President ta’ Nature Trust Vincent Attard qal li hu d-dmir tal-għaqda li tgħin biex titħares il-bijodiversità ta’ pajjiżna u kull telf ta’ abitat naturali li jista’ jkun hemm. “Qed naħdmu mal-awtoritajiet biex insibu l-aħjar soluzzjonijiet ħalli ntejbu s-sitwazzjoni fejn meħtieġ u anke nikkonservaw il-wirt naturali tagħna ħalli jitgawda minn ġenerazzjonijiet futuri. Irridu lill-pubbliku biex jifhem it-teżor li għandna fuq artna u ntejbuh għall-ġid komuni tal-ekonomija, is-soċjetà u l-ambjent,” tenna Attard.
10
07.02.2021
SENA FID-DJARJU TAL-PRIM MINISTRU: MEJJU-ĠUNJU
ŻVILUPPI B’BIXRA INTERNAZZJONALI Ix-xahar ta’ Mejju kien ikkaratterizzat minn żewġ fatturi – il-ħidma għaqlija tal-Gvern marbuta mal-pandemija u mal-amministrazzjoni tal-pajjiż, partikolarment il-ħidma fuq il-front tal-immigrazzjoni. Proprju fl-1 ta’ Mejju – Jum il-Ħaddiem – il-Prim Ministru ħabbar l-irtirar ta’ ċerti miżuri kontra l-pandemija, bi prekawzjonijiet, b’miżuri oħrajn isegwu matul ix-xahar. Il-Kummissjoni Ewropea tbassar li bil-ħidma tal-Gvern Malti, minkejja d-dipendenza qawwija fuq it-turiżmu, l-effett tal-pandemija tal-COVID-19 fuq pajjiżna se jkun kwart inqas minn dak fil-bqija taż-Żona Ewro. Xogħol il-Prim Ministru wkoll ġie rikonoxxut mill-Għaqda Dinjija tat-Turiżmu li faħħret ix-xogħol li sar u li qed isir fis-settur turistiku waqt l-imxija, biex dan ikun salvagwardjat u jkun aktar sostenibbli. Fl-istess ħin, pajjiżna baqa’ jżomm livell għoli malaġenziji ta’ kreditu, waqt li aktar kumpaniji lokali żammew l-istess fiduċja fis-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-pajjiż u jħabbru tkabbir u investiment. L-impenn dirett tal-Prim Ministru biex jittaffa l-piż tal-immigrazzjoni fuq pajjiżna jħalli marka bi ftehim milħuq mal-Libja waqt żjara li saret f’dan il-pajjiż. Minbarra dan, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ppubblika wkoll fl-intier tagħha l-inkjesta maġisterjali wara denunzja ffirmata minn Jason Azzopardi għallgħaqda Nazzjonalista Repubblika fejn saru allegazzjonijiet gravi ta’ qtil volontarju ta’ immigranti fil-konfront ta’ Robert Abela, il-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta Jeffrey Curmi u l-membri tal-Patrol Boat P52. Il-konklużjonijiet tal-inkjesta maġisterjali ġabu fix-xejn l-allegazzjonijiet. Ix-xahar ta’ Ġunju beda bil-Prim Ministru jkompli jaqta’ l-frott tal-bżulija u l-ħidma li saret fl-ewwel xhur tal-pandemija, bit-tħabbira li pajjiżna se jkompli bir-ritorn lejn il-ħajja normali, b’inqas restrizzjonijiet ta’ miżuri li ttieħdu minħabba l-pandemija. Iħabbar ukoll il-frott li qed iħalli l-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment b’€1.5 miljun mill-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali (NDSF) jiġu allokati għall-Caritas. Fit-tieni ġimgħa tax-xahar jitħabbar l-akbar pakkett fl-istorja għar-riġenerazzjoni ekonomika ta’ €900 miljun bħala pjan ta’ viżjoni u direzzjoni li jinċentiva lil min jinvesti u lil min jonfoq. Fl-istess ħin ġew irreġistrati aktar ċertifikati, bil-Eurostat turi li meta mqabbla mal-istess perjodu sena qabel, Malta baqgħet bl-aqwa żieda fl-impjiegi u tkabbir tal-ekonomija. Kien xahar ukoll fejn pajjiżna kompla għaddej bir-riformi. Dan rajnieh f’żewġ okkażjonijiet: l-ewwel meta l-Parlament approva metodu ġdid għall-ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija, b’Angelo Gafà bħala l-aktar wieħed addattat u jinħatar wara smigħ parlamentari mill-Kumitat Permanenti dwar ilĦatriet Pubbliċi; u t-tieni bit-tħabbira li l-Gvern u l-Kummissjoni Venezja kkonkludew pożittivament l-ewwel proċess ta’ riformi li bdew fl-ewwel jiem ta’ Gvern immexxi minn Robert Abela, fejn din talaħħar laqgħet favorevolment il-miżuri li saru wara proċess wiesa’ ħafna ta’ konsultazzjoni. Kompliet ukoll il-viżjoni tal-Gvern li jħejji lil pajjiżna għall-ġenerazzjonijiet li jmiss bil-Prim Minsitru jniedi inizjattiva ġdida li permezz tagħha jinħoloq settur ekonomiku ġdid tal-aircraft leasing.
1 TA’ MEJJU: F’Jum il-Ħaddiem, il-Prim Ministru jgħid li jinsab sodisfatt li wasal dak il-mument, fejn sebaħ jum isbaħ mill-bieraħ u li l-pajjiż beda t-triq għal normalità ġdida. Iħabbar li għadd ta’ stabbilimenti kummerċjali u attivitajiet jistgħu jerġgħu jiftħu u jibdew joperaw mill-ġdid b’għadd ta’ prekawzjonijiet. 6 TA’ MEJJU: Fit-tbassir tagħha dwar l-andament tal-ekonomiji Ewropej, il-Kummissjoni Ewropea qed tbassar li filwaqt li madwar iż-Żona Ewro, il-ġid nazzjonali mistenni jonqos din is-sena b’7.7%, f’Malta d-daqqa ekonomika se tkun ta’ 5.8%. Dan ifisser li minkejja d-dipendenza qawwija ta’ pajjiżna fuq it-turiżmu, l-effett tal-pandemija tal-COVID-19 se jkun kwart anqas minn dak madwar iż-Żona Ewro. Barra minn hekk, filwaqt li fiż-Żona Ewro d-daqqa ta’ 7.7% tal-2020, mhux se tkun irkuprata fl-2021 għax it-tkabbir se jkun ta’ 6.3%, f’Malta fl2021, it-tkabbir ekonomiku se jkun akbar middaqqa tal-2020. 7 TA’ MEJJU: Statistika maħruġa mill-Eurostat tikkonferma kemm il-piż tal-kontijiet tal-elettriku naqsu mill-bidla fil-Gvern f’Marzu 2013 ’l hawn. Fil-fatt, skont il-Eurostat fit-tieni nofs tal-2019 il-prezz tal-elettriku f’Malta għall-familji kien €0.13 kull kilowatt-hour. Dan meta fiż-Żona Ewro l-prezz huwa €0.23 kull kilowatt-hour, jew 77% aktar minn dak li jħallsu l-familji Maltin u Għawdxin. L-istatistika tal-Eurostat tindika li l-familji tagħna għandhom ir-raba’ l-orħos kontijiet fl-Unjoni Ewropea u t-tieni l-orħos fiż-Żona Ewro. 11 TA’ MEJJU: Il-Prim Ministru Robert Abela jżur u jitkellem mal-ħaddiema tas-saħħa li qegħdin joffru s-servizzi tagħhom fiċ-Ċentru Nazzjonali għat-Trasfużjoni tad-Demm,
fid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, l-Uffiċċju tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u l-Isptar tar-Riabilitazzjoni Karin Grech. 12 TA’ MEJJU: Il-Prim Ministru Robert Abela jirringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-Malta Enterprise li kellhom irwol importanti biex ifasslu skemi li permezz tagħhom ġew salvati aktar minn 90,000 impjieg ta’ ħaddiema u self-employed. Aktar minn €50 miljun f’għajnuna lill-ħaddiema fix-xahar. 12 TA’ MEJJU: Pajjiżna mfaħħar mill-Għaqda Dinjija tat-Turiżmu għax-xogħol li sar u li qed isir fis-settur turistiku waqt l-imxija talCOVID-19, u sabiex dan is-settur ikun salvagwardjat u jkun aktar sostenibbli. 14 TA’ MEJJU: “Grat ħafna għas-servizz u l-protezzjoni li joffrulna dawn l-eroj - lejl u nhar, 24 siegħa kuljum” jgħid il-Prim Ministru waqt żjara fost ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. 18 TA’ MEJJU: Il-Prim Ministru Robert Abela jżur il-proġett ta’ units ta’ housing soċjali fi Triq Hanover f’Bormla u jgħid li l-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali qed ikompli jieħu nifs ġdid wara 40 sena sħaħ. 18 TA’ MEJJU: Il-Prim Ministru jħabbar aktar rilaxxament ta’ miżuri li ttieħdu minħabba l-imxija tal-pandemija. 23 TA’ MEJJU: L-aġenzija Ġermaniża Creditreform Rating tikkonferma li l-prospetti għall-credit rating ta’ pajjiżna huma stabbli. B’kuntrast, mill-bidu ta’ Marzu kien hemm erba’ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li ngħataw
11
07.02.2021
prospett negattiv u tnejn oħra li kellhom ir-rating downgraded. 25 TA’ MEJJU: Il-Prim Ministru Robert Abela jżur il-faċilitajiet tal-kumpanija Burmarrad Commercials f’Burmarrad, li riċentement ħabbret li se tirriloka l-operat tagħha, inkluż l-amministrazzjoni u l-workshops, f’bini akbar u modern f’żona industrijali fil-Marsa. Se tinvesti f’faċilità ġdida u f’aktar vetturi elettriċi. 28 TA’ MEJJU: Fi Tripli, il-Prim Ministru jenfasizza li s-soluzzjoni għall-migrazzjoni irregolari tinsab f’azzjoni konkreta fuq ix-xtajtiet Libjani. Għal dan il-għan, iż-żewġ pajjiżi ffirmaw ftehim (Memorandum of Understanding) biex jitwaqqfu żewġ ċentri ta’ kordinazzjoni li jiġġieldu t-traffikar uman. 30 TA’ MEJJU: L-Uffiċċju tal-Prim Ministru jippubblika fl-intier tiegħu r-rapport dwar l-Inkjesta Maġisterjali wara denunzja li ressqet l-għaqda Repubblika bil-firma ta’ Jason Azzopardi, b’allegazzjonijiet ta’ qtil volontarju ta’ immigranti min-naħa tal-Prim Ministru u tal-Brigadier Jeffrey Curmi, u tentattiv ta’ qtil minn membri oħra tal-Forzi Armati ta’ Malta. L-Inkjesta Maġisterjali ġġib fix-xejn l-allegazzjonijiet. 1 TA’ ĠUNJU: Il-Prim Ministru Robert Abela jżur u jitkellem mal-membri tas-St John Rescue Corps fil-kwartieri tal-għaqda li tinsab fil-Forti Madliena. 1 TA’ ĠUNJU: Il-Prim Ministru jħabbar li pajjiżna se jkompli bir-ritorn lejn il-ħajja normali, b’aktar rilaxxament ta’ miżuri li ttieħdu minħabba l-pandemija - jgħid li mhux qed infittxu xi ħaġa differenti minn dak li konna mdorrijin qabel, se jkun
hemm normalità b’differenzi sakemm din in-normalità tkun fl-intier tagħha. Din il-ġurnata konna ilna nistennewha. 4 TA’ ĠUNJU: Il-Prim Ministru Robert Abela sejjaħ il-ħidma tal-Malta Dockers Union bħala union responsabbli li ma tħarisx limitatament lejn l-interessi tal-ħaddiema liċenzjati tax-xatt membri tagħha, iżda wkoll lejn l-interessi tas-settur biex dan jibqa’ wieħed b’saħħtu. 5 TA’ ĠUNJU: “Illum, aktar minn qatt qabel, qed naraw il-frott li qed iħalli l-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment” – il-Prim Ministru Robert Abela. €1.5 miljun mill-NDSF allokati għal Caritas Malta. Waqt żjara li għamel fl-uffiċini tal-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq dwar l-importanza ta’ dan il-programm għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta’ pajjiżna. 6 TA’ ĠUNJU: Wara kważi 40 jum fuq il-baħar, ilGvern Malti ddeċieda li jdaħħal f’Malta lill-immigranti li kienu qed jinżammu barra t-territorju Malti. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li s-sitwazzjoni fuq dawn il-vapuri saret diffiċli ħafna u qamet kommossjoni. 8 TA’ ĠUNJU: Il-Kabinett tal-Ministri jipproponi kandidat għall-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija. Wara li l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ħarġet sejħa pubblika u temmet il-proċess ta’ evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizjia, il-Kummissjoni b’mod unanimu rreferiet il-lista mqassra għal żewġ kandidati lill-Kabinett tal-Ministri. Il-Kabinett tal-Ministri kkunsidra ż-żewġ kandidati u ddeċieda li jirreferi lis-Sur Angelo Gafà bħala l-ak-
tar wieħed addattat għall-ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija, għal smigħ parlamentari mill-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi. Dan il-pass qed isir wara li l-Parlament approva metodu ġdid għall-ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija. Għall-ewwel darba fl-istorja, il-Kummissarju tal-Pulizija se jinħatar wara sejħa pubblika u bi proċess ta’ skrutinju mill-Kumitat tal-Ħatriet Pubbliċi fil-Parlament. Il-proċess huwa wieħed aktar miftuħ u trasparenti. 8 TA’ ĠUNJU: Il-Prim Ministru jħabbar pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika ta’ €900 miljun. Jgħid li fiż-żmien fejn kulħadd kien qed jaħseb li kien se jiddomina d-dlam, qegħdin naraw id-dawl. Dan il-pjan ta’ riġenerazzjoni li qegħdin iniedu llum huwa pjan ta’ viżjoni, pjan ta’ direzzjoni li jinċentiva lil min jinvesti, lil min jonfoq – dan huwa mument sabiħ għal pajjiżna. 9 TA’ ĠUNJU: Stqarrija tal-Eurostat turi li meta mqabbel mal-istess perjodu sena qabel, Malta tibqa’ bl-aqwa żieda fl-impjiegi u b’ekonomija tikber. 10 TA’ ĠUNJU: Il-Prim Ministru Robert Abela jniedi inizjattiva ġdida li permezz tagħha se jinħoloq settur ekonomiku ġdid tal-aircraft leasing. Jgħid li l-viżjoni tal-Gvern hi li jħejji lil pajjiżna għall-ġenerazzjonijiet li jmiss. 19 TA’ ĠUNJU: il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li l-Gvern u l-Kummissjoni Venezja kkonkludew pożittivament l-ewwel proċess ta’ riformi li bdew fl-ewwel jiem ta’ Gvern immexxi minn Robert Abela, fejn il-Kummissjoni Venezja laqgħet favorevolment il-miżuri tal-Gvern Malti li saru wara proċess wiesa’ ħafna ta’ konsultazzjoni.
9 TA’ ĠUNJU: JITĦABBAR PAKKETT TA’ €900 MILJUN BIEX JISTIMULA L-IRKUPRU EKONOMIKU MID-DAQQA TAL-PANDEMIJA. GĦALKEMM IR-RIPERKUSSJONIJIET TAL-VIRUS LAQTU NUMRU TA’ SETTURI, DAWN KIENU FERM INQAS MILL-BQIJA TAL-PAJJIŻI FIŻ-ŻONA EWRO, GRAZZI GĦALL-GĦAQAL TAL-GVERN.
