KullĦadd_08.12.2019

Page 1

www.kullhadd.com Ħarġa Nru 1,378

Prezz €1

Ilbieraħ il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mal-Papa Franġisku għal żjara privata tal-aħħar filVatikan. Iż-żjara bdiet b’laqgħa privata bejn il-Papa u l-Prim Ministru u wara l-Papa laqa’ lill-familja tal-Prim Ministru. F’Ruma, il-Prim Ministru Muscat iltaqa’ wkoll mal-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte.

IL-PAJJIŻ KIBER, L-EMISSJONIJIET NAQSU Studju ppubblikat din il-ġimgħa dwar pajjiżna jindika li minn kważi 3,200 kilo tunnellata ta’ emissjonijiet fl-2012, is-sena li għaddiet kien hemm 2,200 kilo tunnellata. Dan ifisser li f’perjodu meta l-ekonomija rduppjat pajjiżna xorta waħda rnexxielu jnaqqas it-tniġġis fl-arja b’terz. Dan b’mod partikolari riżultat tar-riformi fis-settur talenerġija, bil-Gvern issa għandu ħarstu fuq riforma li twassal għall-użu ta’ karozzi iktar nodfa hekk kif it-traffiku huwa l-ikbar sors ta’ tniġġis.

ADRIAN DELIA JITKELLEM BISS WAĦDU

ELUF TA’ MEMBRI BIĊ-ĊANS LI JAGĦŻLU L-MEXXEJ TAL-PL 10,000 DIĠÀ BID-DRITT... 10,000 OĦRA JISTGĦU JIRREGOLAW IL-POŻIZZJONI TAGĦHOM IN-NOMINI JIFTĦU GĦADA U SA ISSA HEMM IDDIKJARATI ŻEWĠ KANDIDATI TLIET PAĠNI TA’ TAGĦRIF DWAR L-ELEZZJONI LI SE TWASSAL GĦAL PM ĠDID

Ara paġni 7, 8 u 9

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, ingħata l-parir li kemm jista’ jkun jevita li jindirizza attivitajiet fejn ikun jista’ jiġi mistoqsi domandi mill-ġurnalisti. Dan biex skont il-pariri ta’ dawk ta’ madwaru jevita li jiżbalja kif għamel bosta drabi kemm ilu kap u konsegwenza ta’ hekk idawwar il-kanuni fuq il-PN. Imkejjen fl-Istamperija sostnew li anke dwar temi li bħalissa l-Partit Nazzjonalista qed jipprova jirkeb fuqhom u li saħansitra Delia qed isemmi kontinwament jistgħu jsiru ħafna domandi u għalhekk lil Delia qalulu biex jevita li jindirizza l-midja ta’ spiss. Minflok ħadmulu sistema fejn jitkellem biss waħdu. Sal-bieraħ stess Delia għażel li jitkellem permezz ta’ messaġġi spissi fejn quddiemu jkollu biss il-kamera ta’ Net Television u saħansitra għandu ordni stretta biex jaqra biss dak li jkollu miktub. Din in-nuqqas ta’ fiduċja filKap tal-Oppożizzjoni hi riżultat ta’ xhur li matulhom Adrian Delia baqa’ ma ħax kontroll filPartit Nazzjonalista u għamel żball wara ieħor. Saħansitra konsegwenza ta’ dan kien hemm stħarriġ sa nhar il-Ħadd stess li wera kif mhux fdat millmaġġoranza assoluta tal-Maltin u l-Għawdxin.

Ara paġna 3

Il-Ħadd 8 ta’ Diċembru, 2019


02

08.12.2019

kullhadd.com

IT-TEMP GĦAL-LUM

L-Ogħla Temperatura: 20°C L-Inqas Temperatura: 13°C L-Indiċi UV: 2 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni baxxa fuq l-Alġerija ser testendi sal-Gżejjer Maltin It-Temp: Imsaħħab bil-ħalbiet iżolati tax-xita Ir-Riħ: Ħafif u varjabbli li jsir ħafif għal moderat mix-Xlokk Lvant Il-Viżibilità: Tajba minbarra filħalbiet tax-xita Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 20°C

Editur ALEANDER BALZAN email: aleander.balzan@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR

It-Tnejn

tel: (+356) 2568 2570

It-Tlieta

L-Erbgħa

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Indirizz Postali KullĦadd

18°C UV 3 Il-Ħamis

13°C

16°C UV 3 12°C Il-Ġimgħa

16°C

UV 3 Is-Sibt

8°C

17°C

10°C

18°C

18°C

UV 1

12°C

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

UV 1

UV 1

12°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR IL-ĠIMGĦA 13 TA’ DIĊEMBRU

Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, Il-Belt Valletta – 21238355 Vivien Pharmacy, Triq Patri Magri, Il-Marsa – 21221701 Fatima Pharmacy, 82, Triq il-Ferrovija, Santa Venera – 21482856 Pharmaplus, Triq Ganu, Birkirkara – 21492958 St. Anthony Pharmacy, 56, Triq San Ġużepp, Tal-Pietà – 21237327 Pembroke Pharmacy, 87, Triq Giuseppe Malfeggiani, Pembroke – 21372784 Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21335492 St. Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Ħ’Attard – 21413442 Victory Pharmacy, 16, Pjazza il-Vitorja, In-Naxxar – 21412454 St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 21571649 Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien – 21802986 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu – 21807529 Milia’s Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq ilLampuka, Marsaskala – 27023322 Pompei Pharmacy, Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk – 21651278 Central Pharmacy, 6, Triq San Ġużepp, Ħal Luqa – 21692546 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ – 21465346 Santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli – 21452447 Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Il-Fontana – 21566979 Nadur Pharmacy, Pjazza it-28 t’April 1688, In-Nadur Għawdex – 21563589

Royal Pharmacy, 271, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21252396 Brown’s Pharmacy, 706, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238623 Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487311 Rational Pharmacy, 74/75, Triq il-Wied, Birkirkara – 21441513 Tony’s Pharmacy, 100, Triq Sir Patrick Stuart, Il-Gżira – 21332080 Balluta Pharmacy, 30, Triq il-Kbira, San Ġiljan – 21317888 Mrabat Pharmacy, Triq l-Imrabat, Tas-Sliema – 21313535 St. Joseph Pharmacy, 164, Triq Annibale Preca, Ħal Lija – 21414051 Reeds Pharmacy 191, Triq il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar – 27130068 Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523554 Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21693412 Brown’s Pharmacy, 8, Misraħ l-Arċisqof Gozni, Il-Kalkara – 21673811 St. Elias Pharmacy Triq San Elija, Ix-Xgħajra – 21660300 Medicaid Pharmacy, 62, Vjal it-Torri, Gudja – 21676294 St. Andrew’s Pharmacy,Triq San Ġorġ, Ħal Luqa – 21820795 Spiżerija Ħal Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Ħaż-Żebbuġ – 21461693 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat Malta – 21455479 Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Ir-Rabat Għawdex – 21557819 Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, Ix-Xagħra Għawdex – 27551140


kullhadd.com

03

08.12.2019

IS-SUĊĊESS TA’ MALTA F’ĦAMES FIGURI L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ħareġ pubblikazzjoni Malta in Figures li tiġbor fiha statistika fuq kull aspett tal-ħajja f’pajjiżna. Is-suċċess ta’ pajjiżna f’dawn l-aħħar snin joħroġ ċar minn din il-pubblikazzjoni. Hawn se niffukaw fuq ħames figuri partikolari minn fost il-ħafna li ġew ippubblikati. L-ewwel figura turi r-rata ta’ tkabbir ekonomiku fl-aħħar 10 snin. Joħroġ ċar kif mill-2013 ’l hawn ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku kienet waħda mill-iktar mgħaġġla. Fil-fatt, l-ogħla tkabbir seħħ fl-2015 meta l-ġid nazzjonali kiber f ’sena waħda b’10.8%. Dan ifisser li f ’sena waħda l-ġid nazzjonali kiber b’aktar milli kien kiber fil-ħames snin talamministrazzjoni ta’ bejn l-2008 u l-2013. Fl-2018 il-ġid nazzjonali ta’ pajjiżna kiber bi kważi 7%, jew darbtejn u nofs ir-rata li biha kien kiber fl-2012. It-tieni figura ġġib fix-xejn l-argument tal-Oppożizzjoni li l-ekonomija ta’ pajjiżna qed tikber għax qed tikber ilpopolazzjoni. Din il-figura turi l-ġid nazzjonali kkalkulat ras għal ras u meta wieħed ineħħi l-effett tal-għoli tal-ħajja. Filwaqt li fl2010 ras għal ras pajjiżna kien jipproduċi b’valur ta’ ftit aktar minn €20,000, fl-2018 dan laħaq il-valur ta’ €30,000. Dan ifisser li ras għal ras il-ġid nazzjonali żdied bin-nofs fi 8 snin biss. Din ir-rata ta’ tkabbir hija aktar mid-doppju ta’ dik osservata bejn l-2000 u l-2010. It-tkabbir ekonomiku wassal għal bidla drammatika fil-finanzi pubbliċi ta’ pajjiżna. Dan joħroġ mit-tielet figura li slitna mill-pubblikazzjoni tal-NSO. Bejn l-2008 u l-2012 ma sar l-ebda progress fil-finanzi pubbliċi ta’ pajjiżna, tant li d-defiċit baqa’ jlaħħaq madwar €250 miljun. Defiċit ta’ €250 miljun f ’sitt snin qaleb għal surplus ta’ kważi l-istess ammont. Filwaqt li bejn l-2008 u l-2012 il-Gvern akkumula defiċits totali ta’ biljun ewro, fis-snin ta’ wara l-Gvern akkumula surplus ta’ kważi terz ta’ biljun ewro. U dan minkejja żidiet qawwija fl-ispiża fuq is-saħħa, l-edukazzjoni u proġetti kapitali, titjib fil-benefiċċji soċjali kif ukoll tnaqqis kontinwu tat-taxxi.

Is-snin li għaddew raw ukoll żvilupp pożittiv ieħor għall-familji f ’pajjiżna. Fil-fatt, ir-rata tal-għoli talħajja naqset b’mod sostanzjali. L-aktar rata għolja f ’dawn l-aħħar 10 snin kienet fl-2010 meta l-inflazzjoni kważi messet it-3%. B’kuntrast, fl-2014 u fl-2016 l-għoli tal-ħajja waqa’ ferm taħt il-1%. Filwaqt li matul l-amministrazzjoni preċedenti l-poter tal-akkwist kien tnaqqar b’10% minħabba l-għoli tal-ħajja, fl-aħħar snin dan tnaqqas b’anqas min-nofs. Dan kien jirrifletti deċiżjonijiet tal-Gvern bħar-roħs fil-kontijiet taddawl u l-ilma, flimkien mal-istabbiltà fil-prezzijiet tal-fuel.

L-aħħar figura li qed nippreżentaw mhix statistika fuq l-ekonomija, imma hija dwar l-emissjonijiet fl-arja. Din tindika kif minn total ta’ emissjonijiet ta’ kważi 3,200 kilo tunnellati fl-2012, pajjiżna llum għandu emissjonijiet li jlaħħqu anqas minn 2,200 kilo tunnellati. Dan ifisser li f ’sitt snin meta l-ekonomija kważi rduppjat, pajjiżna xorta rnexxielu jnaqqas it-tniġġis tal-arja b’terz. Ir-raġuni ewlenija għal dan it-tnaqqis kienu r-riformi fil-kamp tal-enerġija, li minbarra li xprunaw l-ekonomija u tejbu l-poter tal-akkwist tal-familji, wasslu wkoll għal kwalità ta’ arja aħjar.


04

08.12.2019

kullhadd.com

BIDLIET LEĠIŻLATTIVI Nhar it-Tnejn il-Parlament aġġorna biex jerġa’ jiltaqa’ f’Jannar. L-aħħar xhur kienu xhur ta’ diversi bidliet li rriżultaw jew seħħew mill-Parlament. Bidliet leġiżlattivi u oħrajn li wasslu għal strutturi ġodda. Kien hemm ukoll mumenti storiċi bħall-ħatra ta’ President tar-Repubblika ġdid. Tajna ħarsa lejn 10 mumenti sinifikanti.

Nhar it-Tlieta, 22 ta’ Jannar, il-Kummissarju għallIstandards fil-Ħajja Pubblika, Dr. George Hyzler deher quddiem il-Parlament għall-ewwel darba. Dan wara li nħatar uffiċjalment bħala l-ewwel Kummissarju dwar l-Istandards u l-Etika fil-politika nhar it-12 ta’ Novembru 2018 għal mandat ta’ ħames snin. Din il-kariga nibtet minn wegħda tal-Partit Laburista u fost oħrajn twassal biex il-Kummissarju jinvestiga d-dikjarazzjoni tal-assi talministri u d-deputati u jinvestiga każi ta’ mġiba ħażina u ksur tal-etika.

