KullHadd_08.01.2023

Page 1

SENTIMENT EKONOMIKU MILL-AQWA

L-aħħar stħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea jsib li l-fiduċja tal-familji u tan-negozji tinsab fl-aħjar livelli minn Awwissu grazzi wkoll għall-Baġit

L-istħarriġ li jsir ta’ kull xahar mill-Kummissjoni Ewropea fost il-familji u n-negozji f’pajjiżna wera li f’Diċembru l-indiċi ta’ sentiment ekonomiku laħaq il-livell ta’ 97. Dan hu l-aħjar livell osservat f’Malta minn Awwissu 2022. Minbarra hekk, il-livell ta’ fiduċja ekonomika f’pajjiżna hu madwar 3% ogħla minn dak osservat madwar l-Unjoni Ewropea.

L-agħar livell ta’ sentiment ekonomiku jinsab fid-Danimarka, b’indiċi li hu kwart aktar ħażin minn dak tagħna. Ta’ min ifakkar li fid-Danimarka l-prezz tal-elettriku f’Diċembru kien madwar 83% ogħla milli kien sena qabel. Bil-maqlub, l-aqwa livell ta’ fiduċja – madwar 10% aħjar minn Malta – instab filKroazja, x’aktarx dovut għal sentiment pożittiv assoċjat mad-dħul tal-ewro fil-pajjiż.

jib hu madwar tliet darbiet iżjed it-titjib li ġie osservat madwar l-UE fl-istess perjodu. Għaldaqstant, jikkonferma kemm il-miżuri mħabbrin f’Ottubru li għadda ġġeneraw ottimiżmu fost il-familji u n-negozji f’pajjiżna.

Il-miżuri qawwija li jikkaratterizzaw il-Baġit, għal darb’oħra bla ebda żieda fit-taxxi jew inkella taxxi ġodda, jikkumplimentaw is-sussidju biljunarju li l-Gvern Malti ddeċieda li joħroġ biex itaffi d-daqqiet talkriżi tal-enerġija minn fuq il-poplu.

Bejgħ tajjeb fil-ħwienet tul il-festi tal-Milied … sentiment ferm akbar mill-medja

Dan huwa wkoll kompletament bil-maqlub ta’ dak li kien seħħ taħt amministrazzjoni Nazzjonalista ta’ qabel l-2013.

Il-livell ta’ sentiment ekonomiku f’pajjiżna żdied b’madwar 9% fl-aħħar xahrejn, jiġifieri mindu tħabbar il-Baġit 2023. Dan it-tit-

Għaldaqstant, jirriżulta li l-perjodu festiv tal-Milied li għadda kien tajjeb ħafna għal tal-ħwienet f’pajjiżna, tant li l-istħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea jindika li s-sentiment ekonomiku fis-settur laħaq livelli ferm akbar mill-medja storika.

Tkompli f’paġna 3

Ħarġa Nru 1,539 Prezz €1 Il-Ħadd, 8 ta’ Jannar, 2023
kulturali b’saħħitha matul 25 ġurnata bi tħejjija għall-Milied u l-Ewwel tas-Sena attirat eluf kbar ta’ Maltin fil-Belt Valletta, b’mod speċjali fl-aħħar spettaklu tas-sena MAL-205,000 FL-ATTIVITAJIET TAL-KAPITALI MATUL IL-FESTI
Ħidma
6 Rapport f’paġna 7
Rapport f’paġna
L-AĦĦAR TISLIMA LILL-BNIEDEM TAN-NIES

GĦAL-LUM

L-Ogħla Temperatura: 17°C

L-Inqas Temperatura: 10°C L-Indiċi UV: 2

Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni għolja fuq l-Alġerija, testendi lejn iċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Ftit imsaħħab li jsir ftit jew wisq imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif mill-Majjistral li jsir ħafif għal moderat mill-Punent Majjistru Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn

It-Temperatura tal-Baħar: 18°C

It-Tnejn

Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 2123 4567 Thomas’ Pharmacy, 796, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238018 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 21467459 Ħerba Pharmacy, 166, Triq Salvu Psaila, Birkirkara – 21443406 Tony’s Pharmacy, 100, Triq Sir Patrick Stuart, Il-Ġżira – 21332080 Potter Chemists Ltd, Triq il-Wilġa, Paceville – 21363244 Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21335492 Whites Pharmacy, No. 3, E.M. Bajada Building, Vjal il-Labour, In-Naxxar – 21412454 St. Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Ħ’Attard – 21413442 Qawra Pharmacy, Earl’s Court/1, Triq l-Imħar, Il-Qawra – 21580881 Central Pharmacy, 6, Triq San Ġużepp, Ħal Luqa – 21692546

Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu – 21807529

May Day Pharmacy, Triq il-Vittorja, Ħaż-Żabbar – 21826529

Pompei Pharmacy, Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk – 21651278

Kristianne Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, Iż-Żurrieq – 21647391

Regal Pharmacy, 39B, Triq Antonio Bosio, L-Imsida – 21313115

Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479

Għawdex

Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Ir-Rabat – 21556970

Joyce’s Pharmacy, Vjal it-8 ta’ Settembru, Ix-Xagħra – 21561486

L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

08.01.2023 02 NUMRI IMPORTANTI MEZZI SOĊJALI SIT ELETTRONIKU INDIRIZZ POSTALI KUNTATT ĠENERALI DISINN TAL-PAĠNI REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI EDITUR STAMPAT KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 www.one.com.mt tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495 email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495 email: ronald.vassallo@partitlaburista.org Miller Newsprint Ltd. KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000 www.facebook.com/kullhadd KIMBERLY CEFAI KIMBERLY CEFAI RONALD VASSALLO Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza – 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182 DETTALJI
IT-TEMP
19°C 18°C 17°C 17°C 14°C 14°C 14°C 14°C UV 1 UV 3 UV 3 UV 2 Il-Ħamis L-Erbgħa Is-Sibt
LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD 17°C 14°C UV 3 It-Tlieta 16°C 13°C UV 3 Il-Ġimgħa
SPIŻERIJI

IN-NEGOZJI U L-FAMILJI MALTIN

F’QAGĦDA AĦJAR MILL-BQIJA FL-UE

Kważi 60% tal-operaturi, li ġew intervistati għall-istħarriġ tal-UE, irrapportaw żidiet fil-bejgħ, waqt li maġġoranza ta’ 27% fost in-negozji qalu li qegħdin saħansitra jistennew titjib ulterjuri fl-operat fix-xhur li ġejjin. Fid-dawl ta’ dan, maġġoranza simili ta’ ħwienet qalu li qed jantiċipaw li jżidu aktar ħaddiema.

Fil-qasam tas-servizzi s-sentiment kien ukoll ferm pożittiv u qabeż il-medja storika. Fil-fatt, anke hawn l-ottimiżmu fost l-operaturi f’Diċembru kien fl-aqwa livell osservat minn Awwissu ’l hawn. Maġġoranza ta’ madwar 42% tal-operaturi tas-servizzi sostnew li qed jistennew aktar tkabbir fl-attività tagħhom fix-xhur li ġejjin.

Dan qed iwassal biex kważi nofshom ukoll jgħidu li se jkollhom bżonn iżjed impjegati.

Is-sentiment fl-industrija tal-kostruzzjoni wkoll hu aħjar mill-medja storika. Għalkemm maġġoranza żgħira tal-azjendi sostnew li qed jistennew xi tnaqqis fl-ordnijiet. Dan f’kuntest li dawn l-operaturi qalu li għandhom xogħol b’lura għal aktar minn sitt xhur, jew darbtejn il-medja storika.

Fil-manifattura, maġġoranza ta’ 58% tal-fabbriki intervistati qalu li ser ton-

qos il-produzzjoni fix-xhur li ġejjin. Dan imma f’kuntest li madwar 47% raw żieda qawwija fl-aħħar xhur. Din wasslet biex il-kumpaniji tal-manifattura għandhom aktar minn ħames xhur ta’ produzzjoni garantita f’ordnijiet li diġà rċevew.

Sadanittant, fost il-familji f’pajjiżna s-sentiment ekonomiku hu 50% aħjar minn dak osservat fost familji fil-bqija tal-Ewropa. Il-livell ta’ ottimiżmu fost il-familji huwa qrib il-medja storika, mentri madwar l-Ewropa hemm livell ferm anqas mill-medja.

Ħafna familji Ewropej sostnew li ma

jħossux li huma f’qagħda li jistgħu jidħlu għal ċertu livell ta’ konsum, b’kuntrast għas-sitwazzjoni f’pajjiżna. Fil-każ ta’ Malta, skont ċifri tal-Bank Ċentrali, il-livell ta’ depożiti tal-familji lokali sa Novembru kien jaqbeż is-€16.1 biljun, li jfisser żieda ta’ madwar €1 biljun fuq is-sena ta’ qabel.

Il-proġett ta’ SportMalta talewwel pixxina indoor ta’ skala internazzjonali fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera, b’investiment ta’ €14-il miljun, se jkun fost l-aqwa kumplessi sportivi fil-Mediterran.

Waqt li żar ix-xogħol li għaddej fuq il-proġett, parti minn wegħda oħra elettorali, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima qal li “hu ta’ sodisfazzjon li din il-pixxina indoor state-of-theart se tkun opportunità eċċellenti biex l-isport akkwatiku f’pajjiżna jieħu spinta oħra ’l quddiem u jkompli jikkontribwixxi għal iżjed suċċessi kif inkisbu fl-aħħar snin.”

Tlesta x-xogħol fuq is-saqaf tal-pixxina, li hu magħmul apposta biex jikkumplimenta s-swar u anke jassorbi l-istorbju fuq barra biex b’hekk ma jkunx hemm skumdità għallġirien tal-madwar. Tlesta wkoll ix-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq id-dressing rooms, uffiċini, kmamar tal-kontroll u kmamar għall-ħtiġijiet sanitarji. Parti mill-proġett kien jinkludi l-kos-

truzzjoni ta’ plant room u mina minn taħt il-pixxina, li minnha jgħaddu l-karozzi, parti mirring road tal-kumpless.

Qiegħda tiġi mħejjija l-bażi għall-pixxina li se tkun waħda tal-ogħla teknoloġija u qed jitwaħħlu l-pilastri tal-ħadid li

magħhom se jitwaħħal ħġieġ li jdawwar il-pixxina kollha.

Il-proġett, li jikkumplimenta l-Istrateġija Nazzjonali għall-Isport, hu turija ċara tal-impenn tal-Gvern li jkompli jsaħħaħ l-infrastruttura sportiva biex ikompli jgħolli u jilħaq livelli ta’

suċċess fl-isport f’pajjiżna.

Il-pixxina hi ta’ daqs Olimpiku b’5,000 metru kwadru, b’saqaf tal-injam b’tul ta’ 44 metru kif ukoll ħitan tal-ħġieġ li jkopru mal-44 metru kwadru kull naħa, u fond ta’ 2.2 metri. It-tul jissodisfa r-rekwiżiti

mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Għawm. Il-pixxina se tkun mgħammra bl-aħjar teknoloġija, fosthom dik tal-bulkheads biex il-pixxina tkun maqsuma f’aktar minn faċilità waħda. L-art tal-pixxina se jkollha funzjoni li titla’ u tinżel biex il-coaches tal-għawm ikunu jistgħu jagħtu l-lezzjonijiet tagħhom fl-ilma stess.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar qal li “dan il-proġett hu parti minn kullana ta’ proġetti li tieħu ħsieb l-aġenzija, u permezz tiegħu se jkollna wieħed mill-aqwa kumplessi sportivi fil-Mediterran għax il-pixxina indoor se tikkumplimenta l-faċilità tal-Padiljun, u għandha spazju għal 400 spettatur kif ukoll sala tal-konferenzi u kafetterija”.

B’din il-pixxina l-atleti lokali mhux se jibqgħu żvantaġġjati meta mqabblin ma’ atleti barranin li s’issa kienu jitħarrġu f’pixxina miftuħa, iżda jikkompetu f’pixxina indoor. Il-programmi fi ħdan SportMalta se jiżviluppaw ukoll f’aktar opportunitajiet għall-atleti u għattfal tal-iskola.

08.01.2023 03
Is-sentiment fost il-familji lokali huwa 50% ogħla mill-medja fl-UE
€14-IL MILJUN F’KUMPLESS SPORTIV TAL-AQWA
Ritratt: JASON BORG/DOI
KWALITÀ

FUQ IL-MEJDA TAD-DEĊIŻJONIJIET

Is-sena 2023 ġabet magħha l-bidu ta’ perjodu importanti ferm għal pajjiżna, hekk kif – wara aktar minn 40 sena –bdejna nokkupaw siġġu fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda (UNSC) għal sentejn sħaħ. Dan hu wieħed mill-aktar fora importanti fi ħdan il-Ġnus Magħquda għad-deċiżjonijiet li jittieħdu b’impatt fuq il-popolazzjonijiet globali.

Fatt importanti hu li Malta, flimkien ma’ Franza, li hi membru permanenti ta’ dan il-Kunsill, se jkunu qegħdin imexxu ’l quddiem il-pożizzjoni Ewropea hekk kif iż-żewġ pajjiżi huma l-uniċi żewġ membri tal-Unjoni Ewropea fuq dan il-forum.

Minkejja li x-xogħol issa jibda jintensifika, hekk kif Malta assumiet ir-rwol tagħha mill-bidu ta’ din is-sena sal-aħħar tal-2024, ix-xogħol preparatorju ilu li beda għal numru ta’ snin, b’mod partikolari fi New

York, l-Istati Uniti tal-Amerka, fejn għandna r-rappreżentanza permanenti tagħna għall-Ġnus Magħquda.

Din il-ġimgħa, b’mod simboliku fi New York, il-bandiera Maltija ngħaqdet ma’ dawk tal-pajjiżi l-oħrajn li jifformaw il-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda. Fl-istess ċerimonja kienu wkoll l-Ekwador, il-Ġappun, il-Mozambique u l-Iżvizzera li poġġew il-bnadar nazzjonali tagħhom wara li, mill-1 ta’ Jannar, bdew ukoll iservu għal sentejn f’dan l-organu għoli.

F’messaġġ tal-okkażjoni li għamlet f’isem Malta, ir-Rappreżentanta Permanenti Maltija għall-Ġnus Magħquda fi New York, Vanessa Frazier, iddeskriviet din iċ-ċerimonja tat-tpoġġija tal-bandiera bħala jum storiku għal Malta. Hi fakkret li Malta qed isservi fil-Kunsill tas-Sigurtà għat-tieni darba … l-ewwel darba kienet bejn l-1983 u l-1984.

Minkejja li għadu fil-bidu ta’ dan it-terminu, fi ftit jiem oħra, preċiżament fl-1 ta’ Frar li ġej, pajjiżna se jkun qed jassumi l-Presidenza ta’ dan l-istess Kunsill u b’hekk ikun qed jassumi aktar responsabbiltà li jmexxi ’l quddiem il-valuri tal-

Ħafna jaħsbu li din il-pożizzjoni se tfisser biss li Malta tista’ tivvota flimkien ma’ 14-il pajjiż ieħor fuq deċiżjonijiet meħudin mill-UNSC, iżda filverità dan is-siġġu jfisser ħafna aktar minn hekk.

Sa min qabel pajjiżna ġie elett f’dan ir-rwol importanti, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg kien ħabbar sett ta’ prijoritajiet ċari li permezz tagħhom il-Gvern Malti se jkun qed imexxi ’l quddiem il-ħidma tiegħu. F’kummenti lill, il-Ministru Borg qal li Malta, matul is-sentejn li ġejjin se jkollha spazju biex tiffoka fuq is-sigurtà, inklużi kwistjonijiet ta’ sigurtà li mhumiex tradizzjonali,

bħall-klima, il-litteriżmu jew fatturi oħrajn li jikkontribwixxu għall-konflitt.

“Matul iż-żmien tagħna fuq il-Kunsill se nkunu qed nirrappreżentaw il-fehmiet, il-valuri u l-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll tal-istati gżejjer żgħar, li kull wieħed minnhom qed jiffaċċja sfidi sinifikanti. Fil-fatt, l-avveniment prinċipali taħt il-Presidenza tal-UNSC ta’ Malta fi Frar 2023 se jkun dwar it-theddid eżistenzjali li jiffaċċjaw l-istati tal-gżejjer żgħar li qegħdin jiżviluppaw minħabba

ż-żieda fil-livell tal-baħar,” qalilna Dr Borg.

Hu kompla jsostni kif matul dawn is-sentejn hu essenzjali li nkunu realistiċi u nifhmu aktar mill-qrib l-isfidi li għandna bħalissa fuq bażi internazzjonali. Madanakollu, r-rappreżentanza Maltija fi New York għandha pjan ta’ ħidma b’saħħtu bi prijoritajiet ċari li Malta tixtieq taħdem fuqhom.

“Dan jinkludi l-qerda tal-użu tat-tfal f’kunflitti armati, fejn matul l-aħħar snin din saret parti integrali mill-politika bar-

ranija ta’ pajjiżna. Bħala stat gżira vulnerabbli għat-tibdil fil-klima, il-Gvern Malti huwa determinat ukoll li jagħmel dak kollu li jista’ biex inżidu l-għarfien dwar kwistjonijiet bħaż-żieda fil-livell tal-baħar, li qed thedded għadd ta’ pajjiżi oħra madwar id-dinja, inklużi stati gżejjer żgħar bħal tagħna. Fl-aħħar nett, pajjiżna hu determinat li jiffoka wkoll fuq l-aġenda tan-nisa, il-paċi u s-sigurtà u l-promozzjoni tal-litteriżmu. Il-kunflitti invarjabbilment iħallu impatt negattiv kbir fuq

08.01.2023 04
Malta din hi opportunità unika biex insemmgħu leħinna dwar l-importanza tar-reġjun tal-Mediterran, favur is-saltna tad-dritt fuq livell internazzjonali, għall-kundanna kontra l-gwerer u għas-salvagwardja tal-ordni globali
Għal
Jibda
l-perjodu
storiku ta’ sentejn ta’ Malta bħala l-uniku pajjiż tal-Unjoni Ewropea b’siġġu mhux permanenti Il-Ministru Ian Borg

F’LIVELL GLOBALI

fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda

in-nisa u t-tfal, u se nfittxu li nżidu l-involviment tan-nisa fil-proċessi ta’ paċi, filwaqt li fuq il-litteriżmu se nfittxu li nippromwovu r-rikonoxximent tar-rabta bejn livelli baxxi ta’ litteriżmu u prosperità u sigurtà,” tenna l-Ministru.

Sfidi dinjin

Minkejja li pajjiżna ilu membru sħiħ tal-Ġnus Magħquda sa mill-1964, matul dan il-perjodu ta’ żmien kemxejn twil din hi biss it-tieni darba li qegħdin nokkupaw dan is-siġġu prestiġjuż.

Meta sirna membri ta’ din l-ogħla istituzzjoni tal-Ġnus Magħquda, kienet dinja totalment differenti minn tal-lum, mhux l-inqas l-Unjoni Ewropea li ma kinitx għadha mwaqqfa kif nafuha llum.

F’dinja, li kienet qed tigglobalizza ruħha, kien qed idur ċiklu ta’ stabbiltà, espansjoni

ekonomika, paċi relattiva u ottimiżmu kullimkien. Però, kif inhu magħruf, dan mhuwiex ilkaż bħalissa.

L-invażjoni Russa tal-Ukrajna bidlet totalment ir-realtajiet kollha u hu għalhekk li parti essenzjali mill-aġenda ta’ dan il-Kunsill se tkun meħuda mit-tfittxija għal negozjar serju biex tintemm din il-gwerra kiefra; minn sforzi biex jinstab mill-ġdid bilanċ fir-relazzjonijiet bejn il-potenzi l-kbar; minn impenn biex terġa’ tkun stabbilita s-saltna tad-dritt; u biex tkun din is-saltna li tirregola r-relazzjonijiet bejn il-ġnus u mhux il-gwerer jew il-liġi barbara ta’ min hu l-aqwa jħawwel. Ebda potenza, kbira kemm hi kbira, u b’saħħitha kemm hi b’saħħitha, ma jaqblilha, flaħħar mill-aħħar, li min hu l-iżjed b’saħħtu militarment jieħu raġun għax jgħaffeġ lil min hu dgħajjef.

