KullĦadd_07.06.2020

Page 1

MAQBUDIN F’XIBKA TA’ TRAFFIKAR? www.kullhadd.com Ħarġa Nru 1,404

Prezz €1

Ritratt: ANTHONY AXIAQ

Il-Ħadd, 7 ta’ Ġunju, 2020

Rapport f’paġni 8 u 9

IL-QAWMIEN MILL-ĠDID: Id-daħla tal-Bajja ta’ Spinola f’San Ġiljan, fil-qalba tal-mekka tad-divertiment, li żgur qatt ma esperjenzat il-baħħ daqs l-aħħar xhur. It-tama hi li, bħall-bqija tal-pajjiż, l-affarijiet ma jdumux ma jirkupraw f’dan il-lokal ukoll, kemm bil-pjan ta’ rkupru multimiljunarju li l-Prim Ministru ħabbar li se jkun qed jiġi ppreżentat mill-Gvern proprju għada kif ukoll bid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-Ajruport lejn 19-il destinazzjoni mill-1 ta’ Lulju li ġej.

SAL-2021 LURA GĦAL LI KONNA IL-BANK ĊENTRALI TA’ MALTA JBASSAR LI L-IMPATT FUQ L-EKONOMIJA BIL-COVID-19 GĦANDU JKUN IRRIMEDJAT SAL-AĦĦAR TAS-SENA D-DIEĦLA … FERM QABEL PAJJIŻI OĦRAJN Il-Bank Ċentrali ta’ Malta qed ibassar li l-impatt ekonomiku tal-COVID-19 fuq it-tkabbir ekonomiku f’pajjiżna se jkun temporanju u se jkun irkuprat kollu fix-xhur li jwasslu sal-aħħar tal2021. Fil-fatt, wara tnaqqis ta’ 4.8% fl-2020, l-ekonomija ta’ pajjiżna mistennija tirpilja fl-2021 u fl-2022, b’titjib ta’ 5.8% u 4.1%, rispettivament. B’hekk il-ġid nazzjonali mistenni jerġa’ jilħaq il-livell tal-2019 “sa tmiem l-2021”. Dan b’kuntrast mat-tbassir ta’ ħafna pajjiżi fejn id-daqqa ekonomika mistennija tkompli għad-diversi snin li ġejjin. Fl-analiżi tagħhom, l-ekonomisti talBank Ċentrali taw importanza kbira lill-pakketti ta’ għajnuna tal-Gvern. Tkompli f’paġna 4

APPOĠĠ F’ĦATRA KOSTITUZZJONALI IŻ-ŻEWĠ NAĦAT TAL-KAMRA JAQBLU FUQ KUMMISSJONARJU ELETTORALI PRINĊIPALI ĠDID… IL-KARIGA TIBDA TGĦODD MIX-XAHAR ID-DIEĦEL Mill-aħħar ta’ Lulju li ġej, Joseph Camilleri (ritratt) se jkun il-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali meta jiskadi l-perjodu ta’ Joseph Church, li kien ilu jokkupa din il-kariga sa mill-bidu tal-2014. Kontra l-predeċessur tiegħu, in-nomina ta’ Camilleri sabet l-appoġġ tal-Oppożizzjoni biex minn Segretarju Permanenti issa jidħol f ’dan ir-rwol Kostituzzjonali. Din hi wkoll it-tieni kariga Kostituzzjonali taħt il-Prim Ministru Robert Abela, li se jkollha l-approvazzjoni tażżewġ naħat tal-Kamra wara dik ta’ Dr Mark Chetcuti bħala l-Prim Imħallef li daħlet fis-seħħ f ’April li għadda.

Camilleri, li attwalment iservi fil-Mi­ nisteru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, kien ukoll Segretarju Permanenti assenjat mal-Mi­nisteru għadDjalo­gu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili ta’ Helena Dalli mill2013 meta l-pajjiż introduċa fost l-aktar miżuri progressivi taħt l-amministrazzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Issa hu se jkun qed ikompli fuq uħud mill-passi importanti li wettaq Church mindu nħatar fi Frar tal-2014, wara erba’ snin fis-Segretarjat tal-President tar-Repubblika George Abela. Dak iż-żmien il-ħatra tiegħu bħala Kummissjonarju Elettorali Prinċipali ma kinitx ġiet aċċettata mill-Oppożizzjoni. Tkompli f’paġna 4


02

07.06.2020

kullhadd.com

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 27°C L-Inqas Temperatura: 19°C L-Indiċi UV: 11 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni għolja ser tiksi ċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Sabiħ bi sħab għoli kultant Ir-Riħ: Ħafif mil-Lbiċ li jdur mix-Xlokk u jiżdied għal moderat għal ftit qawwil Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Baxx mill-Majjistral li jsir ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 21°C

Editur RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR It-Tnejn

tel: (+356) 2568 2570

It-Tlieta

L-Erbgħa

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

27°C UV 11

19°C

Il-Ħamis

Indirizz Postali KullĦadd

27°C UV 11

19°C

28°C UV 11

Il-Ġimgħa

18°C

Is-Sibt

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

Sit Elettroniku KullĦadd

26°C UV 11

19°C

26°C

UV 8

19°C

26°C

UV 8

19°C

kullhadd.com

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Emerġenza COVID-19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

Royal Pharmacy, 271, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21252396 San Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, Il-Marsa – 21221118 Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487311 St. Paul’s, Triq Brared, Birkirkara – 21442135 Regional Pharmacy, Triq E. H. Furse, L-Imsida – 21312449 St. Andrew’s Pharmacy, Triq il-Qasam, Tal-Ibraġġ – 21371062 Brown’s Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Tas-Sliema – 21313233 St. Joseph Pharmacy, 164, Triq Annibale Preca, Ħal Lija – 21414051 Medicine Chest Pharamcy, Triq Demitriju Farrugia, Il-Għargħur – 21422204 St. Paul’s Bay Pharmacy, 504, Triq il-Kbira, San Pawl il-Baħar – 21575276 Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21693412 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 Polymer, Triq ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar – 21676263 Medicaid Pharmacy, 62, Vjal it-Torri, Il-Gudja – 21676294 Kirkop Pharmacy, 9, Triq il-Parroċċa, Ħal Kirkop – 21682028 Tal-Grazzja Pharmacy, Triq Franġisk Farrugia, Ħaż-Żebbuġ – 21462068 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat – 21454274 Għawdex

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21566170 Pisani Pharmacy, Bini Ġdid, Triq Sannat, Is-Sannat – 21564447

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182


03

07.06.2020

kullhadd.com

F’SETTEMBRU NUŻAW L-EWWEL TOROQ ĠODDA MIS-CENTRAL LINK Infrastructure Malta qed timmira li salaħħar ta’ Settembru, tkun lestiet l-ewwel fażi tas-Central Link Project u nibdew nużaw l-ewwel toroq li qed tibni bħala parti minn dan il-proġett, u li eventwalment se jwassluna mill-Imrieħel sa ħdejn Wied Inċita mingħajr waqfien u bla ma tgħaddi mill-qalba ta’ Ħ’Attard. Ix-xogħlijiet fuq il-proġett b’investiment ta’ €55 bdew f ’Jannar li għadda bil-pedamenti tal-korsiji ġodda għallkarozzi, il-waqfiet tal-karozzi tal-linja, bankini u korsija għar-roti ġodda li qed isiru biswit Triq l-Imdina u tliet toroq oħrajn bi drittha, bejn il-Bypass tal-Imrieħel u l-inħawi ta’ Wied Inċita f ’Ħ’Attard. Fi żmien qasir uħud mit-toroq ġodda diġà bdew jieħdu l-forma. Fix-xhur li għaddew beda t-tħaffir talpost fejn se tgħaddi din it-triq, peress li partijiet minnha ser ikunu f ’livell aktar baxx mit-toroq residenzjali f ’Ħ’Attard li jinsabu ftit ’il bogħod. B’hekk jonqos l-impatt viżiv tat-triq minn dawn it-toroq residenzjali, li wkoll qed jinbnew millġdid b’disinn aħjar bħala parti mill-istess proġett. Bejn it-toroq eżistenti u t-triq il-ġdida, Infrastructure Malta qed tiżviluppa korsija għar-roti maqtugħa għaliha mill-karozzi u faxxa ta’ siġar u pjanti. Fl-aħħar xhur tqiegħdu taħt l-art fejn ġejja t-triq il-ġdida kilometri ta’ pajpijiet, katusi u cables għal sistemi ġodda tad-distribuzzjoni tas-servizzi, għas-sistema tad-dwal tal-istess triq u anke għall-ilqugħ u l-ġbir tal-ilma tax-xita. Inbnew ukoll ħafna mill-ħitan tal-ġnub tat-triq, li qed jinksew bil-ġebel tas-sejjieħ. Meta l-proġett ikun lest, din it-triq ġdida b’żewġ korsiji ser tgħaqqad il-karreġġjata tal-Punent tal-Bypass tal-Imrieħel (mill-Imrieħel lejn Ta’ Qali) mal-karreġġjata ta’ Triq l-Imdina fl-inħawi ta’ Wied Inċita, viċin id-daħla tal-Isptar Monte Karmeli. B’hekk, dawk li jkunu għaddejjin mill-Imrieħel fid-direzzjoni ta’ Ta’ Qali u r-Rabat, ikunu jistgħu jibqgħu għaddejjin mingħajr ma jieqfu fit-traffic lights ta’ ħdejn l-Awtorità għasServizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) u dawk li hemm f ’Ħal

Balzan kantuniera ma’ Vjal de Paule, lejn il-Ġonna ta’ San Anton. Dawn iż-żewġ sistemi ta’ traffic lights se jispiċċaw. Dan se jwassal biex jonqsu drastikament ilħin tal-ivvjaġġar, ir-riskji t’aċċidenti u t-tniġġis ikkaġunat mill-konġestjoni matul din ir-rotta. Permezz ta’ din ir-rotta ġdida fid-direzzjoni tal-Punent, mill-Imrieħel lejn Ta’ Qali, Infrastructure Malta ser tkun tista’ tibni mill-ġdid Triq in-Nutar Zarb u Triq iż-Żagħfran, li bħalissa jintużaw fl-istess direzzjoni, biex finalment jibdew iservu bħala l-karreġġjata tal-Lvant, minn Ta’ Qali lejn l-Imrieħel. B’hekk, jitneħħa l-bżonn li dawk li jkunu għaddejjin f ’din id-direzzjoni jgħaddu mill-qalba ta’ Ħ’Attard, fejn bħalissa r-rotta tidjieq għal korsija waħda. Finalment għalhekk, ir-rotta kollha bejn il-Bypass tal-Imrieħel u r-roundabout qabel tibda tiela’ t-Telgħa tasSaqqajja se jkollha minn tal-inqas żewġ korsiji f ’kull direzzjoni, kuntrarjament għas-sitwazzjoni bħalissa fejn għandek partijiet twal b’korsija waħda. Is-Central Link Project se jnaqqas ilħin tal-ivvjaġġar bin-nofs billi jinbnew mill-ġdid 13-il junction, jitneħħew erba’ sistemi ta’ traffic lights u jiżdiedu aktar minn seba’ kilometri f ’korsiji ġodda tul din ir-rotta ta’ 4.3 kilometri. Se jiġu introdotti wkoll diversi faċilitajiet għall-mezzi

Infrastructure Malta qed tagħmel ix-xogħlijiet ta’ dan il-proġett f’fażijiet differenti biex tnaqqas kemm tista’ d-diffikultajiet għal aktar minn 30,000 persuna li ta’ kuljum jgħaddu miż-żona, u għar-residenti li jgħixu fil-viċin f’Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard tal-ivvjaġġar alternattivi, fosthom mal10 kilometri f ’passaġġi siguri għall-mixi, faċilitajiet aħjar għal dawk li jivvjaġġaw b’tal-linja u l-itwal korsija għar-roti mifruda mill-karozzi f ’Malta, li se tgħaqqad l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali. Matul ir-rotta tal-proġett, Infrastructure Malta se tiżviluppa wkoll aktar minn 24,000 metru kwadru f ’żoni ġodda msebbħin bis-siġar u l-pjanti. Infrastructure Malta qed tagħmel ix-xogħlijiet ta’ dan il-proġett f ’fażijiet differenti biex tnaqqas kemm tista’ d-diffikultajiet għal aktar minn 30,000 persuna li ta’ kuljum jgħaddu miż-żona, u għar-residenti li jgħixu fil-viċin f ’Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard. Studji xjentifiċi li saru dwar dan il-proġett ikkonfermaw li jekk ma tiġix imtejba s-sistema ta’ toroq eżistenti fl-inħawi, biex tivvjaġġa mill-Imrieħel

sa Ta’ Qali ddum sagħtejn u kwart iġġammjat fit-traffiku, b’veloċità ta’ 1.83km fis-siegħa. Waqt li l-istudji tal-kwalità tal-arja wrew li bis-Central Link Project se tonqos ħafna l-konġestjoni ta’ bħalissa fit-toroq u l-junctions fl-inħawi u dan iwassal għal tnaqqis fil-materja partikolata sa 66% sal-2030, anke meta tikkunsidra ż-żieda li se jkun hawn fit-trasport. Bl-istess mod, l-emissjonijiet tad-dijossidu tan-nitroġenu (nitrogen dioxide) jonqsu b’41%.


04

07.06.2020

kullhadd.com

Tkompli minn paġna 1 Din l-għajnuna, li ġiet ikkwantifikata għal-livell ta’ 4% tal-ġid nazzjonali, mistennija li tnaqqas il-qgħad u l-piż bla mistenni fuq in-negozji (“reduce unemployment and corporate default rates”). Kwart ta’ din l-ispiża se jkun biex jiżdiedu r-riżorsi tas-sistema tassaħħa pubblika, mentri mistenni li fl-2021 jibqa’ jkun hemm effett fiskali pożittiv ta’ 0.3% tal-ġid nazzjonali. L-iskemi tal-Gvern huma mbassra li se jillimitaw il-waqgħa fl-impjiegi fl-2020, tant li t-tnaqqis se jkun ħames darbiet inqas mit-tnaqqis fil-produzzjoni. Il-pagi mistennija li jiżdiedu b’mod qawwi fl-2021 u l-2022 (“to increase strongly in 2021 and 2022”). Fl-istess ħin l-inflazzjoni hija pproġettata li tkun baxxa, minħabba prezzijiet baxxi internazzjonali. Il-galbu fit-tmexxija tal-finanzi pubbliċi huwa tali li diġà mill2021 mistenni li d-defiċit jerġa’ jaqa’ taħt it-3% tal-Prodott Gross Domestiku (GDP), kif jesiġu r-regoli Ewropej u xi ħaġa li ftit pajjiżi fl-Unjoni Ewropea se jkunu kapaċi jwettqu. Minbarra hekk il-piż tad-dejn nazzjonali hu mbassar li jibqa’ sew taħt is-60%, li hu wkoll aħjar mil-livell tal-2012 kif kien irriduċieh l-aħħar Gvern Nazzjonalista. Skont il-Bank Ċentrali, ilGvern Malti se jkun qed joħroġ dejn aktar mill-bżonn immedjat tal-ekonomija ħalli jkollu l-mezz kif ikun jista’ jiffinanzja l-pakketti tal-għajnuna anke fi snin oħrajn. Dan jirrifletti l-likwidità kbira li għandu l-pajjiż. Il-Bank Ċentrali jbassar li, minħabba s-sitwazzjoni, se jkun hemm posponiment ta’ investiment, kif wieħed jistenna, kif

ukoll li l-għadd ta’ ħaddiema barranin jonqos. Ir-rapport jinnota li diversi kumpaniji minflok ikeċċu l-ħaddiema qed inaqqsu s-sigħat. Dan se jwassal biex il-qgħad ma jiżdiedx ħafna. Fattur ewlieni wara l-waqgħa fl-attività matul l-2020 se jkun it-tnaqqis mid-domanda barranija, kemm bħala turiżmu kif ukoll għal oġġetti u servizzi oħrajn. Imma skont il-Bank Ċentrali dan hu effett temporanju tant li fissnin li jsegwu, din id-domanda mistennija tikber b’mod sinifikanti, anke iżjed mir-rati tat-tkabbir preċedenti (“in the following years, all demand components are projected to grow sigDan jindika nificantly kemm il-miżuri li above their hisħa l-Gvern kienu ta’ torical suċċess fil-ġlieda kontra growth rates”). l-qgħad. Il-miżuri li ħa 2020 Fill-Gvern Malti wasslu misf a t t tenni it-tnaqqbiex 100,000 jilħaq is fid-dħul impjieg jiġu livelli remistenni li kord. jkun limitat, salvati speċjalment Il-qgħad minħabba li dan baqa’ baxx it-telf se jkun parzjalment kopert minn miżuri fiskali (“losses in disposable income are Sadanittant, joħroġ li f ’April li partly offset by fiscal measures”). għadda r-rata tal-qgħad f ’pajjiżna Minkejja dan, mistenni li l-kon- kienet ta’ 4%, li hija ferm aktar sum jonqos, għax hu mbassar li baxxa mill-medja storika, minkejja l-familji se jfaddlu iżjed. Huwa li llum din hi r-riżultat ta’ panf ’dan il-kuntest li se jkun impor- demija globali. Fil-fatt bejn l-2000 tanti li l-Gvern jagħti likwidità u l-2012 ir-rata medja tal-qgħad lolin-negozji, sakemm jirranka mill- kali kienet ta’ 6.8% jew aktar minn ġdid il-konsum, kif ġie indikat li darba u nofs ir-rata preżenti. L-ogħla rata qatt irreġistrata mistenni jagħmel il-Gvern permezz tal-pakkett multimiljunarju f ’pajjiżna kienet ta’ 8.5% u dan kien f ’Ottubru tal-2003 meta li se jiġi ppreżentat għada. Importanti wkoll ir-rwol tal-in- pajjiżna kien qed jirristruttura vestiment kapitali tal-Gvern, li fl- l-ekonomija minħabba r-rego-

Ritratt: ANTHONY AXIAQ

ID-DEFIĊIT JILĦAQ JINŻEL UKOLL TAĦT IT-3% TAL-GDP

li assoċjati mas-sħubija fl-UE. L-inqas li din qatt niżlet taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti kienet 5.7% jew aktar minn punt u nofs perċentwali milli għandu pajjiżna f ’nofs il-pandemija talCOVID-19. Dan jindika kemm il-miżuri li ħa l-Gvern kienu ta’ suċċess fil-ġlieda kontra l-qgħad. Il-miżuri li ħa l-Gvern Malti wasslu biex 100,000 impjieg jiġu salvati. Permezz ta’ pakkett ta’ riġenerazzjoni ekonomika, il-Gvern se jkun qed jagħti aktar sostenn u fiduċja lin-negozji u dan mistenni jgħin fil-qasam tax-xogħol f ’pajjiżna. Ir-rata ta’ qgħad f ’pajjiżna kienet it-tielet l-aqwa fiż-Żona Ewro, wara l-Olanda u l-Ġermanja, waqt li barra ż-Żona Ewro kienu biss ir-Repubblika Ċeka u l-Polonja li kellhom rati inqas minna.

CHURCH MEXXA GĦADD TA’ RIFORMI Tkompli minn paġna 1

Il-Partit Nazzjonalista taħt it-tmexxija ta’ Simon Busuttil kien ippropona żewġ persuni oħrajn. Madankollu, il-Gvern tal-ġurnata xorta kompla miexi fuq in-nomina tiegħu ta’ Joseph Church u l-aħħar sitt snin spiċċaw biex tawh raġun għall-għażla. Fil-fatt taħt it-tmexxija ta’ Church, seħħew għadd ta’ riformi elettorali, partikolarment l-għadd tal-voti b’mod elettroniku, li se jibqa’ jis-

semma fl-istorja tal-elezzjonijiet. Ma’ dan tressqu wkoll numru ta’ emendi fil-Liġi Elettorali u ġie aġġornat dak kollu li kien hemm bżonn bl-introduzzjoni ta’ liġijiet importanti, bħal dawk tal-finanzjament tal-partiti, tad-data protection u tad-dritt tal-vot għaż-żgħażagħ ta’ bejn is-16 u t-18-il sena. Għal aktar prattiċità u fl-istess ħin sigurtà, il-Kummissarju Elettorali

Church introduċa l-għamla l-ġdida tad-dokument tal-vot u modernizzar fil-loġistika elettorali. Matul il-kariga tiegħu kien responsabbli għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tal-2015 u tal-2019, l-elezzjonijiet tal-Membri Parlamentari Ewropej tal-2014 u tal-2019, ir-Referendum tal-Kaċċa u l-Insib tal-2015, l-Elezzjoni Ġenerali tal-2017 u reviżjoni tal-konfini elettorali tal-2016.

B’kuntrast, l-agħar rata kienet dik fi Spanja li kważi laħqet il-15%, l-istess bħall-Istati Uniti tal-Amerka. X’aktarx ir-rata tal-qgħad fil-Ġreċja hi ogħla minn hekk ukoll, imma l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika Grieg ilu xahrejn ma jippubblika dawn il-figuri. L-akbar żieda fir-rata tal-qgħad mindu feġġet il-pandemija kien f ’Ċipru b’żieda ta’ 2.9%, minn 6% għal 8.9%. Żidiet ta’ aktar minn jew qrib it-2% seħħew ukoll fil-Latvja, il-Lussemburgu, il-Kroazja u l-Litwanja. Fost iż-żgħażagħ kien hemm tkabbir ferm aktar fil-qgħad, bir-rata fi Spanja titla’ għal 33.2%, fi Franza għal 21.8%, 24.7% fil-Lussemburgu u 25% fl-Iżvezja. Ir-rata fost żgħażagħ Amerikani telgħet minn 7.7% għal 27.4%. F’pajjiżna r-rata hija 10.8% meta l-medja storika kienet 14.7%.


kullhadd.com

05

07.06.2020

COVID-19: KAŻI ATTIVI JINŻLU 22 L-għadd ta’ persuni li huma infettati bil-virus COVID-19 f ’Malta lbieraħ niżlu għal 22 biss, wara li ġew irreġistrati 13-il każ ieħor li fiequ. Minn ftit inqas minn 900 swab test li saru fl-24 siegħa ta’ qabel, irriżultaw żewġ każi ġodda. Fl-aħħar bulettin mediku mħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa ħareġ li sal-lum pajjiżna kellu total ta’ 627 każ ta’ infezzjoni, li minnhom disgħa tilfu ħajjithom. Minbarra hekk, kien hemm 596 li fiequ s’issa. Ta’ min jirrimarka li dak tallum hu l-inqas għadd ta’ persuni infettati mill-15 ta’ Marzu ’l hawn, jiġifieri disat ijiem biss wara li Malta rreġistrat l-ewwel każ ta’ infezzjoni. Dakinhar meta l-Gvern kien għadu kemm inforza miżuri ta’ prekawzjoni, inkluż l-għeluq tal-Ajruport, il-portijiet u l-iskejjel, kellna 21 persuna infettati. L-akbar numru ta’ infezzjonijiet f ’ġurnata waħda kien irreġistrat fil15 t’April meta kellna 352 każ.

