IL-PAPA SE JDUR IL-PORT IL-KBIR UKOLL F’MEJJU
www.kullhadd.com Il-Ħadd 8 ta’ Marzu, 2020
Ara paġna 9
Ħarġa Nru 1,391 Prezz €1
EMANĊIPAZZJONI FEMMINILI BIL-FATTI
L-EWWEL KAŻ TAL-COVID-19 KONTROLLAT
jum il-m ar a
2
L-ewwel każ tal-Covid-19 irrappurtat ilbieraħ f’pajjiżna, dak ta’ tfajla Taljana ta’ 12-il sena residenti hawn, jirriżulta li jinsab taħt kontroll fit-taqsima mħejjija apposta mill-awtoritajiet tas-saħħa lokali. Il-fatt li l-familja tagħha magħmula wkoll mill-ġenituri RIĊERKA TAL-KULLĦADD TISKOPRI KIF u tifla oħra qagħdu fi kwaranIL-MARA MALTIJA GĦAMLET AVVANZI KBAR tina f’darhom, kif irrakkomanMILL-2013 ’L HAWN… HAWN HUMA L-FATTI!! dat, wara li waslu minn Ruma nhar it-Tlieta, aktarx għen biex il-virus ma jinxteridx iżjed. Il-familja segwiet il-pariri X’GAWDIET IL-MARA tad-Dipartiment tas-Saħħa u waqt li t-tfal ma marrux MALTIJA MILL-2013? skola, il-ġenituri ma marrux • sehem akbar fl-edukazzjoni għax-xogħol u ma ħarġux terzjarja mir-residenza tagħhom. F’konferenza tal-aħbariji• żidiet f’livelli maniġerjali u et fil-Ministeru għas-Saħħa, professjonali id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris • iżjed opportunitajiet ta’ xogħol Fearne qal li l-kundizzjoni tat-tfajla kienet tajba u qed • paga medja li kibret b’27% tinżamm għall-osservazzjoni 0 2 ġo sala ta’ iżolament fl-Isptar 0 • mill-ogħla għall-inqas Mater Dei. Wara li jumejn ilu rata fil-faqar t-tfajla bdiet tħoss xi sintomi • inqas dipendenza ta’ deni u wġigħ fi griżmefuq l-assistenza soċjali jha, il-ġenituri kkuntattjaw lid-Dipartiment tas-Saħħa. • €32 miljun aktar Swab li sarilha dakinhar billejl, fil-pensjoni tar-romol irriżulta pożittiv għall-Covid-19 ilbieraħ filgħodu. rapport dettaljat f’paġna 4
Tkompli f’paġna 10
02
08.03.2020
kullhadd.com
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 16°C L-Inqas Temperatura: 10°C L-Indiċi UV: 4 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Ċirkolazzjoni ta’ pressjoni baxxa fuq in-Nofsinhar tal-Italja ser tersaq lejn il-Xlokk It-Temp: Pjuttost imsaħħab b’ħalbiet tax-xita possibbilment bir-ragħad Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mill-Punent Majjistru li jsir moderat għal ftit qawwi Il-Viżibilità: Tajba lokalment moderata fil-ħalbiet taxxita Il-Baħar: Moderat L-Imbatt: Baxx mill-Punent Majjistral It-Temperatura tal-Baħar: 16°C
Editur RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR It-Tnejn
tel: (+356) 2568 2570
It-Tlieta
L-Erbgħa
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
16°C
UV 5
15°C
Il-Ħamis
Indirizz Postali KullĦadd
16°C
UV 5
10°C
16°C
Il-Ġimgħa
UV 5
10°C
Is-Sibt
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
Sit Elettroniku KullĦadd
18°C
UV 5
10°C
18°C
UV 5
12°C
18°C
UV 2
12°C
kullhadd.com
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000
Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, Il-Belt Valletta – 21238355 Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21221512 Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487311 St. Paul’s, Triq Brared, Birkirkara – 21442135 Regional Pharmacy, Triq E. H. Furse, L-Imsida – 21312449 Pembroke Pharmacy, 87, Triq Giuseppe Malfeggiani, Pembroke – 21372784 Chemimart Pharmacy . 4,5,6, il-Piazzetta, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 21338369 St. Michael Pharmacy, Misraħ tat-Transfigurazzjoni, Ħal Lija – 21435875 Sta. Margherita Pharmacy, Vjal il-Qalbiena Mostin, Santa Margherita Estate, Il-Mosta – 21416426 St. Paul’s Bay Pharmacy, 504, Triq il-Kbira, San Pawl il-Baħar – 21575276 Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21693412 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 Bellavista Pharmacy, 88 Triq il-Hortan, Marsaskala – 21633788 Beta Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Ħal Għaxaq – 21663311 Remedies Pharmacy, 5, Triq Santa Katerina, L-Imqabba – 21641133 Brown’s Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ – 21465411 St. Anthony Pharmacy, 18 Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21454187
Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202
Għawdex
L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000
Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Ir-Rabat – 21557819 Tony’s Pharmacy, “Egret Court”, Triq il-Wied, Marsalforn – 21563617
L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888
Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
03
08.03.2020
kullhadd.com
IL-MALTIN SODISFATTI U B’FIDUĊJA FIL-ĠEJJIENI Il-proporzjon ta’ Maltin li fl-aħħar 12-il xahar kellhom diffikultà biex ikampaw mal-ħajja kien sostanzjalment inqas minn dak fl-Unjoni Ewropea, waqt li dawk li jidhrilhom li s-sitwazzjoni finanzjarja tal-familja tagħhom kienet tajba jew tajba ħafna kien ogħla minn dak fl-Unjoni wkoll. Dan joħroġ mill-aħħar stħarriġ tal-fehma pubblika tal-Ewrobarometru, ippubblikat il-ġimgħa li għaddiet mill-Kummissjoni Ewropea. Fil-fatt l-istħarriġ tal-ħarifa juri li l-proporzjon ta’ Maltin li kellhom diffikultà li jkampaw malħajja fil-biċċa l-kbira tas-sena kien ta’ 5%, imqabbel ma’ 7% fl-UE kollha. Dawk li qalu li kellhom xi diffikultà minn żmien għal żmien kien ta’ 25% kemm f ’Malta kif ukoll fl-UE. Il-proporzjon ta’ dawk li kważi qatt ma kellhom diffikultà kien ta’ 70% f ’Malta, 4% ogħla mir-rata tal-UE. Ix-xejra pożittiva ta’ dawk li qed isibuha inqas diffiċli li jkampaw mal-ħajja tidher mill-fatt li din is-sena l-għadd ta’ dawk li qalu li kważi qatt ma jsibu diffikultà żdied bi 2%, waqt li dawk li qalu li jsibu xi diffikultà minn żmien għal żmien ukoll naqas bi 2% oħra. Dan aktarx kien riżultat ukoll tal-fatt li proporzjon akbar ta’ Maltin huma sodisfatti bis-sitwazzjoni tal-impjieg tagħhom. Fil-fatt dawk il-Maltin li qalu li huma sodisfatti ħafna jew pjuttost sodisfatti bl-impjieg li għandhom kienu 67%, waqt li l-istess sentiment fl-UE kien inqas – 61%. Dawk, imbagħad, li kienu tal-fehma li s-sitwazzjoni tal-impjieg tagħhom kienet pjuttost
ħażina jew ħazina ħafna f ’Malta hu 8%, imqabbel ma’ 20% fl-UE. Jekk, imbagħad, wieħed jara x’jaħsbu l-Maltin dwar il-qagħda finanzjarja tal-familja tagħhom, isib li 82% iqisuha tajba jew tajba ħafna (UE: 73%), l-istess proporzjon bħas-sena ta’ qabel, waqt li dawk li jqisuha ħażina jew ħazina ħafna kienu biss 14%, meta fl-UE kienu 25% li qalu l-istess. Meta jħarsu ’l quddiem, il-maġġoranza talMaltin (67%) jistennew li l-qagħda finanzjarja tagħhom fit-12-il xahar li jmiss se tkun l-istess, b’kuntrast ma’ proporzjon inqas ta’ Ewropej (62%) li huma daqstant ottimisti. Dawk li jistennew li s-saħħa finanzjarja tagħhom se tmur għallagħar kienu 6% f ’Malta, b’kuntrast mad-doppju u iżjed fl-UE (13%). Dawn ir-riżultati huma konferma li l-politika ekonomika u soċjali tal-Gvern qed tħalli l-effetti mixtieqa u li l-istennija tal-Maltin għadha pożittiva. Naturalment, jibqgħu ċerti aspetti li jħassbu lill-Maltin. Dawn jinkludu, fost oħrajn, tħassib li l-għoli tal-ħajja jista’ jkun agħar fix-xhur li ġejjjin (proporzjon ogħla milli fl-UE), li l-prezz jew disponibilità ta’ akkomodazzjoni tista’ tkun problema (għalkemm dan hu kważi n-nofs tal-UE), u li l-pensjonijiet ma jkunux adegwati (proporzjon li terġa’ hu 5% inqas mill-UE). Madanakollu, proporzjon għoli ta’ Maltin (66%) għandhom fiduċja fil-ġejjieni, l-istess kif għandhom il-popli Ewropej inġenerali.
QAGĦDA FINANZJARJA (familja) Tajba ħafna: 7% (UE: 13%) Pjuttost tajba: 75% (UE: 60%) Pjuttost ħażina: 13% (UE: 20%) Ħażina ħafna: 1% (UE: 5%)
QAGĦDA FINANZJARJA FL-2021 Aħjar: 17% (UE: 22%) Agħar: 6% (UE: 13%) L-istess: 67% (UE: 62%)
DIFFIKULTÀ LI TKAMPA
Ta’ spiss: 5% (UE: 7%) Kultant: 25% (UE: 25%) Kważi qatt: 70% (UE: 66%)
IL-ĦAJJA INĠENERALI QAGĦDA TAL-IMPJIEG Tajba ħafna: 13% (UE: 16%) Pjuttost tajba: 54% (UE: 45%) Pjuttost ħażina: 7% (UE: 15%) Ħażina ħafna: 1% (UE: 5%)
Aħjar minn qabel: 22% (UE: 29%) Agħar minn qabel: 7% (UE: 11%) L-istess: 61% (UE: 58%)
PUNTI TA’ TĦASSIB FIL-PAJJIŻ
Akkomodazzjoni: 11% (UE: 17%) Pensjonijiet: 4% (UE: 15%)
PUNTI TA’ TĦASSIB PERSONALI Prezzijiet ogħla: 44% (UE: 30%) Akkomodazzjoni: 7% (UE: 13%) Pensjonijiet: 10% (UE: 15%)
04
08.03.2020
L-AVVANZI BIL-FATTI GĦALL-MARA MALTIJA FL-AĦĦAR SEBA’ SNIN Stħarriġ, li l-gazzetta KullĦadd wettqet fl-aħħar jiem fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Mara, li jitfakkar madwar id-dinja proprju bħal-lum it-8 ta’ Marzu, juri li s-sess femminili f ’Malta kien minn tal-ewwel fil-mixja riċenti ta’ progress u ġid li esperjenzajna f ’pajjiżna, tant li kiber f ’sitt oqsma partikolari talħajja. Dawn huma lkoll relatati, b’mod partikolari, mal-edukazzjoni, ix-xogħol u s-saħħa finanzjarja. Bħalma l-istorja politika lokali wrietna li l-mara Maltija tista’ tgawdi d-drittijiet li għandha llum bis-saħħa ta’ Gvernijiet Laburisti preċedenti, sa mit-twelid tal-Moviment Soċjalista f ’pajjiżna 100 sena ilu, mill-2013 lil hawn ġew irreġistrati qabżiet sinifikanti, li bdew taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Joseph Muscat u qed ikomplu issa taħt is-suċċessur tiegħu, Dr Robert Abela. Dan it-titjib kompla saħħaħ l-emanċipazzjoni femminili, li f ’Malta bdiet primarjament taħt Mexxejja preċedenti Laburisti fil-pożizzjonijiet ta’ Prim Ministri, bħal Pawlu Boffa u Dom Mintoff. Fir-riċerka tagħna, li hi bbażata fuq ċifri uffiċjali, tispikka partikolarment il-qabża fl-impjiegi, it-tip ta’ xogħol u l-livell tal-pagi relatati. L-informazzjoni ġiet imqabbla mas-sitwazzjoni ġenerali li kienet tinsab fiha l-mara Maltija fl-2012 taħt l-aħħar Gvern Nazzjonalista. Kull żvilupp irreġistrat, kbir kemm hu kbir, xorta jibqa’ jġorr id-dell ta’ triq twila li għad fadal meta l-mara titqabbel mar-raġel. Fil-fatt, l-irġiel mhux biss għadhom jiddominaw l-impjiegi b’differenza ta’ 20% fuq in-nisa, iżda saħansitra l-paga medja tagħhom hija 22% ogħla minn dik tan-nisa. Li hu ċert hu li fl-aħħar seba’ snin in-numru ta’ nisa jaħdmu kiber b’61% biex is-sena li għaddiet r-rata tal-impjiegi f ’pajjiżna qabżet il-medja Ewropea għall-ewwel darba fl-istorja. Fl-2012, ir-rata lokali kienet kwart inqas minn dik fl-Unjoni Ewropea, b’64,700 mara biss jaħdmu fit-tielet kwart ta’ dik is-sena. B’kun-
trast is-sena l-oħra, fl-istess perjodu, din iċ-ċifra telgħet għal 104,000. Qabbilna wkoll jekk din iż-żieda ta’ 39,300 mara f ’impjieg f ’seba’ snin kinitx almenu riflessa fl-2012 fuq is-seba’ snin preċedenti. Skoprejna, iżda, li dakinhar din iż-żieda kienet laħqet it-18,800, inqas min-nofs dik irreġistrata flaħħar snin. Dan it-titjib femminili f ’dawn l-aħħar snin hu riżultat ta’ numru ta’ miżuri li introduċa l-Gvern wara l-2013, speċjalment l-użu b’xejn taċ-childcare centres u l-in-work benefit, fost oħrajn. Meta analizzajna t-tip ta’ xogħlijiet li jaħdmu n-nisa f ’pajjiżna sibna li dawn qed jokkupaw terz tal-impjiegi kollha f ’pożizzjonijiet professjonali u/jew maniġers, skont iċ-ċifri tat-tielet kwart tal-2019. Din hi żieda ta’ 73% meta mqabbla fuq seba’ snin qabel.
Iż-żieda ta’ 39,300 mara f’impjieg fl-aħħar seba’ snin kienet aktar mid-doppju ta’ dak irreġistrat fl-aħħar seba’ snin ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti...grazzi għall-miżuri li ddaħħlu mill-2013
Fil-fatt, waqt li fl-2012 taħt ilPN kien hemm 18,200 mara f ’dawn il-pożizzjonijiet, b’żieda ta’ 8,500 fuq is-seba’ snin ta’ qabel, sas-sena l-oħra kien hawn 31,400 mara jaħdmu fl-istess pożizzjonijiet. Żieda ta’ 13,200 mara fuq l-2012. Dan kien ukoll riżultat għal titjib fil-livell terzjarju jew aktar tal-edukazzjoni, fejn is-sena l-oħra mara minn kull erbgħa f ’pajjiżna kellha dan il-livell edukattiv. Fl-2012 ir-rata kienet mara minn kull sebgħa. Bejn iżżewġ perjodi n-numru ta’ nisa li kellhom dan il-livell ta’ edukazzjoni kiber bi 22,400, minn 25,500 fl-2012 għal 47,900 fl2019. Analiżi taż-żieda fl-għadd ta’ nisa li kellhom edukazzjoni terzjarja jew ogħla taħt il-PN bejn l-2005 u l-2012 turi li l-qabża
kienet nofs dik rjenzajna fl-aħħar
li espeseba’ snin. It-titjib fil-livell tal-edukazzjoni u pożizzjonijiet maniġerjali u/jew professjonali mhux biss iġibu indipendenza akbar għall-mara Maltija, imma awtomatikament anke żieda fiddħul finanzjarju individwali. Pereżempju skoprejna li kien hemm żieda ta’ 27% bejn id-dħul li kellha mara fit-tielet kwart tal-2012 u dak li qalgħet fl-istess perjodu s-sena l-oħra. Qabża minn paga medja ta’ €14,028 tmien snin ilu għal €17,815 is-sena l-oħra.
kullhadd.com
Bejn l-2012 u l-2019 il-paga medja tan-nisa kibret bi kważi erba’ darbiet ir-rata tal-inflazzjoni. Fis-seba’ snin ta’ qabel il-bidla fil-Gvern fl-2013, il-qabża tal-paga tan-nisa kibret bid-doppju tal-inflazzjoni, nofs ir-ritmu ta’ dawn l-aħħar seba’ snin. Waqt li taħt Gvern Nazzjonalista l-paga medja żdiedet bi €3,288 f ’seba’ snin, iż-żieda taħt il-Partit Laburista filGvern kienet ta’ €3,787. Meta tneħħi l-inflazzjoni, dawn ifissru żidiet ta’ 10% u 20% rispettivament. Fl-istħarriġ estensiv tagħna ridna nevalwaw ukoll jekk dawn l-avvanzi fl-oqsma tax-xogħol u l-pagi relattivi humiex riflessi wkoll fuq il-faxex aktar baxxi u vulnerabbli tas-soċjetà u s-sehem tal-mara Maltija fihom. Dan, b’mod partikolari, ladarba hu fatt magħruf li n-nisa għandhom riskju akbar mill-irġiel li jaqgħu fil-faqar u l-esklużjoni soċjali, differenza kbira ta’ 15%. Minkejja dan, ir-riċerka għallmitna li jekk fl-2013 kellna l-ogħla rata ta’ nisa f ’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali (25.5%) fl-istorja riċenti ta’ pajjiżna, sal-2017 ksibna l-inqas rata (20.2%) f ’dan ir-rigward. Terġa’ fl-2018 ksibna l-inqas rata ta’ nisa f ’sitwazzjoni ta’ ċaħda materjali severa (3.4%), rata li kienet tlaħħaq l-10.3% ħames snin qabel. Minn rata ogħla mill-medja Ewropea issa għandna rata li hi nofs il-medja tal-UE. Fil-każ ta’ dipendenza fuq il-benefiċċju tal-assistenza soċjali, sibna li seba’ snin ilu kien hawn 75% tas-single parents li kienu jiddependu fuq it-tali assistenza mill-Gvern, meta fis-sitwazzjoni tal-lum għandna 33% tagħhom. Fl-istess perjodu wkoll Gvern Laburista żied bi 30% jew bi €32 miljun l-ispiża tiegħu fuq pensjonijiet tar-romol, li minn €114-il miljun telgħet għal €146 miljun. Dan wassal biex armla fuq il-pensjoni minima żdiedet minn inqas minn €119 għal €144 fil-ġimgħa. Din tfisser żieda ta’ kważi d-doppju taż-żieda għall-għoli tal-ħajja matul dawn is-snin.
05
08.03.2020
kullhadd.com
DELIA JATTAKKA INDIRETTAMENT LILL-PREDEĊESSURI Il-Kap Nazzjonalista uża t-traġedja tal-Ħamrun biex jattakka “sistema perversa” li ħaddnu t-tlieta ta’ qablu fil-PN, imma fuq kollox reġa’ ttama li jsalva l-finanzi tal-Partit b’injezzjoni mill-Istat Meta nhar it-Tlieta talab għas-sospensjoni tal-aġenda Parlamentari biex, kif ġara, l-ogħla istituzzjoni fil-pajjiż tiddiskuti l-inċident traġiku fil-Ħamrun li seħħ ġurnata qabel, il-Kap tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista kkontradixxa l-intenzjonijiet tajbin li seta’ kellu f ’dan ir-rigward. Fil-fatt, mhux biss bagħat messaġġ qawwi kontra l-prattiċi, anke illeċti, li ħaddnu għal numru ta’ snin it-tliet Kapijiet ta’ qablu – Eddie Fenech Adami, Lawrence Gonzi u Simon Busuttil – iżda wkoll ittanta jsalva s-sitwazzjoni finanzjarja diżastruża li dawn spiċċaw ħallewlu fl-2017 billi reġa’ enfasizza u appella li għandha tinbidel is-sistema minn fuq s’isfel, bl-ewwel pass ikun il-finanzjament dirett tal-Istat lill-partiti. Skont Delia, dan it-tip ta’ finanzjament għandu jaqta’ kull perċezzjoni jew dubju ta’ perċezzjoni tar-rabta li n-negozji l-kbar għandhom mal-PN l-ewwel wieħed. Hu sigriet magħruf li l-PN, li llum jingħad għandu mal€34 miljun f ’dejn u mijiet ta’ eluf ta’ imgħaxijiet li jakkumulaw fuqu kull sena, uża kumpaniji kbar biex iħallsulu l-pagi tal-ħaddiema u l-uffiċjali tiegħu fl-imgħoddi. Dan ħareġ minn irċevuti ta’ reklamar li qatt ma sar f ’isem il-Grupp DB meta tali ħlasijiet kienu qed imorru biex iħallsu salarji abbundanti tal-ogħla uffiċjali fil-ġerarkija tal-Partit. Minbarra hekk, sakemm il-PN kien fil-poter, baqgħet titħaddem sistema illegali, imsemmija l-JS List għall-Eks Teżorier tal-Partit Joe Stellini, fejn negozjanti kbar kienu jiġu sforzati jagħtu eluf kbar lidDar Ċentrali bħala perċentwal ta’ kuntratt li jkunu għadhom kemm rebħu mingħand ilGvern. Awtomatikament is-sistema nfisha poġġiet f ’dubji serji kemm tali kuntratti kienu tassew qed jingħataw mill-Gvern u l-entitajiet jew l-awtoritajiet tiegħu kollha kif titlob il-liġi u l-governanza t-tajba, dik li l-istess Partit illum hu “champion” biex jitkellem (biss) dwarha. Dr Delia, li għadu wkoll
jipprattika l-iskema ĊedoliPN li tiskapula l-Liġi tal-Finanzjament tal-Partiti u faċilment tista’ tintuża biex jinħaslu flus maħmuġin, nhar it-Tlieta qal li, “jekk irridu nirrevedu sistema perversa fejn il-flus huma l-alla ta’ kollox … l-ewwel pass għandu jkun dak kuraġġuż li nneħħu r-rabta ħażina bejn il-business u l-partiti politiċi billi ndaħħlu finanzjament tal-Istat għall-partiti politiċi. Qiegħed hawn biex ngħid li jekk tassew irridu sistemi li ma jħarsu lejn wiċċ ħadd, allura rridu naqtgħu kull forma ta’ dipendenza jew perċezzjoni ta’ dipendenza (referenza għan-negozji l-kbar).” Biex ikompli jżid il-melħ fuq il-ferita ta’ kemm m’hemm xejn mill-ġenwin f ’dan ir-rigward u kemm tal-PN jilagħbuha tal-puritani, anke jekk qatt ma kienu, nhar il-Ħamis li għadda s-Segretarju Ġenerali attwali Francis Zammit Dimech ġie jbella’ r-ross bil-labra. F’artiklu fuq il-faċċata ta’ wara tat-Times, intitolat “The bottom line” u intenzjonat biex jirribatti artiklu preċedenti miktub mill-Eks Deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando, Zammit Dimech tenna li “hu essenzjali li jiġi osservat kif kull segretarju ġenerali u kap talPN dejjem għamlu biss l-aħjar tagħhom fejn jidħlu l-oqsma tal-finanzi tal-Partit, bħall-oqsma l-oħrajn kollha tiegħu”. Fl-istess ħin kellu jammetti li fl-2013, is-sena tal-bidla fil-Gvern, il-ħaddiema li kienu ingaġġati mal-fergħa medjatika tal-Partit, jiġifieri Media.Link, kellhom jitnaqqsu b’mod esaġerat, b’75%. Dan kollu jgħaqqad mal-fatt li, kontra r-regoli u l-obbligazzjonijiet kostituzzjonali, il-PN jerġa’ jinsab mingħajr il-kariga ta’ teżorier, li jrid iġorr kull responsabbiltà ta’ akkontabilità kif titlob il-liġi. Wara r-riżenja ta’ Robert Arrigo, li wkoll kien qed jokkupa l-pożizzjoni ta’ Viċi Kap, il-kariga għadha battala. In-negozjant innifsu spiċċa jimla l-vojt li ħalliet ir-riżenja immedjata ta’ Antoine Zammit, wara li fuq Facebook ammetta li kien jipprovdi servizzi televiżivi illegali, inklużi stazzjonijiet pornografiċi.