Malta hi kommessa li, bħal-

ma dejjem għamlet, tibqa’ tkun l-aġent għad-diskussjoni li permezz tagħha nerġgħu niksbu l-paċi u l-istabbiltà.

Malta vuċi Ewropea u Mediterranja

Fuq l-aspett Ewropew, wieħed ma jridx jinsa wkoll, li minbarra Franza, membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà, Malta se tkun l-uniku stat tal-UE li tokkupa siġġu fil-forum. B’hekk dan ifisser li, meta pajjiżna jitkellem, jiddiskuti u jipproponi, mhux se jagħmel dan f’isem Malta biss.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin qal li dan is-siġġu għal Malta jfisser opportunità unika biex insemmgħu leħinna dwar l-importanza tar-reġjun Mediterranju, favur is-saltna taddritt fuq livell internazzjonali, għall-kundanna kontra l-gwerer ta’ konkwista u għas-salvaggwardja tal-ordni globali.

€111M F’ŻIDIET MAQSUMIN BEJN IL-PENSJONANTI

Madwar 95,000 pensjonant bdew igawdu minn rati mtejba fil-pensjonijiet tagħhom, hekk kif matul din ilġimgħa ntbagħtu l-pagamenti bir-rati l-ġodda. Fil-fatt, il-pagamenti tal-pensjonijiet huma fost diversi benefiċċji soċjali oħra li lkoll qed jingħataw b’żidiet, hekk kif kien imħabbar fil-Baġit għal din is-sena.

Matul dan ix-xahar bdiet titħallas iż-żieda ta’ €12.50 fil-ġimgħa lill-erba’ kategoriji ta’ pensjonanti tas-sigurtà soċjali. Iż-żieda hija ta’ €2.60 fir-rata tal-pensjoni u €9.90 għall-għoli tal-ħajja. Il-benefiċjarji huma l-pensjonanti tal-irtirar, tar-romol, tal-invalidità u tal-età.

Huwa stmat li b’kollox dawn iż-żiedet jammontaw għal nefqa annwali ta’ madwar €111-il miljun. Din twassal biex in-nefqa globali fuq il-pensjonijiet u l-bonus li jitħallas lill-pensjonanti matul is-sena titla’ għal €1.78 biljun. Din se tkun is-sitt żieda addizzjonali konsekuttiva mill-2018 lil hawn. Dan minbarra żidiet sostanzjali li kienu ngħataw fl-2016 u fl-2017 lill-pensjonanti fuq il-pensjoni minima.

Waqt li ħabbar dan, il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon semma wkoll kif, ma’ dan kollu, se jkompli jitjieb gradwalment il-bonus għall-għoli tal-ħajja. Dan il-benefiċċju kien beda jitħallas fl-2008 billi ż-żieda annwali għall-għoli tal-ħajja tinqasam f’żewġ partijiet, iżda maż-żmien inħoloq żbilanċ bejn pensjonanti li jkunu rtiraw wara l-2008 u dawk li rtiraw fl-2008 jew qabel.

Biex jitneħħa dan l-iżbilanċ qed jitħaddem mekkaniżmu li, b’mod gradwali, jgħolli r-rati ta’ dan il-bonus għal dawk li rtiraw wara l-2008 sakemm ir-rati kollha jilħqu l-istess livell għal kulħadd. Matul is-sena mistennija jibbenefikaw 56,000 pensjonant b’nefqa ta’ madwar €2 miljun.

“Il-pensjonanti kollha jafu fejn qegħdin magħna għax dejjem konna hemm għalihom, bil-għan aħħari jkun dak li ntejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom kollha. Ma saħħaħniex biss il-pensjonijiet, iżda ma tfajna l-ebda piż addizzjonali u lanqas żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija li jġorru magħhom konsegwenzi ferm negattivi fuq il-pensjonanti tagħna,” temm il-Ministru Falzon.

08.01.2023 05
Il-Ministru Michael Falzon

XAHAR TA’ FESTI SPETTAKOLARI FIL-BELT

Aktar minn 200,000 persuna attendew l-attivitajiet kollha li ġew organizzati mill-aħħar ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Diċembru fil-Belt Valletta fl-ispirtu tal-ewwel ċelebrazzjonijiet sħaħ tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena mindu tneħħew ir-restrizzjonijiet kollha tal-pandemija tal-COVID-19.

Il-KullĦadd hi infurmata li stimi tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali jindikaw li, minbarra l-folla ta’ 50,000 persuna li attendew għall-kunċert kbir fi Pjazza San Ġorġ biex jilqgħu għall-bidu tas-sena l-ġdida, kien hemm ukoll mal-155,000 oħra li ħadu sehem fil-bqija tal-attivitajiet li kienu tnedew fil-25 ta’ Novembru li għadda.

Il-programm varjat ta’ attivitajiet, bl-isem ta’ “Christmas in the Capital”, inkluda 25 avveniment fuq 25 jum u serva bħala opportunità għall-familji Maltin u Għawdxin biex iżuru l-Belt matul ilperjodu festiv.

“Għalkemm fiżikament hi waħda milliżgħar bliet kapitali fl-Ewropa, il-Belt Valletta hi l-post perfett għal ċelebrazzjonijiet bħal dawn. Dan l-avveniment jibni fuq l-impenn tagħna li niċċelebraw il-kultura fil-ġeneri diversi tagħha u nibqgħu nagħtu sostenn lill-artisti,” kien qal il-Ministru Owen Bonnici fit-tnedija tal-programm, b’enfasi wkoll fuq kif il-

Gvern hu kommess li jkompli jkabbar l-attivitajiet kulturali fil-pajjiż kollu. F’dekorazzjonijiet mill-isbaħ u atmosfera tal-okkażjoni, dawk li attendew għall-attivitajiet setgħu jsegwu baned fit-toroq, street walkers, korijiet u kunċerti mużikali minn numru ta’ gruppi popolari, bħal The New Victorians, MARA, Centrestage, Klinsmann, Tikka Banda, Big Friends Guggen Musik u Sterjotipi, fost oħrajn. Ittella’ wkoll workshop iddedikat għat-tfal fejn setgħu jibnu l-pupazzi tagħhom taħt id-direzzjoni ta’ Sarah Galea u Caroline Curmi.

Il-projections spettakolari mal-faċċata tal-Palazz tal-President fi Pjazza San Ġorġ ukoll kienu t’attrazzjoni kbira għall-Maltin u għat-turisti li nzertaw fostna f’dawn iż-żminijiet.

Kif kien mistenni ċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena għalqu l-programm bil-kbir, bi spettaklu mill-aqwa ta’ mużika b’diversi mistiedna. L-avveniment live, li attira l-akbar folla ta’ madwar 50,000, kien qed jirritorna minn Pjazza San Ġorġ bis-sehem ta’ artisti rinomati bħal Kurt Calleja, The Brass House Unit, Aidan Drakard, Amanda Marie, Brooke, Gloriana Arpa Belli, Jasmine, Kevin Paul Calleja, Ludwig Galea, Owen Luellen, Ozzy Lino, Pawlu Borg Bonaci u Tiziana Calleja. Ħadu sehem ukoll DJ Debrii u DJ Drey.

08.01.2023 06 2090 8600

L-AĦĦAR TISLIMA LILL-BNIEDEM TAN-NIES

Silvio Parnis, l-Eks Deputat Parlamentari u Eks Segretarju Parlamentari, ingħata l-aħħar tislima nhar il-Ġimgħa fil-Bażilika ta’ Kristu Re, f’Raħal Ġdid, fejn mhux biss kienet mimlija fuq ġewwa, imma anke fuq iz-zuntier tagħha u fil-pjazza prinċipali tal-lokal. Bħala eks xandar ukoll, magħruf għal programmi ta’ karità li kien jippreżenta għal għexieren ta’ snin fuq ir-radju u t-televiżjoni, Parnis kien qrib ta’ ħafna nies li sabuh ta’ għajnuna, ħafna drabi fis-skiet, f’mumenti ta’ sfida u f’diffikultà.

Silvio Parnis miet nhar it-Tlieta 3 ta’ Jannar, fletà ta’ 57 sena, wara żmien jissielet mal-marda talkanċer. Hu kien miżżewweġ lil Dorianne, li flimkien ma’ binhom Jacob u qraba oħrajn, sabu jistenniehom il-faraġ ta’ mijiet li kkonkorrew biex isellmu lill“bniedem tan-nies”, kif iddeskrivieh il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela.

L-aħħar vjaġġ ta’ Parnis beda b’korteo mill-Isptar Mater Dei fi triqtu lejn iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, fil-Ħamrun, fejn twaqqaf quddiem il-kwartieri tal-Partit li mmilita fih għal għexieren ta’ snin

Grazzi Silvio, ta’ xogħlok u tal-eżempji sbieħ li tajtna

biex jingħata tislima xierqa mill-amministrazzjoni tal-Partit Laburista u mill-Grupp Parlamentari Laburista b’apprezzament għall-kontribut li ta f’diversi rwoli, kemm bħala attivist, sindku u deputat f’ħames leġiżlaturi.

Fil-fatt, Silvio beda l-karriera politika tiegħu bħala Sindku ta’ Raħal Ġdid, u kien preżentatur ta’ diversi programmi b’tema soċjali, b’mod speċjali fuq ONE Radio. Hu għamel ħames leġiżlaturi bħala Deputat Parlamentari Laburista bejn l-1988 u l-2022, waqt li serva wkoll fil-Kabinett, bħala Segretarju Parlamentari kemm għall-Gvern Lokali u l-Komunitajiet kif ukoll għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità bejn l-2017 u l-2020.

Quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, id-Deputat Prim Ministru u Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament Chris Fearne poġġa kuruna tal-fjuri fuq it-tebut.

Minn hemm il-korteo kompla lejn Raħal Ġdid fejn mijiet kienu qed jistennew b’għajnejn mimlijin dmugħ u b’sogħba għat-telfa ta’ wieħed minn fosthom.

Iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika tmexxiet minn Monsinjur George Frendo u Dun Joe Mizzi, li fl-omelija enfasizza kemm Silvio kien “bniedem umli u ħanin ma’ kulħadd, waqt li l-politika, għalih, kienet passjoni biex dejjem jipprova jgħin lil kulħadd … min jaf kemm nies gawdew mill-ġenerożità sabiħa tiegħu. Grazzi Silvio, ta’ xogħlok u tal-eżempji sbieħ li tajtna.”

SILVIO PARNIS 1965 - 2022

Fi tmiem il-funeral, waqt li t-tebut tiegħu kien qed jinħareġ ’il barra mill-knisja, ħafna minn dawk preżenti bdew jitfgħulu fjuri kkuluriti, waqt li fuq barra wkoll instema’ għajjat ta’ “Grazzi Silvio!” minn fost dawk preżenti.

Għall-quddiesa attendew fost l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, fosthom il-Prim Ministru u martu Lydia, mart il-President ta’ Malta Miriam Vella, il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca, l-Eks Mexxejja Laburisti Alfred Sant u Joseph Muscat, il-Kabinett tal-Ministri, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech, Membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra u oħrajn.

08.01.2023 07
Il-Bażilika ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid imballata nhar il-Ġimgħa b’turija ta’ rispett kbir li kien igawdi l-Eks Segretarju Parlamentari Silvio Parnis

Id-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu rat titjib sinifikanti fl-operat tagħha matul l-2022, inkluż b’investiment bla preċedent f’servizzi offruti u f’makkinarju modern li kompla jsaħħaħ il-ħidma bla waqfien tagħha madwar il-pajjiż kollu matul is-sena kollha.

Minn tagħrif li ngħata mill-Ministru Clayton Bartolo fil-Parlament fl-aħħar ġimgħat jirriżulta li minn Jannar sa Ottubru tas-sena li għadha kemm spiċċat, din it-taqsima mhux biss daħħlet prattiċi ġodda kif taħdem u modi aktar effiċjenti biex tilqa’ u twieġeb l-ilmenti tal-pubbliku, iżda wkoll għodod li jiffaċilitaw it-tindif u ftehim ta’ sħubija biex il-lokalitajiet kollha, inklużi żoni turistiċi, jinżammu fi stat xieraq.

Għal numru ta’ mistoqsijiet mid-Deputata Laburista Rosianne Cutajar, il-Ministru responsabbli saħaq li matul l-2022 id-Diviżjoni solviet mal-10,000 ilment mingħand il-pubbliku, aktar minn 97% li ddaħħlu għand il-Customer Care tad-Diviżjoni, waqt li l-bqija għaddew lil entitajiet oħrajn li kienu responsabbli tagħhom.

Illum il-kuntatt mad-Diviżjoni jopera mit-Tnejn sal-Ħadd fuq il-Freephone 1718, permezz tal-app speċifika li titniżżel fuq il-mobile (cleanandupkeep. gov.mt) jew b’email fuq customercare. cleansing@gov.mt

Il-Ministru spjega li meta wieħed jgħaddi ilment permezz tal-mobile app, jiġu rrekordjati l-coordinates ta’ fejn hemm bżonn intervent ta’ tindif, kif ukoll jistgħu jintbagħtu ritratti bid-det-

talji.

Ma’ dan, id-Diviżjoni, li hi mmexxija minn Ramon Deguara, rebbieħ tal-unur Maniġer/Kap tas-Sena fil-lista nazzjonali tal-Ħaddiem tas-Sena ppreżentati fl-aħħar jiem, introduċiet ukoll xiftijiet differenti tal-operat tagħha, bil-għan li tlaħħaq mad-domanda ta’ tindif li mażżmien qiegħda aktar tikber.

Mill-informazzjoni mogħtija fil-Parlament, jirriżulta li, matul is-sena, f’żoni turistiċi sar xogħol ta’ rutina fosthom knis u ħasil tat-toroq, tbattil tal-bins, ħasil ta’ tabelli u sinjali tat-traffiku, tindif ta’ żoni pedonali u spazji miftuħa, tindif u żamma ta’ latrini pubbliċi, tindif tal-culverts, tneħħija ta’ skart mormi illegalment, manutenzjoni u tiswijiet

ta’ ħitan li jaqgħu taħt il-Gvern Ċentrali, qtugħ ta’ ħaxix ħażin, ġbir ta’ annimali mejta, servizz ta’ emerġenza, fosthom tindif wara inċidenti tat-traffiku, bħat-tneħħija ta’ żjut fl-art, u tindif wara maltempati, fosthom tneħħija ta’ ġebel, siġar, ramel u materjal ieħor li jkun ta’ periklu għan-nies.

Minbarra hekk, fis-sajf, meta jintensifika t-tindif fil-bajjiet prinċipali, li jitnaddfu ta’ kuljum, jitbattlu l-bins tliet darbiet kuljum u ssir manutenzjoni fuq għamara tal-baħar.

Fl-istess żoni qed jintużaw ukoll id-dry ice machines biex jitneħħew chewing gum, stickers u graffiti minn mal-ħitan, waqt li ġew introdotti seba’ electric pedestrian sweepers li

jitħaddmu b’sistema ta’ vacuum li tiġbor ukoll skart irqiq, u disa’ sand sifters b’investiment ta’ madwar €250,000, li jintużaw fuq il-bajjiet prinċipali. Dawn il-magni jgħarblu r-ramel sa fond ta’ sitt pulzieri u jneħħu l-iskart fin li jispiċċa fil-bajjiet.

“Investejna fi proġett pilota ta’ Solar Litter Compaction Bins, li jaħdmu b’sistema ta’ pannelli solari biex jikkompattaw l-iskart u għaldaqstant iżidu b’mod effettiv il-volum tal-kontenitur sa bejn ħamsa u tmien darbiet aktar. Id-Diviżjoni tirċievi notifikazzjoni meta bin ikun wasal biex jimtela u għandu bżonn jitbattal. Investejna wkoll f’Self Cleaning Automated Toilet, li hu toilet awtomatizzat li kapaċi jitnaddaf waħdu. Dan it-toilet ġie introdott bħala proġett pilota fil-Belt Valletta u qed isir studju biex jinstab l-aktar mudell effettiv biex in-numru ta’ latrini pubbliċi simili ġodda jiżdied fiż-żoni turistiċi,” kompla jħabbar il-Ministru, fost l-għadd ta’ investimenti oħrajn li saru fl-aħħar sena.

Hu semma wkoll kif inbdiet kollaborazzjoni ta’ infurzar flimkien mal-LESA fejn jidħol rimi ta’ skart illegali u qed isiru diskussjonijiet dwar il-possibbiltà ta’ arranġament ieħor simili mal-Awtorità għar-Riżorsi u l-Ambjent (ERA).

Dwar il-proġett pilota li tħabbar matul is-sena mal-Kunsilli Lokali ta’ Birżebbuġa, Marsaxlokk, iż-Żurrieq, Birkirkara u l-Belt Valletta, fejn ġew indirizzati nuqqasijiet tal-kuntratturi mqabbda, fosthom fi knis u tindif tat-toroq, il-Ministru qal li s-suċċess li dan kellu qed iwassal għal diversi talbiet minn Kunsilli oħrajn.

“Dan intlaqa’ tajjeb ħafna kemm mill-Kunsilli Lokali konċernati kif ukoll mir-residenti. Dan il-proġett pilota se jservi biex, bħala Diviżjoni, nassistu ħalli jiġu stabbiliti standards fl-indafa li jirriflettu l-bżonnijiet tal-lokalitajiet skont l-esiġenzi tagħhom. Kienu bosta Kunsilli Lokali oħrajn li avviċinaw lid-Diviżjoni ħalli huma wkoll jissieħbu f’dan il-proġett. Dawn it-talbiet qed jiġu evalwati ħalli naraw l-aħjar mod possibbli kif għandu jitqassam l-operat,” ikkonkluda l-Ministru Bartolo.

08.01.2023 08
INVESTIMENT FIT-TINDIF MINGĦAJR PREĊEDENT Is-sena l-oħra d-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni introduċiet għadd ta’ servizzi u makkinarju ġdid biex tlaħħaq mad-domanda u tgħolli l-kwalità Ir-rikonoxximent lid-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni bħala Maniġer/Kap tas-Sena 2022

Mil-linji tal-ajru kollha li joperaw fl-Ewropa, kienu biss il-low-cost Wizz Air u Ryanair li s-sena li għaddiet għelbu kull diffikultà kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 u l-Gwerra fl-Ukrajna biex irreġistraw riżultati ferm akbar minn dawk tal-2019.

Jirriżulta li fl-2022 iż-żewġ linji żiedu l-attività tagħhom b’14% u 9% rispettivament fuq tliet snin ilu, skont studju li għadha kemm ippubblikat l-aġenzija responsabbli għall-kontroll tat-traffiku Ewropew, il-Eurocontrol.

Ir-Ryanair għandha bażi tagħha fostna u flimkien mal-Wizz Air għadhom jinvestu b’mod qawwi fl-ekonomija lokali. Malta Air, sussidjarja tar-Ryanair, u Wizz Air Malta, li għadha kemm ingħatat il-liċenzja bħala operatur ftit xhur ilu, imexxu l-operazzjonijiet tagħhom minn Malta fejn waqqfu l-kwartieri prinċipali. Tal-ewwel għandha 149 ajruplan fisservizz f’pajjiżna, waqt li talaħħar għandha bħalissa 27 u sas-sajf li ġej qed tippjana li żżidhom għal 78.

Minbarra hekk, Ryanair, li llum topera 300 titjira filġimgħa f’55 rotta differenti minn pajjiżna, għandha sitt ajruplani bbażati f’Malta, bi tnejn minnhom tal-aħħar ġenerazzjoni, Boeing 737 “Gamechanger”, waqt li sussidjarja oħra tagħha, Lauda Europe, topera flight simulators fostna fejn isir it-taħriġ tal-bdoti kollha tal-kumpanija.