Nhar l-Erbgħa 17 ta’ April, il-Parlament approva b’mod unanimu mozzjoni storika mressqa mill-Gvern dwar ilproġett tal-mina bejn Malta u Għawdex. Dakinhar, il-Parlament issiġilla dan il-proġett biex isir fuq medda ta’ snin u li jinvolvi minn tal-anqas żewġ leġiżlaturi biex b’hekk tittejjeb il-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer. Kemm ilGvern kif ukoll l-Oppożizzjoni kienu wiegħdu dan ilproġett ta’ konnettività bejn il-fliegu. L-Oppożizzjoni qablet mal-mozzjoni, iżda wara dakinhar, il-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni daret bħal pinnur. Daqqa favur u daqqa kontra. Dan jirrifletti n-nuqqas ta’ serjetà mill-Oppożizzjoni meta jiġu biex jittieħdu deċiżjonijiet importanti għal pajjiżna.

Nhar it-Tnejn, 10 ta’ Ġunju, fil-Parlament bdiet diskussjoni dwar l-Abbozz ta’ liġi li se jissepara r-rwoli tal-Avukat Ġenerali. Dan l-Abbozz se jkompli jwettaq ir-riforma fil-qasam tal-Ġustizzja billi jipprovdi diversi miżuri biex il-funzjonijiet tal-Avukat Ġenerali bħala prosekutur pubbliku ewlieni u bħala konsulent legali ewlieni tal-Gvern jiġu separati u mwettqa minn uffiċjali u minn istituzzjonijiet differenti u indipendenti minn xulxin. B’hekk inħolqot il-kariga ġdida ta’ Avukat tal-Istat li se tkun rikonoxxuta wkoll fil-Kostituzzjoni. L-Avukat Victoria Buttigieg se tkun l-ewwel Avukat tal-Istat fl-istorja. Għall-ewwel darba f ’ħatriet ta’ dan it-tip, intgħażlet wara sejħa pubblika u parir ta’ Kummissjoni tal-Ħatra.

Nhar it-Tlieta, 22 ta’ Ottubru, il-Parlament iddikjara emerġenza klimatika. Din ġiet maqbula miż-żewġ naħat tal-kamra unanimament però wieħed irid isemmi kif il-mozzjoni oriġinali mressqa mill-Oppożizzjoni kienet tinkludi nuqqasijiet serji u żbalji bażiċi. Il-Gvern ilu li għaraf is-serjetà ta’ din l-isfida globali u għaldaqstant, proprju lura fl-2015 kien introduċa Att 543 fil-liġijiet ta’ Malta. Att li jitlob azzjoni dwar il-klima. Il-Kap tal-Oppożizzjoni baqa’ jħambaq u jenfasizza n-nuqqas ta’ impenn mill-Gvern f ’dan il-qasam. Dan minkejja li sa ftit jiem biss qabel, il-Gvern ippreżenta 35 miżura konkreta biex pajjiżna jindirizza l-impatt dwar tibdil fil-klima.

Nhar il-Ħamis, 4 ta’ April, it-Tabib George Vella nħatar uffiċjalment l-10 President tar-Repubblika. Jumejn qabel, il-Parlament iddiskuta żewġ mozzjonijiet tal-Prim Ministru – waħda li tirringrazzja lil Marie Louise Coleiro Preca għax-xogħol li għamlet fit-terminu tagħha u l-oħra li ressqet in-nomina ta’ Dr.Vella bħala s-suċċessur tagħha.

Matul din is-sena, għaddew 30 liġi fil-Parlament. Il-maġġoranza tagħhom huma liġijiet ġodda. Hemm oħrajn li saru emendi fihom. L-iktar tnejn li spikkaw kienu l-liġi tal-kremazzjoni u l-liġi tal-protezzjoni tat-tfal. Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Mejju, ġie approvat l-abbozz ta’ liġi dwar il-kremazzjoni mill-Parlament. Dan sar wara konsultazzjoni pubblika. Dan bil-għan li għall-ewwel darba f ’pajjiżna, il-proċess ta’ kremazzjoni jsir legalizzat. Il-liġi tal-Protezzjoni tat-Tfal se tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2020 u se tkun qed titħaddem bi prinċipju kardinali li jesiġu li jkunu mħarsa bl-aħjar mod possibbli d-drittijiet tat-tfal. Dan permezz ta’ prinċipji legali li bis-saħħa tagħhom min għandu obbligu jħares id-drittijiet tat-tfal issa ser ikun legalment marbut li jagħmel dan u jrid jagħti spjegazzjoni għal kull ħaġa li jagħmel.

Nhar it-Tnejn, 14 ta’ Ottubru, il-Gvern ippreżenta l-baġit għas-sena 2020 bit-tema Malta: Inkomplu Nikbru Flimkien. Baġit li ntlaqa’ tajjeb ħafna mill-Kummissjoni Ewropea tant li poġġietu fl-aqwa kategorija. Filwaqt li l-Oppożizzjoni kienet kritika dwar il-baġit, l-imsieħba soċjali huma pożittivi u laqgħu diversi miżuri proposti mill-Gvern. Fost l-aktar miżuri li spikkaw, dan se jkun it-tielet baġit konsekuttiv bla taxxi, il-ħames surplus konsekuttiv, żidiet konsiderevoli lill-pensjonanti kollha, lill-persuni b’diżabilità severa u l-istipendji liż-żgħażagħ, €13–il miljun f ’inġustizzji, żieda ta’ aktar minn €11–il miljun fil-baġit allokat għal Għawdex, proġetti infrastrutturali u ambjentali li jwittu t-triq għall-oqsma tal-futur u s-sostenibbiltà.

Nhar it-Tnejn 4 ta’ Novembru, il-Parlament iddiskuta żewġ abbozzi ta’ liġijiet relatati ma’ xulxin li permezz tagħhom l-ugwaljanza ser issir jedd waqt li se titwaqqaf Kummissjoni awtonoma dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza. Abbozz minnhom jipprojbixxi d-diskriminazzjoni, jippromwovi l-ugwaljanza u jħares lill-bniedem f ’aktar oqsma tal-ħajja. L-abbozz l-ieħor se jwassal għat-twaqqif ta’ Kummissjoni awtonoma għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza li se tieħu post il-Kummissjoni Nazzjonali għall-promozzjoni tal-Ugwaljanza. Dan kollu jorbot mal-impenn tal-Gvern li qed jipproponi riforma kbira li żżid il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika. Wara perjodu ta’ konsultazzjoni, issa hemm kumitat tekniku li qed iħejji l-bidliet finali li fiż-żmien li ġej mistennija jitressqu fil-Parlament. Dak propost sa issa hu mekkaniżmu korrettiv differenti mill-kwoti u diġà kiseb it-tifħir ta’ entitajiet internazzjonali. Fl-istess ħin, il-Partit Laburista għaddej bil-programm LEAD biex isaħħaħ il-kandidatura femminili tiegħu.


05

08.12.2019

kullhadd.com

Nhar it-Tlieta 5 ta’ Novembru, fil-Parlament għaddiet il-liġi l-ġdida tal-kera wara li l-vot fuq it-tielet qari għadda b’mod unanimu. Il-liġi l-ġdida se tagħti aktar serħan tal-moħħ, stabbiltà u prevedibbiltà kemm lis-sidien kif ukoll dawk li jgħixu filkera. Il-liġi se tidħol fis-seħħ minn Jannar li ġej. Wara konsultazzjoni wiesgħa ma’ stakeholders, is-suq tal-kera se jkun qed jiġi rregolarizzat. Permezz ta’ kampanja ta’ informazzjoni, iċ-ċittadini jinfurmaw ruħhom bil-liġi l-ġdida hekk kif hemm sena ċans biex wieħed jirreġistra kuntratt tal-kirja. Il-Gvern aċċenna li din hija liġi bilanċjata u hija mmirata wkoll lejn dawk l-aktar vulnerabbli.

Nhar l-Erbgħa 4 ta’ Diċembru, il-Grupp Parlamentari Laburista sellem lil Joseph Muscat f ’dik li kienet l-aħħar seduta Parlamentari tiegħu bħala Prim Ministru ta’ Malta. F’din is-seduta, il-Parlament approva formalment il-baġit ta’ Malta wara li l-voti tqiegħdu għall-approvazzjoni tal-Kamra. Dan minkejja li ma kienx hemm il-membri tal-Oppożizzjoni preżenti. Il-Parlament issa jerġa’ jitlaqqa’ fl-20 ta’ Jannar wara l-btajjel tal-Milied u l-ewwel tas-sena. Sa dan il-jum, il-Partit Laburista jkun ħatar mexxej ġdid u sussegwentement jinħatar Prim Ministru.


06

08.12.2019

IL-PULIZIJA SSEJJAĦ LIL KEITH SCHEMBRI

kullhadd.com

Ilbieraħ waranofsinhar il-Pulizija sejħet lil Keith Schembri fid-depot. Din id-darba sejħitlu b’rabta mal-impjieg ta’ Melvin Theuma, il-middleman fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Melvin Theuma allega fil-Qorti li ngħata dan l-impjieg wara li Keith Schembri kien sejjaħlu Kastilja. Qal ukoll li ngħata l-paga filwaqt li qatt ma mar għax-xogħol. Il-Pulizija qed tinvestiga dan l-impjieg u fil-jiem li għaddew marret fl-uffiċini ta’ Job-

splus fejn hemm ir-rekords ta’ Theuma u anke tkellmet malkap eżekuttiv tal-kumpanija biex tistabbilixxi l-fatti. Melvin Theuma, il-middleman fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ma kienx fuq il-kotba tas-servizz pubbliku iżda kien jaħdem ma’ kumpanija tal-Gvern wara sejħa pubblika. Fi stqarrija, is-Segretarju Permanenti Ewlieni kien qal li Theuma kellu l-impjieg tiegħu terminat wara ftit xhur wara li rriżulta li ma bediex imur għax-xogħol.

TINTBAGĦAT ITTRA TA’ THEDDID LIL ĠURNALISTA TA’ ONE NEWS

Il-ġurnalista ta’ ONE NEWS Nicole Buttigieg sfat mhedda b’ittra anonima li rċeviet ilbieraħ waranofsinhar fid-dar tagħha. Il-ġurnalista kellha tirrikorri għand il-Pulizija biex tagħmel rapport. B’reazzjoni, l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) ikkundanna t-theddid li sar fuq ġurnalista aktar kmieni. L-IĠM tenna li l-ebda forma ta’ theddid u intimidazzjoni fuq membru jew membri tal-korp ġurnalistiku ma jiġi ttollerat jew aċċettat u għandu jiġi kkundannat bil-qawwa kollha. L-IĠM wera solidarjetà mal-ġurnalista u sejjaħ lill-Korp tal-Pulizija biex joffri l-protezzjoni meħtieġa lejn il-membri tal-korp ġurnalistiku u jinvestiga l-każ, kif għandhom jiġu investigati l-każi kollha ta’ theddid fuq il-membri tal-istampa u x-xandir, biex jinstab min kien wara dan it-theddid u jitressaq quddiem il-ġustizzja. Dan kien l-aħħar minn sensiela ta’ theddid li fl-aħħar ġimgħat il-ġurnalisti ta’ ONE NEWS kienu fil-mira tiegħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.