€249 MILJUN MILL-IIP FIL-KAXXA TA’ MALTA … il-parti mill-kontribuzzjoni tal-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment fil-Fond Konsolidat mill-2014 ’l hawn u li hi differenti mis-€600 miljun li tfaddlu s’issa għall-iżvilupp soċjali
Fi ftit iżjed minn ħames snin, il-Kaxxa ta’ Malta rċeviet €249,015,600 fil-Fond Konsolidat. Għalkemm ġejjin mill-istess Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment (IIP), dawn ilflejjes huma għalkollox differenti mill-madwar €600 miljun li llum jagħmlu l-Fond Soċjali u ta’ Żvilupp Nazzjonali (NDSF) u diġà kkontribwixxew fil-qasam tal-housing soċjali u l-kura tassaħħa. Anke jekk din l-injezzjoni serviet biex ittejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja fil-pajjiż, il-fatt li llum ingawdu minn baġits b’surplus minflok id-defiċits sinonimi mal-Gvernijiet Nazzjonalisti, li wkoll daħħluna fil-Proċedura Ewropea ta’ Defiċit Eċċessiv, hu primarjament riżultat tal-għaqal amministrattiv u l-għadd kbir ta’ investimenti barranin li esperjenzajna fl-aħħar seba’ snin. Iċ-ċifri relatati mal-Kaxxa ta’ Malta mill-IIP, bejn Diċembru 2014 u l-bidu ta’ Frar 2020, ingħataw din il-ġimgħa mill-Ministru tal-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna waqt li wieġeb mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Hermann Schiavone. Dan tal-aħħar talab xahar b’xahar id-dħul fil-Kaxxa ta’ Malta mill-iskema tal-IIP. Jirriżulta li l-aktar sena sħiħa li l-IIP ikkontribwixxa għallKaxxa ta’ Malta kienet l-2017 b’€85,361,850, segwita mill-2016 (€51,461,100). Waqt li fl-2015, l-ewwel sena sħiħa tal-programm, kien hemm ftit iżjed minn €15-il miljun li ddaħħlu filKaxxa ta’ Malta, l-2018 u l-2019 raw id-dħul ta’ €44 miljun u €45 miljun rispettivament fil-Fond Konsolidat. Il-programm tal-IIP Malti,
li kien approvat mill-Kummissjoni Ewropea, jobbliga lil kull applikant li jiġi aċċettat għaċ-ċittadinanza Maltija biex iħallas is-somma ta’ €650,000 fl-NDSF. Din tammonta għal madwar 70% tal-ħlasijiet kollha li jridu jsiru. Minbarra hekk, applikant irid jikri proprjetà b’valur ta’ €16,000 kull sena jew jixtri waħda li ma tiswiex inqas minn €350,000 u Diċ-14
€3,577,050
jikseb b’kemm jiswew €150,000 fi stokks jew bonds, fost oħrajn. Hu u qrabatu, li jkunu mniżżlin fl-applikazzjoni tiegħu, ukoll iridu joqogħdu għal assessjar rigoruż qabel ikunu eliġibbli għaċ-ċittadinanza, waqt li jridu jipprovdu assigurazzjoni globali tas-saħħa ta’ mill-inqas €50,000 kull individwu u juru provi li jistgħu jsostnuha għal perjodu indefinit. Jan-18
€220,950
Jan-18
€1,183,950
Lul-15
€5,778,000
Fra-18
€3,639,600
Sett-15
€3,492,900
Mar-18
€2,634,300
Diċ-15
€5,784,750
Apr-18
€2,072,700
Ġun-18
€8,818,695
Fra-16
€4,916,250
Lul-18
€5,933,250
Lul-16
€9,329,850
Aww-18
€4,314,150
Aww-16
€7,390,350
Sett-18
€5,444,370
Sett-16
€7,516,800
Ott-18
€2,701,800
Ott-16
€5,585,850
Nov-18
€4,410,405
Nov-16
€8,166,150
Diċ-18
€2,929,500
Diċ-16
€1,197,450 Mar-19
€5,664,780
Jan-17
€7,358,400
Apr-19
€3,263,400
Jan-17
€2,823,300
Mej-19
€4,066,200
Fra-17
€5,250,150
Ġun-19
€7,791,750
Mar-17
€8,361,900
Lul-19
€3,558,600
Apr-17
€6,368,400
Aww-19
€6,454,350
Mej-17
€6,849,000
Sett-19
€3,062,700
Ġun-17
€7,108,650
Ott-19
€4,501,350
Lul-17
€3,973,500
Nov-19
€3,042,450
Aww-17
€11,390,850
Diċ-19
€3,811,500
Sett-17
€4,548,600
Ott-17
€6,019,200
Jan-20
€2,708,550
Nov-17
€21,739,050
Fra-20*
€1,330,650
Diċ-17
€929,250
*dħul fil-Fond Konsolidat mill-1 sas-7 ta’ Frar 2020
06
08.03.2020
kullhadd.com
SEBA’ SNIN TA’ GVERN LABURISTA Għada nfakkru s-seba’ anniversarju minn mindu l-Partit Laburista ġie fdat biex imexxi l-pajjiż fl-Elezzjoni Ġenerali storika tad-9 ta’ Marzu 2013. Dakinhar il-poplu Malti u Għawdxi għażel li jbiddel it-tmexxija tal-pajjiż u ta mandat qawwi lill-Partit Laburista, l-akbar maġġoranza elettorali fl-istorja sa dakinhar. Wara, prattikament, kwart ta’ seklu ta’ amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, dik l-elezzjoni kienet il-bidu ta’ vjaġġ li mhux biss biddel id-direzzjoni tal-pajjiż, minn xifer falliment finanzjarju, għall-għira Ewropea, iżda wkoll beda jsolvi l-inġustizzji kollha tas-snin preċedenti, taffa piżijiet esaġerati minn fuq dahar il-poplu b’mod ġenerali u introduċa l-akbar faxxa ta’ miżuri li jolqtu lil dawk l-aktar vulnerabbli, fost ħafna oħrajn. Seba’ snin wara, l-ekonomija Maltija hija d-doppju ta’ dak li kienet fl-2013, u fis-snin li ġejjin imbassra li jkollha l-ogħla rata ta’ tkabbir fl-Unjoni Ewropea kollha kemm hi. Ir-rata ta’ nies jaħdmu, anke fejn jidħlu n-nisa, għall-ewwel darba fl-istorja bdiet taqbeż il-medja Ewropea. Dawk jirreġistraw għax-xogħol huma fl-inqas livell minn mindu Malta saret indipendenti u l-paga medja għall-ewwel darba qabżet l-€20,000. Pajjiżna minn sitwazzjoni ta’ defiċits qawwija fil-bilanċ ta’ pagamenti internazzjonali u finanzi pubbliċi, issa għandu fost l-ogħla surpluses osservati fiż-Żona Ewro. Minflok żieda fid-dejn nazzjonali, il-Gvern qed jibni Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali. Skont il-Eurostat il-proporzjon ta’ dawk f ’qagħda ta’ ċaħda materjali severa naqas minn livell fejn kien ogħla mill-medja Ewropea għal nofs dik l-istess medja. Minbarra hekk, naqsu wkoll b’madwar 7,000 dawk dipendenti fuq assistenza soċjali. Dan kollu wassal biex aġenziji ta’ kreditu internazzjonali bdew jagħtu ratings ta’ “A+” lil pajjiżna. Dawn ir-riżultati ġew wara numru ta’ miżuri u riformi progressivi, li ħafna drabi saru minkejja t-tfixkil u l-oppożizzjoni negattiva tal-Partit Nazzjonalista. Hawnhekk se nelenkaw sena b’sena dawk li kienu l-aktar miżuri importanti u li wasslu għar-riġenerazzjoni jew rivoluzzjoni ekonomika u soċjali ta’ pajjiżna. 2013 – Tnaqqis fil-piżijiet flok awsterità L-amministrazzjoni l-ġdida sabet ma’ wiċċha l-akbar defiċit finanzjarju fl-istorja ta’ pajjiżna. B’riżultat t’hekk, kemm il-Kummisjoni Ewropea kif ukoll il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) kienu argumentaw li ma setax jitwettaq il-manifest elettorali tal-Partit Laburista u minflok ipproponew miżuri ta’ awsterità. Minkejja li pajjiżna tpoġġa fil-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv (Excessive Deficit Procedure), Gvern ġdid Laburista rrifjuta l-politika ta’ awsterità. Minflok żamm il-wegħdi elettorali tiegħu u raħħas ir-rata tal-Income Tax, miżura li kien wiegħed il-Partit Nazzjonalista sa mill-2008, iżda qatt ma kien wettaq. L-amministrazzjoni l-ġdida wkoll tejbet il-kundizzjonijiet tat-taxxa tal-ġenituri, waqt li miżura soċjali ferm importanti kienet it-tneħħija tal-impożizzjoni tat-Taxxa tad-Dħul fuq dawk li jaqilgħu l-Paga Minima Nazzjonali. L-aħħar Gvern Nazzjonalista mhux talli ma tejjibx il-Paga Minima, talli beda jintaxxaha – waħda mill-agħar miżuri ta’ awsterità u antisoċjali li qatt ittieħdet f ’pajjiżna. B’kollox id-deċiżjonijiet tal-Gvern ġdid Laburista bbenefikaw minnhom mal-95,000 taxpayer b’roħs medju fil-kont tat-taxxa ta’ aktar minn €700 fis-sena. Miżuri li sal-lum u ta’ kull sena qed iħallu kważi €70 miljun fil-bwiet tal-familji tagħna.
2014 – Aktar flus fil-but tal-familji Wara l-ispinta mogħtija fl-ewwel sena ta’ tmexxija, fit-tieni sena tiegħu l-Gvern Laburista ffoka r-riżorsi fiskali f ’għajnuna lill-familji. Ta’ min ifakkar li qabel il-bidla fil-Gvern, l-inċertezza, inflazzjoni għolja u ż-żieda fil-qgħad kienu wasslu biex il-konsum privat jibda jonqos. Dan kellu effett ħażin fuq l-ekonomija u n-negozji, tant li fl-aħħar sena tal-Gvern Nazzjonalista kienu bdew jagħlqu iżjed kumpaniji milli jiftħu. B’kuntrast, l-amministrazzjoni l-ġdida adottat politika intiża biex tagħti nifs ġdid lid-domanda domestika. Fost il-miżuri l-aktar importanti li ttieħdu wieħed ma jistax ma jsemmix iċ-childcare b’xejn. Din il-politika rivoluzzjonarja, li s’issa swiet kważi €80 miljun lillGvern, għenet lil aktar minn 22,000 ġenitur biex ikomplu jew jibdew jaħdmu. Mhux b’kumbinazzjoni li, waqt li f ’April 2014 ir-rata ta’ impjiegi fost in-nisa żgħażagħ kienet ta’ 44%, din issa qabżet il-55% u saret it-tieni l-ogħla fl-Ewropa. Minbarra ċ-childcare b’xejn, il-Gvern raħħas ukoll il-kontijiet tad-dawl u l-ilma b’medja ta’ 25%, miżura meqjusa fundamentali fil-qabża fil-kwalità tal-għajxien tal-familji u n-negozji kollha. Studji tal-Bank Ċentrali jindikaw li l-politika enerġetika tal-Gvern kapaċi kabbret l-ekonomija ta’ pajjiżna bi 3%. Kull familja f ’pajjiżna qed tiffranka bħala medja mal-€150 kull sena jew €150 miljun kumplessivament li baqgħu fi bwiethom. Fl-aħħar nett, fl-2014 il-Gvern nieda l-iskema tal-First Time Buyers, li permezz tagħha ħafna familji ġodda ffrankaw mal-€5,250 f ’boll. Aktar minn 19,000 persuna gawdew minn dan il-programm li qed iħalli madwar €60 miljun f ’idejn koppji li qed jibdew il-ħajja flimkien. 2015 – Sostenn għal min irid jaħdem Filwaqt li raħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma għan-negozji, il-Gvern reġa’ naqqas it-taxxi u kompla jadotta politika li wasslet għal stabilità fil-prezz tal-fuel għall-familji u n-negozji. Frott din il-politika, il-prezz tal-petrol u d-diesel f ’Malta kien 6ċ orħos mill-medja Ewropea mill-2013 sal-lum, biex b’hekk familja medja qed tonfoq €325 inqas fis-sena fuq fuel milli kienet tonfoq taħt l-aħħar Gvern Nazzjonalista. Xejn inqas minn €50 miljun fis-sena li qed jibqgħu fil-bwiet tal-familji tagħna. Fl-2015 il-Gvern Laburista beda jadotta politika ferm progressiva biex jgħin lil dawk dipendenti fuq benefiċċji soċjali u, minflok, jibdew jaħdmu. Fost dawn il-miżuri
innovattivi, il-Gvern daħħal it-tapering tal-benefiċċji soċjali ħalli persuni li jsibu xogħol ma jitilfux mill-ewwel il-benefiċċju soċjali tagħhom kif kien jiġri qabel. Din il-miżura kienet ikkumplimentata bl-introduzzjoni tal-In-work Benefit, benefiċċju ieħor li jingħata lil dawk li jaħdmu, imma li għandhom dħul baxx. L-impatt ta’ dawn il-miżuri kien spettakolari. L-ammont ta’ dawk dipendenti fuq l-assistenza soċjali llum naqas b’60% minn dak li kien fl-2012, differenza ta’ 7,000 persuna. Waqt li fl-2012, 75% tas-single parents kienu jirrikorru għall-assistenza soċjali, dan il-proporzjon issa waqa’ għal 33%. Aktar minn 5,000 persuna qed igawdu mill-Inwork Benefit b’benefiċċju medju ta’ kważi €900. 2016 – Is-sena tal-pensjonanti Fir-raba’ sena tagħha, l-amministrazzjoni Laburista tefgħet attenzjoni kbira fuq il-pensjonanti. Dan billi ngħatat l-ewwel żieda reali fil-pensjonijiet f ’aktar minn ġenerazzjoni. Bil-kontra tal-amministrazzjoni preċedenti, li kienet iddeċidiet li ddaħħal pensjoni minima għolja biss għal dawk li se jibdew jirtiraw fl-2026, Gvern Laburista għażel li jwieżen lil dawk l-aktar fil-bżonn. B’hekk fl-2016 il-Pensjoni Minima Nazzjonali, flimkien mal-bonus, żdiedet għal €140 fil-ġimgħa, żieda medja ta’ madwar €8 fil-ġimgħa. Minn din il-miżura gawdew aktar minn 12,000 pensjonant. Il-Gvern tejjeb ukoll il-pensjoni għar-romol, ħa miżuri biex iż-żmien li ommijiet jagħmlu jrabbu lil uliedhom ma jitnaqqsilhomx mill-pensjoni u daħħal ukoll skema li biha beda jħallas sa nofs il-Paga Minima għal live-in carers. Dawn il-miżuri kienu biss il-bidu ta’ sensiela twila, li minbarra żidiet oħrajn fil-Pensjoni Minima, wasslet ukoll biex dħul mill-pensjoni ma jibqax jitħallas Taxxa tadDħul fuqu. It-tneħħija tal-obbligu tat-taxxa fuq il-pensjonijiet tibbenefika fis-sena lil madwar 22,000 pensjonant, li bdew jiffrankaw sa massimu ta’ €650 fis-sena. L-ispiża fuq pensjonijiet fl-2020 se tkun €600 miljun jew inkella 60% ogħla mill-2012. Il-pensjoni taż-żewġ terzi żdiedet bħala medja b’terz fil-ħames snin li għaddew. 2017 – Tispiċċa l-friża tal-Paga Minima Wara li fis-sena ta’ qabel temm il-friża tal-Pensjoni Minima, fl-2017 il-Gvern Laburista temm il-friża tal-Paga Minima. Bi qbil fost l-imsieħba soċjali, ġie stabbilit li l-ebda
kullhadd.com
ħaddiem ma jibqa’ fuq il-Paga Minima Nazzjonali għal aktar minn sena. Dan billi persuna li tkun fuq din it-tip ta’ paga awtomatikament tirċievi żidiet ogħla mill-COLA fis-sentejn ta’ wara, żidiet li jammontaw għal €6 fil-ġimgħa. B’riżultat ta’ dan il-ftehim bla preċedent, persuna li kienet taqla’ €169.76 fil-ġimgħa fl-2017, fl-2020 ġiet taqla’ €185.33 fil-ġimgħa, kważi €810 fis-sena aktar. Din iż-żieda hi erba’ darbiet aktar dik li kien hemm fil-Paga Minima fit-tliet snin qabel l-2017. Minbarra li gawdew minnha dawk li jaħdmu bil-Paga Minima, id-deċiżjoni affettwat ukoll lil dawk li jsofru minn diżabilità u ma jistgħux jaħdmu, għax f ’riforma bla preċedent il-Gvern Laburista ħabbar li l-assistenza lil dawk b’diżabilità severa li ċċaħħadhom milli jaħdmu mhux se tkun inqas mill-Paga Minima.
07
08.03.2020
FL-AĦĦAR 20 SENA ŻDIDNA B’100,000! … mis-sena 2000 lil hawn it-tkabbir kostanti tal-popolazzjoni ma kellu l-ebda effett f’Għawdex, li wkoll esperjenza tnaqqis fl-2005 u fl-2010
MALTA
2018 – Jibda l-investiment fl-infrastruttura Wara t-tkabbir ekonomiku qawwi li rreġistra pajjiżna, inħasset iżjed il-ħtieġa li l-Gvern jieħu passi biex jibni infrastruttura li tkun kapaċi tilqa’ għar-realtajiet ġodda tal-ekonomija Maltija. Waħda mill-wegħdi ewlenin tal-manifest elettorali li bih il-Partit Laburista rebaħ l-akbar rebħa elettorali mill-Indipendenza ’l hawn kienet li jinbnew mill-ġdid it-toroq kollha talpajjiż. Għal dan il-għan il-Gvern waqqaf aġenzija apposta u alloka baġit apposta ta’ €700 miljun. Studju tal-IMF indika li dan il-programm jaf iżid il-ġid nazzjonali ta’ pajjiżna b’aktar minn 18% fit-30 sena li ġejjin. Dan kien ikkonfermat ukoll minn studju tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, li indika wkoll li l-Gvern għandu juża l-mijiet ta’ miljuni li faddal fil-Fond Soċjali għall-Iżvilupp Nazzjonali (NDSF) għal skopijiet ta’ infrastruttura. Minbarra t-toroq, il-Gvern qed jaħdem, fost l-oħrajn, fuq diversi proġetti kapitali bħall-pipeline tal-gass, it-tieni fibre-optic cable għal Għawdex, proġetti għar-riċiklagg tal-iskart u tindif tal-ilma. Dan flimkien ma’ studji li potenzjalment iwasslu għal mina bejn Malta u Għawdex, sistemi ta’ trasport tal-massa u żviluppi ġodda fil-portijiet ewlenin tagħna. Filwaqt li kien għaddej b’din il-ħidma, il-Gvern ma nesiex il-politika soċjali. Kompla jnaqqas it-taxxi għal dawk l-aktar fil-bżonn u jtejjeb il-benefiċċji soċjali u pensjonijiet u f ’iżjed minn 11-il sena ngħatat l-ewwel żieda fiċ-Children’s Allowance. Ingħatat ukoll ġurnata oħra żejda fil-leave annwali biex tikkumpensa l-festi pubbliċi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa u li kienu nsterqu minn Gvern Nazzjonalista. Din il-miżura se twassal biex il-ħaddiema lokali jgawdu mill-ogħla ammont ta’ ġranet ta’ leave fil-pajjiżi kollha tal-UE. 2019 – Enfasi fuq il-Housing It-tnedija tal-akbar proġett infrastrutturali fl-istorja ta’ pajjiżna kien segwit minn enfasi ġdida fuq il-Housing soċjali u dak affordabbli, li hu kunċett innovattiv. It-tkabbir ekonomiku qawwi wassal għal domanda akbar għal proprjetà u b’hekk għal prezzijiet u kirjiet ogħla. Gvern Laburista ħa azzjoni biex jirregola l-ġungla li kellna fis-suq tal-kera wara li Gvern Nazzjonalista kien illiberalizza għalkollox is-suq mingħajr ma kkunsidra garanziji la għas-sidien u wisq inqas għal min jikri daru. Fl-2019 il-Gvern tejjeb il-benefiċċju tal-First Time Buyers u s-sussidju għal min jikri, waqt li kompliet l-iskema tas-social loans fejn il-Gvern jidħol jagħmel tajjeb għad-depożitu ta’ xiri ta’ proprjetà. L-Awtorità tad-Djar ingħatat spinta ġdida biex tirriġenera l-oqsma tad-djar f ’diversi lokalitajiet. Minbarra hekk, wara assenza mis-suq tal-bini tal-proprjetà għal ġenerazzjoni sħiħa, il-Gvern beda jaħdem fuq numru ta’ proġetti ffinanzjati minn fondi tal-Bank Ewropew u l-Fond ġdid Soċjali u għall-Iżvilupp Nazzjonali. Permezz ta’ investiment ta’ €60 miljun il-Gvern mistenni jibni madwar 2,500 unit ġdid, li jkopru kważi tliet kwarti tal-lista ta’ stennija għal Housing soċjali. Il-Gvern nieda wkoll proġetti ta’ Housing affordabbli biex jassisti lil dawk li ma jikkwalifikawx għal Housing soċjali, għax jaqbżu t-threshold stabbilit, imma xorta għandhom bżonn l-għajnuna, anke għax wisq probabbli l-banek kummerċjali ma jisilfuhomx. Dan minbarra skemi speċjali ta’ equity sharing għal persuni ta’ aktar minn 40 sena fejn l-Istat jasal fi ftehim biex jaqsam magħhom il-piż tal-proprjetà.