Hi se tkun qed tiftaħ ukoll hangar ġdid fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għall-manutenzjoni u t-tiswija tal-ajruplani b’investiment ta’ €20 miljun, waqt li jinħolqu sa 250 impjieg ieħor f’industrija li kibret b’mod fenomenali fl-aħħar snin.

Hu stmat li l-investiment sħiħ tar-Ryanair f’Malta hu ta’ €620 miljun u jsostni l-impjieg dirett ta’ madwar 500 persuna.

Għalkemm jinsab fit-28 post fost l-akbar swieq fl-Ewropa, skont is-seat capacity, pajjiżna għandu t-tmien l-akbar flotta kontinentali u l-akbar rata skont il-popolazzjoni.

Il-Ministru responsabbli mit-Trasport, Aaron Farrugia, f’kumment lillKullĦadd qal li “hu ta’ sodisfazzjon tara linji tal-ajru, li għażlu lil pajjiżna bħala l-ġurisdizzjoni tal-għażla tagħhom, u qed jiksbu dawn ir-riżultati. Dan ifisser li pajjiżna kkontribwixxa biex jintlaħqu dawn il-miri hekk kif offrejna qafas leġiżlattiv b’saħħtu li, permezz tiegħu, dawn il-kumpaniji setgħu jikbru u jimirħu. Sadanittant, għalina dan ifisser aktar investiment u l-ħolqien ta’ aktar karrieri ta’ kwalità fl-industrija tal-avjazzjoni.”

Fl-analiżi tagħha, il-Eurocontrol qalet li l-linji tal-ajru low-cost kollha marru aħjar mil-linji tradizzjonali s-sena

li għaddiet, fejn l-ewwel kwart tagħha kien ikkaratterizzat mill-aħħar restrizzjonijiet tal-pandemija kawża tal-varjant Omicron u l-bidu tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna fi Frar. Fil-fatt, waqt li l-medja ta’ rkupru tal-low-cost kienet ta’ 85% meta mqabbla mar-riżultati tal-2019, il-linji tradizzjonali rkupraw medja ta’ 75% u l-linji reġjonali 74%.

Dan wassal ukoll biex id-differenza tat-titjiriet operati mil-linji tradizzjonali u dawk low-cost tkompli tonqos, b’dawn tal-aħħar jagħlqu s-sena b’sehem mis-suq ta’ 32.3% jew 0.1% biss inqas mis-sehem tat-tradizzjonali.

Ryanair baqgħet iżżomm sod postha fil-quċċata tal-akbar operatur tal-ajru għat-tmien sena konsekuttiva, b’medja ta’ 2,536 titjira kuljum. Wizz Air żammet is-seba’ post fl-Ewropa bħall-2021, b’madwar 672 titjira kuljum.

Fil-kategorija tal-akbar ammont ta’ titjiriet li żdiedu bejn l-2019 u l-2022, Ryanair (+77,000 titjira) u Wizz Air (+30,000) jibqgħu l-aħjar tnejn.

Diżappunt kbir għall-avjazzjoni u test għall-paċenzja tal-passiġġieri fl-2022 kienu rreġistrati fid-dewmien u l-puntwalità tat-titjiriet operati, b’riżultat ta’ livelli għoljin ta’ traffiku, nuqqas ta’ ħaddiema u azzjonijiet industrijali kemm fil-linji tal-ajru kif ukoll fl-ajruporti.

Minkejja dan, kemm Ryanair kif ukoll Wizz Air kellhom iżjed minn 90% puntwalità fit-tluq u l-wasliet tagħhom.

Bħall-prodotti kollha tal-enerġija, il-prezz tal-jet fuel ukoll kellu l-effetti tiegħu fl-2022 u fuq perjodu ta’ sentejn

Il-Ministru Farrugia (fin-nofs), flimkien ma’ uffiċjali ta’ TM u l-MIA, dakinhar tal-wasla tal-ewwel ajruplan irreġistrat taħt Wizz Air Malta f’Settembru 2022

aktar milli ttrippla minn $1.10 kull gallun f’Novembru 2020 għal $3.35 kull gallun f’Novembru li għadda. Flimkien ma’ domanda akbar u tnaqqis fl-għażla tat-titjiriet, dan wassal għal żieda medja ta’ 14% fil-prezzijiet tal-biljetti tal-ajru mqabbel ma’ sena qabel.

Bil-Gwerra fl-Ukrajna bla ebda sinjali li tista’ tieqaf u l-kriżi internazzjonali tal-inflazzjoni tkompli tikber, il-Eurocontrol riċentement irrevediet it-tbassir tagħha għat-tmien xhur li ġejjin f’din is-sena l-ġdida u qed tara li f’xenarju bażiku t-traffiku tal-ajru fl-Ewropa se jilħaq il-figura ta’ 95% sa Awwissu. F’xenarju għoli, li jara l-fiduċja tal-passiġġieri tiżdied u l-impatt mill-inflazz-

joni jonqos, l-organizzazzjoni tantiċipa li l-medja tat-traffiku jirnexxilha taqbeż il-livelli tal-2019 b’5%.

Il-Eurocontrol tbassar ukoll li, komplessivament, it-traffiku tal-ajru fl-Ewropa jiżdied b’madwar 3.5 miljun titjira iżjed fl-2028 fuq is-sena li għaddiet.

Fil-konklużjonijiet tagħha, l-aġenzija tisħaq li “ninsabu fiduċjużi li l-irkupru se jkompli jissaħħaħ hekk kif kwistjonijiet ta’ kapaċità u ħaddiema qed jiġu indirizzati iżjed, anke jekk b’rata aktar kajmana milli stennejna qabel il-Gwerra fl-Ukrajna … dan ifisser li l-2023 mistennija tkun sena ta’ sfida għas-settur biex ilaħħaq mad-domanda u jitnaqqas id-dewmien għall-passiġġieri.”

08.01.2023 09 IL-WIZZ AIR U R-RYANAIR L-UNIĊI B’IRKUPRU SĦIĦ MATUL L-2022 Iż-żewġ kumpaniji tal-ajru low-cost għelbu kull ostaklu li ħolqot il-pandemija tal-COVID-19 b’riżultati aħjar mill-2019 … it-tnejn stabbiliti sew f’pajjiżna minn fejn se jkunu qed joperaw b’227 ajruplan matul din is-sena L-investiment tar-Ryanair fostna jisboq is-€620M illum il-ġurnata

ĠENEROŻITÀ MALTIJA B’GĦOTJIET

Żmien il-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena issa sar tradizzjonali għall-maratoni tal-ġbir ta’ fondi li jsiru. Hu perjodu li matulu tispikka l-ġenerożità tal-poplu li jkun altruwist u apparti li jaħseb f’rigali għal qrabatu, u l-infiq li jmur ma’ dawn il-festi, jaħseb ukoll fil-proxxmu. Il-partiti politiċi wkoll jorganizzaw il-maratoni tagħhom, li matulhom tispikka wkoll id-differenza.

Fl-erba’ maratoni organizzati flaħħar ġimgħat, inġabret is-somma fenomenali ta’ €7,171,724. Indikazzjoni ċara li, minkejja l-isfidi internazzjonali, il-ġid li jgawdu l-Maltin u l-Għawdxin mhux biss baqa’ protett bl-aħjar mod, iżda wkoll qed jaqsmuh ma’ oħrajn, partikolarment dawk li jeħtieġu l-akbar għajnuna fil-komunità.

L-aħħar edizzjoni ta’ L-Istrina, li kienet fis-27 edizzjoni tagħha u wara sentejn li ġiet affettwata mir-restrizzjonijiet tal-pandemija, baqgħet bla dubju l-aktar maratona popolari f’dawn iż-żminijiet. Fl-edizzjoni tas-26 ta’ Diċembru li għadda din rat id-donazzjonijiet ta’ €5,062,415 fi 12-il siegħa, bejn nofsinhar u nofsillejl, li marru b’risq il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund (MCCFF).

Fi tmiem il-maratona, il-President ta’ Malta George Vella esprima s-sodisfazzjon għal din is-somma, li turi l-qalb kbira tal-poplu. Il-MCCFF hi katalista biex tgħin lil eluf ta’ Maltin u Għawdxin li jkollhom bżonn l-għajnuna, b’talbiet li jidħlu matul is-sena kollha.

Maratona oħra, li ssir proprju nhar l-Ewwel tas-Sena, “Il-Festa ta’ Ġenerożità” tad-Dar tal-Providenza, ġabret €1,445,665. Anke din il-maratona saret b’mod normali mill-2020 ’l hawn minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija. Fi tmiem din il-maratona, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Dun Martin Micallef f’isem il115-il resident li huma parti mill-komunità tad-Dar tal-Providenza, irringrazzja lill-poplu li reġa’ kkontribwixxa bi ħġaru.

Il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi saret bejn l-10 ta’ filgħodu u nofsillejl, waqt li l-għotjiet se jgħinu biex jitwettaq il-pjan għal din is-sena, li jinkludi l-ftuħ ta’ dar ġdida fil-Balluta; aktar taħriġ

lill-ħaddiema, investiment f’aktar professjonisti; il-bidu ta’ proġett ta’ rinnovar f’erba’ appartamenti f’Villa Papa Giovanni li għandu jtejjeb l-ambjent li fih jgħixu wħud mir-residenti u l-iffinalizzar tal-istrateġija għas-snin li ġejjin.

Min-naħa l-oħra, il-partiti politiċi l-kbar ukoll jorganizzaw il-maratoni tal-ġbir tal-fondi tagħhom matul il-festi tal-Milied.

tagħhom.

Hawnhekk, iżda, spikkat differenza enormi u li tirrifletti l-bażi ta’ dak li għalih jinsabu hemm il-partiti – il-ħidma għall-ġid tal-poplu. L-ammont miġbur mill-partiti jirrifletti wkoll ix-xejriet li jiġu ppubblikati fil-ġurnali, dawk ta’ stħarriġ dwar popolarità u li huma l-ġudizzju tal-poplu dwar dak li jara u jmiss b’idejh bl-andament politiku tal-partiti rispettivi.

Fil-maratona talPL, li saret fil-11 ta’ Diċembru fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, inġabru €502,236.

ra għal futur aħjar jew jilħaq miri speċifiċi fil-ħajja.

Il-poplu qed juri li bil-PL fil-Gvern għandu moħħu mistrieħ. Dan qed iwassal biex isostni l-politika mħaddna minnu, mhux biss fi stħarriġ wara ieħor, imma wkoll fissostenn finanzjarju tiegħu. Għalhekk f’din il-maratona wkoll ta bi ħġaru ammont li jisboq in-nofs miljun ewro.

Kemm il-Partit Laburista kif ukoll il-Partit Nazzjonalista jitolbu l-għajnuna tal-poplu biex ikunu jistgħu jkomplu jiffinanzjaw il-ħidma

Fi tmiemha l-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela, flimkien malam ministrazzjoni, irringrazzjaw lil dawk kollha li taw sehemhom biex ikompli jissaħħaħ il-Partit Laburista ħalli jibni pajjiż li jara li kulħadd ikun jista’ jaspi-

Min-naħa l-oħra, il-PN organizza maratona li fiha ġabar madwar €161,408. Somma li tirrifletti wkoll il-popolarità dejjem tmajna tiegħu. Minbarra ċ-ċifri, kien hemm ukoll differenza fir-reazzjonijiet li ngħataw mill-Kapijiet taż-żewġ partiti għas-somom miġbura.

Waqt li l-Mexxej Laburista rringrazzja l-ġenerożità tal-poplu, ilKap Nazzjonalista mhux talli pprova jaħbi s-somma miġbura mill-PN, iżda kompla jħaddan politika diżonesta u pprova jitfa’ n-nuqqas tal-popolarità tiegħu u tal-Partit li suppost imexxi fuq il-Partit La-

08.01.2023 10
Min­kejja l-isfidi internazzjonali, il-ġid li jgawdu l-Maltin u l-Għawdxin mhux biss baqa’ protett bl-aħjar mod, iżda wkoll qed jaqsmuh ma’ oħrajn, partikolarment dawk li jeħtieġu l-akbar għaj­nuna fil-komunità

TA’ AKTAR MINN €7M FIL-FESTI

burista.

Fil-fatt, l-għada tal-maratona, il-ġurnal Nazzjonalista enfasizza li fil-maratoni kollha matul l-2022, il-PN kien ġabar is-somma ta’ €1,916,958. B’titlu ferm iżgħar, semma s-somma proprja tal-maratona, li kienet għadha kemm ġiet organizzata l-ġurnata ta’ qabel.

Imma l-aktar li spikkat kienet l-iskuża, mhux biss dgħajfa, imma wkoll diżonesta ta’ Bernard Grech, li, skont hu, “il-PN jiġbor inqas millPL għax ma jaċċettax donazzjonijiet dubjużi”! Meta kien qed jitkellem f’attività politika, qal li hemm bżonn li l-ebda partit ma jaċċetta donazzjonijiet dubjużi u kompla jgħid li din kienet ir-raġuni għaliex il-PN jiġbor inqas flus mill-PL. Iżda l-iskuża tiegħu mhux biss kienet fjakka, imma aktar minn hekk hi t-tkomplija tal-politika li ħaddan sa mill-ewwel ġurnata li nħatar Kap: politika apoloġetika u diżonesta.

Grech konvenjentement nesa il-passat, anke riċenti, tal-Partit

tiegħu, bl-aktar ġbir “dubjuż” mhux biss fil-maratoni, iżda anke bi skemi bħal dik taċ-ĊedoliPN.

Tant kien hemm dubju dwar dan il-mod ta’ finanzjament, li kien introdott fi żmien it-tmexxija ta’ Simon Busuttil, li l-PN kien sfidat jippubblika l-ismijiet ta’ dawk li pparteċipaw f’ din l-iskema, xi ħaġa li qatt m’għamel. L-iskema tmur lil hinn mit-trasparenza tal-Liġi tal-Finanzjament tal-Partiti u kienet ġiet deskritta wkoll bħala skema dubjuża li tista’ qed taħsel flus ġejjin mill-kriminalità.

Minbarra hekk, kif żvelat din ilgazzetta lejn tmiem is-sena l-oħra, raġuni oħra wara ċifra fjakka hi n-nuqqas tal-“mutur” wara l-finanzi tal-PN, Robert Arrigo. Fil-fatt, fl-ewwel ġabra Nazzjonalista wara li Arrigo kien spiċċa bit-trikkitrakki minn Viċi Kap f’Ottubru li għadda, il-PN kellu jikkuntenta b’waħda mill-agħar ġabriet f’seba’ snin. Wieħed ma jridx jinsa kif Arrigo, bħala Viċi Kap, kien ukoll imwarrab

minn kull attività u tħalla fil-għama f’kull deċiżjoni, waqt li kienu jgħidulu li hu “tajjeb biss biex jiġbor il-flus”.

Ħalliha li wara mewtu għamlulu eloġju sħiħ, biex jipprovaw itaffu l-weġgħat li ġarrbu minn idejhom stess.

It-tliet attivitajiet l-aktar li ġabru flus matul il-festi li għaddew: “L-Istrina 2022” tal-MCCFF (xellug estrem), “Il-Festa ta’ Ġenerożità” tad-Dar tal-Providenza (xellug) u dik mill-Partit Laburista (fuq)

Meta Arrigo ċeda postu lil Alex Perici Calascione, kien tqanqal tħassib serju minn dawk il-ftit ġenwini li fadal fid-Dar Ċentrali li bassru li l-finanzi tal-Partit kienu se jieħdu daqqa sew, kif intwera fl-ewwel żewġ ġabriet wara t-tluq u l-mewt ta’ Arrigo.

It-tħassib dakinhar kien ukoll li t-tendenza mistennija tippersisti maż-żmien, kif fil-fatt ġara flaħħar ġabra tiegħu f’Diċembru.

08.01.2023 11
Il-Prim Ministru li wkoll għen personalment fil-ġbir b’riżq il-karità

Nittama li lkoll kellkom Milied hieni u xi ftit jiem ta’ mistrieħ fejn gawdejtu dawn il-ġranet sbieħ mal-għeżież tagħkom.

Hekk kif għadna kif tajna bidu għal sena ġdida, dan ifisser li mill-ewwel jiem irridu nxammru l-kmiem biex nimplimentaw dak li ġie mwiegħed lilkom fil-Baġit li ppreżenta l-Gvern f’Ottubru li għadda.

Fil-Baġit ġie kkonfermat li Għawdex ser jibbenefika mill-akbar investiment u nefqa kapitali ta’ kull żmien għaliex għall-ewwel darba, Għawdex se jgawdi minn madwar €60 miljun f’investiment kapitali taħt l-inizjattiva Sustainable Urban Development.

Dan huwa tragward importanti ferm għall-Gżira Għawdxija fejn bil-fatti l-Gvern qed ipoġġi l-investiment kapitali fi gżiritna fuq quddiem nett tal-aġenda nazzjonali. Dan apparti l-fatt li Għawdex ukoll se jkun qiegħed jibbenefika minn 10% tal-investiment ta’ koeżjoni u agrikolu tal-fondi tal-Unjoni Ewropea u dan ifisser ukoll li fis-seba’ snin li ġejjin Għawdex se jkun qed jibbenefika minn madwar €100 miljun oħra minn fondi Ewropej li se jiġu investiti fi ġżiritna.

Dan kollu ser iseħħ fil-qafas tal-istrateġija għal Għawdex li l-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex ser tkun qed tniedi matul din is-sena, liema strateġija ġiet imfassla mill-Għawdxin stess għax wara kollox, ħadd aktar mill-abitanti ta’ din il-gżira ma jifhem aħjar il-ħtiġijiet tagħha.

Wasalna s’hawn mhux b’kumbinazzjoni imma għax tul dawn l-aħħar snin kellna Gvern li ħaddan viżjoni ċara għal Għawdex tagħna fejn kontinwament investa f’din il-gżira u fil-ħiliet tar-residenti tagħha, fil-proġetti kapitali, fil-wirt kulturali, kemm dak tanġibbli u anki dak intanġibbli, fl-infrastruttura u fit-turiżmu fost l-oħra-

jn. Dan kollu biddel lill-gżira Għawdxija minn mażżra għal mutur ekonomiku u kontributur ewlieni għal pajjiżna.

Aħna kommessi li nkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-Għawdxin u tal-Maltin permezz ta’ ambjent aħjar, ekonomija b’saħħitha u b’toroq u b’infrastruttura moderna li tixraq lil pajjiż żviluppat. Fil-fatt, l-infrastruttura fil-gżira Għawdxija ser tibqa’ tingħata prijorità mill-Ministeru għal Għawdex, hekk kif ingħatat tul dawn l-aħħar snin fejn tkompla l-programm ambizzjuż ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq. Għal din is-sena ġew allokati €8 miljun oħra biex jitkompla l-programm b’saħħtu u ambizzjuż ta’ bini ta’ toroq.

Inħares ’il quddiem biex nara li jiġi fi tmiemu l-akbar investiment sportiv li qatt sar f’Għawdex. Dan huwa l-proġett taċ-Ċentru Akkwatiku u Sportiv, proġett li ser ikun qed jilqa’ fih spazji moderni u attrezzati biex aktar dixxiplini sportivi jiġu prattikati f’Għawdex stess.

Permezz ta’ dan il-proġett ser inkomplu nassiguraw li bil-fatti qed isir investiment fl-isports u fis-saħħa taċ-ċittadini u tar-residenti Għawdxin. Apparti hekk,

għall-ewwel darba, atleti Għawdxin ser jikkompetu fl-Ismall Islands Games li ser isiru f’Guernsey. Konvint mill-ħiliet tal-atleti li ser jirrappreżentawna u li ser jagħmlu unur lil pajjiżna.

It-turiżmu jibqa’ pilastru ewlieni tal-ekonomija Għawdxija u matul is-sena li għadha kif intemmet, jirriżulta li kien wieħed b’saħħtu fejn Għawdex attira lejh numru sabiħ ta’ turisti kemm internazzjonali kif ukoll mis-suq domestiku. Dan deher ukoll fl-industrija tal-cruise liners, fejn kien hemm mal-20 wasla f’Għawdex li b’kollox ġabu magħhom madwar 6,500 passiġġier.