12
07.02.2021
IL-COVID, IS-SAĦĦA U L-EKONOMIJA
STEPHEN MCCARTHY
Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali (MDIA)
Il-pandemija COVID-19 kienet xokk globali kemm mill-qasam mediku kif ukoll dak ekonomiku. Aħna ngħixu f’dinja fejn l-ibliet qed isiru dejjem aktar kożmopoliti, fejn l-ivjaġġar sar aktar aċċessibbli. Għandna nkunu kburin bil-mod kif Malta rreaġixxiet għall-ġlieda kontra t-tixrid tal-COVID-19. Dan jidher biċċar mill-azzjonijiet immedjati li ħa l-Gvern Malti, il-ħidma sfiqa u professjonali bħal dik mil-lat mediku u r-rigorożità xjentifika, u b’mod ġenerali l-kooperazzjoni li dejjem wera l-poplu Malti u Għawdxi dwar mizuri u prekawzjonijiet li kellhom jittieħdu. Ir-reazzjoni tal-Gvern kontra l-pandemija kienet waħda immedjata, effettiva u bilanċjata. L-interventi ġġeneraw rispons ekonomiku mill-aqwa, li kien iffokat sabiex jipprovdi serħan finanzjarju fl-immedjat. F’termini ta’ appoġġ għall-impjiegi, il-Gvern introduċa skema ta’ suppliment tal-pagi estiżi (li attwalment għadha attiva), suppliment ta’ leave tal-kwarantina, żieda ta’ benefiċċju għallqgħad, benefiċċji għal persuni b’diżabilità, benefiċċji għall-ġenituri, benefiċċju mediku, għotja ta’ teleworking, sussidju għall-kera, u numru ta’ miżuri oħrajn immirati għall-espatrijati, organizzazzjonijiet volontarji, klabbs, bars u negozju bbażat f’Għawdex. F’termini ta’ stimolu ekonomiku, il-Gvern nieda wkoll moratorju ta’ self, sussidji fuq ir-rata tal-imgħax, tnaqqis fil-prezz tal-fuel, rifużjoni ta’ spejjeż loġistiċi, għotjiet ta’ flus bħala inċentivi għall-investiment u inċentivi fil-qasam tal-propjetà. Varjetà impressjonanti ta’ miżuri wesgħin u mmirati li kellhom impatt fuq medda qasira ta’ żmien u li appoġġjaw l-ekonomija ta’ pajjizna matul dawn ix-xhur ta’ sfida bla preċedent b’mod tanġibbli. Hekk kif il-pandemija kom-
Kif tgħallimna fix-xhur li għaddew, għandna bżonn ninvestu biex inkunu ppreparati. Fis-snin li ġejjin, dan se jkun punt ewlieni biex nattiraw it-turisti u anke l-investituri, fost oħrajn. pliet tiħrax matul il-jiem li għaddew, r-restrizzjonijiet żdiedu, u l-attenzjoni waqgħet għal darb’oħra fuq ir-rapporti mediċi. Madanakollu, għandna nibqgħu nsostnu l-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika ta’ pajjiżna għax dan ser iħalli impatt ukoll fuq is-soċjetà u l-ambjent. Dan huwa l-mument kruċjali fejn jeħtieġ li nħarsu madwarna biex nidentifikaw il-miżuri neċessarji li se jħalluna nimxu ’l quddiem u nagħtu bidu u nappoġġjaw l-irkupru ekonomiku fuq medda ta’ żmien twil. Minħabba l-vaċċin ilġdid, m’għadniex aktar fl-inċertezza ta’ tixrid tal-virus imma issa nistgħu nippjanaw fejn irridu l-ekonomija tagħna li tibqa’ sejra fis-sentejn jew tliet snin li ġejjin, u liema miżuri tanġibbli se jagħtu spinta suffiċjenti biex jgħinuna nimxu f’dik id-direzzjoni. Il-punt tat-tluq għal dan il-proċess tal-ippjanar huwa uniku - m’għadniex taħt il-pressjoni tal-boom ekonomiku, ta’ nuqqas fis-suq
tax-xogħol, is-suq tal-propjetà liema domanda qiegħda dejjem tikber, u s-suq kapitali globali li qed jonqos. Dan il-fatt, fih innifsu huwa opportunità! Wara kollox, ilkoll naqblu li l-pandemija se jkollha effetti ekonomiċi negattivi fiż-żminijiet li ġejjin u se jkun hemm dawk li se jibqgħu imbenġla fir-rigward ta’ xogħol, negozju, akkomodazzjoni u l-livell ta’ għajxien tagħhom irrispettivament mill-miżuri ta’ mitigazzjoni meħuda mill-Gvern. Madankollu, dan huwa ż-żmien ideali (minħabba l-vaċċin) li wieħed iżomm ’il bogħod minn soluzzjonijiet ta’ malajr u jieħu deċiżjonijiet strateġiċi li kultant jistgħu jinħassu li qed ifixklu biex jimplimenta inċentivi akbar li jaħsbu għall-futur. Dan huwa ż-żmien li nħeġġu lill-mexxejja tagħna biex jimpenjaw ruħhom għall-bini u l-espansjoni ta’ ekosistemi innovattivi. In-negozju nbidel drastikament matul l-aħħar ħames snin. Industriji bħall-banek,
Dan huwa l-mument kruċjali fejn jeħtieġ li nħarsu madwarna biex nidentifikaw il-miżuri neċessarji li se jħalluna nimxu ’l quddiem u nagħtu bidu u nappoġġjaw l-irkupru ekonomiku fuq medda ta’ żmien twil
il-karozzi, it-teknoloġija u l-bejgħ qegħdin jikkonverġu b’modi bla preċedent. Klijenti li aċċessaw kategoriji differenti ta’ prodotti jew servizzi permezz ta’ rotot distinti issa qegħdin jiġu involuti b’modi ġodda u aktar integrati. Il-klijenti qed jieħdu sehem f’diskussjonijiet dwar il-kura tas-saħħa permezz ta’ negozji tat-telefonija, kumpaniji tat-teknoloġija, jew saħansitra banek. Il-bejjiegħa qed ifasslu sistemi ta’ ħlas. Il-midja soċjali qed tistabbilixxi forma ġdida ta’ munita. Min jaf liema bidliet se naraw mill-innovazzjoni fid-dinja ta’ wara l-pandemija? Min jaf liema bidliet jistgħu jibdew minn fuq xtutna? Aħna pajjiż żgħir, iddominat minn negozji żgħar. Ħafna drabi ppremjajna l-istejjer ta’ suċċessi kbar u eċċezzjonali, iżda wasal iż-żmien li nistimulaw l-ekonomija tagħna billi niffukaw verament fuq in-negozji żgħar, speċjalment dawk li jutilizzaw it-teknoloġija. Ditti żgħar m’għandhomx għalfejn ikunu marġinali l-innovazzjoni tista’ tirnexxi f’kumpaniji żgħar, u qligħ sostanzjali jista’ jinkiseb f’kumpaniji li jimpjegaw ftit nies. Malta ma kinitx minn ta’ quddiem globalment fl-innovazzjoni teknoloġika, ħlief għal numru żgħir ta’ inizjattivi li ħallew impatt. Dan huwa ż-żmien li ngħinu b’mod attiv lil kumpaniji li jinvestu f’teknoloġija ġdida sabiex jamministraw il-produttività
tagħhom. Issa huwa ż-żmien li nibnu ambizzjonijiet nazzjonali ġodda fil-qasam tat-teknoloġija. Flimkien mat-teknoloġija, il-kura tas-saħħa hija l-opportunità strateġika l-ġdida. Għandna bżonn investiment pubbliku massiv fil-kura tassaħħa, u jien nirrakkomanda dan għal diversi raġunijiet. Għandna bżonn nieħdu dak li hu tajjeb u nagħmluh aħjar. L-ewwel nett, għaliex aħna lkoll ngħixu f’din il-gżira, u kif tgħallimna fix-xhur li għaddew, għandna bżonn ninvestu sabiex inkunu ppreparati aħjar jekk xi coronavirus ieħor jolqot lil xtutna, kemm bħala mewġa oħra kif ukoll bħala varjant totalment ġdid. Din il-gżira tilqa’ man-nofs miljun bniedem, ċittadini, u espatrijati bl-istess mod, u lkoll irridu li nkunu ppreparati aħjar għal meta jkollna bżonn niddependu fuq is-servizzi mediċi tagħna. Aħna lkoll irridu li l-professjonisti mediċi tagħna jkollhom aċċess għallaqwa imħuħ fid-dinja, l-iktar teknoloġija avvanzata, l-aħjar faċilitajiet possibbli, biex jipprovdu l-aħjar servizz fid-dinja. Dan mhuwiex biss fattur ta’ iġjene għas-snin li ġejjin, li jkollok servizz mediku ta’ livell internazzjonali se jkun punt ewlieni biex nattiraw it-turisti, ħaddiema u professjonisti espatrijati, u anke investituri. Ejjew inħarsu lejn l-pandemija tal-COVID-19 bħala opportunità biex intejbu l-ekonomija Maltija.
13
07.02.2021
NAGĦLQU KAPITLU IEĦOR TA’ GONZIPN
BYRON CAMILLERI Ministru
Bid-diskussjoni dwar il-leave għall-ġranet ta’ festa li jiġu fi tmiem il-ġimgħa qed nagħlqu kapitlu ieħor ta’ żmien GonziPN. Kapitlu ieħor minn dawk fejn il-Gvern Nazzjonalista kien għażel li jitfa’ l-piż fuq il-ħaddiem, minflok idaħħal fiduċja fil-pajjiż u jinvesti finnies. Il-fatt li din il-bidla qegħdin niddiskutuha f’dawn il-jiem ifakkarna li m’ilux ħafna li l-pajjiż kien immexxi minn establishment li ftit li xejn kien jagħti każ iż-żgħir. Forsi sforz il-bidliet li ġibna fl-aħħar snin inkunu se naqgħu fit-tentazzjoni li ninsew minn fejn tlaqna u kemm imxejna ’l quddiem. Iżda, jekk isir hekk ikun żball. Fuq kollox l-abbozz li ddiskutejna fil-Parlament fakkarna kif wara l-2013 Gvern Laburista kellu jagħmel tajjeb biex isewwi l-ħafna ħsara tassnin ta’ qabel. Meta bħala partit ġejna fdati biex immexxu l-pajjiż, il-
Gvern tagħna ma kellux biss jimplimenta manifest elettorali li ppreżenta lill-poplu u jaġġusta għall-isfidi ta’ soċjetà moderna u li tinbidel kontinwament iżda, kellu wkoll jibdel id-direzzjoni ħażina li l-pajjiż kien qabad fi żmien l-aħħar Gvern Nazzjonalista. Ma rridx ngħid li qabilna sar kollox ħażin. Iżda, huwa sigriet magħruf li l-pajjiż kellu bżonn bidla radikali. Kien fl-2005 li Gvern Nazzjonalista kien emenda liġi biex naqqas u mhux żied id-drittijiet tal-ħaddiema. Biex ħa mingħand il-familji tal-ħaddiema l-festi pubbliċi li jiġu fi tmiem il-ġimgħa. Il-fatt li qed nagħlqu dan il-kapitlu ta’ GonziPN seba’ snin wara li rbaħna l-Gvern għall-ewwel darba, huwa sinjal ċar tal-maturità li dejjem ħdimna biha bħala Gvern. Aħna m’aħniex Gvern li jwiegħed kollox lil kulħadd. U għalhekk magħna l-poplu jaf fejn qiegħed. Għalhekk, jaf li magħna dak li jikun imwiegħed jitwettaq, għax aħna differenti minn min, bħallKap tal-Oppożizzjoni, jirkeb fuq kull karru li jsib biex jipprova japprofitta mill-mument. Il-Maltin jafu li politiċi bħal Bernard Grech fl-aħħar mill-aħħar ma jrendulhom xejn. B’differenza, aħna Gvern li jaħdem bi pjan biex meta l-pjan jitwettaq, il-poplu jgawdi. U iktar importanti minn hekk igawdi b’mod sostenibbli. Biex saħansitra f’nofs pan-
demija l-Maltin u l-Għawdxin għandhom is-serħan il-moħħ li dak kollu li tajna mhux se neħduh lura. Meta fl-2013, tmien snin wara li Gvern Nazzjonalista kien seraq dawn il-festi, tlajna fil-Gvern, ma sibniex xi ekonomija b’saħħitha. Ma sibniex xi kaxxa mimlija. Minflok sibna pajjiż li kien qed jingħata d-downgrades mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Għalhekk, l-ewwel ħaġa li għamilna kienet li bdejna nerġgħu nqajmu r-ritmu ekonomiku. Dan billi daħħalna l-fiduċja, qabel kull ħaġa oħra.
Għamilna dan billi inċentivajna n-negozji biex jaħdmu, jikbru u joħolqu l-impjiegi. Fl-istess ħin daħħalna għadd kbir ta’ inizjattivi biex intejbu s-sitwazzjoni finanzjarja tal-ħaddiema. Fost oħrajn raħħasna l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, raħħasna l-prezzijiet tal-fuel u ġibna l-istabbiltà, daħħalna ċ-childcare b’xejn, nedejna l-in-work benefit u t-tapering tal-benefiċċji, żidna l-paga minima u żidna ċ-Children’s Allowance. U dan biex insemmi ftit biss. Kien meta rajna li pajjiżna kien qabad ritmu sod u b’saħħtu grazzi għall-politika ta’ dan il-Gvern, li fhimna li
l-pass li jmiss biex inkomplu ntejbu l-qagħda tal-familji Maltin u Għawdxin hija l-enfasi fuq il-kwalità tal-ħajja. Għall-kwalità tal-ħajja huwa wkoll kruċjali il-ħin mal-familja. Li d-dinja mhux xogħol biss. U din il-bidla li bdejna ndaħħluha f’Baġit wara ieħor hija ħolqa oħra f’din il-katina. Il-leave jagħti iktar ħin biex bniedem igawdi lil uliedu, jistudja magħhom għall-eżamijiet, jgħin il-ġenituri anzjani tiegħu fil-qadi ta’ kuljum u għaliex le, jiddeverti ma’ dawk li jħobb jew jieħu gost magħhom. Stajna naslu sa hawn għax ħloqna x-xogħol. Stajna naslu sa hawn għax fhimna li min jaħdem u min iħaddem irid ikun tim wieħed. Il-mistoqsija li ssegwi hi x’se jiġri ladarba għalaqna dan il-kapitlu ta’ GonziPN. Fuq kollox in-nies mhux se jagħżluna biss għal dak li għamilna, iżda għal dak li se nagħmlu. U hawn ukoll għandna differenza kbira mill-Oppożizzjoni. Sa dawn il-jiem stess tnedew diskussjonijiet pubbliċi fuq strateġija ġdida għat-turiżmu u għas-settur tax-xogħol. Tfajna fuq l-aġenda tal-pajjiż bidliet fis-settur tal-kostruzzjoni u qed nindirizzaw b’mod innovattiv u b’saħħtu d-diversi sfidi tas-soċjetà anke jekk f’nofs pandemija. Ikolli ċans nikteb u nispjega iktar dwar dak li ġej. Iżda, llum, ħassejt li għandi nfakkar minn fejn tlaqna. Għax jekk ninsew malajr nerġgħu nispiċċaw hemm!
pożizzjoni, il-messaġġ tagħna wassalnieh xorta waħda għalkemm baqgħu jippruvaw joħonquna b’kull mezz. L-istazzjonijiet ONE dejjem kienu fost l-aqwa stazzjonijiet li jxandru materjal kummerċjali u politiku. Kienu għadhom u hekk se jibqgħu. Qatt ma setgħu, u qatt mhuma, se joħonqu leħinna. Issa qed jirrikorru għand il-Qorti biex jippruvaw jagħlqulna ħalqna. Sabu min jiftaħ kawża, Kostituzzjonali jekk ma tridx! Biex jingħalqu l-istazzjonijiet politiċi. L-argument tagħhom hu li l-partiti politiċi m’għandhomx ikollhom stazzjonijiet tagħhom. Jgħid hekk, min jaf li l-PN huwa moqdi mill-midja hekk msejħa indipendenti. Jekk jagħlqu l-istazzjonijiet politiċi, il-Partit Laburista
jibqa’ bla leħen. Aħna nxandru għaliex għandna liċenzja maħruġa mill-Awtorità tax-Xandir. Dik il-liċenzja hija valida u jekk xejn, il-Kostituzzjoni għandha tiddefendi d-dritt tal-kelma ta’ min għandu liċenzja biex ixandar. Il-Kostituzzjoni ma tista’ sservi qatt biex tillimita d-dritt tal-libertà tal-kelma. Kull stazzjon għandu l-bias tiegħu. Il-ONE huwa tal-Partit Laburista bħala azzjonista ewlieni tal-kumpanija li tmexxih. Mela min ikun qed isegwi l-ONE jaf x’inhu l-bias tal-istazzjon u l-istess min jara l-istazzjonijiet NET jaf x’inhu l-bias tagħhom. Il-PN, fis-sitwazzjoni finanzjarja li jinsabu fiha, u anke l-fatt li l-midja tagħhom hija falluta, mhux se jiddejqu li jagħlqu
l-istazzjonijiet tagħhom għaliex xorta jibqa’ jkollhom leħen permezz ta’ midja oħra hekk msejħa indipendenti. L-attakk fuq l-istazzjonijiet politiċi huwa attakk fuq il-Partit Laburista, biex jagħlqulna ħalqna, biex ma nkunux f’pożizzjoni li nwasslu l-messaġġ tagħna. Issa f’idejn il-Qorti, imma jien għandi fiduċja li l-Qorti Kostituzzjonali qiegħda hemm biex tiddefendi l-libertà tal-kelma u ma taqax fin-nassa li hawn min irid idaħħalha fiha biex bi skuża jew oħra joħnoq il-libertà ta’ min għandu dritt jitkellem. Dak huwa dritt tagħna li rridu nibqgħu neżerċitawh, anke jekk hawn min jiddejjaq bil-messaġġ tagħna. Jieħu pażenzja! Għalhekk aħna ngħixu f’demokrazija.