07

08.12.2019

kullhadd.com

GĦADA JIFTĦU N-NOMINI GĦALL-MEXXEJ TAL-PARTIT LABURISTA Minn għada se jkunu qed jintlaqgħu n-nomini għall-Mexxej tal-Partit Laburista. In-nomini, li jintlaqgħu mill-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista, jagħlqu l-Erbgħa filgħaxija. L-elezzjoni għall-ħatra ta’ Mexxej tal-Partit Laburista hija regolata mill-istatut u l-Kummissjoni Elettorali tilqa’ nominazzjonijiet minn fost il-membri kollha tal-Partit. Il-proponent u s-sekondant għal dik in-nomina jridu jkunu Delegati tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista. Jekk ikun hemm iktar minn żewġ nomini allura titlaqqa’ konferenza ġenerali bil-għan li d-delegati jniżżlu n-numru ta’ kandidati għal tnejn, filwaqt li jekk ikun hemm żewġ kandidati biss allura l-votazzjoni ssir mill-ewwel fil-Kungress tal-Partit Laburista li fost oħrajn huwa magħmul ukoll mill-membri tal-Partit Laburista. Dejjem skont l-istatut, jekk ikun hemm kontestant

Robert Abela u Chris Fearne diġà ħabbru li se jkunu qed jitfgħu n-nomina wieħed ikun jeħtieġlu l-vot tal-Konferenza Ġenerali. Din il-konferma jkun jeħtieġ li jkollha l-appoġġ ta’ 50%+1 tal-voti validi mixħuta. Minn tagħrif li għandha l-gazzetta KullĦadd jirriżulta

li hemm 776 delegat tal-Konferenza Ġenerali. Filwaqt li hemm madwar 10,000 membru li diġà huma eleġibbli li jivvutaw għall-mexxej f ’każ ta’ żewġ kontestanti jew iktar. Dan għax ilhom ħames snin konsekut-

tivi mħallsa. Hemm membri li mhumiex regolari b’dan il-mod iżda li għandhom ċans jirregolaw il-pożizzjoni tagħhom skont l-istatut. Potenzjalment dan jista’ jtella’ n-numru għal madwar 20,000. Dan il-proċess kien meħtieġ wara li nhar il-Ħadd li għadda, f ’messaġġ lin-nazzjon, il-Prim Ministru ħabbar li kiteb lill-President tal-Partit Laburista bil-għan li jinbeda proċess li għandu jwassal għal ħatra ta’ mexxej ġdid. Joseph Muscat qal: “Kif kont għedt minn qabel sirt Mexxej tal-Partit Laburista, nemmen li Prim Ministru m’għandux jagħmel iktar minn żewġ leġiżlaturi. Issa wasal dak iż-żmien li nipprattika anki din il-parti ta’ li nemmen. Fiżżmien li ġej se nkunu qed intellqu proċess biex pajjiżna jkollu Prim Ministru ġdid.” Joseph Muscat tkellem dwar kif bħala Prim Ministru u bħala Malti u Għawdxi, ħabb pajjiżu.

“Naf li l-maġġoranza l-kbira tal-poplu Malti u Għawdxi kienet u għadha tafda fija. Ta’ dan nirringrazzjakom minn qalbi. Minħabba din il-fiduċja kien hemm min staqsieni għaliex issa. It-tweġiba tiegħi hi li hekk hemm bżonn,” qal Joseph Muscat li tkellem dwar il-bżonn li nippriservaw legat ta’ ġid ekonomiku u ġustizzja soċjali mingħajr preċedent.

Il-proponent u s-sekondant għal dik in-nomina jridu jkunu Delegati tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista




10

08.12.2019

kullhadd.com

MILL-AĦĦAR DISKORS PARLAMENTARI BĦALA PM Nhar it-Tnejn il-Prim Ministru mar fil-Parlament biex kif wiegħed li se jagħmel jiddibatti l-każ ta’ Daphne Caruana Galizia. L-Oppożizzjoni, li kienet ilha titlob id-dibattitu tant, qabdet u “Jien konxju li n-naħa sostanzjali tal-Oppożizzjoni telqet ’il barra diġà imma ovvjament huma merbħa bihom li jidħlu lura jekk iridu, dibattitu bla vot dwar din il-kwestjoni fejn inkunu nistgħu niddibattu dan l-żvilupp importanti fid-demokrazija ta’ pajjiżna.”

telqet ‘il barra. Iżda, il-Prim Ministru spjega fid-dettall dak li seta’ jgħid dwar dawn l-investigazzjonijiet, f’dak li mbagħad irriżulta li kien l-aħħar diskors tiegħu bħala Prim

Fil-25 ta’ Novembru, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, talab l-aġġornament tal-Parlament biex minflok l-aġenda ta’ dakinhar, tkun diskussa s-sitwazzjoni fil-pajjiż - l-aħħar żviluppi fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-Prim Ministru Joseph Muscat bi tweġiba qal li ma kienx iħoss li d-dibattitu kellu jsir dakinhar

Ministru fil-Parlament. Għal ħin twil tkellem dwar il-ġrajjiet tal-aħħar jiem, iżda lejn ittmiem għamel ukoll xi riflessjonijiet personali. Slitna 10 minnhom.

preċedent u bl-għajnuna mis-Servizzi tas-Sigurtà u b’assistenza internazzjonali issa tellgħet persuna l-Qorti fuq akkuża li allegatament kien il-mandant. Kif wegħedt jien ġejt hawnhekk quddiem l-ogħla istituzzjoni “Illum ninsabu f ’mument tal-pajjiż biex nagħti renimportanti ħafna hekk kif dikont tal-fatti. Dan huwa il-Pulizija f ’operazzjoni bla d-dover tiegħi bħala Prim Ministru li nagħmel hekk.” minħabba li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija kienu għadhom għaddejjin. Meta mbagħad fit2 ta’ Diċembru, allura fil-mument li setgħet issir id-diskussjoni, l-Oppożizzjoni telqet ’il barra mill-Parlament.

JIEN MA NAFX JEKK HUX SE JKOLLI L-OPPORTUNITÀ LI NERĠA’ NITKELLEM F’DIN IL-KAMRA BĦALA DEPUTAT GĦAX HIJA DEĊIŻJONI LI GĦAD IRRID NIEĦU F’MOĦĦI, GĦADNI RRID NIKKUNSIDRAHA, AKTARX IMMA HIJA L-AĦĦAR DARBA LI QED NITKELLEM BĦALA PRIM MINISTRU

tagħhom f ’din l-investigazzjoni li wasslet sabiex fl-aħħar ġimgħat ġie arrestat u mressaq il-Qorti s-suspettat mandant, u li l-Pulizija qiegħda tagħmel xogħol professjoni anke bl-involviment tal-Europol. “Xahrejn wara l-assassinju, operazzjoni kbira ta’ sigurtà wasslet għall-arrest u eventwalment biex jitressqu l-Qorti tliet persuni li qed jistennew li jgħaddu ġuri akkużati li wettqu dan id-delitt. Il-każ fil-konfront ta’ dawn il-persuni nbena għaliex ttieħdet deċiżjoni waħda kruċjali mill-Gvern u minni, ikolli ngħid, fis-sigħat ta’ wara l-qtil. U għalija dik id-deċiżjoni kruċjali, Sur President...”

Il-kap tad-delegazzjoni tal-Membri Parlamentari Ewropej li kienu f ’Malta, Sophie in ’t Veld, iddikjarat li l-Pulizija Maltija għamlet u qiegħda tagħmel xogħol serju u professjonali fl-investigazzjonijiet tagħha dwar l-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia. Qalet li sar progress kbir fl-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar Ministru jispjedan il-qtil. Hija tenniet li l-Pu- Il-Prim lizija Maltija għamlet xogħol ga fid-dettall x’kienet din kbir u nnotat id-dedikazzjoni id-deċiżjoni kruċjali u għalfejn


11

08.12.2019

kullhadd.com

lu persuni oħra, qatt ma kien hemm l-ebda tip ta’ żblokk f ’każ bħal dak. Itemm billi jgħid li għalih din hija importantissima li jkompli jenfasizza.

ittieħdet. Jispjega li d-deċiżjoni kienet li l-Gvern Malti jitlob lill-Gvern Amerikan jibgħat esperti u r-riżorsi tiegħu biex jgħinu f ’dan il-każ. Huwa jistqarr li l-involviment tal-FBI b’riżorsi li ftit pajjiżi fid-dinja għandhom aċċess għalihom, kien kruċjali. Jgħid li kien hemm min ħaseb li kollox waqaf meta tliet persuni ġew akkużati bil-qtil. Imma għafejn kienet deċiżjoni kruċjali? Il-każijiet ta’ karozzi bombi f ’pajjiżna matul is-snin ma kinux ftit. Ma kienet solvuta l-ebda waħda minnhom għaliex il-metodoloġiji li setgħu jużaw u huma a dispożizzjoni tal-investigaturi ta’ pajjiżna, mingħajr ma jintefa’ ebda tip ta’ dell fuq l-investigaturi, kif għandhom l-investigaturi f ’ħafna pajjiżi oħra, huma metodoloġiji mainstream, tradizzjonali, b’saħħithom imma mhumiex it-teknoloġija li għandhom disponibbli ftit pajjiżi fid-dinja, ewlenin fosthom l-Istati Uniti. Li kieku ma kienx hemm l-involviment tal-FBI, mingħajr ir-riżorsi, mhux biss kwistjoni ta’ intelligence jew know-how, qatt b’mod immaġinabbli ma stajna naslu għat-tliet persuni li allegatament wettqu fiżikament il-qtil. Li kieku ma tteħditx dik id-deċiżjoni wisq probabbli llum li-ġurnata lanqas dak l-iżblokk kruċjali ma kien iseħħ. Il-Prim Ministru jgħid li dan jixhdu l-fatt li l-każijiet l-oħra li saru fil-pajjiż fejn setgħet jew ma setgħetx intużat metodoloġija simili biex jinqat-

UREJNA LI GĦANDNA ISTITUZZJONIJIET LI JAĦDMU U F’PAJJIŻNA KULĦADD HUWA NDAQS QUDDIEM IL-LIĠI. L-ISITITUZZJONIJIET GĦAMLU XOGĦOLHOM MINKEJJA LI KIENU SUĠĠETTI GĦAL ATTAKKI BLA WAQFIEN FIL-KONFRONT TAGĦHOM

“Is-sabiħa li kull min qabel kien qiegħed jistaqsina għal dettalji dwar l-investigazzjoni u biex nikkumentaw pubblikament dwar l-investigazzjoni, illum qiegħed jgħidilna u qed jgħid lili personali: Isma’ inti għaliex titkellem dwar din l-issue?! hemm qbil fuq iż-żewġ perJew ħaġa jew oħra, Sur Pres- suni l-oħra li kienu nħatru u ident.” kien hemm riservi fil-konfront tagħhom. Huwa qal li ma jemDwar din kien ċar ħafna l-Avu- minx li dawn kienu ġustifikati, kat Joe Brincat, meta sostna għaliex jemmen fl-integrità tażli “huwa dmir tal-Gvern jew żewġ persuni li kienu qed jiġu persuni f ’awtorità għolja jin- nominati. Imma żgur ma kienx furmaw lill-pubbliku, u iva jagħmel sens li jkun hemm sitanki l-Prim Ministru għandu wazzjoni li tinħatar inkjesta dritt jagħmel dan.” Huwa kk- bħal din u ma jkunx hemm il-fiwota sentenza tal-Qorti Ewro- duċja mil-partijiet kollha għax pea dwar kummenti li jistgħu tkun kontro sens. L-inkjesta jgħaddu uffiċjali pubbliċi biex pubblika bdiet tisma’ x-xhiejgħarrfu lill-pubbliku dwar da tagħha fis-6 ta’ Diċembru investigazzjonijiet kriminali ppreseduta miċ-Ċermen talli jkunu għaddejjin. L-Avu- bord, l-Imħallef Emeritu Mikat Brincat spjega: “Il-Qorti chael Mallia, il-Prim Imħallef Ewropea qalet li huwa dmir li Emeritu Joseph Said Pullicino l-Gvern jew persuni f ’awtorità u l-Imħallef Abigail Lofaro. għolja jinfurmaw lill-pubbli- L-ewwel xhud kien Matthew ku għax anki jridu jagħtu so- Caruana Galizia, it-tifel ta’ disfazzjon li l-istituzzjonijiet Daphne Caruana Galizia. Dan qed jaħdmu. L-Avukat Brincat il-bord issa għandu disa’ xhur semma wkoll żewġ episodji biex jgħid jekk l-Istat setax evidifferenti, l-aktar importanti ta li tinqatel Daphne Caruna dak ta’ Franza meta kien hemm Galizia. Għalhekk il-kelma li Francois Holland bħala Presi- l-Prim Ministru ta fis-16 ta’ Otdent b’poteri ta’ Prim Minis- tubru, 2017 not to leave any stone tru li qal “qed ninvestigaw u unturned twettqet. l-investigazzjoni qed imexxiha l-Ministru tal-Ġustizzja.” Ten- “Urejna li għandna istituzzna li l-Prim Ministru għandu jonijiet li jaħdmu u f ’pajjiżkull dritt leġittimu li jikkum- na kulħadd huwa ndaqs menta l-fatti sakemm iżomm quddiem il-liġi. L-isitituzzmal-limiti li jippermettu lilu. jonijiet għamlu xogħolhom minkejja li kienu suġġet“Kien hemm min jgħid ukoll ti għal attakki bla waqfien li mhux se naqbdu lil min fil-konfront tagħhom.” allegatament wettaq il-qtil aħseb u ara min allegata- Dwar dan, kumment wieħed ment kien il-moħħ li wettqu sempliċi, kif esprima wkoll l-qtil. Imma mbagħad kien il-Ministru għall-Ġustizzhemm pass ulterjuri li kien ja Owen Bonnici. F’temp ta’ hemm talba li biex issir ġus- sentejn l-istituzzjonijiet identizzja sħiħa jrid ikun ukoll tifikaw l-allegati eżekuturi talinvestigat jekk il-pajjiż setax qtil u ressquhom il-Qorti, idenjevita li jsir dan il-qtil.” tifikaw l-allegat “middleman” u wara stħarriġ intensiv ingħata Il-Prim Ministru kompla jisp- proklama biex jikxef dak koljega li kien hemm min ħaseb lu li jaf, u identifikaw l-allegat li l-Gvern se jaħrab minn dan moħħ wara l-qtil u ressquh il-pass, minflok ma ġarax hekk. il-Qorti. L-investigazzjonijiIl-Prim Ministru qal li wara et għadhom għaddejjin. Iva, li kien assigurat li ma jkunux għandna istituzzjonijiet li qed qed jiġu preġudikati l-investi- jaħdmu f ’pajjiżna. gazzjonijiet u l-proċeduri serji, bħala Prim Ministru ħatar “Kien hemm min interpreinkjesta pubblika mmexxija tani għaliex fl-4.00 ta’ filmill-Imħallef Emeritus Mi- għodu tal-kabinett għidt chael Mallia. Iltaqa’ mal-famil- li rridu naslu għal closure. ja Caruana Galizia flimkien Qaluli mhux closure imma mal-Ministru tal-Ġustizzja u justice. Yes, justice imma mal-Avukat Ġenerali u kien also closure. Hemm bżonn ċar li kien hemm qbil dwar li naslu għall-għaqda u paril-persuna tal-Imħallef Emer- ti mill-għaqda hija li jkun itus Michael Mallia li jmexxi hemm min jerfa’ r-responsdin l-inkjesta, imma ma kienx abbiltà.