Fis-settur turistiku, fejn il-kompetizzjoni hi waħda b’saħħitha minn destinazzjonijiet oħra Mediterranji ma nistgħux nieqfu naħdmu. Hu għalhekk li flimkien mal-Gozo Tourism Association, il-Ministru għal Għawdex matul din is-sena ser iniedi skema ta’ inċentivi biex ikun attirat aktar turiżmu lejn il-gżira Għawdxija bi sħab ma’ operaturi turistiċi biex b’hekk Għawdex ikollu iktar turiżmu matul is-sena kollha.

Il-konnettività bejn il-gżejjer kienet u għadha prijorità għal dan il-Gvern.

M’aħniex kuntenti b’dak li għamilna s’issa u ser inkomplu naħdmu biex nassiguraw li l-konnettività tkompli titjieb.

Apparti l-Gozo Channel li qed toffri servizz impekkabbli għal Għawdex tagħna, jeħtieġ li s-servizz tal-fast ferry jiġi mtejjeb. Kien għalhekk li lejn l-aħħar tas-sena l-oħra saret talba lill-Kummissjoni Ewropea biex dan is-servizz jiġi ssussidjat bilgħan li l-kumpaniji rispettivi jkunu obbligati jagħmlu aktar vjaġġi biex jilħqu l-aspettattivi tal-Għawdxin u ta’ kull min jagħżel li jżur din il-gżira. Apparti l-konnettività bilbaħar, miexi wkoll ix-xogħol fuq ir-Rural Airfield f’Għawdex fejn bħalissa l-applikazzjoni qiegħda quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.

Silvio Parnis

Maħbub minn kulħadd. Xhieda ta’ dan kienet l-aħħar tislima li ngħata u l-eluf ta’ messaġġi li nkitbu fuq il-midja soċjali. Bniedem tan-nies u għan-nies. Tarka għall-vulnerabbli u dawk l-aktar emarġinati fis-soċjetà, umli sal-aħħar.

Onorat li kelli l-opportunità li naħdem miegħek.

Strieħ fis-sliem ħabib.

SENA ĠDIDA, INKOMPLU BIL-ĦIDMA TA’ SERVIZZ U TARKA GĦALIK

ħidmet il-pulizija u l-armata. Bi 68% tal-Maltin, il-pulizija llum igawdu l-ogħla rata ta’ fiduċja tul l-aħħar 10 snin. Erbgħa minn kull ħames Maltin huma sodisfatti bil-forzi armati.

Dawn iċ-ċifri ma waqgħux mis-smewwiet. Huma frott ta’ strateġija konsistenti u mirquma flimkien ma’ investiment kapitali bla preċedent li sar fuq il-forzi tal-ordni tagħna. Dis-sena biss se jsir investiment ta’ €30 miljun; tliet darbiet aktar minn dak tal-2012.

Dis-sena se naraw ukoll l-inizjattiva tal-Pulizija għall-Komunità tinfirex fil-pajjiż kollu biex ikomplu jiġu indirizzati l-kawżi ta’ reati fil-komunità waqt li se ssir sejħa għal rekluti ġodda.

bli biex jiġġieled din il-pjaga soċjali.

Iż-żamma tas-soċjetà f’ambjent sikur hija fost l-ogħla prijoritajiet għall-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza anke jekk iż-żamma tal-ordni u li wieħed jiggarantixxi ambjent sikur ma jsirux kif ġieb u laħaq.

Il-Malti huwa konxju ta’ dan u japprezza dak li jagħmlu l-forzi dixxiplinati tagħna u l-ħaddiema fil-qasam tas-sigurtà. Fost l-oħrajn, stħarriġ wara l-ieħor wera żieda konsistenti tal-apprezzament lejn

Il-Korp tal-Pulizija qed jinbidel bħala parti minn strateġija ta’ riformi li taħseb għal kommunikazzjoni ċara, konsistenti u trasparenti mal-pubbliku. Ir-riforma taħseb biex ilkorp jissejjes fuq strutturi sodi flok fuq individwi. Il-bodycams li bdew jintużaw mill-pulizija u l-uniformijiet il-ġodda li se taraw fuqhom fil-jiem li ġejjin mhumiex biss laqta kożmetika. Il-korp qed ixidd xogħlijiet li jistgħu faċilment isiru minn pajżana biex il-membri tiegħu jiffukaw strettament fuq ix-xogħlijiet tagħhom.

Il-femiċidju ta’ Bernice Cassar wera li titfa’ kemm titfa’ riżorsi fit-taqsima tal-vjolenza domestika, din il-pjaga ma tistax tiġi miġġielda mill-pulizija biss iżda minn kulħadd. Sentejn ilu, fuq parir tal-Kunsill tal-Ewropa, inħolqot taqsima apposta fil-korp biex tiġġieled il-vjolenza domestika. Sal-lum saru aktar minn 3,670 rapport lil din it-taqsima. Bla tlaqliq ngħid li rridu nipprovdu aktar riżorsi u naħdmu aktar f’dan il-qasam.

Wegħednieha fil-manifest elettorali u se nwettquha bil-fatti: liġi li se tagħti s-saħħa lill-pulizija biex tagħti informazzjoni lil vittma tal-vjolenza domestika dwar l-imgħoddi abbużiv jew vjolenti tal-partner tagħha. Huwa biżżejjed? Qatt mhuwa biżżejjed. Il-Gvern huwa aktar minn kommess biex jagħmel dak kollu possib-

Ir-riabilitazzjoni tar-residenti fil-ħabs hija essenzjali iżda bl-istess mod huwa l-appoġġ lill-vittmi tal-kriminalità. Il-Victims Support Agency kompliet issaħħaħ is-servizzi tagħha billi qed tagħti appoġġ b’xejn lill-vittmi tal-kriminalità. S’issa aktar minn 1,600 persuna marru għand din l-aġenzija għal għajnuna psikoloġika u legali. Minn dis-sena l-aġenzija se tniedi helpline nazzjonali fuq bażi 24/7.

Il-forzi armati kienu s-Cinderella tal-forzi dixxiplinati. Fl-aħħar snin il-Gvern investa bil-kbir (€23 miljun din is-sena mqabbel ma’ €6 miljun fl-2012) mhux biss fil-bwiet tas-suldati u tal-familji tagħhom imma anke fl-għodda li jużaw. Fil-ġimgħat li għaddew rajna d-dħul tal-P71, vapur navali li sewa €53 miljun u li se jbiddel ta’ taħt fuq il-kapaċitajiet tal-iskwadra marittima tal-forzi armati. Lill-armata mhux biss tajnieha biex taħdem iżda investejna bil-fatti b’pagi ogħla

u pensjonijiet aħjar għal dawk li huma fuq quddiem nett jipproteġu lin-nazzjon.

Dawn iċ-ċifri ma waqgħux mis-smewwiet. Huma frott ta’ strateġija konsistenti u mirquma flimkien ma’ investiment kapitali bla preċedent li sar fuq il-forzi tal-ordni tagħna

08.01.2023 12
Ministru CLINT CAMILLERI Ministru BYRON CAMILLERI

’IL QUDDIEM B’OTTIMIŻMU U FIDUĊJA

għamilna aħjar minn dak li għamilna. Naraw x’setgħu kienu l-fatturi li allura żammewna lura milli nilħqu l-għanijiet aħħarin li kellna. Nagħmlu dan biex fejn nistgħu nirranġaw allura nirranġawh.

fil-wiċċ imma ferm u ferm agħar dak li kien mistur mill-poplu.

Bdejna sena ġdida. Bħal kull bidu ta’ sena ġdida dan aktarx li jkun iż-żmien ideali li matulu tingħata ħarsa lejn dak li wettaqna tul is-sena li għadha kemm ġiet fi tmiemha u lejn dak li jkollna pjanat għas-sena l-ġdida. Il-ħarsa lura sservina wkoll biex naraw jekk ir-riżultati miksuba kinux dawk li ħdimna għalihom. Naraw ukoll stajniex

Fl-istess ħin jibda jidħol fis-seħħ dak li ppjanajna għal din is-sena. Pjan mibni fuq il-Programm Elettorali tagħna għall-Elezzjoni ta’ Marzu 2022, li allura huwa s-sisien tal-Baġit għal din is-sena ġdida. Programm Elettorali jkun għal ħames snin u li ovvjament jitwettaq biċċa biċċa kif ikun rifless fil-Baġit għal kull sena. Miżuri fil-Baġit li jibdew jiddaħħlu skont pjan ta’ ħidma.

F’kull ħaġa jkun tajjeb li tara mnejn tkun tlaqt biex fuqu tibni fejn tkun trid tasal. Ma ninsewx x’kien dak li writna wara amministrazzjoni Nazzjonalista. Mhux biss dak li kien jidher

Meta tikkonsidra dak li għaddiet u għadha għaddejja minnu d-dinja ma tistax ma tħossokx sodisfatt meta tiftakar li sa mis-sena 2013 lil hawn mhux talli ma ddaħħlet ebda taxxa ġdida, talli naqqasna t-taxxi u żidna kull forma ta’ benefiċċju. Daqqiet bħal dawk ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 u s-sitwazzjoni maħluqa mill-gwerra kiefra li għaddejja bejn ir-Russja u l-Ukrajna huma esperjenzi li ħolqu pandemonju lill-ekonomiji ta’ pajjiżi ġganti. Esperjenzi li kkawżaw u għadhom jikkawżaw tbatijiet kbar u nuqqas ta’ kapaċità għall-ippjanar stabbli.

Kien l-għaqal ta’ Gvernijiet Laburisti li salvana minn dak li għaddew u għadhom għaddejjin minnu pajjiżi oħrajn.

Liema pajjiżi jistgħu jitkellmu dwar kontijiet tal-enerġija stabbli kif nistgħu nagħmlu aħna? Min filpajjiżi Ewropej jista’ jitkellem dwar qabżiet fil-kwalità ta’ ħajja aħjar għall-pensjonanti tiegħu kif nistgħu nagħmlu aħna? Kemm hemm pajjiżi li jistgħu jirreferu kif nistgħu aħna fejn jirrigwarda aktar sostenn lin-negozji favur diversifikazzjoni ekonomika?

F’dinja fejn l-inflazzjoni qed tħarbat lil kulħadd, aħna, għalkemm ma nistgħux ngħidu li m’aħniex milqutin, nistgħu ngħidu li għandna l-inqas rata ta’ inflazzjoni fiż-żona Ewro. Ir-ritmu tal-progress sab l-ostakli ovvji maħluqin mis-sitwazzjonijiet li semmejt imma ma żammniex milli nkomplu b’aktar investimenti fi skejjel moderni. Aktar investimenti fil-qasam tas-saħħa. Inċentivar bi

skemi għal aktar tfal attivi u b’saħħithom. Bdejna l-akbar investiment ambjentali fl-istorja. Komplejna bl-inċentivar finanzjarju biex aktar nies isiru sidien ta’ djarhom. Żidiet kbar lil dawk l-aktar vulnerabbli, fosthom lill-persuni b’diżabilità.

Ma jfissirx li ma fadalx x’nagħmlu. Fadal xi jsir. IlBaġit għas-sena 2023 u l-implimentazzjoni tal-miżuri mħabbra f’Ottubru li għadda flimkien ma’ investimenti finanzarji bla preċedent fid-diversi oqsma tal-ħajja huma l-aqwa prova tad-determinazzjoni tagħna bħala Gvern li nkomplu ngħollu l-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi.

Dak li sawwarna flimkien għas-sena li għadha kemm intemmet jimliena b’kuraġġ enormi biex tul din is-sena ġdida nkomplu għaddejjin b’ottimiżmu u b’fiduċja għall-preżent u futur sabiħ.

L-ewwel Ħadd tas-sena, żmien li filwaqt li nirriflettu fuq is-sena li għadna kemm ħallejna warajna huwa wkoll żmien li nħarsu ’l quddiem lejn dak li rridu nwettqu din is-sena.

L-2022, kienet sena partikolari, is-sena ta’ elezzjoni ġenerali, ta’ rkupru ekonomiku wara l-Covid, ta’ gwerra f’xifer l-Ewropa. Avvenimenti li kollha wassluna fejn aħna llum.

L-elezzjoni ġenerali wriet għal darb’oħra li huwa l-Partit Laburista l-għażla naturali tal-elettorat. Rebħa oħra storika, l-akbar rebħa fl-istorja ta’ pajjiżna, iżda dan ma ġarax b’kumbinazzjoni. Din ir-rebħa waslet għax matul is-snin li għaddew għarafna

naraw x’inhuma l-isfidi ta’ pajjiżna u nindirizzawhom.

Din ir-rebħa tfisser aktar ħidma. Tfisser li rridu nħallu pajjiż aħjar milli sibnieh għal uliedna, tfisser li rridu noħolqu opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ tagħna.

Is-sentejn ta’ pandemija kienu diffiċli ferm mhux biss għal pajjiżna, iżda għad-dinja kollha. Iżda kif jgħidu kull deni ħudu b’ġid. L-esperjenza tal-Covid, wasslitna ferm aktar viċin l-industrija u s-settur privat milli qatt konna. Fhimna li biex insalvaw u nirkupraw f’qasir żmien għandna bżonn niġbdu ħabel wieħed. Id-deċiżjonijiet li ħadna ma kinux faċli, iżda grazzi għall-beneffiċċji li tajna, xħin din is-sena wasal iż-żmien ta’ rkupru sibna l-industrija mill-ġdid lesta biex tinvesti.

Min-naħa l-oħra f’dinja li kienet għadha qed isofri mit-tbatija u mill-insigurtà li ġabet magħha l-Covid, ħadd ma bassar li konna se niffaċċjaw intopp ieħor, gwerra. Dan il-kunflitt ġab diffikultajiet kbar għad-dinja kollha li qed tbati minn skarsezzi f’affarijiet bażiċi bħall-provista ta’ ikel u fuel. Dan qed iwassal għall-infla-

zzjoni minħabba ż-żieda filprezz ta’ diversi prodotti.

Hawnhekk ukoll bħala Gvern għarafna kmieni x’inhuma l-isfidi, ma stajniex nagħtu daqqa oħra lill-ekonomija wara l-Covid u għalhekk ittieħdet id-deċiżjoni li l-Gvern jissussidja l-prezz tal-fuel u jżomm il-kontijiet tad-dawl u l-ilma stabbli. Dan ifisser serħan il-moħħ kemm għall-industrija, iżda wkoll għall-familji tagħna. Ovvjament dan ma setax isir mingħajr ekonomija soda.

2023

Imma issa nħarsu ’l quddiem, u minkejja l-isfidi primarjament dawk internazzjonali, it-tbassir ekonomiku għal pajjiżna huwa wieħed ottimist u dan juri biċ-ċar li d-deċiżjonijiet li ħadna, li permezz tagħhom stajna nistimulaw l-ekonomija, kienu deċiżjonijiet mhux biss tajba iżda neċessarji.

Din is-sena, se nkunu qed inwettqu diversi proġetti li bdejna s-sena li għaddiet fosthom ix-xogħlijiet ta’ tisbiħ fiż-żoni industrijali, ilftuħ ta’ spazju ġdid fiż-żona industrijali tax-Xewkija, se jitlesta x-xogħol fuq Taxiway

Lima u jitkompla x-xogħol fil-Crafts Village f’Ta’ Qali.

Se nkomplu naraw li pajjiżna jkun fuq quddiem f’din ir-rivoluzzjoni industrijali li qed ngħixu. F’Novembru li għadda nedejna Malta Diġitali, total ta’ ħames strateġiji bil-għan li Malta tkun fuq quddiem nett fir-rivoluzzjoni diġitali. Din is-sena, issa flimkien ma’ diversi entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, fosthom MDIA, Tech.mt, MCA u eskills irridu naraw dawn l-istrateġiji jaħdmu u jħallu l-frott mixtieq.

Matul din is-sena se nkomplu wkoll bil-ħidma tagħna biex inkomplu nissudaw l-industrija tal-iGaming, industrija importanti li toffri impjiegi ta’ kwalità lil eluf ta’ nies f’pajjiżna. F’Diċembru waqqafna l-iGaming Council, kunsill li qiegħed jgħaqqad, ir-regolatur; il-Malta Gaming Authority, mal-industrija u Gaming Malta, il-fondazzjoni bl-għan li tippromwovi lil pajjiżna f’dan il-qasam. Dan il-Kunsill filwaqt li se jkun pont bejn l-entitajiet varji, huwa wkoll mezz biex jiġu identifikati l-isfidi li jistgħu jinħolqu u s-soluzzjonijiet għall-armonija f’dan is-settur. Se nkunu

wkoll qed naraw li nkomplu nsaħħu niċeċ ekonomiċi ġodda bħalma huma l-esports u l-video game development.

Fil-bidu ta’ din is-sena se nkunu wkoll qed inħabbru l-pakkett ta’ fondi ġodda tal-Unjoni Ewropea għassnin li ġejjin, pakkett finanzjarju ta’ €1.2 biljun, maqsum fuq diversi programmi.

Fuq kollox matul l-2023 se nkomplu naħdmu spalla ma’ spalla mas-settur privat, biex b’hekk nifhmu d-diffikultajiet u naraw kif dawn flimkien bi pjan ċar jistgħu jiġu megħluba biex jibqa’ jkkollna ekonomija ta’ ġid għal kulħadd.

Silvio

Is-sena ma bdejnihiex tajjeb, ilkoll tlifna ħabib. Lil Silvio Parnis ilni nafu s-snin, fil-bidu nett tal-karriera politika tiegħi. Miegħu kont immur indur id-djar u konna naraw in-nies fl-uffiċċju tiegħu fir-raħal li tant kien iħobb, Raħal Ġdid.

F’dawk is-snin tgħallimt xi tfisser tkun politiku tannies. Silvio Parnis kien persuna tan-nies u n-nies kienu jħobbuh.

Strieħ fil-paċi, ħabib.

08.01.2023 13
Ministru JULIA
MILL-2022 GĦALL-2023
FARRUGIA PORTELLI Ministru SILVIO SCHEMBRI

L-AĦĦAR TISLIMA

Il-Papa Franġisku mexxa l-funeral tal-Eks Papa Benedittu XVI nhar il-Ħamis li għadda, b’ġentilezza jmiss it-tebut tal-predeċessur tiegħu waqt li jserraħ fuq bastun quddiem għexieren ta’ eluf li attendew għall-okkażjoni fi Pjazza San Pietru, b’uħud isejħu wkoll għall-qdusija immedjata tiegħu.

Il-mewt ta’ Benedittu s-Sibt tal-ġimgħa l-oħra ġabet fi tmiemhom 10 snin tal-Papa preċedenti u dak attwali jgħixu biswit xulxin fil-Vatikan u kienet l-ewwel darba f’aktar minn 200 sena li Papa mexxa s-servizz funebri għall-predeċessur tiegħu. L-aħħar darba li Papa renjanti ppresieda fuq il-funeral ta’ predeċessur kien fl-1802, meta Papa Piju VII mexxa l-quddiesa għal Piju VI, li l-katavru tiegħu kien irritornat fil-Vatikan wara li miet fl-eżilju fl-1799.

Skont l-informazzjoni ppubblikata mill-Vatikan, kienet ix-xewqa ta’ Benedittu stess li l-funeral tiegħu jkun “sempliċi”, avolja saret enfasi wkoll li l-istat tiegħu ta’ Papa Emeritu ma kienx jimmerita funeral b’ħafna pompa. Għall-funeral ta’ din il-ġimgħa, il-Vatikan stieden biss lill-Italja u lill-Ġermanja biex jibagħtu delegazzjonijiet uffiċjali, waqt li avża lill-ambaxxati barranin li kull mexxej ieħor li xtaq jattendi seta’ jagħmel dan biss “fil-kapaċità privata” tagħhom. Fost dawk li għamlu dan kien hemm il-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orban.