Magħna l-poplu jaf fejn qiegħed, għax dak li nwegħdu nwettquh
NIRBĦUHA
GLENN BEDINGFIELD Whip għall-Gvern
Id-dritt tal-libertà tal-kelma huwa dritt li joħroġ mill-Kostituzzjoni u kulħadd għandu dritt li jeżerċita dan id-dritt, anke l-Partit Laburista. Iżda mhux kulħadd jaħseb hekk. Hawn min ilu snin twal irid
joħnoq il-libertà tal-kelma tal-Partit Laburista. Għal snin twal ħonquna billi kkapparraw il-midja lokali u xewxu kontrina lill-midja barranija. Għal ħafna snin, l-uniku leħen li kellu l-Partit Laburista kien permezz tal-meetings fit-toroq. Dan għamluh sakemm kellna leħen ma’ Malta u Għawdex bla xkiel. Fl-1992 ftaħna l-istazzjon ONE Radio u sentejn wara ftaħna ONE TV. Kienu żminijiet eċitanti għalina, għaliex bdejna nwasslu l-messaġġ tagħna bla xkiel. Bla ma ħadd idawwar kliemna. In-nies bdiet tifhem u l-ewwel elezzjoni wara li kellna l-midja tagħna rbaħnieha. L-elezzjoni tal1996. Minkejja li wara dik is-sena qattajna snin twal fl-Op-
14
07.02.2021
IMFAKKAR ID-DIXXENDENT MALTI “M
Ir-Reġina Eliżabetta liebsa l-brooch favorit tagħha ddiżinjat minn Grima
Ktieb ġdid, li għadu kif ġie ppubblikat bl-isem ta’ Andrew Grima – The Father of Modern Jewellery, jikkommemora x-xogħol artistiku ta’ dan il-ġojjelier b’dixxendenza Maltija li għamel isem kbir fir-Renju Unit sa minn għexieren ta’ snin ilu b’disinji mill-isbaħ li ntlibsu minn personalitajiet famużi, bħal atturi u membri tal-Familja Rjali. Il-ktieb jidħol fid-dettall dwar ilħajja tal-ġojjellier imwieled f’Ruma, bin l-immigrant Malti John Grima u t-Taljana Leopoldina Farnese, u kif dan prattikament mix-xejn ħoloq niċċa fid-dinja tal-ġojjellerija mfittxija minn kulħadd sakemm eventwalment tilef kollox wara li nfired minn mal-ewwel mara tiegħu. Andrew twieled fil-kapitali Taljana fil-31 ta’ Mejju tal-1921, fejn kienu jgħixu l-ġenituri tiegħu, iżda emigraw lejn l-Ingilterra meta kien għadu żgħir. Hu studja l-inġinerija mekkanika fl-Università ta’ Nottingham, missieru kien disinjatur tar-rakkmu u ħutu laħqu periti. Fil-fatt kienu huma li ddisinjawlu l-ewwel ħanut tiegħu f’Londra fl-1966. L-istorja ta’ Andrew fid-dinja tax-xogħol hi mħawra sew, fejn beda bħala ħaddiem fil-ħanut ta’ missieru tal-ġojjellerija f’Londra bħala accountant, wara beda jiddisinja l-ġojjellerija u spiċċa jagħmel isem mad-dinja kollha f’dan il-qasam. Mhux biss, uħud mill-klijenti tiegħu kienu ismijiet kbar: ir-Reġina Eliżabetta II u membri oħra tal-Familja Rjali, Jackie Onassis, Barbara Hepworth u l-maġġoranza tan-nisa fil-jet-set ta’ dak iż-żmien. Hu wkoll rabat ismu ma’ ditti prestiġjużi, fosthom Omega u Pulsar. Grima żżewweġ darbtejn, l-ewwel fl-1947 ma’ Helène Haller, neputija tal-ġojjellier Vjenniż li permezz tiegħu Grima daħal fil-kummerċ. Il-koppja kellhom tifel u żewġt ibniet, imma ddivorzjaw fl-1977. Fl-istess sena, Grima żżewweġ lil Jojo Maughan-Brown, neputija ta’ Sir Thomas Cullinan. Huma kellhom tifla waħda, Francesca, li flimkien ma’ ommha kompliet in-negozju tal-familja. Fl-1986 il-familja Grima marret l-Iżvizzera, l-ewwel f’Lugano u fl-1992 f’Gstaad, fejn Grima
miet fis-26 ta’ Diċembru tal-2007. L-istorja ta’ Andrew tibda fl-1966, is-sena meta Londra kienet iċ-ċentru tal-attenzjoni. Sena meta r-rivista influwenti Time laqqmet lil Londra bħala s-“Swinging City”, sena meta l-Beatles kienu fil-quċċata tal-klassifika, il-famuża Mary Quant irnexxielha tagħmel rivoluzzjoni fil-qasam tal-moda permezz tal-mini skirt u meta l-mudelli u l-istilel tal-mużika kienu jidhru spalla ma’ spalla mal-membri tal-Familja Rjali. Fl-isfond ta’ dan, meta l-fotografu Lord Snowdon, li kien ir-raġel tal-Prinċipessa Margaret, deher fil-ħanut ta’ Andrew Grima bħala mistieden tal-unur, il-ħanut mill-ewwel sploda fil-popolarità. L-okkażjoni kienet waħda li wkoll tefgħet lil Andrew fiċ-ċentru: Andrew Grima kien għadu kemm ingħata l-premju tad-Duka ta’ Edinburgh għall-Eleganza fid-Disinn – l-ewwel u l-unika ġojjellier li qatt rebaħ dan l-unur – u kien għadu kemm fetaħ dan il-ħanut. U x’ħanut kien! Deskritt ukoll bħala “ġojjel tal-arkitettura moderna”, litteralment spikka mill-kumplament tal-ħwienet tal-akkwati, kemm bħala disinn kif ukoll bħala materjal użat għall-faċċata u d-disinn ta’ ġewwa. Ħarsa lejn il-ktieb tal-viżitaturi wkoll kien preġju minnu nnifsu, b’firem tar-Reġina Eliżabetta, Lord Snowdon, il-Prinċipessa Margaret u l-Prinċipessa Anne, l-attriċi Ursula Andress, magħrufa bħala t-tfajla talfilm ta’ James Bond, l-attur Peter Sellers u l-kantanta Lulu, li kienet għadha kemm kellha suċċess bil-kanzunetta “Shout” fl-età tenera ta’ 15-il sena. Il-bidu ta’ Andrew Il-ktieb minn William Grant, li żżewweġ lit-tieni mara ta’ Andrew, Jojo, jirrakkonta l-ħajja ta’ Andrew mill-bidu pjuttost imqalleb tiegħu. Andrew kien l-ikbar minn disat itfal. Minn Ruma l-familja tiegħu emigrat lejn l-Ingilterra meta kellu ħames snin. Minn età żgħira wera l-kapaċitajiet artistiċi tiegħu imma ż-żgħożija tiegħu kienet imtappna mill-qawmien ta’ Mussoli-
15
07.02.2021
MISSIER IL-ĠOJJELLERIJA MODERNA”
ni. Meta l-Italja invadiet l-Abbissinja fl-1935, malajr kien hemm sanzjonijiet kummerċjali li affettwaw bl-ikrah lin-negozju ta’ missier Andrew, tant li kellu jagħlaq. Missier Grima tant kien affettwat b’dan li spiċċa l-isptar u Andrew ta’ 16-il sena kellu jitlaq ħesrem mill-iskola u jmantni l-familja. Kif spiċċa s-servizz tiegħu mal-Armata Brittanika f’Burma, Andrew skopra li l-kulleġġi tal-arti kienu kollha magħluqin. Inkiteb f’kors ta’ filgħaxija għas-segretarji, l-unika raġel fi klassi ta’ 40, fejn iltaqa’ mal-ewwel mara tiegħu Helène Haller. Ingħaqad mad-ditta tal-ġojjellerija tal-familja tagħha, il-Kumpanija HJ. Minn hemm beda t-triq li wasslitu għall-għarfien mad-dinja kollha f’dan il-qasam. Kienet is-sena 1948. Fil-ħanut tal-ġojjellerija daħlu żewġ negozjanti b’bagalja mimlija sax-xfar b’ħaġar prezzjuż mill-Brażil. Andrew irnexxielu jipperswadi liz-zija ta’ martu biex jixtri dan il-ħaġar prezzjuż u bihom iddisinja u ħoloq l-ewwel kollezzjoni tiegħu b’dan il-ħaġar. Il-Familja Rjali Fl-1963 Lord Snowdon għamel diskors waqt ikla tal-Assoċjazzjoni Brittanika tal-Ġojjellieri u fih ikkritika bl-aħrax id-disinn tal-ġojjelli u qal li għalkemm dawn jissejħu moderni, fil-fatt huma medjokri. Andrew Grima qomos sew għal dan id-diskors u stieden lil Lord Snowdon fil-ħanut tiegħu. Din il-laqgħa bejniethom li saret fl-1964 kienet il-bidu ta’ ħbiberija kbira bejn it-tnejn. Fl-istess ħin id-disinn tal-ġojjelli ta’ Andrew, li kien stil avventuruż u li jispikka minħabba li ħareġ kompletament min-norma, beda jiġbed l-għajn. Tant li d-disinji tiegħu ġabru xejn inqas minn 11-il premju internazzjonali mogħti mill-aktar ditta rinomata tal-ġojjellerija, De Beers Diamonds. Premju li jitqies bħala l-ekwivalenti tal-Oscars fid-dinja tal-films. Fl-1965 irnexxielu wkoll jieħu promozzjoni prestiġjuża, grazzi għal ritratt fil-faċċata tar-rivista popolari Vogue, fejn il-mudella Jean Shrimpton
dehret liebsa ċurkett enormi ta’ Andrew. Is-sena ta’ wara rebaħ il-Premju tad-Duka ta’ Edinburgh għal disinn eleganti u l-ġojjellerija tiegħu spiċċat tiġi mmudellata mill-attriċi Ursula Andress. Minn hawn it-triq ta’ Andrew kompliet timraħ. Fl-1967, il-Prinċipessa Margaret bagħtet pakkett lil Andrew li kien fih ittra personali miktuba bl-idejn, biċċa pjanta li sabet waqt mixja qrib il-Kastell Balmoral u talbitu biex jagħmel kopja tagħha tad-deheb. Kien il-Prinċep Philip li wassal il-ġojjellerija ta’ Andrew għand ir-Reġina Eliżabetta, meta xtralha biċċa mill-kollezzjoni ta’ Andrew, brooch msejjaħ Ruby Venus, li libsitu għas-70 anniversarju tażżwieġ tagħha u sal-lum għadu meqjus fost il-favoriti tagħha. Minn hawn il-Familja Rjali saret klijenta regolari ta’ Grima u fl-1972 ingħata dik li tissejjaħ il-Warrant Rjali. F’dik l-istess sena kien ukoll mistieden tar-Reġina Eliżabetta biex joħloq biċċa xogħol għall-mara tal-President Franċiż, Madame Pompidou. Klijenti oħrajn Rjali kienu l-Prinċipessa Anne u l-Prinċipessa Diana. It-tmiem tal-karriera Sfortunatament fl-istess żmien li l-Prinċipessa Diana kienet ippreżentata b’ġojjellerija ta’ Andrew waqt żjara rjali f’Wales fl-1985, Andrew kien issepara mill-ewwel mara tiegħu Helène, divorzju li swieh ftit mhux ħażin bħala finanzi. Iżżewweġ lil Jojo, li kienet ġejja mill-familja ta’ Sir Thomas Cullinan, negozjant prim tad-djamanti. Biex jipprova jirkupra ftit finanzi daħħal sieħeb fin-negozju, imma ma rnexxiex tant li spiċċa tilef il-ħanut u saħansitra l-Warrant Rjali. Imbikkem, kellu jħalli l-Ingilterra lejn l-Iżvizzera biex jerġa’ jibni ħajtu mill-ġdid. Andrew Grima miet fl-2007 ta’ 86 sena wara li sofra mill-kundizzjoni tad-dimensja, imma ismu u r-rivoluzzjoni li rnexxielu joħloq fid-dinja tal-ġojjellerija għadhom jidwu sal-lum u jinfluwenzaw artisti oħrajn simili.