GĦAWDEX U KEMMUNA 1989
25,775
1999
29,349
2009
31,322*
2018
33,388*
1989
326,655
1999
350,852
2009
382,705*
2018
460,171*
*total tal-popolazzjoni sal-aħħar tas-sena u jinkludi kemm Maltin kif ukoll barranin residenti fostna
L-għadd tal-popolazzjoni Għawdxija bilkemm inbidel fl-aħħar 20 sena meta tqis li ż-żieda li kien hemm ta’ 3,008 persuni bejn Maltin u barranin hi relattivament insinifikanti fuq perjodu daqstant twil ta’ żewġ diċennji. Min-naħa l-oħra, l-art prinċipali tal-Gżejjer Maltin esperjenzat iqabża kbira ta’ 99,137 persuna fil-popolazzjoni sħiħa tagħha. Għawdex, inkluża Kemmuna, saħansitra kellha sentejn partikolari (l-2005 u l-2010) fejn il-popolazzjoni naqset bi ftit, u mhux żdiedet, meta mqabbla mal-ammonti tas-snin ta’ qabel. Xi ħaġa li f ’Malta qatt ma seħħet fl-aħħar 30 sena. Ir-ritmu tat-tkabbir fil-Gżejjer Maltin beda jirranka sa mill-2008 b’medja ta’ 4,000 kull sena, id-doppju ta’ li kienu qed jiżdiedu fis-snin ta’ qabel. Minkejja dan, mill-2011 ’il quddiem, il-ġirja baqgħet tiżdied sena wara oħra, speċjalment mar-ritmu tal-ekonomija li kienet qed tirranka bil-qawwi taħt Gvernijiet Laburisti mill2013 lil hawn. B’referenza għat-twerwir tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li, sal-bidu tal-2019, kien ibeżża’ biż-żieda kostanti ta’ madwar 70,000 barrani li qed jherru l-fibra soċjali tal-ħajja Maltija, mhux biss jirriżulta li kien qed jikkwota ċifri żbaljati jew inkella kien qed jonfoħhom għal raġunijiet partiġġjani, tant li ż-żieda fil-popolazzjoni mill-2013 sal-aħħar tal-2018 kienet ta’ 54,000 persuna, iżda dawn lanqas huma kollha barranin. L-għadd jinkludi wkoll iż-żieda fl-għadd ta’ Maltin. L-argumenti tal-Partit Nazzjonalista li l-ekonomija kienet qiegħda tikber, għax kienet qiegħda tikber il-popolazzjoni wkoll kienu mgiddbin diversi drabi u deskritti bħala argumenti pwerili u bla bażi minn analisti ekonomiċi bħall-Professur Philip von Brockdorff, Kap tad-Dipartiment tal-Ekonomija fl-Università ta’ Malta. Dak iż-żmien, fit-tweġiba tiegħu għad-diskors ta’ Delia b’reazzjoni għad-diskors tal-Baġit 2019, il-Prim Ministru Joseph Muscat kien irredikola l-argument bħala fjakk. “Mela jiġi jgħidilna li kbirna li kbirna bil-barranin. Teorija ekonomika fejn jidher li (Delia) għandu konsulenti gwappi daqs ta’ qablu (Simon Busuttil). Hija teorija ta’ Thomas Malthus, li l-argument tiegħu kien li pajjiż jista’ jiġi f ’sitwazzjoni li ma jkollux biżżejjed ikel
għan-nies. Teorija ta’ 220 sena ilu. Sadanittant id-dinja mxiet ’il quddiem u din it-teorija nużawha fl-ekonomija aktar biex nitbissmu bil-ħsibijiet biżarri ta’ dak iżżmien. Jgħidulha Malthusian Catastrophe. Issa minn dak li smajna mill-Kap tal-Oppożizzjoni għandna d-Delia Catastrophe,” kien qal Dr Muscat, waqt li enfasizza li, bl-istess argument, is-Sudan t’Isfel kellu jirreġistra l-akbar tkabbir ekonomiku dik is-sena, għax kellu l-akbar tkabbir tal-popolazzjoni. “Minflok, l-ekonomija tal-pajjiż ċkienet b’6%.” Minkejja dan, aktar tard dik is-sena wkoll, Delia kompla bil-kampanja tiegħu u, waqt li indirizza laqgħa politika f ’San Pawl il-Baħar, fost l-aktar lokalitajiet affettwati miż-żieda fil-barranin, insista li “ż-żieda li qed nesperjenzaw mhix il-frott ta’ trasferimenti ta’ kapaċitajiet li għandna bżonn biex l-ekonomija tagħna tiffjorixxi. Dan mhux investiment, iżda sinjal millGvern li dan hu l-uniku mezz kif nistgħu nkabbru l-ekonomija.” Iċ-ċifri uffiċjali tal-popolazzjonijiet f ’Malta u f ’Għawdex ġew ippreżentati din il-ġimgħa fil-Parlament mill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna, li taħtu jaqa’ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Hu kien qed iwieġeb mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Toni Bezzina, li speċifikament talab għal dawn l-ammonti, maqsumin gżira gżira u sena sena, mill-1989 lil hawn. Mit-tagħrif mogħti joħroġ li bejn l-aħħar tal-2011 u l-aħħar tal-2018, bejn Maltin u barranin, il-popolazzjoni sħiħa żdiedet bi 15.4% jew b’76,013-il persuna. Fl-10 snin ta’ qabel, bejn is-sena 2000 u l-2010 iż-żieda rreġistrata mill-NSO kienet tliet darbiet inqas – 23,574 persuna. Is-snin ta’ qabel (1989-1999) mhumiex qed jiġu kkalkulati għall-fini ta’ dan ir-rappurtaġġ, għas-sempliċi raġuni li l-istatistika miġbura ma kinitx tkopri lill-barranin li jgħixu fostna, kif ġibed l-attenzjoni l-istess Ministru l-Professur Scicluna. Anke jekk, wieħed irid jgħid li l-qabża fil-popolazzjoni bejn l-aħħar tal-1999, li tinkludi biss lill-Maltin, u l-aħħar tas-sena 2000, li wkoll tiġbor lill-barranin, kienet “biss” ta’ kważi 11,000. F’Għawdex, mill-aħħar tal-1989 (Għawdxin biss) sal-aħħar tal-2018 (barranin inklużi), id-differenza xorta baqgħet żgħira – 7,613-il persuna.
08
08.03.2020
kullhadd.com
STUDJU XJENTIFIKU ĠDID
L-EBDA BAJJA RAMLIJA SAL-2100 Wieħed mis-suġġetti li mhux biss huwa l-aktar diskuss, imma wkoll qed inħossu l-effetti tiegħu regolarment hu t-tibdil fil-klima u t-tisħin tad-dinja. Effetti diżastrużi li mhux biss jintwerew f ’partijiet l-aktar kesħin tad-dinja, imma anke f ’pajjiżi bħal tagħna fejn it-tibdil immissuh b’idejna stess u, partikolarment, kull sajf ikun aktar sħun minn dak ta’ qablu. L-istaġuni m’għadhomx l-istess. Qed naraw xhur li s-soltu huma kkaratterizzati minn elementi tan-natura li qed jinbidlu, bħal Frar ta’ din is-sena stess, pereżempju. Skont l-Uffiċċju Meteoroloġiku, ix-xahar li għadda kien l-aktar wieħed xott fi kważi ċentinarju jew aħjar minn kemm ilhom jinżammu r-rekords mill1923. Ferm ’il bogħod mill-“Frar ifawwar il-bjar”, kif għallmuna missirijietna. Studju xjentifiku ġdid juri li effett ieħor tat-tibdil fil-klima se jkun li l-bajjiet ramlin kif nafuhom illum se jinbidlu drastikament – anzi nofs il-bajjiet ramlin madwar id-dinja kollha litteralment se jispiċċaw sal-aħħar tas-seklu. Il-bajjiet kollha taħt il-100 metru, kif inhuma dawk Maltin, se jgħosfru. Jekk għal xi wħud dan jidher ’il
Studju xjentifiku ġdid juri li effett ieħor tat-tibdil fil-klima se jkun li l-bajjiet ramlin kif nafuhom illum se jinbidlu drastikament
bogħod ħafna, jirriżulta li hemm effetti oħrajn li se narawhom anke sa 30 sena oħra. Fil-fatt, dan l-istess studju, li ġie ppubblikat nhar it-Tnejn li għadda fil-ġurnal xjentifiku Journal Nature Climate Change, jgħid li sas-sena 2050 anke l-kosta dinjija kif nafuha llum se tinbidel – riżultat ta’ erożjoni għal madwar 15% tal-kosta. Qed jingħad li hemm partijiet tal-kosta, fosthom ukoll il-kosta tal-Mediterran, li se jaraw erożjoni
ta’ mhux inqas minn 100 metru sas-sena 2100. U terġa’, l-istima ta’ 100 metru hi deskritta bħala konservattiva, minħabba li ħafna mill-bajjiet ramlin għandhom wisa’ ta’ inqas minn 50 metru, speċjalment dawk fejn il-bniedem bena bliet sħaħ fuqhom, inkluż fi gżejjer żgħar bħal Malta, fil-Mediterran u fil-Karibew. L-istudju tmexxi minn grupp ta’ xjenzati taħt Michalis Vousdoukas, espert fil-qasam tiegħu, imma
wkoll uffiċjal xjentifiku fil-Kummissjoni Ewropea. Meta waslu għall-konklużjonijiet tagħhom, l-awturi kkunsidraw diversi fatturi apparti t-tibdil fil-klima, fosthom ukoll il-qerda tal-bajjiet minħabba kostruzzjoni u l-effett tal-gassijiet li jkun rilaxxat minn prodotti użati mill-bnedmin. Il-qerda tal-bajjiet ma tfissirx biss nuqqas ta’ spazju għal rikreazzjoni fil-jiem dejjem jisħnu tas-sajf. Imma tfisser daqqa ta’
ħarta ekonomika minħabba l-effett fuq it-turiżmu u attivitajiet oħrajn ukoll. Fuq kollox il-qerda tal-ambjent naturali kif nafuh illum. L-aktar pajjiż f ’riskju hu l-Awstralja, imma miegħu wkoll hemm iċ-Ċilì, iċ-Ċina, l-Istati Uniti, ir-Russja, il-Messiku u l-Arġentina. Hemm ukoll dawk il-pajjiżi gżejjer żgħar – speċjalment tal-Karibew u l-Mediterran li minħabba n-natura ċatta tagħhom jinsabu f ’riskju akbar ukoll. Skont dan ir-rapport, minħabba temperaturi dejjem jogħlew, tfaċċat ġżira fl-Antartiku li qabel kienet miksija minn saffi massiċċi tas-silġ. Riċerkaturi tal-proġett THOR (Thwaites Offshore Research) skoprew il-ġżira meta kienu għaddejjin bl-istħarriġ tagħhom. Il-gżira għandha daqs ta’ ftit inqas minn 60,000 metru kwadru. Fl-istess ħin li s-silġ qed idub u jikxef artijiet li dejjem kienu mgħottijin, aktar jogħla l-livell tal-ilma, li s’issa jagħmel 71% ta’ wiċċ id-dinja, bil-konsegwenza li dan ibiddel ukoll ix-xtajtiet kif nafuhom illum. U Malta? F’Diċembru li għadda rapport ta’ Climate Central kien wera l-effett tal-livelli li qed jogħlew tal-ilma u l-kosta dinjija u dak li kien mistenni li jiġri sas-sena 2050. Minħabba li Malta hija ta’ natura ċatta, l-effett jinħass aktar. L-Imsida, Marsalforn u x-Xemxija kif nafuhom illum għandhom riskju li jispiċċaw taħt l-ilma sas-sena 2050 jekk il-livell tal-ibħra jibqgħu telgħin minħabba t-tibdil tal-klima. U l-Għadira fil-Mellieħa? L-aktar bajja ramlija popolari matul is-sajf? Hemm tbassir marbut mal-livelli li qed jogħlew tal-ibħra li jgħid li l-Mellieħa tista’ tispiċċa bħala gżira minnha nnifisha, maqtugħa kompletament minn San Pawl ilBaħar. Għalhekk l-azzjoni dwar it-tibdil fil-klima hija importanti ferm. Ħsara diġà saret, ikkawżata biss mill-bniedem stess, imma tal-inqas nistgħu ngħinu biex tkun ikkontrollata għall-ġid tagħna llum u tal-ġenerazzjonijiet futuri.
09
08.03.2020
kullhadd.com
11 TAL-PN MINGĦAJR EBDA INTERESS FL-ELEZZJONIJIET KAŻWALI TAT-TLIETA LI ĠEJ Waqt li lbieraħ għalaq il-perjodu li fih setgħu jintefgħu n-nomini ta’ kandidati li kkontestaw l-aħħar Elezzjoni Ġenerali f ’isem il-Partit Nazzjonalista fuq id-9 u t-12il Distrett biex jinħatru żewġ deputati ġodda tal-Oppożizzjoni, jirriżulta li b’kollox kien hemm 11 li ma wrew l-ebda interess. Fost dawn kien hemm l-Eks Ministri George Pullicino u Francis Zammit Dimech, illum Segretarju Ġenerali Nazzjonalista, fuq id-9 Distrett, u Mark Azzopardi u Duncan Bonnici, it-tnejn kontestanti tal-Partit Demokratiku, li setgħu wkoll tefgħu n-nomina tagħhom fuq iż-żewġ distretti li huma, wara li fl-2017 kienu fuq il-lista tal-PN bħala parti mill-koalizzjoni bejn iż-żewġ Partiti.
Il-Kummissjoni Elettorali allokat ħamest ijiem, minn nhar it-Tlieta sal-bieraħ, biex tilqa’ n-nomini għall-elezzjonijiet każwali għad-deputati tal-Kamra tar-Rappreżentanti biex jimtlew il-postijiet li tbattlu minn Marthese Portelli fuq id-9 Distrett u Simon Busuttil fuq it-12-il Distrett. 7 kandidati ssottomettew in-nomina tagħhom fuq id-9 Distrett. Dawn huma Alan Abela Wadge, Graziella Attard Previ, Ivan Bartolo, Roselyn Borg Knight, Albert Buttigieg, Noel Muscat u Charles Selvaggi. Fuq it-12-il Distrett kien hemm ħames kandidati li ssottomettew in-nomina tagħhom flok l-Eks Kap tal-PN. Dawn huma Sam Abela, Simone Aquilina, Graziella Galea, David Thake u Edward Torpiano.
Kien hemm 9 kandidati oħrajn li setgħu ssottomettew in-nomina tagħhom fuq id-9 Distrett, iżda għal xi raġuni dawn ma wrewx interess – Timothy Alden, Mark Azzopardi (PD), Duncan Bonnici (PD), Herman Farrugia, Justin Fenech, Wayne Hewitt, George Pullicino, Evelyn Vella Brincat u Francis Zammit Dimech. Fit-12-il Distrett kien hemm erba’ kandidati oħrajn li għal xi raġuni baqgħu lura. Dawn kienu l-istess Mark Azzopardi (PD) u Duncan Bonnici (PD), flimkien ma’ Salvu Mallia u Anne Marie Muscat Fenech Adami. Il-Kummissjoni Elettorali għarrfet li l-għadd tal-voti fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, fin-Naxxar, għall-elezzjoni każwali fid-9 Distrett se jsir it-Tlieta fid-9.00 a.m. u dak fit-12-il Distrett fl-istess jum imma fil-11.00 a.m.
IL-PAPA SE JDUR FIL-PORT IL-KBIR WAQT LI JSELLEM LILL-FOLOL MINN FUQ KATAMARAN LI SE JDAWRU MAL-IBLIET TAL-PORT, IL-QDUSIJA TIEGĦU SE JKOLLU ŻEWĠ POPEMOBILES GĦAŻ-ŻJARA TA’ MEJJU Żdiedet attrazzjoni oħra prinċipali bħala parti miż-żjara tant mistennija tal-Papa Franġisku I fil-Gżejjer Maltin inqas minn tliet xhur oħra. Sorsi qrib l-organizzazzjoni qalu lil din il-gazzetta li, minbarra l-waqfa fis-Santwarju ta’ Pinu f ’Għawdex, fil-Grotta u l-Knisja ta’ San Pawl fir-Rabat u l-quddiesa Fuq il-Fosos tal-Furjana, li diġà huma magħrufin, il-Qdusija Tiegħu se jkun qed idur fuq katamaran mal-ibliet tal-Port il-Kbir biex isellem lill-folol kbar li mistennija jinġabru max-xtut. Il-programm sħiħ tal-attivitajiet, mifruxin fuq it-30 u l-31 ta’ Mejju li ġej, jinsab qrib li jiġi konkluż u mistenni jitħabbar fil-jiem li ġejjin, waqt li l-antiċipazzjoni għal din iż-żjara, ir-raba’ waħda minn Papa, qed tkompli tikber. Papa Ġwanni Pawlu II kien żar lil Malta darbtejn fl-1990 u fl-2001, waqt li l-Papa Benedittu XVI kien ġie fl2010. Il-gazzetta KullĦadd hi infurmata wkoll li fil-ġranet ta’ qabel jasal il-Papa fostna se jinġiebu bil-baħar żewġ vetturi li jkunu attrezzati apposta biex idawru lillKap tal-Knisja Kattolika fit-toroq tal-postijiet li jżur, magħrufin aħjar bħala Popemobiles. Waqt li waħda se tintuża f ’Malta mill-ewwel appena l-Qdusija Tiegħu jasal bl-ajru nhar is-Sibt 30 ta’ Mejju, u biha se jidħol minn Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta, sal-Palazz Presidenzjali fi Pjazza San Ġorġ fejn jiltaqa’ mal-ogħla awtoritajiet, il-vettura l-oħra se
tkun qed tintuża speċifikament għall-ħin fuq l-art Għawdxija. Kien irrapportat kif l-organizzaturi kienu qed isibu diffikultà li jdaħħlu l-attivitajiet kollha fiż-żjara, li oriġinarjament kellha tkun ta’ ġurnata waħda biss. Minkejja dan, jidher ċar li l-Papa mhux se jkollu wisq ħin ta’ mistrieħ fil-jumejn fostna. Il-Qdusija Tiegħu se jkun alloġġjat fid-dar uffiċjali tan-Nunzjatura fir-Rabat, Malta, fejn iqatta’ l-uniku lejl hawn. Mit-tagħrif miksub jidher li kienet ix-xewqa tal-Papa stess li jilħaq kemm jista’ jkun nies filpajjiż u ntlaqgħet l-idea li, minnufih wara li jasal f ’Malta u l-laqgħa fil-Palazz tal-President fil-Belt, jinżel ix-xatt tal-Belt minn fejn jirkeb il-katamaran, jintlaqa’ b’salut speċjali mill-Barrakka ta’ Fuq u litteralment idur 360 grad madwar ilPort il-Kbir biex isellem lill-folol. Minn hemm, imbagħad, se jibqa’ sejjer bl-istess katamaran fil-gżira Għawdxija għall-attivitajiet skedati fil-gżira-oħt. L-aħbar taż-żjara tal-Papa Franġisku ngħatat mill-President tar-Repubblika George Vella nhar l-10 ta’ Frar li għadda fil-quddiesa tal-festa ta’ San Pawl, li n-nawfraġju tiegħu qed jispira wkoll il-messaġġ wara l-istess żjara. Fir-reazzjoni tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela kien stqarr li dan l-avveniment storiku jixhed għal darb’oħra li, fiċ-ċokon tiegħu, pajjiżna jgawdi r-rispett sħiħ tal-mexxejja dinjija.
10
08.03.2020
kullhadd.com
IL-GVERN ILU XHUR JIPPJANA GĦAL DIN L-EVENTWALITÀ << Tkompli minn paġna 1
NEGOZJI LOKALI JESPLORAW IL-POTENZJAL TAL-AFRIKA Qajla jgħaddilek minn moħħok li l-kontinent Afrikan qed jikber ekonomikament, qed isir kompetittiv u joffri għadd ta’ opportunitajiet li bosta tefgħu ħarstu fuqu. Fil-Punent tal-istess kontinent, il-pajjiż tal-Ghana bħalissa qed jesperjenza l-akbar tkabbir ekonomiku u pajjiżna qed jesplora l-opportunitajiet li jeżistu, inkluż għall-kumpaniji lokali bil-għan li jżidu ċ-ċans li jinvestu f ’suq li hu lil hinn minn dak Ewropew. Din il-ġimgħa 27 kumpanija lokali ngħaqdu f ’missjoni kummerċjali li wittiet triq importanti ta’ diskussjonijiet kemm mal-awtoritajiet kif ukoll ma’ kumpaniji fil-Ghana li huma interessati li fl-operat tagħhom jużaw servizzi li joffru kumpaniji Maltin.
“L-Afrika nbidlet u qiegħda kontinwament tinbidel. Hemm enerġija li dan il-kontinent irid jiżviluppa bl-aktar mod sostennibbli anke fl-isfond li politikament qed tirrenja sens ta’ stabilità. Il-Ghana qed narawh bħala pont importanti biex kumpaniji lokali jidħlu f ’dan is-suq ġdid. Iż-żewġ pajjiżi huma parti mill-familja tal-Commonwealth, it-tnejn għandna storja li għaddejna minn imperu għall-ieħor, it-tnejn għandna l-Ingliż bħala waħda mil-lingwi uffiċjali u fuq kollox iż-żewġ pajjiżi determinati li jkomplu jkunu innovattivi. Huwa dan l-aspett li jagħmel liż-żewġ pajjiżi msieħba naturali,” qal il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri meta mistoqsi mill-
gazzetta KullĦadd. Kumpaniji lokali, bħal fil-farmaċewtika u biotech, diġà bdew jinvestu fil-Ghana b’kumpanija minnhom, Evolve Ltd, stqarret li ħadd m’għandu jaqta’ qalbu milli jinvesti fil-pajjiż, għax il-mod li kienu milqugħa kien wieħed impekkabbli u effiċjenti. Fil-missjoni kummerċjali, organizzata minn Trade Malta, ħadd ma rritorna lejn Malta idu f ’idu, qal il-Ministru Schembri. “Nazzarda ngħid li kienet missjoni storika bl-iffirmar ta’ ħames memoranda of understanding bisettorjali bejn entitajiet Maltin u dawk tal-Ghana. Pass li permezz tiegħu ġew identifikati s-setturi li ż-żewġ pajjiżi se jkunu qegħdin jaħdmu fuqhom.
STARTUPS U SMEs Kien iffirmat ftehim bejn il-Malta Enterprise u Impact Hub Accra li tmexxi ċentru għall-innovazzjoni u intraprenditorjali fil-Ghana. Il-ftehim se jwitti t-triq biex iż-żewġ naħat jikkollaboraw f ’oqsma ta’ negozji marbuta mal-qasam tas-saħħa, l-avjazzjoni, l-ekonomiji kreattivi u l-industrija taddawl. Dan fl-istess waqt li jkun appoġġjat programm li jirrikonoxxi attivitajiet intraprenditorjali li huma ta’ interess għaż-żewġ naħat bil-potenzjal li jinbidlu f ’opportunitajiet għaż-żewġ pajjiżi.
diġà tħejja protokoll biex ikun jista’ jiġi ttrasportat lejn Malta b’mod Sa nhar il-Ġimgħa, kienu biss Mal- sigur,” qal il-Ministeru mmexxi ta, Ċipru u l-Bulgarija fl-Ewro- minn Clint Camilleri. pa kollha li kienu għadhom ma Sadanittant, fil-konferenza rrappurtawx każijiet ta’ Coronatal-aħbarijiet fil-Ministeru tasvirus. Il-Ministru Fearne qal li Saħħa, il-Ministru Fearne kkonl-Gvern ilu xhur jaħdem fuq pjan ferma wkoll rapporti fil-midja ta’ tħejjija u qed isir screening tal- li l-Isptar Boffa qed jitbattal passiġġieri kollha li jidħlu f ’Malta. mill-pazjenti bħala prekawzjoni Sal-bieraħ kienu saru 323 swab biex jekk it-30 sodda lesti bħalissa għall-iżolament jimtlew, ikun fuq passiġġieri. Il-Ministru ħabbar ukoll li hemm 60 sodda oħra fl-Isptar twaqqfet helpline ġdida – 111 Boffa. Kull min għandu appuntam– biex persuni li jkollhom dubji minħabba sintomi relatati jkunu ent fl-Isptar Boffa mhux se jiġi jistgħu jċemplu wara li fuq il-help- affettwat għax, għalissa, is-servizz line 21324086 kienu qed iċemplu ta’ dermatoloġija se jibqa’ jingħata l-eluf kuljum b’riżultat ta’ allarm xorta waħda mill-post. Fl-aħħar ġimgħat aktar minn żejjed li ċerti sorsi kienu qegħdin 600 ħaddiem tas-saħħa ngħataw joħolqu bla bżonn. Minbarra hekk, tħabbar li minn taħriġ fl-eventwalità ta’ iżjed każi nhar it-Tlieta li ġej se jinfetaħ test- tal-virus. Se jibda wkoll proċess ta’ joint ing hub ġdid fejn persuni li jkollhom bżonn swabbing ikunu jist- procurement fuq livell Ewropew għu jmorru hemmhekk. Se jkun għal meta jkun hawn vaċċin biex post iżolat fejn il-professjonisti tkun il-Kummissjoni Ewropea li jkunu jistgħu jaħdmu b’aktar ef- tqassam skont il-ħtieġa tal-istati membri Ewropej. fiċjenza. Preżenti għall-konferenza Il-Ministeru għal Għawdex, fi stqarrija li ħareġ ilbieraħ, qal tal-aħbarijiet kien hemm ukoll li s’issa ma nstab l-ebda każ ta’ l-ogħla uffiċjali tas-saħħa fil-pajjiż, COVID-19 fil-gżira u kull test li jiġifieri s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Prof. Charmaine Gausar irriżulta fin-negattiv. “L-Isptar Ġenerali t’Għawdex ci, il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar qed jaħdem id f ’id mad-Diparti- Mater Dei Celia Falzon, il-Kap tal-Patoloġija ment tas-Saħħa biex nassiguraw tad-Dipartiment li l-miżuri kollha li qed jittieħdu Dr Christopher Barbara u l-Kap għal Malta jkunu applikati wkoll tat-Taqsima tal-Prevenzjoni tal-Inf ’Għawdex. Fl-eventwalità li paz- fezzjonijiet tal-Isptar Mater Dei jent f ’Għawdex jirriżulta pożittiv, l-Professur Michael Borg.