It-telfa ta’ Benedittu nħasset l-aktar fost il-Konservattivi li jinsistu għar-ritorn ta’ Knisja aktar tradizzjonali kif kienet simbolizzata minn Benedittu, li fl-2013 ixxokkja lid-dinja meta sar l-ewwel Papa li rriżenja f’madwar 700 sena flok baqa’ jirrenja sa mewtu.

Fi tmiem il-funeral tiegħu fi Pjazza San Pietru, xi wħud bdew jgħajtu bit-Taljan “Santo Subito!” (“Qaddis mill-ewwel!”). Kienet ukoll l-istess frażi li ntużat fil-funeral tal-Papa Ġwanni Pawlu II fl-2005, għalkemm minn ħafna aktar nies.

Għall-funeral ta’ Benedittu attendew madwar 50,000 persuna, frazzjoni żgħira tat-300,000 li kienu mlew il-Vatikan 18-

il sena ilu. Meta Ġwanni ministri u rejiet minn neral presedut minn kellu jsir il-Papa Benedittu Tlieta mill-aħħar terz tal-pontifiċji kollha storja tal-Knisja.

Waqt li ħafna personalitajiet mindu miet, il-kritika tal-kleru, li jakkużawh l-Knisja.

Franġisku qagħad vizz minħabba l-problemi fejn semma lil Benedittu diesa hu qam bil-wieqfa jinġarr għad-difna baxxa rasu biex jitlob, Waqt il-quddiesa kardinal, 200 isqof dwar “l-għerf, it-tjubija is-snin”.

Fl-età ta’ 86 sena, rtira l-predeċessur ikun, iżda ma juri li tiegħu, bi vjaġġi

08.01.2023 14
Benedittu inkluż

TISLIMA LIL BENEDITTU XVI

Ġwanni Pawlu II miet fl-2005, presidenti, prim minn madwar 100 pajjiż attendew għall-fuminn ħadd ħlief il-Kardinal Josef Ratzinger, li Benedittu XVI għaxart ijiem wara. mill-aħħar ħames Papiet saru qaddisin, imma biss kollha ġew kanonizzati fl-2,000 sena ta’ personalitajiet prinċipali faħħru lil Benedittu il-kritika wkoll ma naqsitx, inkluż minn vittmi jakkużawh li għamel minn kollox biex jipproteġi

Benedittu ndifen fi tliet twiebet, inkluż wieħed taż-żingu

qagħad bilqiegħda għall-maġġoranza tas-serl-problemi f’irkopptu, inkluż waqt l-omelija, Benedittu biss darba b’ismu. Fl-aħħar tal-qudbil-wieqfa qabel it-tebut ta’ Benedittu kien qed privata fil-Bażilika ta’ San Pietru. Waqt li jitlob, Franġisku mess għal ftit ħin it-tebut. funebri, li kienet ikkonċelebrata minn 125 u madwar 3,700 patri, Franġisku tkellem it-tjubija u d-devozzjoni li berikna bihom matul sena, il-Papa attwali hu sena akbar minn meta tiegħu. Hu qed juża siġġu tar-roti kull fejn l-ebda sinjali li jmajna l-ħidma pastorafl-Afrika u l-Portugall diġà ppjanati għax-

xhur li ġejjin. Franġisku nnifsu għamilha ċara li ma jiddejjaqx jirriżenja xi darba jekk is-saħħa mentali jew fiżika tiegħu ċċaħħdu milli jkompli d-dmirijiet tiegħu, iżda uffiċjali fil-Vatikan minn dejjem iddubitaw kemm seta’ jagħmel dan sakemm Benedittu kien għadu ħaj.

Dokument dwar il-Papat ta’ Benedittu, flimkien ma’ xi oġġetti oħrajn, fosthom muniti tal-Vatikan li saru fi żmien ir-renju tiegħu, kienu inklużi fit-tebut. Id-dokument miktub bil-Latin jgħid li Benedittu “ġġieled b’fermezza” kontra l-varji abbużi sesswali mill-kleru fil-Knisja.

Avolja Benedittu evita ħafna drabi dehriet fil-pubbliku wara r-riżenja tiegħu, baqa’ punt ta’ referenza għall-Konservattivi Kattoliċi, li jħossuhom aljenati mir-riformi li twettqu minn Franġisku, inkluż l-eliminazzjoni tal-quddiesa bil-Latin.

F’messaġġi fuq il-midja soċjali, Rod Dreher, figura prominenti fost il-Konservattivi Kristjani fl-Istati Uniti tal-Amerka, sejjaħ l-omelija minn Franġisku bħala “terribbli” u kliemu kien “bla rimors u bla ġustizzja llum”.

Wara s-servizz, ritratti mill-Vatikan urew li t-tebut ta’ Benedittu kien marbut b’żigarelli ħomor fil-forma ta’ salib, qabel ħaddiema poġġewh f’kaxxa taż-żingu li ġiet issiġillata u f’tebut ieħor tal-injam.

Fuq talba tiegħu stess, Benedittu ndifen fil-kripta taħt l-art fejn indifnu wkoll l-ewwel Papa Ġwanni XXIII u wara Ġwanni Pawlu II qabel il-fdalijiet tagħhom tpoġġew f’postijiet aktar prominenti fil-Bażilika fuq.

Ħafna persuni minn madwar id-dinja, partikolarment millĠermanja fejn twieled Josef Ratzinger, waslu fis-sigħat bikrin biex jagħtu l-aħħar tislima tagħhom, inklużi xi rjali u kapijiet ta’ stati Ewropej.

Hu stmat li madwar 200,000 persuna żaru l-katavru ta’ Benedittu waqt li kien espost għal tlett ijiem sa nhar l-Erbgħa filgħaxija.

08.01.2023 15
Ritratti: REUTERS

IL-MIRI TAL-ISKART

ta’ nuqqas ta’ sens ċiviku kbir minn residenti li għadhom mhux jifhmu li huma wkoll iridu jġorru parti mill-piż tal-iskart li huma stess jiġġeneraw. F’dan il-pajjiż għad hawn l-arja u l-ħsieb li kulħadd jista’ jiġġenera kemm irid skart, jista’ jħammeġ kemm irid għax hemm ħaddieħor inaddaf.

Nhar it-Tnejn assistejna għal bidla fil-ġbir tal-iskart domestiku f’pajjiżna. Kienet bidla li permezz tagħha, il-Kunsilli Reġjonali bdew jamministraw il-kollezzjoni filwaqt li kellna wkoll introduzzjoni ta’ skeda ġdida f’dak li jirrigwarda l-kulur tal-borża.

L-iskeda l-ġdida taħseb għal sistema waħda nazzjonali – it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa tinġabar biss il-borża l-bajda (skart organiku); it-Tlieta u s-Sibt tinġabar il-borża s-sewda (skart imħallat); filwaqt li l-Ħamis tinġabar il-borża l-ħadra / griża (skart riċiklabbli). Il-ħġieġ se jibda jinġabar kull l-ewwel u t-tielet Ġimgħa ta’ kull xahar.

Dan bħala parti minn pjan nazzjonalibiex pajjiżna jibda jilħaq il-miri stabbiliti fejn jidħol l-immaniġġjar tal-iskart kif ukoll biex ikun hemm aktar armonizzazzjoni fil-lokalitajiet kollha fil-jiem tal-ġbir. Nammetti li din għal ħafna setgħet kienet bidla li saru jafu biha fi żmien limitat. Dan għaliex il-kampanja b’tagħrif dwar din il-bidla bdiet lejn il-bidu ta’ Diċembru. Però, minkejja li bdiet ftit ġimgħat biss qabel l-introduzzjoni tagħha, kienet waħda intensiva fuq kull mezz tax-xandir. Irrid nibda b’nota pożittiva. Fl-ewwel ġurnata tal-ġabra bis-sistema l-ġdida (sat-15:00), kienu nġabru 164 tunnellata ta’ skart organiku. Dan skont l-ammont li ġie rreġistrat fil-faċilitajiet tal-WasteServ. Il-piż li normalment kien jinġabar it-Tnejn meta kien ikun hemm il-borża organika mas-sewda, kien ikun ta’ 139 tunnellata. Dan ifisser żieda ta’ 17%. Li hu interessanti f’dan kollu hu l-fatt li dan l-ammont inġabar bi 68 vjaġġ kontra t-80 li kienu jsiru qabel. Ifisser li nġabar 17% aktar skart organiku imma bi 12-il vjaġġ inqas, tnaqqis ta’ 15%. Dan ovvjament, għandu l-impatt pożittiv tiegħu fuq it-traffiku minħabba li hemm inqas ċirkolazzjoni ta’ trakkijiet fit-toroq u dan bi gwadann ambjentali. Dan juri u jikkonferma kif il-bidla li qed issir qed issir f’direzzjoni tajba li se twassal biex jintlaħqu l-miri stabbiliti. Anki għax l-iskart tal-borża l-bajda meta jiddaħħal fl-impjant, jiġġenera l-biogas li jiġi kkonvertit f’elettriku, li eventwalment jintefa’ fuq il-grid nazzjonali. Dan iżid l-ammont ta’ enerġija nadifa li jkun qed jiġġenera l-pajjiż. Dan hu kollu pożittiv u turija li din għandha tkun it-triq ’il quddiem.

Minkejja dan, it-Tnejn filgħodu, f’xi lokalitajiet, xorta sbaħna b’numru ta’ boroż suwed fuq il bankini.

Ħafna drabi r-raġuni ma tkunx li makonniex nafu. Il-vera raġuni tkun li dak li jkun jibqa’ jwebbes rasu u ma jikkoperax mal-awtoritajiet bl-iskeda l-ġdida. Turija

Drajna f’kultura li jekk ma jiġix ittrakk sa wara l-bieb (jekk mhux fil-kċina), inħalli l-borża barra u jiġri minnha li jrid għax dik mhix tiegħi. Għandna kultura li jekk ma jagħtunix borża b’xejn, allura ma nisseparax għax dak mhux xogħli. Għadna b’mentalità li mill-għatba ’l ġewwa biss hu tiegħi imma mbagħad inkunu fuq quddiem nett biex ingergru li pajjiżna maħmuġ, li fil-lokal tagħna l-Kunsill mhu jagħmel xejn.

Saħansitra jkollok telefonati fuq ilmidja li b’sarkażmu jistaqsu min se jagħtihom il-borża b’xejn biex jisseparaw. Għax bħal dak li qallu, hix borża sewda, ħadra, bajda jew griża mhux xorta borża kuljum qed tikkonsma.

Jeħtieġ li nirrealizzaw li pajjiżna hu wieħed mill-ftit fl-Ewropa li m’għandux taxxa fuq kull residenza għall-ammont ta’ skart iġġenerat. Hu wieħed mill-uniċi pajjiżi fl-Ewropa li għandu ġabra kuljum b’xejn minn wara l-bieb u hu fost l-inqas li jimmulta lin-nies meta dawn jabbużaw bir-rimi. Dan kollu jġegħelni nikkonkludi li, bħala ċittadini, aħna l-aktar pajjiż imfissed fl-Ewropa fejn jidħol l-iskart.

Tirrabja tara borża sewda barra meta suppost tinġabar il-bajda jew viċi versa.

Min għadu jaġixxi b’dan il-mod ma jistax jibqa’ b’dan l-atteġġjament li l-aqwa li ħriġt il-borża u ma jinteressanix jekk ħriġtx it-tajba jew le. Ma nistgħux aktar niġu naqgħu u nqumu li għax m’hemmx obbligu mandatorju biex nisseparaw l-iskart allura nħalltu kollox f’borża waħda.

Ma jkunx ġust li l-impenn ta’ numru kbir ta’ familji li jisseparaw l-iskart tagħhom, jimpatta b’mod negattiv għax oħrajn ma jħossux dan is-sens ċiviku. Tiddejjaq meta tara fuq paġna ta’ residenti f’lokalità partikolari, attakki sfrenati fil-konfront tas-Sindku u tal-Kunsill.

Il-problema tal-iskart mhix problema tal-Gvern, tar-Reġjun jew tal-Kunsill Lokali. Hi problema tagħna lkoll u jekk mhux se nagħrfu dan u nibdew nerfgħu r-responsabbiltà tagħna, se nibqgħu b’ammont ta’ problemi. Kieku kulħadd jerfa’ l-piż ċkejken tiegħu l-ħajja tkun aktar faċli għal kulħadd.

Għalhekk nagħlaq billi nappella lil kulħadd sabiex jifhem l-importanza li nagħtu s-sehem tagħna. Jekk is-sistema tfalli fil-bidu tal-proċess tagħha, (fid-djar tagħna), ikun ferm aktar diffiċili biex il-problema tiġi rimedjata fi proċessi oħrajn. L-ambjent tagħna mhux biss dak li ngħixu fih fid-dar imma wkoll iż-żona immedjata fejn ngħixu u l-pajjiż b’mod sħiħ. Niftakaru li l-WasteServ, id-Direttorat għat-Tindif u l-kuntratturi nfushom, ħaddiema bħal kulħadd għandhom ukoll u jekk xejn, għandu jintwera rispett lejn dawn il-ħaddiema kollha li jaħdmu f’dan is-settur xejn faċli biex iżommu pajjiżna nadif.

Jien konvint li aktar ma jgħaddu ġranet ikun hemm aktar koperazzjoni minn kulħadd u jikbru dan is-sens ċiviku u r-responsabbiltà b’mod kollettiv.

Sur Editur

Ittamajt għalxejn. Jien ħsibt li se jagħmel riżoluzzjoni u ma jkomplix jaqa’ għan-nelħ, imma arrali. Avolja messni żammejt fi kliem ix-xiħ, li jgħid li ħmar taqtagħlu denbu, ħmar jibqa’. Imma nsomma.

Għax fil-messaġġ tiegħu tal-Milied, Bernard il-Grech qal li l-partit tagħhom se jara li flimkien nibnu Malta isbaħ. Tgħidli, b’daqshekk x’qal ħażin? U le, Sur Editur, ma qal xejn ħażin kieku. Ħlief li ma kienx oriġinali u kkopja dak li jgħid il-partit tagħna. Mhux Bertu tagħna beda bl-għajta ta’ Malta Flimkien, il-Futur Sabiħ? Għoġbitu din l-għajta lil Bernard il-Grech, ra li għamlet suċċess u kkopja lillPrim tagħna. Kemm huwa fjakk, qaddisa ħanina!

Ma niskużax ruħi li qbadt magħha lil Berta l-Metsola. Aħjar milli naqbad ma’ Melda tiegħi. Għax aħjar ma nafx ma’ min taqbad milli ma’ Melda tiegħi. Le ta, ma niskużax ruħi li qbadt magħha lil Berta l-Metsola. Lanqas xejn. Din li tridha tal-verġni politika, imbagħad għolliet abtha u ħarġet ir-riħa.

Mela qanna, kulħadd jaf li pprovat iddaħħal lir-raġel t’oħtha f’impjieg fil-Parlament Ewropew. Imbagħad kien hemm pressjoni u kellha tagħmel tidwira. Għax kulħadd beda jħares lejha bl-ikrah. X’kull waħda. Ħasbet li l-Parlament Ewropew xi ħanut tal-grocer tar-raħal din.

Imma oħroġ il-għaġeb, qam il-kazzola ta’ Cassola, dak li jaħseb li huwa verġni politiku ieħor, u faħħarha lil Metsola. Faħħarha għax biddlet il-ħsieb u ma impjegatx lir-raġel t’oħtha. Iss, ħaqq għallġdur! Ħelu dan Cassola ta! Faħħar lil Berta l-Metsola li għax kellha pressjoni, kellha tabbanduna l-ħsieb oriġinali tagħha. U ħallina Cassola! Ara kieku kien xi ħadd minn tagħna, mhux ifaħħru li biddel, b’mod sfurzat, il-ħsieb, imma kien jibqa’ għaddej bil-ħdura kontrih.

Ma rax dan, li Berta l-Metsola rtirat biss għax inkixfet kmieni u ffaċċjat kritika lokali u internazzjonali? Kemm hu ħelu.

Daqskemm hu ħelu ħu Karol l-Aquilina, Robert, dak li jgħid li jrid, imma ma jrid lil ħadd jikkritikah għax inkella jkun qed jintimidah, ikun qed jattakkah, u skoss aġġettivi oħra. Għax qegħdin sew dawn. Huma jgħidu u jagħmlu li jridu u jekk jaqbeż xi Laburist, le dak ma jistax juri l-opinjoni tiegħu, għax ikun qed jintimidahom. U ħalluna x’kull waħda.

Jien ala l-maws. Ibusuli l-qargħa jekk iridu. L-opinjoni tiegħi ħadd ma jżommni milli ngħidha. La dan l-Aquilina u lanqas ħadd. Mela dil-ġimgħa, dawk li jsejħu lilhom infushom Repubblika, immexxija minn dan ir-Robert l-Aquilina, u l-partit tagħhom, ħarġu kontra l-mekkaniżmu li qed jipproponi l-Gvern tagħna għall-ħatra ta’ Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Mhux sorpriża. Għax kulma jipproponi l-Gvern tagħna l-ewwel joħroġ dan l-għaref ta’ ħu Karol jgħid kontra, imbagħad jagħti permess lillKap tagħhom biex jiftaħ ħalqu. L-aqwa li jgħid l-istess ħaġa. It-tajba hi, li b’dak li qalu dawn iż-żewġ intamati, marru kontra dak li qal Bernard il-Grech aktar qabel. Mhux sorpriża lanqas. Għax dan il-baħbuħ magħruf li huwa inkonsistenti aktar minn ma nafx xiex!

U fuq kollox dak propost mill-Gvern huwa l-istess li kienet semmiet l-Oppożizzjoni f’dokumenti tagħha u l-Kummissjoni Venezja. Sewwa kienet qaltlu l-gazzetta MaltaToday li Bernard il-Grech huwa “unfit for purpose”.

U sewwa wkoll dak li qal il-partit tagħna, li l-problema tal-Kap tagħhom, jew aħjar dawk li qed jieħdu d-deċiżjonijiet għalih, hija li b’demokrazija jifhem li tgħaddi biss u dejjem tagħhom.

Imma l-aqwa li jrid Malta sabiħa! Tkun ferm isbaħ jekk iħalli l-politika għall-kbar. Kbar mhux fl-età. Kbar fil-ħsibijiet tagħhom u fil-mod kif jagħmlu l-politika, qed ngħid.

Dawn huma opportunisti politiċi li l-politika ta’ pajjiżna qerduha, Sur Editur. Tagħhom biss tajjeb. Ikasbruk f’ħajtek u jagħmlulek eloġju f’mewtek. Sewwa jgħidulhom li huma oqbra mbajda!

Għad-dieħla!

08.01.2023 16
President Sezzjoni Kunsilliera PL MARIO FAVA

KITBIET MILL-AKBAR

ĦASSIEB U FILOSOFU ĊINIŻ ISSA BIL-MALTI

Parti mit-tagħlim u l-filosofija tal-ħassieb u filosofu kbir Ċiniż Konfuċju, li influwenza ġenerazzjonijiet u popli sħaħ, issa għandhom il-verżjoni tagħhom bil-Malti grazzi għall-espert fil-lingwa u l-kultura Ċiniża, Salvatore Giuffrè (taħt). Imwieled fis-sena 551 Qabel Kristu, il-filosofija ta’ Konfuċju enfasizzat fuq il-moralità, ir-relazzjonijiet soċjali, il-ġustizzja u s-sinċerità. Dawk li b’xi mod ġew konxji tal-kitbiet tiegħu, issa jistgħu japprezzawhom ferm aktar permezz tal-ktieb L-Analetti – Konfuċju, li ġie tradott direttament miċ-Ċiniż Klassiku għall-Malti. Salvatore Giuffrè se jipparteċipa personalment fit-tnedija uffiċjali tal-ktieb, li se tiġi organizzata mill-SKS Publishers flimkien maċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċina (Malta) nhar il-Ħamis li ġej, 12 ta’ Jannar, fis-7:00 p.m. fiċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċina, Triq Melita, il-Belt Valletta. Dr Giuffrè se jaqra siltiet mill-Analetti ta’ Konfuċju u jagħti rimarki ta’ konklużjoni dwar ir-relevanza u l-karatteristiċi ewlenin tal-filosofija Konfuċjana. Din il-pubblikazzjoni kienet parzjalment iffinanzjata mill-Malta Book Fund u ċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċina. Kulħadd mistieden jattendi għas-serata fejn Giuffrè wkoll se jiffirma kopji tal-ktieb. Fl-aħħar ikun hemm bibita għal dawk preżenti.