Waqt l-operazzjoni delikata mill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien kbar fil-proprjetà tal-kumpanija Attrans, fil-limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ, ilbieraħ waranofsinhar. Għalkemm ħadd ma weġġa’, in-nirien wasslu għall-qerda ta’ inġenji u opri tal-baħar miżmumin fuq il-post, waqt li ħolqu daħna kbira li ntlemħet minn diversi naħat tal-pajjiż. Minbarra 28 pumpier, membri tas-St John Rescue Corps kienu wkoll fuq il-post biex jassistu.



07

07.06.2020

kullhadd.com

IL-PROĊESS MALTI GĦAL-LIĊENZJA TAL-GAMING MEQJUS L-IŻJED SERJU Minħabba l-proċess serju u rigoruż, kultant jingħad li hu eħfef li tibni casino ġebla fuq ġebla f’Malta stess milli tikseb il-liċenzja fil-pajjiż għall-online gaming

Il-website speċjalizzata Armchair Arcade, waqt li ddeskriviet il-liċenzja Maltija tal-gaming bħala waħda mill-aħjar tnejn li jeżistu fid-dinja, qalet bla tlaqliq li l-proċess rigoruż biex tinkiseb l-istess liċenzja lokalment jagħmilha wkoll l-aktar waħda serja. Skont il-website, li tittratta aħbarijiet mid-dinja teknoloġika, pajjiżna jiffaċċja l-akbar kompetizzjoni f ’dan ir-rigward mill-gżira ta’ Curacao fil-Karibew, bid-differenza li din, avolja taqa’ taħt ir-renju tal-Olanda, m’għandhiex ir-rekwiżiti mitlubin mill-Unjoni Ewropea, kif għandu pajjiżna. Għaldaqstant, Armchair Arcade indikat il-liċenzja ta’ Malta bħala l-aktar waħda sigura. Minn informazzjoni li għandha din il-gazzetta jirriżulta li pajjiżna għandu mat-300 kumpanija u daqstant ieħor liċenzji

rreġistrati mal-Awtorità Maltija tal-Gaming (MGA). “Il-liċenzji fil-gżira fil-Mediterran huma rħas, iżda joħorġu biss jekk l-operatur jissodisfa n-normi stretti ħafna li għandha Malta. Biex tinkiseb liċenzja Maltija, operatur irid jevita kull prattiċi li jippruvaw jonsbu lill-ġukaturi, jinforma lill-klijenti biċ-ċansijiet tagħhom u bid-drittijiet, kif ukoll ikun assigurat għal kull rebħ maġġuri biex b’hekk iħallas dejjem. Kultant jingħad li hu eħfef li tibni casino ġebla fuq ġebla f ’Malta stess milli tikseb il-liċenzja fil-pajjiż għall-online gaming,” qalet il-website fl-editorjal tagħha fl-aħħar jiem. L-istess sorsi saħqu magħna li l-proċess lokali jieħu xejn inqas minn 15-il ġimgħa mindu tiddaħħal applikazzjoni online sakemm tinħareġ il-liċenzja mill-Awtorità, kemm-il darba

online. Għaldaqstant, irrakkomandat li wieħed jivverifika li jkunu liċenzjati kif jixraq. Kien hawn li rrakkomandat il-liċenzja Maltija bħala l-aħjar waħda fis-suq globali. “Ġeneralment, kull pajjiż fejn kollox ikun sottomess kif mitlub u ma jinstabu l-ebda intoppi fil-fażijiet ta’ verifiki. Waqt li ttrattat il-fatt li l-logħob online żdied b’riżultat ta’ lockdowns introdotti minn għadd ta’ pajjżi matul il-pandemija talCOVID-19, Armchair Arcade tenniet li d-domanda ħolqot żieda kbira wkoll fil-provvista. “Dan fisser li s-settur xaqleb xi ftit iżjed favur il-ġukatur, bi premjijiet u bonuses li kapaċi jrebbħu anke lil dawk li jqisu li għandhom xortihom ħażina u allura jispiċċaw iġebbdu d-divertiment għal sigħat sħaħ mingħajr ma jtaqqbu l-but.” Minkejja dan, il-website rrakkomandat li wieħed għandu dejjem jara li jilgħab ma’ casinos leġittimi u liċenzjati qabel jissogra parti minn ġidu. Wissiet li, bħal kull qasam ieħor, xorta jeżistu operaturi qarrieqa u frodisti li jippretendu biss li huma casinos

jippermetti xi tip ta’ logħob li hu legali għandu l-liċenzja tiegħu. Iżda żewġ liċenzji ewlenin stabbilixxew lilhom infushom bħala n-norma fl-industrija. Primarjament, hemm il-liċenzja Maltija u eżatt taħtha hemm dik ta’ Curacao,” qalet Armchair Arcade.


08

07.06.2020

kullhadd.com

MAQBUDIN F’XIBKA TA’

“Fatti” skorretti, manipulazzjoni medjatika u relazzjonijiet possibbli bejn traffikanti u NGOs Bħala regola waħda ġenerali, minn dejjem kien hemm ħsieb singolari f ’pajjiżna fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni mill-Afrika. Jiġifieri li hemm dawk li qed jaħarbu minn dan il-kontinent, avolja mhux dejjem ġustifikati; id-destinazzjoni finali l-Ewropa, anke jekk il-piż jaqa’ dejjem fuq l-istess ftit pajjiżi, fosthom Malta; dawk li klandestinament jorganizzaw il-mezz ta’ trasport; u oħrajn (fuq ix-xaqliba l-oħra, suppost) bħall-NGOs, bi rwol tas-Sammaritan it-Tajjeb. Minkejja dan, l-analiżi fil-fond fl-inkjesta ppreżentata ġimgħa ilu mill-Prim Ministru wara l-akkużi li saru fil-konfront tiegħu personali u fil-konfront tal-Armata Maltija, joħroġ li mhux kollox daqshekk kristallizzat u hemm ukoll l-isfumar anke fejn wieħed l-inqas li jistennieh. Minbarra “fatti” skorretti kif irrap­portati mill-NGOs u anke manipulazzjoni medjatika, li ġiet komda ħafna għal min dejjem jara kif se joħloq l-ostakli għallGvern Laburista, joħroġ li b’xi mod teżisti wkoll konnessjoni bejn traffikanti u għaqdiet umanitarji, bħalma hi l-Alarm Phone, li l-akkużi tagħha kienu l-qafas tal-inkjesta inkwistjoni. L-akkużi serji li saru fid-denunzji tal-għaqda Repubblika kontra l-Prim Ministru Robert Abela, il-Brigadier Jeffrey Curmi u l-ekwipaġġ tal-Patrol Boat P52 kienu jittrattaw qtil volontarju ta’ numru ta’ immigranti. Artiklu 211, Kapitlu 9, tal-Liġijiet ta’ Malta jgħid li “kull min jinstab ħati ta’ omiċidju volontarju jeħel il-piena ta’ priġunerija għal għomru”. L-istess Liġi tisħaq li persuna tinstab ħatja ta’ omiċidju volontarju meta, bil-ħsieb li toqtol lil ħaddieħor jew tqiegħed fil-periklu ċar il-ħajja tiegħu, tikkaġunalu l-mewt fil-ġurisdizzjoni territorjali ta’ Malta. Fil-verità, mill-istħarriġ tiegħu l-Maġistrat Joseph Mifsud sab li, mill-missjonijiet li wettqu l-Forzi Armati ta’ Malta bejn l-2005 u s-17 t’April li għadda, ġew salvati total ta’ 26,010 immigranti (13,070 sal-2012 u 12,940 oħra mill-2013 sa nofs ix-xahar t’April li għadda). Fatt li diġà jpoġġi fl-akbar dubju l-akkuża li s-suldati kellhom l-intenzjoni li jgħerrqu xi immigranti. Minbarra hekk, nhar it-Tlieta 21 t’April, l-għada li nnomina lill-espert Andrè Schembri Wismayer biex jispjega kif jaħdem mutur outboard tat-tip Yamaha

40 u l-“kill switch” tiegħu, ladarba kien hemm l-akkuża li s-suldati għamlu sabutaġġ tal-opra tal-baħar biex jgħerrqu lill-immigranti, il-Maġistrat ink­wi­renti ġie infurmat mir-Repubblika li, kontra dak li kienet qed takkuża bih, waslitilha informazzjoni li tidher attendibbli li l-Forzi Armati skonnettjaw il-magna tad-dinghy biex jiġu evitati manuvri perikolużi meta l-opri tal-baħar kienu viċin xul­xin. Jiġifieri ma kienx hemm l-intenzjoni malinna mis-suldati tal-P52, kif kien qed jiġi allegat. L-espert imqabbad mill-Qorti Dr Lennox Vella wkoll jirrileva li l-cable tal-mutur, li nqalgħet il-kwistjoni fuqu, mhu xejn għajr cable li l-għan tiegħu hu li jintefa’ l-mutur. “Għalkemm dan il-cable ġie allegatament maqlugħ mill-Forzi Armati, din l-azzjoni fl-ebda ħin ma pperikolat jew setgħet tipperikola l-ħajja tas-66 persuna, iżda saħansitra jista’ jiġi aċċennat li din kienet manuvra għaqlija u dan għax permezz tagħha l-mutur intefa u l-operazzjoni ta’ salvataġġ setgħet issir b’aktar sigurtà,” ingħad fir-rapport tal-inkjesta, kompletament bil-maqlub kif allegaw oriġinarjament ta’ Repubblika u l-NGO Alarm Phone, li hi bbażata fil-Ġermanja. Meta l-affarijiet donnhom diġà bdew jieħdu żvolta kontra x-xejra li xtaq min għamel l-akkużi, il-Maġistrat irċieva telefonata nhar it-30 t’April minn ġurnalist tan-New York Times, Patrick Kingsley, li kien diġà kiteb artiklu fid-9 tax-xahar dwar l-inċident u attakka lil Malta. It-telefonata saret minn numru bi prefiss Ingliż +44 7823322087. Xi ħadd minn Malta għaddielu l-mobile personali tal-Maġistrat u, fi kliem il-Maġistrat Mifsud, min għaddihulu kien jaf x’jgħid il-Kodiċi ta’ Etika tal-Ġudikatura, jiġifieri li ma setax jikkummenta, iżda dan xorta kien persistenti, tant li bagħatlu messaġġ fuq WhatsApp dakinhar stess u ieħor nhar l-1 ta’ Mejju, li ġew ippreżentati bħala parti mirrapport tal-inkjesta. Il-manipulazzjoni tal-fatti u r-rapportaġġ skorrett bil-għan li tiġi influwenzata l-opinjoni pubblika wkoll jingħataw importanza fir-rapport tal-inkjesta. Fit-18 ta’ Mejju, l-ekwipaġġ tal-P52 ippreżenta nota lill-Maġistrat biex jinfurmah li fil-ġurnal Times of Malta ġie ppubblikat reklam ta’ NGO oħra Ġermaniża, Space Eye, fejn saru allegazzjonijiet serji għalkollox in-

fondati fil-konfront tal-membri tiegħu. L-ippubblikar tar-reklam u l-kontenut tiegħu kellhom l-iskop li jinfluwenzaw u jfixklu l-inkjesta milli tasal għall-verità. Minn dak li kien diġà pubbliku, it-Times kellha biżżejjed tagħrif biex tirrealizza li l-informazzjoni miktuba kienet għalkollox qarrieqa u bla bażi. L-ekwipaġġ tal-P52 xehed li r-reklam ma jesprimix bilanċ ekwu bejn il-libertà tal-espressjoni u l-etika ġurnalistika speċjalment meta wieħed iqis li l-inkjesta għadha ma ġietx konkluża. Dakinhar stess il-Maġistrat ordna notifika lill-Editor in Chief tat-Times Herman Grech b’24 siegħa għar-risposta. Dan tal-aħħar, iżda, informa lill-Maġistrat l-għada li ma jirriżultax min-nota tal-ekwipaġġ tal-P52 li kien qed jiġi allegat ksur ta’ xi liġi jew twettiq ta’ offiża kriminali fil-konfront tagħhom. Minbarra hekk tenna li wisq inqas qed jifhem x’qed jitlob l-ekwipaġġ tal-P52. Għaldaqstant l-Editur Kap tat-Times wieġeb li ma kellu xejn iżjed xi jwieġeb biex jiġġustifika l-pubblikazzjoni tar-reklam li, fost oħrajn, jgħid li suldat tal-Patrol Boat tal-Forzi Armati

ta’ Malta P52 qal lill-immigranti: “Inħallikom tmutu fl-ilma, imma ħadd ma jidħol Malta.” Sussegwentement mill-inkjesta wkoll ma joħroġx li ngħad il-kliem li se jitħallew imutu la mix-xhieda kollha u lanqas mid-dokumentazzjoni analizzata. F’parti tar-rapport, il-Maġistrat jisħaq li “s-serjetà ta’ dawn l-allegazzjonijiet kienet teżisti kemm jekk l-allegazzjonijiet kienu jirriżultaw fondati u bbażati fuq il-provi, kemm ukoll jekk dawn ma kinux … B’mod konkret, jekk mill-in genere se jiġi stabbilit li dawn l-allegazzjonijiet serjissimi kienu jirriżultaw prima facie bbażati fuq provi legalment ammissibbli, allura dawn setgħu jagħtu lok għall-investigazzjoni u eventwali prosekuzzjoni tal-azzjoni kriminali fil-konfront tal-imsemmija fid-denunzji jew min minnhom għal xi fatti li setgħu jitqiesu li jammontaw għal reati kriminali.” Kontra dak irrapportat ukoll minn Alarm Phone lill-AFM dwar id-dgħajsa b’persuni abbord li kienu “f ’diffikultajiet ċari” fil-verità nstab mill-inkjesta li ma kien vera xejn. L-istess allegazzjoni ġiet ripetuta mill-NGO Repubblika fl-akkużi serji tagħha.

Minbarra hekk, rapporti li dehru fit-Times of Malta, Newsbook, New York Times u Avvenire ma kinux ibbażati fuq il-verità u li, flimkien mal-NGO Repubblika, qagħdu fuq dak li qalet Alarm Phone mingħajr ma vverifikaw il-fatti. Alarm Phone, fit-timeline tagħha, tikkwota tweets ta’ ċertu Sergio Scandura li jirreferi għal żewġ titjiriet (AS1429 u AS1731) li saru fit-8 t’April, iżda dawn ma kellhom x’jaqsmu xejn mal-inċident taħt inkjesta jew taru fil-viċinanzi tad-dgħajsa tal-immigranti inkwistjoni. L-istess allegazzjoni li l-Patrol Boat P51 tal-AFM kienet diġà resqet qrib id-dgħajsa bl-immigranti, “imma sparixxiet fil-5.32 p.m. tal-jum ta’ qabel”, fil-verità skont l-informazzjoni fuq il-GPS hu indikat li din waslet fuq il-post fis-6.00 p.m. tat-8 t’April. Mil-logs tal-Forzi Armati li ġew analizzati kollha mill-inkjesta jirriżulta li bejn l-10 u l-14 t’April li għadda kien hemm erba’ dgħaj­ jes fiż-Żona ta’ Tiftix u Salvataġġ (SAR) ta’ Malta li, b’xi mod jew ieħor, kienu qed jiġu assistiti mill-Patrol Boats P02, P03, P05, P21, P24 u P62 u mill-ajruplani tal-Airwing AS26, AS32 u AS29, mill-forzi involuti fil-Frontex u


09

07.06.2020

kullhadd.com

TRAFFIKAR?

mill-inkjesta li lliberat lill-Prim Ministru u lill-FAM

l-bastiment Aita Mari. Waqt li josserva li l-opinjoni pubblika hi importanti ħafna biex ikun hemm demokrazija sħiħa f ’pajjiż, il-Maġistrat Mifsud enfasizza fir-rapport tiegħu li f ’Malta m’għandniex qrati tal-poplu li jiddeċiedu l-kawżi fi Triq ir-Repubblika quddiem il-bini tal-Qorti jew quddiem xi binja li tospita xi istituzzjoni nazzjonali. “Min għandu ċertu livell ta’ għarfien kif jaħdem proċess ġudizzjarju jaf li dan huwa differenti ħafna u ferm aktar rigoruż minn rapport f ’ġurnal. Maġistrat inkwirenti u kull Qorti trid tiddeċiedi fuq il-provi li jew jirnexxilu jiġbor hu jew inkella li jitressqu quddiemha,” tenna fir-rapport tiegħu l-Maġistrat. Hu wkoll jikkwota, fost oħrajn, minn diskors li ta l-President tar-Repubblika Taljana Sergio Mattarella quddiem il-Qorti Superjuri tal-Maġistrati fil-25 ta’ Settembru 2018. Il-Maġistrat inkwirenti enfasizza fejn Mattarella qal li “l-attenzjoni u s-sensibilità bl-effetti tal-komunikazzjoni ma jfissirx – kif ġie mfakkar kemm-il darba f ’sedi varji – li d-deċiżjonijiet tal-Qorti jiġu orjentati skont il-pressjoni medjatika u, wisq in-

qas, taħseb li għandha tiddefendi pubblikament id-deċiżjonijiet meħuda. Il-maġistratura, fil-fatt, m’għandhiex twieġeb għall-opinjonijiet kurrenti, għax hi suġġetta biss għal-liġi.” Minbarra hekk, l-inkjesta ħar­ ġet dettalji tassew xokkanti li jistgħu jfissru storja kompletament bil-maqlub tal-perċezzjoni li għad għandhom ħafna nies. Fil-11 ta’ Mejju, il-Maġistrat ħatar persuna biex tittraduċi mill-Għarbi għall-Malti estratti (messaġġi) minn diversi mobiles, li ġew ippreżentati mill-espert tal-Qorti Martin Bajada. L-espert qal li l-GPSs u l-mobiles kienu jinkludu mat-38GB ta’ tagħrif magħmul minn kważi 100,000 fajl u kważi 600 folder ta’ ritratti, vidjows, recordings ta’ awdjo, messaġġi ta’ WhatsApp u emails. Il-mobiles, li kienu msakkrin b’passwords u kellu jintuża apparat forensiku biex jinfetħu, kien fihom iżjed minn 2,600 kuntatt, daqstant ieħor rekord ta’ telefonati li saru u mat-350 SMS. Fuq dawn jirriżulta li qed titkompla l-investigazzjoni tal-Pulizija, kif ordnat mill-Maġistrat, biex joħroġ min hemm wara konnessjonijiet li jidher li hemm bejn it-traffikanti u persuni f ’Malta. Wieħed mill-immigranti li ttieħdet ix-xhieda tiegħu, ċertu Amir Sabeel (numru tal-Pulizija 200-044) iddikjara li “t-traffikanti qalu li se niltaqgħu ma’ dgħajsa jisimha Alan Kurdi (vapur ta’ NGO) li ħa tieħu ħsiebna”. Dik li tista’ faċilment titqies bħala kordinazzjoni bejn it-traffikanti tal-bniedem u l-NGOs li joperaw fil-Mediterran tagħti stampa għalkollox differenti minn kif wieħed jistenna. Il-Maġistrat Mifsud isemmi li Alarm Phone hi għaqda mhux governattiva li ma tipprovdix salvataġġi hi nnifisha, iżda tallarma biss lill-awtoritajiet kompetenti u jikkwota wkoll minn fuq il-website tagħha stess. Minbarra li din issemmi li hi ffinanzjata esklussivament minn spettru wiesa’ tas-soċjetà ċivili, inklużi ġurnalisti, taħt is-sezzjoni kif din tirrelata ma’ traffikanti tal-persuni, Alarm Phone tisħaq li tali kriminali jeżistu biss “b’riżultat u sakemm jeżistu reġimi (gvernijiet) fuq il-fruntieri li jċaħħdu refuġjati u migranti mill-abbiltà li jidħlu fil-pajjiżi legalment u, minflok jimbottawhom lejn rotot perikolużi, sigrieti u li jiswew ħafna flus.” Skont rapporti fil-midja Libjana, it-traffikanti jagħmlu profitt

ta’ madwar $57,000 (€51,000) minn fuq kull dgħajsa li jsalpaw bl-immig­ranti fuqha. Dan wara li jaqtgħu l-ispejjeż ta’ madwar $14,000 (€12,500), li jinvolvu primarjament l-opra tal-baħar. Jingħad ukoll li t-traffikanti joperaw b’mod ħieles, bil-forzi mili­tari ffokati fuq il-konflitt u t-tensjoni li jeżistu fil-pajjiż bejn il-Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali (GNA), li hu rikonox­xut internazzjonalment, u l-Armata Nazzjonali Libjana (LNA) ta’ Khalifa Haftar. Artiklu mill-Organizzazzjoni Internazzjoni tal-Migrazzjoni (IOM) ta’ April li għadda, ikkwotat fl-inkjesta wkoll, jisħaq li din is-sena kien hemm mat3,500 immigrant li pprovaw jaslu l-Ewropa, imma ġew irritornati l-Libja, bi ftit inqas minn nofshom jinżammu f ’xi wieħed mill-11-il ċentru ta’ detenzjoni mmexxijin mill-Istat. Dan waqt li, skont id-Displacement Tracking Matrix fil-Libja kien hemm 653,800 immigrant bl-oriġini tagħhom minn iżjed minn 40 pajjiż differenti, l-iżjed min-Niger (135,530), iċ-Chad (103,291), l-Eġittu (100,368) u s-Sudan (76,911). Waqt żjara qasira li kellu fil-Libja ġimgħa u nofs ilu, il-Prim Ministru Robert Abela ddikjara li Malta temmen li kemm pajjiżna kif ukoll il-Libja huma affettwati ħażin mill-immigrazzjoni irregolari u għaldaqstant iridu jaħdmu flimkien biex tinstab soluzzjoni li ilha mistennija. Fit-taħditiet fi Tripli, il-Prim Ministru Libjan Fayez al-Sarraj qal li attwalment hemm mat800,000 immigrant illegali li waslu fil-Libja minn pajjiżi terzi biex jaqsmu lejn l-Ewropa. Minnaħa l-oħra, Dr Abela reġa’ tenna l-pożizzjoni iebsa ta’ pajjiżna fuq il-ħtieġa li jiġi indirizzat u mwaqqaf it-traffikar uman. “Bir-riżorsi limitati tagħha, Malta dejjem irrispettat l-obbligi internazzjonali tagħha fuq bażi umanitarja, minkejja dan ma tis­ tax iġġorr il-piż waħedha u se taħdem mal-kollegi Ewropej biex jappoġġjaw pajjiżi Mediterranji bir-riżorsi neċessarji ħalli jiffaċċjaw din l-isfida,” qalet stqar­rija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li wkoll ħabbret l-iffirmar ta’ ftehim bejn Malta u l-Libja għat-twaqqif ta’ ċentru f ’kull wieħed miż-żewġ pajjiżi biex jassistu fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali. Dawn mistennija jibdew jope­ raw fil-ġimgħat li ġejjin.