Il-Prim Ministru spjega li, li terfa’ r-responsabbiltà tgħallem li fil-politika hija mhux biss għal dak li tagħmel, imma terfa’ r-responsabbiltà għal dak li fil-kuntest ġenerali “forsi jkun hemm min jgħidlek li missek għamilt jew nuqqasijiet li jista’ jkun ma jkunx hemm, jista’ jkun li kien hemm, imma li n-nies ikun hemm il-ħsieb li seta’ kien hemm.” Qal li dan il-kejl jemmen li għandu jużah fuqu nnifisu u kien għalhekk li ħa deċiżjoni. Jgħid li personalment kien wiegħed lilu nnifsu li ried jagħlaq dan ilkaż kemm idum Prim Ministru għax ma riedx ikun bħall-predeċessuri tiegħu li m’għalqu l-ebda wieħed mill-każijiet il-kbar. Jispjega li kieku l-każ ma ngħalaqx under his watch ma kinux jgħidu li l-każ ma għalquhx l-investigaturi, imma kienu jgħidu li “Joseph Muscat m’għalqux”. Għall-Prim Ministru kien punt importanti li qabel ma jitlaq mill-uffiċċju tiegħu jkun jaf li kien hemm breakthrough. “Irnexxielna nagħmlu dan u għall-ewwel darba ngħalaq wieħed mill-każijiet maġġuri fil-pajjiż minkejja li frankament ftit kienu jemmnu li seta’ jsir hekk.” “Jien ma nafx jekk hux se jkolli l-opportunità li nerġa’ nitkellem f ’din il-Kamra bħala Deputat għax hija deċiżjoni li għad irrid nieħu f ’moħħi, għadni rrid nikkunsidraha, aktarx imma hija l-aħħar darba li qed nitkellem bħala Prim Ministru.” Il-Prim Ministru kien ċar u qal li jara s-sitwazzjoni li meta l-Parlament jerġa’ jiltaqa’ f ’Jannar ikun hemm Prim Ministru ġdid. Fil-fatt wara dan id-diskors tal-Prim Ministru, l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista approva l-proċess li bih se ssir l-elezzjoni ta’ mexxej ġdid tal-Partit Laburista, l-aġenda u d-dati għall-Konferenza Ġenerali u l-Kungress tal-membri. In-nomini se jinfetħu nhar it-Tnejn 9 ta’ Diċembru u jagħlqu l-Erbgħa 11 ta’ Diċembru. Il-Konferenza Ġenerali se ssir nhar it-Tnejn 6 u t-Tlieta 7 ta’ Jannar. F’każ ta’ iktar minn żewġ kandidati jkun hemm vot fis-7

ta’ Jannar biex l-aktar tnejn li jġibu ammont ta’ voti, jgħaddu għall-votazzjoni tal-Kungress. Il-Kungress se jsir fl10, fil-11, u fit-12 ta’ Jannar li ġej, bil-votazzjoni mill-membri eliġibbli ssir fil-11 ta’ Jannar. Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista flimkien mal-istrutturi rispettivi se tkun responsabbli mill-proċess elettorali kollu. “U li nista’ nassigura li jekk inkun għadni f ’din il-Kamra għandhom (dawk li se jikkontestaw għal-leadership) il-lealtà inkondizzjonata tiegħi bħala back benchure, dejjem xtaqt inkun bħala backbencher ... Forsi nibda nistaqsihom xi mistoqsija parlamentari f ’isem il-kostitwenti ...” Il-Prim Ministru jistqarr dwar il-futur tiegħu li għadu ma ddeċidiex jekk iħallix id-dinja politika għalkollox. Imma assigura bħala ċittadin u bħala votant, il-vot tiegħu għall-Partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. Wiegħed li jkun hemmhekk man-nies għal dan il-Gvern li kellu maġġoranza u għad għandu maġġoranza storika. Jemmen ukoll li din il-maġġoranza mhijiex marbuta ma’ persuna, ma’ Joseph Muscat, imma hija marbuta malħsieb ta’ moviment. “Jien nemmen li kull Prim Ministru li kellu pajjiżna għamel l-aħjar li seta’ għallġid tal-pajjiż.” F’għeluq l-aħħar diskors tiegħu bħala Prim Ministru, Joseph Muscat tenna li jemmen li m’għandekx ikollok sitwazzjoni fejn ikollok Prim Ministru għal aktar minn żewġ termini. Qal li l-iskop tiegħu kien dejjem li jitlaq matul din il-leġiżlatura. Stqarr li kellu dati differenti f ’moħħu, uħud mid-dati diġà għaddew. Imma kellu wkoll messaġġ għal ta’ warajh. “Jien nemmen li kull Prim Ministru li kellu pajjiżna għamel l-aħjar li seta’ għall-ġid tal-pajjiż. U bl-istess mod jien konvint li kull Prim Ministru li se jkollu pajjiżna, mill-Prim Ministru li jmiss ’il quddiem se jkun qiegħed jagħmel il-ġid għal Malta u Għawdex tagħna.”


12

08.12.2019

kullhadd.com

GĦAD-DROGA BEGĦT ĠISMI U DEJJEM IRNEXXIELI NIEĦU Minn żmien għal żmien nisimgħu dwar il-pjaga tad-droga. Isiru programmi fuq it-televixin, insegwu l-gradwazzjoni ta’ dawk li jkunu ħarġu mill-vizzju u eks drogati jitkellmu mal-midja biex iqajmu kuxjenza. Iżda, donnu qatt mhu biżżejjed għax dan il-vizzju qed jibqa’ mifrux fost ħafna persuni. Uħud juru wiċċhom, oħrajn jibqgħu jibżgħu li s-soċjetà tiġġudikahom. Ben* għamel tmien snin sħaħ bil-vizzju u ried jaqsam mal-gazzetta KullĦadd l-esperjenza tiegħu biex persuni oħra jitgħallmu minn dak li għadda hu. Jgħidilna li għalkemm ta’ madwaru jafu minn xiex għadda jibża’ juri wiċċu ma’ Malta kollha għax ma jridx jispiċċa jitlef iktar milli tilef, b’referenza għall-ġudizzju tan-nies. Kitba ta’ CLIFFORD GALEA MASLENNIKOV X’wasslek biex tibda tieħu d-droga? Min jaf...ħafna raġunijiet. L-ewwel nett jien dejjem kelli self-esteem baxx. Mhux għax issa tela’ xi ħafna imma sirt niġġilidha din u ma nwaqqax lili nnifsi. Kelli trobbija tajba imma dejjem kont niġi mqabbel mal-ħbieb, jew mal-ġirien u ma’ ħija. Din kienet tkissirni internament u minn ċkuniti qatt ma kont inħossni li jien biżżejjed. Kont inħossni li jien inqas b’xi ħaġa inqas taf kif?! F’żgħożiti ġieli rajt droga quddiem għajnejja imma qatt ma missejt xejn. Imbagħad ikun hemm dik id-darba li jkollha tkun miktuba għalik li se tmissha. Hekk ġrali. Kelli ħabiba tiegħi li kont iffissat fuqha; kienet tħawwad ma’ dawn l-affarijiet u offrietli. Qisni ġo qalbi mill-ewwel għedt li xtaqt nipprova. Imma kollox beda għax ridt nidher ħelu magħha billi jien kont niffansjaha. U mill-ewwel darba, spiċċajt ma ngħaddix mingħajrha. X’tip ta’ droga kont tieħu u kemm–il darba fost il-jum/ ġimgħa? Messejt ftit minn kollox għalkemm mhux siringi. L-iżjed favorita tibqa’ dik li nsejħulha l-pipa jiġifieri l-crack cocaine. Din hija cocaine imma taħraqha fuq flixkun u tpejjipha. Iġennek. Tħoss saħna kbira u tintilef. Ma

tibqax fuq l-art. Kont nuża kull ħin u kull mument. M’hemmx ġurnata. Jista’ jkun it-Tnejn filgħodu, l-Erbgħa waranofsinhar jew ilĦadd filgħaxija. Jekk tkun addict ma għandekx ġurnata. Dik trid u kuljum, bla waqfien. Biex tieqaf irid jew jiġri xi ħaġa, jew torqod mingħajr ma tinduna jew tispiċċa bla flus u wara li tkun pruvajt minn kollox biex iġġib il-flus, tgħid lilek innifsek ‘ikolli nieqaf ’. Għalkemm din tal-aħħar rari għax flus iġġib. Min għandu l-vizzju jagħmel minn kollox biex jieħu, żommha f ’moħħok.

jonfoq €250 mill-ewwel għax jgħidlek ħa jkolli sew biex nibqa’ ġewwa. Għax hemm ħafna li l-crack iġġibhom paranoid allura jgħidulek ħa naħżen ħalli ma noħroġx minn ġewwa. Imbagħad id-dejn ma tistax tinsieh. Għax waqt li qed tieħu int tibda tigdeb li għandek flus u sserraħ moħħ iddealer ħalli jagħtik iżjed imma int tkun taf li lanqas €1 ma jkollok. Imbagħad l-għada jibda l-inkwiet. Kif se ġġib il-flus? Minn fejn? U ma jonqsux ix-xenati, il-gideb, isserq, u kull tip ta’ ġenn ieħor. X’ġennati jista’ jagħmel addict?

Minn fejn issib tixtriha f ’Malta Tajba din. Oħlom u għidli u din id-droga? ngħidlek ‘iva dik għamiltha.’ Minn kullimkien. Tista’ tixtriha Ħeqq, kollox. Jien begħt ġismi mill-Belt, mill-Mellieħa, mill-Isla, anke ma’ rġiel għad-droga. Sraqt minn fejn trid...minn Għawdex. lil ommi, lil ħija, lil sħabi. Tkun lest M’għadx baqa’ post jew ieħor li tweġġa’ lill-familja. Int quddiemek tgħid dan hu l-post li trid tmur tara lilha biss u anke jekk trid fih biex tixtri d-droga. Żomm tieqaf diffiċli. Droga kuljum. f ’moħħok li d-droga ġġib il- Qatt ma għandek biżżejjed. Anke flus. Jiġifieri apparti l-ivvizzjat jekk tmur tixtri u tgħid ara llum li jħobbha, hemm id-dealers li daqshekk se nieħu għax kif tara jħobbuha għax timlielhom il- nieżla tgħid, kif se nġib iżjed?! Tbigħ kollox, sal-karozza, u anke bwiet. ħwejjeġ ġieli. Titlef ix-xogħol għax int titlef il-pattern tal-jum. Kemm tiswa d-droga? Darba ħrabt mid-dar billi tlajt fuq Jiddependi x’tieħu. Ħaxixa tiswa il-bejt u qbiżt għal għand ta’ ħdejja mod u crack tiswa mod ieħor. u xxabbatt żewġ sulari mal-kanen Anke l-crack tista’ tixtri ta’ €30 tal-ħajt għax għandu dar antika. jew ta’ €50 li hija l-iżjed komuni. Temmen? Għax għand ommi Imbagħad hemm min jixtri ma stajtx naħrab u kienet taħbili bi kwantità ikbar pereżempju ċ-ċavetta biex żgur ma naħrabx.