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24.

Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek.

Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

08.01.2023 17
Ċiniż fil-belt ta’
Il-monument iddedikat lill-ħassieb u filosofu kbir
Shanghai

PROBLEMI MENTALI FL-ADOLEXXENTI U NIES ANZJANI

Fiż-żmien, fil-psikoloġija, l-adolexxenza kienet meqjusa bħala żvilupp li fih bilfors kien irid ikun hemm il-problemi. Forsi għax kien jitqies bħala żmien problematiku minnu nnifsu. Iżda llum din il-ħaġa mhix aċċettata aktar. Jiġifieri li bniedem ikun għaddej mill-fażi tal-adolexxenza, mhux bilfors irid jgħaddi minn xi problemi, għalkemm hu żmien tabilħaqq diffiċli. Għax waqt li nsostnu li wieħed li jkun għadu fiż-żmien taż-żgħożija jew għax għadu ċkejken, hu żmien sabiħ, għandu wkoll id-diffikultajiet tiegħu. Dan it-tagħrif ksibtu minn intervista li għamilt lill-Professur ANTON GRECH, Chairman Kliniku fid-Dipartiment tal-Psikjatrija fil-Ministeru għas-Saħħa, Chairman tal-Fondazzjoni Kenn għal Saħħtek u Lettur fl-Univer sità ta’ Malta.

Waħda mill-akbar diffikultajiet fl-adolexxenti hi l-identità, fejn filli jkollhom identità ta’ tifel jew tifla u jaraw lilhom infushom bħala tifel jew tifla, anke fl-istruttura tal-familja u fl-iskola, iżda mbagħad, fiżikament jibdew jixbhu lill-kbar. Tifel jibda jinbidillu leħnu, jitwal, jieħu karatteristiċi maskili (l-istess fit-tfajliet) u allura jinbet in-nuqqas ta’ qbil bejn li mentalment u psikoloġikament dak li jkun ikun għadu żgħir, waqt li fiżikament hu kbir.

Dan kollu joħloq dik il-ħaġa kif l-individwu jara lilu nnifsu. Mill-banda l-oħra, ta’ kif ħaddieħor se jħares lejh, għax meta ħaddieħor jarah b’persuna ta’ kbir, se jittrattah ta’ kbir, waqt li psikoloġikament ikun għadu ma mmaturax daqshekk.

Imbagħad, issib min ma jaċċettax il-fatt li jkun ħa persuna ta’ kbir, jiġifieri jkollu ġisem kbir b’moħħ ta’ żgħir. Issa, biex insemmi każ estrem li jista’ jwassal għal problema, hi l-anorexia nervosa, li hi diżordni fl-ikel, aktar komuni fin-nisa milli fl-irġiel, għalkemm f’dawn l-aħħar snin qiegħda dejjem tiżdied fost l-irġiel.

Dan l-aħħar, f’pajjiżna saret riċerka, li turi li l-irġiel kważi laħqu lin-nisa f’din id-diżordni. L-anorexia tirriżulta wara li min ikun, inaqqas l-ikel drastikament u bħala persuna jibqa’ żgħir. Issa l-bażi ta’ din id-diżordni tkun fil-ħsieb u x-xewqa ta’ dak li jkun li ma jkollux piż żejjed, iżda waħda mill-effetti tagħha hi li min ikun milqut minnha, jibqa’ persuna ta’ tifla jew tifel.

Naħsbu li l-kultura fid-differenza bejn ir-rwol tas-subien u l-bniet qed tonqos ħafna. Pereżempju qabel, jekk tifel jagħti kas tad-dehra tiegħu, kien meqjus li kellu xi ħaġa stramba. Illum, iż-żgħażagħ

subien, jagħtu kas tal-apparenza tagħhom daqs in-nisa; imorru għand beauticians, hairstylists u ġieli wkoll jużaw il-make-up. B’dan kollu qed naraw li d-differenza soċjali bejn l-irġiel u n-nisa qed tonqos, u din naħsbu li hi waħda mir-raġunijiet għaliex ħafna mill-kundizzjonijiet li kienu l-aktar fin-nisa, qed jiżdiedu ukoll fis-sess maskil. Jiġifieri d-drawwiet mhumiex qed jonqsu fin-nisa, iżda qed jiżdiedu u jwasslu lill-irġiel biex jilħquhom.

Kundizzjoni oħra fiżżgħażagħ li qabel kienet aktar fost il-bniet milli fost is-subien, u għadha, għalkemm din hi mad-dinja kollha, hi li jweġġgħu lilhom infushom. Dak li nirreferu għalih bħala self harm. Dan il-fenomenu qed iwassalna naħsbu li hu riżultat tal-fatt li r-rwol bejn in-nisa u l-irġiel fis-soċjetà qed jonqos.

Fiż-żgħożija nsibu sfidi partikulari, fosthom dik li ż-żgħażagħ jesperjenzaw filħruġ tagħhom mid-dar u meta jibdew ikunu f’ċerti postijiet fejn iħabbtu wiċċhom ma’ ambjenti fejn jisservew sustanzi, bħall-alkoħol u drogi illeċiti. Ma ninsewx li ż-żgħożija

hi żmien fejn dak li jkun ikun vulnerabbli, speċjalment minħabba peer pressure. Min ikun f’dik l-età u mdawwar bi klikka, iċ-ċirku ta’ ħbieb ikun importanti ħafna għalih. F’ċerti waqtiet, il-ħbieb isiru importanti aktar mill-familja, mhux għax il-familja tkun ħażina, iżda l-importanza li wieħed jagħti lil ħbiebu f’dik l-età, il-comradeship li jkollhom bejniethom, ġieli tkun akbar milli jkollu mal-istess ġenituri tiegħu u ma’ ħutu.

Insibu wkoll li l-perjodu li ż-żgħażagħ inqaflu ġewwa minħabba l-biża’ tal-pandemija tal-Covid, kellu impatt negattiv fuqhom u wassal għal bosta konsegwenzi. Il-lockdown kien konsegwenza primarja, għax naqqas ħafna l-interazzjoni soċjali peress li ma baqgħux jiltaqgħu ma’ ħbiebhom. Barra minn hekk, anke għall-poplu kollu b’mod ġenerali l-istruttura tal-ġurnata naqset u nbidlet ukoll.

Ma ninsewx li kien hemm il-biża’ li dak li jkun seta’ jieħu l-marda jew ixerridha, u dak ħoloq tensjoni. Dawn kollha flimkien żiedu l-ansjetà. Fi żmien il-Covid, mad-dinja kollha l-ansjetà u d-dipressjoni severa żdiedu b’25 fil-mija.

Jirriżulta li l-aktar li kienu vulnerabbli u li affettwathom l-aktar kienu nisa single mothers, tfal u żgħażagħ. Madana kollu, l-effetti fit-tul tal-pandemija għadna ma nafuhomx. Hemm min isostni li se jkun hemm effetti fit-tul, jiġifieri li t-tfal u ż-żgħażagħ li għaddew minn dan il-perjodu, se jkollhom il-problemi ’l quddiem u hemm min hu tal-fehma li t-tfal u ż-żgħażagħ huma reżiljenti u flessibbli, tant li dan iż-żmien mhux se jaffettwahom daqshekk. Iżda l-effetti immedjati definittivament kienu hemm u d-dinja tgħallmet ħafna l-importanza mhux biss tas-saħħa fiżika tal-bniedem, iżda wkoll tas-saħħa mentali.

Konna f’ċirkustanza u għamilna sewwa, li ħarisna biex dak li jkun ma jiħux l-infezzjoni, speċjalment tal-bidu, meta kienu qed imutu n-nies, iżda waqafna hemm. Il-konsegwenzi tas-saħħa mentali ħadd ma induna bihom jew semmiehom. Jalla ma jkunx hemm pandemiji oħrajn, iżda jekk ikun hemm, hu ċar li ma rridux naħsbu biss fl-aspett

fiżiku, iżda wkoll f’dak mentali. Mitlub jagħti tifsira tal-vera dipressjoni, il-Professur Grech qal li hi kundizzjoni u tkun ikkawżata għax jinbidlu ċerti kemikali fil-moħħ. Ħafna jaħsbu li taqbadhom id-dipressjoni għax ikollhom karattru dgħajjef, jew għax ma jqumux qawma fuq tagħhom. Ir-riżultat ġeneralment ikun kumbinazzjoni ta’ numru ta’ affarijiet. Hemm min jitwieled bit-tendenza li jkun vulnerabbli aktar minn ħaddieħor, bħal min ibati minn pressjoni għolja, li hi ġenetika għax tintiret f’ħafna familji li jkunu jbatu biha. Id-dipressjoni l-istess. Ġeneralment, id-dipressjoni ssir stress – bl-aktar stress meta dak li jkun ikollu telfa kbira f’ħajtu. Hu għalhekk li wieħed mill-iktar waqtiet meta dak li jkun jegħja mentalment, hu meta jmutlu xi ħadd. L-istess għal min ikun tilef ix-xogħol jew emigralu xi ħadd; ikollu telfa ta’ xi ħaġa.

Ma ninsewx li ż-żgħożija hi żmien fejn dak li jkun ikun vulnerabbli, speċjalment minħabba peer pressure. Min ikun f’dik l-età u mdawwar bi klikka, iċ-ċirku ta’ ħbieb ikun importanti ħafna għalih. F’ċerti waqtiet, il-ħbieb isiru importanti aktar mill-familja

Issa, aktar ma wieħed ikollu ġenetika, inqas ikun hemm bżonn li l-istress ikun qawwi. Għax il-bniedem għandu l-predispożizzjoni tiegħu u l-istress iwassal għal dipressjoni. Jekk dak li jkun ikollu ġenetika qawwija għad-dipressjoni, ftit stress iwasslu għad-dipressjoni. Jekk ma jkollox ġenetika, ikollu bżonn ħafna stress.

Eventwalment jintlaħaq punt fejn kulħadd hu vulnerabbli u sfortunatament id-dipressjoni hi komuni ferm; ħafna aktar milli naħsbu. Ma narawhiex fit-totalità tagħha,

08.01.2023 18

L-aktar żewġ affarijiet bażiċi li jżommu lill-bniedem f’saħħtu huma l-irqad u l-ikel. Malli jibda għaddej mid-dipressjoni, it-tnejn jitħawdu. Jiġifieri ssib min jibda ma jorqodx u jmurlu l-aptit tal-ikel kontinwament, u hawn min ikun il-kontra

għax insibu numru sew ta’ nies li jirnexxilhom jaħbuha. Iżda meta ngħidu dipressjoni severa, hi meta dak li jkun tant ikun dipress, li ma jkunx kapaċi jwettaq ix-xogħol u s-sehem tiegħu fis-soċjetà. U jekk ikun ġenitur ma jkunx kapaċi jtella’ ’l uliedu sew. Dipressjoni severa timblokka lil dak li jkun.

Issa jirriżulta li xi darba jew oħra, 17 fil-mija tal-popolazzjoni, jgħaddu minnha. Li tfisser li wieħed minn kull ħames persuni, xi darba f’ħajtu jgħaddi minn dipressjoni severa.

Il-Professur Grech żied li d-dipressjoni kienet fostna minn dejjem iżda llum sar hawn ħafna aktar għarfien. Fl-antik kienu jgħidu li dak li jkun ikun għamel f’qalbu, jew waqaf jiekol, jew l-inkwiet rikbu. Illum nagħrfu li hi d-dipressjoni. Issa fil-verità l-għarfien żdied għax nafu aktar fuqha. Min-naħa l-oħra żdiedet għax l-istress żdied. Semmejna żmien il-Covid fejn l-istress żdied għal 25 fil-mija.

Terġa’ llum il-ħajja hi ħafna aktar stressanti minn 50 sena ilu. Barra minn dan saret aktar mgħaġġla u mill-bniedem qed jintalbu aktar ħtiġiet. Dari, wieħed kien ikollu xogħol wieħed u xħin itemmu jmur iddar u jistrieħ. Illum irid jibqa’ għaddej jaħdem; minn xogħol

għal xogħol. Il-ħajja saret ġenn weħidha: xogħol, traffiku; storbju, u dawn il-ħwejjeġ kollha qed iżidu l-istress.

Qabel, jekk xi ħadd ikun irid ikellmek, kien jibgħatlek ittra. Tiftaħha, taqraha bil-kwiet u wara terġa’ twieġbu. Illum, tkun fejn tkun u tkun qed tagħmel x’tagħmel, iċemplulek fuq il-mobile u jippretendu li tagħtihom tweġiba dak il-ħin stess. Jiġifieri mhux biss żdied l-istress, talli r-ritmu talħajja sar mgħaġġel ferm aktar u għalhekk kollha f’daqqa qed iżidu l-element ta’ dipressjoni fis-soċjetà.

Id-dipressjoni mhix ikkaġunata minn dwejjaq biss. Infatti jkun hawn min jgħid li jħossu mdejjaq, iżda d-dwejjaq hu sintomu normali fil-ħajja, li xi darba jew oħra lkoll ngħaddu minnu. Id-dipressjoni tista’ tkun dwejjaq għal perjodu twil, bħal seħħ xi ħaġa li ma tkunx qed tistennieha, jew sifirlek ittifel. Dawk dwejjaq li wara ftit xhur jgħaddu. Iżda jkun hemm uħud li f’dawn l-istess dwejjaq jitilfu l-emozzjonijiet; il-ħila li jħossu. Issib min ikun dipress ħafna u jistqarr li jixtieq jibki bikja tajba, biex almenu jħoss xi ħaġa. Dik tista’ tkun parti mid-dipressjoni, li ma tkunx dwejjaq biss, iżda titlef mill-emozzjonijiet. Imbagħad

taf tonqos il-konċentrazzjoni, l-enerġija fiżika u tgħib il-motivazzjoni. Jidħlu wkoll problemi fl-irqad u fl-ikel.

L-aktar żewġ affarijiet bażiċi li jżommu lill-bniedem f’saħħtu huma l-irqad u l-ikel. Malli jibda għaddej mid-dipressjoni, it-tnejn jitħawdu. Jiġifieri ssib min jibda ma jorqodx u jmurlu l-aptit talikel kontinwament, u hawn min ikun il-kontra: jibda jorqod ħafna u xħin iqum qisu ma raqad xejn u jħossu l-ħin kollu bla enerġija u jaqbdu l-aptit ta’ ikel iżżejjed.

Mistoqsi jekk id-dimensja torbotx mad-dipressjoni, il-Professur Grech qalli li din hi kundizzjoni oħra, fejn ilmoħħ jitlef il-ħila u dak li jkun ma jkunx kapaċi jieħu ħsieb tiegħu nnifsu. L-aktar kawża komuni tad-dimensja hi l-Alzheimer’s Disease, li hi kundizzjoni fejn jibdew imutu ċ-ċelloli tal-moħħ ftit ftit, li jwasslu għal konsegwenzi oħra.

Pereżempju jkun hemm strokes li jwasslu għad-dimensja. U għalhekk għedtlek li din hi mistoqsija interessanti, għax kif għedtlek, id-dipressjoni tista’ tkun nuqqas ta’ konċentrazzjoni. Fl-anzjani, madwar 10 fil-mija ta’ dawk li jgħidulhom li għandhom id-dimensja, ma tkunx dimen-

sja, iżda dipressjoni, għax tibda tonqsilhom il-konċentrazzjoni, jibdew jinsew u peress li jkollhom età kbira, nieshom jeħduha li hi dimensja.

Hu importanti ferm li nagħmlu d-differenza, għax dipressjoni titfejjaq kompletament, iżda l-kura li għandna s’issa tad-dimensja, ma tfejjaqhiex. Kulma tagħmel hu li tnaqqas il-progress tagħha. Allura tajjeb li meta naraw lill-anzjani jibdew jinsew, mhux ngħidu “u iva, din taletà u m’hemmx x’tagħmel,” iżda teħodhom għand tabib biex jiddetermina minn xiex ikunu qed ibatu. Jekk tkun dipressjoni jfejjaqhom, jekk tkun dimensja, jikkurahielhom.

Madanakollu, l-iktar marda mentali serja hi l-iskiżofrenija, dak li ngħidulu “ġenn”; fejn wieħed jibda jimmaġina li qed jisma’ u jara affarijiet li mhumiex veri. Ir-riċerka turi li jekk wieħed qed jgħix fejn hemm popolazzjoni ta’ ħafna nies fuq xulxin, f’ambjent ta’ belt, iċ-ċans hu li taqbdu aktar milli kieku qed jgħix xi mkien rurali u fil-kampanja. U rridu noqogħdu ferm attenti, għax pajjiżna qed isir qisu kollu belt waħda. Tajjeb li jkollna spazji miftuħin fejn il-poplu jkun jista’ jirrilassa; inħarsu x-xtut pubbliċi u nagħmlu użu minnhom, u nibżgħu għall-kam-

panja li fadlilna.

Mitlub jgħidli r-raġuni għal bosta tfal li ġieli tismagħhom jgħidu “kemm nixtieq immut”, minn xiex tirriżulta, il-Professur Grech qalli li rridu nagħtu kashom. Għax anke jekk dak li jkun ma jkollux l-intenzjoni li tabilħaqq irid imut, biex jgħid hekk bilfors li hemm xi sitwazzjoni li qed iddejqu ħafna.

Mat-tfal hu importanti immens li jkun hemm djalogu kontinwu. Hawn min jirraġuna li jekk uliedu jkunu jeħtiġuh, jafu li qiegħed hemm. Iżda t-tfal iridu jkunu komdi li jkellmu lill-ġenituri jew lil min qed jieħu ħsiebhom. Madanakollu, jekk min jgħid li jixtieq imut, ma jersaqx aktar ’il quddiem, għandna nfittxu l-għajnuna professjonali.

Affarijiet komuni fit-tfal hu l-ibbulljar. Aħna naħsbu li għax tfal huma gustużi u ma jafux ikunu kefrin. Iżda sfortunatament jafu jkunu kefrin, speċjalment ma’ ħbiebhom, u fejn jidħol l-ibbulljar irridu nżommu għajnejna miftuħin ferm għal dan.

Apparti dan kollu, l-iskejjel għandhom ukoll joqogħdu attenti kemm għall-ibbulljar kif ukoll għal dawk li nirreferu għalihom bħala anger issues. Hemm ħaddiema apposta li jistgħu jirreferu lill-istudenti għal xi servizz tal-Gvern, jew għat-tabib tal-familja.

08.01.2023 19

L-EPIFANIJA… FESTA TA’ TRADIZZJONIJIET

L-Epifanija liturġikament tiġi ċċelebrata 12-il jum wara l-Milied, fis-6 ta’ Jannar (jew fid-19 ta’ Jannar fil-Knejjes Ortodossi li jiċċelebraw il-Milied fis-7 ta’ Jannar) u hija l-festa li fiha l-Insara jfakkru l-ġrajja meta l-Għorrief (imsejħa wkoll itTliet Slaten Maġi) żaru lil Ġesù.

L-Epifanija hija wkoll il-festa li fiha xi knejjes ifakkru l-Magħmudija tal-Mulej minn Ġwanni l-Battista, meta kellu madwar 30 sena fil-bidu tal-ministeru pubbliku tiegħu. IL-kelma Epifanija tfisser ‘rivelazzjoni’ u kemm iż-żjara tal-għorrief kif ukoll il-magħmudija ta’ Ġesù huma ġrajjiet marbuta mal-manifestazzjoni tiegħu lill-ġnus u r-rivelazzjoni tal-missjoni tiegħu.

Xi knejjes jiċċelebraw l-Epifanija u l-Magħmudija ta’ Ġesù flimkien, f’ċelebrazzjoni waħda. L-Epifanija hija festa li fost il-knejjes Insara hija ċċelebrata prinċipalment mill-Kattoliċi u mill-Kristjani Ortodossi.