ĊIPRU B’SMSs GĦAL KONTRA T-TRAFFIKAR Ċipru ħabbar li se jkun qed iniedi kampanja ta’ SMSs multilingwali biex jipprova jrażżan il-wasliet ta’ immigranti fuq ix-xtut tiegħu. L-aħbar ingħatat fl-aħħar jiem minn Nicos Nouris, il-Ministru għall-Intern tal-pajjiż, u mistennija twassal tagħrif lil dawk li biħsiebhom jaqsmu lejn il-gżira bit-tama li jidħlu fil-kontinent Ewropew. Waqt li kien qed jitkellem mal-aġenzija tal-aħbarijiet Associated Press, Nouris stqarr li l-messaġġ qasir se jkollu l-għan li jiġġieled l-“informazzjoni ħażina” li l-pajjiż, li wkoll hu milqut direttament mill-problema tal-immigrazzjoni fil-Mediterran, huwa xi bieb prinċipali għall-bqija tal-Ewropa. Skont il-Ministru, l-informazzjoni li qed tinxtered mit-traffikanti tal-bniedem tindika li l-immigranti jkollhom “passa­port” għal kull pajjiż ieħor fl-Unjoni Ewropea kemmil darba jinkiseb l-istat ta’ refuġjat f ’Ċipru. L-informazzjoni qiegħda tinbiegħ mit-traffikanti bħala l-garanzija għall-ħlas abbundanti tal-vjaġġ perikoluż. Mill-konklużjonijiet tal-Inkjesta Maġisterjali f ’tali vjaġġi klandestini u li ġiet ippubblikata mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru Robert Abela l-ġimgħa li għaddiet joħroġ ċar li traffikanti tal-bniedem li joperaw mil-Libja għandhom ukoll konnessjonijiet ma’ persuni f ’Malta u għaqdiet mhux governattivi qabel jibda t-tbaħħir mil-Libja. Fil-fatt, il-Maġistrat inkwirenti Joseph Mifsud, li ttratta t-traffikar inkwistjoni, irrakkomanda f ’inkjesta ta’ iżjed minn 400 paġna biex il-Pulizija tissokta bl-investigazzjoni ħalli tasal għall-persuna mhux identifikata wara numru tal-mobile f ’pajjiżna li sar kuntatt miegħu. L-immigranti wkoll ġew infurmati mit-traffikanti li l-bastiment Alan Kurdi kien se jkun qed jiġborhom f ’nofs baħar biex ikomplu bil-vjaġġ lejn Malta. Fil-każ ta’ pajjiżu, il-Ministru Ċiprijott qal li l-immigranti li jaslu qed jispiċċaw “maqbudin” minħabba li Ċipru għadha mhix fiż-Żona Schengen, fejn teknikament ma jeżistux fruntieri u l-ivvjaġġar bejniethom mhuwiex ristrett. Bil-maqlub, Malta hi diġà parti mis-26 pajjiż fiż-Żona Schengen. Skont hu, b’popolazzjoni ta’ 880,000, Ċipru għandu l-akbar numru ta’ immigranti per capita fl-UE kollha. Hu qal li 3.8% ta’ dawk kollha li jgħixu f ’Ċipru huma persuni li talbu għall-ażil, waqt li l-istess ammont hu inqas minn 1% f ’pajjiżi oħrajn li jinsabu fuq il-fruntiera Ewropea, bħall-Greċja, l-Italja, Spanja u Malta. Hu stmat li bejn 25% u 30% tal-immigranti kollha f ’Ċipru huma refuġjati li qed jaħarbu minn xi kunflitt. Skont statistiċi nazzjonali, is-Sirjani kienu l-aktar li mlew applikazzjonijiet għall-ażil is-sena li għaddiet, segwiti minn immigranti mill-Georgia, l-Indja, il-Bangladesh, il-Pakistan, il-Kamerun, il-Vjetnam, l-Eġittu, in-Niġerja u s-Sri Lanka. Aktar qabel, il-Ministru Ċiprijott kien qal li l-maġġoranza tal-immigranti jidħlu fil-pajjiż mit-Tramuntana tal-pajjiż etni­ ka­ment maqsum u mbagħad jaqsmu l-buffer zone kkontrollata mill-Ġnus Magħquda biex jidħlu fin-naħa tan-Nofsinhar, li hi rikonoxxuta internazzjonalment.

Il-kunċett ta’ “moviment ħieles” fl-UE, wara li jinkiseb stat ta’ refuġjat, qed jinbiegħ mit-traffikanti bħala garanzija għall-flus li jieħdu lill-immigranti għall-vjaġġi riskjużi


10

07.06.2020

kullhadd.com

INVESTIMENT TA’ €75 MILJUN FL-ISPORT

Dan juri impenn qawwi minn dan il-Gvern biex jagħti spinta ’l quddiem lid-dixxiplini sportivi tal-pajjiż. Mit-tweġiba parlamentari joħroġ ċar kif sa mill-ewwel baġit tiegħu dan il-Gvern kabbar il-voti mogħtija fil-baġit għal dan il-qasam

Mill-2013 s’issa l-Gvern Laburista investa bħala baġit għall-qasam sportiv xejn inqas minn €75 miljun. Din il-figura toħroġ minn tweġiba parlamentari li saret mill-Oppożizzjoni lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici, li taħtu jaqa’ s-Segretarjat Parlamentari għall-Isport, Żgħażagħ u l-Volontarjat immexxi mis-Segretarju Parlamentari Clifton Grima. Dan l-ammont huwa maqsum bejn voti mogħtija fil-baġit tal-Gvern biex l-entitajiet ikunu jistgħu joperaw u wkoll bil-voti mogħtija għall-Programmi u Assistenzi, Voti mogħtija għall-Kapital u wkoll Assitenzi mogħtija minn dħul ieħor tal-entità. L-ammont mhux wieħed sħiħ lanqas u jrid jiżdied

b’ammont li huwa tal-assistenza li se titqassam mid-dħul tal-entità. Barra minn hekk mhux inkluża assistenza oħra mogħtija lil entitajiet sportivi minn terzi fosthom mill-fond tal-ischolarships tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, il-fond tal-futbol amministrat mill-Ministeru u l-iskema għal enerġija iktar nadifa maħruġa mill-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma. Dan juri impenn qawwi minn dan il-Gvern biex jagħti spinta ’l quddiem lid-dixxiplini sportivi tal-pajjiż. Mit-tweġiba parlamentari joħroġ ċar kif sa mill-ewwel baġit tiegħu dan ilGvern kabbar il-voti mogħtija fil-baġit għal dan il-qasam. Fil-fatt, fl-aħħar amministrazzjoni ta’ Gvern Nazzjon-

alista dan il-vot kien ta’ ftit aktar minn €1.75 miljun. Fl-2013 dan il-vot tela’ għal €2.4 miljun. Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici spjegalna li “l-Gvern jemmen bis-sħiħ f ’dan is-settur u dan mhux biss huwa rifless fl-investiment monetarju, imma wkoll f ’investimenti li saru f ’dawn l-aħħar snin fi proġetti infrastrutturali ta’ kull qies”. Minn tweġiba oħra dwar l-istess qasam, joħroġ ukoll kemm dan il-Gvern ħadem biex jara proġetti infrastrutturali jimxu ’l quddiem u fuq kollox jitwettqu. Tant li mid-dokumenti li tpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra toħroġ lista twila ta’ proġetti sportivi li saru minn meta beda jamministra l-pajjiż Gvern Laburista, fl-2013.

Interessanti ferm li d-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar, li għamel il-mistoqsija parlamentari, talab għal proġetti li saru f ’pajjiżna mill-2008 sal2020. Imma fit-tweġiba tiegħu l-Ministru Bonnici qal li kien jinsab infurmat li SportMalta ma sabet l-ebda file jew informazzjoni li setgħu jwasslu għal risposta dwar proġetti qabel l-2013. Dan ifakkarna kif meta nbidel il-Gvern, il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari l-ġodda kienu sabu litteralment ministeri u uffiċini vojta, f ’ċerti każi anki mill-għamara. Intant, mill-2013 ’l hawn kien hemm spiża ta’ ftit anqas minn €20 miljun. Proġetti li huma mferxxa litteralment mal-gżejjer Maltin kollha.

Proġetti li huma ta’ kobor diversi min-National Shooting Range f ’Ta’ Kandja sa titjib fil-klabb tal-boċċi tal-Qrendi. Minn gym miftuħ f ’San Gwann sa warm up track għall-atleti fil-Marsa. Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima qalilna li l-investiment tal-Gvern f ’dan il-qasam mhuwiex dan biss, imma fakkar kif Malta qiegħda taħdem biex ikollha entità ddedikata għall-integrità fl-isport u li “l-pedamenti ta’ din l-entità se jkunu mibnija fuq it-tliet prinċipji bażiċi; il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-isport, il-ġlieda kontra d-doping fl-isport, u l-ħidma biex ikun hemm governanza tajba fl-isport.” Tajjeb li ngħidu li l-informazzjoni li ngħatat fil-Parlament dwar proġetti infrastrutturali terġa’, ma tinkludix diversi proġetti oħra, proġetti li ma jaqgħux taħt SportMalta. Dan huwa impenn serju mill-Gvern biex jara l-qasam tal-isport f ’Malta mhux biss jitjieb fil-faċilitajiet li toffri l-gżira, imma wkoll biex l-isportivi kollha jkollhom postijiet ħafna aktar diċenti fejn ikunu jistgħu jipprattikaw id-dixxiplina sportiva tagħhom.


11

07.06.2020

kullhadd.com

TWETTIQ TAL-WEGĦDI LILL-POPLU Meta din il-ġimgħa ġew immarkati t-tliet snin tat-tieni leġiżlatura ta’ Gvern Laburista, il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela spjega l-ħidma kollha li saret mill-Gvern f ’dawn is-36 xahar u ħabbar li 76% tal-programm elettorali issa huwa mwettaq. Dan ifisser li hemm ħafna proposti li ġew implimentati fl-intier tagħhom u hemm għadd kbir ieħor li x-xogħol fuqhom qiegħed fi stadju avvanzat. Ta’ min ifakkar li l-Gvern Laburista tal-2013 kien l-ewwel Gvern fl-istorja li ta l-importanza meħtieġa lill-manifest elettorali, tant li ddedika Ministeru li fil-portafoll tiegħu kellu t-twettiq tal-manifest. Wara għexieren ta’ snin u wegħdi fiergħa minn Gvernijiet Nazzjonalisti, kien il-Partit Laburista li vvalorizza tassew il-manifest elettorali, li mhu xejn inqas minn kuntratt mal-poplu li eleġġieh. L-ewwel leġiżlatura ta’ Gvern Laburista wettqet 88% tal-manifest elettorali, apparti l-ħidma

L-ewwel leġiżlatura ta’ Gvern Laburista wettqet 88% tal-manifest elettorali, apparti l-ħidma kollha l-oħra li saret u li tisboq dak il-minimu li ntrabat bih mal-poplu

kollha l-oħra li saret u li tisboq dak il-minimu li ntrabat bih mal-poplu. It-tim responsabbli mit-twettiq tal-manifest fi ħdan il-Ministeru mmexxi mill-Ministru Carmelo Abela qed jaħdem qatigħ biex ikompli fuq ix-xogħol siewi li kien sar. Fil-fatt, fl-aħħar erba’ xhur kien hemm titjib ta’ mil-in-

qas 8% fl-implimentazzjoni tal-manifest. Uħud mill-wegħdi prinċipali li dan il-Gvern diġà wettaq bejn l-2017 u llum jinkludu żewġ oqsma ewlenin fil-ħajja ta’ kuljum: is-saħħa u l-edukazzjoni. Fil-qasam edukattiv f ’Diċembru 2017 il-Gvern iffirma ftehim kollettiv mal-MUT li ta lill-eduka-

turi l-akbar żieda li qatt irċevew, flimkien mal-opportunità li jieħdu żmien weqfin mix-xogħol biex ikomplu jitħarrġu fil-professjoni tagħhom. Ma’ dan kien hemm il-ġenituri li issa jistgħu jserrħu rashom li wliedhom għandhom trasport b’xejn għall-iskola, qed jevitaw l-ispejjeż kollha tal-eżamijiet talMATSEC u SEC li saru b’xejn u anke l-ispiża tal-uniformijiet tnaqqset.

Meta nħarsu lejn is-saħħa tajjeb li tkun enfasizzata l-wegħda tal-Gvern li s-servizz tas-saħħa, li kif ipprovat fl-aħħar ġimgħat hu fost l-aqwa fid-dinja, jibqa’ b’xejn kontra l-fehma tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista, li, qabel l-2017, kienet qalet li dan ma jistax jibqa’ hekk. L-investimenti li saru matul dawn l-aħħar tliet snin, anke permezz ta’ fondi mill-Programm ta’ Investiment Individwali (IIP), biex jitjiebu numru ta’ servizzi, għandna klinika ġdida f ’Ħal Kirkop u dalwaqt hub ċentrali f ’Raħal Ġdid. Wieħed irid iżomm f ’moħħu wkoll twettiq tal-wegħdi u miżuri implimentati fl-infrastruttura, drittijiet ġodda, il-ħidma ekonomika u soċjali, benefiċċji ġodda flok taxxi, żvilupp f ’oqsma bħall-kera, aktar riformi fil-qasam tas-saltna tad-dritt u t-trasparenza. Il-ħidma ma waqfitx u hekk se jkompli jagħmel dan il-Gvern fis-sentejn li għandu quddiemu bil-privileġġ li jservi dan il-mandat li fdah bih il-poplu.


12

07.06.2020

GOVERNANZA TAJBA Edward Zammit Lewis Ministru

Dan l-aħħar ġejt mistieden għal webinar mill-Kamra tal-Kummerċ fejn is-suġġett diskuss kien dak tal-Governanza. Kien hemm ukoll esperti barranin dwar dan is-suġġett. Kien pjaċir tiegħi li nagħti l-ideat tiegħi u nispjega wkoll ix-xogħol importanti li qed jikkonduċi l-Gvern f ’dan ir-rigward. Għalxiex? Madanakollu, id-domanda li qamet tant tajjeb waqt din id-diskussjoni, kienet għalxiex hemm bżonn dejjem inħaddnu l-buon governanza fil-ħidma varja tagħna. Apparti l-fatt li dan il-prinċipju u prinċipji anċillari miegħu huma tajba fihom infushom, bħat-trasparenza, il-kontabilità, u li toffri opportunitajiet lil kulħadd l-istess fil-kummerċ u fin-negozju, il-governanza tagħtina kredibilità anke biex naħdmu u nieħdu xogħol barra minn xtutna. Dan għaliex jekk aħna ma naħdmux sew u ma nurux rispett konkret fil-ħidma tagħna lejn dan il-prinċipju, min ikun qed jagħmel negozju magħna lanqas biss jeħodna bis-serjetà u jagħmel negozju ma’ ħaddieħor jew f ’pajjiż ieħor. Għal pajjiż stat membru tal-Unjoni Ewropea tant żgħir, ir-reputazzjoni hija kollox. Ser ikun hemm min ma jiħux pjaċir

bis-suċċess ekonomiku li qed nagħmlu u bin-nies ta’ kompetenza varja minn pajjiżna li kull fejn imorru jibbrillaw. Għalhekk il-kritika mhux dejjem ser tkun ġenwina. Irridu naħdmu iktar minn qatt qabel sabiex insaħħu r-reputazzjoni tajba li fl-aħħar mill-aħħar tfisser ġid għal pajjiżna. Mentalità Dan l-isforz ma jistax isir biss permezz ta’ liġijiet u regoli, iżda hemm bżonn ta’ bidla fil-mentalità. Din mhux biss min-naħa tal-Gvern. Kull persuna, inkluż negozjanti, trid tħaddan dawn il-prinċipji fil-ħidma tagħha. Hemm bżonn li jkun sforz kollettiv. Kummissjoni Venezja Kuntent ħafna bil-proċess li qbadna ma’ din il-Kummissjoni tal-Kunsill tal-Ewropa. Ġejt ikkritikat li għaġġilt. Ilna

nitkellmu tal-inqas 12-il sena f ’dan il-pajjiż u r-riformi l-aktar importanti baqgħu ma sarux. Tajjeb li wieħed ifakkar li taħt il-Gvern tal-PN twaqqaf Kumitat Parlamentari għatTisħiħ tad-Demokrazija. Dan kien fis-sena 2008. Sas-sena 2013, ma sar xejn. Jiena bħala l-Ministru responsabbli mhux lest li naqa’ għal din in-nasba. Il-biċċa xogħol li fdali l-Prim Ministru Robert Abela jien ser nagħmilha b’saħħa u fl-iqsar żmien possibbli. Jiena l-ewwel ministru fi gvern f ’pajjiżi li fil-portafoll tiegħi ġejt fdat bil-governanza tajba. Dan għall-ġid ta’ pajjiżi u sabiex pajjiżna jkun demokrazija moderna b’rispett sħiħ lejn is-saltna tad-dritt u l-governanza tajba. Mal-Kummissjoni Venezja jiena ftehemt fuq kif għandna nimxu ’l quddiem. L-istess Kummissjoni għadha kif temmet madwar ġimgħa u nofs konsultazzjoni f ’pajjiżna

dwar il-proposti mressqa minni. L-affarjiet hekk għandhom jimxu. Moneyval u Greco Fuq dawn iż-żewġ binarji jeżistu sfidi kbar. Dan hu frott ta’ sistemi li ilhom f ’pajjiżna għexieren ta’ snin u li qatt ma ġew indirizzati. L-amministrazzjoni Robert Abela mill-ewwel telqet b’mod koordinat sabiex tindirizza dawn il-problemi b’lista ta’ miżuri li qed isiru, u ser isiru fi żmien qasir. Ma ninsewx ukoll kemm il-Greco ġriet wara dak iżżmien Gvern Nazzjonalista fuq għadd ta’ suġġetti. Dan jirrigwarda l-aktar l-integrità amministrattiva tal-Gvern. Bosta mill-miżuri diġà ġew implimentati u oħrajn huma pjanati li jsiru. Tajjeb li wieħed jara l-proposti ta’ riformi li tressqu mill-Gvern lill-Kummissjoni Venezja fuq persons of trust u segretarji permanenti. Parlament Tajjeb li fejn insemmu r-riformi, insemmu l-Parlament. Il-Parlament, anki bis-saħħa tal-enerġija u d-determinazzjoni tal-Ispeaker Anġlu Farrugia, mexa ħafna ’l quddiem. Huwa appuntu għal din irraġuni li fl-ewwel pakkett ta’ riformi li jiena bgħatt lill-Kummissjoni Venezja, m’hemm xejn dwar il-Parlament. Ħafna mir-riformi diġà twettqu. Il-Parlament illum huwa verament awtonomu bis-saħħa talliġi tas-Servizzi Parlamentari

kullhadd.com

Dan l-isforz ma jistax isir biss permezz ta’ liġijiet u regoli, iżda hemm bżonn ta’ bidla fil-mentalità. Din mhux biss min-naħa tal-Gvern. Kull persuna, inkluż negozjanti, trid tħaddan dawn il-prinċipji fil-ħidma tagħha. Hemm bżonn li jkun sforz kollettiv

fejn il-Parlament issa m’għadux bħallikieku dipartiment talGvern, iżda anke għandu l-awtonomija finanzjarja. Bilgħan li ntejbu din l-istituzzjoni tant importanti twaqqaf anke l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, bit-tir ewlieni li ngħollu l-livell ta’ governanza anke fost il-politiċi Maltin. It-triq ’il quddiem Hemm triq waħda ’l quddiem. Li l-Gvern iwettaq ir-riformi. Xejn mhu ser iwaqqfu. Id-determinazzjoni qiegħda hemm. Tlestija ta’ riformi importanti u t-triq ’il quddiem li naqbdu andament ekonomiku b’saħħtu b’mod sostenibbli. B’hekk nibqgħu nkunu Gvern verament Laburista li jkattar il-ġid, iżda bi skop wieħed li jibqa’ jgħin lill-batut u lill-vulnerabbli sabiex dan jimxi ’l quddiem u jingħata aktar dinjità u jipprovdi dak is-sellum sabiex min hu taħt u jrid jitla’ ’l fuq jingħata kull opportunità sabiex iwettaq dan. Dak hu l-Partit Laburista u dawn huma r-raġunijiet għalfejn jien qiegħed fil-politika!