Imma kollox jirnexxilek tagħmel. X’inhuma l-problemi li jinħolqu bid-droga? Problemi kbar u ġieli anke irreparabbli. Sal-lum għadni noħlom li nixtieq avolja llum wieqaf. Moħħok jinbidel. Tbati l-konsegwenzi. L-ilsien tan-nies għax basta nemmnu fir-reliġjon imbagħad noqtlu lil xulxin blilsien. Addict ma jiħux għax irid, addict hu addict. Ħallilu pakkett ħelu, ma jeħodlokx waħda. Jeħodlok pakkett sħiħ u jkun irid iżjed. Addict aħjar ma jippruvax. Jibda ma jiqafx u ħadd ma jwaqqfu. Il-vizzju qawwi u b’saħħtu immens. Ma ngħiduhiex nies bħali biex nidhru ħelwin. Hija saħta minn banda. Ma tkunx taf tikkontrolla. Qas Alla ma jwaqqfek. Kemm tibki biex tieqaf. Imma sa filgħaxija tinsa. Dik issaħħa tal-vizzju. Apparti dan kollu għandek il-problema tad-dejn, tax-xogħol, problema biex wieħed jerġa’ jibda jafdak, problema ta’ għajdut, għax veru li tkun qed tħawwad imma n-nies iħawdulek iżjed fil-borma li ġġorr għax ħafna nies jagħmlu agħar mill-ivvizzjati. Temmen li wieħed għaddej mill-vizzju jista’ jfiq?

U ma nitgħallmu qatt. Il-vizzju hu marda bħal meta tgħid jien dijabetiku. Tikkontrollaha fhimt? Aħna nżommu ’l bogħod minn tentazzjonijiet. Ma nisfidawx lilna nfusna. Ma nippruvawx droga nerġgħu lanqas darba għax dik iddarba, terġa’ ssabbtek f ’post agħar milli kont qabel. Mhux faċli xejn u dawn li joqogħdu anke b’ċajta jgħidu ‘naħseb ġibed linja dak’ għadhom ma jafux kemm ħsara jagħmlu lil nies bħalna. Imma kulħadd liberu li jgħid li jrid. Illum allaħares tgħajjar xi ħadd fuq issesswalità tiegħu għax tispiċċa l-Qorti u lilna jinsewna. Għax aħna hekk magħmulin. Biż-żejjed u n-nieqes. Għad baqa’ ħafna x’nitgħallmu fuq din il-problema u l-għarfien qatt mhu biżżejjed. Jien sibt l-għajnuna għand il-Caritas li dejjem tawni ċ-ċans u nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzjahom minn qalbi tal-paċenzja li jieħdu b’ħafna nies. Dawn iddedikati. Wara kollox, aħna ma niġux minnhom imma jsiru jħobbuk u jittrattawk u jibku miegħek daqslikieku int binhom. Waqt li kien qed iwieġeb iddomandi Ben deher emozzjonat. Insista kontinwament kemm hu ħażin li wieħed jiġġudika. Irridu nitgħallmu iżjed fuqha. Forsi bissaħħa ta’ nies bħal Ben nitgħallmu iżjed flimkien u minflok inkissru lil xulxin, ngħinu iżjed.

Le dik insieha. Addict ma jfiqx. L-ivvizzjat jikkontrolla lilu nnifsu biex jieqaf u jistabbilizza *Ben huwa isem fittizju li qegħdin ħajtu. Din xbajna nisimgħuha. nużaw biex nipproteġu l-identità.


13

08.12.2019

kullhadd.com

AZZJONI GLOBALI BILFORS It-theddidiet urġenti maħluqa mill-bidla fil-klima ma jistgħux jiġu indirizzati b’mod effettiv ħlief jekk il-partijiet interessati kollha, fosthom l-istati u s-settur privat, jaġixxu b’mod konċentrat issa. Dak li jiġri f ’parti waħda tad-dinja, bħall-Artiku, jaffettwa - jew se jaffettwa - partijiet oħra bħall-Mediterran, u għalhekk m’hemm l-ebda alternattiva reali għal azzjoni globali fil-pront. Bħala komunità globali hu imperattiv li nirrikonoxxu mingħajr aktar dewmien li jeżistu soluzzjonijiet fattibbli u nittraduċu kliemna f ’azzjoni billi noffru l-finanzjament meħtieġ u riżorsi oħra biex it-tweġiba meħtieġa sseħħ mingħajr aktar dewmien. Dan kien il-messaġġ ewlieni li ngħata mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela f ’diskussjoni tal-bord dwar “In-Naħa Ġeopolitika tat-Tibdil fil-Klima: l-Iskarsezza tar-Riżorsi u l-Kunflitti” li saret matul il-ħames edizzjoni tad-Djalogi Med-Mediterranji f ’Ruma. Imnedija fl-2015 id-Djalogi Med-Mediterranji hi inizjattiva annwali ta’ livell għoli promossa mill-Ministeru Taljan għall-Affarijiet Barranin u l-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-ISPI (Istitut Taljan għall-Istudji Politiċi Internazzjonali) bil-għan li naħsbu mill-ġdid l-approċċi tradizzjonali għall-Mediterran li jikkumplimentaw l-analiżi ta’ sfidi kurrenti b’ideat u b’suġġerimenti ġodda u abbozz ta’ aġenda pożittiva ġdida. Il-Ministru Abela qal li t-tibdil fil-klima jeħtieġ li jiġi trattat b’mod komprensiv, inkluż mill-aspett tas-sigurtà u ekonomiku, filwaqt li jżomm f ’moħħu li l-isfidi relatati mat-tibdil fil-klima jipprovdulna wkoll opportunitajiet li minnhom kulħadd jista’ jibbenefika. Dwar il-migrazzjoni umana li tista’ sseħħ ukoll minħabba l-bidla fil-klima, il-Ministru Abela enfasizza l-ħtieġa li “tibni ekonomiji, mhux ħitan” fil-pajjiżi ta’ oriġini filwaqt li taġixxi b’mod serju fuq it-tibdil fil-klima. Kelliema oħra fuq il-bord li kienet moderata minn Andrea Cabrini, Editur Maniġerjali tal-fergħa Taljana ta’ CNBC, kienu Karim El Aynaoui, President taċ-Ċentru tal-Politika għan-Nofsinhar il-Ġdid; Patrizia Grieco, President tal-ENEL; Nasser Kamel, Segretarju Ġenerali tal-Unjoni għall-Mediterran; u Francesco La Camera, Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Internazz-

jonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA). Din kienet it-tieni sena konsekuttiva li fiha l-Ministru Abela pparteċipa fid-djalogi MED-Mediterranji.


14

08.12.2019

kullhadd.com

JOHN SWEENEY KOSTRETT JITLAQ MILL-BBC Il-ġurnalist tal-BBC, John Sweeney, li riċentement rajnieh f ’pajjiżna ta’ sikwit kien kostrett jitlaq minn mal-istazzjon BBC. Sweeney hu ġurnalist veteran li fl-aħħar snin daru fuqu nies bħal Manuel Delia, l-Eks segretarju privat ta’ Austin Gatt, biex jingħaqad magħhom fil-kampanji li qed isiru f ’pajjiżna. Saħansitra kitbu pubblikazzjonijiet flimkien. Skont dak irrapportat f ’midja internazzjonali Sweeney kellu jħalli l-BBC wara lmenti li saru fil-konfront tiegħu minn kollegi fl-istess stazzjon. Fil-fatt, kien irrapportat li kien hemm iktar minn inċident wieħed u fil-midja kien hemm rapporti li t-tluq tiegħu kien ikkonfermat minn iktar minn erba’ sorsi li qalu li kien hemm ilmenti dwaru minn ġurnalist żagħżugħ mad-Dipartiment tar-Riżorsi Umani. Min-naħa tiegħu Sweeney, magħruf għall-istil ikkulurit u konfrontattiv tiegħu, irritalja billi akkuża lit-tmexxija tal-BBC li għandha kultura ta’ biża’ u li m’għandhiex kuraġġ. Dan wara li qal li kien hemm produzzjoni tiegħu li ma xxandritx. Il-ġurnalist investigattiv ma weġibx il-mistoqsijiet fit-telephone ta’ Buzzfeed. Għalkemm imbagħad wieġeb email bir-rapport jgħid: “IlĦamis, Sweeney irrisponda iktar domandi b’email bi statement twil li ma indirizzax l-ilment tal-ġurnalist żagħżugħ.”

kien hemm iktar minn inċident wieħed u fil-midja kien hemm rapporti li t-tluq tiegħu kien ikkonfermat minn iktar minn erba’ sorsi


15

08.12.2019

kullhadd.com

FOST L-IKTAR LI NIEĦDU TILQIM

Rapport konġunt bejn l-OECD (Organisation for Economic Co-operation and Development), l-EPHSP (European Observatory on Health Systems and Policies) b’koperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea dwar is-settur tas-saħħa fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u dawk tal-European Economic Area jpoġġi lil Malta fost l-ogħla pajjiżi fejn jirrigwarda tilqim ta’ tfal u ta’ persuni minn 65 sena ’l fuq għal kontra l-influwenza. Ir-rapport, li nħareġ fil-jiem li għaddew jgħid li kemm it-tilqim tat-tfal kif ukoll dak tal-anzjani għal kontra l-influwenza jingħata b’xejn filwaqt li fejn jirrigwarda tilqim tat-tfal kontra d-difterija, it-tetanus u s-sogħla konvulsiva (DTP) huma mandatorji bil-liġi. Ir-rata ta’ tilqim f ’Malta, f ’kull kategorija, hija ogħla minn dik stabbilita filpajjiżi tal-Unjoni Ewropea, għalkemm fejn jirrigwarda tilqim kontra l-influwenza għal persuni fl-età ta’ 65 sena u ak-

Tħossok sodisfatt tara persentaġġi daqstant għoljin fejn jirrigwarda tilqim kemm fost it-tfal kif ukoll fost l-anzjani

tar huwa f ’livelli inqas minn dak rakkomandat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO). Mir-rapport jirriżulta li fejn jirrigwarda tilqim tad-DTP, li jingħata lil tfal meta jkollhom sentejn, 97% tat-tfal Maltin u Għawdxin jiġu mlaqqma, ogħla mill-medja ta’ 94% fl-Unjoni Ewropea. Ir-rata ta’ tilqim kontra l-ħosba hija ftit inqas. Jitlaqqmu 96% tat-tfal fl-età ta’ sentejn imma xorta waħda ogħla mill-medja ta’ 94% fl-Unjoni Ewropea. L-ogħla rata ta’ tilqim lil tfal ta’ sentejn, 98%, jirrigwarda l-Hepatitis B kom-

parat mal-medja ta’ 93% fl-Unjoni Ewropea. Ir-rata ta’ dan it-tilqim fost it-tfal Maltin u Għawdxin hija ogħla mill-mira rakkomandata mill-WHO, 95%. L-inqas rata ta’ tilqim hija dik ta’ kontra l-influwenza lil persuni fl-età ta’ 65 sena jew aktar. Jirriżulta mir-rapport li huma 56% ta’ dawk eliġibbli għal din it-tilqima fl-età indikata li jitlaqqmu, persentaġġ ferm ogħla minn dak tal-Unjoni Ewropea, 44%, madanakollu, taħt il-mira rakkomandata mill-WHO, li hija ta’ 75%. Ir-rapport jgħid li l-persentaġġi għoljin reġistrati minn

Malta fejn jirrigwarda tilqim huma riżultat ta’ kampanji qawwija ta’ għarfien dwar il-ħtieġa tat-tilqim kif ukoll li t-tali tilqim jingħata b’xejn. Mitlub jikkummenta dwar dan ir-riżultat, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kkummenta ma’ din il-gazzetta: “Tħossok sodisfatt tara persentaġġi daqstant għoljin fejn jirrigwarda tilqim kemm fost it-tfal kif ukoll fost l-anzjani. Għamilna u se nkomplu nagħmlu dak kollu possibbli biex nilħqu kemm jista’ jkun persuni fejn jirrigwarda l-influwenza. Għal din is-sena kabbar-

na l-mezz ta’ prevenzjoni billi pprovdejna vaċċin li jkopri erba’ tipi differenti ta’ influwenza, tnejn tat-tip A u tnejn tat-tip B, dak li jissejjaħ quadrivalent vaccine. Fis-snin preċedenti kienet tintuża t-trivalent vaccine, li kien ikopri tliet tipi. Is-sena li għaddiet intefqet is-somma ta’ €270,000 għal 100,000 doża ta’ vaċċin. Din is-sena għall-istess ammont se tintefaq is-somma ta’ €495,000.” Is-sena li għaddiet kienu ġew amministrati 87,484 doża ta’ vaċċin, b’44% minnhom lil persuni li għandhom 65 sena jew aktar.