Andrew Grima
L-attriċi Sharon Tate tippoża bil-ġojjelli ta’ Grima
16
07.02.2021
ALLEANZA GĦALL-KANNABIS MEDIĊINALI
ALEX AGIUS SALIBA Membru Parlamentari Ewropew
Din il-ġimgħa, proprju fil-jum dinji għall-kanċer, wara inizjattiva li ħadt personalment u wara xhur ta’ ħidma fil-Parlament Ewropew, irnexxieli flimkien ma’ kollegi Ewroparlamentari oħra nniedi l-alleanza tal-Unjoni Ewropea għall-kannabis mediċinali. Ilni diversi xhur nitkellem ma’ għaqdiet u partijiet interessati, imma aktar importanti, ma’ pazjenti li jeħtieġu l-kannabis mediċinali sabiex itaffu t-tbatija li jkunu għaddejjin minnha minħabba xi marda kiefra. Sfortunatament, bħalissa qegħdin f’sitwazzjoni fejn din it-tip ta’ kura mhix aċċessibbli għal kulħadd u bl-istess mod madwar l-Unjoni Ewropea kollha. Għaldaqstant, ħassejt il-ħtieġa li nagħmel il-parti tiegħi sabiex nagħti vuċi lil min m’għandux, ngħin lil
dawk li tant huma fil-bżonn u li jeħtiġilhom li din il-kwistjoni tiġi indirizzata mill-aktar fis possibbli. Din hija l-ewwel alleanza fil-Parlament Ewropew li ser tkun qed taħdem għal kawża daqshekk ġusta u li ser twassal biex tagħmel differenza kbira fil-ħajja tan-nies. Ilkoll nafu lil xi ħadd li għaddej minn ġlieda kontinwa għal saħħtu, xi ħadd li qed ibati waqt li qed jieħu l-kura biex jegħleb il-marda qerrieda tal-kanċer jew xi marda kiefra oħra. Permezz ta’ din l-alleanza ser inkun qiegħed naħdem sabiex inżid il-pressjoni ħalli tiġi rikonoxxuta l-problema li qed twassal sabiex pazjenti madwar l-Unjoni ma jkollhomx aċċess sħiħ u ħieles għal din il-mediċina, li fl-aħħar mill-
aħħar, hi mediċina bħall-oħrajn minkejja li għad hawn min jipprova jiddemonizzaha. Hemm bżonn urġenti li jkollna armonizzazzjoni tar-regoli madwar l-Istati Membri kollha sabiex il-prodotti mediċinali tal-kannabis ikunu jistgħu jimxu bla problemi u fl-istess ħin, minħabba li jkun qiegħed jiżdied l-aċċess, iwassal ukoll għal roħs fil-prezzijiet. Din is-sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ aċċess sfortunatament hija problema wkoll għall-pazjenti f’Malta, minkejja li pajjiżna għamel il-pass importanti u daħħal leġiżlazzjoni li tat il-possibbiltà li jkun hemm preskrizzjoni ta’ din il-mediċina. Għad għandna miżinformazzjoni qawwija marbuta ma’ din il-mediċina, u sfortunatament
il-biċċa l-kbira tal-professjonisti mediċi għad m’għandhomx l-għarfien meħtieġ u jsibuha bi tqila li jippreskrivu l-marijuana bħala forma ta’ trattament. Barra minn hekk, il-pazjenti għadhom qed jaffaċċjaw prezzijiet esaġerati, li qed jirriżultaw f’għadd ta’ problemi finanzjarji, speċjalment minħabba li jista’ jagħti l-każ ukoll li pazjenti li jkollhom bżonn din il-medikazzjoni ma jkunux jistgħu jaħdmu jew ikunu limitati. Fl-aħħar mill-aħħar dan iwassal għal sitwazzjoni fejn virtwalment l-aċċess ikun qed jingħata lil dawk li jkunu jifilħu jħallsu, mentri dawk li għandhom dħul baxx ikomplu jitgħakksu biex jixtru dan it-trat-
tament. Din il-problema hija riżultat ta’ standards differenti li jeżistu fi Stati Membri differenti, sitwazzjoni li tistona meta kkumparata mas-sitwazzjoni ta’ prodotti mediċinali oħra fejn għandna armonizzazzjoni u allura hemm aċċess sħiħ u prezzijiet stabbli. Ma jagħmilx sens li pazjenti li qegħdin ifittxu kura biex jgħixu b’dinjità, uħud b’mard terminali u jkunu qed ifittxu li jgħaddu l-aħħar jiem ta’ ħajjithom bla sofferenza żejda, jispiċċaw ma jsibux din il-mediċina fuq is-suq. Għalhekk, huwa ferm importanti li naraw li bħal kull prodott ieħor, din il-mediċina titħalla tiċċaqlaq b’mod ħieles fis-suq intern u tiġi offruta bi prezzijiet aktar raġonevoli. L-avvanzi u l-evidenza xjentifika kollha li għandna llum juru bis-sħiħ il-benefiċċji ta’ din il-mediċina, iżda minkejja hekk, għad hawn min jittratta dan is-suġġett bħala tabù, daqslikieku qed nitkellmu fuq droga għal xi skop rikreattiv. Dan mhux abbuż, mhux għal xi skop ħażin, imma huwa bżonn bħalma hija bżonjuża kwalunkwe mediċina oħra. Din l-alleanza ser tkun strumentali biex fuq livell ta’ Unjoni Ewropea naraw li jsiru l-emendi leġiżlattivi neċessarji li għandhom iwasslu biex inkabbru l-ġlieda kontra din l-istigma u jkollna aċċess sħiħ sabiex il-pazjenti tagħna jingħataw id-dinjità li tixirqilhom.
LIĠI ĠDIDA LI ĠĠEDDED IS-SETTUR TAS-SENSARA U L-AĠENTI TAL-PROPRJETÀ
CHRIS AGIUS Segretarju Parlamentari
Wara xhur ta’ diskussjoni u konsultazzjoni, fis-sajf li għadda l-Parlament approva liġi ġdida li għandha l-għan li tirregola s-settur tal-intermedjarji fil-proċess ta’ negozjar u arranġament ta’ tranżazzjonijiet li jinvolvu l-akkwist, il-bejgħ, jew il-ki-
ri ta’ proprjetà, dawk li aħna nafu bħala s-sensara. Din il-liġi saret sabiex filwaqt li s-settur ikun aktar regolat u trasparenti, il-konsumaturi jingħataw il-protezzjoni li tant kienet meħtieġa, u kulħadd ikollu s-serħan ilmoħħ li qed jingħata l-aqwa u l-aħjar pariri. Konna ilna nisimgħu l-karba sabiex dan is-settur ikollu liġi li tirregolah, u allura wara li kienet tnediet White Paper għall-konsultazzjoni, komplew isiru d-diskussjonijiet mal-istakeholders. Ħadna wkoll rakkomandazzjonijiet kemm mill-FIAU kif ukoll ma’ entitajiet oħra sabiex naraw li nkunu kompatibbli ma’ dak li kien mitlub li għandu jsir. Ma naqsux lanqas id-diskussjonijiet mal-MCAST sabiex jitħejja programm ta’ taħrig. Kellna wkoll diskuss-
jonijiet kemm mas-sezzjoni tal-MDA tar-Real Estate u sensara oħra, mal-Kunsill Notarili u l-Kamra tal-Periti fejn magħhom ukoll qsamna ħafna ideat utli għat-titjib tal-ligi.. Bl-introduzzjoni ta’ din illiġi ġdida dawk kollha li jaħdmu bħala sensara u aġenti tal-proprjetà immobbli jridu jkollhom liċenzja biex joperaw. Mill-1 ta’ Jannar 2022 ħadd mhu ser ikun jista’ jaħdem bħala sensar u aġent ta’ proprjetà immobbli jew kiri tal-art jekk ma jkollux din il-liċenzja. Din il-liġi tobbliga li kull min hu interessat li jibqa’ jopera f’dan is-settur, irid ikun konformi ma’ din il-liġi. Fl-istess waqt, din l-istess liġi titlob sabiex dawk kollha li huma interessati li jkomplu jaħdmu jew li jibdew jaħdmu f’dan il-qasam u għal xi
raġuni għadhom ma jistgħux ikollhom liċenzja għax forsi għadhom m’għamlux il-kors neċessarju, huma mħeġġa sabiex juru l-interess tagħhom li jagħmlu dan ix-xogħol, u dan billi sal-31 ta’ Marzu ta’ din is-sena jissottomettu applikazzjoni ta’ interess. Jistgħu jagħmlu dan billi jidħlu fis-sit https://realestateregistration.gov.mt. Hemmhekk wieħed isib applikazzjoni fejn trid tiddaħħal l-informazzjoni li qed tintalab fosthom ritratt daqs tal-passaport, kopja tal-karta tal-identità jew passaport, kondotta tal-pulizija maħruġa mhux iżjed tard minn xahar qabel id-data tal-applikazzjoni u dikjarazzjoni mingħand nutar jew accountant dwar il-pożizzjoni finanzjarja, u dikjarazzjoni ta’ intenzjoni ffirmata mill-parti interes-
sata fuq is-sit. B’dan il-mod, wieħed ikun wera l-interess li sal-aħħar tas-sena 2021, ikun ġab il-kwalifiki meħtieġa sabiex tkun tista’ tinħariġlu l-liċenzja. Mill-banda l-oħra dawk kollha li diġà ġabu l-kwalifiki meħtieġa jistgħu jidħlu fl-istess sit, u allura japplikaw għal-liċenzja immedjatament. Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li dawk li jagħmlu xogħol ta’ sensar fuq bażi okkażjonali, jiġifieri ma jagħmlux aktar minn żewġ tranżazzjonijiet fis-sena, m’għandhomx għalfejn ikollhom liċenzja. Għalhekk, issa huwa l-waqt sabiex kull min jaħdem fis-settur jibda biex ikun irreġistrat mal-Bord sabiex ikun jista’ jkompli jopera u jaħdem f’dan is-settur tant importanti.
17
07.02.2021
BEJN KLIEM U FATTI
CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL
Il-Ħadd li għadda il-Kap tal-Oppożizzjoni ħarġilna bi proposta ħelwa...kważi kważi jekk ma terġax tismagħha u jekk ma togħrokx għajnejk wara li tkun qrajtha, lanqas temmen. Il-Kap tal-Oppożizzjoni skopra l-hydrogen. Din hi l-kelma tal-ġurnata li qabad u sawwar madwarha storja sabiex mingħalih juri li għamel skoperta u għandu pjan li se joffrih lil poplu. U l-proposta hi: KONTIJIET ORĦOS U ENERĠIJA AKTAR NADIFA. Iva sinjuri, emmnu jekk tridu, imma hekk wegħidna l-Ħadd li għadda. Ma nafx jekk sabx xi sors ta’ hydrogen taħt id-Dar Ċentrali, imma għax l-UE qed tħajjar lillpajjiżi membri għal sistemi ta’ enerġija bil-hydrogen, Bernard Grech raha opportunità sabiex jieħu vantaġġ u forsi jiskorja xi gowl politiku. Inkunu ċari, l-UE qed tħajjar u tistudja dan is-sors ta’ enerġija, li iva, huwa sors interessanti u ma’ diversi sistemi ta’ enerġija rinnovabbli u nodfa oħra jista’ jkun użat biex inaqqas l-emissjonijiet u jintlaħqu t-targets ambjentali mondjali. Madanakollu, ma jfissirx li l-UE qed timponi jew tgħid li dan hu l-uniku sors t’enerġija u kulħadd irid jaqleb għall-hydrogen. Għad għandna pajjiżi anki fl-Ewropa li għadhom jużaw il-faħam bħala sors t’enerġija. Li tħares u taspira għal sorsi diversi t’enerġija aktar nodfa huwa pass għaqli. Imma lil poplu mhux tagħtih biss cliche, kliem....trid tgħidlu kif, meta u kemm se tiswieh. Faċli twiegħed. Kif se twettqu huwa l-importanti. Il-Partit Laburista wiegħed sors t’enerġija jaħdem b’LNG u eredika l-HFO li hu żejt li jniġġes. U dan għamlu bi pjan, b’timeframes u spejjeż li laħaq it-targets tagħhom u aktar minn hekk wiegħed kontijiet orħos u hekk għamel fit-timeframes li fassal. Issa wasal il-Kap tal-Oppożizzjoni. Konxju li l-poplu emmen u aktar minn hekk għoġbu t-twettiq ta’ din il-proposta ta’ Gvern Laburista, u issa la ssemma sors ieħor
t’enerġija se jipprova jbigħ din lill-poplu billi mingħalih jikkopja l-istil. Imma n-nies mhux paroli trid imma fatti. Barra minn hekk, fejn tidħol l-enerġija l-PN iġorr bagalja li jixtieq inessi, li jrid jagħti l-impressjoni li kienu azzjonijiet u ħsibijiet ta’ xi 30 sena ilu, meta fil-fatt dawn ġraw u ġarrejna l-konsegwenzi tagħhom bħala poplu sa tmien snin ilu biss. Il-poplu mhux se jibla’ l-lixka ta’ Bernard Grech li se jraħħas il-kontijiet għax jiftakar li meta konna fi kriżi finanzjarja li lanqas tibda ma’ dik li għaddejjin minnha llum, flok inċentiva u wieżen lill-poplu, il-Gvern ta’ GonziPN addotta politika t’awsterità, u mhux talli dak li wegħidna ma tahulniex bħat-traħħis tattaxxi, talli ħadilna 50 ġurnata leave. Aktar minn hekk, għolla b’mod goff il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u l-prezzijiet tal-fuel u agħar minn hekk għamel dan kollu bil-qalb u qalilna li mhux se jorħsu u għandna nidrawhom meta fl-istess ħin taw lilhom infushom żieda sostanzjali fil-paga minn wara dahar sħabhom stess. Il-poplu mhux se jemmen lil Bernard Grech meta jgħid li l-PN huwa favur enerġija aktar nadifa u li se jagħti lill-pajjiż power station li taħdem b’enerġija aktar nadifa, għax dan hu l-istess partit li meta kien fil-gvern, mhux 20 sena ilu ta, imma sa 8 snin ilu, kien jgħidilna li l-qalba għal enerġija aktar nadifa bħal tal-gass u kontijiet orħos se tfalli lill-pajjiż u ma tistax issir. Niftakru lkoll li kienu jsejħu dan il-proġett bħala: l-gimmick tal-millenju, Alice in Wonderland u li hu proġett tajjeb biss għal ġo shredder. II-poplu mhux se jemmen lil Bernard Grech meta jwiegħed li jagħmel proġett sabiex il-power stations tagħna jaħdmu b’sors t’enerġija mill-aktar avvanzata u nadifa, għax meta kienu fil-gvern (nerġa’ ngħid mhux 20 sena ilu imma sa 8 snin ilu) dawn kellhom offerta eċċezzjonali li vilment irrifjutaw sabiex ningħaqdu mal-gas pipeline Ewropew. U agħar minn hekk, għażlu kumpanija (minn fuq il-yellowpages) biex tagħmel power station li taħdem bil-HFO u biex għamlu hekk kellhom il-kuxjenza xierfa li jbiddlu l-liġi biex jakkomodaw din il-power station u tbellgħalna t-tniġġis u l-mard respiratorju. Setgħu għażlu li din il-power station taħdem bil-gass flok bil-HFO. Kellhom iċ-ċans li l-gass jissuplixxuh faċilment billi ningħaqdu malpipline Ewropew. Imma dan kollu rrifjutawh. Ilkoll nafu għal xiex. U nfakkru lill-PN li l-iskandlu taż-żejt jistgħu
jużaw il-qrati u jduru mal-liġijiet biex jipposponuh imma la se jintnesa u wisq inqas se jinħafer. Dan kollu huwa prova friska f’moħħ il-poplu li l-PN m’għandu l-ebda awtorità morali li jitkellem fuq proposti għal kontijiet orħos u proġetti għal enerġija aktar nadifa għall-power stations tagħna għax fis-siegħa tal-prova, għażel mod ieħor, għażel għal xawwatu. U prova akbar ta’ dan tawhielna din il-ġimgħa stess meta waqt sessjoni oħra tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi, membri min-naħa tal-Oppożizzjoni jibqgħu jiddeskrivu l-proġett tal-qalba għall-gass bħala biss ċuċata. Dan kien proġett li salva l-Enemalta u effettivament salva l-ekonomija ta’ pajjiżna, salva l-impjiegi u l-banek u ta lill-poplu kontijiet ferm orħos u arja ferm aktar nadifa partikolarment fin-naħa tan-Nofsinhar ta’ Malta billi qlibna għall-gass u għalaq il-power station tal-Marsa. Nixtieq inkun naf jekk Grech kienx tal-istess fehma fl-2012/13 jekk il-kontijiet setgħux verament jorħsu u jekk il-qalba għal enerġija aktar nadifa kinitx Alice in Wonderland. Illum donnu jemmen fil-gimmick tal-millennju għax qed jipproponi xi ħaġa simili hu wkoll, xi ħaġa li diġà ilna ngawduha 7 snin. Il-PL offra lill-poplu proġett studjat u b’timeframes ta’ kif, kemm u meta. Il-PL fil-Gvern wettaq dan il-proġett u ta l-frott. Meta lill-Kap tal-Oppożizzjoni tistaqsih kif, kemm u meta jwieġeb billi jgħidlek li jrid ikun iblah biex jagħti din l-informazzjoni jew aħjar minn hekk jgħidlek li dawn mhux dettalji importanti li jkunu f’manifest elettorali u li dawn imbagħad għandhom jiġu diskussi wara. Tajba wkoll. Irid lill-elettorat jivvota fuq wegħdiet ilellxu, jivvota fuq sħab fl-ajru, mingħajr ma jgħid kif se jitwettqu, meta se jiġu mwettqa u kemm se jiswewh. Dak għaqal fit-tmexxija!!! Bernard Grech ma jistax jippretendi li se jemmnuh u jafdawh meta hu Kap ta’ partit li sa 8 snin ilu kien fil-gvern u kienu wiegħdu ħafna u ma wettqux. Il-poplu f’dan iżżmien qasir bi Gvern Laburista fit-tmun tal-pajjiż dera bi gvern li dak li wiegħed iwettqu u jwettqu fil-ħin. U dan jurih biċ-ċar sondaġġ wara ieħor fejn l-elettorat qed juri li l-għażla politika tiegħu ma ċċaqalqitx pulzier u baqa’ jemmen li l-aħjar partit li jista’ jmexxi lil dan il-pajjiż għal aktar ġid, benefiċċji u serħan ilmoħħ huwa biss il-PL fil-gvern.
L-EWTANASJA GĦANDHA TKUN LEGALI?