13

07.06.2020

kullhadd.com

FUTUR SABIĦ U SOSTENIBBLI

Deo Debattista Segretarju Parlamentari

Is-sostenibilità, ir-riċerka, ittaħriġ u l-innovazzjoni huma ċ-ċwievet għal futur sabiħ. Diversi riċerkaturi jargumentaw li, li kieku kull persuna fid-dinja tgħix stil ta’ ħajja ekwivalenti għal dak medju Ewropew, ikollna bżonn tliet pjaneti biex ngħixu. Jekk kien hemm xi ħaġa li ħafna nnutaw f ’dawn l-aħħar ġimgħat, kienet li t-tibdil fil-mod ta’ kif ngħixu, naħdmu u nġibu ruħna huma possibbli u tanġibbli. Mhux il-każ li wieħed innaqqas il-kwalità tal-ħajja, imma nistgħu nirridefinixxu x’inhi l-kwalità b’mod li nilħqu l-għanijiet tagħna mingħajr ma nikkompromettu l-abbiltà tal-ġen-

erazzjonijiet futuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom stess. Din is-sena, il-kunċett tas-sostenibilità kien ċentrali għal ħafna mill-ħidma tagħna. It-tema tal-Jum Dinji għad-Drittijiet tal-Konsumatur li ġie ċċelebrat f ’Marzu li għadda kienet ‘Il-Konsumatur Sostenibbli’ u l-ħsieb tal-Jum Dinji għall-Istandards, li se niċċelebraw f ’Ottubru li ġej, huwa ‘Nipproteġu l-Pjaneta Permezz tal-Istandards’. Dan is-sens ta’ viżjoni u ppjanar kien f ’waqtu f ’kuntest fejn aħna l-konsumaturi qed inbiddlu l-istil ta’ ħajja u qed inkunu aktar miftuħin biex napprezzaw ilbżonn li nieħdu ħsieb ir-riżorsi li għandna. L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur hija mmirata lejn il-futur b’pass dejjem aktar mgħaġġel. Huwa ta’ pjaċir li l-MCCAA qed tgħin lill-konsumaturi, lill-operaturi u lill-partijiet interessati b’mod proattiv sabiex jikkalibraw kontinwament l-ekonomija b’mod li taħdem għal-lum u għal għada. Dan isir permezz ta’ sinerġija fl-attivitajiet tagħha, bħal standards, ir-reviżjoni ta’ diversi

regolamenti tekniċi, ir-regolazzjoni tal-kompetizzjoni u l-affarijiet tal-konsumatur. Fil-qasam tal-istandards, l-Awtorità għamlet standard nazzjonali dwar il-bini ta’ soqfa ekoloġiċi u tagħmel spezzjonijiet fuq prodotti organiċi. Min-naħa tar-regolamentazzjoni, l-Awtorità tħares lejn l-użu tal-pestiċidi fil-prodotti li jaslu fuq il-mejda tagħna kif ukoll qed timplimenta regolamenti dwar il-bijoċidi, il-gassijiet fluworinati li jagħmlu ħsara lill-ambjent u t-tikketta tal-enerġija mal-prodotti tad-dar. Missieri beda l-karriera tiegħu bħala dulċier. Niftakarni ta’ età żgħira nipprova naqta’ minn fejn ġejjin l-ingredjenti, uħud minnhom jaslu bil-vapuri fil-port li kont noqgħod viċin tiegħu. Illum dan jgħinni nirrifletti dwar l-importanza ta’ katina tal-provvista b’saħħitha u l-importanza tas-sostenibilità. Illum, il-ħsieb imur lil hinn minn fejn ġej prodott u nirriflettu wkoll x’jiġri meta prodott jieqaf l-użu tiegħu u ċ-ċiklu tal-ħajja kollha. Inħeġġeġ lill-qarrejja li qabel prodott jintrema u jsir skart, jaraw jistgħux isibu użu ieħor għall-prodott, u jekk le, fejn hu

possibbli, jiġi rriċiklat. B’hekk mhux biss innaqqsu l-ħela imma ndawru l-iskart f ’riżorsa. Nemmen li għad naslu f ’punt fejn id-Direttorat tat-Tindif u l-Manutenzjoni, ma jkollux aktar bżonn jiġbor skart minn wara n-nies u nkunu nistgħu nibdew insejħulu Direttorat għat-Tisbiħ u l-Manutenzjoni. L-edukazzjoni hija kruċjali biex inwettqu din l-istrateġija. Ninnota li l-MCCAA hija waħda mill-entitajiet li għandha Direttorat iffukat fuq l-informazzjoni, l-edukazzjoni u r-riċerka. Kburi li fi żmien kemm ili Segretarju Parlamentari, l-Awtorità dwar il-Mediċini mxiet fuq il-passi tal-MCCAA u hija wkoll għandha Direttorat iffukat fuq l-ippjanar tal-edukazzjoni. Bħala tabib, nifhem kemm il-prevenzjoni hija aħjar mill-kura. Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma importanti ħafna sabiex nissalvagwardjaw is-sostenibilità u nkunu preventivi fl-approċċ tagħna. Għalhekk, qiegħed nara li l-entitijaiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi jkunu ta’ pont bejn l-akkademja, ix-xjenza regolatorja, is-soċjetà, l-industrija u l-konsumatur.

Pożittiv li l-MCCAA ser tkun katalista sabiex insaħħu l-kuxjenza u l-azzjoni biex ikollna dinja iktar sostenibbli u isbaħ, fejn il-konsumatur ikun jista’ jagħmel deċiżjonijiet infurmati li jħarsu l-bżonnijiet tal-lum u tal-futur. Nistieden lill-qarrejja jingħaqdu f ’din l-idea li jkollna lil Malta bħala pijuniera fis-sostenibilità, għax dan mhux proġett li jista’ jagħmel xi Gvern waħdu, imma proġett ta’ poplu magħqud.

Dan is-sens ta’ viżjoni u ppjanar kien f’waqtu f’kuntest fejn aħna l-konsumaturi qed inbiddlu l-istil ta’ ħajja u qed inkunu aktar miftuħin biex napprezzaw il-bżonn li nieħdu ħsieb ir-riżorsi li għandna

MALTA L-EWWEL U QABEL KOLLOX

Felix Busuttil Galea

Illum ġurnata storika. Illum jum meta niftakru li l-qalbiena qamu b’kotra sabiex jipprotestaw. Sabiex iqajmu leħinhom. Ma kellhomx armi. Ma kinux vjolenti. Kienet rivoluzzjoni paċifika. U dawk li suppost kienu hemm biex jipproteġuna, jipprovdulna x’nieklu, jipprovdulna xogħol – dawk li suppost kienu hemm bħal missier li kellu r-responsabilità li jieħu ħsieb lil ibnu, minflok offra protezzjoni, iddeċieda jerfa’ l-arma u jispara fuq uliedu. Spara u qatel tliet bnedmin u b’arma bil-ponta qa-

tel ieħor. Nies qalbiena Maltin li ma beżgħux mill-kolonja, minn barrani li ħakem lil pajjiżna. Immaġina li kien Gulija u ħaseb li David se jibqa’ sieket. Sal-ġurnata tal-lum nibqgħu niftakruhom lil dawn l-irġiel li qamu u għajtu daqshekk, aħna m’aħniex inviżibbli, aħna umani, aħna Maltin. Manwel Attard, Karmnu Abela, Ġużè Bajada u Wenzu Dyer. Ma kellhom l-ebda aġenda mistura. Kienu qegħdin jipprotestaw fil-Belt Valletta għax ħassew li Malta qatt ma kellha sservi biss lil ħaddieħor bħala bażi militari. Minkejja li konna leali lejn il-bandiera Ingliża, Malta saret minsija u waqgħet fi kriżi ekonomika. U meta pajjiż jaqa’ fi kriżi ekonomika l-ewwel ma jiġi milqut huwa dak li qiegħed minn taħt. Dak li qiegħed jerfa’ l-vara, it-toqol. U naraw dan anke fil-ġurnata tal-llum. Naraw dan meta tqum inġustizzja gravi u faxxista mingħajr l-ebda rimors waqt li pajjiż għaddej minn toqol ekonomiku. Il-poplu għandu sabar imma għandu wkoll rab-

ja. Naraw dan fuq l-aħbarijiet preżenti. Naraw pajjiż fejn jixhed li hu l-qofol tad-demokrazija jikkrolla quddiem għajnejna stess. Pajjiż bħall-Amerka li d-dinja qiegħda tistmerr, tibki għaliha u tispera li tfiq. Il-Gvern Ingliż naqas lillMalti. Naqas milli jipprovdi ikel biżżejjed. Ikel li jmantni lill-familji, lit-tfal, lill-anzjani. L-għoli tal-ħajja beda jifni lil dawk li l-aktar kienu vulnerabbli. Naħlef li l-imwejjed tal-ġenerali Ingliżi ma kinux neqsin millħobż, imma naħlef ukoll li l-imwejjed Maltin ma kellhomx l-anqas il-frak tal-ħobż li jaqa’ minn fuq il-wiċċ tal-mejda. L-importazzjoni tal-qamħ kienet limitata. Din wasslet għal żieda inkredibbli u mhux sostenibbli għall-bwiet tal-Maltin. Beda jidher biċ-ċar li s-sinjur beda jsir aktar sinjur għax kien jabbuża mill-fqir. U f ’din l-inġustizzja nejja li tista’ tmiss b’idejk, il-poplu xeba’ u ħareġ jipprotesta. U x’ħa? Refa’ fuq idejh mhux in-nuqqas ta’ responsabilità ta’ amministrazzjoni

imma refa’ fuq spallejh l-oqbra foqra ta’ erba’ ħutna Maltin. Għadda ħafna żmien minn dik il-ġurnata tas-7 ta’ Lulju, 1919 meta tlett irġiel ġew maqtula u l-għada nqatel ieħor. Però nistgħu ngħidu li bħall-Amerka meta nqatel George Floyd u qablu ħafna oħrajn, xejn kważi ma nbidel. F’għajnejn dak li suppost jipproteġi, dak li għandu l-arma ta’ pulizija, dawn li nqatlu kienu biss inferjuri, marmalja, ta’ klassi baxxa, minorità u għalhekk ħaqqhom jiġu trattati differenti, inqas minn ħaddieħor u saħansitra jinqatlu sfaċċatament u fiddawl tax-xemx bla ebda kuxjenza. U għalhekk fi ġranet bħal din niftaħar li jien Malti. Niftaħar li jien Għawdxi. Għax hu dak li jagħmilna Maltin li matul l-evoluzzjoni tal-identità u l-istorja affaxxinanti tagħna, il-partit tagħna dejjem qabeż għall-Malti. U mhux biss il-Malti. Imma speċjalment il-Malti li qiegħed hemm taħt. Iġorr il-vara. Iġorr it-toqol. Il-Malti li jsofri mill-inġustizzji.

Il-Malti li hu fqir. Il-Malti li kien mistmerr, imkasbar u insultat. Aħna nibqgħu dawk li bħal dawk erba’ qatt m’aħna ser nibżgħu ngħidu li aħna Maltin u Malta tiġi l-ewwel u qabel kollox.

Ma kellhom l-ebda aġenda mistura. Kienu qegħdin jipprotestaw fil-Belt Valletta għax ħassew li Malta qatt ma kellha sservi biss lil ħaddieħor bħala bażi militari


14

07.06.2020

kullhadd.com

ĦARSIEN TA’ DAK KOLLU LI JAGĦMILNA MALTIN Qasam importanti għall-komunità Maltija u Għawdxija huwa bla dubju l-wirt nazzjonali. Il-wirt, it-tradizzjonijiet u l-folklor huma s-sisien tal-binja li tagħmilna poplu, flimkien mal-arti li maż-żmien tiddefenixxina u tagħmilna dak li aħna. Flimkien ma’ dawn iż-żewġ oqsma, il-Ministru José Herrera għandu wkoll responsabbiltà ministerjali għall-Gvern Lokali. Tkellimna mal-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali dwar il-ħidma tiegħu f’dawn l-oqsma.

Wara l-mandat qawwi li ngħata mill-poplu Malti u Għawdxi l-Partit Laburista tliet snin ilu biex jiggverna, kif tikkaratterizza l-ħidma ta’ Gvern Laburista partikolarment matul dan iż-żmien? Il-Partit Laburista sa min qabel l-2013 offra politika b’viżjoni kredibbli u impenn qawwi li jibqa’ viċin u jisma’ lin-nies. Nemmen li dawn kienu u għadhom l-aktar elementi importanti li bħala Gvern u partit bqajna nħaddnu tul is-snin, u proprju xhieda ta’ dan huwa r-riżultat elettorali tal-2017. Tul dawn l-aħħar tliet snin komplejna ngawdu u nibnu fuq is-snin preċedenti u l-għajta li ma nistgħux nieqfu nofs triq kienet importanti biex illum li għaddejjin minn perjodu ta’ sfida, pajjiżna xorta qiegħed jikseb riżultati ekonomiċi pożittivi. Il-ħidma mwettqa millGvern kienet waħda ċara, li tifhem u tagħraf ir-realtajiet differenti tas-soċjetà tagħna. Għarafna l-bżonnijiet tal-familji, anzjani, żgħażagħ u tfal, wettaqna inizjattivi differenti biex pajjiżna jkollu l-anqas rati ta’ qgħad fejn xprunajna l-ekonomija u f ’baġit wara l-ieħor konna f ’pożizzjoni li

nqassmu l-ġid mal-ispettru kollu tas-soċjetà. Dawn kienu tliet snin li matulhom rajna bidla fil-Prim Ministru, imma mhux bidla fil-prinċipji ewlenin. Il-Prim Ministru Robert Abela tenna li jrid kontinwità u hekk se nkomplu nagħmlu bħala Gvern wieħed magħqud. Hija l-għaqda fostna li dejjem mexxietna biex għelibna l-isfidi u din wasslitna biex inkunu poplu u pajjiż reżiljenti. Matul dawn is-snin li ilna mmexxu ’l pajjiżna, poġġejna lill-familji tagħna fuq quddiem nett tal-aġenda u permezz ta’ ħidma kollettiva rajna li l-ġid maħluq wasal għand kulħadd. Huwa ta’ sodisfazzjon tara aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol, aktar żgħażagħ jirċievu edukazzjoni tal-ogħla livelli, l-anzjani tagħna għal sena wara l-oħra jieħdu żidiet fil-pensjoni tagħhom u negozji jikbru u jagħmlu suċċess. Għaddejna wkoll minn żminijiet u realtajiet ta’ sfida f ’diversi perjodi inkluż b’mod aktar riċenti l-pandemija talCOVID-19. Żminijiet bħal dawn jeħtieġu Gvern li huwa ffukat u determinat. Bħala Ministru fi ħdan il-Gvern, sfidi bħal dawn ma jaqtgħulniex qalbna. Fi ġranet ta’ sfida

trid tkun preparat, irid ikollok kuraġġ. Rajna kif dawn ixxhur li għaddew dan il-poplu wera kemm huwa reżiljenti u llum bdejna triq flimkien lejn in-normalità. L-ambjent, il-kultura, il-wirt nazzjonali u l-gvern lokali, huma r-responsabbiltajiet taħt il-ministeru tiegħek. Kemm huma ta’ importanza dawn is-setturi għal pajjiżna? Nemmen li kull settur u qasam li kont fdat fih għandu mhux biss l-isfidi partikolari tiegħu iżda l-importanza wkoll. Nibda bil-qasam ambjentali, li kont responsabbli għalih u bla dubju ta’ xejn huwa settur partikolari ħafna. Settur li bħala Gvern ridna li npoġġuh bħala prijorità nazzjonali flimkien ma’ ħafna oqsma li tradizzjonalment kienu l-oqsma l-aktar importanti bħax-xogħol, l-ekonomija, l-edukazzjoni u s-saħħa. Irnexxielna npoġġu l-ambjent bħala prijorità nazzjonali bil-fatti u mhux bil-kliem biss. Indirizzajna aspetti li ħafna poġġewhom fuq l-ixkaffa jew għażlu li ma jiddeċidux. Insemmi kif l-isfida tal-iskart bdejna ħidma twila flimkien mal-Was-

teserv biex nifhmu x’kienu l-problemi u noffru soluzzjonijiet. Ħarisna lejn l-ekonomija ċirkulari bħala l-viżjoni tagħna u b’mod trasparenti ħloqna kumitat magħmul minn diversi nies tekniċi u ambjentalisti biex niddeċiedu fuq il-Waste-toEnergy. Dan il-proġett huwa dak bżonjuż għal pajjiżna. Se nkunu qegħdin nittrattaw 40% tal-iskart mhux riċiklabbli u niksbu l-enerġija. Daħħalna politika fuq Single Use Plastic u b’hekk bdejna nindirizzaw l-akbar problema ambjentali. Nemmnu fl-edukazzjoni u anki f ’dan il-qasam għamilna l-kampanja Saving Our Blue ħalli mhux biss ngħidu lin-nies jieqfu jagħmlu użu ta’ xi ħaġa imma ngħallmu dwar l-alternattivi u l-aħjar modi biex wieħed jiddisponi minnhom. Importanti kien ukoll ilproġett tal-ġbir tal-borża organika li wara li lestejna proġett pilota estendejna mal-pajjiż kollu u r-riżultat, wara biss sena, kien wieħed inkoraġġanti ħafna. F’dan l-aspett indirizzajna l-isfidi fuq żewġ elementi, kemm dak li għandu x’jaqsam mal-ġabra iżda wkoll bdilna l-liġijiet anki biex kemm jista’ jkun jibda jkollna armonizzazzjoni fil-ġranet tal-ġbir u ħinijet. Indirizzajna l-Fuel Station’s

Policy u wara li din iddaħħlet fl-2015 deherli, bħala Ministru għall-Ambjent, li jrid isir proċess ta’ reviżjoni biex tiġi aġġornata. B’mod simili kien hemm ir-Rural Development Policy, dokument li beda jiġi evalwat biex inkomplu nħarsu l-ambjent tagħna. Bdejna nindirizzaw l-abbuż ambjentali u waqqafna direttorat ġdid fl-Awtorità tal-Ambjent u Riżorsi, biex mhux biss nilleġiżlaw kontra l-abbuż, imma naraw li jittieħdu passi. Apparti dan, permezz ta’ twaqqif ta’ Ambjent Malta komplejna naħdmu biex inkomplu l-proċess li nħaddru pajjiżna. Wettaqna proġet-

Il-ħidma mwettqa waħda ċara, li tifhem differenti tas-soċjet l-bżonnijiet tal-famil u tfal, wettaqna inizj pajjiżna jkollu l-anqa xprunajna l-ekonomija konna f’pożizzjon mal-ispettru ko


15

07.06.2020

kullhadd.com

ti importanti f ’diversi rħula u żoni ambjentali. Implimentajna proġetti ta’ riabilitazzjoni fil-widien tagħna li minn dejjem għarafna li dawn huma l-pulmun ta’ pajjiżna. Il-proġetti ta’ afforestazzjoni kienu importanti immens u dawn twettqu f ’diversi siti bħalma huma Kemmuna u Bengħajsa. Daqstant necċessarju kien l-investiment fil-ġonna u f ’dan, personalment ninsab kuntent bir-riġenerazzjoni li saret fi Ġnien l-Għarusa tal-Mosta u Ġnien l-Argotti fil-Furjana. Il-qasam ambjentali huwa suġġett vast u hija responsabbiltà kbira, u matul is-snin li ngħatajt il-fiduċja biex naħdem f ’dan il-qasam, rajt kif titwettaq ħidma f ’diversi oqsma biex il-poplu verament jemmen li l-Gvern huwa kommess f ’dan il-qasam. Issa għandek portafoll b’setturi differenti imma daqstant importanti... Iva, fl-aħħar kważi sitt xhur ta’ din il-leġliżlatura, il-Prim Ministru Robert Abela fdali l-inkarigu ta’ Ministru għallWirt Nazzjonali, Arti u Gvern Lokali. Oqsma importanti li kull wieħed u waħda minna jolqtuna b’mod dirett u b’mod kontinwu. Lura fl-2013, dan irrwol kont diġà nwettqu u f ’dak iż-żmien, filwaqt li komplejna nsostnu s-settur, ridna noħolqu viżjoni għat-tul li tirrelata aħjar mal-viżjoni ħolistika tal-Gvern ġdid. Is-setturi kulturali u kreattivi huma elementi ħajjin u l-viżjoni tagħna hija li nkomplu nwasslu l-element artistiku f ’kull rokna ta’ pajjiżna u lil hinn minn xtutna, filwaqt li jiġu involuti l-artisti kollha possibbli. Bħala Ministeru bħalissa għaddejjin bit-tfassil tal-pjan strateġiku li jmiss għall-2021 sal-2025. Din l-istrateġija se tpoġġi fiċ-ċentru tagħha l-komunità u d-diversità, l-edukazzjoni u l-internazjonalizzazzjoni. Il-Kunsill Malti għall-Arti ġimgħa wara l-oħra, xahar

a mill-Gvern kienet u tagħraf ir-realtajiet tà tagħna. Għarafna lji, anzjani, żgħażagħ jattivi differenti biex as rati ta’ qgħad fejn a u f’baġit wara l-ieħor ni li nqassmu l-ġid ollu tas-soċjetà

wara l-ieħor ikompli jimplimenta il-programm tiegħu biex inkomplu nkattru t-talent artistiku u kreattiv. Għandna diversi organizzazzjonijiet oħra pubbliċi li kontinwament, permezz tal-inizjattivi tagħhom, qegħdin iwasslu dejjem aktar l-elementi artistiċi lill-poplu Malti u Għawdxi. L-arti u l-kultura bla dubju huma oqsma ħajjin u dinamiċi u għalhekk huma mod kif l-ideat u l-ħsibijiet tas-soċjetà jkunu qegħdin jiġu manifestati. Il-patrimonju ta’ pajjiżna u l-wirt tagħna huwa ta’ importanza straordinarja. Li tassumi r-responsabbiltà li tħares, tippriserva u tagħti valur lil dan il-wirt nazzjonali mhix xi ħaġa faċli. Biss, bil-kollaborazzjoni ta’ bosta, kemm entitajiet, kif ukoll għaqdiet volontarji, qed jirnexxilna dejjem inwettqu aktar xogħol filwaqt li nħarsu li nibnu esperjenzi ġodda f ’dak kollu li nkunu qegħdin nagħmlu. Il-ħidma ta’ Heritage Malta hija wisq importanti għal pajjiżna u hawnhekk irrid insemmi l-professjonalità li din l-entità taħdem u topera biha. Il-wirt nazzjonali, biex verament ingawduh, irid ikollu jindokrawh nies b’passjoni u mħabba speċjali. Proprju ftit tal-ġranet ilu pajjiżna għamel akkwist ieħor ta’ importanza storika, meta flimkien mas-Segretarju Permanenti Ewlieni għalaqna t-trasferiment ta’ Villa Gwardamangia. Villa li kif nafu kienet tgħix fiha r-Reġina Eliżabetta II. Il-Wirt Nazzjonali bla dubju ta’ xejn għandu bżonn struttura b’saħħitha f ’dik li hija s-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali. Hawnhekk nieħu l-opportunità biex insellem lill-ħaddiema u lis-Sovrintendent tax-xogħol importanti li jwettqu. Bħala Ministeru bħalissa għaddejjin bi proċess biex naraw kif irrwol tas-sovrintendenza jkompli jissaħħaħ. Huwa b’hekk biss li nistgħu nassiguraw li l-passat tagħna ma jispiċċax meqrud darba għal dejjem. Il-Gvernijiet Lokali għandhom rwol strateġiku ieħor biex inkomplu nsaħħu l-komunitajiet tagħna. Irridu nħarsu b’viżjoni u nindirizzaw ir-realtajiet tal-komunitajiet li qegħdin ngħixu fihom. Irridu nifhmu li hemm bżonn jintlaħaq sens ta’ bilanċ bejn elementi differenti biex il-komunità tkun tista’ tgħix f ’aktar armonija. Hemm bżonn ta’ investimenti kbar fl-operat tal-Gvern Lokali. Filwaqt li nkomplu nsostnu l-awtonomija tal-Kunsilli, bla dubju ta’ xejn, il-Gvern se jkompli bl-impenn tiegħu biex inwettqu r-riformi neċes-

sarji. Ftit tax-xhur ilu bħall-bqija tad-dinja pajjiżna ntlaqat mill-pandemija COVID-19. Il-Prim Ministru ddeskriva ’l pajjiżna bħala wieħed reżiljenti. Kif tħares lejn il-futur ta’ Malta wara l-COVID-19? Il-poplu Malti dejjem kien qalbieni u dejjem kien hu li kiteb il-futur tiegħu. Iva, dawn l-aħħar ġimgħat ma kinux faċli kemm għall-familji, għall-ħaddiema, u sidien ta’ negozji kif ukoll, fuq kollox, ma kien żmien faċli xejn għall-anzjani tagħna. Żmien li matulu kulħadd ġie affettwat.