16

08.12.2019

kullhadd.com

TUTANKHAMUN JEW OM Jaf m’għandux il-frosta, il-kappell, l-ixkubetta u l-ġakketta tal-ġild qadima kollha trab, iżda Nicholas Reeves għandu teorija diretta mill-filmati ta’ Indiana Jones. Reeves, Ingliż li jistudja l-antikitajiet tal-Eġittu, kiteb numru ta’ kotba rispettati, l-aktar wieħed magħruf fosthom hu The Complete Tutankhamun, u l-idea tiegħu tinstema’ li tmur lura lejn żmien il-kaċċa għad-deheb u t-teżor. Tidher xi ħaġa impossibbli, iżda bla dubju, hekk dejjem jibdew l-akbar avventuri ta’ Indiana Minn CHARLES B. SPITERI Hekk kif l-Ingliżi qed jiffullaw għall-esibizzjoni Tutankhamun: Teżori tal-Farawni Mdehbi, li waslet l-Ingilterra wara li kisret ir-rekords tal-attendenza fi Franza, Reeves jemmen li l-esibiti mhumiex awtentiċi: dawn l-oġġetti stupendi ma sarux għat-tfajjel re Eġizzjan u għall-vjaġġ tiegħu għal wara din id-dinja. Allura għal min kienu? “Nemmen,” jgħid Reeves, “li kważi kull tagħmir għad-dfin ta’ Tutankhamun oriġinarjament kienu saru għal Nefertiti.” Din hi stqarrija sensazzjonali. Għax jista’ jkun, li dawn l-oġġetti straordinarji kienu tar-reġina Eġizzjana? Li nafu fiż-żgur hu li s-sejba ta’ Howard Carter fl-1922, tal-qabar ta’ Tutankhamun hi l-aktar mument ċelebri għall-arkeoloġija. Sa firex il-leġġenda tas-saħta, li l-vittmi allegati tagħha jinkludu lil Archibald Douglas Reid, radjoloġista, li miet misterjożament wara li ntqal li ħa x-ray tal-mumja; Arthur Mace, wieħed mill-grupp ta’ nies li ħaffru, u skont ma jingħad, miet ivvalenat bl-arseniku u Richard Bethell, is-Segretarju ta’ Carter, li jingħad li nstab maħruq f ’soddtu. U jekk Reeves m’għandux żball, issa minflok, għandna nibżgħu “mis-Saħta ta’ Nefertiti”. Reeves jaħseb li kienet ir-rikkezza li kien hemm fil-qabar ta’ Tutankhamun li waqqfet lill-arkeologi milli jħaffru aktar fil-fond. “Id-deheb,” jgħid, “għama għal ftit lil kulħadd.” Ċertament li dak kien li għaġġeb lill-avventurieri li kienu l-ewwel li ttawlu fil-qabar, li mirakolożament ma kienx mittiefes. Fil-Wied tar-Rejiet Magħruf għall-ispeċjalisti bħala l-KV62, il-qabar kien filWied tar-Rejiet, fejn indifnu ħafna farawni. Carter kien ilu ħaffier sa mill-1907 u mħallas minn Lord Carnarvon, studjuż tal-oġġetti qodma Eġizzjani. Sal-1922, Carnarvon beda jiddejjaq

għall-fatt li ma tantx kien hemm sejbiet ‘ileqqu’. Fortunatament, Carter kellu ċertu ħass superstizzjuż li seta’ kien hemm xi ħaġa moħbija taħt xi għarajjex f ’parti mitluqa tal-wied. Il-grupp ta’ ħaddiema Eġizzjani li kellu, malajr sabu daħla għal taħt l-art. Imbagħad, wara li skavaw taraġ mirdum li wassal għal passaġġ, Carter ħaffer toqba f ’bieb antik. “Iva,” wieġeb meta Carnarvon staqsieh jekk setax jilmaħ xi ħaġa. “Oġġetti sbieħ!” Kienu sabu l-qabar ta’ Tutankhamun, li kien priservat perfettament, tant li anki l-fjuri funerjarji dehru nexfin fejn kienu tqiegħdu f ’madwar is-sena 1325 qabel Kristu. Fl-antikamra, raw karrijiet żarmati, lesti biex jingħaqdu weħidhom wara l-ħajja, annimali skolpiti, ġarar tal-alabastru, bagolli tat-teżori – “u deheb,” werżaq bħal miġnun Carter, “kullimkien hawn leqqezza ta’ deheb.” Żewġ statwi għassa Żewġ statwi maħsulin bid-deheb kienu għassa mat-tieni bieb li kien issiġillat u li jwassal għall-kamra mpittra tal-qabar ta’ Tutankhamun u l-mumja tiegħu. Iżda l-esploratur Ingliż kellu xi xamma li kien hemm aktar affarijiet xi jsib? Reeves isemmi parti mill-ħajt tat-Tramuntana tal-kamra tal-qabar, li skont ir-ritratti li ttieħdu qabel u wara, kienet kamra mitluqa mitluqa, b’daqqiet ta’ żebgħa biex toħloq il-moffa. Fi kliem ieħor, hu jemmen li Carter għamel xi ħaġa lill-ħajt u mbagħad għatta għemilu. “Hu kien jilħaq-

lu,” isostni Reeves, li jemmen ukoll li Carter ried jara x’kien hemm aktar fil-fond, għax emmen li seta’ kien hemm aktar kmamar. Skont Reeves, ir-re ċkejken indifen f ’parti tal-qabar ta’ Nefertiti, fejn għadha moħbija fi spazju li mhux skavat. Fi studju ġdid li jiffoka fuq ċerti anomaliji, Reeves isostni li t-tpinġijiet fil-kamra tal-qabar ta’ Tutankhamun, kif ukoll il-maskra tal-mewt tad-deheb, huma ta’ Nefertiti, jew kienu adattati għalih aktar tard. Il-punt ta’ referenza tiegħu hu li l-bust famuż ta’ Nefertiti, misjub madwar 100 sena ilu, fih realiżmu inkredibbli. Artefatti riċiklati Għaliex hemm dawn l-adazzjonijiet? Naturalment, kienet ħaġa komuni fl-Eġittu tal-antik, li l-oġġetti tal-arti, użati f ’funeral, ikunu riċiklati. Apparti kollox, l-artefatti kienu jiswew ferm, u meta l-qabar jiġi siġillat, min kien jagħraf id-differenza? Li hu żgur hu li l-ġeneru ta’ Tutankhamun jidher ambigwu f ’xi teżori. Għalhekk ikollna nistaqsu: kien żagħżugħ ta’ ġmiel immens – jew l-oġġetti li nstabu kienu artiġjanati ta’ Nefertiti li reġgħu nħadmu? Għall-inqas, statwa fl-esibizzjoni tirrappreżentah b’sider prominenti. “KV62,” jgħid Reeves, “jidher li qisu beda l-ħajja f ’qabar ta’ reġina.” Iżda din it-teorija ma tiqafx hemm. Tutankhamun kien bin re, Amenhotep IV, li qaleb iċ-ċivilizzazzjoni tal-pantheon minn allat b’irjus ta’ annimali għall-alla xemx, Aten. Hu bidel ismu u semma lilu nnifsu Akhenaten, li tfisser: “ir-rappreżentant ta’ Aten fid-dinja”. Akhenaten ordna lill-artisti jieqfu jużaw l-istil idealizzat tagħhom u minflok jagħmlu użu minn arti grotteska, indirizzata lejn oġġetti ħajjin. Wara li Akhenaten miet, kien hemm xi rejiet oħra li għexu għal żmien

Żewġ statwi maħsulin bid-deheb kienu għassa mat-tieni bieb li kien issiġillat u li jwassal għall-kamra mpittra tal-qabar ta’ Tutankhamun u l-mumja tiegħu. Iżda l-esploratur Ingliż kellu xi xamma li kien hemm aktar affarijiet xi jsib? qasir, hekk kif il-politika u l-arti reġgħu ħadu r-ruħ. Xi persuni li studjaw l-istorja antika tal-Eġittu, jemmnu wkoll li Nefertiti, ir-Reġina famuża ta’ Akhenaten, saret hi nnifisha farawni. B’dan il-mod għamlet lil Tutankhamun is-suċċessur tagħha. Sa 10 snin mir-renju tiegħu, l-allat il-qodma reġgħu kienu restawrati. Nafu dan minħabba li l-immaġini tagħhom jidhru f ’qabru, maħluq fil-manjiera idealizzata tal-antik Il-ftuħ tal-ħalq Hemm hemm pittura waħda – riprodotta fl-esibizzjoni Saatchi – ta’ ritwal li farawni biss seta’ jagħmel għal ieħor. Hi l-ftuħ tal-ħalq: il-mess ta’ xufftejn mumja b’inċensier biex tipper metti lill-mejtin jerġgħu jgħixu mill-ġdid. Tr a dizzjonal-


17

08.12.2019

kullhadd.com

MMU NEFERTITI?

ment, din il-pittura kienet identifikata bħala l-ftuħ ta’ ħalq Tutankhamun mis-suċċessur tiegħu Ay. Iżda Ay kien raġel xiħ, jgħid Reeves, u dan ix-xogħol juri b’mod ċar lil ġuvni. Reeves jemmen li dak li qed imiss ilħalq jixbah lil Tutankhamun waqt li l-mumja għandha d-dehra ta’ “mara – u waħda bil-fattizzi li tikkorrispondi mill-qrib lejn Nefertiti.” Hemm ukoll il-forma tal-qabar. Il-pjanta tal-art turi li mid-daħla trid iddur lejn il-lemin, li kien il-mudell Eġizzjan għall-qabar ta’ reġina, waqt li għal re ridt iddur lejn ix-xellug. Probabbilment Carter ma kienx jaf b’dan kollu. Kieku ħaffer in-naħa l-oħra tal-ħajt, jaf kien isib is-sarkofagu ta’ Nefertiti. Reeves beda jifformula t-teorija tiegħu wara li segwa scan 3D tal-qabar, magħmul mill-Fundazzjoni Factum, li hi l-ewlenija fid-dinja għal dan ix-xogħol. Wara li Reeves ra affarijiet li ma kinux f ’posthom, hu ħareġ fil-pubbliku bil-propożizzjoni li kellu fuq Nefertiti. Il-Gvern Eġizzjan awtorizza t-tiftix permezz ta’ radar li jitniżżel f ’toqob u jillokalizza t-tħaffir taħt l-art. Is-sena l-oħra, fuq il-bażi ta’ studju Taljan fejn tħabbar li ma nstab xejn, l-istorja mietet fuq ommha. Iżda Reeves ippubblika studju ieħor, fejn saħaq li l-istudju Taljan ma kienx jaqbel ma bosta tiftix indipendenti, li lkoll ikkonkludew li jista’ jkun hemm kmamar moħbija. U Adam Lowe, fundatur tal-Fundazz-

joni Factum qal: “Attwalment kien hemm erba’ testijiet bir-radar u tlieta minnhom jissuġġerixxu li Reeves għandu raġun.” Id-dikjarazzjoni tas-sena l-oħra, magħmula mill-Gvern Eġizzjan, li ma kien hemm l-ebda xhieda ta’ kmamar moħbija, wasslet lill-magazin National Geographic biex ma jibqax jappoġġja l-ipotesi ta’ Reeves. Iżda hu għadu sod fil-fehma tiegħu. Carter jaf kien jissimpatizza, għax il-kisba tiegħu malajr qraset. Fl-1923, Lord Carnarvon miet f ’agunija wara gidma ta’ nemusa. L-anzjan Arthur Conan Doyle – awtur ta’ stejjer Eġizzjani tal-biża’, wemmien fl-ispirti, kreatur ta’ Sherlock Holmes – qal lill-ġurnalisti li l-mewt kienet kawżata minn forza sopranaturali. Iżda s-saħta hi verità? Tajjeb. Biex nagħtu eżempju wieħed ngħidu li l-mewt ta’ Reid ġiet assoċjata mal-fatt li hu ħa x-ray ta’ Tutankhamun, iżda ebda x-ray qatt ma nstab u r-raġuni tal-mewt tat it-tort lill-espożizzjoni tar-radjazzjoni. Dominazzjoni Iżda wara l-bosta ineżattezzi, taf tintiseġ xi ħaġa ġdida ta’ interess. Fl-1922, l-Eġittu kien dominat mill-imperi Ewropej, għalkemm beda jasserixxi l-identità nazzjonali tiegħu. Kontra ħafna arkeologi qablu, li kaxkru kollox, mir-Rosetta Stone sal-pittura ta’ Nefertiti, Carter tilef il-kontroll tat-teżori ta’ Tutankhamun. Dawn baqgħu fil-Ka-

jr: u din il-mawra hi tislija qabel ma b’mod permanenti l-esibiti jieħdu posthom fil-Grand Egyptian Museum, qrib il-piramidi. It-twemmin ta’ Reeves għandu l-appoġġ ta’ Lowe, espert ta’ qima kbira li bħalissa jinsab jaħdem fil-Mużew Brittaniku u fil-Grand Egyptian Museum. Lowe jaħseb li l-awtoritajiet iridu li għalissa, l-istorja ta’ Nefertiti titmewwet – għax ninsabu tliet ċentinarji bogħod mis-sejba ta’ Carter. Hu jgħid: “Is-suspett tiegħi hu li l-2022 tkun l-aqwa sena biex titħabbar sejba ġdida.” L-esibizzjoni se ddum fl-Ingilterra sat-3 ta’ Mejju tas-sena d-dieħla.