CORINNE BUHAGIAR Kunsilliera - Isla
Għandek dritt tagħżel meta tixtieq li ttemm ħajtek? Jew tistenna sal-aħħar nifs? Kull darba li nqajjem dan issuġġett ma’ sħabi jew xi familjari, dejjem niġu għall-istess konklużjoni, għandna nagħmlu l-ewtanasja legali? X’qed iżomm milli niddiskutu aktar dan issuġġett? Il-Knisja Kattolika xi tgħid dwar l-ewtanasja? U reliġjonijiet oħra kif jaħsbuha? Dan huwa suġġett li jqajjem diskussjoni qawwija, min jaqbel u min ma jaqbilx. Suġġett li jqajjem aspetti kumplessi u dinamiċi ħafna, bħal aspetti legali, etiċi, ekonomiċi u soċjali; aspetti ta’ saħħa, reliġjon u spiritwalità, kif ukoll ta’ kultura u soċjetà. Ma rridux ninsew id-drittijiet tal-persuna nnifisha li tagħżel l-ewtanasja. Nemmen li għandna nibdew billi nifhmu l-ewtanasja x’inhi eżatt. Il-kelma ewtanasja oriġinat mil-Greċja u tfisser mewta tajba. Fil-qosor, l-ewtanasja tirreferi għall-prattika li ttemm deliberatament il-ħajja ta’ persuna biex ittaffi l-uġigħ u t-tbatija. Normalment hemm żewġ tipi ta’ ewtanasja, volontarja u involontarja. Volontarja Hija deċiżjoni fejn il-ħajja ta’ persuna tintemm fuq talba tagħha stess sabiex tinħeles mit-tbatija. Involontarja Din tinvolvi lil xi ħadd ieħor li jieħu d-deċiżjoni li jtemm ħajjet persuna oħra. Membru millqrib tal-familja normalment jieħu din id-deċiżjoni. Dan ġeneralment isir meta xi ħadd ikun qed ibati minn marda ta’ tbatija u li mhijiex kurabbli, jew meta l-persuna tkun f’koma irriversibbli. L-ewtanasja hija legali biss
f’numru żgħir ta’ pajjiżi madwar id-dinja, l-aktar f’pajjiżi tal-Punent. Dawn huma ftit mill-pajjiżi li l-leġiżlazzjoni tagħhom tiffavorixxi din il-prattika: New Zealand, l-Awstralja, il-Ġermanja, il-Belġju, il-Kolombja, il-Kanada u l-Iżvizzera. Minkejja dan, hemm pajjiżi oħra li qegħdin jimxu fil-passi tagħhom bħall-Portugall fejn il-Parlament għadu kif ivvota favur l-ewtanasja. Jidher li fl-Ingilterra l-appoġġ ukoll qed jiżdied. Skont stħarriġ li sar fl-Ingilterra, persuni b’mard terminali jmorru l-Iżvizzera fejn l-ewtanasja hija legali biex itemmu ħajjithom, proċess li jiswa lill-familja mal-£10,000 u jċaħħad lill-pazjent milli jkun imdawwar bil-familja fl-aħħar mumenti ta’ ħajtu. L-ewtanasja tibqa’ kwistjoni estremament kumplessa li teħtieġ regolamentazzjoni tajba kull fejn tkun legalizzata. Minkejja dan, il-prattika tidher li qed tikseb appoġġ minn ċittadini madwar id-dinja, inkluża Malta. Ir-reżistenza kontra l-prattika tal-ewtanasja tidher li ġejja l-aktar mill-Knisja Kattolika, li jemmnu bis-sħiħ li huwa biss Alla li għandu d-dritt li jieħu l-ħajja. F’2019 rappreżentanti ta’ reliġjonijiet Kattoliċi, Lhud u Musulmani iffirmaw dikjarazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ tmiem il-ħajja. Din id-dikjarazzjoni tgħid li dawn it-tliet reliġjonijiet huma kontra l-ewtanasja mingħajr eċċezzjonijiet. Min-naħa l-oħra, l-Arċisqof Emeritus tal-Afrika t’Isfel, Desmond Tutu, ammetta pubblikament li jixtieq li jingħata l-għażla tal-ewtanasja. Dr Tutu kiteb ġo artiklu: “Irrelevanti minn dak li tista’ tagħżel għalik innifsek, għaliex għandek tiċħad lill-oħrajn id-dritt li jagħmlu din l-għazla?” Taħsbu li wasal iż-żmien li l-Knisja Kattolika tisma’ l-opinjoni tan-nies? Waqt attività politika f’Jannar 2021, il-Prim Ministru Robert Abela talab għal diskussjoni serja dwar l-ewtanasja. Huwa qal li wasal iż-żmien li l-kwistjoni tingħata prijorità u mhux tigi injorata aktar, tkun kemm tkun tabù. Wara dan id-diskors tal-Prim Ministru, nemmen li Malta qiegħda fuq quddiem li tiddiskuti dan is-suġġett u jekk il-poplu jingħata l-informazzjoni korretta u aktar spjegazzjoni mill-professjonisti, għandna naslu għal diskussjoni aktar intensiva u forsi fil-futur qrib tkun anke legalizzata.
NOTA: Nazju n-Nazzjonalist din il-ġimgħa jinsab indispost
18
07.02.2021
IT-TORRI WIGNACOURT: 410 SNIN TA’ STORJA Aktarx li t-torri ta’ San Pawl il-Baħar, jew aħjar it-Torri Wignacourt, kien l-ewwel binja li saret fl-inħawi meta l-lokal kien għadu mhux abitat. Dan it-torri, flimkien mal-kappelel ta’ Ħal Millieri, Bir Miftuħ u Santu Rokku, kien wieħed mill-ewwel binjiet li Din l-Art Ħelwa rrestawrat. Kien ukoll l-ewwel torri li l-organizzazzjoni ħadet taħt il-ħarsien tagħha u hu l-eqdem post ta’ difiża kostali li jeżisti fi gżiritna. Ilu mwaqqaf 410 snin. Għal din l-intervista tkellimt mat-Tabib STANLEY FARRUGIA RANDON, membru tal-Eżekuttiv ta’ Din l-Art Ħelwa u għamel 16-il sena gwardjan ta’ dan it-torri. Illum, Dr Farrugia Randon hu inkarigat mit-taqsima tar-restawr. Minn CHARLES B. SPITERI Dottor Stanley, pajjiżna għandu bosta ġojjelli mifruxin ’l hawn u ’l hemm, li llum qed isibu għaqdiet li jindukrawhom. X’kien l-oriġini tagħhom? Jekk nitkellem għat-torrijiet żgħar li nsibu mad-dawra tal-kosta Maltija, li huma teżori storiċi, nista’ ngħid li ħafna minnhom inbnew mill-Kavallieri ta’ San Ġwann biex jiffortifikaw il-gżejjer tagħna, jew sempliċement biex iservu ta’ torrijiet tal-għassa. Sas-seklu 17 ma kien jeżisti l-ebda sforz serju biex pajjiżna jkun imħares. Kien il-Gran Mastru Alof de Wignacourt, li fl-1605, ħallas minn butu għall-bini tat-Torri Garzes f ’Għawdex. Torrijiet oħra mibnijin mill-istess Gran Mastru huma dak ta’ San Pawl, li ngħata kunjomu u nbena fl-1610; it-Torri San Lucian f ’Marsaxlokk, ukoll fl-1610; it-Torri San Tumas, li hu torri tal-għassa fil-Bajja San Tumas, li nbena fl-1614; it-Torri tal-għassa f ’Marsalforn, li nbena fl-1616; it-Torri Santa Marija tal-Grazzji f ’Ħaż-Żabbar, fl-1620 u t-Torri Santa Marija fuq Kemmuna. Insibu Gran Mastri oħra li mxew fl-istess passi ta’ Wignacourt? Mhux eżatt. Għax għalkemm il-Gran Mastru Jean Paul Lascaris, kien responsabbli għall-bini tat-torrijiet ta’ Lippija fil-Ġnejna; Sant’Agata fil-Mellieħa; it-Torri ta’ Għajn Tuffieħa; it-Torri tal-Qawra; it-Torri fil-bajja San Ġorġ; it-Torri tan-Nadur, dak ta’ Xiutu u t-Torri ta’ Blat ilMogħża, hu ma ħallasx għali-
It-torri minn ġewwa hom. Jiġifieri nbew mill-flus Gran Mastru nnifsu u l-binja miġbura mit-taxxi tal-poplu. tagħhom u x-xogħol tal-injam li sar fihom, ammontaw Iżda nafu li nsibu aktar għal madwar 6,428 skud. torrijiet f ’pajjiżna. Min kien Irridu nerġgħu nsemmu li li bniehom? l-ewwel torri mibni mill-Kavallieri kien it-Torri Garzes Kien il-Gran Mastru Martin f ’Għawdex, li twaqqa’ f ’nofs de Redin, is-suċċessur ta’ l-1800, biex ħalla lit-Torri Lascaris, li tella’ 13-il torri Wignacourt l-eqdem binja ta’ fl-ewwel sentejn tar-renju difiża tal-Gżejjer Maltin. tiegħu ta’ tliet snin. Dawn it-torrijiet kienu: it-Tor- Nafu xi kemm kien sewa dak ri ta’ Għajn Ħadid; it-Torri it-torri? tal-Għallies; it-Torri ta’ Qalet Marku; it-Torri tal-Madliena; Iva, meta nbena fl-1610, ilit-Torri ta’ San Ġiljan; it-Torri Gran Mastru Wignacourt l-Abjad fl-Imtarfa; it-Torri ta’ kien ħallas 6,748 skud. Nafu Bengħajsa; it-Torri ta’ Xrobb wkoll li fis-6 ta’ Novembl-Għaġin; it-Torri Imwieġel; ru tas-sena ta’ qabel, l-istit-Torri ta’ Delimara; it-Torri ess Gran Mastru ppresieda Żonqor; it-Torri Tal-Ħamrija laqgħa tal-Kunsill tal-Ordni u t-Torri ta’ Bubaqra. u ppreżenta d-disinn tat-torDin id-darba wkoll, il- ri. ħlas għat-torrijiet sar millWieħed mill-iskopiji-
l-bastimenti ħbieb u tal-għadu. Qallu li kien tal-fehma li biex isir l-aqwa kontroll tal-moviment tal-bastimenti, l-aqwa post kien qrib fejn kienet il-knisja ta’ San Pawl. Żiedlu li d-disinn bil-qisien kollha tal-bajja kienet lesta u tinkludi l-qagħda eżatta fejn kellu jinbena t-torri. L-istess disinn inkluda kemm lill-Bajja ta’ San Pawl kif ukoll il-Bajja tal-Mistra (La Mista), li kienet qrib l-ewwel bajja. F’din il-qagħda, kompla jiktiblu, l-artillerija fuq is-saqaf tat-torri tkun kapaċi tiddefendi l-Bajja tal-Mistra wkoll. It-torri kellu jinbena f ’forma kwadra, bil-bażi tkun ta’ seba’ qasab, b’għoli ta’ 40 filata, li jġibu madwar ħames qasab u nofs. B’dawn ilqisien, l-artillerija fuq il-bejt tat-torri kien ikollhom aktar minn erba’ qasab ta’ spazju fuq kull ġenb. Dawn il-qisien jikkorrispondu eżatt ma’ dawk ta’ kif eventwalment inbena t-torri.