23 LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI GĦALL-KUMITATI LOKALI LABURISTI U L-FŻL
AKWAKULTURA
Il-Laqgħat Ġenerali Annwali tal-Kumitati Lokali tal-Partit Laburista se jissoktaw f ’din il-ġimgħa li ġejja bi 22 li se jinżammu bejn nhar it-Tlieta 10 ta’ Marzu u l-Ħadd li ġej, 15 ta’ Marzu. Il-Ġimgħa 13 ta’ Marzu tinżamm ukoll il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Forum Żgħażagħ Laburisti fiċ-Ċentru Laburista l-Ħamrun. Il-laqgħat jibqgħu jsiru kull ġimgħa sal-aħħar ta’ dan ix-xahar, qabel imbagħad issir il-Konferenza Ġenerali lejn l-aħħar t’April. Dawn jibdew fis-6.30 p.m. meta jkunu fost il-ġimgħa u fid-9.00 a.m. meta jaħbtu s-Sibt jew il-Ħadd. Il-Laqgħat Ġenerali Annwali li jmiss fil-ġimgħa li ġejja, skont iddata, huma dawn: It-Tlieta – Ħaż-Żebbuġ, Ħal Għaxaq, iż-Żurrieq u l-Imsida; L-Erbgħa – Il-Mellieħa, il-Ħamrun, Santa Luċija u l-Gżira; Il-Ħamis – Is-Siġġiewi, Tal-Pietà, in-Naxxar, Bormla u Għajnsielem; Il-Ġimgħa – Pembroke, ir-Rabat (Malta), il-Birgu, Birkirkara, Ħal Luqa u x-Xagħra; Is-Sibt – Iż-Żebbuġ, Għawdex; Il-Ħadd – Santa Venera, Ħaż-Żabbar, l-Imqabba, San Ġwann, ir-Rabat (Għawdex) u San Pawl il-Baħar. Fil-każ ta’ din tal-aħħar illaqgħa ssir fil-Gillieru Restaurant, f ’San Pawl il-Baħar stess.
Ġew iffirmati żewġ MOUs bejn AquaBiotech Group, ibbażati f ’Malta, u msieħba fil-qasam mill-Ghana b’rabta mal-iżvilupp tal-akwakultura. Dawn se jwittu t-triq għall-esportazzjoni ta’ prodotti lokali, servizzi u talent li pajjiżi oħrajn qed ifittxu li jibnu fuqhom.
NOTA: Il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Mosta li kellha ssir nhar l-Erbgħa li għadda ġiet posposta għat-18 ta’ Marzu.
FARMAĊEWTIKA Kien iffirmat ftehim bejn l-Awtorità Maltija għall-Mediċini u l-Ghana Standards Authority li se jwassal għall-iżvilupp ta’ koperazzjoni industrijali fil-farmaċewtika u għall-bdil ta’ esperjenzi u għarfien. L-Awtorità Maltija għall-Mediċini se tkun qed toffri taħriġ fil-Ghana biex dan il-pajjiż jakkwista ċertifikat Ewropew għall-prattiċità tajba, waqt li ż-żewġ naħat se jikkollaboraw għar-reġistrazzjoni ta’ farmaċewtiċi u kwalità ta’ kontroll fl-istess qasam. EDUKAZZJONI Kien iffirmat ftehim bejn l-MCAST u Accra Technical University li, permezz tiegħu, l-MCAST se tkun qed testendi l-istrateġija tagħha fuq livell internazzjonali. Fis-suq Afrikan, l-MCAST se tkun qed tikkollabora ma’ msieħba edukattivi, filwaqt li toffri l-opportunità lill-istudenti mill-Ghana biex ikollhom kwalifiki rikonoxxuti mill-UE bil-possibbiltà li jsostnu l-ħiliet intraprenditorjali tagħhom kemm fil-Ghana kif ukoll fl-Ewropa.
11
08.03.2020
kullhadd.com
IMPENN BIEX TKOMPLI TISSAĦĦAĦ L-OHSA F’Novembru li ġej jaħbat l-20 anniversarju minn meta ġie ppubblikat l-Att li permezz tiegħu twaqqfet l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) li mbagħad daħlet fl-intier tagħha f ’Jannar tas-sena 2002. Dmir primarju tal-OHSA hu li tippromwovi li jkun hemm livelli għoljin ta’ saħħa u sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol u li tassigura li dawn ikunu salvagwardati minn min ikollu dan l-obbligu. Sfortunatament mhux kull min hu konċernat jimxi mal-ħtiġjiet bażiċi u legali. Is-sena li għaddiet rappreżentanti tal-OHSA għamlu 3,511-il spezzjoni fuq postijiet tax-xogħol filwaqt li eżaminaw ftit inqas minn 5,000 ċertifikazzjoni ta’ apparat, fosthom aktar minn 3,500 lift, aktar minn 200 ta’ kull xorta ta’ krejnijiet, ftit inqas minn 100 boiler, madwar 350 trakkijiet li jkollhom forklift u madwar 800 rapport ta’ diversi tipi ta’ apparat. B’riżultat ta’ tibdiliet riċenti li saru mill-Prim Ministru Robert Abela fejn jirrigwarda dekasteri ministerjali, l-OHSA issa saret tifforma parti mid-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa. Filjiem li għaddew id-Deputat Prim Ministru u Ministru għasSaħħa Chris Fearne żar l-uffiċini tal-OHSA fejn iltaqa’ mat-tmexx-
ija u mal-ħaddiema ta’ din l-Awtorità. Id-Deputat Prim Ministru qal lil din il-gazzetta li “waqt din iż-żjara kelli l-opportunità li nara aktar mill-qrib il-ħidma u l-impenn ta’ din l-Awtorità, li għandu jingħad li ħidmietha mhix żgħira, minkejja li forsi mhux daqstant magħrufa mal-pubbliku inġenerali. Se nkunu qegħdin naraw kif l-OHSA tista’ tissaħħaħ biex tkompli bl-impenn u bil-mira tagħha li jkunu evitati kemm jista’ jkun inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol, ħidma li ċertament għandha bżonn il-kollaborazzjoni kemm ta’ min iħaddem kif ukoll
tal-ħaddiem innifsu.” L-OHSA tikkunsidra l-infurzar bħala wieħed mill-funzjonijiet bażiċi tagħha peress li dan jassigura li kull min hu konċernat ikun qed jikkontrolla b’mod adekwat r-riskji fuq il-post tax-xogħol. Fl-isfond ta’ din l-attwalità l-OH-
SA torganizza diversi kampanji ta’ spezzjonijiet li jiffukaw fuq xi settur partikolari jew xi attività speċifika assoċjata ma’ xi riskju partikolari. Kampanja partikolari ta’ spezzjonijiet kienet konnessa ma’ faċilitajiet ta’ ħażna madwar ilpajjiż. Matul is-sena li għaddiet din il-kampanja nfirxet f ’79 faċilità li 67 minnhom jimpjegaw ħames ħaddiema jew aktar u li allura għandhom l-obbligu li jżommu rekord bil-miktub ta’ x’jistgħu jkunu r-riskji. 39% biss minnhom irriżultaw li kienu mexjin skont l-obbligazzjoni li għandhom għalkemm il-biċċa l-kbira tal-faċilitajiet imxew mal-obbligi legali tagħhom fejn jirrigwarda taħriġ tal-impjegati fl-għoti tal-ewwel għajnuna. Kull min iħaddem hu obbligat jinforma lill-OHSA b’inċidenti fuq il-post tax-xogħol li kawża tagħhom il-ħaddiem milqut idum barra mix-xogħol għal aktar minn
tlett ijiem konsekuttivi jew li l-persuna tkun teħtieġ tinżamm rikoverata fl-isptar għal aktar minn 24 siegħa. B’konformità mal-politika tagħha li tingħata attenzjoni akbar lil setturi meqjusin b’riskji għoljin, is-settur tal-kostruzzjoni ra l-akbar numru ta’ spezzjonijiet, meqjus ukoll il-fatt li dan is-settur jiġġenera l-akbar numru ta’ lmenti min-naħa tal-pubbliku. Tul is-sena li għaddiet l-OHSA pproċessat 2,450 avviż ta’ kostruzzjoni konnessi ma’ proġetti li x-xogħol fuqhom ikun mistenni jieħu aktar minn 30 ġurnata u li fuqhom ikun hemm aktar minn 20 ħaddiem. Jirriżulta li s-sena li għaddiet l-OHSA kellha 3,220 rapport ta’ korriment fuq il-post tax-xogħol għal kull 100,000 ħaddiem. Iċ-ċifra ta’ nies jaħdmu s-sena li għaddiet kienet ta’ 251,398. Kien hemm tliet fatalitajiet fuq il-postijiet tax-xogħol li tfisser rata ta’ 1.2 kull 100,000 impjegat.
12
08.03.2020
kullhadd.com
13
08.03.2020
kullhadd.com
INSELLMU Mi d -Dj a rj u t a ’ LILL-MARA Nazju n-Nazzjonalist
Catherine Fenech Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL
Il-Ħadd 8 ta’ Marzu hu Jum ilMara. Huwa floku ħafna li din il-ġimgħa nagħtu lill-mara l-ġieħ li jistħoqqilha, partikolarment dawk in-nisa li batew u li għexu ħajjithom fis-skiet. Ma nistax ma niftakarx f ’Miriam Pace. Mara u omm li mietet f ’darha, zgur mhux it-tort tagħha imma tort ta’ traskuraġni ta’ ħaddieħor. Jum il-Mara ma jkun ifisser xejn jekk it-traġedja li ġrat lil din il-mara tkun sensazzjoni u tqanqil tal-qalb għal erbat ijiem imbagħad nerġgħu għall-istess rutina u ġirja għall-gwadann. Miriam riedet tgħix ħajjitha fil-kwiet f ’darha u tgawdi lill-famija tagħha. Din hi l-ħolma ta’ kull mara tal-familja li forsi qed trabbi u li rabbiet. Li tgħix f ’darek b’moħħok mistrieħ huwa imperattiv għal kulħadd, nisa u rġiel. U għaldaqstant nappella sabiex il-liġijiet tajbin li nħolqu, partikolarment minn dan il-Gvern, jiġu prattikati u l-infurzar għandu jidher li qed isir u jintensifika ruħu, ikun ma’ min ikun. Sfortunatament Miriam ma tistax tinġieb lura. Imma nistgħu nipprevenu milli traġedja bħal din allaħares qatt tirrepeti ruħha, billi npoġġu l-ħajja qabel il-ġirja biex nistagħnew aktar, billi l-liġijiet jiġu segwiti u billi l-ispezzjonijiet mill-awtoritajiet isiru b’aktar impenn u frekwenza u fejn hemm ksur ta’ liġi, l-infurzar isir bla biża’ jew favuri. Madanakollu, lanqas hu lok li din it-traġedja issir ballun politiku u xi ħadd jinqeda b’din is-sitwazzjoni biex jipprova jiskorja punti politiċi. Tassew assurda l-Oppożizzjoni fejn waqt l-istqarrija tiegħu l-Kap tal-Oppożizzjoni fil-Parlament ġranet ilu ġie jgħidilna li biex ma jiġrux traġedji oħra bħal din, hemm bżonn li jidħol l-istate funding għall-partiti. Tassew kumment patetiku mill-Oppożizzjoni sabiex tipprova tiġġustifika l-għajta tagħhom għall-istate funding bliskuża li l-partiti jinfatmu minn
donazzjonijiet min-negozjanti. Apparti li b’din id-dikjarazzjoni, l-Oppożizzjoni qiegħda donnha tagħmel ammissjoni li għax mhumiex jattiraw id-donazzjonijiet tan-negozjanti huwa l-kaġun li qed ifallu, infakkruhom li l-Partit Laburista huwa bil-għaqal fit-tmexxija tal-finanzi tiegħu bi trasparenza ppruvata għax huwa l-partit li sa minn qabel ma daħal l-obbligu permezz tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti, kien diġà jippubblika r-rapport finanzjarju annwali, awditjat minn aġenziji professjonali u indipendenti. Jekk il-PN ma kienx bil-għaqal u qed jegħreq fid-dejn ma jistenniex li jkollu bailout bis-saħħa tat-taxxi tal-poplu, anki jekk jipprova juża traġedja bħal din biex jiġġustifika dan. Insellem il-memorja ta’ Miriam. Żgur m’hemmx kliem biex jistabbru żewġha, uliedha, il-familjari u l-ħbieb tagħha. Nistgħu biss nistabru fil-ħniena u l-imħabba t’Alla. Lil hinn mill-politika, din it-traġedja tagħmilni konxja ta’ ħaġa oħra li fil-ħajja mgħaġġla u sfrenata li għaddejjin minna qajla nagħtu kas. Kemm hu importanti li napprezzaw lil xulxin, napprezzaw u ngawdu ħajjitna u l-ħin nużawh biex inkattru l-ġid. Kemm hu importanti li ngawdu lill-familja tagħna. Kemm hu importanti li ma noħorġux mid-dar miġġildin. Kemm hu importanti li ma toħrogx mid-dar mingħajr ma ssellem lil ta’ madwarek, għax ma tafx meta huma s-siegħa u l-mument li ċ-ċens jagħlaqlek f ’din id-dinja u mbagħad ikun tard wisq. F’dan il-jum napprezzaw aktar minn qatt qabel lill-mara, partikolarment lin-nisa li qed jesperjenzaw sitwazzjonijiet diffiċli f ’forom differenti u naħdmu b’impenn sabiex dawn it-tbatijiet jittaffew u jispiċċaw.
Madanakollu, lanqas hu lok li din it-traġedja issir ballun politiku u xi ħadd jinqeda b’din is-sitwazzjoni biex jipprova jiskorja punti politiċi
Il-Ħamis, 27 ta’ Frar Dal-partit darba glorjuż tagħna, ma jistax jieħu r-ruħ. Ġurnata jkollna aħbar tajba, imbagħad l-għada nerġgħu koppi, b’xi aħbar ħażina. Ilbieraħ kellna l-aħbar tajba li s-17-il eroj-tradituri jew tradituri-eroj, qatgħu qalbhom li jneħħu lil Adrian Delia minn kap, u llum, ħabta u sabta kellna r-riżenja ta’ Marthese Portelli minn Membru Parlamentari. Issabiħa hi li ma qaltilniex għalfejn irriżenjat biex tat lok għal ħafna spekulazzjonijiet u għajdut, kif jien ċert li se jagħmel Jason Azzopardi għax dak ħalef li jibqa’ jagħmel minn kollox biex jeqred lill-Kap Adrian Delia, u għalxejn ngħidulu li minflok lil Adrian Delia, qiegħed jeqred il-partit tagħna. Il-Ġimgħa, 28 ta’ Frar Lejl sħiħ ma għalaqtx għajn m’għajn, kif kienet tgħid in-Nanna Gerit. Il-ħin kollu naħseb x’tista’ tkun ir-raġuni wara r-riżenja ta’ Marthese Portelli, għax hi ma qalitx għala rriżenjat. Għalhekk dalgħodu mort l-Istamperija forsi nitkixxef xi ħaġa. Min jgħid ħaġa u min jgħid oħra. Imma fil-fehma ta’ sieħbi, li qatt ma jonqos li jnewwilli grokk, irriżenjat biex minflokha jitla’ Ivan Bartolo, li mhux biss huwa kontra l-Kap Adrian Delia u jridu jwarrab, imma huwa jista’ jkun is-suċċessur tiegħu. Jien lil dan Ivan Bartolo ma tantx nafu, imma ħafna drabi t-tbassir ta’ sieħbu tal-Istamperija, ikun korrett għax dak l-affarijiet ixommhom mill-bogħod ħafna! Is-Sibt, 29 ta’ Frar Inħossni li l-Kap tagħna Adrian (mhux Manuel) Delia ffissa fuq din il-biċċa tal-isptariiet għax issa ilu ma nafx kemm isemmiha f ’kull diskors jew konferenza stampa li jagħmel. Anke
dalgħodu fuq ir-radju tagħna tgħidx kemm dam jgħid fuqha, mingħajr ovvjament ma jgħid xejn. Wara kollox ma nafx jekk għandux fuq xiex jitkellem aktar, għax bil-Moodys, bil-Fitch, bilFond Monetarju Internazzjonali u bil-Kummissjoni Ewropea b’kollox, kulħadd ifaħħar lill-Gvern tal-mod kif qiegħed imexxi ekonomikament, finanzjarjament u soċjalment, x’taqbad tgħid?! Il-Ħadd, l-1 ta’ Marzu Tgħidx kemm qrajt niġri l-artiklu tal-Eks Deputata tagħna, Marthese Portelli, għax mit-titlu ħsibt li se sserraħli ftit rasi billi tgħidilna r-raġuni vera għala rriżenjat. Imma meta spiċċajt naqrah, aktar spiċċajt imħawwad, għax ftit li xejn fhimt x’riedet tgħid. Qalet l-istorja ta’ Mawmettu u l-muntanja kif kienet tirrakkontaha n-Nanna Gerit, u qisha riedet tgħid li la ma rriżenjax Adrian Delia minn Kap tal-partit darba glorjuż tagħna, irriżenjat hi. Aħ li kieku jagħmlu bħala s-17-il eroj-traditur jew traditur-eroj, kif nieħdu r-ruħ mil-lum għal għada, dejjem jekk minflokhom ma jitilgħux oħrajn li huma agħar minnhom! It-Tnejn, 2 ta’ Marzu Li kieku mhux konvint mija fil-mija li jien l-akbar Nazzjonalist li hawn fil-pajjiż, kieku ngħid li l-akbar Nazzjonalist huwa d-Deputat Edwin Vassallo. Dak qatt ma ta gambetti lil ħadd. Qatt ma ta bis-sieq fuq l-għaksa ta’ xi ħadd li jkun għamel pass ’il quddiem. Lanqas qatt ħassu fgat fil-partit darba glorjuż tagħna. F’kull ċirkostanza nsibuh minn ta’ quddiem. Hemm illum reġa’ kien fuq in-NET tagħna jiddefendi lill-partit u lill-Kap Adrian Delia. Ħadt gost nisimgħu, man, għax jaqlgħalhom, kemm lil tal-Labour
kif ukoll lis-17-il eroj-tradituri jew tradituri-eroj. Keep it up, Edwin. Jien nibqa’ nafulek sa kemm immut, u jekk immut jien, tkun tista’ tgħid li int l-akbar Nazzjonalist. It-Tlieta, 3 ta’ Marzu Kultant ma nafx kif jien u Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna għadna ħbieb. Għax dak li hu jarah abjad, jien narah iswed. Għalih kulma jagħmlu tal-Labour huwa tajjeb, u għalija huwa kollu ħażin. U bħal dawn iż-żminijiet, meta allura tkun riesqa l-passa ta’ Marzu, u wara l-istaġun għall-kaċċa tal-gamiem, ara ma tmurx tazzarda tkellmu, għax tgħidx kif jaħtfek, kif għamilli llum. Għandek tgħid dak kien Nazzjonalist daqs Edwin Vassallo, jekk mhux aktar ukoll, imma issa ma jridx jaf bina iżjed. Għalxejn għedtlu li Simon Busuttil, li skont hu kien daħak bil-kaċċaturi u n-nassaba, issa telaqna għal kollox u mar Brussell. Tgħidx kemm beda jsalli meta għedtlu hekk! L-Erbgħa, 4 ta’ Marzu Botta u risposta, man! Ta konferenza l-Prim Ministru Robert Abela u immedjatament wieġeb il-Kap tagħna, Adrian Delia, li ma ddejjaq xejn isejjaħ għar-riżenja tal-Ministru Ian Borg. Imma ħej, dan Robert Abela rasu iebsa wisq milli jidher, għax xejn mhu jagħti kas dak li jgħid il-Kap tal-partit darba glorjuż tagħna. Insomma, ngħiduha kif inhi, kieku kellu jagħti kas u jagħmel dak li jgħidlu l-Kap tagħna, kieku diġà m’għandux biex jifforma kabinett għax li kien għal Adrian Delia kull membru tal-kabinett għandu jirriżenja. Nispera li Adrian Delia, meta jkun prim ministru, ma jibdiex ineħħi kull ministru li tgħidlu l-Oppożizzjoni, għax inkella ma ndumux wisq f ’Kastilja.