18

08.12.2019

kullhadd.com

KAPTANI KURSARI LI ĦALLEW ISEM F’PAJJIŻNA Ix-xogħol ta’ kaptan fi żmien il-kors ma kienx wieħed faċli. Jekk xi ħadd minn dawn kien joħroġ għall-ħtif u jasal lura b’tagħbija li mhux talli ma taqbiżx l-ispiża li tkun saret biex salpa u ntrama l-bastiment bl-armi, iżda ma jkunx hemm qligħ adegwat għall-kredituri tiegħu, kien jispiċċa quddiem il-qorti. Liam Gauci, Kuratur tal-Mużew Marittimu kellu dan x’jirrakkuntalna fuq il-ħidma li kienet issir lejn l-1700. Illum se nħarsu lejn numru ta’ kaptani kursari li kienu jaħdmu minn Malta. Darb’oħra nagħtu titwila lejn kaptani oħra li wkoll ħallew timbru għal ħidmiethom. Minn CHARLES B. SPITERI

Liam, meta tisma’ dan kollu u l-kaptani kienu jafu bih ukoll, kemm seta’ jkun hemm minn jippreżenta ruħu għal xogħol bħal dan? Il-kaptani kursari li kienu jaħdmu minn Malta kienu fost l-aktar magħrufin fil-Mediterran. Ir-reputazzjoni li kellhom kellha għeruq fondi u l-fama li kisbu kienet imfaħħra wkoll fil-Qorti Russa. Jiġifieri l-kaptani li kien hawn kienu jsibu xogħol malajr? Irrid ngħid li l-kaptan kien ikun l-ewwel rekluta, ferm qabel ma l-bastiment u l-ekwipaġġ ikunu magħżula. Kien ikun l-aktar bniedem importanti abbord minħabba l-qlubija u l-kuraġġ tiegħu u l-għarfien fin-navigazzjoni tal-bastimenti tal-gwerra. Kienet tkun għażla bil-għaqal, għax il-kaptan kien jirrappreżenta l-interessi tal-kredituri tiegħu.

joni quddiem il-Gran Mastru biex ikun jista’ għal darb’oħra joħroġ għall-kors, għax il-kredituri tiegħu kienu impedewh li jagħmel dan. Il-Kaptan Borg kien intbagħat il-ħabs f ’Novembru tas-sena ta’ qabel peress li naqas li jħallas id-djun li kellu wara li l-ispedizzjoni li kellu, falliet. L-istess Michele Borg appella wkoll quddiem it-Tribunal u stqarr li ma setax jibqa’ Malta ma jagħmel xejn. Bħala professjoni kien kaptan kursar u l-kredituri tiegħu ma setgħux jitħallsu jekk ma jitħalliex jaħdem. Hu beda jinkwieta wkoll għax kien investa 2,250 skud f ’galjotta ġdida u kellu bilfors joħroġ fuq il-baħar jekk qatt ittama li jikseb il-flus għall-investimenti li għamel. Jiġifieri kien diffiċli jinstabu l-flus għal dawn il-kaptani?

jarma għall-kors u pprovdielu bosta kundizzjonijiet favorevoli. Stafrag ħataf l-opportunità biex seta’ jnaqqax karriera twila bħala kursar Malti fejn serva lillprinċep għal nofs seklu ieħor. Kien faċli biex wieħed jilħaq kaptan? Le ħej. Jekk kaptan kien imħolli jitlaq mill-gżira, ried jgħaddi minn skrutinju ta’ eżamijiet meħtieġa qabel ma jbaħħar. Kull kaptan futur kellu jkun eżaminat minn kaptani kwalifikati. Kien ikun eżaminat fuq l-għarfien u l-esperjenza nawtika kollha. Wara, l-eżaminaturi kellhom jiktbu l-verdett tagħhom fuq il-kaptan il-ġdid. Imbagħad dan il-verdett kien ikun preżentat lill-Consolato del Mare. Pereżempju fl-14 ta’ Novembru, 1795, il-Kaptan Felice Micallef kien eżaminat mill-Kaptan Guglielmo Lorenzi u mill-Kaptan Michele Picasso u nstab li kien ferm aktar kapaċi milli jikkmanda bastiment. Ir-rapport isemmi li Micallef kien ilu jaħdem fuq il-baħar għal 18–il sena u kien l-għażla ideali biex jikkmanda bastiment.

Dażgur u mhux darba u tnejn li kaptan kursar kien isib ruħu f ’kantuniera u jkollu jitlob lillGran Mastru biex jgħinu jarma l-bastiment tiegħu. Allura jekk il-qabda ma Fl-1763, Lorenzo Stafrag ma tkunx tajba jew adegwata, kellux flus għall-familja tiegħu u x’kien jiġri? t-tfal numerużi li kellu. Peress li Ħa nsemmilek każ. Kien f ’Mar- l-Gran Mastru ra li Stafrag kien zu tal-1794 meta l-Kaptan serva bħala kaptan tal-galera Nistgħu ngħidu li Michele Borg ressaq petizz- maġisterjali tiegħu, hu għenu l-eżaminaturi kienu jgħaddu


19

08.12.2019

kullhadd.com

lill-kaptani kollha? Lanqas xejn, għax pereżempju nsibu li fil-11 ta’ April, 1791, Benedetto Valentini li kien qed jaspira li jsir kaptan, tqies bħala kapaċi li jikkmanda vapur tal-kursari iżda ngħata l-parir li jħaddem miegħu pilota b’esperjenza. Eventwalment kiseb is-servizzi tal-Kaptan Lorenzo Stafrag. L-ittra kienet iffirmata mill-Kaptan Pietro Zelalich u l-Kaptan Gaetano Cumbi, it-tnejn kaptani kursari b’esperjenza. Ma kienx hemm xi formola biex wieħed jilħaq kaptan kursar. Kull kaptan li ħadem minn Malta kellu l-karattru u l-isfond uniku tiegħu. Għal din ir-raġuni, bijografija fuq kull kaptan kienet ideali biex wieħed jifhem il-karattri varji tagħhom. Titwila lejn dawn il-bijografiji, ningħataw indikazzjoni fuq l-isfondi varji, ċirkustanzi u tribulazzjonijiet li l-kaptani kursari iffaċċjaw tul il-karrieri tagħhom. Joħroġ xi ħaġa partikulari minnhom? Forsi jispikka l-aktar il-Kaptan Leopoldo Desira. Dan kellu karatteristika ċara ferm f ’dik li kienet lealtà u dipendenza. F’karriera mifruxa fuq tliet ġenerazzjonijiet, hu baqa’ attiv fuq il-baħar, jgħammar il-ħin kollu l-bastimenti għall-kors Malti. Hu kien kaptan tal-baħar b’esperjenza vasta, u baħħar madwar il-Mediterran kollu. Dan Leopoldo kien Malti tabilħaqq? Hu kien bin Tomaso Desira, twieled Malta fl-1736 u kien joqgħod l-Isla. L-aktar perjodu attiv tiegħu kien bejn l-1768 u l-1785. Fl-1780 insibu lil Desira jsostni li kien ilu jaħdem bħala kursar sa mill-1764. Hu kien iżżewweġ lil Teresa, bint Giovanni Ciarli mill-Isla u kellhom tifel jismu Giorgio, li ħadd ma jaf xejn fuqu. Kemm kien abbli dan Leopoldo? Biżżejjed nirrakkuntalek li kmieni fl-1780, dan il-kaptan wera l-ħila tiegħu bħala kaptan tal-baħar mill-aqwa. Kien ilkmand fuq bastiment Alessandrin maqbud li kien ibaħħar lejn Malta. Matul il-lejl, tempesta qalila laqtet lill-bastiment li kompla jaqla’ daqqiet minn mewġ enormi li kissru t-tmun u ġabu l-bastiment ma jiswa xejn. Meta l-ekwipaġġ induna x’ġara, qamet kommossjoni sħiħa fuq il-gverta. Uħud riedu jabbandunaw il-bastiment u oħrajn bdew jissinjalaw lill-bastiment Venezjan. L-ekwipaġġ kien f ’taħwida kbira.

Desira ħareġ ix-xabla millgħant tagħha u b’rabja ordna d-dixxiplina fuq il-gverta. Fakkar lil kulħadd li hu kien għadu kmand u ta ordni biex tinbena magna li tippermettilu jħaddem u jbaħħar bil-bastiment. B’xi mod, l-invenzjoni tiegħu ħadmet u rnexxielu jwassal il-bastiment lejn Malta fil-maltempata, għalkemm ħa 18–il ġurnata biex wasal. Hekk kif waslu ġie meqjum min-nies tiegħu bħala salvatur. Ħafna faħħru l-ħidma tiegħu, fosthom il-Kaptan Gaetano Cumbi, pilota tax-Ship of the Line tal-Ordni, is-San Gioacchino. Il-piloti kollha skantaw b’liema mod irnexxielu jeħles mill-perikli kollha tan-nawfraġju, skjavitù u mewt u kif irnexxielu jwassal lil kulħadd ħaj. Sfortunatament, l-informazzjoni fuq Desira fl-aħħar snin tiegħu hi rari ferm. Ma nafu xejn x’ġara minnu bejn is-snin 1780 u d-disgħinijiet, iżda hu jibqa’ magħruf bħala wieħed mill-kaptani Maltin attivi u kapaċi li kien hawn lejn tmiem is-seklu 18. Insibu kaptani kursari Maltin li mietu waqt li kienu fil-kors? Wieħed minn dawn kien il-Kaptan Giovanni Gera, imwieled fit-Tuneżija, pajjiż fejn bħala kursar, jikber, jattakka u jisraq. Giovanni twieled fis-17 ta’ Settembru 1755 lil Antonio u Maria Gera mill-Isla, waqt li l-koppja kienet qed tgħix fil-gżira ta’ Tabarka. M’hemm ebda ħjiel għaliex twieled f ’Tabarka, gżira ċkejkna lil hinn mill-kosta ta’ Tuneż, li sal-1741 kienet taħt il-Ġenoviżi. Madanakollu, meta twieled Giovanni, il-gżira kienet taħt il-kontroll tal-Bej ta’ Tuneż. Jista’ jkun li missieru kien skjav hemm, iżda ħadd ma jaf. F’Malta, Gera beda ħidmietu mal-flotta tal-kursari sa mill1777. Kellu biss 22 sena meta ħadem bħala skrivan abbord ix-xambekk tal-Kaptan Guglielmo Lorenzi, li kien diġà qed jitqies bħala frosta tal-Mediterran. Il-konnessjonijiet ma’ Lorenzi tant kienu tajbin li Lorenzi aċċetta li jkun il-parrinu ta’ iben Giovanni. Fl-1787 Giovanni Gera ħadem bħala sostitut tal-Kaptan Giorgio Mitrovich, u wera li kien l-aqwa fost il-kaptani. Probabbilment, fl-1794 kellu taħt ilkmand tiegħu il-felukka La Vittoria. Sena wara ħareġ mill-ġdid fuq il-baħar bħala pilota ta’ corvette, taħt il-kmand tal-Kaptan Giuseppe Scolaro, li ma tantx kellu esperjenza. Meta qabdu cherlenghicco, Gera ngħata l-kmand tiegħu u dan kien il-mument fejn wera l-ħila nawtika tiegħu.