et tiegħu kien li jiddefendi l-bastimenti li jkunu deħlin fil-bajja. Naturalment, il-Kunsill approva l-pjan u l-Gran Mastru ħabbar li kien X’tista’ tgħidilna fuq se jibnih spejjeż tiegħu. it-tqegħid tal-ewwel ġebla? Min kien l-arkitett tiegħu? Għaċ-ċerimonja tat-tqegħid Aktarx li x-xogħol ingħa- tal-ewwel ġebla attenda ta lill-Arkitett Malti Vitto- l-Gran Mastru nnifsu, flimrio Cassar, li kien tal-fehma kien mal-kleru tal-Imdili jinbena fejn qabel kien na. Din iċ-ċerimonja saret hemm il-knisja ta’ San Pawl. fl-10 ta’ Frar tal-1610. Għal Fit-30 ta’ Novembru tal- raġunijiet ta’ sigurtà, il-qa1609, Wignacourt kiteb għda tal-kappella ta’ San lill-Kavallier Vincenzo La Pawl kellha tinbidel biex isMarra, ir-riċevitur (il-bnie- servi għall-ħtiġiet pastoradem li jieħu ħsieb id-dħul li tas-suldati. Il-munizzjon u l-infiq tal-flus) tal-Ord- meħtieġ, iddaħħal fit-torri ni f ’Ruma u ddeskrivielu fil-preżenza tal-Gran Mastru. l-proġett. Spjegalu wkoll li ried jibni torri kbir fil-bajja Minn dak li naraw ta’ San Pawl (Cala di San Pau- oriġinalment, il-bieb lo) biex ikunu spezzjonati prinċipali kien fl-għoli sew
19
07.02.2021
Kien sar xi tibdil? Id-dħul oriġinali għat-torri kien permezz ta’ pont jitla’ u jinżel u mbagħad kien hemm indana ta’ taraġ tal-ġebel. Eventwalment dan tneħħa fis-snin tal-1960 biex jagħmel il-wisa’ għat-triq quddiem it-torri. Il-bieb prinċipali li naraw illum mat-triq mhux oriġinali. Issa, t-taraġ oriġinali kien iwassal direttament fis-sular ta’ fuq mnejn individwi fit-torri kienu jinżlu isfel permezz ta’ fetħa, li minnha kien ikun hemm imdendel ħabel, jew sellum. Id-daħla oriġinali u l-bieb għadhom kif kienu. Tibdiliet li saru jinkludu ż-żieda ta’ kmamar żgħar. Xhieda ta’ hekk hemm ir-ritratti. Jiġifieri min kien ikun fl-inkarigu tat-torri kien jibqa’ fih billejl? Iva. Hu kien jgħix fuq nett. Kellu sodda, post għal fuklar bil-ħofra għall-ventilazzjoni, fejn jagħmel il-ħtiġiet naturali tiegħu, kif ukoll ħerża ta’ bir mnejn kien itella’ l-ilma. Kellu wkoll mejda żgħira fejn seta’ jikteb u jqiegħed l-affarijiet personali. Toqob tal-injam fil-ħitan jissuġġerixxu li kien hemm art sekondarja tal-injam, mistrieħa fuq it-travi, intenzjonata biex tipprovdi akkomodazzjoni għall-irqad. Dam xejn ma ta xhieda favorevoli għall-użu tal-bini tiegħu dan it-torri? Kien biss erba’ snin wara li nbena, li tfassal attakk qawwi mill-flotot Torok. Il-Bajja ta’ San Pawl kienet waħda mill-postijiet fejn il-flotot ippjanaw li jinżlu l-art. Madankollu, meta lemħu l-bini tat-torri, it-Torok qatgħuha li jmorru u jinżlu mill-Mellieħa, li sa dak iż-żmien ma kellha ebda difiża. Għall-ewwel 30 sena tal-eżistenza tiegħu, it-Torri Wignacourt kien l-uniku torri difensiv fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta. Aktar tard, fl1649, inbena l-Forti Sant’Agata (magħruf bħala t-Torri l-Aħmar) fil-Mellieħa. Min kien ikun il-bniedem responsabbli mit-Torri ta’ Wignacourt u x’kellu bħala armi u munizzjon? It-truppi ta’ dan it-torri kienu kapitanati mill-bumbardier, li kien ikun għassa għaċ-ċaqliq tal-bastimenti tal-għadu li jkunu resqin lejn Malta. Fl-1715 żdiedet batterija kostali mat-torri biex iżżid il-qawwa tan-nar. Kważi matul is-seklu 18 kollu, l-armamenti tat-torri kienu jik-
konsistu minn żewġ kanuni tal-azzar six pounder, bħal dak li kien hemm fuq il-bejt tat-torri u tliet kanuni tal-azzar 18 pounder, imqiegħed flart, fil-batterija, iħares fuq il-baħar. Fl-1770 it-truppi tat-torri ngħataw 12-il xkubetta bil-bajunetta flimkien ma 500 skartoċċ, żewġ pistoli, 12-il lanza u xabla. Ladarba telqu l-Kavallieri x’użu sar minn dan it-torri? Bejn l-1913 u l-1931 serva bħala stazzjon tal-Pulizija waqt li bejn l-1937 u l-1963 ittieħed f ’idejn id-Dipartiment tal-Posta u t-Telefown. Kien fl-1967 li l-Gvern ħareġ sejħa għall-offerti għall-kiri tat-Torri ta’ Wignacourt. F’tebqa t’għajn Din l-Art Ħelwa rreaġixxiet billi appuntat kummissjoni li ħejjiet rapport li kkonkluda li t-torri kellu jkun użat bħala Mużew Pawlin aktar milli jingħata għal skopijiet kummerċjali. Il-kummissjoni enfasizzat li jekk il-Gvern kien diġà kommess jikri t-torri kummerċjalment, kellu jagħmel ċerti kundizzjonijiet għall-ħarsien tiegħu. Naturalment għadda f ’idejn Din l-Art Ħelwa. Meta ġara dan? Din l-Art Ħelwa krietu fl1970, wara li d-Dipartiment tal-Artijiet ħareġ avviż filGazzetta tal-Gvern biex jara min xtaq jikrih, bil-kundizzjoni li jirrestawrah u jżommu fi stat tajjeb. Għalhekk, ix-xogħol ta’ restawr inbeda sentejn wara taħt is-superviżjoni tal-Perit Ray Vassallo, li kien ukoll membru tal-Assoċjazzjoni. Kien hemm ukoll numru ta’ kumpaniji li pprovdew ħaddiema għal dan ix-xogħol. L-art u l-aperturi kellhom jinbidlu, u t-turretti u l-ħitan tbajdu mill-ġdid. Għal xiex beda jservi wara? Insemmi li fl-1973 meta l-Kunsill tal-Ewropa ħabbar li fl-1975 kien se jiċċelebra s-Sena tal-Wirt Arkitettoniku, il-Kunsill ta’ Din l-Art Ħelwa ddeċieda li juża l-ħiliet tiegħu u jiddedika kważi l-fondi kollha li kellu biex jitlesta r-restawr tat-torri, ħalli jikkommemora din ilġrajja. Ir-restawr tat-torri kien inawgurat fl-10 ta’ Frar 1976 minn Patrick Holland, Ministru għad-Djar u l-Artijiet. Bħala restawr kien sewa Lm3,000 lill-Assoċjazzjoni. L-idea oriġinali kienet li t-torri jservi ta’ Mużew Pawlin, li bħala tema ewlenija kellu l-wasla ta’ San Pawl
Is-sodda fit-torri
lejn gżiritna u dawk l-affarijiet li joħorġu fid-dieher l-istorja tal-villaġġ ta’ San Pawl. Biex aktar tissawwar din il-fehma, fl-1982 sar ftehim bejn Din l-Art Ħelwa u l-Istitut Soċjo Kulturali ta’ San Pawl il-Baħar fejn għal numru ta’ snin it-torri kien jippreżenta wirja tradizzjonali tal-oġġetti kollha li kienu jintużaw fil-biedja u s-sajd. Illum, skont l-Att talIżvilupp tal-Ippjanar tal1992 u l-Pjan Strutturali għall-Gżejjer Maltin kien stabbilit l-Inventarju ta’ Protezzjoni Nazzjonali. Kif kien milqut dan it-torri? It-torrijiet kienu klassifikati bħala binjiet ta’ Grad 1, jiġifieri ‘binjiet b’arkitettura prominenti u interess storiku, li għandhom ikunu mħarsa fit-totalità tagħhom.’ Insibu wkoll li kull intervent li jsir għandu jitqies fir-riabilitazzjoni li ssir u fir-restawr xjentifiku. Numru ta’ xogħlijiet ta’ restawr saru fl-1994, fuq il-faċċati tal-ħitan tat-torri. Tbiddel ġebel marid u bilħażiż u mtela kull fejn kien hemm xi xpakki. Anki sar xogħol fuq is-saqaf, li ngħata l-membrana. Fl-1997 l-Organizzazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu (illum l-Awtorità Maltija tatTuriżmu) sponsorjat lil Din l-Art Ħelwa biex twettaq aktar restawr tat-torri u sena wara kienet organizzata wirja ta’ mudelli tal-fortifikazzjonijiet madwar Malta, imħejjija minn Dr. Stephen C. Spiteri. Min-naħa tiegħu il-Kunsill Lokali għamel pavimentar mad-dawra tat-torri u installa flood lights mad-dawra tiegħu. Twaħħlu wkoll bankijiet b’mod li għamlu mill-inħawi post ta’ rikreazz-
Ritratt antik tat-Torri Wignacourt
joni, speċjalment matul l-iljieli sajfin. Fl-2003, permezz ta’ somma flus li ta l-Bank of Valletta, sar aktar restawr u l-esibiti seta’ jkollhom vetrini aktar moderni. Anki s-sistema tad-dawl inbidlet u ddaħħlu miżuri tas-sigurtà. Xi jsib ta’ interess kull min iżur l-esibizzjoni? Fl-esibizzjoni, li tinsab filpjan terran, il-viżitatur jara l-fortifikazzjonijiet ewlenin ta’ madwar il-gżejjer. Meta l-Ordni ta’ San Ġwann ġie Malta, fl-1530, sab tliet tipi ta’ fortifikazzjoni-
jiet qodma: Kastell fil-Birgu (aktar tard żviluppat fil-Forti Sant’Anġlu), li hu akkreditat lill-Għarab li okkupaw il-gżejjer fis-sena 870 Wara Kristu; l-Imdina, li ngħatat l-isem mill-Għarab li ffortifikaw il-belt u kastell medjevali li issa hu magħruf bħala ċ-Ċittadella f ’Għawdex. Fl-1552 tul il-ħakma talGran Mastru D’Homedes, inbnew żewġ forti biex jiddefendu l-portijiet. L-ewwel wieħed kien il-Forti Sant’Iermu, fuq l-għolja tal-Peniżola Sciberras (aktar tard imsejħa Valletta) u l-Forti San Mikiel (aktar tard magħruf bħala Senglea).
20
07.02.2021
MALTESE MOTION IL-PRATTIKA U L-IŻVOĠ TAL-PARKOUR Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Kull tip ta’ sport huwa essenzjali għall-bniedem. Taj jeb li niċċaqalqu u niddedikaw ftit ħin għal ċertu ċaqliq tal-ġisem, kif ukoll naqtgħu mir-rutina ta’ kuljum. Dan l-aħħar sirt naf bi grupp ta’ żgħażagħ li jipprattikaw sport li hawn Malta mhux daqstant popolari. Fil-fatt, tkellimt ma’ Isaac Camilleri Liberto li jifforma parti millgrupp lokali Maltese Motion u li fost oħrajn jipprattikaw il-parkour. Għandu 26 sena u joqgħod l-Imġarr. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala bniedem mimli enerġija u jħobb jiskopri l-ħajja b’mod avventuruż. Għandu ħafna talenti u passjonijiet differenti. Xogħlu jipproduċi l-mużika taħt l-isem ‘Music Boy’, kowċ tal-ġinnastika u parkour. Iħobb il-pożittività, huwa bniedem li jħobb ikun sarkastiku, ċajtier u jħobb jgħin lill-proxxmu. Bniedem ta’ valuri u vanituż ħafna. Flimkien ma’ sħabu talgrupp Maltese Motion ifforma dan il-grupp lura fis-sena 2013. Il-grupp tagħhom magħmul minn sitt membri. “Jien m’għandix rwol speċifiku għax aħna kollha naħdmu flimkien bħala tim wieħed u dejjem naqsmu x-xogħol bejnietna. Jekk hemm xi ħaġa li forsi jien nieħu ħsieb b’mod aktar speċifiku, din hija l-paġna ta’ Facebook u Instagram “Maltese Motion” fejn nitfa’ ritratti tagħna bħala grupp nitħarrġu madwar il-gżejjer Maltin u anki barranin,” beda jgħidli Isaac. Għal min m’għandux idea dwar dan il-grupp, Maltese Motion huwa grupp akrobatiku, fejn il-membri kollha għandhom esperjenza fiċ-ċirku u diversi arti oħra. Fil-fatt, iħobbu jittrenjaw fin-natura madwar il-gżejjer Maltin. Mistoqsi x’tip ta’ taħriġ jitħarrġu u x’tip ta’ akrobazija jagħmlu, Isaac spjegali li jitgħallmu diversi akrobaziji differenti, mhux parkour biss, bħal ġinnastika, stunts, kif wkoll ħafna dixxiplini differenti li aktar għandhom x’jaqsmu maċċirku, kemm f ’Malta u anki barra minn Malta. “Kollha kemm aħna għandna bażi ta’ arti differenti. Għalhekk aħna niġu mitluba nkunu parti minn ħafna avvenimenti kbar għax bit-talenti
kollha tagħna magħqudin flimkien mal-parkour, aħna nistgħu noħolqu xi ħaġa speċjali u bla dubju xi ħaġa unika bi prodott uniku.”
jar extreme sport. Huwa sport li jista’ jiġi prattikat kullimkien u huwa sport ta’ diversi manuvri u wkoll ta’ kif għandek iġġib ruħek ma’ kull tip ta’ ostaklu li ssib Sport li jista’ jiġi prattikat quddiemek. Diffiċli tifhem kullimkien u jinvolvi x’nagħmlu jekk ma tkunx diversi manuvri familjari miegħu. Pereżempju għandek ċint quddiemek u Għall-benefiċċju tal-qarrejja, bil-manuvri tagħna jirnexxparkour huwa sport jew aħ- ilek tiskapulah b’mod akro-
batiku,” spjegali tajjeb Isaac. Isaac kompla jgħidli li jagħmlu dan l-isport għaliex għandhom passjoni għalih. Għaldaqstant jiġu mitluba biex joħolqu anki spettaklu f ’diversi avvenimenti bħal parties, tiġijiet, music videos, reklami, films u ħafna aktar. “Waħda mill-aktar esperjenzi għal qalbna hija dik taċ-CHOGM, fejn kellna l-op-
Jien m’għandix rwol speċifiku għax aħna kollha naħdmu flimkien bħala tim wieħed u dejjem naqsmu x-xogħol bejnietna. Jekk hemm xi ħaġa li forsi jien nieħu ħsieb b’mod aktar speċifiku, din hija l-paġna ta’ Facebook u Instagram “Maltese Motion” fejn nitfa’ ritratti tagħna bħala grupp nitħarrġu madwar il-gżejjer Maltin u anki barranin
portunità noħolqu spettaklu għar-Reġina fis-sena 2015.” Għal ħafna persuni l-parkour jiġi kkunsidrat bħala perikoluż għax jinvolvi ħafna manuvri, tixbit, qbiż ta’ ħitan u ostakli oħra. Ħallejt f ’idejn Isaac sabiex jikkummenta dwar dan, u jekk qattx kellhom xi inċidenti. “Fil-għajn tal-proxxmu jaf jidher u jiġi meqjus bħala sport perikoluż. Bit-taħriġ professjonali neċessarju u anki f ’post bħal gym addattat għal dan l-isport b’materjal ta’ protezzjoni bħal saqqijiet apposta speċjalment għall-beginners, qatt mhu perikoluż. Huwa biss perikoluż għal persuni li jippruvaw jagħmlu xi manuvri li jaraw mingħajr l-ebda taħriġ. Kemm ilna nittrenjaw dan l-isport, qatt ma kellna inċidenti b’konnesjoni ma’ dan. Aħna dejjem naħdmu f ’ambjent li aħna nsibu sigur u addattat għalina u fejn naraw il-periklu nevitawh,” stqarr miegħi. Mistoqsi dwar jekk hemmx xi taħriġ speċjali sabiex jidraw il-manuvri u l-prattika tal-parkour Isaac weġibni:
21
07.02.2021 “Aħna kollha għandna idea tal-ġinnastika. Kollha bdejna ta’ età verament żgħira u għaldaqstant din għenitna ħafna nitgħallmu ċerti manuvri li sibna verament siewja u ta’ għajnuna fid-dinja tal-parkour. Il-parkour huwa sport li jitlob ċertu impenn u għaldaqstant jirrikjedi ħafna preċiżjoni, prattika u dedikazzjoni kbira.” Il-parkour huwa sport li għadu qiegħed jikber f ’pajjiżna Mill-ġinnastika, ħolqu dan il-grupp – Maltese Motion. Il-parkour huwa sport li għadu qiegħed jikber fil-popolarità tiegħu f ’pajjiżna. Il-parkour jirrikjedi ħafna taħriġ u dedikazzjoni. Mistoqsi kemm-il siegħa jqattgħu jitħarrġu f ’dan l-isport, Isaac weġibni li m’hemmx sigħat speċifiki ta’ kemm jiprattikaw. “Aħna kollha għandna l-impenji tagħna, bħax-xogħol u nlaħħqu mal-ħajja ta’ kuljum. Għaldaqstant niltaqgħu meta jkollna ċans filħin liberu tagħna, speċjalment fil-weekend. Ovvjament meta nkunu qed inħejju ruħna għal xi avveniment speċjali, niltaqgħu aktar ta’ spiss anki matul il-ġimgħa sabiex noħolqu xi ħaġa dejjem professjonali.” L-għan prinċipali tagħhom huwa li dan l-isport jikber hawn Malta, u fil-fatt dan l-aħħar qed jagħmlu sejħa għal dawk it-tfal li jinteressahom jibdew jitħarrġu magħhom. Fil-fatt, għal min jinteressah dan l-isport jista’ jżur il-paġna tagħhom Maltese Motion fuq Facebook jew Instagram biex jaraw aktar x’jagħmel dan il-grupp. “Tistgħu wkoll tibagħtulna messaġġi għal aktar dettalji kemm biex inkunu mistednin għal xi avveniment
speċjali li qegħdin ittellgħu, u anke biex tibdew titħarrġu magħna. Dan l-isport m’għandux età u tajjeb għal kulħadd. Iżda nħeġġu lill-qarrejja tagħna biex jibdew ta’ età żgħira.” Fl-aħħar nett, Isaac xtaq jgħaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Il-parkour huwa sport avventuruż, ferm interessanti, u wkoll ta’ benefiċċju għall-ħajja ta’ kuljum. Iħarrġek sabiex tkun tista’ tipproteġi lilek innifsek meta taqa’ u anki biex tipprevieni milli taqa’ għax iħarrġek tkun aktar pront fil-ħajja ta’ kuljum għal kwalunkwe ostaklu li tista’ ssib anki f ’każi ta’ salvataġġ. Kif diġà għedt, il-parkour mhux sport perikoluż u huwa biss perikoluż għal min jipprova manuvri mingħajr l-ebda taħriġ. ’Il quddiem għandna anki potenzjal li niftħu skola addattata għall-parkour fejn dan l-isport jiġi mħarreġ b’mod professjonali, kif wkoll aktar sigur għal kulħadd. Inħeġġu lill-qarrejja tagħna biex jibdew ta’ età żgħira għax b’hekk wieħed ikun jista’ jikber aktar malajr u l-ġisem jissaħħaħ aktar kmieni. Barra minn hekk, aktar ma jkollok esperjenza dejjem aħjar. Aħna lkoll xtaqna bdejna dan l-isport ta’ età żgħira, iżda sfortunatament ma kienx jeżisti hawn Malta,” temm jgħid Isaac.
22
07.02.2021
X’INHU R-RWOL TAL-KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U T-TEKNOLOĠIJA?
Kitba ta’ CLIFFORD GALEA
Spiss nisimgħu dwaru. Ħafna jorbtuh mal-Esplora. Imma inti li qed taqra, taf eżatt xi jsir fi ħdan il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija? Tkellimna maċ-Ċermen Eżekuttiv JEFFREY PULLICINO ORLANDO dwar dan...