Hawnhekk però turi kemm f ’mumenti ta’ sfida bħala poplu kapaċi ningħaqdu u hawnhekk insiru aktar reżiljenti. It-tmexxija tal-pajjiż bla dubju ta’ xejn kienet magħquda u kulħadd jagħti s-sehem tiegħu biex naraw kif dawk milquta jsibu l-għajnuna. Nassiguraw li ħadd ma jibqa’ lura jew jintesa. Hekk għamilna! Diversi entitajiet internazzjonali faħħru lil Malta f ’diversi aspetti. Faħħruna għaliex konna kawti imma mhux beżżiegħa, faħħruna għaliex konna attenti imma ħadna d-deċiżjonijiet meħtieġa. M’għandix dubju li pajjiżna mhux biss jerġa’ jqum fuq saqajh imma jagħmel dan fl-inqas żmien possibbli. Il-ġid

li ħloqna u li tant kien hawn min ipprova joħloq kontroversji dwaru, illum huwa importanti biex nagħmlu l-qabża li jmiss biex nerġgħu niġu pajjiż jaħdem fin-normalità. Fis-setturi li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, Arti u Gvern Lokali wkoll wettaqna u ħadna diversi miżuri. Apparti l-COVID-19 wage supplement varajna numru ta’ inizjattivi oħra bil-għan li f ’dan iż-żmien ninvolvu kemm jista’ jkun artisti filwaqt li nsostnu proġetti li nistgħu nwettqu fil-futur. Fuq kollox, qegħdin inwaqqfu COVID-19 Transition Advisory Group bil-għan li naraw li ssir tranżizzjoni bl-inqas impatt possibbli.


16

07.06.2020

kullhadd.com

INSAĦĦU L-ĠLIEDA KONTRA L-MARDA TAL-KANĊER

Alex Agius Saliba Membru Parlamentari Ewropew

Wieħed mill-aktar impenji għal qalbi fil-ħidma tiegħi fil-Parlament Ewropew huwa dak relatat mad-diskussjoni fuq il-ġlieda kontra l-kanċer u l-istrateġija Ewropea li għandna bżonn sabiex nipprevjenu u nnaqqsu l-impatt ta’ din il-marda qerrieda. Miljuni ta’ persuni madwar id-dinja jinħakmu minn din il-marda kull sena però sfortunatament ix-xjenza turina li għad baqa’ ħafna riċerka u investiment xi jsir biex tinsab kura universali. Madanakollu, ma jfissirx li

m’hemmx aktar punti importanti li rridu nitkellmu fuqhom f ’dan l-istadju sabiex innaqqsu mit-tbatija. Fil-fatt, bħalissa qiegħed niffoka l-attenzjoni tiegħi fuq aspett li nħoss li għandna nuqqas ta’ għarfien dwaru u li skortunatament ftit li xejn jiġi diskuss. Qiegħed nirreferi għallbżonn li persuni li jkunu qed jirċievu l-kura sabiex jegħlbu din il-marda jkollhom aċċess sħiħ għal trattamenti ta’ nutrizzjoni li jgħinuhom iżommu f ’saħħithom u jirkupraw. Studji xjentifiċi juruna li nutrizzjoni ħażina hija kumplikazzjoni komuni ferm f ’pazjenti morda bil-kanċer li ħafna drabi twassal għal riżultati anqas pożittivi tat-trattament li jkun qed jingħata. Il-marda nnifisha, it-trattament li l-pazjenti jkunu qed jirċievu kif ukoll kumplikazzjonijiet oħra relatati, ħafna drabi jaffettwaw l-aptit u l-mod li bih il-ġisem ikun qed jiddiġerixxi, jassorbi u juża l-ikel. Dan jista’ jikkontribwixxi għal inċidenza u severità ogħla tal-effetti sekond-

arji tat-trattament u jista’ anke jżid ir-riskju ta’ infezzjonijiet li jagħmluha ferm aktar diffiċli sabiex il-pazjent jirkupra. Huwa ferm importanti li pazjenti tal-kanċer jingħataw nutrizzjoni xierqa għaliex din tikkontribwixxi għal titjib fit-tolleranza lejn il-kimoterapija, irkupru aktar mgħaġġel u rata ogħla ta’ sopravivenza. Għalhekk fil-ħidma tiegħi qiegħed nisħaq li m’għandniex inkomplu naċċettaw li t-telf talpiż waqt dawn it-trattamenti huwa okkorrenza inevitabbli u xi ħaġa normali għal dawn il-pazjenti. L-avvanzi fix-xjenza llum juruna li dan mhuwiex minnu, u kif spjegajt, dan it-telf tal-piż u d-dgħufija fiżika li jesperjenzaw dawn il-pazjenti ħafna drabi huma riżultat ta’ malnutrizzjoni. L-akbar problema f ’dan ir-rigward hija li għandna ħafna nuqqas ta’ għarfien fuq dan issuġġett, b’mod speċjali għall-pazjenti nfushom. Filwaqt li dawk il-pazjenti li jkunu qed jirċievu l-kura fl-isptarijiet ikunu qed jiġu segwi-

ti mill-qrib mill-istaff mediku u n-nutrizzjoni tagħhom tinżamm f ’livelli tajbin, dan ma jkunx ilkaż għal pazjenti li jkunu qed jieħdu l-kura però jkunu qed jgħixu fi djarhom. Sfortunatament, dan in-nuqqas t’għarfien qed iwassal għal ħafna problemi li jistgħu jiġu evitati. Għalhekk qiegħed nisħaq fuq il-bżonn li dan l-aspett ikun parti mill-istrateġija Ewropea ħolistika kontra l-kanċer sabiex l-ewwel u qabelxejn jingħata għarfien bażiku fuq in-nutrizzjoni li għandhom jirċievu l-pazjenti, u aktar minn hekk, sabiex kull Stat Membru jkollu pjan biex il-pazjenti jingħataw aċċess sħiħ għal prodotti li jiġu mmanifatturati apposta biex jagħtuhom nutrizzjoni adegwata. Dan huwa dritt li kull pazjent għandu jingħata biex jiġi megħjun u jegħleb din il-battalja. Fil-frattemp jien għaddej ukoll b’diskussjonijiet ma’ kumpaniji tal-farmaċewtika li jipproduċu prodotti nutrittivi ta’ dan it-tip bħal BAXTER u kommess li nibqa’ nitkellem u naħdem fuq

dan il-qasam għaliex nemmen li hemm ħafna xi jsir biex intaffu ftit mit-tbatija ta’ din il-pjaga li għandna fis-soċjetajiet tagħna.

Huwa ferm importanti li pazjenti tal-kanċer jingħataw nutrizzjoni xierqa għaliex din tikkontribwixxi għal titjib fit-tolleranza lejn il-kimoterapija, irkupru aktar mgħaġġel u rata ogħla ta’ sopravivenza

KULL DENI ĦUDU B’ĠID U MILL-MITLUF ĦU DAK LI TISTA’

Yvonne Arqueros Ebejer Parteċipanta LEAD

Kif nafu, aħna kollha taħt sema waħda. Illum jien u għada tista’ tkun int. Imiss lili li nitkellem dwar esperjenza ħarxa li kelli snin ilu. Esperjenza tal-waħx fejn il-passjoni ta’ Kristu kont ngħaddi minnha kuljum. Iżda mhux se nitkellem dwar kif ġismi spiċċa qisu binja li tfarrket bi splużjoni qawwija, dwar il-biki li bkejt jew l-uġigħ li ħassejt. Minflok se nitkellem kif fil-ħajja rridu nippruvaw kull

deni neħduh b’ġid u mill-mitluf nieħdu li nistgħu. Nixtieq naqsam magħkom x’għallimni, bosta snin ilu, ilkanċer. Tgħidu din x’qed tgħid? Iva għallimni. Għallimni biex qatt ma naqta’ qalbi. Għallimni nħares dritt f ’għajnejn il-biża’ u l-inċertezzi. Għallimni nsib il-qawwa li aħna lkoll għandna mistura ġewwa fina. Għallimni wkoll kif minn esperjenza tal-waħx jistgħu jinfetħu bibien ġodda, u jekk ma jinfetħux, insibu l-kuraġġ, u niftħuhom aħna. Il-ħajja qasira u tista’ tkun tbigħ is-saħħa imma ħadd ma jaf x’hemm għalina. Allura tajjeb li dak li għandna nagħmlu, nagħmluh u mhux nittratienu. Jien hekk għamilt. Waqt it-trattament għalkemm ma kienx faċli, spiċċajt degree ieħor li kont bdejt u li saħansitra wassalni għal promozzjoni fuq il-post tax-xogħol. Kif ħadt saħħti lura ġibt liċenzja nawtika. Komplejt naħdem fil-volontarjat u t-tele-

vixin. Ikkontestajt l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali, ġejt eletta, u jiena l-ewwel rappreżentanta femminili Laburista fil-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid. Din il-pandemija talCOVID-19, bħal mard ieħor, bidlet il-ħajja ta’ kulħadd. Minħabba s-sitwazzjoni preżenti hawn min tilef ix-xogħol jew ir-rutina ta’ kuljum iżda hekk hi l-ħajja, titlef ħaġa u ssib oħra. Hawn min issa għandu aktar ħin għad-dispożizzjoni tiegħu biex jagħmel dak li forsi dejjem xtaq jagħmel imma qatt ma sab il-ħin. Setgħu kienu affarijiet sempliċi bħal jaħmi xi ħobża jew ftit ordni fid-dar. Setgħu kienu affarijiet aktar qrib il-qalb bħal li joqgħod id-dar mattfal. Nistqarr magħkom li meta wliedi kienu għadhom żgħar, bosta drabi kont nixtieq nibqa’ d-dar magħhom imma ma kienx possibbli. Għal xi wħud issa possibbli. Mill-mituf nieħdu li nistgħu. Qed ikollna prova ċara

li ċertu xogħol jista’ jsir middar. Hawn numru ta’ nies li ma kinux imdorrijja jħallsu l-kontijiet online, jew jużaw internet banking, imma kellhom ibiddlu l-mod ta’ kif kienu jagħmlu l-affarijiet qabel ma bdiet din il-pandemija. Eżempju ieħor huma laqgħat li qabel persuna riedet bilfors tkun preżenti fiżikament fihom u llum qed isiru b’mod virtwali. Huma bosta l-vantaġġi, li fejn hu possibbli, naħdmu mid-dar. Inkunu qed innaqqsu mit-traffiku fit-toroq, l-istress, u niffrankaw il-ħin li nużaw fis-sewqan. Inkunu wkoll qed nieħdu ħsieb l-ambjent billi nnaqqsu mill-carbon footprint tagħna. Ingawdu aħna u l-ġenerazzjonijiet li ġejjin warajna. F’Malta l-effetti tal-pandemija COVID-19 jinħassu wkoll. Żgur mhux forsi dan il-virus ġab miegħu biżgħat, inċertezzi, uġigħ, qsim il-qalb, u taħwid. Wara kollox hekk jaf jagħmel ilmard u aħna kollha tad-demm u

l-laħam. Huwa stat ta’ fatt li din ir-realtà ġdida ġabet ukoll sfidi ġodda u ibsin. Il-kirjiet u l-kontijiet xorta jridu jitħallsu u l-ikel u l-bżonnijiet jinxtraw. F’qasir żmien, il-Gvern Malti kien kapaċi jfassal pjan ekonomiku li jieħu ħsieb u jaħseb f ’kulħadd. Ħoloq miżuri għal min għandu bżonn l-għajnuna. Ħa ħsieb lil dawk li tilfu x-xogħol, jew li kellhom jibqgħu d-dar ma’ wliedhom. Ħaseb fil-vulnerabbli u fil-morda. Ħaseb f ’dawk li kienu qed jirreġistraw, f ’dawk li spiċċaw bla xogħol jew kellhom jagħlqu l-ħwienet tagħhom. Dan huwa Gvern li jisma’, jifhem u jgħin. Gvern li għalkemm għaddejjin minn pandemija rnexxielu joħloq serħan il-moħħ għall-Maltin u l-Għawdxin. Serħan il-moħħ fi żminijiet ibsin li għaddejjin minnhom. Dan huwa l-frott ta’ Gvern immexxi minn Dr Robert Abela u l-kabinett tiegħu.


17

07.06.2020

kullhadd.com

SLOW STREETS Mid -Dj arj u t a ’ dent u l-impatt tad-deċiżjonijiet ta’ kuljum. Fl-aħħar nett, tnaqqis fuq id-dipendenza li kollha għandna fuq il-karozzi.

Nazju n-Nazzjonalist

Slow Streets

Mario Fava President Sezzjoni Kunsilliera PL

Fid-dawl tas-sitwazzjoni kurrenti f ’Malta minħabba l-imxija tal-COVID-19 u d-direttivi li ġew imposti mid-Dipartiment tas-Saħħa, l-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali flimkien mal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, il-Ministeru għall-Wirt Kulturali, l-Arti u l-Gvern Lokali u b’koordinazzjoni mal-Awtorità tat-Trasport qegħdin jaħdmu ma’ diversi Kunsilli Lokali biex temporanjament ikun hemm pjan biex il-mobilità fil-qalba tal-lokalitajiet tkun waħda sigura, sostenibbli u effiċjenti. Il-partijiet qablu li jippreżentaw u jimplimentaw dan il-proġett b’mod konġunt peress li l-involviment tal-partijiet kollha huwa essenzjali għas-suċċess tiegħu. L-għanijiet u r-riżultati mixtieqa mill-proġett 1. Nippromwovu, niffaċilitaw u ninċentivaw kull tip ta’ mobilità sostenibbli, b’focus fuq il-mixi u ċ-ċikliżmu għal distanzi qosra u medji madwar il-lokal stess u lokalitajiet viċin xulxin sabiex il-mixi u ċ-ċikliżmu jerġgħu jsiru abitudni fil-ħajja ta’ kuljum. 2. Nippromwovu, niffaċilitaw u ninċentivaw l-użu tat-trasport pubbliku bħala l-mezz ta’ trasport ewlieni biex wieħed imur minn lokalità għall-oħra sabiex jiżdied l-użu ta’ trasport pubbliku mir-residenti. 3. Nippromwovu soluzzjonijiet oħra bħal remote working biex ikun evitat vjaġġar żejjed. 4. Ninkoraġġixxu ħajja sana permezz ta’ aktar eżerċizzju fiżiku b’importanza speċjali għall-mixi u l-ġiri, attivitajiet sportivi fi spazji miftuħa għal etajiet varji. 5. Biex ikun hemm impatt pożittiv fuq it-tniġġis tal-arja u b’hekk titjieb il-kwalità tal-arja fl-urban. Dan jgħin biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti. 6. Biex nagħtu sostenn, ninkoraġġixxu u nibnu kunfidenza f ’negozji lokali u l-konsumaturi tagħhom fil-lokalitajiet, fil-parametri ta’ saħħa u sigurtà neċessarja hekk kif rakkomandati mid-Dipartiment tas-Saħħa. Dan ikun ukoll kontribut lejn it-tisħiħ mill-ġdid tal-ekonomija tagħna kif ukoll biex jiġu ssalvagwardjati l-impjiegi waqt li jinħolqu impjiegi ġodda. 7. Jikkontribwixxi għal edukazzjoni u għarfien ikbar fuq it-tibdil fil-klima u fuq ir-responsabilità personali ta’ kull resi-

Slow Street huwa kunċett li ġie riċentement introdott f ’diversi pajjiżi barra minn xtutna fid-dawl ta’ din l-epidemija. Huwa network temporanju ta’ passaġġi siguri biex jintużaw għall-mixi u għaċċikliżmu. Passaġġi siguri li joħolqu rotot li jgħaqqdu stabbilimenti kummerċjali, knejjes, pjazez, skejjel, bereġ u ċentri tassaħħa, bandli u ġonna pubbliċi u spazji oħra miftuħa sabiex tiġi mtejba l-esperjenza tal-mixi fil-lokalitajiet għall-bżonnijiet essenzjali u ta’ kuljum, kif ukoll għal titjib fis-saħħa fiżika u mentali tar-residenti tagħna. Min-natura tiegħu, u fis-sitwazzjoni preżenti, kwalunkwe pjan għandu jkun wieħed temporanju li jista’ jiġi mtejjeb, mibdul, imnaqqas jew miżjud skont iċ-ċirkostanzi u l-ħtiġijiet tal-lokalitajiet. Il-pjan m’għandux jinkludi soluzzjonijiet li jinvolvu tibdil ta’ infrastruttura permanenti u deċiżjonijiet irriversibbli. Il-monitoraġġ tal-andament tal-proġett għandu jiffaċilita u jservi ta’ gwida għall-ippjanar għaż-żmien medju u fit-tul u b’mod iktar permanenti. Implimentazzjoni Pjanar effettiv għandu jwassal għall-adozzjoni ta’ użu għaqli ta’ kull triq u spazju, jagħraf il-bżonn lokali skont il-ħin tal-ġurnata u skont il-ġurnata tal-ġimgħa biex jinħoloq bilanċ bejn il-ħtiġijiet diversi tar-residenti u l-komunità kummerċjali, u jitnaqqas inkonvenjent bla bżonn. Mhuwiex previst li ser ikun hemm ħtieġa għall-permessi maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar minħabba n-natura temporanja tal-proġett. Għandu jsir użu kreattiv b’bollards, traffic cones u barriers temporanji, siġar u b’sinjali għat-traffiku b’mod ċar, informazzjoni u edukazzjoni kemm fuq l-iskema ta’ Slow Streets kif ukoll informazzjoni ġenerali fuq is-saħħa u s-sigurtà f ’din ir-realtà ġdida. L-importanza tal-impatt estetiku fuq il-lokalità huwa importanti għas-suċċess ta’ din l-iskema. L-użu ta’ siġar u pjanti, kollaborazzjonijiet ta’ artisti u soluzjonijiet kreattivi oħra għandhom jgħinu biex jinstab appoġġ u involviment akbar mir-residenti u mill-għaqdiet tal-lokal. Għandu jiġi assigurat li l-komunikazzjoni tkun ċara, ikkontrollata u konsistenti. Finalment, l-involviment tar-residenti, għaqdiet ċiviċi u lokali u l-komunità kummerċjali huma essenzjali. Ir-residenti għandhom jipparteċipaw fl-implimentazjoni u l-monitoraġġ. Il-komunità kummerċjali għandha tiġi involuta f ’deċiżjonijiet li jistgħu jħallu impatt fuq in-negozji tagħha kif ukoll għandha tiġi mħeġġa biex tikkontribwixxi b’mod finanzjarju jew b’riżorsi sabiex tittejjeb l-esperjenza tal-lokal. B’hekk dan ilproġett ikun ta’ kulħadd.