Fil-knejjes Ortodossi, l-Epifanija hija magħrufa wkoll bħala l-Festa tat-Teofanija Mqaddsa u hija meqjusa bħala tal-istess importanza daqs il-Milied. Waqt is-servizzi liturġiċi taċ-ċelebrazzjoni tal-Epifanija fil-knejjes Ortodossi, lejlet il-festa u f’jum il-festa, jitbierek l-ilma biex titfakkar il-magħmudija talMulej. L-ilma mbierek imbagħad jintuża fis-servizzi tal-knisja matul il-kumplament tas-sena. Uħud jagħżlu li jitgħammdu fil-festa tat-Teofanija Mqaddsa. L-istess ilma mbierek jintuża wkoll mill-qassis biex ibierek id-djar tannies li jiffrekwentaw il-knisja.

Fi Spanja l-Epifanija hija festa importanti ħafna, magħrufa wkoll bħala l-Festa tat-Tre Maġi - “Fiesta de Los tres Reyes Mages”. Hija proprju l-festa meta t-tfal Spanjoli jirċievu r-rigali tagħhom - hekk kif jitwasslulhom mit-Tre Re.

Filgħodu nhar l-Epifanija fi Spanja hemm tradizzjoni li jmorru għand il-furnara lokali u jixtru kejk speċjali msejjaħ “Roscón”, li jixbah lil torta f’forma ta’ ċirku, mimlija bil-krema jew biċ-ċikkulata u mżejna b’kuruna tal-karti. Spiss fuqha jkun hemm jew figura ta’ sultan li jekk tinzertaha tista’ tilbes il-kuruna li

jkollu jew fażola mnixxfa li jekk issib lilha jkollok tħallas għall-kejk. Fil-Katalonja dan il-kejk huwa magħruf bħala “Tortell” jew “Gâteau des Rois” u huwa mimli bil-marzipan.

Fi Franza fl-Epifanija tista’ tiekol il-“Galette des Rois”, li huwa tip ta’ kejk tal-lewż ċatt.

Ġo dan il-kejk titpoġġa kuruna ġugarell u fuq barra jkun imżejjen b’kuruna tal-karta kulur id-deheb.

Insibu tradizzjonijiet simili anke fil-Messiku fejn l-Epifanija hija magħrufa bħala “El Dia de los Reyes” (il-jum tas-Slaten). Hawnhekk hija tradiz-

zjoni li jittiekel kejk speċjali msejjaħ “Rosca de Reyes” (Kejk tas-Slaten). Ġewwa l-kejk tinħeba figura ta’ Ġesù Bambin. Min isib il-Bambin Ġesù fil-biċċa kejk tiegħu jkun il-‘Parrinu’ ta’ Ġesù għal dik is-sena.

Fil-Portugall, it-tradizz-

joni hija marbuta mal-kant tal-għanjiet tal-Epifanija magħrufa bħala l-“Janeiras” (il-kanzunetti ta’ Jannar), filwaqt li fil-gżira Portugiża ta’ Maderia huma magħrufa bħala l-“Cantar os Reis” (il-kant tar-rejiet).

Fl-Italja, insibu wkoll it-tradizzjoni li t-tfal jirċievu r-rigali fl-Epifanija wkoll. Jemmnu li ġġibhomlhom mara anzjana msejħa ‘la Befana’. Għaldaqstant, it-tfal mil-lejl ta’ qabel jippreparawlha kalzetta ħdejn il-fireplace biex il-Befana timlihielhom.

Fl-Awstrija, fl-Epifanija, it-tradizzjoni hija li jinkitbu sinjali partikolari bil-ġibs mal-bibien ta’ barra tad-djar tagħhom. Din hija b’tifkira tattliet għorrief li żaru lit-tarbija Ġesù. Din il-kitba mal-bibien tikkonsisti fis-sena attwali maqsuma fi tnejn u bl-inizjali tal-ismijiet li t-tradizzjoni tagħti lit-tliet għorrief, Caspar, Melchior u Balthazar,

08.01.2023 20
Fil-knejjes Ortodossi, l-Epifanija hija magħrufa wkoll bħala l-Festa tat-Teofanija Mqaddsa u hija meqjusa bħala tal-istess importanza daqs il-Milied. Waqt is-servizzi liturġiċi taċ-ċelebrazzjoni tal-Epifanija fil-knejjes Ortodossi, lejlet il-festa u f’jum il-festa, jitbierek l-ilma biex titfakkar il-magħmudija tal-Mulej

fin-nofs. Jiġifieri din is-sena 2023 tinkiteb b’dan il-mod: 20*C*M*B*23. Dan is-sinjal huwa maħsub biex jipproteġi d-dar għas-sena li tkun għadha kif bdiet. F’xi partijiet tal-Ġermanja nsibu wkoll din it-tradizzjoni li jimmarkaw il-bibien.

Fil-Belġju, fl-Epifanija t-tfal jilbsu ta’ tliet rejiet u jduru minn bieb għal ieħor ikantaw kanzunetti tal-Milied filwaqt li n-nies jagħtuhom flus jew ħelu, qisu t-trick or treat li mdorrijin bih f’Halloween, filwaqt li t-tfal fil-Polonja wkoll imdorrijin joħorġu jkantaw fit-toroq nhar il-5 u s-6 ta’ Jannar.

Fl-Irlanda, l-Epifanija tissejjaħ ukoll “Nollaig na mBan” jew il-Milied tan-Nisa. Tradizzjonalment f’dan il-jum in-nisa ma jaħdmux filwaqt li l-irġiel jagħmlu x-xogħol tad-dar u tat-tisjir. Riċentement, din it-tradizzjoni qed issir aktar popolari u ħafna nisa Irland-

iżi jieħdu l-okkażjoni biex jiltaqgħu għal serata ta’ high tea u kejkijiet.

Fil-Knisja Ortodossa Etjopjana (li tiċċelebra l-Milied fis7 ta’ Jannar), 12-il jum wara, fid-19 ta’ Jannar, tibda ċ-ċelebrazzjoni ta’ tlett ijiem imsejħa Timkat. Din il-festa tiċċelebra l-Epifanija u l-Magħmudija ta’ Ġesù.

Fi New Orleans, Louisiana, fl-Istati Uniti, insibu t-tradizzjoni li fl-Epifanija s-Siġra tal-Milied jew titneħħa jew li t-tiżjin tagħha jiġi sostitwit b’dawk ta’ kulur vjola, dehbi u aħdar u tibda tissejjaħ “isSiġra tal-Mardi Gras”. Dakinhar in-nies iħobbu wkoll jieklu dak li jsejħulu king cake, magħmul minn għaġina li fiha l-kannella biz-zokkor fil-wiċċ u kultant mimlija bil-ġobon jew ġamm. Dan il-kejk ikollu wkoll figura żgħira tal-plastik li tirrappreżenta lil Ġesù Bambin fih. Min tmissu l-biċċa bil-bambin fiha jkollu jipprov-

di l-king cake s-sena ta’ wara. Fl-istess stat Amerikan, xi wħud jorganizzaw ukoll il-king cake party li jsir kull nhar ta’ ġimgħa bejn l-Epifanija u l-bidu tar-Randan.

F’xi pajjiżi, l-Epifanija (li hija magħrufa wkoll bħala t-12il Lejl tal-Milied) timmarka t-tmiem taċ-ċelebrazzjonijiet tradizzjonali tal-Milied u għalhekk huwa wkoll iż-żmien biex jitneħħew id-dekorazzjonijiet tal-Milied, għalkemm f’xi pajjiżi jitħallew anke sal-Gandlora (il-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju fit-2 ta’ Frar).

F’xi pajjiżi oħrajn hemm ukoll drawwa li meta tirċievi l-ewwel kartolina tal-Milied bit-Tre Re fuqha, tpoġġiha mal-bieb ta’ barra (fuq innaħa ta’ ġewwa) u din iġġiblek risq għas-sena ta’ wara. Din it-tradizzjoni għadha popolari fl-Irlanda u fl-Amerka, speċjalment fost individwi ta’ nisel Irlandiż.

Sfortunatament f’pajjiżna, minn meta l-festa tal-Epifanija tneħħiet minn festa pubblika u għalhekk il-Knisja kellha tittrasferiha għall-ewwel Ħadd wara l-ewwel tas-sena, din il-festa tilfet ħafna mill-importanza tagħha

Sfortunatament f’pajjiżna, minn meta l-festa tal-Epifanija tneħħiet minn festa pubblika u għalhekk il-Knisja kellha tittrasferiha għall-ewwel Ħadd wara l-ewwel tas-sena, din il-festa tilfet ħafna mill-importanza tagħha u magħha ntilfu wkoll tradizzjonijiet

sbieħ li kienu wkoll parti millwirt kulturali tagħna. Nittama li l-awtoritajiet għad jerġgħu jikkunsidraw l-inklużjoni ta’ din il-festa fil-lista ta’ btajjel pubbliċi biex għal darb’oħra nerġgħu nroddu tmiem dinjituż lill-festi tal-Milied f’pajjiżna.

08.01.2023 21

DEEDEE CLARK MINN MALTA TISPIĊĊA TIŻFEN F’LOS ANGELES

It-talent lokali kulma jmur dejjem qed jiżdied fil-kwalità u l-opportunitajiet qed jiżdiedu wkoll. Dan l-aħħar sirt naf bi tfajla żagħżugħa żeffiena li qed tgħix l-Amerka u qed ikollha diversi opportunitajiet ta’ żfin. Qed nirreferi għal Deedee Clark.

Għandha 30 sena u hija oriġinarjament min-Naxxar, iżda bħalissa tinsab stazzjonata f’Los Angeles. Fil-ħin liberu tagħha tħobb issiefer, issegwi xi serje tajba, taqra u toħroġ ma’ sħabha.

Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala persuna determinata u li minn dejjem kellha passjoni għaż-żfin u għat-teatru. Tħobb dak kollu li huwa relatat mal-ikel, filwaqt li tħobb ukoll is-safar kemm malmaħbub tagħha, ma’ sħabha kif ukoll waħedha.

Kollox beda mill-ballet

Deedee ilha tiżfen minn mindu kellha tliet snin. “Ommi kienet bdiet tibgħatni għal-lezzjonijiet tal-ballet għand Olivia Dow. Kont

waqaft meta kelli xi tmien snin, u bdejt il-musical theatre. Meta eventwalment kelli xi 15-il sena bdejt il-jazz funk u hip hop u ffukajt fuq dawk l-istili,” bdiet tgħidli dwarha.

Kompliet tgħidli li fis-sena 2015 kienet waqfet mittaħriġ tagħha fiż-żfin hawn Malta, għaliex kienet marret tgħix u taħdem Londra, fejn wara reġgħet sabet ruħha ħawn Malta fis-sena 2017. Proprju f’dan il-perjodu bdiet proġett taż-żfin ma’ erba’ minn sħabha stess bl-isem ta’ The Unit Collective. “Konna responsabbli li nipprovdu żeffiena oħra, korjografija, direzzjoni u movimenti għal shows kbar bħall-X Factor, Malta’s Got Talent u l-Eurovision, kif ukoll ħdimna ma’ artisti bħal Ira Losco, Destiny, Emma Muscat, Maxine Pace u The Travellers fost oħrajn kemm għal shows live u anke music videos. Mis-sena 2020, bdejt ngħallem iż-żfin ma’ Alison White Dance Studio f’Birkirkara, u kull meta nkun Malta noffri workshops

fi ħdan l-istess skola stess,” aġġornatni Deedee.

Magħha ddiskutejt dwar taħsibx li miż-żfin biss persuna tista’ tibni karriera b’mod li tkun tista’ tgħix komda. Filfatt, immedjatament weġbitni: “Hawn Malta sfortunatament le, sakemm ma tkunx sid ta’ xi skola jew tgħallem iż-żfin fuq bażi fulltime. L-affarijiet qed imorru għall-aħjar, iżda xorta waħda għadna ’l bogħod ħafna biex persuna ssostni ruħha permezz taż-żfin biss.”

Ridt inkun naf kemm normalment tiddedika ħin kuljum għat-taħriġ taż-żfin. Fil-fatt, stqarret miegħi li bħalissa f’Los Angeles qed titħarreġ bejn ħames u sitt ġranet fil-ġimgħa, fejn tqatta’ minn sagħtejn sa sitt sigħat kuljum kull darba.

Ħafna aktar opportunitajiet taż-żfin f’Los Angeles

Fil-fatt, għal dawn l-aħħar snin bdiet tiżfen l-Amerka mal-Millennium Dance Complex, f’Los Angeles.

Magħhom tiffoka fuq żfin jazz funk u hip hop għax tgħid li tħossha komdu b’dawn l-istili. “Ili ġejja u sejra Los Angeles mis-sena 2019, minnhom kemm inżur Malta madwar tlett xhur u nerġa’ nitla’ lura. Din is-sena tista tgħid li domt aktar hawn, imma se nkun qed niġi Malta għall-Milied”.

Ta’ min jgħid ukoll li dan l-aħħar ukoll iffirmat kuntratt ma’ MSA Agency li jaħdmu flimkien ma’ brands u persuni rinovati fix-xena bħalma huma Lady Gaga, Usher u Diddy fost oħrajn.

Dan ifisser li jekk kollox imur sewwa, Deedee tkun tista tibda tagħmel auditions u tibbukja xogħol għal avvenimenti prestiġjużi.

Magħha ddiskutejt ukoll jekk iż-żfin mqabbel ma’ Malta, jekk l-Amerka toffrilix baħar ta’ opportunitajiet aktar għal żeffiena bħalha. “Fl-Amerka sempliċement hemm ħafna aktar opportunitajiet għall-artisti u talenti. Malta għandha ħafna talenti, iżda huma limitati l-opportunitajiet jew jittieħdu wisq

for granted. Mhux hekk biss, iżda m’għandniex ir-riżorsi neċessarji jew ċertu kalibru li postijiet bħal-Londra u l-Amerka għandhom. Malta m’għandhiex ir-riżorsi finanzjarji neċessarji sabiex tagħmel tajjeb għal dan kollu, u b’hekk ħafna artisti f’dan il-qasam isibu ruħhom barra minn xtutna, sabiex jespandu l-opportunitajiet personali tagħħom,” stqarret miegħi.

Mistoqsija jekk kemm ilha tgħix l-Amerka, hix qed timmissja lil Malta, Deedee weġbitni: “Nimmissja ħafna lill-familja u lill-ħbieb tiegħi. Fil-fatt, niġi ta’ spiss lura Malta, sabiex żgur ma niġix homesick. Nagħmel mezz li nitkellem mal-ġenituri tiegħi kuljum, kif ukoll inżomm kuntatt tajjeb ma’ sħabi. Insib is-sapport kollu meħtieġ minnhom kollha. Il-fatt li għandi l-partner tiegħi hawn miegħi f’Los Angeles jagħmilli l-affarijiet aktar faċli,” tbissmet tgħidli.

Ta’ min jgħid ukoll, li matul il-karriera tagħha, Deed-

08.01.2023 22

ee attendiet diversi workshops taż-żfin, fejn kellha opportunitajiet tiżfen u li ħallew impatt fuqha. Fil-fatt, il-Mediterraneo Dance Festival f’Calabria/Tropea huwa l-akbar opportunità li qatt tawha. Miegħu kellha wkoll esperjenzi pożittivi minn instructors li ġew apposta għal workshops lokali.

Fl-aħħar ta’ din l-interv -

ista stedintha tgħaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din ilgazzetta. “Qatt mhu tard sabiex tipprova affarijiet ġodda f’ħajtek. L-inkoraġġiment ta’ ħaddieħor huwa importanti ħafna. Fil-każ tiegħi, grata wisq lejn il-ġenituri li tawni s-sapport kollu li xtaqt sabiex il-ħolm tiegħi li niżfen f’Los Angeles jsir realtà,” temmet tgħid.

SKEDA ONE

06:30 ONE News 06:45 Popcorn

07:15 Mill-Chcina ta’ Dari

07:20 Ħajjitna Makkjetta

10:00 Fost il-Ġimgħa

12:30 ONE News

12:35 Telebejgħ 12:50 HazZzard Update

18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE News

Qatt mhu tard sabiex tipprova affarijiet ġodda f’ħajtek. L-inkoraġġiment ta’ ħaddieħor huwa importanti ħafna. Fil-każ tiegħi, grata wisq lejn il-ġenituri li tawni s-sapport kollu li xtaqt sabiex il-ħolm tiegħi li niżfen f’Los Angeles jsir realtà

07:25 Primetime

07:50 HazZzard update 08:00 Quddiesa tal-Jum

08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ

09:50 HazZzard update 09:55 Ħajjitna Makkjetta

TLIETA

10-01

12:55 Ħajjitna Makkjetta

13:00 Kalamita

15:30 ONE News

15:35 PrimeTime 16:00 Indhouse

17:00 The Local traveller

17:30 Flimkien ma’ Nancy

06:30 ONE News 06:45 Żona Sport 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari

07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 07:50 HazZzard update 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:50 HazZzard update

06:30 ONE News 06:45 Dinja Mutur 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 07:50 HazZzard update 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:50 HazZzard update 09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa

ĦAMIS

09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 HazZzard Update 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:00 Flimkien ma’ Nancy 17:00 What’s Cooking

12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 HazZzard update 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita

15:30 ONE News 15:35 Primetime 16:00 Dak Li Jgħodd 17:00 Ħajjitna Makkjetta 17:15 Pink Panther 18:00 What’s Cooking 18:30 Pjazza

17:30 Dak li Jgħodd 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE News

20:05 Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:30 Dinja Mutur 21:00 Awla 22:30 Country Jamboree 23:00 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News

19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:35 The Local Travel 21:00 Twenty2Sixty 22:00 Awla 23:30 ONE News

11-01 ERBGĦA

06:30 ONE News 06:45 What’s Cooking

07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 07:50 HazZzard update 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update 09:55 Ħajjitna Makkjetta

06:30 ONE News 06:45 Dinja Mutur 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 07:50 HazZzard update 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:50 HazZzard update 09:55 Ħajjitna Makkjetta

SIBT

10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 HazZzard update 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita

15:30 ONE News 15:40 Primetime 16:00 Ieqaf 20 Minuta 16:30 Esperti 17:00 Żona Sport 17:30 Aroma Kitchen

10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 HazZzard update 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita

15:30 ONE News

15:35 Primetime

16:00 Aroma Kitchen 17:00 Popcorn 17:30 Indhouse

20:05 Ir-Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:35 HazZzard 22:50 Pink Panther 23:30 ONE News 06:30 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:21 Mill-Chcina ta’ Dari 07:27 Primetime 07:49 HazZzard update 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 HazZzard 10:33 Aroma Kitchen

06:30 ONE News 06:48 Ondroad 07:22 Mill-Chcina ta’ Dari 07:26 Primetime 07:49 HazZzard update 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:40 Paperscan 10:00 Ieqaf 20 Minuta 10:30 Politika

11:30 Popcorn 11:57 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:35 Awla 14:00 Dak li Jgħodd 15:00 Esperti 15:30 ONE News 15:35 Country Jamboree 16:05 Flimkien ma’ Nancy

11:25 What’s Cooking 11:55 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:35 Arani Issa 15:30 ONE News 15:35 Indhouse 16:30 PrimeTime 17:00 Ieqaf 20 Minuta 17:30 L-Argument

18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS

20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:30 Dinja Mutur 21:00 Madwar Mejda 22:30 Eko Djar 23:30 ONE News

13-01 ĠIMGĦA

17:15 Sabiħa l-Ħajja 17:45 Ondroad 18:15 Pink Panther 19:00 Primetime 19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE NEWS 20:05 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Arani Issa 23:30 ONE News

19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Politika 21:00 Teżori fil-Garaxx 21:50 Country Jamboree 22:20 HazZzard 23:30 ONE News

15-01 ĦADD

08.11.2020 08.01.2023 23
09-01
TNEJN
12-01
18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:30 Esperti 21:05 Flip the Venue 23:30 ONE News 14-01

reċensjoni tal-ktieb

ANĠLI U XJATEN

L-ewwel darba li ġie jqerr għandi kien fil-festa tal-mejtin kollha. Stqarr miegħi li kien ser iwettaq delitt, u jien għaddejtu b’wieħed skwilibrat; miskin li xtaq jiftaħ qalbu ma’ xi ħadd u ma sabx ħlief konfessur. Iżda meta l-għada smajt l-aħbarijiet, intbaħt kemm kont mort imqarraq. Id-delitt kien seħħ tassew, preċiż kif qalli.