Fil-fatt, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (l-MCST) ġie mwaqqaf fl-1988. Dak iż-żmien, ir-rwol tal-MCST kien li jagħti parir lill-Gvern dwar il-politika tax-xjenza u t-teknoloġija. Ir-responsabbiltà tal-Kunsill kibret b’mod mgħaġġel speċjalment f’dawn l-aħħar 10 snin. Inħossni onorat li jien kont parti minn din it-trasformazzjoni. Din il-bidla seħħet kemm minħabba s-sapport tal-Gvern, kif ukoll minħabba t-tim kompetenti li jiena mmexxi. Dejjem kien u jibqa’ jkun ta’ privileġġ għalija li mmexxi l-MCST, hekk kif jinsab fi stadju tant interessanti fl-iżvilupp tiegħu. Illum il-ġurnata il-mandat tant kiber li saħansitra jinkludi responsabbiltajiet assoċjati mar-Riċerka u l-Innovazzjoni (R&I), il-politika, l-istrateġija, il-komunikazzjoni tax-xjenza, l-għarfien dwar is-suġġetti STEM, l-immaniġġjar ta’ programmi varji tal-R&I, kif ukoll inizjattivi dwar l-internazzjonalizzazzjoni. L-għan ewlieni tal-MCST għadu xorta dak li jagħti pariri lill-Gvern dwar il-politika fuq livell lokali kif ukoll dwar żviluppi fl-Unjoni Ewropea u fl-istess waqt jirrappreżenta lill-Gvern f’diversi fora tal-Unjoni Ewropea (UE) fl-oqsma tar-R&I. L-MCST għandu wkoll l-inkarigu li jiżviluppa l-Istrateġija Nazzjonali tal-R&I, kif ukoll l-Istrateġija ta’ Innovazzjoni għal Speċjalizzazzjoni Intelliġenti. Fil-fatt, bħalissa
Ritratt ta’ OMAR CAMILLERI
Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) ilu mwaqqaf għal dawn l-aħħar 30 sena. Is-sena l-oħra, inti għalaqt 10 snin fit-tmun bħala Ċermen Eżekuttiv. Kif rajt l-MCST jinbidel u jiżviluppa taħt it-tmexxija tiegħek?
qegħdin fl-aħħar fażi tal-Istrateġija għal Speċjalizzazzjoni Intelliġenti tal-2021-2027. Kemm ili fil-kariga jien, din kienet it-tieni waħda li fassalna. Għalkemm dan ix-xogħol jista’ jinstema’ ftit astratt, speċjalment għall-pubbliku ġenerali, din l-Istrateġija għal Speċjalizzazzjoni Intelliġenti hija importanti għal Malta għax tgħin biex jinkisbu fondi strutturali mill-UE u tistabbilixxi wkoll il-prijoritajiet ta’ speċjalizzazzjoni f’dan il-perjodu.
L-MCST, bħala l-Kuntatt Nazzjonali Ewlieni għall-EU Framework Programme Horizon Europe, għandu d-dmir li jkabbar l-għarfien u jipprovdi wkoll sapport dirett lir-riċerkaturi u entitajiet li jipparteċipaw b’mod attiv fil-Programm u jagħtihom aċċess għall-fondi. L-MCST huwa magħruf ukoll għal diversi programmi ta’ fondi nazzjonali tal-R&I. Filwaqt li dawn l-inċentivi bdew fl-2004, il-programm ewlieni ta’ dak iż-żmien kiber u fl-2014 inbidel ħafna.
Illum il-fondi li jingħataw mill-MCST żviluppaw ferm aktar, grazzi għas-sapport tal-Ministeru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara l-COVID-19, taħt it-tmexxija tal-Ministru Owen Bonnici. Minħabba l-fatt li għandu responsabbiltà li jikkomunika x-xjenza u jkabbar l-għarfien dwar is-suġġetti STEM, l-MCST għandu taħt il-kappa tiegħu l-operat tal-Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza. L-Esplora huwa post li jap-
Ninsabu ħerqanin ukoll sabiex nippromwovu l-opportunitajiet tar-riċerka flimkien ma’ stejjer ta’ suċċess li bbenefikaw minn appoġġ finanzjarju mill-MCST. Għalhekk se nkomplu niffukaw fuq l-użu tal-Esplora bħala ċentru fejn il-pubbliku jkollu l-opportunità li jikseb aktar għarfien u dan imur lil hinn mill-edukazzjoni STEM li tingħata lill-istudenti
pella għal viżitaturi ta’ kull età u joffri esperjenza divertenti f’ambjent sikur u ferrieħi. Fl-Esplora wieħed jista’ jsib ’il fuq minn 200 esibit interattiv tax-xjenza, workshops fejn il-pubbliku jista’ jipparteċipa, films tal-Planetarium u xows tax-xjenza. L-għan tal-Esplora huwa li juri lill-viżitaturi li x-xjenza hija relevanti u importanti għat-tkabbir personali tagħhom, għaċ-ċittadinanza attiva u l-impjegabbilità. L-Esplora jħeġġeġ lill-viżitaturi sabiex jistaqsu ħalli jiksbu aktar għarfien dwar dak li jkunu qed jaraw u fejn it-tfittxija għal tweġibiet xjentifiċi hija waħda divertenti, pertinenti u interattiva. L-inizjattivi tal-MCST huma magħrufa mal-komunità tar-riċerka. Iżda, naf li bħalissa hemm xi programmi li jinsabu għaddejjin minn żvilupp. Xi jfisser dan għall-komunità tar-riċerka? Iva, hekk hu. Kif semmejt, bis-sapport tal-Ministru Owen
08.11.2020 07.02.2021 Bonnici, ninsabu fi proċess li nkabbru l-programm tradizzjonali FUSION biex jinkludi portafoll akbar. Tradizzjonalment, l-MCST ilu jħaddem il-programm FUSION sa mill2014 permezz tal-Commercialisation Voucher Programme, li jagħti lil dak li jkun il-possibbiltà li jara jekk idea hix vijabbli jew le, kif ukoll it-Technology Development Programme li jiffinanzja proġetti ta’ riċerka kollaborattivi. Issa f’dan il-portafoll, żidna wkoll ir-Research Excellence Programme, li għandu l-għan li jiffinanzja riċerka fi stadju bikri. Għandna pjanijiet biex indaħħlu miżura li tkun tista’ tgħin fir-riċerka applikata mgħaġġla u li qed nittamaw li nniedu aktar tard din is-sena. Aktar minn hekk, rajna l-importanza li nirrikonoxxu u nirreaġixxu għal sfidi xjentifiċi u tas-suq u għalhekk din is-sena se nniedu l-Infectious Diseases Programme, li se jkun qed jagħmel parti mill-programm FUSION. Dan isegwi l-fond COVID-19 R&D li nedejna s-sena l-oħra flimkien mal-kollegi tagħna tal-Malta Enterprise. Il-portafoll FUSION qed jitkabbar sabiex jipprovdi aktar sostenn lill-komunità tar-riċerka. Fil-programm FUSION se jkun hemm total ta’ erba’ miljun ewro. Din iż-żieda turi l-impenn tal-Gvern lejn dan il-programm. Ninsabu ħerqanin ukoll sabiex nippromwovu l-opportunitajiet tar-riċerka flimkien ma’ stejjer ta’ suċċess li bbenefikaw minn appoġġ finanzjarju mill-MCST. Għalhekk se nkomplu niffukaw fuq l-użu tal-Esplora bħala ċentru fejn il-pubbliku jkollu l-opportunità li jikseb aktar għarfien u dan imur lil hinn mill-edukazzjoni STEM li tingħata lill-istudenti. Għalhekk se nkomplu niffukaw fuq diskussjonijiet tal-pubbliku fis-settur daqstant importanti tar-riċerka. Minbarra l-programmi ta’ fondi nazzjonali, innutajt li qed tiffukaw aktar fuq l-internazzjonalizzazzjoni. Għal xiex huwa importanti dan u xi jfisser eżatt? Tul is-snin, l-MCST dejjem għen fl-internazzjonalizzazzjoni, iżda fl-2019, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija mar lil hinn minn dak mistenni billi ħoloq dipartiment li hu ddedikat għall-Internazzjonalizzazzjoni. L-Internazzjonalizzazzjoni hija importanti biex tassigura li l-komunità tar-riċerka lokali tħares lil hinn minn xtutna, mhux biss biex taċċessa swieq ġodda, iżda wkoll biex tikkollabora ma’ entitajiet internazzjonali ta’ eċċellenza.
23 Din tal-aħħar hija kruċjali biex jiġi żgurat li r-riċerkaturi Maltin jiżviluppaw il-kapaċitajiet tagħhom fl-ispeċjalizzazzjonijiet tagħhom. L-għan tal-ħidma tal-internazzjonalizzazzjoni ta’ dan id-dipartiment ġdid, huwa li tissaħħaħ il-kollaborazzjoni fost ir-riċerkaturi u l-partijiet ikkonċernati, kemm lokali kif ukoll barranin. L-MCST huwa membru attiv f’diversi inizjattivi fosthom fi PRIMA (Partnership for Research and Innovation in the Mediterranean Area), Azzjonijiet Transnazzjonali Konġunti, programmi bilaterali ma’ terzi pajjiżi, kif ukoll Sħubija Ewropea taħt il-Horizon Europe. Minbarra inizjattivi biex jippromwovu r-riċerka, l-MCST jinsab ukoll fuq quddiem nett fis-settur spazjali. X’inhu l-irwol tal-MCST f ’dan ir-rigward? Bħala parti mir-responsabbiltà li jagħti pariri lill-Gvern fuq affarijiet li jirrigwardaw il-politika, l-MCST, f’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra Maltin, tagħti wkoll pariri lillGvern dwar l-ispazju. Din hija importanti għax biha nkunu qed inwittu l-pedament nazzjonali ta’ Malta f’diversi fora tal-UE u mhux biss. L-ispazju huwa aktar viċin milli wieħed jaħseb. It-teknoloġiji li huma relatati mal-ispazju bħas-satelliti, jiffurmaw parti mill-ħajja ta’ kuljum. Fl-2017, l-MCST kiteb l-ewwel Politika Nazzjonali dwar l-ispazju u għen biex it-taħriġ f’dan is-settur, kif ukoll f’dak tal-edukazzjoni, jingħata aktar importanza. Issa l-MCST qed jgħin lill-Ministeru mmexxi mill-Ministru Bonnici billi jagħti pariri fuq l-iżvilupp ta’ Strateġija Nazzjonali Spazjali, li se jkollha l-għan li testabbilixxi l-miri nazzjonali f’dan il-qasam. Sa mill-2012, l-MCST huwa wkoll il-Kuntatt Nazzjonali Ewlieni mal-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA). F’dawn l-aħħar ħames snin, l-MCST ħadem sabiex itejjeb ir-relazzjoni nazzjonali mal-ESA biex ikun jista’ joħloq opportunitajiet ta’ taħriġ fis-suq lokali. Megħjunin mill-ESA, l-MCST, iħaddem ukoll Fond Nazzjonali Spazjali. Dan il-fond huwa magħmul minn Fond għar-Riċerka Spazjali u Programm Edukattiv Spazjali. Riċentement, nedejna sejħa għal żewġ pożizzjonijiet ta’ taħriġ mal-ESA u bħalissa qegħdin naħdmu biex niksbu aktar opportunitajiet għall-istudenti Maltin kif ukoll għal persuni gradwati. Dan qed nagħmluh flimkien mal-promozzjoni tal-edukazzjoni Spazjali li l-Esplora jħejji permezz tal-esperjenza interattiva tiegħu.
SKEDA ONE TNEJN ONE Sports & Temp 08-02 ONE News Prime Time Reboot Follow Up Stejjer wara t-Tmienja Music Legends ONE News
12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 18:30
Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Duurella Mhux kemm taf Flimkien ma’ Nancy Pjazza
19:15 19:30 20:10 20:30 21:15 22:15 22:50 23:30
07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News
12:35 12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:30
Ftit Ħin għal saħħtek Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Follow Up Dak li Jgħodd
18:30 Pjazza 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 Gladiator 22:00 Distintivi 23:00 Ondroad 23:30 ONE News
07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:45 09:30 10:00 12:30 12:40
ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif
12:45 Telebejgħ 13:00 Turando 15:30 ONE News 15:35 Ieqaf 20 Minuta 16:00 Telebejgħ 16:15 Prime Time Preview 16:30 Duurella 16:45 Pink Panther 17:30 #Pajjiżi 18:30 Pjazza
07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum Step Up Pink Panther Telebejgħ Espresso ONE News Ftit Ħin għal saħħtek
12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:00 17:35 18:00
Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime Time Preview Żona Sport Popcorn Ħabrikt Mhux kemm taf
18:30 19:15 19:30 20:10 20:30 21:05 22:40 23:24 23:30
13:20 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:00 17:30 18:30 19:15
Kalamita ONE News Kalamita Telebejgħ Telebejgħ Prime Time Preview Duurella Twenty One Indhouse Pjazza ONE
Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 Kick OFF 21:40 Country Jamboree 22:15 Gladiator 23:30 ONE News
07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:45 09:30 10:00 12:30 12:40
ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif
TLIETA 09-02
ĦAMIS 11-02
08:30 08:45 09:30 10:00 12:30 12:35
07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 Press Conference: Covid-19 13:15 ONE News
SIBT 13-02
ERBGĦA 19:15 ONE 10-02 Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 PrimeTime 20:30 The Local Traveller 21:00 Division 7 22:30 Reboot 23:30 ONE News
Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Prime Time Twenty One Ilsien in-Nisa Ondroad Teżori ONE News
ĠIMGĦA 12-02
07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Better Living 09:45 Twenty One 10:18 #Pajjiżi 10:57 Indhouse
11:53 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:37 Zonasport 13:10 Country Jamboree 13:43 Reboot 14:25 Ħabrikt 14:45 The Local Traveller 15:30 ONE News 15:35 Dak li Jgħodd 16:30 Flimkien ma’ Nancy
17:30 18:05 18:45 19:22 19:30 20:04 20:30 23:30
07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:30 11:55
12:30 12:35 13:30 15:30 15:35 17:30 19:15
19:30 ONE 14-02 News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:30 Attività Politika 21:15 Maratona Hospice 23:30 ONE News
ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Paper Scan Attività Politika Telebejgħ
ONE News Indhouse Maratona Hospice ONE News Maratona Hospice L-Argument One Sport & Temp
Il-Kelma Pink Panther Ondroad ONE Sports & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News
ĦADD
24
07.02.2021
reċensjoni tal-ktieb
IMĦABBA TAĦT ASSEDJU STORJA KBIRA Kumment tal-awtur Michael Cini dwar dan ir-rumanz: “Kemm ħadt pjaċir naqra r-rumanz storiku Imħabba Taħt Assedju - Storja Kbira tal-awtur bravu Darren Agius. Rumanz li żammni mill-ewwel ftit paġni sakemm spiċċajtu kollu, b’Malti mexxej u kapitli qosra. Ġrajja ta’ qlubija bbażata fi żmien il-ħbit mill-furbani fuq l-irħula Maltin meta l-poplu kien jgħix fil-biża’ li minn ħin għal ieħor, jista’ jsib ruħu maqtul jew imkaxkar bħala lsir. Żminijiet fewdali meta Malta kienet taħt il-ħakma ta’ Gonsalvo de Monroy. Ir-rakkont storiku huwa mżewwaq sabiħ ħafna b’imħabbiet differenti, kemm dawk aċċettati kif ukoll oħrajn projbiti li jagħmlu dan ir-rumanz aktar eċitanti. Però fl-opinjoni tiegħi, l-eċitament jilħaq il-qofol tiegħu fit-taqbid organizzat mis-suldati tal-milizzja Maltija, partikolarment tas-Societatem Verum Melitensis li kienet topera fiddell tal-awtoritajiet ta’ dawk iż-żminijiet. Taqbid deskritt b’tali mod li malajr idaħħlek fl-ispirtu tal-battalji, li mis-
sirijietna kienu jieħdu sehem fihom regolarment biex jiddefendu lill-familji tagħhom u lil Malta tagħna mill-furbani u l-qawwiet tal-Barberija. Impressjonanti wkoll kif l-awtur jirnexxilu jdaħħal lill-qarrej fl-assedju tal-1429 fuq l-Imdina mis-Seraċini Ħafsidi, u jġiegħlu jesperjenza l-qlubija li wrew il-Maltin li rebħet fuq il-qawwa u l-ħruxijiet tal-għadu. Barra minn hekk, min jaqra dan ir-rumanz ma jdumx ma jintebaħ bil-messaġġ għaqli u mqanqal li permezz tiegħu, l-awtur jixtieq jgħaddi b’mod sottili lill-ġenerazzjonijiet tallum – jiġifieri l-importanza li nifhmu kemm kien diffiċli biex nakkwistaw il-libertà u għaldaqstant, kemm għandna napprezzaw, inkunu kburin, u speċjalment grati lejn ta’ qabilna. Bl-isforzi u bid-demm tagħhom, dawn il-qalbiena wassluna biex ma nibqgħux iżjed taħt ħakmiet barranin sabiex illum, nistgħu ngawdu d-dritt li niggvernaw pajjiżna aħna stess. Dan ir-rumanz nirrakkomandah lil kull min jixtieq jaqra ġrajja eċitanti, intriganti u mżewqa b’imħabbiet ħelwin.