14
08.03.2020
kullhadd.com
TARKA GĦAĊ-ĊITTADIN Il-Ministru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, Byron Camilleri, jinsisti li fix-xahar u nofs li ilu responsabbli minn dawn l-oqsma apprezza iktar kemm dawn huma oqsma kruċjali fejn wieħed irid jaħdem ferm iktar minn kemm jitkellem. F’intervista mal-gazzetta KullĦadd, il-Ministru Camilleri wieġeb dwar l-isfidi li jġibu magħhom dawn l-oqsma u temi politiċi ġenerali oħra. Lejlet li fil-Parlament jingħalaq it-tieni qari dwar bidliet fil-liġi li tirregola l-ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija, il-Ministru Byron Camilleri sostna mal-gazzetta KullĦadd li din hi biss waħda mid-diversi bidliet li se jkun hemm fil-Korp tal-Pulizija. “Inħares ’il quddiem biex wara li nagħlqu d-diskussjoni fi stadju tat-tieni qari nlestu l-aħħar parti tal-proċess li għandu jwassal għal din il-bidla storika. Però dan għandu jkun biss l-ewwel pass għal riforma fil-Korp tal-Pulizija li tibni fuq it-tajjeb filwaqt li ma tiddejjaq xejn li tindirizza dak li jrid isir aħjar,” iddikjara l-Ministru Camilleri. Il-Ministru Camilleri spjega kif wara li l-bidla tgħaddi mill-Parlament imbagħad ikun imiss li toħroġ is-sejħa pubblika biex jinħatar il-Kummissarju l-ġdid. “Ftit tax-xhur oħra nkunu ħtarna Kummissarju tal-Pulizija bl-iktar mod trasparenti fl-istorja. Irid ikun il-Kummissarju li jimplimenta r-riforma li għandha tagħmel il-Korp tal-Pulizija tagħna wieħed iktar modern, li jwieġeb għall-ħtiġijiet tal-lum u li jkun milqugħ iktar fis-soċjetà. Irridu li l-Pulizija tkun punt ta’ referenza mhux wara li jsir reat, mhux biex isir rapport ta’ xi ħaġa li ġrat imma mezz ta’ kif jekk jista’ jkun jinħoloq ambjent biex reat ikun evitat. Mela rridu Pulizija li taqdi żewġ rwoli; dak proattiv u dak reattiv,” insista l-Ministru Camilleri li meta mistoqsi dwar każi riċenti li ġraw
u li setgħu tappnu r-reputazzjoni tal-Korp tal-Pulizija kien skjett ħafna. “M’hemmx dubju li l-investigazzjonijiet dwar aġir ta’ membri tal-Korp li smajna dwarhom dan l-aħħar inisslu sens ta’ diqa. Iżda, il-messaġġ tiegħi hu ċar. Dak kollu li għandu jkun investigat se jkun investigat u l-Pulizija se tingħata r-riżorsi kollha biex tagħmel dan. Però, iktar minn hekk, jinteressani li jkollna sistemi f ’posthom li affarijiet bħal dawn
jagħmluhom iktar diffiċli li jseħħu. Kien għalhekk ukoll li ntalbet investigazzjoni skont il-liġi mill-Internal Audit and Investigations Department tal-Gvern biex mhux biss issir audit indipendenti millKorp, iżda jkun hemm ukoll rakkomandazzjonijiet. Irrid li ndaħħlu sistemi robusti u b’saħħithom għaż-żmien ġej,” kompla jispjega Camilleri li meta tkellem fuq il-ġejjieni għamel referenza għal għadd ta’ ideat li għad iridu jieħu l-ħajja. Fosthom iktar investiment fir-riżorsi tal-Korp, għalkemm anke hawn ma jonqsux ċerti sfidi. Ġustizzja u riforma “Ir-riżorsi umani huma sfida fihom infushom. Illum biex nattiraw in-nies lejn il-forzi dixxiplinati huwa diffiċli iktar minn qatt qabel. Għandna ekonomija li qed tiġġenera impjiegi ta’ kwalità u b’salarji li faċilment jattiraw lejhom żgħażagħ li għadhom jib-
dew il-ħajja. Ngħixu wkoll f ’soċjetà fejn id-dixxiplina saret ukoll sfida kbira u għalhekk l-idea ta’ korp dixxiplinat m’għadhiex l-iktar waħda attraenti,” sostna l-Ministru Camilleri, li mill-ewwel poġġejnielu l-argument ovvju. Mhux tirranġa l-kundizzjonijiet! “Hekk se nkunu qed nagħmlu fiż-żmien li ġej. Għaddejjin b’diskussjonijiet biex intejbu l-ftehim kollettiv ta’ diversi korpi dixxiplinati. Hemm fejn imxejna ħafna u hemm fejn nixtieq li nimxu iktar malajr. Però, dan irid ikun akkumpanjat minn miżuri oħra. Nemmen li fil-Korp tal-Pulizija għandu jidħol iktar l-element ċivili. Hemm expertise li rridu nġibu fil-Korp, iżda wkoll hemm xogħlijiet elementari li llum isiru minn pulizija u rridu nilliberaw dik ir-riżorsa biex il-pulizija jaħdem fejn tassew hemm bżonnu,” spjega l-Ministru li tenna kif l-estensjoni tal-community policing hija waħda mill-oqsma fejn irid jara li jevolvu fi żmien mhux imbiegħed. “Hemm numru ta’ lokalitajiet li diġà tħabbru. Jista’ jkun anke tinbet il-ħtieġa ta’ xi oħrajn fid-dawl ta’ xi statistiċi li qed nara ta’ kif u fejn saru r-rapporti ta’ kriminalità. Li hu żgur għaddejin it-tħejjijiet biex fiż-żmien li ġej dan il-kunċett nestenduh,” tenna filwaqt li qal li żgur sat-tielet kwart tas-sena
l-proġett ikun beda fi bnadi oħra tal-pajjiż. U x-xogħol tal-pulizija jwassal ukoll saċ-ċelel tal-faċilità korrettiva ta’ kordin. Il-KullĦadd tistaqsi l-Ministru xi jrid minn din il-faċilità. “Irrid sens ta’ ġustizzja mal-vittmi tal-kriminalità, iżda wkoll riforma ta’ min ikun daħal hemm, speċjalment min ikun daħal hemm għal żball li seta’ wettaq għall-ewwel darba u li b’għajnuna u sforz jista’ ma jerġax jaqa’ fin-nasba tal-kriminalità. Naturalment, is-sens ta’ ġustizzja jiġi mill-fatt li wieħed iħallas tal-għemil tiegħu. Iżda, irridu li kemm jista’ jkun min joħroġ minn hemm ma jerġax jidħol. Mhux dejjem faċli. Għalhekk bħala Ministeru nappoġġjaw anke proġetti ta’ fejda li jagħmlu għaqdiet bħal Rise u Minn Dlam Għad-Dawl. Bħalissa għaddejin b’diskussjonijiet biex kemm jista’ jkun dawn it-tip ta’ proġetti jimirħu u jkollna iktar stejjer ta’ suċċess,” kompla l-Ministru Camilleri li qal ukoll li mistennija jissaħħu d-dipartiment tal-parole u l-probation. Tarka għaċ-ċittadin U filwaqt li l-Korpi Dixxiplinati kollha jservu ta’ tarka għaċ-ċittadin, din il-ġimgħa ddominaw ix-xeni tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili jfittxu biex joħorġu minn qalb it-ti-
15
08.03.2020
kullhadd.com
frik il-katavru ta’ mara vittma ta’ bini li ġġarraf. Lanqas jilħaq jisma’ bil-każ li l-Ministru ma jirreaġixxix b’rabja: “Inżilt fuq il-post malPrim Ministru biex personalment nassigura li l-forzi tagħna kellhom ir-riżorsi meħtieġa biex jaħdmu u fuq kollox biex noffrilhom jien ukoll l-appoġġ morali f ’mument li ma kien faċli għal ħadd. Diżgrazzji jiġru u jmorru fuqhom kontinwament, iżda dak li ġara nhar it-Tnejn huwa każ ieħor li jġiegħlek tirrifletti fuq ħafna affarijiet.” Il-Ministru jitkellem fit-tul dwar l-irwol tal-Protezzjoni Ċivili. “Staqsejtni fuq ix-xogħol li wettqu. Kull meta jkun hemm każi li mhumiex żgħar il-poplu kollu jara kif dawn in-nies iwettqu xogħolhom bl-iktar impenn possibbli. Dak hu dipartiment li rridu nsaħħuh. Huwa wkoll dipartiment li forsi mhux dejjem apprezzajna kemm irridu nitfgħu investiment fih għaliex ħafna drabi, sfortunatament, trid tinqala’ xi waħda kbira biex pajjiż japprezza kemm hu kruċjali li wieħed irid jaħseb minn qabel. Però din is-sena u s-sena li ġejja l-investiment kapitali fil-Protezzjoni Ċivili se jkun wieħed mingħajr preċedent. Ma’ dak l-investiment kapitali hemm l-investiment fir-riżorsi umani bit-tmexxija tal-Protezzjoni Ċivili ma tieqaf xejn tfittex ftehimiet ta’ kollabarazzjoni bil-għan li l-forza tkun iktar imħejjija għal kulma jista’ jinqala. Bħalhom il-Forzi Armati ta’ Malta li jagħtu importanza massima lit-taħriġ u fejn ukoll qed ninvestu f ’ħafna affarijiet kbar u li se jagħmlu differenza kbira,” qal il-Ministru Camilleri li fisser kif dwar ix-xogħol tal-armata waħedha hemm bżonn intervista sħiħa. “Iwettqu xogħol importanti ħafna għallpajjiż. Jaħdmu qatigħ f ’operazzjonijiet ta’ salvataġġ bejn sema u ilma. Għal dan nixtieq nirringrazzjahom tas-sagrifiċċji li jagħmlu biex iġibu l-interess nazzjonali fuq quddiem nett,” kompla jispjega. L-għajnuna qrib tiegħek Jekk għandhom xi ħaġa komuni l-oqsma kollha li semmejna hija l-għajnuna li jagħtu lin-nies. Għajnuna li tkun l-iktar effettiva jekk kemm-il darba tintalab meta u kif hemm bżonn. “Kien għalhekk li nedejna l-App tal-112 MT u għamilna wkoll materjal biex inqajmu kuxjenza dwar l-użu tajjeb ta’ dan in-numru. Tkun diżappuntat meta ssir taf li 80% tat-telefonati li saru fuq dan in-numru huma telefonati li ma kellhomx isiru hemm. Kburi wkoll bil-mod kif tejjibna l-App li issa mhux biss tagħtik ħafna iktar tagħrif imma tista’ tindika mill-ewwel fejn tinsab bil-faċilità tal-GPS u hija aċċessibbli iktar għal min għandu diżabilità,” kompla jispjega l-Ministru li żvela kif fiżżmien li ġej se jkun hemm proġetti oħra żvelati dwar kif it-teknoloġija se tintuża bħala għodda biex jingħata servizz aħjar ta’ prevenz-
joni u rapportaġġ. “L-investiment li jrid isir ser isir. Kull darba li ngħid dan irrid infakkar li biex nagħmlu hekk pajjiżna għandu bżonn ekonomija li toħloq il-ġid u l-opportunitajiet. Hekk biss inkun nista’ mmur fuq il-Ministru tal-Finanzi nitlob għal iktar investiment f ’dawn il-forzi tal-ordni li dejjem jeħtieġu iktar miljuni. Iżda, wkoll jeħtieġu r-rieda li nagħmlu l-affarijiet aħjar u l-innovazzjoni ta’ min joħlom biex inlestu ’l Malta għall-ġejjieni,” saħaq il-Ministru. Entużjażmu ġdid Iżda, biex jitwettaq dan ix-xogħol
kollu hemm bżonn ukoll tmexxija soda. “Inutli jkollok l-ideat jekk ma jkunx hemm leadership. Għandna l-vantaġġ li Gvern Laburista mhux biss kellu leadership, iżda kien ukoll kulħadd magħqud warajh. Din hi s-sitwazzjoni issa bit-tmexxija ta’ Robert Abela fejn qed jirrenja wkoll entużjażmu ġdid,” jgħid Byron Camilleri li jirrifletti fuq il-mod kif Robert Abela huwa determinat li jbiddel l-affarijiet. B’kuntrast, jargumenta Camilleri, l-Oppożizzjoni ilha għal dawn l-aħħar sentejn u nofs fi kriżi wara l-oħra u turi li ma trid tibdel xejn. “Il-poplu la jafda lil Adrian Delia u wisq inqas lill-Par-
tit Nazzjonalista. Minflok urew li lesti jieħdu l-messaġġ u jinbidlu, ippersistew fis-suppervja u n-negattività. Baqgħu distruttivi minflok propożittivi kif wieħed jistenna minn oppożizzjoni serja li tippretendi li tkun gvern alternattiv. Il-poplu ma jistax jafda bil-gvern partit li wera li lanqas hu kapaċi jmexxi l-affarijiet tiegħu sew. Partit bi tmexxija li wiegħdet li se toħorġu mill-kriżi li daħal fiha u din il-kriżi qed narawha tiżdied ġimgħa wara ġimgħa,” argumenta l-Ministru li hawn immarka d-differenza bejn il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Prim Ministru. “Kulħadd jista’ jara kif filwaqt
li jibni fuq il-ħafna tajjeb li kellna u għandna, ma jiddejjaq xejn jagħti direzzjoni ġdida fejn hemm bżonn. Jien li jien pjuttost frisk f ’kariga eżekuttiva nsibni komdu ħafna f ’dan l-istil għax huwa wkoll stil li jirrifletti għaliex xi ħadd bħali daħal fil-politika. Jien dħalt fil-politika biex inbiddel. U fiżżmien li ġej se nkun qed naħdem ħafna biex il-bidla sseħħ. Dan hu l-mument li niżirgħu ż-żerriegħa iktar milli nitkellmu, imbagħad ’il quddiem inkunu nistgħu nitkellmu ladarba dik iż-żerriegħa tinbidel f ’siġra li tibda tħalli l-frott. Konvint li hekk se jiġri,” temm il-Ministru.
16
08.03.2020
kullhadd.com
NIBŻGĦU GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI
Edward Scicluna Ministru
Bosta jistaqsu għaliex Malta għażlet li jkollha s-settur tas-servizzi finanzjarji. Irrid niċċara li meta nitkellmu fuq dan is-settur, ma nkunux qed nitkellmu biss fuq il-banek u fuq il-kumpaniji ta’ assigurazzjoni li jservu biss lill-popolazzjoni ta’ pajjiżna. Iżda, dan is-settur jinkludi wkoll dawk il-kumpaniji li joffru għall-barranin f ’pajjiżi oħra, kif ukoll servizzi anċillari għall-kumpaniji finanzjarji, bħalma huma kumpaniji ta’ accountants, avukati u awdituri fost l-oħrajn. Minħabba d-daqs tagħna, Malta hija pajjiż li tħaddan ekonomija miftuħa. Dan ifisser li biex nixtru l-bżonnijiet li l-poplu jeħtieġ biex jgħix, ikun hemm il-bżonn li nixtru bosta prodotti minn barra minn xtutna u nimportawhom. Għalhekk, biex inkunu nistgħu nixtru dawn il-prodotti, hemm bżonn li bħala pajjiż naqilgħu l-flus minn barra ’l pajjiż.
Tradizzjonalment, kienu bis-setturi tat-turiżmu u tal-manifattura li Malta kien jirnexxilha ddaħħal munita barranija, bħad-dollaru, biex ikollha biex tixtri l-prodotti minn pajjiżi oħra. Iżda, iktar ma beda jogħla l-livell tal-ħajja tal-poplu Malti, u iktar ma neħħejna restrizzjonijiet fuq il-prodotti li setgħu jiġu importati minn barra, iktar kien hemm il-ħtieġa li nesportaw servizzi ħalli nkunu nistgħu nħallsu għall-prodotti li nixtru minn barra minn pajjiżna. Dan wassal biex il-pajjiż beda jara kif jespandi l-attività ekonomika tiegħu f ’setturi oħra. Is-servizzi finanzjarji kienu attività ekonomika oħra li kienet mezz ta’ kif inkabbru d-dħul barrani. Dan is-settur kien attraenti wkoll għaliex
konna nemmnu fil-potenzjal tar-riżors uman Malti – kellna l-Università u l-MCAST li minn dawn l-istituzzjonijiet ħarġu avukati, accountants u gradwati fit-teknoloġija tal-informatika, li kienu essenzjali biex toħloq dan is-settur. Dawn iż-żewġ istituzzjonijiet tal-edukazzjoni terzjarja, irnexxielhom jagħtu lill-pajjiż professjonisti li wasslu biex ikollna setturi ġodda bħalma huma s-setturi tal-avjazzjoni; assigurazzjoni merkantili; servizzi finanzjarji u fit-tmexxijja tal-amministrazzjoni tal-kumpaniji, fost l-oħrajn. Fl-istess waqt, fil-pajjiż kien hemm klima fejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni, ħaddmu id f ’id, biex flimkien joħolqu dawn is-setturi ġodda u jaraw li jiġu
attirati lejn pajjiżna, kumpaniji li joħolqu x-xogħol f ’dawn is-setturi. Flimkien ħdimna biex Malta tkun kompetittiva fis-suq mondjali. Flimkien ħdimna biex nippromwovu u niddefendu l-industrija tagħna għall-ġid tal-poplu kollu Malti u Għawdxi. Illum, ir-realtajiet inbidlu. Fejn jidħlu s-servizzi finanzjarji, qed naraw li ġurisdizzjonijiet li qegħdin fil-periferija tal-kontinenti, qed jiffaċċjaw l-isfidi tal-kompetittività f ’dik li hija taxxa tal-kumpaniji u l-problema tal-ħasil tal-flus. Dawn l-isfidi issa ilhom hemm ’il fuq minn 25 sena. Fil-fatt l-organizzazzjonijiet bħall-OECD u l-FATF, kienu ġew imwaqqfa f ’dawk iż-żminijiet biex jindirizzaw iż-żewġ sfidi li għadni kif semmejt. Li ġara hu li f ’dawn l-aħħar żminijiet, minħabba anki bidla fil-mentalità tal-bniedem, dak li kien jgħaddi 20 sena ilu, illum sar mhux aċċettabbli. Illum, hemm ferm inqas tolleranza li kumpaniji ma jħallsux u jevadu l-ħlas tat-taxxa. U dan qed iwassal biex organizzazzjonijiet internazzjonali qed jaraw kif wieħed għandu jintaxxa iktar il-profitti li jagħmlu kumpaniji multinazzjonali. Sakemm ikun hemm qbil unanimu bejn il-pajjiżi, kollox sewwa. Iżda jekk xi blokk jiddeċiedi li jimponi xi sistema ta’ taxxa mingħajr kunsens ta’ numru ta’ pajjiżi oħra, allura
jkun hemm ġlieda tal-kummerċ li jwassal biex ikun hemm pajjiżi li jnaqqsu t-tkabbir ekonomiku tagħhom. Fejn tidħol il-problema tal-ħasil tal-flus u finanzjar tat-terroriżmu, wieħed ma jistax ma jirrikonoxxix ix-xogħol li qed isir mill-organizzazzjonijiet tal-MoneyVal (organizzazzjoni Ewropea) u tal- FATF (organizzazzjoni mondjali li warajha hemm ukoll l-Amerka) u kull pajjiż irid jara xi jkunu qed jgħidu dawn l-organizzazzjonijiet. Mhux iż-żmien li l-politiċi jippruvaw jgħallmu u jipprietkaw lill-oħrajn. Għall-ġid talpajjiż, ejja ningħaqdu u naħdmu flimkien biex fil-pajjiż ikun hawn dik l-istabbiltà li twassal għat-tkattir tal-ġid, ġid li minnu jgawdi l-poplu Malti u Għawdxi kollu. Ħa nikkritikaw fejn hemm bżonn, iżda ejja nieqfu nħammġu isem pajjiżna mal-barranin. Is-settur finanzjarju u setturi oħra, bħalma huma dawk tal-gaming u tat-teknoloġija diġitali, għandhom sfidi li ġejjin minn barra minn xtutna, sfidi li jekk naħdmu bil-għaqal u bħala pajjiż magħqud, jistgħu jsarrfu f ’opportunitajiet li jkomplu jsaħħu dawn is-setturi. Jiena fiduċjuż li b’għaqal u b’ħidma intelliġenti, nistgħu nkomplu noħolqu postijiet tax-xogħol għaż-żgħażagħ tagħna, inkomplu noħolqu l-ġid u nkomplu ngħollu l-livell ta’ kwalità ta’ ħajja lill-poplu tagħna.
GĦAL KISBIET AKBAR MIN-NISA
Rosianne Cutajar Segretarju Parlamentari
Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara huma ħafna li jagħmlu analiżi tal-kisbiet li għamlet il-mara u l-isfidi u l-barrieri li għadhom qegħdin ixekklu milli ħafna nisa u tfajliet jilħqu l-potenzjal tagħhom. Fis-snin 70 in-numru ta’ nisa fil-kors tal-liġi fl-Università ta’ Malta kien wieħed baxx ħafna, mhux żgur kien hemm iżjed
minn tlieta! Illum fl-2020 għandna sitwazzjoni fejn mhux biss jiggradwaw iżjed nisa milli rġiel, iżda saħansitra n-numru ta’ nisa fil-ġudikatura jisboq dak talirġiel. Nixtieq ħafna li dak li ġara fil-ġudikatura jseħħ wkoll f ’oqsma oħrajn fosthom fil-ħajja politika. Aħna n-nisa minkejja li avvanzajna f ’ħafna affarijiet, f ’xi ħaġa waħda żammejna konsistenti, f ’dak li huwa numru baxx ta’ Membri Parlamentari nisa eletti. Din hija xi ħaġa li ssewwidli qalbi għaliex hemm barra hemm potenzjal u talent kbir. X’ħasra li mhumiex qed jersqu ’l quddiem u x’dispjaċir li tant nisa kapaċi li jagħmlu dan il-pass, ma jiġux eletti! Li ma nagħmlu xejn mhux aċċettabbli. Bħala Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza
u r-Riformi, proprju fil-Ġimgħa li fiha niċċelebraw Jum il-Mara, ressaqt għall-approvazzjoni tal-kabinett sensiela ta’ emendi legali u kostituzzjonali li bihom se jinħoloq mekkaniżmu korrettiv marbut mal-ġeneru li jiskatta biss meta wieħed miż-żewġ sessi jkollu rappreżentanza ta’ inqas minn 40%, f ’dan il-każ, in-nisa. Nixtieq inserraħ moħħ kulħadd li l-ebda mara mhija se tieħu post dak ir-raġel li jġib aktar voti minnha. Id-deċiżjoni tal-elettorat se tiġi rispettata b’mod sħiħ. 12-il siġġu parlamentari addizzjonali se jitqassmu b’mod ugwali bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni. Dan mhuwiex mekkaniżmu diskriminatorju. Din hija miżura pożittiva li permezz tagħha fl-elezzjoni ġenerali li jmiss se nindirizzaw defiċit demokratiku qawwi li jħammrilna wiċċna
hekk kif jitfagħna fl-aħħar post bħala pajjiż f ’dak li huwa numru ta’ nisa fil-Parlament. Minkejja li xi wħud, inkluż nisa, huma xettiċi fir-rigward ta’ dan il-mekkaniżmu, l-istorja se tkun qed tqis din id-deċiżjoni politika bħala waħda storika u konvinta li se ningħataw raġun għal dan il-pass kuraġġuż. Pajjiżna għandu biss x’jiggwadanja jekk aktar nisa jkunu attivi fuq livell politiku b’mod speċjali l-istess nisa li żgur u mhux forsi, se jkollhom aktar ilħna jippromwovu kwistjonijiet li jirrigwardawna mill-qrib. Bħala mara fil-politika mhux se nistrieħ fuq il-ħolqien ta’ dan il-mekkaniżmu, se nibqa’ nimbotta politika li ssaħħaħ l-ugwaljanza u family friendly measures. Fuq kollox ħa nibqa’ noħlom illi l-Parlament Malti ma jkollux mekkaniżmi korrettivi tal-ġeneru għaliex l-għażla
tal-elettorat tkun waħda rappreżentattiva. Din teħtieġ ħafna xogħol kif ukoll bidla fil-mentalità u fil-kultura tagħna. M’iniex lanqas se ninsa lil dawk in-nisa u t-tfajliet li nqabdu fiċ-ċirku tal-prostituzzjoni. Se naħdem bla heda biex ikollna mekkaniżmu li jissalvagwardjahom. Se nara li jkollna programm soċjali li jgħin lil min irid joħroġ miċ-ċirkustanzi li nqabad fihom, iżda bl-istess mod nara li nipproteġu wkoll lil min fuq għażla tiegħu jixtieq jibqa’ jagħmel dan ix-xogħol. Hemm imbagħad ir-riforma tal-kannabis li hija wkoll waħda li tolqot kemm lin-nisa u anke rġiel. Ma ddejjaqtx noħroġ għonqi għal dik il-mara li nqabdet bi ftit ħaxixa għal użu personali, il-liġijiet iridu jinbidlu b’tali mod li jirriflettu s-soċjetà. Awguri lit-tfajliet u n-nisa kollha f ’jum il-Mara!
17
08.03.2020
kullhadd.com
LEJN ĦAJJA AĦJAR F’SAN VINĊENZ
Michael Falzon Ministru
Li tkun fil-politika mhuwiex biss privileġġ illi sservi, iżda huwa wkoll dmir li nidentifikaw setturi li għandhom bżonn ta’ tibdil radikali u li jeħtieġu kuraġġ. Il-politika soċjali mhijiex eċċezzjoni anzi b’mod kostanti jeħtieġ li tkun aġġornata u reveduta. Ftit tal-jiem ilu kelli żjara fir-Residenza San Vinċenz de Paul, li qed tilqa’ 1,100 resident, u bqajt impressjonat bix-xogħol ta’ rinnovar u ta’ tisbiħ illi sar. Tkellimt mar-residenti, ilkoll b’daħqa fuq wiċċhom, kuntenti kemm mill-ambjent kif ukoll mill-amministrazzjoni tal-post. Osservajt, iżda xi ħaġa li qasmitli qalbi, fejn fuq żewġ sodod rajt żewġ żgħażagħ ta’ madwar 20 sena, fl-istess sala m’anzjani oħra. Dan jiġri meta pazjenti, saħansitra minn etajiet ta’ 18-il sena jkollhom ikollhom bżonn
kura fit-tul, ħafna drabi fuq medda ta’ xhur jew ġimgħat. Fil-preżent, l-uniku post li jilqa’ lil dawn il-persuni huwa r-Residenza San Vinċenz. Sitwazzjoni inaċċettabbli, f ’soċjetà li għamlet progressi soċjali kbar. Għalhekk, qed nilqgħu għal dawn l-isfidi permezz tal-proġett Narċis, f ’San Vinċenz stess, f ’dik li qabel kienet magħrufa bħala l-Admission Ward. Tliet snin ilu imbarkajna fuq studju sabiex tiġi analizzata s-sitwazzjoni u ħareġ evidenti li hemm bżonn li tinħoloq facilità bi programm speċjalizzat għal riabilitazzjoni fiżika għal
nies sabiex jintegraw fil-komunità. M’għalaqniex għajnejna għalkemm din hija realtà żgħira. Se nkomplu nagħtu kas lil kull persuna li teħtieġ l-għajnuna, u ninsab ċert li anke l-familji ta’ dawn l-individwi se jieħdu nifs qawwi mal-mument li qrabathom jiġu trasferiti lejn din il-faċilità. Qed nippjanaw li f ’Ġunju ta’ din is-sena nibdew noperaw din il-faċilità li se tkun qed tilqa’ 16-il persuna. Il-binja se tkun waħda moderna u mgħammra bl-aħħar teknoloġija, u mibnija apposta biex jintegraw anke ma’ nies t’etajiet tagħhom.