Il-Ħamis, 28 ta’ Mejju Qaluli li Manuel (mhux Adrian) Delia, kap ta’ Repubblika (mhux ir-Repubblika ta’ Malta) ħadha bi kbira li l-inkjesta dwar l-allegazzjonijiet foloz li hu, Jason Azzopardi, Paul Borg Olivier u l-Boċċa, għamlu kontra l-Prim Ministru, kontra l-Brigadier tal-armata u membri tal-armata, diġà tlestiet. Ma nistax nifhem għaliex ħadha bi kbira għax li kont jien il-maġistrat kont nagħlaqha fi ftit minuti, u r-rapport finali kien jgħid biss li dak li qalu Manuel (mhux Adrian) Delia, Jason Azzopardi, Paul Borg Olivier, u l-Boċċa mhi xejn għajr invenzjoni li xi ħadd bellagħhielhom sa griżmejhom, kif wara kollox ammetta Manuel (mhux Adrian) Delia nnifsu! Il-Ġimgħa, 29 ta’ Mejju U le, man! Dan Robert Abela bilfors li għandu ħafna ħbieb imxerrdin ma’ għadd ta’ għaqdiet internazzjonali. Kieku kif jista’ jkun li kulħadd qiegħed ifaħħar lilu u lill-Gvern tiegħu! Qisu l-ebda gvern mhu kapaċi daqshom. Imma l-mument tal-verità għad jasal, u mhux fil-bogħod. Skont sieħbi tal-Istamperija, il-Kap tal-partit darba glorjuż tagħna, Adrian Delia se tissejjaħ elezzjoni bikrija, jiġifieri fi ftit xhur oħra. U jidher konvint minn dan, għalkemm jien ma nafx minn fejn ġabha, għax bir-rispett kollu lejh, ma nafx għaliex, fiż-żminijiet li għaddejjin minnhom, għandu jgħaddilu minn moħħu li jsejjaħ elezzjoni. Imma kollox jista’ jkun, u l-Kap tagħna jagħmel sew li jħejji għal din l-eventwalità. Is-Sibt, 30 ta’ Mejju Fl-aħħar, il-Kap tagħna Adrian Delia għandu raġuni aktar minn valida biex itajjar ras il-kap tas-17-il eroj, jew 17-il traditur Jason Azzopardi. Illum kien ippubblikat ir-rapport tal-inkjesta dwar l-allegazzjonijiet li Jason Azzopardi kien għamel fil-konfront tal-Prim Ministru Robert Abela, fil-konfront tal-Brigadier, u fil-konfront ta’ membri tal-armata. Minn dan ir-rapport tal-inkjesta joħroġ ċar li ma kien hemm l-ebda verità f ’dak li ntqal minn Jason Azzopardi. Hekk kif smajt l-aħbarijiet moħħi mar f ’dak li Adrian Delia kien għamel fil-konfront ta’ Simon Busuttil wara l-pubblikazzjoni tar-rapport Egrant. Kien qallu biex jitlaq. Issa għandu ċ-ċans jgħid l-istess ħaġa lil Jason Azzopardi, u nispera li din id-darba ma jerġax jibdielu. Il-Ħadd, 31 ta’ Mejju Il-Kap tagħna Adrian Delia qiegħed jaħdem bis-sħiħ biex ikollu pjan lest għal kollox. Saħansitra għandu pjan kif se joħroġ lil pajjiżna mill-problemi ekonomiċi li ġabet magħha din il-mniefaħ ta’ imxija. U lili dan il-pjan jimlieni bil-kuraġġ, man! Għax il-fatt li lesta dan il-pjan, għalija jfiss-

er żewġ affarijiet. L-ewwel u qabel kollox li l-informazzjoni li għandu li se ssir elezzjoni bikrija, hija informazzjoni korretta. U t-tieni li għandu fiduċja kbira, biex ma ngħidx konvint, li l-elezzjoni li ġejja se nirbħuha aħna. Ma nafx jekk hux jien l-uniku wieħed li qiegħed nirraġuna b’dan il-mod. Li naf żgur huwa li Herman Schiavone jirraġuna mod ieħor, għax skont hu, se nieħdu tkaxkira oħra. It-Tnejn, 1 ta’ Ġunju Qiegħed tara man, kif għandu raġun ilKap tagħna Adrian Delia jgħid li l-elezzjoni mhix ’il bogħod! La ma kienx hemm, Robert Abela ma kienx se jagħmel baġit ieħor bħal-lum ġimgħa, għalkemm jien din ma nistax nifhimha għax sa fejn naf jien ilbaġit f ’Ottubru jitressaq u mhux f ’Ġunju. U baġit tal-miljuni qal li se jagħmel! Mela ara x’ġej. U ngħid jien dawn il-flus kollha minn fejn se jġibhom? Insomma, aktar ma tiġi malajr l-elezzjoni aktar aħjar għax inkunu nistgħu ntajru minn ma’ saqajna lil dawk is-17-il traditur, għax milli jidher m’hemmx mod ieħor kif intajruhom, għax kieku l-Kap tagħna diġà tajjar lil Jason Azzopardi wara l-paprata li għamel bl-akkużi kontra Robert Abela, kontra l-brigadier u kontra l-armata! It-Tlieta, 2 ta’ Ġunju Ikolli ngħid li l-Kap tagħna Adrian Delia, lil Jason Azzopardi, ġibidlu widnejh waħda u tajba. Għax din id-darba ma qabadx u għamel kwerela - jew xi mniefaħ hi - biex id-Deputat tagħhom Clayton Bartolo jkun investigat. Din id-darba ħa vantaġġ, skont sieħbi tal-Istamperija, mill-privileġġ parlamentari, u ma ħariġx għonqu għall-Mexxej ta’ Repubblika (mhux ir-Repubblika ta’ Malta), Manuel (mhux Adrian) Delia. Fuq kollox, fil-każ tal-akkużi tiegħu fil-konfront tal-armata, kien hu stess li qal li ma jerġax jagħmel dak li għamel. Imma jien, tgħidli xejn, li kont minflok Adrian Delia, nara kif nagħmel u naqtagħlu rasu llum qabel għada. L-Erbgħa, 3 ta’ Ġunju Kultant ma nafx xi jfetilli naqliblu fuq stazzjonijiet oħra u ma nħallix it-televixin tiegħi fuq l-istazzjon tagħna biss. Illum kienet waħda minn dawk il-ġranet u nisma’ l-aħbar ta’ x’għamel il-Gvern tagħhom f ’dawn l-aħħar tliet snin. Id-dwejjaq mhux dawk, imma d-dwejjaq huma li kont insejt li kienu eżattament tliet snin ilu li ħadna l-akbar tkaxkira li qatt ħadna fl-istorja politika ta’ pajjiżna. Kif ftakart qabduni dwejjaq kbar għax jien kont konvint li konna se nirbħu. Diġà kont lestejt kollox biex niċċelebra. Saħansitra libsa ġdida kont xtrajt biex inżanżanha fid-dħul tagħna f ’Kastilja. Għadni ma lbista qatt sal-lum, u l-biża’ tiegħi hu li ma jien se nilbisha qatt.


18

07.06.2020

kullhadd.com

MALTA PREPARATA BIEX TERĠA’ TIRREĠISTRA SUĊĊESS FIL-QASAM TURISTIKU Nitkellmu mal-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli Kif kien il-bidu tas-sena 2020 għat-turiżmu f ’pajjiżna qabel il-pandemija tal-COVID-19? Bdejna s-sena 2020 bl-aqwa Jannar fl-istorja tat-turiżmu f ’pajjiżna. Kellna ppreparata sena ta’ bookings ta’ avvenimenti varji għall-gosti ta’ kulħadd, barra numru ta’ rotot ġodda li jsaħħu l-konnettività ma’ pajjiżi oħra. Konna qed inħarsu aktar lejn turiżmu ta’ kwalità u sostenibbli. Turiżmu li ma jibbażax biss fuq numri, iżda fuq il-valuri li tant ħdimna fuqhom bħala poplu. Turiżmu li jħares mhux biss lejn id-dħul ekonomiku, iżda wkoll il-livell tal-għajxien tan-nies. Strateġija li nistgħu nadattaw u nkomplu naħdmu fuqha għall-ġejjieni. X’passi qed jittieħdu biex Malta terġa’ tattira turiżmu sostenibbli issa li rajna rilaxx fil-miżuri u anke li l-ajruport ser jerġa’ jinfetaħ mill-1 ta’ Lulju li ġej? F’dan il-perjodu hekk imsejjaħ

ta’ rkupru mill-kriżi globali li ħolqot l-imxija tal-COVID-19, Malta bħala destinazzjoni turistika qiegħda tapplika strateġija msejsa fuq żewġ binarji ewlenin. Dawn il-binarji jikkonsistu fi sforzi sabiex Malta terġa’ tirkupra l-volumi turistiċi li tilfet, flimkien ma’ miżuri sabiex intejbu l-kontribut u l-kwalità tat-turiżmu attirat lejn pajjiżna post-COVID-19 sabiex inkunu nistgħu nsawru t-turiżmu tagħna fuq valuri aktar sostenibbli. Għal dan il-għan, se nkunu qegħdin nimmiraw lejn sehem akbar ta’ turisti li mhux biss jikkontribwixxu valur miżjud ekonomiku addizzjonali iżda li jkunu aktar allinjati mal-valuri uniċi tal-esperjenza turistika tal-Gżejjer Maltin: valuri li jinkludu l-apprezzament tal-wirt kulturali u naturali ta’ pajjiżna, żvilupp ta’ prodotti u servizzi mnebbħa mill-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli (SDGs), miżuri li jimmitigaw l-impatti tal-karbonju kkawżati mill-ivvjaġġar, kif ukoll turiżmu li japprezza d-diversità, filwaqt li jifhem il-ħtiġijiet

tal-popolazzjoni li tilqgħu fi ku. Ftit jiem ilu varajna proġett pilota fil-Qrendi - raħal li minħdanha. nu jgħaddu mal-200,000 turist fis-sena biex iżuru t-tempji ta’ Għaliex taħseb li turist Ħaġar Qim u l-Imnajdra. Raifittex lil pajjiżna? jna r-restawr fuq tliet statwi Pajjiżna għandu taħlita ta’ sabiex mhux biss jitgawdew kwalitajiet li jagħmluh pajjiż mill-Qrendin imma wkoll uniku. Għandna kultura, festi, mit-turist. Qed isir ukoll mappostijiet storiċi, bajjiet, klima, ping ta’ rotta reliġjuża. Dan kolikel, xenarji sbieħ, kampanja u lu b’kollaborazzjoni mal-Awwidien, knejjes u reliġjon, lu- torità Maltija għat-Turiżmu li kandi mill-aqwa, divertiment flimkien mal-Ministeru tagħna u bosta affarijiet oħra. B’aktar qed timbotta ’l quddiem opminn 300 ġurnata ta’ xemx, portunitajiet ġodda ta’ turiżmu pajjiżna huwa destinazzjoni reliġjuż f ’pajjiżna, b’attrazzgħas-sena kollha b’attrazzjoni- jonijiet li jistgħu jattiraw turisti jiet għal kull età. L-ospitalità f ’lokalitajiet u żoni differenti. leġġendarja tal-poplu Malti u ċ-ċokon ta’ pajjiżna jippermet- Rajna wkoll diversi siti tu lit-turist jesperjenza terri- internazzjonali li dan l-aħħar taw promozzjoni torju sħiħ f ’minjatura. minn jeddhom lil pajjiżna. It-turiżmu reliġjuż. Smajna Xi jfisser dan? dwaru u nafu fiċ-ċert li Dan ifisser li għalkemm aħna Malta għandha ħafna żgħar, il-kultura u x-xenarji x’toffri f ’dan l-aspett, sbieħ ta’ pajjiżna saru magħrumill-Milied, għall-Ġimgħa fin aktar minn qatt qabel u l-Kbira sal-festi tal-ibliet u ħafna li qed iżuru Malta, qed l-irħula. Kemm qed ikun jerġgħu jippjanaw li jżuruha. promoss dan l-aspett? Barra minn hekk, f ’isem l-AwIt-turiżmu reliġjuż huwa niċċa torità Maltija għat-Turiżmu, oħra importanti li bħala Minis- għamilna kampanji varji b’14teru qed nagħtuh l-importanza il lingwa differenti bil-ħsieb li jixraqlu sabiex inkomplu nid- li ndewqu lit-turist prospetdiversifikaw il-prodott turisti- tiv ix-xeni tipiċi sbieħ Maltin

Minn CLIFFORD GALEA

biex ikun jista’ jarahom issa u jżurhom fiżikament iktar ’il quddiem. Issa li bdejna ħerġin minn din il-kriżi se jkun hemm kompetizzjoni qawwija fost il-pajjiżi Mediterranji biex jattiraw lit-turisti u allura rridu nkunu fuq ta’ quddiem biex flimkien mal-koperaturi tagħna li huma lukandi, ristoranti u kulħadd, noffru l-aqwa prodott li nistgħu biex nattiraw lit-turist lejn Malta. Kemm huwa importanti li aħna stess inkunu ambaxxaturi ta’ pajjiżna iżjed minn qatt qabel f ’dawn il-mumenti? Huwa importanti ħafna, partikolarment meta tara uffiċjali għolja barranin li qed jagħmlu dan. Jiġini mal-ewwel f ’moħħi s-Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Dinjija tat-Turiżmu, l-UNWTO, il-fergħa dinjija tat-turiżmu fi ħdan il-Ġnus Magħquda, Zurab Pololikashvili f ’ittra li bagħat lill-Prim Ministru Robert Abela, sostna li qed isegwi mill-qrib ix-xogħol inkredibbli tiegħu u tal-Gvern Malti f ’din il-kriżi eċċezzjonali. Ferħilna għall-mod kif qed nindirizzaw is-settur turistiku u tal-ivvjaġġar u l-impatt soċjoe-


19

07.06.2020

kullhadd.com

Pajjiżna għandu taħlita ta’ kwalitajiet li jagħmluh pajjiż uniku. Għandna kultura, festi, postijiet storiċi, bajjiet, klima, ikel, xenarji sbieħ, kampanja u widien, knejjes u reliġjon, lukandi mill-aqwa, divertiment u bosta affarijiet oħra

konomiku. Dan fost numru ta’ istituzzjonijiet u ġurnali internazzjonali li rrikonoxxew dan. Naħseb li kull Malti għandu jkun kburi b’dan u nistenna li l-Maltin jirrikonoxxu l-kisbiet li qed nagħmlu bħala pajjiż. U din mhix kwistjoni ta’ politika, iżda għandna nkunu poplu magħqud naħdmu id f ’id biex ngħollu kemm isem pajjiżna u kif ukoll dak li noffru bħala pajjiż. Il-prodott lokali huwa dak il-mekkaniżmu li jgħin biex l-ekonomija ddur. Kif il-Ministeru tat-turiżmu qed jaħdem id f ’id ma’ ministeri oħra u entitajiet ġo pajjiżna biex ikompli jinkiseb suċċess u jinbena fuq dak li rajna f ’dawn l-aħħar snin? Qatt daqs dan iż-żmien ma nistgħu nikkonfermaw kemm mit-turiżmu jiekol kulħadd. Bdejna billi ħarisna lejn din l-isfida bħala opportunità u investejna b’mod b’saħħtu ħafna fil-prodott turistiku tagħna. Għamilna numru ta’ restawr f ’bosta siti turistiċi li jvarjaw minn promenades sa mużewijiet u postijiet ta’ interess. Rajna wkoll li pajjiżna jkun post sikur u permezz tad-Direttorat tat-tindif, issanitizzajna fuq

bażi regolari numru ta’ postijiet pubbliċi. Allokajna wkoll €5 miljun minn avvenimenti li ma sarux mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex bihom isir taħriġ b’xejn lil kull min jaħdem fit-turiżmu u dawk ukoll li għandhom interess li jaħdmu fit-turiżmu. Kellna interess qawwi minn 36 entità wħud minnhom internazzjonali - fosthom il-UNESCO, Forbes u n-National Geographic, fost ċentri oħra lokali. Permezz ta’ dan it-taħriġ b’xejn eluf ta’ ħaddiema se jkunu jistgħu itejbu l-ħiliet tagħhom f ’dan il-qasam hekk kruċjali u b’hekk intejbu prodott permezz ta’ kwalità u s-servizz aħjar fis-settur. Dan se nkomplu nagħmluh ma’ bosta entitajiet oħra għal interess wieħed, li pajjiżna jerġa’ jibda jħaddem il-magni tiegħu u jkollna ekonomija tajba mibnija fuq l-isforzi li saru tul dawn l-aħħar snin. X’qed tistenna mis-sajf 2020? Bħalma għedt fil-ġranet li għaddew ser ikollna sajf u sajf sikur. Erġajna ftaħna r-ristoranti u l-bars bi protokolli ċari u l-lukandi u l-istabbilimenti tal-akkomodazzjoni reġgħu

bdew jieħdu r-ruħ. Il-bajjiet qed ikunu wkoll iffrekwentati b’numru ta’ nies, u ħadt ħafna pjaċir nara l-maġġoranza tal-pubbliku jobdi l-protokolli li ressaqna. Issa ħabbarna wkoll li se niftħu l-ajruport għal 19-il destinazzjoni differenti, imma se nagħmlu dan għaliex Malta hija destinazzjoni sikura u kull deċiżjoni li nieħdu, qed neħduha flimkien mal-awtoritajiet tas-saħħa u wara diskussjonijiet twal fuq livell diplomatiku li għaddejjin. Ejjew ingawdu flimkien pajjiżna u nerġgħu mmorru għal normalità, jew aħjar normalità ġdida. Huwa ta’ sodisfazzjon li wara din l-isfida li kellna, qed naraw pajjiżna jerġa’ jieħu l-ħajja. Messaġġ min-naħa tiegħek biex nibqgħu pożittivi u napprezzaw iżjed art twelidna! Filwaqt li se nkun pożittiva, se nibda b’osservazzjoni li ilha tagħtini fastidju, però nħares lejha bħala sfida għal futur aħjar. Rajt bosta xeni li jibagħtuli n-nies jew filmati ta’ CCTV cameras ta’ nies jarmu l-iskart f ’postijiet pubbliċi inkluż fil-kampanja u għalxejn noqogħdu nirreklamaw mixjiet fil-kampanja u siti turistiċi mal-barranin jekk ikollna nies irresponsabbli li jarmu barra. Jekk tħammeġ, se tkerrah u tkisser dak li tant qed naħdmu fuqu. U għalhekk kif sħaqt fil-Parlament, se nkunu qed nintroduċu mekkaniżmi ġodda biex naraw li dan ma jsirx. Ejjew ngħożżu u nibżgħu għas-sbuħija u l-wirt kulturali ta’ pajjiżna. Għandna nkunu turisti ta’ pajjiżna stess billi napprezzaw aktar dak li tant qed naħdmu biex dejjem intejbu. Pajjiżna huwa ġawhra li jibqa’ sabiħ skont kemm aħna nieħdu ħsiebu.


20

07.06.2020

kullhadd.com

CLAUDE AGIUS

TGĦALLEM IL-MUŻIKA WAĦDU, U JEMMEN LI BIL-PRATTIKA JASAL KULLIMKIEN Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Il-personalità tal-lum hija individwu li tista’ tgħid li n-namra tiegħu lejn il-mużika bdiet kemm middar u kemm mingħand in-nanniet tiegħu, fejn dejjem kienet madwaru u dejjem xtaq li jkun parti u jitgħallem b’xi mod jew ieħor. Tgħallem kollox waħdu, tista’ tgħid bil-prattika u jemmen li biha jasal kullimkien. Kull gig li jkollu, jagħti l-mija fil-mija tiegħu, b’hekk in-nies joħorġu sodisfatti u jiġbdu oħrajn magħhom. Il-mużika li ħareġ intlaqgħet tajjeb ħafna u dik għenitu wkoll. Qed nirreferi għal Claude Agius. Il-mużika għalih hija sfog li mhux biss tagħtih l-opportunità li jesprimi ruħu u joħroġ dak li jkollu fuq l-istonku, iżda wkoll li b’dan il-mod iwassal il-messaġġ tiegħu. Għandu 26 sena, u bħala passatempi jħobb kull forma ta’ sport fosthom il-futbol u l-basketball. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala persuna umli, moħħu miftuħ u jagħmel kollox b’passjoni. Claude huwa żagħżugħ midħla tal-mużika Hip-hop u r-rap. Filfatt, ilu jinteressa ruħu fiha minn mindu kellu xi 10 snin. “Niftakar oħti kienet tniżżilli d-diski minn fuq Ares Lite meta konna żgħar, u dak iż-żmien kull waħda kienet tieħu xi ġurnata biex tkun lesta u tkun tista’ tismagħha. Naturalment, l-ewwel diski kont nismagħhom fuq MTV, b’mod partikolari lil Eminem, li kien prominenti ħafna dak iż-żmien”, beda jirrakkontali. Ta’ min jgħid li Claude huwa magħruf aħjar bħala “Il-Lapes”. Minn kif spjegali huwa stess, il-Lapes kien laqam li ħareġ bih il-ħabib kbir tiegħu Andrea Delicata meta kienu skola flimkien, bħala ċajta bejniethom, billi dak iż-żmien kien irqaq u kien joqgħod jikteb il-lirika waqt kull lezzjoni minflok joqgħod attent għal dak li jkun qed jgħid l-għalliem. Din is-sena, Claude ser ikun qed ivara t-tielet proġett uffiċjali tiegħu bl-isem ‘Merħba Malta”. Fil-fatt, il-proġett ser iniedu għal ħabta t’Ottubru. Ser ikun jikkonsisti f ’siltiet varji b’temi li jinkludu ġrajjiet minn ħajtu, is-soċjetà ta’ madwaru u stejjer interessanti u li wieħed jirrelata magħhom. “Nesprimi l-opinjoni tiegħi personali fih, li ħobbni jew obgħodni hi dik li hi”, stqarr miegħi. Ta’ min isemmi wkoll, li

oriġinarjament, Claude ġie ispirat jaħdem fuq ir-rimi mill-għannejja Maltin li kien jiffrekwenta mindu kien tifel ċkejken f ’passiġġati madwar iż-Żejtun man-nannu tiegħu. Ispirat ukoll minn diversi artisti Amerikani bħal Eminem, Big Pun, Wu Tang Clan, Nas, Jay-Z u Slaughterhouse. Ridt inkun naf b’liema mod eżattament ispira ruħu b’dan kollu. “L-għannejja huma l-predeċessuri tar-rap fejn jidħol taqbil spontanju. Għalkemm il-kantaliena xi kultant tweġġagħli widnejja, dejjem affaxxinajt ruħi bit-taqbil tagħhom. L-artisti li semmejt huma parti mit-trobbija tiegħi. Il-Mosta, ir-raħal fejn sibt komunità li hija ffissata fuq il-Hip-hop daqsi, sirt midħla tal-maġġoranza ta’ dawn l-artisti li ispirawli l-mod ta’ kif nikteb, u l-istil li nħaddan”. Il-lirika tad-diski tiegħu dejjem jiktibha hu stess – dik hija regola kardinali fil-kultura tal-Hip-hop L-ewwel album tiegħu kien ħareġ fi Frar tas-sena 2013 bl-isem ta’ “Ċar Kristall”, fejn mal-grupp Hip-hop stabbilit No Bling Show għamel id-debutt tiegħu fix-xena lokali. Dan il-proġett baqa’ magħruf għall-istorja Marija s-Sabiħa li hija silta bi tliet partijiet

Il-lirika tad-diski tiegħi dejjem niktibha jien u dik hija regola kardinali fil-kultura tal-Hip-hop. Il-fenomenu magħruf bħala ghostwriting, jiġifieri meta kittieb jikteb il-kliem għall-artist, ma japplikax għal dan l-istil. L-ispirazzjoni tiegħi tiġi minn dak li jkun qiegħed jiġri madwari, kif ukoll min-nies inġenerali. Noqgħod attent ħafna meta nisma’ n-nies jitkellmu għax tista’ titgħallem xi ħaġa minn kull individwu u nħoss li ħadd mhu superjuri għal ħadd u fiha elementi t’għana u ta’ rap, li llum indaqqet iktar minn 250,000 darba fuq YouTube u ġiet innominata f ’diversi short film festivals barra minn xtutna u klassifikat tajjeb ħafna. Mistoqsi dwar il-lirika jekk ikunx kitibha huwa stess, u b’liema mod jispira ruħu, Claude weġibni: “Il-lirika tad-diski tiegħi dejjem niktibha jien u dik hija regola kardinali fil-kultura talHip-hop. Il-fenomenu magħruf bħala ghostwriting, jiġifieri meta kittieb jikteb il-kliem għall-artist, ma japplikax għal dan l-istil. L-ispirazzjoni tiegħi tiġi minn dak li jkun qiegħed jiġri madwari, kif ukoll min-nies inġenerali. Noqgħod attent ħafna meta nisma’ n-nies jitkellmu għax tista’ titgħallem xi ħaġa minn kull individwu u nħoss li ħadd mhu superjuri għal