Johnny Barbara kien pusher ta’ nofs kedda, imexxi d-droga ħdejn l-iskejjel, ċentri taż-żgħażagħ u postijiet tad-divertiment. Il-vizzju kien ħakmu ta’ età żgħira kawża ta’ familja mfarrka u trobbija nieqsa mill-valuri. Mit-tipjip tal-ħaxixa mal-ħbieb għadda għatteħid tal-ecstasy fil-parties, biex ikompli jidher cool. It-triq għan-niżla bdiet meta qabad jiġbed il-coke. Minn hemm ma ħarisx lura, u spiċċa jispara l-eroina fil-vina. Biex isostni l-vizzju beda jmexxi u jbigħ. Il-vittmi preferuti tiegħu kienu nagħaġ, dawk li jippreferu min imexxihom minn imneħirhom milli jużaw moħħhom biex jagħmlu l-għażliet tagħhom. Ir-raġel qalli dan kollu fuq Johnny Barbara. “Dun, naf li dnub, u ser immur l-infern minħabba dak li ser nagħmel, imma ma nistax nibqa’ idi fuq żaqqi. Johnny Barbara jeħtieġ iħallas ta’ għemilu.”

“Imma ħabib, ma tistax tieħu l-liġi b’idejk,” għedtlu bil-paċenzja kollha, iżda mingħajr ma tajt wisq piż ta’ dak li kien għadu kif stqarr miegħi. Imsieken bħal dan kont iltqajt magħhom qabel fil-konfessjonarju.

“Jekk ma niħux il-ġustizzja b’idejja jien, Dun, min tridu jeħodha – int?”

“Jien mhux hawn biex ngħaddi ġudizzju, ħabib,” weġibtu malajr. “Hemm il-ġustizzja—” “X’ġustizzja hi?” ħatafni fil-kelma. “Il-ġus-

tizzja tal-qrati u tal-avukati? Ma tafx illi dik ħarxa maż-żgħir u laxka mas-setgħan?”

Ma xtaqtx insaħħan l-argument għax stħajjiltu ser jaqbad jgħajjat fil-knisja. “Flaħħar mill-aħħar ilkoll irridu nroddu kont ta’ għemilna quddiem il-Ħallieq, u nieħdu dak li ħaqqna, ħabib,” għedtlu biex inqassar.

Nefaħ waħda. “Jekk noqogħdu bħall-ħrief, nistennew il-ġustizzja ta’ Alla tasal mis-sema, nilħqu nitherrew, Dun, u nħallu lil min hu arroganti jagħmel bina li jrid,” weġibni b’saħna. “Iż-żmien tal-ħsad ma jistax jistenna aktar.” Imbagħad qam minn għarkupptejh. “Aħfirli, Dun,” qalli jrodd nofs salib. Imbagħad bewweġ ’l hemm mingħajr ma stenna l-assoluzzjoni.

Lil Johnny Barbara sabuh f’għadira demm, b’għonqu mħanxar minn widna sa oħra. Il-midja mill-ewwel waħħlet fir-rivalità ħarxa ta’ bejn it-traffikanti tad-droga, u l-Pulizija ma tqanżħitx wisq biex issib il-ħati. Ħelsu minnu, u ħadd ma xerred demgħa fuqu, lanqas ommu l-għażiża, li għaliha kien ilu li miet.

Imma jien tatni rasi. Tħawwadt u tgerfixt, għax dak li stqarr miegħi l-qattiel kien marbut bis-sigriet tal-qrar, u ma stajtx naqbad u mmur niġri nikxef kollox mal-Pulizija. X’naqbad ngħidilhom? Li ġie wieħed iqerr għandi u stqarr miegħi li ried jeħles minn Johnny Barbara? Min jaf kemm-il wieħed kien hawn li hedded jew xtaq jeħles minn Johnny Barbara. Kif stajt ngħid li dak li ġie jqerr għandi kien l-awtur tad-delitt? Xi provi kelli? Forsi kienet biss kumbinazzjoni. Kumbinazzjoni daqsxejn kbira, imma mhux li ma tistax isseħħ, ittantajt nikkonvinċi lili nnifsi. Dawn l-affarijiet jiġru, għedt bejni u bejn ruħi. Ma ridtx nidħol f’basal għalxejn.

Mistoqsija: Meta kienet l-ewwel darba li mar iqerr?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb ANĠLI U XJATEN. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 15 ta’ Jannar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb L-IMXENNQA GĦALL-ĠIŻIRANA U STEJJER OĦRA hija:

VELLA - GUDJA

Tweġiba:

Indirizz:

08.01.2023 24
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 03 Matul l-2022, kemm issolvew ilmenti mid-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni?
Isem: Numru tat-telefown:
J.

Sally McNeil hi bodybuilder Amerikana li kienet instabet ħatja għallqtil ta’ żewġha, il-bodybuilder Ray McNeil. Minkejja li saħqet kemm-il darba li qatlitu biex tiddefendi lilha nnifisha, l-evidenza li nstabet fuq ix-xena tad-delitt wasslet lill-ġurija biex issibha ħatja għall-qtil tat-tieni grad. McNeil, li kienet magħrufa bħala Killer Sally mill-filmati li kienet tagħmel, serviet 24 sena mis-sentenza li ngħatatilha, dik ta’ bejn 19-il sena u għomorha l-ħabs.

Min kienet Sally McNeil?

Sally McNeil twieldet fid-29 ta’ Mejju tal-1960 f’Allentown, fl-istat ta’ Pennsylvania. Skont kliemha stess, McNeil kellha tfulija diffiċli u kemm missierha, kif ukoll missierha tarrispett, kienu jerfgħu idejhom fuq ommha. Tant il-vjolenza kienet komuni fid-dar, li McNeil kienet taħseb li din kienet xi ħaġa normali. Meta kienet l-iskola, McNeil saret atleta u kienet tgħum, togħdos u tiġri. Il-ħolma tagħha kienet li ssir għalliema tal-ġinnastika. Hekk kif kienet waslet fl-aħħar semestru tal-iskola, hi ma kellhiex biżżejjed flus biex tħallas il-miżata, u l-ġenituri tagħha ma ridux jgħinuha. Kien għalhekk li McNeil irriżenjat millkors u daħlet fil-United States Marine Corps f’Camp Pendleton. Hawnhekk, McNeil iltaqgħet ma’ Anthony Lowden u ftit wara żżewġu. Flimkien kellhom żewġt itfal, Shantina u John. Lowden kien vjolenti u kien jerfa’ idu fuqha, u din il-vjolenza kienet ir-raġuni li talbet għas-separazzjoni minn miegħu. McNeil qalet li Lowden, apparti li kien vjolenti, ma kienx jemmen li t-tfal kienu minn tiegħu minħabba li ħarġu bjondi bħal ommhom iżda b’karnaġġjon ftit skur.

Waqt is-servizz militari tagħha, McNeil bdiet titħarreġ u saret bodybuilder. Fis-snin 80, hi rebħet żewġ kampjonati tal-U.S. Armed Services Physique Championship. F’Ġunju tal1987, persuna laqqgħet lil Sally ma’ bodybuilder ieħor li kien fil-korp navali, Ray McNeil. Huma għamlu biss xahrejn joħorġu flimkien, iżżewġu u marru joqogħdu f’Oceanside f’Kalifornja. Bħall-ewwel raġel li kellha, Ray ukoll kien jerfa’ idu fuqha u din id-darba, anke fuq uliedha.

Fl-1990, McNeil ingħatat pożizzjoni inqas minn ta’ Surġent minħabba l-imġiba ħażina li kellha fuq il-post tax-xogħol. Skont ir-rapport tal-militar, McNeil kienet vjolenti meta tkun irrabjata u kellha ħabta terfa’ idejha fuq ħaddieħor. Din l-imġiba kontinwa wasslet għat-tkeċċija tagħha mill-korp navali.

Hekk kif tkeċċiet, Sally bdiet karriera fejn kienet tieħu sehem f’filmati tiġġieled mal-irġiel. Ta’ dawn il-filmati u anke żjajjar fid-djar ta’ rġiel interessati, McNeil kienet tieħu 300 dollaru fis-siegħa. Kien minn dan ix-xogħol li McNeil ingħatat illaqam ta’ ‘Killer Sally.’ Permezz ta’ dan ix-xogħol, McNeil setgħet tgħin lil żewġha jitħarreġ fil-karriera tal-bodybuilding.

Waqt li kien qed jitħarreġ, Ray McNeil beda juża l-isteroids biex ikompli jikber u dawn kienet tħallas għalihom Sally. Fl-1993, hu kkompe -

KILLER SALLY

Ħatja jew Innoċenti?

ta fil-Mr Olympia iżda spiċċa fil-15-il post.

Darba minnhom, Sally ġiet arrestata wara li sawtet pustier u darb’oħra tkeċċiet min-National Physique Committee wara li sawtet lil waħda mara hekk kif akkużatha li bdiet torqod ma’ Ray. Skont xi xhieda u ħbieb ta’ Ray, hu vera kien jibdilha ma’ nisa oħrajn u Sally kienet tafu dan. Fl-1993, Sally reġgħet ġiet arrestata hekk kif sawtet gwardjan ta’ ħanut għax ma riditx tinżel minn fuq il-mejda. Hekk kif il-pulizija marru fuq il-post, hi bdiet theddidhom li se toqtolhom.

Il-qtil u l-ġuri

F’Jum San Valentinu tal-1995, Sally ċemplet lil 911 u qaltilhom li qatlet lil żewġha għax sawwatha. Hi qalet li qatlitu biex tiddefendi lilha nnifisha għax prova jifgaha wara li akkużatu li kien qed jibdilha ma’ nisa oħrajn. Sally qalet li rnexxielha taħrab, marret fil-kamra tas-sodda, ġabet is-senter u sparatlu żewġ tiri –wieħed f’sidru u ieħor fix-xedaq.

Il-fatt li sparatlu darbtejn qanqal suspett waqt l-investigazzjoni u ma kienx hemm qbil mal-mod kif qalet li ġraw l-affarijiet u l-evidenza li nstabet. Minkejja dan, Sally baqgħet

ittenni li qatlitu għax kien se joqtolha. Kien għalhekk li fl-1996, Sally instabet ħatja bil-qtil tat-tieni grad ta’ Ray McNeil u weħlet bejn 19-il sena u għomorha l-ħabs.

Ħelsien

Wara diversi appelli, McNeil ġiet illiberata taħt kundizzjoni fid-29 ta’ Mejju tal-2020. Fl-età ta’ 60 sena, Sally iltaqgħet ma’ Norfleet Stewart mill-grupp ta’ appoġġ tal-Veterans Transition Center u żżewġitu. Illum il-ġurnata, Sally taħdem f’maħżen u reġa’ għandha kuntatt ma’ wliedha. Il-mistoqsija tibqa’ tidwi sal-lum, hi innoċenti jew ħatja għall-qtil ta’ Ray McNeil?

Fl-1990, McNeil ingħatat pożizzjoni inqas minn ta’ Surġent minħabba l-imġiba ħażina li kellha fuq il-post tax-xogħol

08.01.2023 25

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi.

Eżempju:

Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

08.01.2023 26
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri. 1 7 13 19 25 4 10 16 22 2 8 14 20 26 5 11 17 23 3 9 15 21 6 12 18 24
08.01.2023 27 TISLIBA 468 MIMDUDIN: 1.Baħar, 4.Borġ, 9.Int, 10.Bibien, 12.Stukas, 16.AGA, 18,22.Sudan, 19.Iva, 20.Batut, 24.Nixxa WEQFIN: 1.Bdiewa, 2,7.Ħatab, 3,11.Rabat, 5,23. Origanu, 6,17.Ġungla, 8.Biskuttin, 12,21M. Salad, 12.USA, 14.Sittax, 15.Banana, 21.Leg SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 N. ABELA - KALKARA Isem: Indirizz: WEQFIN: 1. Kompli l-qawl: Għandek ’l Alla għandek ...... (6) 2. Stazzjon tal-PN (5) 3,6. Kien imexxi l-Eġittu (5) 5,11. Rispostuż (5) 6. Ara 3 8. Gżira fil-Mediterran (9) 11. Ara 5 12,22. Tista’ ġġib ix-xita (5) 13,23. Pajjjiż (7) 14. Isem (6) 15. Artist (6) 17,19. Jaqdi (6) 21. Ingliż kbir (3) 22. Ara 12 wieqfa MIMDUDIN: 1. Jispara dan (5) 4. Pjaneta (4) 7,9. La fil-plural bilfors foloz (5) 9. Ara 7 10. Alex (6) 12. Abbuża sesswalment (6) 16. Anzjan (3) 18. Sovran (2) 19. Ara 17 20. Pajjiż (5) 21. Linja tal-ajru (1,1,1) 23. Ara 13 24. Kulur (5) Bi 3 NUMRI 140 170 237 257 359 395 426 464 497 780 888 896 B’4 NUMRI 0000 0060 0737 0820 1118 1564 3328 3769 3782 4104 4405 4691 4907 5169 5688 5747 6323 6606 6608 6881 6883 7156 7241 7481 7847 7888 8844 8860 8898 8982 9051 9301 9361 9464 9504 9688 B’5 NUMRI 04026 07590 07600 07675 08866 09013 14787 17047 19047 21576 29991 38794 40517 43079 44743 52685 58737 60649 66220 66794 74575 94736 B’6 NUMRI 088111 131224 178921 185034 330408 385657 471011 665101 686649 781721 786972 804467

IS-SENTIMENT POŻITTIV MALTI

Editorjal

Kontra t-tendenza kontinentali (u kontra dak mixtieq mill-ftit fostna wkoll), it-tisħiħ ta’ sentiment pożittiv f’pajjiżna llum għandu relevanza ferm akbar minn qatt qabel. Bl-ewwel perjodu festiv iċċelebrat fi spirtu normali, attività ekonomika tajba, familji f’sitwazzjonijiet stabbli u titjib fil-faxex t’isfel tas-soċjetà biex ikomplu jilħqu skaluni ogħla, minkejja dak kollu li għadu jiddomina x-xena internazzjonali, hu konferma li ninsabu fit-triq it-tajba.

Mhux ta’ b’xejn stati oħra u istituzzjonijiet Ewropej stess qed iħarsu lejn Malta bħala l-eżempju prattiku li wieħed għandu jimxi fuqu. Jibqgħu biss f’ċaħda tal-Partit Nazzjonalista u dawk li jmexxuh.

u tiġi sodisfatta kull xewqa li jesprimu.

Dawk li llum jikkmandaw kull riedna fil-PN mhux se jistrieħu sakemm fil-pajjiż jibqa’ jeżisti Partit Laburista. It-tferfir f’qalbhom ikompli jikber wisq iżjed jekk il-Moviment Laburista jibqa’ jissaħħaħ u jibqa’ jingħata l-fiduċja biex jamministra u jiddeċiedi fl-aħjar interess nazzjonali.

Jekk sal-2013 Gvern Nazzjonalista kien jherri u jeqred kulma kien imiss b’idejh, materjali u mhux, l-għaqal Laburista poġġa lill-pajjiż u lil ġensu fuq binarji sodi lejn destin prosperu.

naw għal isem Dr Azzopardi, allura l-Kap u l-Partit kellhom jilagħqu l-bżieq kollu li ħlew filkwistjoni u għandhom jobdu biss l-ordnijiet li jinħarġulhom.

Fil-ġenwinità kollha tiegħu, il-poplu mhu se jippermetti lil ħadd, wisq inqas lill-PN bil-kapriċċi tiegħu, li jostakolah jew jipprova jrażżnu fit-triq li qabad u li biħsiebu jibqa’ miexi b’wiċċu mgħolli

Inbidlet sena oħra, iżda l-attitudni ta’ dawn tibqa’ l-istess. Għalihom lanqas l-akbar injezzjoni ta’ pożittività ma sservi biex tegħleb l-imrar fl-istonku li rabbew fl-aħħar 10 snin mindu l-poplu Malti u Għawdxi ddeċieda bl-akbar maġġoranza storika li jiskreditahom.

Messna ilna li rrealizzajna lkoll kemm aħna li dawn mhu se jikkuntentaw qatt, anke jekk jingħataw kulma jesiġu

Ma jirrealizzawx li r-rabja, li tikolhom minn ġewwa u tkompli ġġibhom irrelevanti, hi l-konferma li l-pajjiż miexi fid-direzzjoni t-tajba eżatt kif jixtieq il-poplu inġenerali. Filfatt, l-eżistenza tagħhom ukoll isservi bħala doża li kontinwament tqanqal il-ħidma sfiqa favur aktar riżultati pożittivi li wkoll jissarrfu fi kwalità ta’ ħajja aħjar għas-soċjetà f’kull sens, mhux l-inqas għal dawk li jeħtieġu l-appoġġ iżjed minn oħrajn.

Għax ma trid l-ebda fantażija biex tagħraf id-differenza totali ta’ kif tjiebet il-ħajja f’pajjiżna sa mill-bidla fl-amministrazzjoni nazzjonali, inkluż l-aħħar tliet snin meta d-dinja kollha kellha u għadha tiffaċċja l-agħar ċirkostanzi possibbli.

Bil-mentalità antikwata, li wkoll ħaddnu sa minn 50 sena ilu, se jibqgħu joġġezzjonaw għal kull pass li jmidd riġlu fih il-Gvern attwali, anke jekk dan ifisser li jinqabdu kull darba f’pożizzjonijiet konfliġġenti. Jinbidlu l-metodi, imma l-istil għadu identiku.

Għadna qed narawha wkoll fl-ebusija ta’ rashom li joġġezzjonaw għall-ħatra ta’ Eks Prim Imħallef fil-kariga ta’ Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Bla mistħija, sa waslu jiddikjaraw li ma jriduhx għax, kif iddetta l-establishment, Dr Joseph Azzopardi mhuwiex u lanqas jista’ jkun effiċjenti.

U dan avolja l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech kien diġà ddikjara bil-miktub li jaqbel li l-istess persuna tingħata kariga oħra Kostituzzjonali u li “lest jgħix bih(a)” proprju fil-kariga li ppropona l-Prim Ministru Robert Abela. Iżda la l-idejn, li jimmanipulaw lill-istess Grech minn wara l-kwinti, oġġezzjo-

Għaldaqstant, kienet tajba u tagħmel sens ukoll id-deċiżjoni tal-Gvern li fl-aħħar jiem iressaq emenda fil-liġi biex ikun jista’ jiskatta mekkaniżmu, ladarba jibqa’ ma jintlaħaq l-ebda kunsens bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra tad-Deputati, ħalli din il-pożizzjoni importanti tkun tista’ timtela bla ebda dewmien ieħor. Din ukoll għandha l-appoġġ tal-poplu

Kif ingħad diversi drabi, anke hawnhekk, il-maġġoranza assoluta taċ-ċittadini għandha l-ħeġġa kollha li tkompli tirreġistra aktar sentiment pożittiv u tibqa’ fi triqitha miexja lejn il-progress.

Il-ħajja fiha nfisha diġà hi mimlija ostakli. Għaldaqstant il-poplu, fil-ġenwinità kollha tiegħu, mhu se jippermetti lil ħadd li, b’mod kapriċċuż, ikompli jostakolah jew jipprova jrażżnu fit-triq li qabad u li se jibqa’ jimxi b’wiċċu mgħolli ’l quddiem … iħares biss lura biex ma jinsiex minn fejn telaq u f’liema sitwazzjoni kien fiha.

08.01.2023 28

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.