Din il-faċilità innovativa issa se tkun qed tilqa’ persuni bejn it-18 u d-59 sena li jkollhom bżonn kura fit-tul u li preżentament dawn jirċievu l-kura mal-anzjani. Matul din is-sena se nkunu qed naraw it-tkomplija ta’ din il-faċilità li tfisser ħafna anki għar-residenti nfushom. Pazjenti li tkellimt magħhom esprimew ix-xewqa sinċiera li jirriabilitaw ruħhom ma’ nies tal-età tagħhom. Diġà hija kiefra s-sitwazzjoni li jinsabu fiha, hekk kif bħal sajjetta fil-bnazzi jispiċċaw vittma ta’ xi traġedja jew aċċident gravi. B’dan il-mod se nkunu qed nimmotivaw aktar
lil dawn il-persuni biex jemmnu aktar fihom infushom u jagħmlu passi aktar mgħaġġla fi żmien li jkunu qed jirriabilitaw ruħhom, u eventwalment sakemm jerġgħu lura fil-komunità. Gvern Laburista dejjem emmen f ’kulħadd, u l-istess se jkompli jagħmel issa. Diġà hija sfortuna li tispiċċa tweġġa’ gravi, f ’mument fejn tkun qed tagħti ħiltek biex tibni familja jew taħdem sigħat twal għal għajxien aħjar. Irridu li lil dawn innies nerġgħu nuruhom orizzonti ġodda u kuraġġ biex jerġgħu lura fil-komunità u jgħixu ħajja feliċi!
NIRREVEDU KIF NIBNU U KIF NAĦSBU
Miriam Dalli Membru Parlamentari Ewropew
Miriam Pace. L-isem li kull min hu responsabbli biex jaċċerta l-ogħla standards fil-kostruzzjoni m’għandux ineħħi minn moħħu. Dan kien ir-raba’ inċident fejn waqgħu djar tan-nies f ’inqas minn sena waħda biss, u l-ewwel wieħed li ħalla fatalità diretta f ’dawn ix-xhur. L-għan ta’ riformi u regoli hu biex każijiet bħal dawn jiġu evitati. Anke jekk dak li hemm fil-liġi u fit-teorija hu tajjeb, xi mkien qed infallu. Fl-2015,
il-Kunsill Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini kien ħabbar l-introduzzjoni ta’ Skill Card. Dak iż-żmien kien intqal li din il-card kienet se ttejjeb l-istandards fl-industrija. Illum nistaqsi kif eżatt ġiet implimentata u x’inhuma r-riżultati tagħha? Fil-prinċipju huwa pass pożittiv li l-Prim Ministru ħatar grupp tekniku biex jagħmel reviżjoni sħiħa tar-regolamenti, tas-sistemi prattiċi u tax-xogħol b’rabta mal-industrija tal-kostruzzjoni. Imma jrid ikun assigurat li din ir-reviżjoni tħalli riżultati fl-immedjat u fit-tul, għax ma nistgħux nibqgħu nimplimentaw bidliet li ma jwasslux biex l-interess tal-poplu Malti u Għawdxi verament jingħata l-prijorità li jistħoqqlu. Xejn anqas mill-ogħla standards m’għandhom ikunu aċċettati. Mhux biżżejjed li min jibni jsegwi regoli bażiċi tal-OHSA. Apparti li ħafna drabi jitqajmu dubji jekk dawk ikunux segwiti wkoll, ma nistgħux naċċettaw
li siti ta’ kostruzzjoni f ’pajjiżna jkollhom ħaddiema li qatt ma missew għodda qabel f ’ħajjithom, jew li qed jibnu minkejja li ma jifhmux fis-settur. Sit ta’ kostruzzjoni mhux post fejn wieħed jittanta xortih, jipprova delizzju ġdid, jew jipprova jiffranka lira fil-materjal li juża. Irrid nara periti, kuntratturi, bennejja, u politiċi jiddiskutu madwar mejda biex isibu soluzzjonijiet li jwasslu għal bidla reali fejn l-ewwel inpoġġu l-istandards li neħtieġu u mhux kif xi ħadd se jiffranka lira. Ma rridux li r-regolamenti jkunu maħsuba u mfassla minn lobby group, hu min hu. Għax pajjiżna la hu tal-periti, la hu tal-kuntratturi, la hu tal-bennejja u lanqas hu talpolitiċi. Huwa hemm biex jitgawda minn kulħadd u l-proċess tal-bini ta’ djarna għandu jkun maqbul bejn kulħadd. Il-fatt li l-industrija tal-kostruzzjoni tiġġenera ħafna flus m’għandux ikun skuża biex kollox jgħaddi. Il-President
tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi stess kien ikkwotat jgħid li fl-industrija hemm persuni li mhumiex kompetenti fix-xogħol u li l-Aġenzija għall-Bini u l-Kostruzzjoni mhix mgħammra biżżejjed biex tlaħħaq mal-ammont ta’ kostruzzjoni li għaddejja fil-pajjiż. Binja m’għandhiex titla’ jew ħofra tiġi skavata jekk il-proċess tal-bini tagħha jipperikola ħajjet in-nies. Illum qed niddiskutu dwar mara li kienet għall-kwiet f ’darha, fl-aktar post li suppost hu sigur, iżda l-post spiċċa niżel fuqha. Drabi oħra kellna ħaddiema li tilfu ħajjithom jew weġgħu serjament waqt li kienu fuq xogħolhom. Kulma jmur, permezz tal-mezzi soċjali, ħerġin ritratti ta’ ċirkostanzi fejn jidher ċar li jew ma sarx pjanar tajjeb, jew ix-xogħol twettaq bi traskuraġni, jew il-ħaddiema fuq ix-xogħol mhumiex protetti. Biex ma nsemmux bini mingħajr sens ta’ estetika, anzi bini li jistona u jkerrah l-irħula tagħna.
Il-mezzi soċjali mhumiex l-aħjar post fejn wieħed jilmenta fuq suġġett ta’ serjetà massima bħal dan. Imma xi kultant jispiċċa l-aktar post li jħalli impatt. Hemm wisq nies li qed jispiċċaw jiġru minn uffiċċju għal ieħor biex xi ħadd jismagħhom, jew li jħossu li l-każ tagħhom ma ġiex trattat bl-importanza li jistħoqqlu. Kull każ irid jingħata widen, anke fejn jidher li kollox miexi skont illiġi. Bniedem ma jesprimix biża’ dwar is-sigurtà ta’ daru għalxejn, u jrid ikollu tħassib serju biex jasal jitkellem mal-awtoritajiet. Trid issir ġustizzja mal-familja Pace. Sfortunatament l-ebda sforz mhu se jġib lil Miriam Pace lura. L-uniku ġid li jista’ joħroġ issa hu li ma nħallux binja oħra tiġġarraf sforz dak li nkunu tgħallimna. Ma nistgħux niċħdu lill-Maltin u lill-Għawdxin mid-dritt bażiku li jgħixu b’moħħhom mistrieħ f ’darhom stess.
18
08.03.2020
kullhadd.com
IS-SIT BIŻANTIN EWLIENI F’TAS-SILĠ U L-ISKAVI L-arkitettura li nsibu fl-ewwel żminijiet, għal dik li hi l-istorja tal-Knisja tmur lura mis-snin 50 sas-snin 300 sena wara Kristu. F’dawk iż-żminijiet il-komunitajiet Insara kienu jiċċelebraw il-Liturġija tagħhom f’ambjent magħruf bħala Domus Ecclesia. Din kienet dar privata li tintuża għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa u l-Magħmudija. Sejbiet ta’ siti arkeoloġiċi individwati bħala Domus Ecclesia huma rarissimi! Mhux żgur hawn erbgħa siti magħrufin bħala tali. Fil-ktieb tal-Atti tal-Appostli jissemmew diversi, iżda llum kulma nsibu fost l-oħrajn hi d-Dar ta’ San Pietru f’Khafarnahum. Din irnexxielhom jiskavawha, minn taħt il-fdalijiet ta’ dik li hi knisja Biżantina ottagonali. Minn dejjem inżammet it-tradizzjoni li dik kienet id-Dar ta’ Pietru u kienet l-ewwel post ta’ talb għall-ewwel komunitajiet. Illum fuq l-istess art hemm knisja moderna. F’Malta nsibu traċċi ta’ speċi ta’ Domus Ecclesia fis-sit tal-katakombi ta’ Sant’Agata. Iżda s-sit ewlieni, li għandna traċċi konsistenti tiegħu, hi Bażilika tar-raba’ seklu wara Kristu mibnija fis-sit tat-Tempju ddedikat lill-Astarte, li jinsab f’Tas-Silġ, Marsaxlokk. Patri Eugene P. Teuma, Franġiskan Konventwal, jagħtina aktar dawl fuq l-iskavi u punti ta’ interess. Minn CHARLES B. SPITERI Patri Eugene, fadal xi post li wieħed għadu jista’ jżur, ta’ binja ta’ dak iż-żmien? Fir-rigward ta’ Domus Ecclesia, l-iktar sit li għadu ppriservat tajjeb hu d-Dura Europos, li jinsab fis-Sirja; belt li ġiet assedjata mill-Persjani, dawk li aħna nafuhom bħala Iranjani. Kien assedju li dam ħafna u mill-arkeoloġija, illum għandna dokumentazzjoni eċċezzjonali. Din il-belt baqghet ippreservata minħabba li baqghet abbandunata wara l-qerda li sofriet, tħalliet ippreservata sew is-Sinagoga, it-tempji u b’mod partikulari din d-Domus Ecclesia. Ifisser li xi darba s-Sirjani kienu Nsara? Iva, f ’dak iż-żmien kien hemm taħlita ta’ pagani, Insara u Lhud. Il-belt inqerdet fis-sena 256 wara Kristu u l-bażijiet tal-komunitajiet Insara huma dawn id-djar. Eventwalment, lejn issitt seklu, is-Sirja, il-Libanu, il-Palestina, l-Eġittu, u l-Etjopja kienu saru Nsara. Illum għad hemm ħafna li għadhom hekk, minkejja l-preżenza tal-Musulmani. Uħud minnhom ġew
iddedikati apposta lill-isqfijiet imħollija mill-Appostli, għax ma baqgħux djar privati, iżda saru ambjenti sagri. F’Dura Europos hu interessanti jingħad li waqt l-assedju kienet tħaffret mina minn taħt il-ħitan tal-belt u fiha ngħata n-nar. Il-ħajt ċeda iżda ma waqax. Dak kien wieħed mill-attentati. Issa nsibu li matul dawn l-aħħar 20 sena, l-arkeologi rnexxielhom jerġgħu jħaffru l-istess mina. Fiha sabu ’l fuq minn 35 suldat Biżantin bl-uniformi u l-armi u mill-istudju kien ikkonfermat li mietu b’gass li belgħu. Dak iż-żmien il-Persjani kienu jużaw sistema ta’ ħwawar u xaħam tal-majjal u vvelenaw il-mina. Dan għamluh wara li ppruvaw jidħlu fiha, u meta raw li ma setgħux għax sabu lis-suldati, ferrxu dan il-gass u tawh in-nar. Kif baqgħet ippreservata d-Domus Ecclesia f ’Dura Europos? Minħabba li wessgħu l-fortifikazzjonijiet tal-kwartier sħiħ. Id-Domus, flimkien mas-sinagoga u t-tempji pagani baqgħu ippreservati għax kienu mid-
funa qabel mal-belt waqgħet f ’idejn il-Persjani. Din hi l-eqdem u l-unika li għandna. Issa l-problema serja hi li biex issib xi ħaġa bħal din, tassew trid tkun fortunat għall-aħħar. Għandna x-xorti wkoll li tul dawn l-aħħar 180 sena, mill-is- minnu. tudju tal-arkeoloġija, nistgħu nieħdu idea ta’ kif kienet knisja Iżda kif instab? fl-ewwel żminijiet. Dejjem kien hemm traċċi u Allura s-sit Malti f ’Tas-Silġ dejjem kien jinstab fuħħar u affarijiet simili mad-dawkif instab? ra tiegħu. Fis-snin 60, diversi Hemm kien hemm tempju Universitajiet Taljani kienu talpagan. U ħaġa interessanti li bu lill-Gvern Malti biex jieħdu ħadd qatt ma ta kasha, kienet l-iskavar f ’idejhom, u għadli fir-raba’ seklu – meta kellna hom għaddejjin bih sal-lum. lil Kostantinu qed jibni l-Bażi- Fil-fatt għandu joħroġ volum liki, jidher li t-tempju kien ieħor, li t-traduzzjoni għall-Indiġà abbandunat. Issa l-ħaġa gliż ta’ wħud mill-kapitli li fih hi li dak hu wieħed mill-aktar hi tiegħi. tempji importanti li kien hawn fil-Mediterran. Nafu li kien id- Il-Maltin qegħdin jieħdu dedikat lil alla Astarte u tant sehem fl-iskavar? kellu devozzjoni, li kienu jiġu nies minn madwar il-Mediter- Hemm l-Università ta’ Malta, ran kollu biex jagħtu qima u li qed tagħmel skavar fiz-zona identifikata bħala midden jew jħallu l-offerti. Għandna wkoll id-diskorsi miżbla. L-affarijiet li nstabu ta’ Ċiċerun, mill-ewwel seklu hemm huma inkredibbli, għax qabel Kristu, li jitkellem fuq matul sekli nġabru ħafna offerl-importanza ta’ dan it-tempju ti, li kienu impossibbli jinżamu l-akkuża kontra l-Gvernatur mu. Fost dawn kien hemm ħafta’ Sqallija li seraq l-affarijiet na buqari tal-fuħħar bl-offerti.
Naturalment, it-tempju kien jimtela b’dawn ir-rigali u għalhekk minn żmien għal żmien kienu jidfnuhom. Eventwalment, bil-pressa li kienet issir fuqhom, bosta oġġetti kienu jispiċċaw jitfarrku. Iżda hemm saffi sħaħ li faċilment tista’ ssir id-datazzjoni tal-offerti. Jaf ukoll li l-oġġetti ntefgħu hemm lejn l-aħħar ta’ meta t-tempju kien qed jinqaleb għall-kult Nisrani. Iżda interessanti jingħad li fittielet seklu wara Kristu kellek kult bħal dak abbandunat, l-aktar minħabba li jirriżultalna li f ’pajjiżi oħra, tempji simili baqgħu attivi sas-seba’ seklu. Għaliex taħseb li seta’ jkun hekk? Għax Kostantinu ma imponiex it-tagħlim Nisrani, iżda ta l-konċessjoni li l-Insara setgħu jipprattikaw flimkien mal-pagani u mal-Lhud u ordna li proprjetajiet bħal dawk, li kienu
19
08.03.2020
kullhadd.com
Inkella ħadd ma kien se jistampa l-muniti għal numru iżgħar. Għalhekk, fil-perjodu Ruman, il-popolazzjoni kienet tlaħħaq għal dak l-ammont simili jekk mhux akbar.
kkonfiskati waqt żminijiet ta’ persekuzzjoni, jingħataw lura. Dak kien id-Digriet ta’ Milan, li ta lill-Insara u lir-reliġjonijiet l-oħrajn, dritt ugwali li jipprattikaw ir-reliġjon tagħhom.
fuqu fix-xhur sajfin biss. L-importanti għalina hi d-dokumentazzjoni tal-oġġetti misjuba. It-Taljani wkoll jiskavaw fis-sajf.
Allura ġara li f ’Malta nbidlet ir-reliġjon għal dik Nisranija?
Jiġifieri nistgħu ngħidu li l-qalba proprja minn allat Iva u le. Tal-istess żminijiet pagani għal Kristu, saret fi tat-tempji Neolitiċi l-oħrajn, żmien San Pawl? jiġifieri minn xi 4,000 sena qail-provi, bel Kristu, iżda baqa’ jintuża, M’għandniex tkabbar u nbena mill-ġdid fi għalkemm, mill-ktieb tal-Atżmien il-Feniċi u r-Rumani. ti tal-Appostli jidher li l-bidu Hu kkalkulat li f ’Malta kellna tal-Fidi Nisranija f ’pajjiżna 35 tempju Neolitiku li nafu bi- hu marbut mal-miġja ta’ Pawhom. Aktarx kien hawn numru lu. Biss mit-Tempju f ’Tas-Silġ hu interessanti ngħidu li kien akbar. wieħed mill-ewwel postijiet fl-perijodu Kostantinjan, li Nistgħu allura naċċertaw nbidel minn tempju għal Bażiruħna li fi żmien it-tempji neolitiċi, f ’Malta kien hawn lika Nisranija. Issa fil-maġġoranza ħafna nies biex kien hawn tal-postijiet, Kostantinu u dawn it-tempji kollha? Sant’Elena ma daħlux f ’diKien hawn numru ta’ gruppi, li skussjonijiet mal-komunitajiet litteralment kienu qed jikkom- pagani, jiġifieri fejn kien hemm petu f ’dak li hu bini. L-arke- tempju pagan għadu qed jinologu Ingliż David Trump, li tuża, speċjalment tempju bħal kien magħruf sew għall-ħidma dak ta’ Astarte, li kellu dik il-fatiegħu fuq żmien il-preistorja ma madwar il-Mediterran kolf ’Malta, jidhirli li kien ħareġ lu, ma kinux se jidħlu u jdaħħbil-fehma li Malta kienet maq- lu Bażilika Nisranija, sakemm suma f ’sitt zoni, jew sitt tribuji- il-kult ma kienx waqaf. Din et differenti, b’konċentrazzjoni setgħet kienet indikazzjoni li ta’ tempji. Fl-antik konna nafu l-kult pagan kien diġà ntemm u b’numru inqas ta’ zoni, għax l-komunità kienet ixxaqleb lejn il-ġebel użat fil-bini tat-tempji il-fidi Nisranija. ma kienx b’saħħtu u għalhekk X’differenza tgħaddi bejn il-binjiet sparixxew. il-Katakombi li nsibu f ’pajjiżna u t-Tempju Kienu jaduraw allat f ’Tas-Silġ? differenti?
Ir-reliġjon Nisranija tinbidel, għax konċessjoni oħra li ta Kostantinu kienet li f ’ħafna postijiet, is-sala prinċipali tal-forum Ruman bidilha fi knisja u taha lill-awtoritajiet Insara. F’ħafna postijiet sar bini ġdid, għax meta għandek il-Bażilika fil-Forum, dik tkun is-sala tal-Qorti. Issa waqt li l-Forum kien il-post tas-suq, insibu wkoll li kien hemm it-tempji tat-tliet allat prinċipali, li eventwalment ħafna minnhom saru knejjes. Madanakollu, irridu ngħidu li t-tempji Rumani huma binjiet żgħar, għax kienu jsegwu s-sistema Griega; jiġifieri t-tempju seta’ jservi l-iktar bħala kappella. Jekk ikun hemm komunità kbira u ma tintużax il-Bażilika, kien jinbena post għaliha. Ħafna ma kinux jaqblu li jsir użu mill-Bażilika tal-Forum, għax ma jkollhomx fejn tiltaqa’ l-Qorti. Minħabba f ’hekk inbnew knejjes oħra. Il-Bażiliki ta’ Malta jfissru l-istess bħal dawk Rumani? Dażgur, iżda skont il-Vitruvius (kittieb ta’ l-ewwel Seklu Q.K.), Bażilika tal-Imperu Ruman tfisser binja rettangulari bil-kolonni, b’awla ċentrali u mbagħad tnejn laterali. Dik hi l-Bażilika Qorti. Nerġa’ għal Tas-Silġ. Ifisser li fl-antik kien hemm ħafna abitanti fl-inħawi? Bilfors li kien hemm belt/ raħal. Il-Bażilika f ’Tas-Silġ kienet knisja Biżantina ewlenija u l-preżenza tal-Battisteru turi biċ-ċar li din kienet is-Sede tal-Isqof. Mela s-santwarju ma setax kien fil-baħħ, iżda viċin belt/raħal. Għandek port tipiku bix-xatt tar-ramel, kif kienu jużaw il-Feniċi. Hemm sit simili fix-Xemxija, f ’daħlet Fekruna u fil-Pwales. Ħafna drabi l-Feniċi kienu jtellgħu l-bastimenti tagħhom fuq ir-ramel, jikkummerċjaw minn hemm u jitilqu. Iżda ma jidhirlekx li x-xogħol ta’ skavar arkeoloġiku fuq dan it-tempju miexi bil-mod? Meta tiltaqa’ ma’ saff differenti ta’ radam, trid taħdem fuqu bl-attenzjoni xierqa. Terġa’ l-Università ta’ Malta taħdem
Taħseb li bħala tempju hu eqdem mill-oħrajn dinjin?
Kważi nistgħu ngħidu, li fil-perjodu Neolitiku, kienu jaduraw lill-istess alla. Imbagħad nixhdu bidla. Għall-ewwel kien kult għall-femminil, iżda eventwalment jidħlu elementi anki maskili f ’dik li hi reliġjon. It-tempju f ’Tas-Silġ eventwalment ġie ddedikat lil alla Astarte li kienet alla mara. Nafu wkoll mill-kittieb Ptolomew, li kiteb Il-Ġeografu fl-ewwel seklu wara Kristu, li f ’Malta kien hawn ukoll tempju ddedikat lil Ercole. Fih jissemma li f ’pajjiżna kien hawn żewġt ibliet importanti. Aħna nafu b’waħda; ir-Rabat, jiġifieri Melita. In-naħa ta’ Marsaxlokk żgur li kien hemm belt/villaġġ u x-Xemxija kellek ambjent jew villaġġ ta’ ċertu daqs, għax in-numru ta’ oqbra li skoprejna fil-preċipizzju mix-Xemxija sal-Manikata hu enormi. Mijiet ta’ oqbra oħra nstabu fuq kull naħa ta’ Wied il-Kalkara/Mistra, fl-istess Xemxija. Issa, li kien hawn numru ta’ nies jgħixu fuq gżiritna diġà nsibuh mill-perjodu Puniku Feniċju, għax Malta kellha l-muniti tagħha. Almenu biex belt jew pajjiż ikollu l-flus jew muniti tiegħu ried bilfors ikollu bejn 10,000 u 20,000 abitant.
Il-katakombi jinsabu taħt l-art; kienu post ta’ difna u post fejn komunitajiet, Insara, pagani u Lhud, kienu jiltaqgħu biex jitolbu, waqt li t-Tempju f ’TasSilġ kien jinsab ’il fuq mill-art u kien imsaqqaf. Illum ma tara xejn, għax hemm biċċa xogħol oħra. Kummentatur Għarbi fuq l-Assedju tas-snin 868-870 W.K. jgħid li l-Għarab żarmaw il-knejjes, il-Bażiliki u l-palazzi mill-irħam u l-kolonni u ħadu kollox it-Tuneżija. Li hemm f ’Tas-Silġ hu li mill-ajru tara l-pjanta tat-tempju u l-Bażilika, għax għadhom imħollija l-forom tal-kolonni fil-cocciopesto li użaw għall-art. Il-qafas tat-tempju neolitiku nstab hekk kif bdew isiru l-iskavi fis-snin 60 tas-seklu 20. Qed nitkellmu fuq iż-żmien Biżantin, fejn l-Insara kienu jitgħammdu ta’ xi 32 sena. Jiġifieri f ’Tas-Silġ kien hemm battisteru, fejn l-imgħammed jinżel min-naħa fl-ilma u jitla’ min-naħa l-oħra? Iva, kien hemm. Hawn nista’ nsemmi li l-arkeologi Taljani sabu li l-Bażilika oriġinali
kienet iġġarrfet u nbniet oħra iżgħar. Insibu li din tal-kollass tal-Bażiliki Kostantinjani kienet mifruxa mal-Imperu kollu. Wara deċennji ta’ gwerer ċivili, l-Imperu Ruman kellu nuqqas kbir ta’ periti u inġiniera. Teżisti ittra ta’ Kostantinu fejn jitlob lill-Universitajiet tal-Afrika ta’ Fuq, iħeġġu iktar studenti f ’dawn is-suġġetti, minħabba l-kwalità skadenti tal-imgħallma li kellu. Interessanti li fis-snin 90, fi skavar metikoluż, it-Taljani sabu kważi ’l fuq minn 270 munita stratifikati (jiġifieri f ’saffi differenti) fil-fonti batteżimali. Dawn jixhdu l-passaġġ bejn l-Imperu Oċċidentali għal dak Orjentali u saħansitra l-preżenza tal-Vandali f ’Malta. X’kienu qed jagħmlu hemm dawn il-flus? Kien hemm tradizzjoni li n-nies imorru b’boroż tal-flus u wara li tinżel persuna titgħammed, jixħtu l-flus bħala offerta. Nafu biha għax hemm Konċilji, l-aktar importanti dak ta’ Spanja, li jipprojbixxu dawn it-tradizzjonijiet. F’Tas-Silġ kien hemm difett fil-qiegħ tal-battisteru u xi muniti żelqu taħt, fil-fetħa li kien hemm u baqgħu preservati. Huma importantissmi, għax jagħtuna l-konferma li l-Bażilika kienet tal-età ta’ Kostantinu.