ħadd”. Illum il-ġurnata, Claude għandu tim sħiħ warajh u flimkien qegħdin ifittxu li jkabbru brand taħt l-isem “Il-Lapes”. It-tim huwa magħmul mill-manager David Samson Leguesse, Graham Coleiro (Il-Mac) li jieħu ħsieb il-produzzjoni mużikali, Myles Azzopardi joħloq l-instrumentazzjoni, kif ukoll ir-ritratti u anke l-filmati, John Paul Agius jipproduċi l-maġġoranza tal-filmati mużikali, u John Castiel responsabbli mill-marketing. Tkellimt miegħu dwar fejn qed jispiraw li jaslu lkoll flimkien. “Għalkemm xorta ser nibqgħu noħorġu mużika f ’Malta, qegħdin naħdmu wkoll biex nidħlu fi swieq fejn il-kultura hija ħafna ikbar, bħall-Istati Uniti u l-Ingil-

terra, u anke l-Awstralja. Però b’dan il-proġett il-ġdid nixtiequ nilħqu lill-Maltin u lill-Għawdxin kollha, u ċert li se nħallu impatt fix-xena mużikali għax il-kwalità u l-konsistenza naħseb ilħaqnieha bil-kbir din id-darba”. Ta’ min iżid jgħid ukoll, li f ’dawn l-aħħar tmien snin, “Il-Lapes” kien parti minn bejn wieħed u ieħor 50 gig u kunċert, kemm kbar u kemm żgħar. Ġie nnominat sabiex jingħata l-award tal-aqwa artist fil-mużika tal-ġeneru Hiphop fil-LovinMusicAwards2019. Għalkemm s’issa għadhom ma ħadux il-mużika tagħhom barra minn xtutna, qegħdin jaħsbulu. “Il-proġetti li ħriġt kollha bilMalti għax ħassejt li hemm ħafna li għadu ma ntmissx fix-xena tal-Hip-hop f ’Malta, speċjalment


21

07.06.2020

kullhadd.com

bħala teknika, u ddeċidejt li nibqa’ nesperimenta”. Qabel ma kont mort għal din l-intervista, kont konxja mill-fatt li peress li f ’Malta l-politika taffettwana lkoll, Claude ġieli kiteb xi diski, bit-tir li juri din li maqsumin fi tnejn mhix vijabbli, għax il-poplu Malti ma jistħoqlux ikun miġġieled. U jħoss, anzi jiġi frustrat li l-politiċi kollha miż-żewġ naħat bl-azzjonijiet li jieħdu u l-kliem li jgħidu jżommuna hekk. “Il-partiġjaniżmu mhux taj­ jeb għax minħabba fih tinħoloq il-korruzjoni miż-żewġ naħat. Mill-bqija jien artist normali li se noħroġ siltiet fuq suġġetti varji u rilevanti għas-soċjetà tagħna inġenerali. Nifhem li l-partiġjaniżmu diffiċli biex jinqered għax għandu għeruq li jwasslu filfond taż-żminijiet”, stqarr miegħi Claude. Jemmen li kulħadd għandu jisma’ u japprezza qabel ma jiġġudika Il-mużika favorita tiegħu hija l-Hip-hop u r-rap. Mitlub jagħtini spjegazzjoni tat-tnejn li huma għan-nom tal-qarrejja tiegħi, spjegali li l-kelma Hip-hop tirreferi għall-kultura sħiħa li hija maqsuma f ’sitt elementi: ir-rap (jew Mc-

ing) huwa l-element tal-kant, imbagħad hemm il-graffiti li huwa l-element tat-tpinġija, il-breakdance li huwa l-element taż-żfin, l-għarfien tal-istorja tal-kultura nnifisha, u l-beatboxing u djing/ scratching li huma l-elementi tal-mużika. Konxja mill-fatt li xi wħud min-nies iħarsu lejn mużika Hiphop u rap, bħala mużika mgħaġġla b’ħafna kliem u tgedwid, ridt nieħu l-opinjoni tiegħu personali dwar dan. “Nemmen li kulħadd għandu jisma’ u japprezza qabel ma jiġġudika. Li titgħallem tuża l-leħen u l-lingwa sew, huwa diffiċli daqskemm meta titgħallem iddoqq il-pjanu, il-kitarra u kull instrument ieħor sew. Bl-istess mod trid titgħallem it-teknika, il-kitba, l-emozzjoni, il-messaġġ, l-artikolazzjoni u ħafna fatturi oħra li biex toħroġ b’xi ħaġa b’saħħitha u tajba trid tkun taf x’qiegħed tagħmel”. Matul din l-intervista, interessajt ruħi wkoll kif tipproduċi l-mużika, fi kliem ieħor dwar il-proċess kollu mill-bidu salaħħar. “Fil-maġġor parti, inkun diġà preparajt il-lirika, imbagħad il-produzzjoni tibni l-mużika madwar il-lirika, biex ikun jista’ jibda l-proċess tar-recording fl-istudio. Għandi mużiċisti mad-

wari bravi immens, insemmi lil Graham Coleiro, li huwa veteran fix-xena tal-Hip-hop bi 18-il sena esperjenza, u jaf il-mużika fuq ponot subgħajh u hu deejay espert fit-teknika magħrufa bħala scratching. Huwa jaqta’ samples ta’ mużika elettronikament u joħloq drum patterns u sound-

scapes differenti. Myles Azzopardi huwa l-kitarrist ġenju tagħna, li jieħu ħsieb l-instrumentazzjoni. Meta s-silta tkun imfassla u lesta, jibda l-proċess ta’ mixing u mastering, biex l-elementi kollha tassilta jkunu ċari għas-semmiegħa”, spjegali Claude. Fl-aħħar ta’ din l-intervista,

stedint lil Claude sabiex jgħaddi messaġġ għall-qarrejja ta’ din ilgazzetta. “Jekk tixtiequ ssegwu l-mużika u l-vjaġġ tiegħi, tistgħu ssibuni fuq il-paġna ta’ Facebook “Il-Lapes” u @lapesofficial fuq Instagram. Napprezzakom u nħobbkom kollha u grazzi lil kulħadd”, temm jgħid.


22

07.06.2020

kullhadd.com

WARRAB IR-RIKKEZZI U MIET GĦALL-IMĦABBA TAL-PROXXMU

F’Malta jsiru diversi festi żgħar fil-knejjes parrokkjali u konventwali. Waħda minn dawn il-festi ssir fil-knisja parrokkjali tat-Trasfigurazzjoni tas-Sinjur Tagħna Ġesù Kristu – is-Salvatur, ad unur San Alwiġi Gonzaga. Ħafna dilettanti tal-festi jikkunsidraw din il-festa bħala l-festa sekondarja ta’ din il-lokalità. F’Malta dan il-qaddis hu magħruf bħala l-protettur tat-tfal u ż-żgħażagħ. Kien il-Papa Benedittu XIII li attribwielu dan il-ħarsien u mhux ħaġa kbira li matul Joseph, xi nsibu fuq it-twelid ta’ dan il-qaddis? Alwiġi twieled fid-9 ta’ Marzu 1568, f ’familja aristokratika, f ’kastell ta’ Castiglione qrib il-belt ta’ Mantova, fl-Italja ta’ Fuq. Missieru kien Markiż u kien jaħdem bħala Ġeneral fl-armata tal-Imperatur Filippu II, Imperatur ta’ Spanja. Il-missier dejjem xtaq li t-tifel il-kbir, Alwiġi jimxi fuq il-passi tiegħu u jidħol fl-armata imperjali. Meta Alwiġi kien għadu tfajjel qara ktieb dwar il-Ġiżwiti fl-Indja u waħħalha f ’rasu li ried jidħol Ġiżwita. Ta’ disa’ snin hu wiegħed lil Alla s-safa ta’ ruħu. Kompla miexi f ’din il-wegħda li għamel? Fl-1581 il-familja Gonzaga kellha takkumpanja lill-Imperatriċi, magħrufa fl-istorja bħala Marija Tereża tal-Awstrija, fi Spanja. It-tfal tal-Markiż Gonzaga – Alwiġi u Rudolfu, saru paġġi fil-Qorti tal-Prinċep

Don Diego. Iżda moħħ Alwiġi kompla jberren fuq il-Ġiżwiti u meta l-familja marret lura l-Italja, hu ċeda l-jedd ereditarju ta’ prinċep u mar Ruma fejn ħadem fost il-vittmi tal-pesta. Ħafna patrijiet u novizzi mietu b’din il-marda, fosthom Alwiġi Gonzaga. Alwiġi miet fl21 ta’ Ġunju, 1591 fl-età ta’ 23 sena. Il-fdalijiet tiegħu jinsabu fil-knisja ta’ San Injazju f ’Ruma. Jiġifieri miet f ’età żgħira. Kif kien imħares f ’għajnejn il-Knisja Nisranija? Matul iż-żmien il-mexxejja tal-Knisja kkonċedew diversi indulġenzi marbutin ma’ dan il-qaddis. Fost dawn kien hemm indulġenza plenarja, fejn wieħed seta’ jiksibha billi f ’sitt iħdud qabel il-festa (21 ta’ Ġunju) kellu jqerr, jagħmel xi tip ta’ meditazzjoni, jitlob u jagħmel xi att ta’ karità ad unur dan il-qaddis. Barra minn hekk, wieħed kellu wkoll f ’nhar

iż-żmien, ħafna ċentri tad-duttrina Nisranija għarfu lil dan il-qaddis flimkien ma’ San Vinċenz de Paoli bħala l-qaddisin protetturi tagħhom. Għal aktar tagħrif fuq dan il-qaddis li, kieku mhux minħabba l-pandemija tal-COVID-19 illum issir il-festa tiegħu fl-istess lokalità, tkellimt ma’ Joseph C. Camilleri BA, DEAM, M.Ed (Pl & Mgt). Minn CHARLES B. SPITERI

il-festa, iqerr, jitqarben u jinvista lil San Alwiġi. Kien hemm ukoll digriet tal-Papa Piju VII, li ħareġ fis-6 ta’ Marzu 1802, fejn dak li jkun seta’ jirbaħ 100 jum indulġenza li kienet tiġi mogħtija lill-erwieħ tal-purgatorju, billi jgħid it-talba, il-Missierna u l-Ave Maria.

Fl-aħħar nett, nitolbok tnissel fija sentiment ta’ biża’ qaddis u mħabba divina ħalli nimxi fuq il-passi tiegħek u b’hekk bħalek nasal biex ingawdi ’l Alla għal dejjem fis-Sema. Ammen.”

Tista’ tgħidilna x’kienet tgħid it-talba?

L-ewwel ma daħal hawn, kien f ’Tas-Sliema, għall-ħabta ta’ Ġunju 1881, meta l-Vigarju Kurat Dun Karm Casha Gerada; il-Viċi Parrokku Dun Manwel Mifsud; il-Prokuratur Kanonku Dun Ġużepp Dingli, u s-Sur F.Borg ippreżentaw petizzjoni lill-Isqof Monsinjur Konti Carmelo Scicluna, dwar it-tagħlim tad-duttrina fil-parroċċa ta’ Stella Maris. Dawn in-nies urew il-fehma tagħhom li biex it-tagħlim tad-duttrina jimxi ’l quddiem, kien hemm ilħtieġa biex f ’din il-parroċċa jitwaqqaf Istitut ta’ Edukazzjoni Kattolika. L-Isqof Carmelo Scicluna laqa’ t-talba li saritlu u fit-23 ta’

Mela le. Kienet: “O San Alwiġi, imżejjen b’doni tas-Sema, jien nersaq lejk mingħajr ma jistħoqqli, filwaqt li nitolbok l-għajnuna għall-ħarsien ta’ ruħi u ta’ ġismi minn xi nuqqasijiet li jmorru kontra l-virtù tas-safa. Jiena nitolbok biex tressaq din it-talba tiegħi lejn il-Ħaruf Bla Tebgħa, Sidna Ġesù Kristu, kif ukoll lejn il-Vergni Marija. Tħallini qatt nittebba’ b’xi nuqqas kontra dan il-virtù; anzi kull meta nkun ittantat, għinni nkeċċi minn moħħi kull ħsieb ħażin, filwaqt li nġib quddiem għajnejja lil Ġesù Msallab.

Meta daħal fostna l-kult ta’ dan il-qaddis, San Alwigi?

Ġunju 1881 waqqaf dan l-Istitut. Fl-ewwel artiklu tal-istatut insibu li l-‘Istituto dell’Educazione Cattolica della B.M.V. della Dottrina’ kellu lill-Madonna tad-Duttrina bħala patruna, u żewġ qaddisin oħra bħala protetturi. Dawn kienu San Vinċenz de Paoli u San Alwiġi Gonzaga. Insibu wkoll id-devozzjoni lejn San Alwiġi Gonzaga f ’diversi knejjes, fosthom dik ta’ Marija Annunzjata f ’Ħal Tarxien fi ħdan il-fratellanza tal-Madonna tad-Duttrina, u statwa oħra fil-parroċċa ta’ Kristu Sultan f ’Raħal Ġdid. Kif insibu lil San Alwiġi Gonzaga marbut ma’ Ħal Tarxien? Insibu li f ’Ħal Tarxien, l-oratorju taż-żgħażagħ kien iddedikat lil dan il-qaddis. Studju ta’ Alfred Massa jsemmi li l-Oratorju nfetaħ minn Dun Ġwann Mamo (1878- 1935). Illum dan il-bini hu f ’idejn il-patrijiet Agostinjani. Fl-oratorju, mad-


23

07.06.2020

kullhadd.com

war 250 żagħżugħ kisbu l-formazzjoni Nisranija u tgħallmu xi sengħa. Fih hemm ukoll kappella ddedikata lill-qaddis, fejn kienet titqaddes il-quddies u jingħad ir-Rużarju. Kienu jsiru żewġ festi – waħda ta’ San Alwiġi Gonzaga u l-oħra tal-Qalb ta’ Ġesù. Mill-Oratorju kienet toħroġ purċissjoni bil-vara ta’ San Alwiġi Gonzaga. Fil-knisja parrokkjali ta’ Ħal Tarxien, il-kult ta’ San Alwiġi Gonzaga kien immexxi mill-fratelli tal-Fratellanza tal-Madonna tad-Duttrina.

Ġwann), u tal-Missjoni (bajda u salib aħmar kbir u erba’ slaleb żgħar fit-truf). Fuq il-bjut ta’ xi djar privati u tal-każini jittellgħu l-bnadar. Fil-knisja parrokkjali jsiru tlett ijiem ta’ tridu. F’dawn iljiem issir quddiesa bil-prietka. Tingħad ukoll il-kurunella tal-qaddis, l-antifona u tingħata l-barka. Il-Ħadd, jiġifieri jum il-festa, li ssir dejjem filjum tas-Santissima Trinità, waranofsinnhar isiru l-Vespri u quddiesa kantata. Wara tibda l-purċissjoni.

Insibu xi statwa li tirrappreżenta lil dan il-qaddis?

Il-purċissjonijiet kollha qishom ħadu daqqiet kbar lura. Kemm għadha popolari din il-purċissjoni?

F’Ħal Tarxien kellhom inkwatru u vara. Alfred Massa jgħid li qrib is-sena 1777 fuq l-artal ta’ Santu Rokku kien jintrama l-inkwatru ta’ San Alwiġi. Milli jidher, maż-żmien, l-inkwatru beda jintrama fuq l-artal tal-Qalb ta’ Ġesù. Illum dan jinsab imdendel fis-sagristija l-qadima tal-knisja. Il-fratellanza tal-Madonna tad-Duttrina għandha vara ta’ San Alwiġi li narawha biss f ’jiem il-festa tal-Lunzjata, meta tieħu post il-vara tal-Kunċizzjoni, peress li tkun fin-niċċa tal-Lunzjata biex ma tibqax vojta. Il-poeta Alfred Massa, kiteb hekk fuq din il-vara: “Illum, l-istatwa ta’ San Alwiġi anqas fil-ġranet tal-festa tagħha m’għandha tkun almenu esposta fil-knisja!” Tassew ħasra li vara bħal dik tibqa moħbija fis-sagristija l-qadima kważi s-sena kollha. Kienet issir ukoll purċissjoni bil-vara ta’ San Alwiġi li kienet tal-fratellanza. Il-purċissjoni kienet tgħaddi minn Vjal Simmons, Triq tal-Blata (Triq Lanzon) u Triq il-Kbira lejn il-knisja. Alfred Massa jiftakar din il-purċissjoni u jgħid li kienet tgħaddi minn Triq Santa Marija u ddur għal quddiem il-Villa tat-Tabib Cecy (Triq il-Kbira) għall-knisja. Kien imfakkar xi mkien ieħor f ’pajjiżna dan il-qaddis? Il-qima lejn San Alwiġi Gonzaga aktarx bdiet qrib l-aħħar 30 sena tas-seklu 18. Li nafu ċert hu li fl-1770 il-kult ta’ San Alwiġi Gonzaga ma kienx ilu li beda fil-parroċċa ta’ Ħal Lija. F’dik is-sena, il-poplu ta’ Ħal Lija talab lill-Awtorità Ekkleżjastika biex jibdew jorganizzaw il-festa ad unur dan il-qaddis fl-ottava tal-festa titulari – is-Salvatur. Talbu wkoll it-twaqqif ta’ ‘aggregazzjoni’ b’qima lejn San Alwiġi Gonzaga. Il-Vigarju Kapitulari, nhar is-7 ta’ Awwissu

Il-fratellanza tal-Madonna tad-Duttrina għandha vara ta’ San Alwiġi li narawha biss f’jiem il-festa tal-Lunzjata, meta tieħu post il-vara tal-Kunċizzjoni, peress li tkun fin-niċċa tal-Lunzjata biex ma tibqax vojta

1770 qabel ma’ dawn it-talbiet u għalhekk twaqqfet il-‘Pia Aggregrazione di S.Luigi Gonzaga’. Matul is-snin, din il-festa bdiet tiżdied qalb il-poplu ta’ Ħal Lija u saret waħda mill-aktar popolari f ’dan ir-raħal. Fuq l-artal tal-Kurċifiss tqiegħdet pittura żgħira ta’ dan il-qaddis. Skont ir-riċerka li għamel Mons V. Borg sirna nafu żewġ membri tal-kleru ta’ Ħal Lija li kellhom l-aggregazzjoni ta’ San Alwiġi Gonzaga f ’idejhom. Dawn kienu Dun Ġużepp Bennard Gilestri (1714-1787), u Dun Ġwann Indri Borg (17491831). Dun Gilestri kien prokuratur ta’ dawn id-devozzjonijiet barra dik tal-kwadru ta’ San Alwiġi Gonzaga – id-devozzjoni lejn San Ġwann, u dik lejn Ġesù Bambin.

hemm il-vara ta’ San Alwiġi Gonzaga. Skont l-għajdut, din il-vara waslet f ’din il-parroċċa fi żmien il-Kappillan Cortis u ħallas għaliha wieħed mill-Belt Valletta. Minn tagħrif ta’ Mons G. Fenech aktarx li din il-vara hi xogħol Taljan u setgħet waslet fil-knisja parrokkjali wara talba li saret mill-poplu ta’ Ħal Lija lill-Ġiżwiti. Il-festa ta’ San Alwiġi meta tkun iċċelebrata f ’Ħal Lija?

Il-purċissjoni ssir f ’jum l-Ewwel Tqarbina tat-tfal tad-duttrina, jiġifieri fil-festa tas-Santissima Trinità (li taħbat illum, iżda din is-sena mhix se ssir, minħabba l-COVID-19). Sas-sena li għaddiet il-knisja parrokkjali kienet tkun armata bid-damask u t-tiżjin marbut mal-Ewkaristija, ħaġa distinta għal din il-parJiġifieri f ’Ħal Lija nsibu roċċa. Il-kuruna l-kbira ma wkoll statwa ta’ San Alwiġi tkunx armata. Iz-zuntier ikun Gonzaga? imżejjen b’erba’ bnadar – ta’ Iva, tinsab fil-knisja parrokk- Malta (bajda u ħamra), tal-Vajali. Sewwasew mal-bieb tal- tikan (safra u bajda), tal-Fidi ġenb, hemm niċċa żgħira li fiha (il-bandiera tal-Ordni ta’ San

Ma tantx. Toħroġ wara l-quddiesa tal-ħamsa u nofs ta’ filgħaxija, meta n-nies tibda tinġabar fil-misraħ ta’ quddiem il-knisja parrokkjali. Il-folla ma tkunx kbira. Ħafna min-nies ikollhom magħhom xi neputi jew neputija li jkunu għamlu l-Preċett f ’dak l-istess jum, naturalment filgħodu. Fil-bogħod jibda jinstema’ l-ħoss tal-banda – il-Banda San Piju X, li dak ilħin tibda ddoqq marċijiet brijużi. Minn quddiem l-istatwa tal-ġebel, li turi lil San Pawl, titfaċċa bandalora ta’ lewn ċelesti bis-simboli tal-Ewkaristija, u grupp ta’ subien fuq il-lemin u bniet fuq ix-xellug, lebsin il-libsa tal-Preċett. Magħhom ikun hemm is-soċji tal-Mużew u xi ġenituri, l-aktar ommijiet. Flaħħar nett, ikun hemm il-banda San Piju X bil-membri tal-kumitat tal-każin. Is-soċju li jkun qed jerfa’ l-bandalora jieqaf hekk kif jasal quddiem id-dar tal-Kappillan, sewwasew kif jibda z-zuntier. Il-bieb tal-knisja parrokkjali jinfetaħ u tibda ħierġa l-purċissjoni. Fuq quddiem ikun hemm l-istandardi tal-fratellanzi: tas-Sagrament; tal-Madonna taċ-Ċintura u fl-aħħar nett tal-fratellanza tal-Madonna tar-Rużarju. Magħhom ikun hemm xi fratelli jimxu wara l-istandardi. L-aktar li jkun hemm ikunu fratelli tal-fratellanza tas-Sagrament. Warajhom jimxu l-abbatini bis-sagristan iġorr is-Salib tal-Kleru. Wara jkun imiss il-kleru, fosthom il-Kappillan ta’ Ħal Lija li jkollu r-relikwa f ’idejh. Fost il-kleru jkun hemm il-Kappillan ta’ Raħal Ġdid (parroċċa Kristu Sultan). Ikun imiss il-vara li tkun merfugħa minn erba’ reffiegħa lebsin l-aħmar, tip ta’ żimarra li tintuża l-aktar fil-festi tal-Ewkaristija. Meta l-vara toħroġ fuq iz-zuntier, il-banda tibda ddoqq u kantant jibda jkanta l-innu ‘Sliem Għalik’ – innu li nkiteb

mis-Surmast Anthony Sammut (1921-1991). Wara l-innu, ilvara tkompli triqtha bil-banda miexja warajha. Il-purċissjoni tgħaddi mit-toroq ta’ madwar il-knisja parrokkjali, u għal ħafna nies minn Ħal Lija, id-dawra tagħha hi magħrufa bħala d-dawra ż-żgħira. Matul il-purċissjoni, il-banda ddoqq sitt innijiet li huma ta’ stil valzer ħafif. Dawn huma innijiet qodma ħafna li ħadd ma jaf l-ismijiet tagħhom u lanqas min kitibhom. Huma innijiet li jintużaw mill-banda San Piju X kull darba li takkumpanja fil-purċissjoni. Dawn l-innijiet huma magħrufa bħala ‘tas-Salvatur’ mill-bandisti tal-Banda San Piju X. Jindaqq ukoll l-innu li ġie miktub apposta mis-Surmast Anthony Sammut speċifikament għal din il-purċissjoni. Meta l-purċissjoni terġa’ tasal quddiem il-knisja, il-banda terġa’ ddoqq l-Innu ‘Sliem Għalik’ u l-purċissjoni tidħol mill-ġdid fil-knisja. Kif nistgħu ngħidu li kienet tkun organizzata l-festa fl-antik? Din hi festa sekondarja ta’ din il-parroċċa, għalkemm il-festa tal-Qalb ta’ Ġesù tinvolvi aktar tiżjin fil-knisja u aktar tiżjin fuq iz-zuntier. Matul is-snin din il-festa kienet ‘ikkontrollata’ mill-mexxej tal-parroċċa u l-maskri, il-fiera u wkoll illogħob tan-nar ġew imnaqqsa biex din il-festa ma tikbirx u ssir fuq livell tal-festa titulari. Forsi dan il-kontroll żamm lill-Aggrezzjoni ta’ San Alwiġi Gonzaga milli tiżviluppa fratellanza għaliha. Min-naħa l-oħra, fil-purċissjoni xorta waħda jkun hemm l-għaqdiet kollha tal-parroċċa – abbatini, fratelli, kleru, il-kappillan u s-sagristan. Ikun hemm ukoll is-soċji talmużew, tas-subien u tal-bniet, u l-banda tkun rappreżentata mill-membri tal-kumitat kif ukoll il-bandisti. Kulħadd bl-ingravata bħala identità, li turi li huma membri tal-każin tal-lokalità. L-effett tal-kontroll jidher ukoll fit-tiżjin. Waqt il-festa ta’ San Alwiġi Gonzaga ma jkunx hemm tiżjin speċjali, bħal ngħidu aħna pavaljuni u bozoz. Lanqas ma jkun hemm sparar ta’ murtali, li hi ħaġa tipika għal Ħal Lija. In-numru ta’ nies ikun ftit, ħafna minnhom nies ta’ ċerta età. Ftit ukoll ikunu t-tfal tal-Ewwel Tqarbina. Dawn huma fatturi soċjali li juru li l-festa ta’ San Alwiġi mhux qed tikber anzi forsi qed titlef il-popolarità fost il-poplu ta’ Ħal Lija. Jekk jiġri hekk, tkun tassew ħasra li drawwa ta’ raħal fil-qalba ta’ Malta tista’ tintilef – drawwa li hi marbuta ma’ qaddis li hu l-protettur tat-tfal.