Mistoqsija: F’liema sena s-Seraċini Ħafsidi assedjaw l-Imdina? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IMĦABBA TAĦT ASSEDJU - STORJA KBIRA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 14 ta’ Frar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tat-3 KOTBA MIS-SENSIELA IL-ĦREJJEF MAĠIĊI hija:
M. LIA - SAN ĠWANN
05 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Skont l-aħħar stħarriġ li sar minn Dr Vincent Marmara, b’kemm għadu jgawdi maġġoranza l-PL?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
07.02.2021
RICHARD RAMIREZ: IN-‘NIGHT STALKER’ JABBUŻA, JISRAQ U JOQTOL MATUL IL-LEJL... L-EWWEL PARTI Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
Richard Ramirez, magħruf l-iżjed billaqam li ngħatalu bħala n-‘Night Stalker,’ kien qattiel tal-massa Amerikan li qatel minn tal-inqas 14-il persuna u ttortura għadd ikbar ta’ persuni. Ramirez wettaq dawn l-atti kriminali f’perjodu ta’ sena għax ġie arrestat u li kieku ma kienx hekk, il-lista tal-vittmi kienet tkun ħafna iktar twila. Min kien Richard Ramirez Ricardo Leyva Muñoz Ramírez twieled f’El Paso f’Texas fid-29 ta’ Frar tal-1960. Huwa kien l-iżgħar wild mill-ħamest itfal tal-immigranti Messikani, Julian u Mercedes Ramirez. Ramirez kien magħruf bħala Richard jew Richie mill-qraba tiegħu u kellu trobbija xejn pjaċevoli. Meta kien żgħir sofra diversi ġrieħi f’rasu u l-agħar waħda kienet meta qala’ daqqa ta’ bandla f’rasu. Maddaqqa ntilef minn sensih u beda jbati minn attakki epileptiċi. Missieru kien iżomm idejh ħafna u biex jiddixxiplina lil uliedu kien isawwathom. Apparti l-herra ta’ missieru, meta Ramirez sar żagħżugħ, kellu wkoll l-influwenza ħażina ta’ kuġinuh il-kbir. Kuġinuh kien għadu kif jirritorna mill-gwerra tal-Vjetnam u miegħu ġab stejjer ħorox tal-atti krudili li wettaq b’ritratti bħala tifkiriet. Il-kuġin ta’ Ramirez kien jurih ir-ritratti tan-nisa li jkun stupra, ittortura u anke qatel. Waqt dawn ir-rakkonti, il-kuġin u Ramirez kienu joqogħdu jpejpu l-ħaxixa. Fl-4 ta’ Mejju tal-1973, meta Ramirez kellu biss 13-il sena, ra lil dan l-istess kuġin joqtol lill-mara tiegħu b’tir ta’ arma tan-nar waqt argument bejn il-koppja. Wara dan l-inċident, Ramirez inqata’ iktar għalih u mar jgħix ma’ oħtu l-kbira u żewġha. Ir-raġel ta’ oħtu kien ukoll ta’ influwenza ħażina fuqu għax dan kien iħobb imur joqgħod inemmes lin-nisa billejl. F’dan iż-żmien, Ramirez beda wkoll jabbuża mid-droga u beda jieħu interess fis-sataniżmu. Fl-1977, il-kuġin ta’ Ramirez inħeles mit-Texas State Mental Hospital wara li ma nstabx ħati għall-qtil ta’ martu għax irriżulta li kien ‘marid mentalment’.
RAMIREZ MA’ FAMILTU Hekk kif ħareġ mill-isptar, il-kuġin kompla jħassar lil Ramirez bl-influwenza ħażina tiegħu. Iktar ma beda jgħaddi ż-żmien, Ramirez iktar beda jiffantasizza fuq is-sess, il-vjolenza, l-istupru u l-irbit tan-nies. Dawn il-fantasiji wassluh biex jidħol fuq mara li kienet rieqda waqt li kien għadu jaħdem f’lukanda. Ramirez prova jistupraha iżda laħaq irritorna r-raġel tagħha u tah xebgħa kbira. Il-koppja ma xehdux kontra Ramirez għax kienu jgħixu barra l-istat u ma ridux jerġgħu jmorru hemm. Fl-età ta’ 22 sena,
EVIDENZA MIĠBURA TA’ RAMIREZ
Ramirez mar jgħix fl-istat ta’ Kalifornja u ftit snin wara bdew id-delitti makabri tiegħu li l-maġġoranza twettqu fil-belt ta’ Los Angeles u xi wħud oħrajn fil-belt ta’ San Francisco. Ħtif, serq u qtil L-ewwel vittma ta’ Ramirez kienet Jennie Vincow, anzjana ta’ 79 sena. Il-ġisem bla ħajja ta’ Vincow instab fl-appartament tagħha f’Glassell Park f’Los Angeles fit28 ta’ Ġunju tal1984. Hi qalgħet daqqiet b’arma bil-ponta waqt li kienet rieqda u l-aggressur ħanxrilha għonqha wkoll. Marka tas-suba’ ta’ Ramirez instabet fuq ix-xibka tat-tieqa li ressaq biex daħal fl-appartament. Fis-17 ta’ Marzu tal1985, Ramirez attakka lil Maria Hernandez ħdejn id-dar tagħha f’Rosemead f’Kalifornja. Hu sparalha f’wiċċha iżda l-balla ħabtet maċ-ċwievet li kellha f’idejha xħin għolliethom biex tipproteġi lilha nnifisha. Ramirez daħal ġewwa u sab lil Dayle Yoshie Okazaki ta’ 34 sena, li kienet qed tistaħba minnu wara bank tal-kċina. Hekk kif għolliet rasha biex tara telaqx, hi sabet
lil Ramirez ma’ wiċċha u sparalha fuq ġbinha. Okazaki ma ħelsithiex ħafif bħal Hernandez u spiċċat mietet fuq il-post. Siegħa wara, Ramirez kaxkar lil Tsai-Lian Veronica Yu minn ġol-karozza tagħha, sparalha żewġ tiri u ħarab minn fuq il-post. Yu ġiet iċċertifikata mejta hekk kif waslet l-isptar bl-ambulanza. Għaxart ijiem wara dawn iż-żewġ delitti u attentat ta’ qtil, Ramirez daħal fid-dar ta’ Vincent Charles Zazzara u martu Maxine Levenia Zazzara. Sena qabel, Ramirez kien diġà daħal fid-dar tal-koppja u seraqhom iżda din id-darba ma daħalx jisraq biss. Hu sab lil Vincent Zazzara rieqed u sparalu f’rasu. Mart Zazzara qamet bil-ħoss tal-isparatura u sabet lil Ramirez quddiemha, jheddidha biex tgħidlu fejnhom l-affarijiet prezzjużi fid-dar filwaqt li rabatha u beda jsawwatha. Sakemm Ramirez beda jqalleb fil-kamra, is-sinjura Zazzara rnexxielha tinħall u ġabet senter minn taħt is-sodda, li sfortunatament ma kienx ikkargat. Kif ra hekk, Ramirez sparalha tliet tiri, taha daqqiet b’sikkina u qalgħalha għajnejha minn posthom. Hu ħadhom bħala tifkira f’kaxxa tal-ġojjelli. Mill-awtopsja rriżulta li Zazzara mietet qabel neħħielha għajnejha minn wiċċha. Il-koppja nstabet minn binhom, Peter. L-unika evidenza ġdida li nstabet f’dan il-każ kienu l-passi taż-żarbun li kien liebes il-qattiel, żarbun tad-ditta Avia. Il-pulizija sabu wkoll balal tal-istess għamla li ntużaw fid-delitti ta’ qabel.
Tkompli l-ġimgħa d-dieħla
26
07.02.2021
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
07.02.2021
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 367
C. ABELA - ATTARD
Bi 3 NUMRI B’4 NUMRI 018 0575 048 0860 064 0965 568 1165 625 1280 659 2322 671 2438 720 4296 851 4380 868 4659 940 5188 5198
5206 5232 5359 5611 5697 5830 5873 6276 6458 6616 6664 6717 6954
7185 7309 7390 7789 7805 8010 8183 8278 8391 8701 8859 9028 9690
B’5 NUMRI 04702 09902 11440 11849 16244 21354 26510 45558 45578 47919 50562 54354
58897 59891 62714 66552 69616 77985 81922 82531 83494 84711 90493 92809 97467
B’6 NUMRI 004724 015083 241251 485587 486660 544955 606342 769907 856102 952226
MIMDUDIN: 1. Xarba popolari (5) 4. Kompli l-qawl: Fid-dinja kollox jista’ ........ (4) 7,16. Post f’Malta (5)
9. 10. 12. 16. 8,19.
WEQFIN: 1. Xogħolhom iperpru (6) 2,5. Xogħol fin (6) 3,6. Isem (6) 5. Ara 2 6. Ara 3
8. Ġennint? (9) 14,22. 11,12W. Kap 15. tal-Knisja (4) 17. 12. Ara 11 13,21W. Nużawh 21. meta jaqgħalna 22. l-barmil fil-bir (6)
Fra (3) 19. Insinwa? 6) 20. Belt fl-Arġentina u fil-Brażil (6) 21. Ara 7 Jista’ jkun 23. tal-festa (5) 24.
Ara 18 L-aħħar kelma fit-talb (5) Paul Randon Inglott (1,1,1) Isem (4) Ismijiet? (5) Maħfra (9) Kunjom (6) Fortifikazzjoni (3) Ara 13 Ara 14
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Kruha, 4.Żbul, 7.Ra, 10,11.Appostli, 12.Tillar, 16.Ali, 18,21M. Siġar, 19.Eta. 20.Sikek, 23.Rota, 24.Tenur
WEQFIN: 1.Kewkba, 2.Uża, 3,9.Arawna, 5,12 wieqfa. Bdoti, 6.Lat, 8.Applikant, 13.LSI, 14.Rekken, 15.Ċanfar, 17.Lia 21.Ġir, 22.Rit
28
07.02.2021
“REPUBBLIKA” NAZZJONALISTA Editorjal
Issa għandna wkoll konferma oħra (anke jekk konna diġà konvinti) kemm Bernard Grech hu biss pupazz f’idejn ħaddieħor li qed jiddeċiedi għalih ġurnata wara oħra u hu magħmul mill-istess pezza li ħolqot ħerba nazzjonali
Din mhix referenza għall-għaqda li, bħal “oħtha” s-Civil Society Network (CSN), tippreten di li tirrappreżenta l-interessi tal-maġġoranza assoluta talpoplu Malti u Għawdxi f’din ir-Repubblika tagħna. Konna diġà nafu x’inhi l-aġenda tagħhom u llum iżjed milli konvinti li t-tnejn mhuma xejn aktar minn friegħi tal-Partit Nazzjonalista. Fil-verità huma wkoll maskri grotteski li jservu lill-establishment l-antik Nazzjonalista li reġa’ ħataf f’idejh it-tmexxija tal-Partit. L-istorja esklussiva fuq l-ewwel faċċata tagħna llum tirrakkonta ħafna iżjed kif l-istess karattri li, sal-2013, kienu kuntenti jimbottaw lill-pajjiż u lill-poplu lejn xifer l-irdum, issa jriduha tal-ikkonvertiti, anke jekk fl-ewwel lok jibqgħu ma jammettux ħtijiethom għal meta kienu fil-poter. Fi kliem il-Kap attwali Nazzjonalista ma kienx hawn żmien aħjar għal pajjiżna minn meta konna taħt l-amministrazzjoni GonziPN!! U hawn nirreferu għall-Partit fl-Oppożizzjoni li jixhed li
għandu “Repubblika” għalih. Għalkemm jgħid u jagħti l-impressjoni li hu mibdul mill-passat, illum ma jistax ikun eqreb għall-istess arroganza u ardezza li kienu jaħkmuh fil-Gvern. Kif tista’ tippretendi mod ieħor, ladarba bqajna niskopru li llum qed jerġgħu jiddominaw dinosawri u mumji li għamlu l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista, minbarra l-iskeletri kollha fil-gwardarobba li kellhom iġorru magħhom. Issa għandna wkoll konfer ma oħra (anke jekk diġà konna konvinti) kemm Bernard Grech hu biss pupazz f’idejn ħaddieħor li qed jiddeċiedi għalih ġurnata wara oħra u hu magħmul mill-istess pezza li ħolqot ħerba nazzjonali. Għaldaqstant, ħadd ma jista’ jlumna li nirrikorru għat-tqabbil, għax fl-aħħar mill-aħħar f’elezzjoni ġenerali dak li hu mistenni minn kull ċittadin. Li jqabbel bejn il-partiti rispettivi f’dak il-waqt, x’qed jipproponu u l-esperjenza passata li tagħtihom kredibbiltà jew teħodhielhom. Skont
il-qagħda personali tiegħu u ta’ familtu, kull votant f’kull demokrazija jintalab jagħżel jikkonfermax il-fiduċja tiegħu lill-amministrazzjoni attwali jew inkella jaqlibx għal tmex xija alternattiva bit-tama li toffrilu għajxien aħjar. Dak li se jerġa’ jiġri meta jmissha ssir elezzjoni oħra. Kull Malti u Għawdxi se jkun mitlub jagħżel jekk hux qed jgħix aħjar illum jew inkella jħaddanx id-dikjarazzjoni ta’ Grech li dawk li amministraw sal-2013 mexxewna ferm aħjar. Se jkun mitlub jagħżel b’mod ġeneriku, iżda anke wkoll fid-dettall f’oqsma li forsi missewh iżjed minn oħrajn. Irid jiddeċiedi bejn dawk fit-tmexxija tal-Gvern illum u dawk fl-Oppożizzjoni li għamlu iżjed minn ħilithom biex ifixklu u jkissru kull pass li jagħmlu tal-ewwel; bejn min stinka ħalli nkunu l-inqas pajjiż li batejna konsegwenzi tul il-pandemija globali, jew dawk li xewxu bl-intenzjoni li joqtlu kull attività ekonomika fil-pajjiż; bejn min irnexxielu, bl-aħjar
mod, jiffaċċa l-agħar sitwazzjonijiet u jiddeċiedi fl-interess nazzjonali u min wara tliet xhur jaħseb fuq min għandu jirrappreżentah ukoll baqa’ ma ddeċidiex; bejn jaqbilx li l-Istat joffrilu l-appoġġ biex ma jitlifx il-post tax-xogħol jew in-negozju tiegħu u jekk jippreferix li jissikkawlu ċ-ċintorin u jkun imġiegħel iħallas għal piżijiet li ma kellux sehem fihom. Nistgħu nelenkaw ħemel ta’ eżempji oħrajn li jiddistingwu ħidmet il-Gvern Laburista mill-2013 ’l hawn u x’għamlu l-aħħar Gvernijiet Nazzjonalisti jew dak li l-PN qed jipproponi llum il-ġurnata bħala Gvern alternattiv. Hi differenza ċara li kulħadd faċilment jirrikonox xi. Li mhumiex żgur ċari huma l-intenzjonijiet ta’ dawk li llum qed jikkmandaw fil-PN. Ma nistgħux ħlief nindikaw kemm, b’Oppożizzjoni simili u b’“Repubblika” għaliha nfisha, is-sitwazzjoni hi perikoluża. Hi saħansitra agħar milli kienet meta fit-tmun kellha wieħed li kien jiddikjara li mhuwiex politiku u allaħares ikun.