Il-muniti misjuba isfel nett huma ta’ wlied Kostantinu u l-oħrajn kollha jagħtuna l-istorja ta’ Malta li ma kellna ebda ħjiel tagħha. Jibdew minn Kostantinu t-Tieni mis-sena 337 u jaslu sas-sena 674. Permezz tal-muniti misjuba, hu kkonfermat li l-Vandali kienu preżenti fil-perjodu ta’ bejn is-sena 477 sas-sena 534. Dan jikkonferma wkoll li l-Vandali li kien hawn Malta kienu Nsara, iżda Arjani, għax kieku ma kinux jitfgħu l-flus fil-battisteru.
Il-katakombi jinsabu taħt l-art; kienu post ta’ difna u post fejn komunitajiet, Insara, pagani u Lhud, kienu jiltaqgħu biex jitolbu, waqt li t-Tempju f’Tas-Silġ kien jinsab ’il fuq mill-art u kien imsaqqaf
20
08.03.2020
kullhadd.com
NAFU BIŻŻEJJED DWAR L-ISTORJA
Fid-Domus instab ukoll fuħħar domestiku, utensili użati fuq il-mejda ta’l-ikel impurtati mill-Italja u mill-Afrika ta’ Fuq, vażetti żgħar tal-ħġieġ għall-fwejjaħ u l-mediċina, splenguni magħmulin mill-għadam, lampi taż-żejt u oġġetti użati għall-kitba
Malta għandha storja rikka u rrakkmata b’diversi ġrajjiet. Malta għalkemm hija gżira, kellha sehem importanti ħafna f ’dak li kien ikun qed jiġri fil-Mediterran. Diversi potenzi kbar iġġieldu biex jaħkmu lil Malta. Dan m’għamluhx għar-riżorsi naturali ta’ Malta għax minn dawn ftit li xejn hawn, imma għall-pożizzjoni strateġika li din id-daqsxejn ta’ gżira tinsab fiha. Kull ħakma li ġiet Malta ħalliet xi marka fuq l-istorja tagħha u dawn il-marki jagħmluna n-nazzjon li aħna llum. Madwar 300 sena qabel twieled Kristu, fil-Mediterran qamet pika kbira bejn il-Griegi, il-Kartaġiniżi u r-Rumani. Din il-pika wasslet għal tliet Gwerer Puniċi. Il-Gwerer Puniċi kienu gwerer bejn il-Kartaġiniżi u r-Rumani. Malta waqgħet f ’idejn ir-Rumani fit-tieni Gwerra Punika. Meta maż-żmien l-Imperu Ruman inqasam fi tnejn peress li kiber ħafna, naħa waħda kienet magħrufa bħala l-Imperu Ruman tal-Lvant u l-oħra tal-Punent. Malta kienet tagħmel parti mill-Imperu talLvant, li kien jissejjaħ Biżantin. Fi żmien ir-Rumani Malta kienet magħrufa bħala Melita u Għawdex, bħala Gaudisium. Instabu flus bil-kitba Melitaion u Gayliton; li jfissru Malta u
Għawdex bil-Grieg. Dan jurina li r-Rumani kienu jużaw kemm il-lingwa Latina kif ukoll ilGrieg. Ir-Rumani ġabu ħafna progress fil-Gżejjer Maltin. Xhieda ta’ dan il-progress huma l-vilel Rumani li sibna mxerrdin ma’ Malta u Għawdex. F’dawn ilvilel kien jingħasar iż-żebbuġ biex minnhom nieħdu ż-żejt. Dawn il-vilel Rumani jinsabu (a) Ta’ Kaċċatura - Birżebbuġa (b) San Pawl Milqgħi – Burmarrad (c) iż-Żejtun - fejn hemm skola (d) ir-Ramla l-Ħamra – Għawdex. Mehrież, għodda għall-għasir taż-żebbuġ instab waqt l-iskavi fil-villa Rumana ta’ San Pawl Milqgħi. Il-Banjijiet Rumani (Thermae) ta’ Għajn Tuffieħa wkoll juru dan il-progress li sar fi żmien ir-Rumani. Hawn kienu anke jsaħħnu l-ilma. Il-banjijiet kienu mżejna bil-mużajk u l-art iċċangata bil-madum. Xi kmamar kienu (a) apodutera – fejn tbiddel (b) latrina komuni (ċ) calidarium – kmamar imsaħħna (d) frigidarium – kamra kiesħa (e) sudarium – kamra bl-istim. Kien hawn, fis-sudarium li nstab l-aħjar mużajk. Dan il-mużajk huwa ittraskurat u qed issirlu ħsara kbira mill-elementi (riħ, xita, maltemp, xemx). Xi kmamar tal-konkos li nbnew biex jipproteġu l-muża-
jk iktar għamlu ħsara milli ġid. F’Malta nstabu wkoll diversi tempji li kienu jintużaw mir-Rumani għall-qima u r-reveranza lill-allat. Uħud minn dawn kienu; it-Tempju ta’ Ġuno f ’Tas-Silġ, kellhom it-Tempju ta’ Proserpina fl-Imtarfa u t-Tempju ta’ Apollo fir-Rabat Malta. L-ewwel fdal tal-Insara f ’Malta kienu l-Katakombi, li kienu użati għad-dfin u dawn bdew jitħaffru wara s-sena 300 W.K. meta l-Imperatur Kostantinu sar Nisrani. Melita jew aħjar il-belt kapitali ta’ din il-gżira f ’dan il-perjodu, kienet ikbar mill-Imdina tal-lum. Wieħed għadu jista’ jara parti mill-ħajt Ruman tal-belt antika Melita faċċata tal-isptar ta’ Santu Spirtu. Ilbelt Rumana kibret bla pjan u t-toroq ma kinux dritti. L-idea ta’ belt iffortifikata kienet importanti ħafna għar-Rumani minħabba li b’hekk kien ikollhom mezz ta’ difiża fil-każ li kellu jersaq l-għadu tagħhom. Il-belt ewlenija t’Għawdex kienet fiċ-ċentru tal-gżira. Waqt it-tħaffir tal-pedamenti biex jinbena l-katidral t’Għawdex fl1702 instabu fdalijiet tat-tempju ddedikat lil Ġuno. Għawdex sibna wkoll oqbra u vilel rustiċi. L-iktar villa magħrufa hi dik tar-Ramla l-Ħamra. Din kellha sistema ta’ banjijiet u
l-art tal-mużajk. Skavi fil-bajja tax-Xlendi (1961) tawna l-fdalijiet ta’ żewġ xwieni tal-merkanzija mimlija amfori tas-sekli 5 u 6 W.K. Instabet ukoll ankra li kienet magħmulha kemm mill-injam kif ukoll mill-ħadid. Domus Romana u fdalijiet oħra L-aqwa fdal ta’ arkitettura Rumana nsibuh fid-Domus tar-Rabat. Minn dak li nstab naħsbu li din kienet dar ta’ wieħed sinjur. Id-Domus ġiet skavata fl-1881. Kienet tintuża fl-ewwel seklu W.K. probabbilment minn xi persuna Maltija importanti jew minn xi Ruman innifsu. Fid-domus insibu kolonni doriċi u kmamar dekorati bil-mużajk. Il-mużajk misjub Malta naraw fih disinji ġeometriċi kif ukoll emblemi. Emblemi huma figuri ta’ bnedmin, annimali jew fjuri magħmulin minn bċejjeċ tal-ġebel u ħġieġ ikkulurit fin-nofs. Fid-domus insibu wkoll għadd ta’ statwi u busti ta’ persuni prominenti, fosthom imperaturi Rumani u n-nisa tagħhom. L-ammont ta’ statwi li nstabu juru li min kien joqgħod fil-villa kien persuna importanti, aktarx imdaħħal fil-politika jew fin-negozju. Fid-domus instab ukoll fuħħar domestiku, utensili uża-
21
08.03.2020
kullhadd.com
TA’ PAJJIŻNA?
Żgur li fi Żmien ir-Rumani kien hawn villaġġi mxerrdin mal-Gżejjer Maltin. Nafu pereżempju li n-naħat taż-Żurrieq kienu abitati sew ti fuq il-mejda tal-ikel impurtati mill-Italja u mill-Afrika ta’ Fuq, vażetti żgħar tal-ħġieġ għallfwejjaħ u l-mediċina, splenguni magħmulin mill-għadam, lampi taż-żejt u oġġetti użati għall-kitba. Żgur li fi żmien ir-Rumani kien hawn villaġġi mxerrdin mal-Gżejjer Maltin. Nafu pereżempju li n-naħat taż-Żurrieq kienu abitati sew. Kittieba Rumani jfaħħru l-portijiet tajbin ta’ Malta, il-Port il-Kbir u l-Port ta’ Marsaxlokk. IlPort ewlieni kien dak ta’ Marsaxlokk. Sibna pedamenti ta’ mħażen Rumani taħt l-Għolja ta’ Corradino (1768) b’mijiet ta’ amfori fihom. Xhieda li l-ekonomija ta’ Malta għamlet progress fi żmien ir-Rumani huma numru ta’ vilel rustiċi (tal-kampanja). Fdalijiet ta’ vilel rustiċi nstabu l-Wardija, San Pawl Milqgħi, il-Bidnija, Ta’ Żammitellu, l-Imselliet, il-Għargħur, l-Iklin, Marsaskala, Marsaxlokk, iż-Żejtun, Birżebbuġa, Ħal Kirkop, Ħal Far, Tad-Dawl (Imqabba), Ħal Millieri, Tas-Sittin, il-Fiddien, Għajn Tuffieħa, Ras il-Pellegrin u Ras ir-Raheb. Fil-maġġoranza ta’ dawn il-vilel instabu għodod użati għall-għasir taż-żebbuġ (trapeta) jew għodod tal-biedja. Barra li kien hawn il-Belt iffortifikata nstabu wkoll numru żgħir ta’ torrijiet tondi li jmorru lura għaż-żminijiet Rumani u nbnew fit-3 Seklu W.K. Insemmu Ta’ Ġawhar (Safi) Tal-Bakkari (Żurrieq) Tal-
Wilġa (fl-Imqabba) Tas-Santi, Għajn Klieb (Rabat), Ta’ Ċieda (San Ġwann). Sibna bosta oqbra Rumani fir-Rabat. Insemmu Tal-Virtù, Ħal Pilatu, Ħal Bajada u l-Imtarfa. Bosta ġew imniffda biex ingħaqdu mal-Ipoġea, il-katakombi tal-ewwel Insara. L-ikbar Ipoġea miżmuma huma dawk ta’ San Pawl u Sant’Agata fir-Rabat. Però hemm oħrajn importanti ż-Żurrieq, Ħal Resqun (il-Gudja) Tal-Mintna (Imqabba) Tal-Barrani. F’dawn il-katakombi nsibu tpenġija ta’ simboli Nsara bħall-ħuta u s-salib, il-pellikan u xi mejda għall-ikla Ewkaristika magħrufa bħala agape. Marbuta ħafna maż-żmien tar-Rumani f ’Malta hija l-ġrajja ta’ San Pawl. Skont l-Atti tal-Appostli, San Pawl ġie f ’Malta meta x-xini li kien fuqu nqabad f ’maltempata kbira, l-istess xini kellu jieħu lil San Pawl bħala priġunier biex jidher quddiem l-Imperatur Ruman peress li hu kien ċittadin Ruman. Fdalijiet li għandhom rabta ma’ din il-ġrajja kif ukoll mal-istorja Rumana f ’pajjiżna, huma l-Grotta ta’ San Pawl li tinsab ir-Rabat, fejn jingħad li San Pawl għex, ipprietka u fejjaq fit-tliet xhur li dam hawn. Hemm ukoll Għajn Rażul, li l-leġġenda tgħid kif San Pawl ħareġ l-ilma mill-blat biex għammed lill-ewwel Insara. Flaħħar insemmu wkoll il-Gżejjer ta’ San Pawl, jinsabu f ’San Pawl il-Baħar li x’aktarx jinsabu fejn sar in-Nawfraġju tiegħu.
Kitba ta’ CLIFFORD GALEA
22
08.03.2020
kullhadd.com
IL-QTATES INESSUHA KOLLOX U JEĦDUHA F’DINJA BLA ĦSIBIJIET Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Kważi f ’kull dar lokalment jiġu mrobbija annimali domestiċi, bħal qtates, klieb u annimali oħra. Hawn min jippreferi qattus, u hawn min kelb, jew xi tip ta’ annimal ieħor. Personalment bħalissa nrabbi qattusa ċkejkna. Il-personalità li tkellimt magħha llum, il-qtates inessuha kollox. Tħossha li tkun f ’dinja bla stress u bla ħsibijiet. Qed nirreferi għal Karmen Coleiro. Għandha sebat iqtates tagħha personali, kollha bi bżonnijiet speċjali - tlieta għomja, wieħed bl-awtiżmu, ieħor bi swimmer’s syndrome u tnejn anzjani. Karmen hija l-fundatriċi ta’ Animal Guardians Malta li twaqqfet fis-sena 2004. Aktar tard fis-sena 2016 waqqfet il-Cat Rescue Centre (Cat Therapy Cat Café). Bħala tim jaħdmu fil-viċin ma’ Richmond Foundation, fejn jilqgħu bi ħġarhom tfal u anzjani bi bżonnijiet speċjali għal ċer- kienu jitqiegħdu f ’għelieqi u kolonji ta’ qtates, u għalhekk jistkennu. Fl-2004 kont waqqati terapiji. Fi kliemha stess: wara ċ-ċnut. Il-feeders kienu kienu jqiegħdu shelters appos- ft l-għaqda bl-isem ta’ Street“Il-cat shelters li kienu jibnu, jtuhom tagħrif fejn hemm ta għalihom biex ikollhom fejn Cat Rescue Malta, imbagħad fl-2014 waqqaft l-għaqda Animal Guardians Malta. Il-ħsieb tiegħi kien li jkollna post fejn inkunu nistgħu nagħtu kenn lill-qtates abbandunati. Dan ilgħan intlaħaq u fis-sena 2016 ftaħna l-Cat Café tagħna. Ma kinitx faċli. Fil-bidu n-numru tal-volontiera kien baxx ħafna. Kont inqatta’ ġranet waħdi minn filgħodu sa filgħaxija, nitma’ u nnaddaf. Bil-mod, l-interess ta’ dawk li jixtiequ jgħinu bħala volontiera beda jiżdied, u llum il-ġurnata, għandna grupp żgħir ta’ persuni li jiġu regolarment. Iżda nagħmel appell għal dawk li lesti jiġu jgħinu biex jikkuntattjawna. Żgur li mhux ser jiddejqu mdawrin b’tant qtates mimlijin imħabba! Illum il-ġurnata għandi tim ta’ nies dedikati, u flimkien nippjanaw kif dejjem intejbu d-dar ta’ kenn tal-qtates tagħna, kif ukoll norganizzaw attivitajiet ta’ fundraising,” aġġornatni Karmen. Cat Café – Għajnuna għall-istess spejjeż tal-qtates Wara l-NGO, kienet ħasset li kien wasal iż-żmien li joħolqu post sikur għall-qtates li ma jistgħux jibqgħu fil-post fejn
Fil-bidu n-numru tal-volontiera kien baxx ħafna. Kont inqatta’ ġranet waħdi minn filgħodu sa filgħaxija, nitma’ u nnaddaf. Bil-mod, l-interess ta’ dawk li jixtiequ jgħinu bħala volontiera beda jiżdied, u llum il-ġurnata, għandna grupp żgħir ta’ persuni li jiġu regolarment qegħdin minħabba diversi raġunijiet bħal tqegħid ta’ velenu, qtates għomja, qtates xjuħ abbandunati u fil-fatt ħolqu l-Cat Café tagħkom ġewwa San Vincenz de Paule, Ħal Luqa. Fil-fatt, il-Cat Café tkun miftuħa għall-pubbliku kull nhar ta’ Ħadd, bejn l-10 a.m. u 12 p.m. Id-dħul hu ta’ €5, li jmorru għall-ispejjeż tal-ikel tal-qtates. Minn dak li aġġornatni Karmen, in-nies li jattendu jmorru jieħdu pjaċir imellsu l-qtates u huma joffrulhom kafè u croissant bla ħlas. Kollox ma’ kollox, l-għan ewlieni hu li l-qtates ikollhom l-attenzjoni, il-fsied u l-imħabba li jixirqilhom. Karmen minn hawn xtaqet tgħaddi stedina lill-pubbliku jmorru għandhom il-Ħadd filgħodu bejn l-10 a.m. u 12 p.m. Dispjaċir li għandha Karmen huwa li għalkemm kienet taf li hawn ħafna nies li jħobbu l-annimali, qatt ma kienet tobsor li jeżistu nies, taparsi jħobbu l-annimali li jiggwadanjaw minn eluf ta’ ewros f ’donazzjonijiet fis-sena. Dawn id-donazzjonijiet sfortunatament jitfgħuhom f ’buthom, minflok fl-affarijiet li jwiegħdu. Fi kliem ieħor, b’dispjaċir għad hawn xi nies b’din il-ħdura fihom. “Ma tantx tista’ tagħmel biex issikket dawn in-nies li
23
08.03.2020
kullhadd.com
jkollhom din il-ħdura. Nemmen li l-aħjar mod hu li ma tagħtix kas li jgħidu u tibqa’ tagħmel dak li temmen fih. Wara kollox mhux il-wegħdi jgħoddu, imma x’turi bħala proġetti fir-realtà.” Maż-żmien skopriet ukoll li ċerti nies ikollhom mibegħda kbira lejha, u lejn ix-xogħol li tkun qed tagħmel. Altru minn hekk, li jagħmlu ħsara kemm jifilħu b’ilsienhom, fuq Facebook, u b’għemilhom biex jippruvaw joħolqu ostakli, biex iwaqqfuha. Skontha, in-nies m’għandhomx jemmnuhom għax jekk veru bniedem iħobb l-annimali, ma jilgħabhiex li huwa l-eroj ta’ Malta u jkasbar lil kull min jgħin l-annimali. Staqsejtha x’tip ta’ ostakli oħra kienet qed taffaċja mingħand in-nies. “Rapporti foloz, nies li taparsi qed jgħinu, u fil-fatt tiskopri li jkunu qed jaħdmu kontra,” qaltli b’dispjaċir. Minkejja xi intoppi, komplew għaddejjin għax jemmnu fil-ġid li qed jagħmlu Madanakollu, komplew għaddejjin, għax jemmnu fil-ġid li qed jagħmlu, għal dawn il-kreaturi. Jemmnu fihom ukoll eluf ta’ followers, u dawk li jgħinu b’mod volontarju jew b’xi donazzjoni. Dawk li huma interessati jkunu parti mill-grupp ta’ volontiera tagħhom, huma mħeġġa li jiktbu email lil animalguardiansmalta@gmail. com. Żiedet tgħidli li l-ispejjeż tagħhom huma kbar, u għalhekk japprezzaw ħafna meta n-nies jagħtuhom donazzjonijiet li jistgħu jkunu flus, jew ikel tal-qtates tat-tip li jitimgħu huma. Għandhom diversi mezzi ta’ kif wieħed jista’ jagħti
donazzjoni ta’ flus. Ix-xogħol li jagħmlu jista’ jiġi segwit fuq il-paġna ta’ Facebook tagħhom www.facebook.com/animalguardiansmalta fejn għandhom ’il fuq minn 10,000 segwaċi. Qabel ma mort għal din l-intervista, kont naf ukoll li dan l-aħħar kienu qed jaħdmu fuq każ fejn anzjana li marret tgħix f ’dar tal-anzjani u d-dar tagħha kienet ser tiġi mwaqqa’, kienu qed jgħixu madwar 14-il qattus abbandunat. Każ ieħor li qed jaħdmu fuqu huwa ta’ 70 qattus abbandunat f ’lukanda li dalwaqt ser titwaqqa’. Naf ukoll li għandha grupp ta’ nies inkarigati jieħdu ħsiebhom. “L-iktar każ riċenti ta’ cat rescue hu ta’ madwar 15-il qattus f ’dar abbandunta. Dawn, wara li jiġu neutered, ser isibu l-imħabba fil-Cat Café tagħna. Ser indaħħlu wkoll sitt qtates
Karmen ikkonfermat miegħi li ta’ min jgħid ukoll li fis-sena 2014, kienu ressqu proposta lill-Gvern sabiex tinbidel għall-aħjar is-sitwazzjoni tal-qtates li m’għandhomx saqaf fuq rashom, u li jeħtieġ li jkun hemm strateġija nazzjonali fejn jinħoloq network biex issir database tal-feeders kollha ta’ Malta, u li jiġu neutered il-qtates kollha ta’ pajjiżna mill-ħafna qtates abbandunati li hemm madwar lukanda li ser titwaqqa’. Dan qed nagħmluh b’koordinazzjoni ma’ voluntiera ta’ qalbhom tajba li qed jieħdu ħsieb jitimgħu dawn ilqtates ta’ kuljum.” Jagħtu l-imħabba tagħhom lill-bnedmin li jiġu jżuruhom B’wiċċna minn quddiem, jidher ċar kristall, li d-donazzjonijiet li jingħataw lilhom qed jintużaw b’mod għaqli, għax il-post
tagħhom dejjem qed itejbuh u l-qtates tagħhom jidhru li jieħdu ħsiebhom sew! Mhux biss, imma dawn il-kreaturi jagħtu l-imħabba tagħhom lill-bnedmin li jiġu jżuruhom fil-Cat Café tagħhom kull nhar ta’ Ħadd bejn l-10 a.m. u 12 p.m. Mistoqsija dwar x’tissuġġerixxi li għandu jsir lokalment rigward qtates li m’għandhomx saqaf fuq rashom, Karmen ikkonfermat miegħi li ta’ min jgħid ukoll li fis-sena 2014, kienu ressqu proposta lilll-Gvern sabiex tin-
bidel għall-aħjar is-sitwazzjoni ta’ dawn il-qtates, u li jeħtieġ li jkun hemm strateġija nazzjonali fejn jinħoloq network biex issir database tal-feeders kollha ta’ Malta, u li jiġu neutered ilqtates kollha ta’ pajjiżna. Aħna konna sejjaħna dan il-proġett SCAN (Stray Cat Action Network) li kien beda imma ma tkompliex.” Fl-aħħar tal-intervista, Karmen qasmet ix-xewqa tagħha magħna li l-istruttura tad-Dipartiment tal-Animal Welfare f ’pajjiżna tinbidel totalment.