24

07.06.2020

kullhadd.com

reċensjoni tal-ktieb

STELLA imħabba ta’ tfajla Stella Etheridge, tfajla ta’ 17-il sena, issir tħobb lil Viskonti Lord Leycester u minħabba d-differenza fil-klassi jiltaqgħu ma’ ħafna saram li jikkundizzjona d-destin ta’ dawn iż-żewġ protagonisti. Ir-rakkont ilaqqagħna ma’ nies li jaslu għalkollox… intriċċi u anke konfof-

fi. Nies li lesti li jagħmlu minn kollox, basta tgħaddi tagħhom. Nies li lesti li jgħaffġu fuq nies ohra li fl-opinjoni tagħhom huma ta’ klassi aktar baxxa minn tagħhom. Storja ta’ mħabba li tħallik fuq ixxwiek sal-aħħar paġni.

Silta mill-ktieb Stella semgħet xi passi taħt it-tieqa u daret biex tara min kien. Hija dlok rat il-figura ta’ Lord Leycester wieqfa wara t-tieqa. Huwa kien liebes ġakketta tal-bellus kannella, qalziet inkaxxat miegħu u par kalzetti taħt iż-żarbun iswed. Kellu frosta f ’idu li biha beda jkeċċi numru ta’ klieb. Wieħed minnhom infexx jinbaħ b’mod feroċi. Anke f ’dan il mument sorprendenti, Stella kienet konxja ta’ dehxa u ammirazzjoni għal din il-figura żvelta, b’dak il-wiċċ san u dawk l-għajnejn skuri jħarsu lejha b’rispett kbir. “Morru lura,” beda jgħajjat Leycester. “Itlaq minn hawn, Vix!” Imbagħad, hekk kif il-klieb resqu lura u ntelqu mimdudin fil-passaġġ ta’ barra, huwa resaq aktar viċin it-tieqa. Stella wkoll resqet lejn it-tieqa, fetħitha u... “Nitlob skuża,” kien pront qalilha. “Ħsibt li s-Sur Etheridge jinsab waħdu. Ma kontx naf li hawn inti għaliex kieku ma kontx nersaq daqshekk viċin. Kienet nuqqas ta’ prudenza.” Bil-mod li bih tkellem, Stella kienet ċerta li kien sinċier u ma kinitx skuża fjakka. Kellu

ton ta’ rispett u umiltà. Lanqas biss issogra joħroġ idu biex isellmilha. “Għaddi,” qaltlu. “M’għandekx għalfejn tagħmel apoloġija; b’daqshekk ma ġara xejn.” Għajnejha tbaxxew lejn l-art u ħasset wiċċha vampa nar. “Ma ġara xejn? Ħfirtli?” qalila filwaqt li ħareġ idu biex isellmilha. Stella kienet tefgħet idejha wara, hekk kif huwa resaq viċin tagħha. Riedet taħbi dawk id-dirgħajn mikxufin u mċappsin bid-dqiq. Imbagħad ħarġet id waħda u tbissmet. “Skużani, ma nistax,” qaltlu mistħija. Huwa ħares lejn dik l-id bajda, id tant iffurmata sabiħ, li kull skultur ikun jixtieq jiskolpa. Iż-żagħżugħ reġa’ ħareġ idu. “Jien ma nħabbilx rasi li idek miksija biddqiq,” qalilha b’mod sempliċi u naturali. Ta’ min jgħid li ma kienx soltu tiegħu jitkellem hekk, b’dan il mod. Hija ppreżentatlu saba’ wieħed u huwa baqa’ jżommu għal xi ħin b’għajnejh imbissma lejn dawk tagħha. Sadanittant, laħaq resaq lejh is-Sur Etheridge. Mistoqsija: Għaliex Stella ma setgħetx teħodlu b’idu?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb STELLA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 14 ta’ Ġunju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb IL-KANONKU FORTUNATO PANZAVECCHIA huwa: JOHN GENOVESE - IL-KALKARA

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

05

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

Kemm-il metru kwadru ta’ żoni ġodda msebbħin bis-siġar u l-pjanti se tiżviluppa Infastructure Malta?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

07.06.2020

kullhadd.com

RUDOLF DIESEL

IL-MOĦĦ WARA L-MAGNA Kitba ta’ MARY CHETCUTI

Rudolf Christian Karl Diesel twieled b’talent li żviluppah f ’passjoni għall-inġinerija tul ħajtu kollha. Kunjomu huwa sinonimu mal-akbar invenzjoni tiegħu – il-magna Diesel. Rudolf twieled ġewwa dar f ’Rue Notre-Dame-de Nazareth ġo Pariġi fl1858 minn ġenituri Ġermaniżi emigrati fi Franza. Minn ċkunitu beda jmidd idejh fil-ħanut ta’ missieru, li kien legatur. Kien għadu daqsxejn ta’ tifel meta beda jinġibed lejn l-inġinerija mekkanika u jibqa’ sakemm jifhem kif jaħdem kwalunkwe makkinarju li jara. Ta’ 12-il sena rebaħ midalja tal-bronz mis-Société pour l’instruction élémentaire fl-edukazzjoni u missieru ried idaħħlu fl-iskola sekondarja biex ikompli javvanza fl-istudji tiegħu. B’xorti ħażina fl-1870 faqqgħet gwerra bejn Franza u l-Imperu Prussu (Ġermaniż) u konsegwenza t’hekk ma setgħux jibqgħu jgħixu fi Franza. Bħalma għamlu familji Ġermaniżi oħrajn, il-familja Diesel ħarbet lejn l-Ingilterra u Rudolf kompla jattendi l-iskola f ’Londra. Wara ftit xhur il-ġenituri tiegħu ddeċidew li jibagħtuh għand qrabathom fil-belt Bavarjana ta’ Augsburg biex jibda jattendi kulleġġ fejn zijuh kien jgħallem il-matematika. Barra minn hekk, huma riedu li Rudolf jitħarreġ aktar fl-ilsien nattiv tiegħu, il-Ġermaniż. Fl-1873, Rudolf Diesel kien deċiż li jaqbad karriera fl-inġinerija. Kiteb ittra lil ommu u lil missieru fejn spjegalhom li kien beħsiebu jibqa’ Augsburg u jidħol fi skola industrijali li kienet għadha kemm fetħet il-bibien tagħha għal studenti brillanti bħalu. Sentejn wara ż-żagħżugħ Rudolf rebaħ borża ta’ studju mill-Politekniku ta’ Munich. Wieħed mill-għalliema ta’ Rudolf fil-Politekniku kien il-Professur Karl von Linde, dak li vvinta s-sistema ta’ refriġerazzjoni, jew tkessih. Diesel reġa’ ntlaqat minn xorti ħażina meta marad bid-deni tifu li żammu milli jiggradwa fl-1879. Madanakollu, sakemm seta’ jerġa’ jagħmel l-eżamijiet finali hu mar jaħdem malaħwa Sulzer fl-inġinerija tagħhom ġewwa Winterthur, l-Iżvizzera. Diesel iggradwa b’distinzjoni fl-inġinerija f ’Jannar tal-1880 u immedjatament wara rritorna Franza fejn qabad jaħdem mal-eks għalliem tiegħu, Profs. Von Linde biex flimkien iddisinjaw impjant modern tar-refriġerazz-

joni. Sa sena wara Diesel inħatar direttur ta’ dan l-impjant. Xi darba jew oħra kulħadd isib issieħeb jew is-sieħba ta’ ħajtu, mhux b’inqas Rudolf Diesel li fl-1883 sar iħobb lil Martha Flasche u flimkien kellhom tliet ulied, Rudolf Jr, Eugene u Heddy. Fl1890, il-familja Diesel marru joqogħdu Berlin fil-Ġermanja fejn Rudolf assuma ħatriet maniġerjali fil-kumpaniji Linde. Bħala impjegat tal-Korporazzjoni Linde, Rudolf Diesel ma setax jirreġistra l-invenzjonijiet tiegħu f ’ismu. Issa kien beda jesperimenta fuq magni li jaħdmu bil-fuel. Għall-bidu bena magna tal-fwar titħaddem bl-ammonja li splodiet waqt prova u kważi qatlitu għalkemm din ma kenitx l-unika splużjoni waqt li kien għaddej jesperimenta. Waqt esperiment minnhom tant korra li qatta’ xhur sħaħ ġo sptar u wara baqa’ bi problemi fil-vista. Fl-1892 kiseb l-ewwel liċenzja f ’ismu mill-Ġermanja u sena wara kiteb it-teorija għall-magna li taħdem bi sħana miksuba razzjonalment (mhux f ’daqqa) u li kellha tieħu post l-inġinerija li taħdem bil-fwar. Malli ntebaħ li l-invenzjoni tiegħu kienet difettuża, irranġa dak l-iżball u fl-1893 ippubblika mill-ġdid it-teorija tiegħu għall-magna li baqgħet imsemmija għalih. L-ewwel magna Diesel inbniet u ħadmet b’suċċess fl-1897 u llum din tinsab esebita fil-Mużew Tekniku ta’ Munich. Rudolf Diesel kiseb liċenzji għall-bini ta’ magni bħalha mill-Ġermanja u għadd ta’ pajjiżi oħrajn fosthom l-Istati Uniti t a l - A m e rka.

Waqt wirja tal-inġinerija fi Franza fl1900, Rudolf Diesel iltaqa’ ma’ magna minn tiegħu li kienet inbniet mill-kumpanija Otto qed titħaddem biż-żejt talkarawett mingħajr ma kellhom għalfejn isirulha modifikazzjonijiet u dan kien l-ewwel mument li magna tħaddmet bil-biofuel. Rudolf Diesel kien jivvjaġġa kontinwament minħabba l-karriera tiegħu. Fid29 ta’ Settembru 1913 baħħar minn Antwerp, il-Belġju, fuq il-bastiment Dresden sabiex jattendi laqgħa tal-Consolidated Diesel Manufacturing ġewwa Londra. Wara li kiel fil-kumpanija ta’ vjaġġaturi oħrajn, talab membru tal-ekwipaġġ biex l-għada jqajmu fis-6 ta’ filgħodu u kif saru l-10 ta’ billejl mar fil-kabina tiegħu. Filgħodu mar iħabbatlu membru tal-ekwipaġġ biex jgħidlu li kien sar il-ħin. Ħadd ma rrisponda min-naħa l-oħra tal-bieb u l-baħri fetaħ u sab il-kabina vojta. Kien hemm arloġġ fuq il-komodina u piġama mitwija fuq is-sodda li ma ntużatx. Rudolf Diesel għeb minn fuq dak il-bastiment u ħadd ma rah aktar. Ilfatt li nstabu l-ħwejjeġ li kien liebes filgħaxija mitwijin puliti fuq il-gverta tal-bastiment ta x’jifhem li Rudolf Diesel kien qabeż ilbaħar bl-iskop li jmut.

Ġimagħtejn wara, il-baħrin ta’ dgħajsa tas-sajd Olandiża lemħu katavru f ’wiċċ il-baħar huma u jbaħħru viċin in-Norveġja. Kien fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni u ma ridux iżommuh fuq id-dgħajsa. Sabulu fuqu kartiera, nuċċali u kaxxetta tal-pilloli li żammewhom biex jgħadduhom lill-awtoritajiet u xeħtu lura l-katavru fil-baħar. Eugene Diesel għaraf l-oġġetti u kkonferma li kienu jappartjenu lil missieru Rudolf. Ftit żmien wara l-għajbien tiegħu, martu Martha fetħet basket li kien taha Rudolf qabel għamel dak ilvjaġġ fatali u kien qalilha biex ma tiftħux qabel ġimgħa oħra. B’sorpriża kbira sabet il-basket imfawwar karti tal-flus Ġermaniżi. L-ammont kien ekwivalenti għal kważi żewġ miljuni dollari Amerikani tal-lum. Rudolf kien ġibed id-depożiti kollha mill-bank. L-għajbien misterjuż ta’ Rudolf Diesel qanqal ħafna għajdut u spekulazzjonijiet li sal-ġurnata tal-lum għadhom bla tweġibiet. X’għadda minn moħħu dak li vvinta l-magna Diesel hija l-mistoqsija li hu biss seta’ jweġibha.


26

07.06.2020

kullhadd.com

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

07.06.2020

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 332

M. MIFSUD - BIRKIRKARA

Bi 3 Numri 051 111 165 225 256 318 330 337 528 553 574 575 645 672 723

777 819 844 885 B’4 Numri 0202 0214 0327 0506 0702 0811 0848 0908 1234 1235

1440 1932 2358 3226 3252 3559 3582 3633 3737 4501 5021 5588 5928 6110 6262 6535

6541 6653 7118 7255 7284 7584 7626 8416 9405 9441 9452 9658 9795 9887

B’5 Numri 08225 12019 14363 17252 18110 21001 23382 27513 33256 44217 44292 48134 48195 52019 52454

B’6 Numri 007083 196115 450115 528958 631154 707221 965696 984566 B’7 Numri 9146385 9181798

Mimdudin: 19. 1. Wieħed 20. mill-istaġuni (5) 4. Il-borża ta’ San 21. Martin ikun fiha minnu (4) 23. 7,9. Għall-qari (5) 9. Ara 7 24. 10. Tajbin fil-brodu (6) 12. Ikun mimli tajjeb ferm (6) 1. 16,21W. Ma jirnexxix (6) 2,3. 18. Anke l-kantant 3. bla vokali (1,1) 5.

Nirfsu fuqha (3) Ninħaslu taħtha 6. (5) Kien plejer kbir 8. ma’ Man Utd (3) 11,13. Fih jgħixu ħafna 12,22. Iranjani (4) Aqra 13. bit-Taljan (5) 14. 15 Weqfin: 17. Ibaħħru (6) 21. Jitpejjep (6) 22. Ara 2 Għaxar

mijiet (3) Żaren Muscat Sacco (1,1,1) Kalm (9) Tal-ilma? (5) Tinfetaħ il-qorti (5) Ara 11 Tajjeb ferm magħsur (6) Jirreċtaw (6) Ajk (3) Ara 16 Ara 12

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: Weqfin: 1.Ġidra, 4.Ġibs, 7,9,11.Twiebet, 1.Ġwiebi, 2,3,5.Dibattitu, 6,12W. 10.Tenuri, 12.Stilla, 16,18,19. Spiss, 8.Wellditha, 13.IAP, 14.Adidas, Imsaddad, 20.Spiji, 21.Ass, 23.Tuta, 15.Editur, 17.Mus, 21.Art, 22.Sit 24.Ansar


28

07.06.2020

kullhadd.com

IL-ĠERĦA LI MA JĠERRĦUX Editorjal

Għamluha ovvja li l-ġerħa li ġarrbu fl-2013 ma ridux iġerrħuha, anke jekk ħafna minnha kienet ikkawżata b’azzjonithom stess

Kif jixraq, din il-ġimgħa tfakkar it-tielet anniversarju mindu l-poplu ta mandat ieħor qawwi u konferma lill-politika Laburista fl-amministrazzjoni tal-pajjiż. Waqt li l-Partit Laburista nnifsu fakkar kif, permezz t’hekk, kompliet titjieb il-ħajja għallfamilji u n-negozji fuq l-istess binarji tal-erba’ snin ta’ qabel, il-Gvern attwali elenka kif diġà twettqu mas-76% ta’ dak li ġie mwiegħed fl-aħħar manifest elettorali. Dan irid jittieħed fil-kuntest li l-aħħar tliet snin ukoll kellhom jiffaċċjaw il-qliel tal-mewġ u l-kurrenti perikolużi li kienu ilhom jitqanqlu sa mill-bidu nett kontra l-Gvern, kemm sakemm dan kien taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat kif ukoll mindu t-tmexxija għaddiet f ’idejn ilPrim Ministru Robert Abela minn Jannar ’l hawn. U lkoll nafu – għax issa wkoll tgħallimna iżjed minn biżżejjed – li r-riskji li jibqa’ jkollu Gvern Laburista mhuma qatt normali. L-għedewwa talGvern, u allura tal-istess mandat

elettorali leġittimu, urew li dawn ma jirrikonoxxux u wisq inqas jirrispettaw xi parametri ta’ diċenza. Anzi jaslu għal kollox, inkluż li jirkbu fuq akkużi foloz biex jimminaw it-tmexxija għaqlija u ta’ ġid għall-poplu kollu. Għamluha ovvja li l-ġerħa li ġarrbu fl-2013 ma ridux iġerrħuha, anke jekk ħafna minnha kienet ikkawżata b’azzjonithom stess. Mingħajr ma nikkunsidraw il-pandemija tal-COVID-19 għalissa, avolja l-effetti tagħha wkoll ħolqu impediment bla mistenni fuq il-progress li konna qed nesperjenzaw u l-Oppożizzjoni Nazzjonalista pprovat tkabbar il-ġerħa ekonomika iżjed mill-virus innifsu, ta’ min jirrimarka li elementi ikbar minn din tal-aħħar jibqgħu l-iżjed perikolużi, kif reġgħet kixfithom inkjesta maġisterjali oħra. Il-konklużjonijiet li waslet għalihom l-investigazzjoni talMaġistrat Joseph Mifsud fejn element qawwi tal-fazzjoni ta’ Busuttil, primarjament il-Kelliem

Ewlieni Nazzjonalista għallĠustizzja Jason Azzopardi, riedet titfa’ għomorhom il-ħabs lillPrim Ministru Abela, il-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta Jeffrey Curmi u l-ekwipaġġ kollu talPatrol Boat P52, huma xokkanti. Il-fatt li dawn rikbu fuq akkużi mhux korroborati u wisq inqas ivverifikati, innamraw ma’ rapporti foloz fil-midja biex isaħħnu aktar il-qiegħa u jimmanipulaw l-opinjoni pubblika lokali u dik internazzjonali kontra l-amministrazzjoni ta’ pajjiżna, għandu awtomatikament iwassal għal proċeduri sussegwenti. Dawn għandhom iservu ta’ deterrent lil min jazzarda jilgħab tali “logħob” bil-Liġi Maltija u bil-ħajja ta’ persuni, li l-uniku żball tagħhom ikun għax huma Laburisti jew għax huma serji u jagħmlu dmirhom kif inhu xieraq fl-awtoritajiet kompetenti. Ma nistgħux inkunu iżjed żbaljati jekk naħsbu li dawn ilmutetti jew azzjonijiet illegali se jieqfu qabel jilħqu l-iskop primarju tagħhom. Għaldaqstant, meta hu ttamat

li pajjiżna jkun minn tal-ewwel fl-Unjoni Ewropea (jekk mhux fid-dinja kollha) li jirritorna fuq il-passi mill-aktar pożittivi li kien fuqhom sal-aħħar tassena l-oħra, il-possibbiltajiet ta’ sabutaġġi simili jiżdiedu jistgħu u mhux jonqsu. Meta l-Bank Ċentrali ta’ Malta jbassar, kif għamlu wkoll diġà istituzzjonijiet u aġenziji ta’ kreditu internazzjonali, li sal-aħħar tal-2021 l-ekonomija Maltija se tkun irkuprat dak kollu mitluf din is-sena, anke jekk wisq probabbli dan lanqas jikkalkula l-effetti li se jkollu l-pakkett multimiljunarju li l-Gvern se jippreżenta għada favur firxa wiesgħa tas-soċjetà, allura l-poplu jista’ biss jinkorla ma’ min irid iżommu milli javvanza. Hekk għamlu missirijietna bħallum 101 sena ilu. Għalhekk il-poplu se jibqa’ magħqud fil-maġġoranza assoluta tiegħu wara l-unika raġuni plawsibbli li għandu bħalissa pajjiżna u l-ġejjieni tiegħu – il-Partit Laburista filGvern


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.