24
08.03.2020
kullhadd.com
reċensjoni tal-ktieb
L-ERWIEĦ TAL-GŻEJJER MALTIN U LIL HINN MINNHOM
F’dan il-ktieb issib ġabra ta’ stejjer ‘tal-erwieħ’ u fatti strambi li ġew irrakkontati lili minn diversi nies. Xi wħud minn dawn kienu missieri, ħutu, ħbieb u kollegi tiegħi. Imbagħad kien hemm xi esperjenzi li ġarrabt jien stess. Saħansitra, sibt affarijiet li qatt ma
bsart li kienu jeżistu, li kieku ma kienx għar-riċerka li għamilt fuq xi ġrajjiet li seħħew matul iż-żmien u li llum jagħmlu parti mill-istorja tagħna, bħall-ġrajja tal-Porvlista jew tal-Kavallier ta’ Manoel Island u ħafna oħrajn. Xi wħud mill-istejjer smajthom wara l-insistenza li għamilt
jien stess biex jgħiduhomli. Kieku le, kienu jibqgħu mistura u kienu jintilfu, bħalma ntilfu ħafna stejjer oħrajn bħalhom. Il-fatt jibqa’ li hawn min jemmen u hawn min ma jemminx fl-eżistenza tal-erwieħ, imma l-fatt li ma temminx fihom ma jfissirx li ma jeżistux!…
tagħha, jirrapreżentaw il-ħames pjagi ta’ Kristu, is-sena kurrenti u l-marki tal Alfa u l-Omega. L-Alfa u l-Omega jfissru li Kristu huwa l-bidu u t-tmiem. Ix-xemgħa tal-blandun tiġi mixgħula fiċ-ċelebrazzjoni tas-sagrament. L-istorja li jmiss hija fuq wieħed għalliem bi professjoni li kellu talent veru tal-għaġeb meta jpinġi x-xemgħa tal-blandun. Kien għadu jaħdem bil-paċenzja kollha fuq l-aħħar xemgħa li kellu, għaliex kultant kien jieħu ħafna ħin biex ilesti waħda, imma fortunatament lesta l-aħħar waħda li kien qiegħed jaħdem fuqha fil-ħin biex titpoġġa fil-knisja taċ-ċimiterju tal-Addolorata. Dan l-għalliem kellu ġnien qabel ma tidħol f ’daru, u quddiem il-bieb prinċipali kien hemm tliet tarġiet u qabel il-ġnien kien hemm grada tal-ħadid tipikament Maltija. Id-dar kienet f ’nofs ringiela djar, u biex wieħed jasal għal din ir-ringiela ta’ djar kien hemm daħla waħ-
da biss minn fejn tidħol. Kienet daqsxejn ta’ inkonvenjenza, imma ma kien hemm xejn x’tagħmel aktar la kien hemm triq waħda biex tidħol u toħroġ minnha għal dawn id-djar. Meta darba s-Sibt filgħodu sema’ l-qanpiena tal-bieb ta’ barra ddoqq u mar fetaħ il-bieb inħasad meta quddiemu kien hemm raġel xiħ u debboli li kien jidher marid ħafna. Dan ir-raġel kien niexef u twil u deher aktar qisu zombie milli persuna ħajja. Għall-ewwel, l-għalliem ħaseb li dan ix-xiħ kien se jikkollassa quddiem il-bieb tiegħu għaliex beda jitriegħed bla kontroll, kuluru kien isfar lellux, imġenneb fuq naħa waħda u jserraħ mal-ħajt tal-entratura u l-għalliem ma setax jaħseb xi kwalità ta’ raġel kellu quddiemu ħlief li kien tassew l-aktar raġel stramb li qatt kien ra f ’ħajtu u l-ebda kliem ma seta’ jiddeskrivi l-mod maħmuġ u traskurat tal-ħwejjeġ li kien liebes.
Silta Mill-Ktieb Ix-Xemgħa tal-Blandun L-aktar festa importanti fil-Kalendarju tal-Knisja Kattolika hija ċertament il-Festa tal-Għid il-Kbir għaliex niċċelebraw ir-resurrezzjoni ta’ Kristu u r-rebħa tiegħu fuq il-mewt li hija l-prinċipju tal-fidi tagħna. Din il-festa kbira tiġi ċċelebrata b’ċerimonja solenni lejlet l-Għid b’talb billejl segwit bis-sagrifiċċju tal-quddiesa sbieħ Ħadd il-Għid, quddiesa oħra matul il-ġurnata u bit-tielet waħda filgħaxija. Ix-xemgħa tal-blandun tiġi mixgħula waqt din iċ-ċelebrazzjoni tal-Għid sal-Pentekoste u s-sinifikat tagħha huwa li Kristu ġie fid-dinja biex idawwalna u jibqa’ jagħmel hekk kontinwament wara l-mewt u d-difna tiegħu għaliex irxoxta. Ix-xemgħa tal-blandun hija xemgħa kbira kemm fit-tul u fil-ħxuna, hija mpinġija b’kuluri verament sbieħ biex is-sinifikat tas-simboli Kristjani
Dan l-għalliem dejjem kien ġentili man-nies li kienu ta’ spiss iħabbtulu mal-bieb u hu kien dejjem idaħħalhom, imma lil dan ir-raġel tant stkerrħu li baqa’ jkellmu fuq l-għatba ta’ barra, għaliex is-sura tiegħu kexkxitu peress li stħajlu qisu ħiereġ minn xi film tal-biża’. Imbagħad, ir-raġel staqsa lill-għalliem jekk dik ix-xemgħa tal-blandun li raw fil-knisja taċ-ċimiterju kinitx xogħlu? U l-għalliem wieġbu fl-affermativ, u xtaq li dan ix-xiħ jgħidlu
x’ried minnu għaliex kellu ħafna x’jagħmel, meta fil-fatt il-prijorità li kellu kienet seba’ mitt sena biex jeħles minnu, u x-xiħ b’diffikultà qallu (għaliex kien jidher ċar li kellu problema biex jitkellem ukoll) li kien qiegħed jirrappreżenta l-membri mejtin tal-Konfraternità ta’ Ħ......, u qallu x’jisimha, u r-raġuni li ġie jkellmu kienet għaliex dawn il-membri xtaqu li jkollhom xemgħa simili fil-kapella tagħhom bħal dik li kien hemm fil-knisja l-kbira taċ-ċimiterju.
Mistoqsija: Sakemm jibqa’ mixgħul il-blandun? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb L-ERWIEĦ TAL-GŻEJJER MALTIN U LIL HINN MINNHOM. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 15 ta’ Marzu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb PAPA AĦMED huwa: J. CUTAJAR - ŻEBBUĠ
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
02
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm għamlu spezzjonijiet fuq il-postijiet tax-xogħol ir-rappreżentanti tal-OHSA?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
08.03.2020
kullhadd.com
MARA DAĦQET BIX-XITAN Kitba ta’ MARY CHETCUTI
Qawl Malti jgħid: “Mara daħqet bix-Xitan”. L-istorja li qrajt u li se nirrakkuntalek illum tatni prova li x-xiħ Malti kien jaf sew xi jgħid. Truus u Freddie Oversteegen kienu qed jitrabbew ma’ ommhom Trijn fil-belt ta’ Haarlem, l-Olanda. Ommhom, imsieħba fil-Partit Komunista tal-lokal, kienet taħdem ġo fabbrika biex titma’ lil uliedha u ma setax jonqos li ttella’ liż-żewġt ibniet tagħha fuq il-prinċipji tal-partit. Kienu s-snin 30 u kien żmien diffiċli għal kulħadd aktar u aktar meta bdiet tiġri l-kelma li l-Ġermanja kienet qiegħda terġa’ tarma għal gwerra oħra. L-omm Trijn bdiet tilqa’ f ’darha nies li kienu qed jaħarbu mill-persekuzzjoni tar-Reġim Nażista Ġermaniż; familji Lhud Ġermaniżi, dissidenti komunisti u ta’ partiti oħrajn li kienu jopponu lil Adolf Hitler kif ukoll persuni omosesswali li bdew jissawtu u jinqatlu brutalment mill-pulizija tal-Gestapo. Għal Truus u Freddie, li kien għad għandhom disa’ u seba’ snin, dan kien il-bidu ta’ lotta twila kontra l-vjolenza u l-ħażen tan-Nażiżmu. Il-gwerra għall-familja Oversteegen bdiet nhar l-10 ta’ Mejju 1940 meta t-truppi Ġermaniżi invadew l-Olanda. Ommhom mill-ewwel ħadet passi biex teqred kwalunkwe letteratura ta’ propaganda radikali li kellhom fid-dar biex ma jaqgħux f ’idejn il-pulizja Olandiża li ħalfu lealtà lejn in-Nażisti. Madanakollu, Truus u Freddie, li issa kellhom 16 u 14-il sena, kienu joħorġu bil-moħbi jxerrdu mat-toroq gazzetti kontra n-Nażiżmu, u jgħattu reklami propagandistiċi tar-reġim li bdew jitwaħħlu mal-ħitan kollha fil-belt tagħhom. Kienet attività perikoluża u jekk jinqabdu kien hemm il-ħabs għalihom jekk mhux agħar. Imma ż-żewġt ibniet kienu ilhom is-snin jiffaċċjaw il-periklu kull darba li għenu nies ippersegwitati fil-ħarba tagħhom mill-kontinent Ewropew. Il-familja Oversteegen kienet magħrufa sew man-nukleu f ’Haarlem tar-reżistenza Olandiża li kienet qed tiġġieled gwerra sigrieta kontra Hitler. Fl-1941, wieħed mill-kmandanti tar-reżistenza mar iżurhom f ’darhom u talab lil Trijn tagħtih il-kunsens sabiex jirrekluta u jħarreġ lil uliedha. Hija aċċettat u ħalliet lil Truus u Freddie jingħaqdu fil-ġlieda kontra n-Nażiżmu bi tliet kelmiet profondi: “Ibqgħu dejjem umani.” Li forsi għall-bidu ma kenitx taf ommhom kien li t-taħriġ
Fl-2014 is-Sinjura Freddie Oversteegen (xellug), u oħtha Truus, ingħataw Mobilization War Cross Award mill-Prim Ministru Olandiż, Mark Rutte
tagħhom kien jinvolvi fost oħrajn l-użu ta’ arma tan-nar u t-tqegħid ta’ splussiv ma’ pontijiet u linji tal-ferrovija f ’missjonijiet ta’ sabotaġġ kontra l-qawwa militari Ġermaniża. Truus u Freddie bbrillaw fit-taħriġ tant li ma damux ma bdew jintbagħtu jsegwu l-passi ta’ uffiċjali Nażisti u l-kollaboraturi tagħhom Olandiżi biex kif isibu l-waqt it-tajjeb jiftħu n-nar fuqhom. L-aħwa kellhom mira tajba u dejjem irnexxielhom joqtlu. Iż-żewġ xebbiet kienu ideali għal dawn il-missjonijiet għall-fatt li ma kinux iwaqqgħu suspetti fuqhom waqt li jkunu għaddejjin isuqu rota; kienu ta’ statura żgħira u Freddie kienet saħansitra tgħaddi bħala tifla ta’ mhux aktar minn 12-il sena meta tofroq xagħarha f ’żewġ malji. B’dan il-mod qatlu għadd ta’ Ġermaniżi Nażisti u Olandiżi li kienu qed jipperikolaw il-ħajja ta’ ħafna familji Lhud u ta’ membri tar-reżistenza. Darba ngħataw l-isem ta’ membru tal-Gestapo li kellu jiġi eliminat. Truus u Freddie bdew jgħassuh biex jaraw kif se jwettqu l-pjan tagħhom. Meta saru jafu li l-uffiċjal tal-SS kien jiffrekwenta regolarment restorant partikolari, Truus għamlet ħilitha sabiex tiġbidlu l-attenzjoni. Tbissmitlu u hu tbissmilha lura, resqet fuq il-mejda tiegħu u ftit ftit irnexxielha tisseduċieh bi proposta ta’ passiġġata waħedhom fil-foresta qrib. Meta kienu daħlu ftit ’il ġewwa qalb is-siġar, membri tar-reżistenza qabżu fuqu u qatluh. Fl-1943, ingħaqdet magħhom Hannie Schaft, eks studenta talliġi ta’ 22 sena li kienet imfittxija mill-awtoritajiet Nażisti. L-uniku ħjiel li l-pulizija kellhom fuqha kien li kellha xagħarha aħmar, għaldaqstant hija kienet tiżbgħu
iswed biex ma tingħarafx. Truus, Freddie u Hannie ħadmu tajjeb ħafna flimkien u trawmet ħbiberija sinċiera bejniethom it-tlieta. Kien xokk u dispjaċir enormi għall-aħwa Oversteegen meta saru jafu li Hannie Schaft kienet ġiet arrestata waqt check point. Wara li ġiet ittorturata u maqfula f ’iżolament, nhar is-17 ta’ April 1945, tliet ġimgħat biss qabel intemmet il-gwerra, inqatlet minn żewġ irġiel Olandiżi Nażisti. Ir-rebħa tal-alleati fuq inNażiżmu u l-paċi fl-Ewropa li segwiet sfortunament ma tantx għenu lil Truus u Freddie Over-
steegen joħorġu mit-trawma li l-istess gwerra kienet tefgħethom fiha. Iż-żewġ aħwa Olandiżi dejjem sostnew li qatlu meta kien inevitabbli li joqtlu għax huma qatt ma ħadu ġost ineħħu l-ħajja ta’ bniedem ieħor. It-tnejn li huma qatt ma żvelaw kemm qatlu għedewwa. Barra minn hekk, baqgħu ħajjithom kollha jibku għall-missjonijiet li fallewlhom bil-konsegwenza li ma rnexxilhomx isalvaw xi tfal Lhud; ilħolm ikrah qatt ma ħelsu minnu. Dispjaċir kbir ieħor kien il-fatt li fl-1951 il-Gvern Olandiż ip-
prova juża l-forza biex iwaqqaf il-kommemorazzjoni tal-mewt ta’ seħbithom Hannie Schaft, sempliċiment għax kienet komunista. Anki Truus u Freddie Oversteegen baqgħu ħajjithom kollha ttimbrati komunisti u injorati mis-soċjetà. Fl-2014 il-Prim Ministru Olandiż Mark Rutte onorahom b’medalja prestiġjuża u finalment ġew rikonoxxuti bħala eroj tat-Tieni Gwerra Dinija. Truus mietet fl-2016 fl-għomor ta’ 92 sena filwaqt li oħtha Freddie mietet ta’ kważi 93 fl-2018.
FESTA ANNIVERSARJA TA’ SAN ĠUŻEPP F’ĦAL KIRKOP Matul din is-sena, id-devoti ta’ San Ġużepp madwar id-dinja kollha qed ifakkru l-150 anniversarju mindu l-Beatu Papa Piju IX ipproklama l-Qaddis bħala Patrun tal-Knisja Universali fit-8 ta’ Diċembru 1870. Il-komunità Ġużeppina ta’ Ħal Kirkop immexxija mill-Fratellanza u mis-Soċjetà Mużikali San Ġużepp, ukoll qed jagħtu sehemhom biex dan l-anniversarju jitfakkar kif jixraq. Nhar is-Sibt li ġej 14 ta’ Marzu 2020 ser tkun ġurnata wisq speċjali hekk kif fi tmiem Akkademja Mużiko-Lettararja fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Kirkop, bis-sehem tal-Banda San Ġużepp, ser jinkixef il-kwadru tal-altar ta’ San Ġużepp. B’din ilġrajja storika, ser tinqata’ xewqa ta’ 140 sena illi San Ġużepp ikun mogħti l-ġieħ u d-dinjità li jixirqulu fuq altar fil-Knisja Parrokkjali tarraħal. Il-pittura hija xogħol oriġinali mill-isbaħ taż-żagħżugħ Għawdxi Manuel Farrugia bit-tema tal-Patroċinju ta’ San Ġużepp fuq il-Knisja Universali. Dan il-kwadru ser ikun inawgurat mill-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna. L-attivitajiet ikomplu fil-jiem ta’ wara u jilħqu l-qofol nhar il-Ħamis 19 ta’ Marzu 2020 – Solennità ta’ San Ġużepp b’marċ mill-Banda San Ġużepp filgħodu u pellegrinaġġ devozzjonali
bl-istatwa artistika ta’ San Ġużepp li joħroġ mill-Knisja Parrokkjali fis-7pm bl-akkumpanjament tal-Fratellanza ta’ San Ġużepp. Dawn il-festi anniversarji jissoktaw f ’Lulju bejn ilĦadd 5 u l-Ħadd 12 tax-xahar.
26
08.03.2020
kullhadd.com
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
08.03.2020
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 319
R. CACHIA - ĦAL GĦAXAQ
Bi 3 Numri 002 308 548 834 B’4 Numri 0254 0998 1063 1555 1874 1875 2341 2374
2510 2830 2871 3302 3344 3694 4209 4954 5002 5154 5167 5375 5423 5708 6624
7396 7421 7577 7634 7751 8076 8507 8564 8626 8854 8971 9064 9983 B’5 Numri
12344 14475 15376 16377 18166 22542 23872 24802 32014 34262 50230 50526 56346 58741 73408
75145 75334 78452 80084 82904 94346 98484 B’6 Numri 285176 344487 730414 733404 846781 846786
862711 916302 Bi 8 Numri 12100145 24155876 25444058 54877414 65553464 66784456 78546655 92601951
Mimdudin: 1. Kompli l-qawl: Kif jibda jaqa’ l-weraq jisreġ il-........... (5) 4. Jintlibes flok ingravata (4) 7,12W. L-ewwel forma ta’ weġġa’? (4) 9,22. Ħuta mqadda (6) 10. Bħal isserra (6) 12. Battalja? (6) 16. Ara 6 18,21W. Tajbin ferm
19. 20. 21. 23. 24.
moqlija (5) Isir fil-lasta! (3) Nixorbu fiha (5) Isem (3) Il-kontra ta’ żgħar (4) Ara 13
5. 6,16. 8. 11. 12. 13,24. 14. Weqfin: 1. Jilagħbu bihom il-futbol (6) 15 2. Stazzjon 17. televiżiv (3) 21. 3,11. Bħal ta’ 22.
1 mimduda (5) Solskjaer (3) Pajjiż (6) Il-bżonjuż (9) Ara 3 Ara 7 Jonfoqli ġidi (8) Eks player famuż tat-tennis (6) Nieklu fihom (6) Zija Taljana (3) Ara 18 Ara 9
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Marsa, 4.Bajd, 7,9.Straħ, 9.Ara 7, 10,21W. Sigaretti, 12.Ħaffer, 16.Nej, 20.Ħarab, 21.Tar, 23.Inki, 24.Witta
Weqfin: 1.Martin, 2.Ruħ, 3.Ass, 5.Ara, 6.Due, 8.Tiffirmaw, 11,18. Bari, 12,19.Ħjara, 13.Fra, 14.Rabbit, 15.Patata, 17.Eta, 22.Rak
28
08.03.2020
kullhadd.com
IL-JUM IL-MARA T-TAJJEB! Editorjal
Ħaddieħor jista’ biss jiftaħar li fi kwart ta’ seklu t’amministrazzjonijiet tiegħu kulma twettqu kienu sempliċiment emendi biex il-mara tissemma f’xi liġi jew oħra
Li l-aħħar seba’ snin huma xhieda tal-avvanzi li gawda l-poplu Malti u Għawdxi inġenerali, grazzi għat-tmexxija Laburista, ma jista’ jiċħdu jew imerih ħadd. Qajla, iżda, nittrattaw kemm dan l-istess perjodu kien, b’mod partikolari, ta’ benefiċċju kbir għall-mara Maltija. Tant hu minnu li r-riżultati minn riċerka speċifika, li għamilna f ’dan ir-rigward u li qed nippubblikaw f ’din l-istess ħarġa fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Mara, issorprendew saħansitra lilna li diġà kellna indikazzjonijiet tajbin f ’dan is-sens. Żgur li, meħud kont tas-sitwazzjonijiet varji li l-mara Maltija kienet tesperjenza sa tmien snin ilu u fejn tinsab fihom illum, hemm iżjed minn baħar jaqsam. U ma jistax ikun mod ieħor, mhux biss għax dan il-jum jitfakkar sempliċiment għax kellu jkun il-Moviment Soċjalista madwar id-dinja li joħolqu u f ’Malta li jibda jfakkru, iżda anke għax hu storikament ipprovat bil-fatti li kemm-il darba seħħet emanċipazzjoni femminili ta’ vera fostna fl-aħħar 100 sena, dan kien dejj-
em bis-saħħa tal-Partit Laburista. Dan l-istess Partit, li twieled ukoll f ’dawk iż-żminijiet biex jgħin liż-żgħir u lill-batut, kellu jħabbat wiċċu mhux biss ma’ maskiliżmu patroċinat, iżda agħar minn hekk elitiżmu sfrenat li jħares dejjem ’l isfel lejn il-bqija tas-soċjetà. Sa mis-snin amministrattivi tal-Prim Ministru Pawlu Boffa, il-mara bdiet tiġi megħjuna biex tqum fuq saqajha u tibda dduq drittijietha, anke dawk l-aktar bażiċi. Imbottatura ulterjuri u akbar ingħatat bit-tmexxija tal-Perit Mintoff. Taħt amministrazzjonijiet immexxijin minnu fil-ħamsinijiet u s-sebgħinijiet, familji sħaħ inqalgħu mill-faqar u ngħataw għajxien diċenti, inħoloq qafas ta’ benefiċċji soċjali li għadhom jitgawdew illum il-ġurnata, twessgħu l-livelli edukattivi kollha, inkluż dawk tas-snajja’, u saħansitra nfetħu beraħ il-bibien tal-opportunitajiet tax-xogħol għas-sess femminili, bħat-tkattir tal-fabbriki tal-manifattura wara t-tmiem reali tal-ħakma Brittanika u d-dipendenza fuq il-militar
tagħha. 40 sena wara u l-mara Maltija, bħall-bqija, kienet għatxana biex terġa’ tingħata injezzjoni oħra kbira. Fil-każ tagħha, iżda, kienet qiegħda tittama, bix-xieraq, li din tkun akbar kemm biex tgħaġġel iżjed il-pass u tlaħħaq mal-avvanzi tar-raġel, iżda b’mod partikolari għax kienet għadha kemm ivvutat favur Gvern li wiegħed li jkun l-aktar wieħed femminista. Illum in-numri jissodisfaw sa ċertu punt dik il-kilba u jikkonfermaw li sa mill-2013 l-amministrazzjoni governattiva tal-Prim Ministru Joseph Muscat wettqet passi ta’ ġgant kif qed nuru bil-fatti fil-ħarġa tagħna llum. Kien irrimarkat ukoll mill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici lbiraħtlula meta stqarr li l-għadd ta’ nisa jaħdmu fl-aħħar 10 snin żdied bi 52% fuq l-2010. Ħaddieħor jista’ biss jiftaħar li fi kwart ta’ seklu t’amministrazzjonijiet tiegħu kulma twettqu kienu sempliċiment emendi biex il-mara tissemma f ’xi liġi jew oħra. Fil-verità Gvernijiet Nazzjon-
alisti kienu aktar kapaċi jieħdu l-mara u l-familja tagħha lura fl-istorja b’għexieren ta’ snin. Dan biex ma nsemmux diskriminazzjonijiet antikwati li bqajna nsofruhom sal-aħħar avolja kienu qishom tal-Inkwiżizzjoni ta’ 200 sena qabel. Il-każ ta’ Joanne Cassar, li kienet imġiegħla tiftaħ proċeduri legali fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kontra l-Istat Malti stess, jidħol kexxun f ’dan ir-rigward. Minkejja kull tferfir tar-rix minna għax f ’seba’ snin inqtajna biżżejjed minn dak iż-żmien, fil-verità fadlilna biex naslu fid-destinazzjoni finali fejn inserrħu rasna li l-mara għandha l-post li jixirqilha f ’soċjetà moderna. L-istess riżultati pożittivi li qed nippubblikaw illum jixhdu li għad fadal qabżiet oħra x’jitwettqu, inkluż fost ir-rappreżentanti tal-poplu fil-Parlament, li wkoll se tkun storja differenti sa elezzjoni oħra. Għalhekk sodisfatti li l-istampa sħiħa s’issa wkoll tagħtina d-dritta li nawguraw lill-mara Maltija u Għawdxija l-jum it-tajjeb illum u s-snin aħjar li għad iridu jiġu.