Il-Kaptan Scolaro ta l-ordni lil Gera li jbaħħar il-premju miksub tiegħu mil-Lvant lejn Malta. Hekk kif baħħar lejn Kreta, frejgata Torka dehret fil-qrib u Gera nqabad f ’nassa. Kellu żewġ għażliet: jew jieqaf u jiġġieled jew jipprova jevadi lill-għadu. Il-maġġoranza tal-ekwipaġġ li kellu kienu morda u kieku ġġieldu, jafu kienu jitilfu. Għalhekk kompla jbaħħar u waqt il-qdif, ordna li jinħadem trijanglu tal-injam fuq il-gverta. Fit-tarf tiegħu waħħlu lanterna u meta waqa’ d-dlam niżżluh fil-baħar u xegħlu l-lanterna. Il-bastiment li kien qed ifittixhom bela’ l-lixka u mexa wara dak id-dawl. B’hekk, Gera kellu ċ-ċans jaħrab mid-diżastru li kien qed iseffaq wiċċu miegħu u rnexxielu jsalva hu, l-ekwipaġġ li kellu u l-bastiment. Sfortunatament, is-sena ta’ wara, il-fortuna ma reġgħetx daħqet lil Gera. Hu kellu jsalpa minn Malta għall-aħħar darba, jikkmanda corvette. Kien qed ibaħħar fil-Lvant meta sab tistennieh tempesta terribbli u wara, attakk minn bastiment Tork, li qeridlu l-corvette għalkollox. Fid-19 ta’ April, 1796, il-Kaptan Giorgio Mitrovich sab lill-Kaptan Ġera qed imut u lill-ekwipaġġ tiegħu fi stat terribbli fil-gżejjer Strofades. Ma kienx hemm wisq x’seta’ jagħmel Mitrovich għal ħabibu, għax l-għada, 20 tax-xahar, il-Kaptan Giovanni Gera miet

fuq l-istess gżejjer fil-Greċja. Kellu biss 41 sena. U hu kien wieħed mill-aħħar kursari li kienu jservu minn Malta li miet waqt il-kors. Kien hemm kaptani kursara li mhux dejjem jiġru wara l-priża ta’ drappijiet, deheb u fided? Fil-kors kont issib minn kollox u għalhekk niltaqgħu wkoll mal-Kaptan Giuseppe Scolaro, eżempju mill-aktar stramb għall-kaptani li baħħru tard fis-seklu 18. Scolaro kien merkant tal-iskjavi. L-involviment tiegħu f ’dan in-negozju kien jagħmlu l-aqwa wieħed f ’Malta, u nsibu dokumentazzjonijiet sħaħ fejn jidher jinnegozja lill-iskjavi li kienu jinqabdu wkoll minn kaptani kursari oħra. Kien ifittex li jkun minn tal-bidu għax-xiri u meta xi bastiment kien jidħol f ’Malta, dejjem kien ikun preżenti għall-irkantijiet li jsiru anki ta’ oġġetti prezzjużi. Il-familja Scolaro kienet prominenti wkoll fit-Tarzna tal-Ordni. Iżda Giuseppe Scolaro, bin Matteo mill-Belt Valletta, warrab in-negozju tal-familja u beda joħroġ għall-kors. Hu applika għal-liċenzja f ’Jannar tal-1795, li ma damx ma rċieva. Iżda hekk kif ħareġ fuq il-baħar, daħal f ’diżastru mill-ewwel. Scolaro qabad premju illegali Kristjan,li eventwalment qerdu, peress li ġiegħlu

jħallas ammont qawwi ta’ flus lil Armenjan li Scolaro kien qabadlu l-bastiment tiegħu filLvant. Kellu jqatta’ snin ibsin, li setgħu qerduh għalkollox, iżda bl-għajnuna ta’ kursari oħra, irnexxielu jiskappaha. U din l-għajnuna hi xhieda ta’ kemm il-kaptani kursari kien jgħinu lil xulxin f ’numru sew ta’ okkażjonijiet. Issa wieħed jiskanta għaliex Scolaro telaq mill-kumdità tal-professjoni ta’ familtu f ’Malta biex qabad il-perikli tal-kors. U l-esperjenza tiegħu kienet waħda qarsa, għax qatt ma reġa’ deher imkien bħala kaptan kursar. Madanakollu, l-involviment ta’ Scolaro fil-qbid tal-priża ma waqafx mat-tluq tal-Ordni. Jinstab darb’oħra fl-atti tan-Nutar Chiappe, tal-24 ta’ Marzu 1799. Lil Giuseppe Scolaro nsibuh jagħmel tajjeb għall-Kaptan Gaetano Cavasso, li kien qed jarma speronara biex jattakka lir-ribelli Maltin. Dan il-kuntratt li jinsab fl-Arkivji Notarili, fil-Belt Valletta hu prova ċara tal-kontinwazzjoni tal-ħidma ta’ Scolaro anki fil-qasma li nibtet bejn il-kursari f ’fazzjonijiet varji, li qamu hekk kif dehru l-Franċiżi u tul is-sentejn kumplikati li kien hawn f ’pajjiżna. Jidher li Scolaro nnifsu ħa n-naħa tal-forzi Repubblikani Franċiżi, tant li bħal ħafna kursari oħra Maltin, ħarab lejn Korsika hekk kif il-Franċiżi kellhom jitilqu minn pajjiżna.


20

08.12.2019

kullhadd.com

KURAĠĠ Georvin Bugeja Segretarju Ġenerali FŻL

Dawn l-aħħar ġimgħat ma kinux faċli. Iżda kienu ħmistax fejn, jekk qatt kellna dubju, kien ikkonfermat li l-istituzzjonijiet jaħdmu u ma jħarsu lejn wiċċ ħadd. L-ewwel nett, inħoss li huwa fid-dover tiegħi li nisħaq dwar l-għaqda, ir-rispett u l-kalma. Kważi kuljum, fil-Belt Valletta kienet għaddejja xi protesta jew oħra, uħud mill-protesti li ma baqgħux paċifiċi u saħansitra kien hemm tfigħ ta’ bajd lejn Memrbi Parlamentari, ħsarat fuq vetturi

ministerjali, u ma kinux obduti l-forzi tas-sigurtà ta’ pajjiżna, li minn hawnhekk insellmilhom u nirringrazzjahom għax-xogħol tagħhom. Forsi ftit jaħsbu li wara l-uniformi hemm persuni umani li fid-djar tagħhom ikun hemm uliedhom jew ilmaħbubin tagħhom inkwetati li jistgħu jweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Tajjeb li nfakkar li f ’demokrazija li taħdem, bħal Malta, kulħadd għandu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, għal-libertà tal-assoċjazzjoni kif ukoll biex jipprotesta u jsemma’ leħnu. Iżda, bl-ebda mod ma nista’ naċċetta li jkun hemm protesti vjolenti fuq persuni, huma min huma. Għalhekk, inħoss li f ’dawn il-mumenti l-għaqda, irrispett u l-kalma għandhom jirrenjaw. Matul dan iż-żmien il-Partit se jkun qed jgħaddi minn proċess ta’ tiġdid. Minn għada se jinfetħu n-nomini għall-kariga ta’ Mexxej tal-Partit Laburista. Tajjeb li wieħed jiftakar li din se

tkun għażla mhux biss f ’kuntest ta’ Mexxej ta’ Partit Politiku, iżda wkoll ta’ Prim Ministru. Għall-ewwel darba se jintuża wkoll mekkaniżmu li introduċa l-PL fl-2009. Dan ifisser li l-membri se jkollhom l-għażla ta’ min se jmexxi lil dan il-Partit ’il quddiem, anke bil-mandatt elettorali li għandu fil-gvern. Nemmen li aktar minn qatt qabel, għandna nuru li l-Partit Laburista għadu l-Partit tal-ħaddiem, tax-xogħol, tal-ġustizzja soċjali, tal-ugwaljanza, tal-libertajiet ċivili. Il-Partit tal-opportunitajiet u li jaħdem għall-inklużjoni soċjali. Il-Partit li ma jibżax jisfida dak li tradizzjonalment mdorrijin nagħmlu biex iġib il-progress soċjali u ekonomiku li hemm bżonn. Bl-istess mod irridu nassiguraw li l-ġid li nħoloq ikompli jinfirex u jasal aktar għand in-nies, speċjalment dawk li l-aktar għandhom bżonn. Dan il-Partit Laburista, huwa l-Partit li jemmen f ’demokrazija sħiħa, għalhekk saru r-riformi matul

dawn l-aħħar snin u nemmen li għandhom ikomplu jsiru. F’era fejn l-ambjent qiegħed jingħata aktar importanza, irridu nsaħħu li l-Partit Laburista jemmen bis-sħiħ fil-ħtieġa tal-ħarsien tal-ambjent għall-ġenerazzjonijiet futuri. Irridu nwasslu l-messaġġ, aktar minn qatt qabel li għall-Partit Laburista n-nies jiġu l-ewwel u li dejjem żamm lil Malta f ’qalbu u fl-ewwel interess tiegħu. Dan mhuwiex kliem idealistiku. Huwa l-prinċipju tagħna. Hemm min bħalissa, ġustament qiegħed jiddubita dan il-proġett li bdejna flimkien. Iżda kif jisħaq il-Mexxej attwali tal-Partit Laburista, “l-aħna huwa akbar mill-jiena”. Il-Partit Laburista mhuwiex persuna waħdu – huwa l-prinċipji miktuba fl-Istatut tiegħu li jgħaqqduna flimkien. Dan huwa żmien li fih mhux induru għal xulxin, iżda li ningħaqdu aktar minn qatt qabel. Jekk ma jkunx il-Partit Laburista, min se jkun biex jintroduċi

libertajiet ċivili ġodda għall-minoritajiet f ’pajjiżna? Min se jkun biex niġġieldu l-esklużjoni soċjali? Min se jkun biex jagħti l-fiduċja lil dawk li waqgħu lura fis-soċjetà tagħna? Min se jkun biex joħloq il-ġid u jqassmu kif inhu mistenni? Min se jkun għall-familji, għaż-żgħażagħ u għall-anzjani tagħna? Żgur li mhix se tkun l-Oppożizzjoni maqsuma fi tliet biċċiet li tagħmel dan. Oppożizzjoni li tinħeba wara l-għajta għall-ġustizzja, imma li qed tfittex biss il-poter. Irridu nissudaw, għalhekk irridu nagħmlu l-kuraġġ. Dan iż-żmien għandu jgħallimna ħafna. Ħlomna flimkien u wettaqna wkoll. Ma rridux nieqfu naspiraw. Irridu nibqgħu nkunu saqajna mal-art u jkun min ikun fit-tmexxija tal-Partit Laburista, flimkien irridu naħdmu għallġid ta’ kulħadd – tal-Maltin u tal-Għawdxin – għax huma qed jistennew Gvern li jiddeċiedi u li jmexxi lil Malta ’l quddiem.

IL-LEGAT TA’ JOSEPH MUSCAT

Mario Fava President Sezzjoni Kunsilliera PL

Illum ninsabu ftit aktar minn sentejn wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Ftit sigħat wara dan l-omiċidju, ilPrim Ministru kien għamel wegħda solenni illi l-Gvern u anki u hu personalment se jagħmlu dak kollu possibbli biex dawk responsabbli jiġu mressqa quddiem il-ġustizzja. Rajna l-istituzzjonijiet fosthom il-Pulizija jaħdmu bla heda sabiex illum hemm persuni mressqa akkużati b’dan id-delitt. Dan minkejja li kien hemm sezzjoni tal-pubbliku li kienet temmen li dan il-każ qatt ma jista’ jiġi solvut. Illum qegħdin naraw bl-aktar mod ċar li dawn in-nies qatt ma kienu interessati li jissolva dan

il-każ, iżda li permezz tiegħu joħolqu instabbiltà politika ġewwa pajjiżna. Dak li rajna matul dawn l-aħħar jiem jikkonferma li l-wegħda li kien għamel ilPrim Ministru 25 xhar ilu ġiet imwettqa. Ta’ min jinnota f ’dan kollu li dan il-każ wassal ukoll għar-riżenja ta’ Ministru, għas-sospensjoni mid-dmirijiet tiegħu ta’ Ministru ieħor, għat-tneħħija taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru u għat-tħabbira tal-Prim Ministru nnifsu illi fi ftit ġimgħat huwa wkoll se jkun qiegħed jirriżenja mill-pożizzjoni tiegħu. Minkejja dan, il-Gvern kif ukoll il-Partit Laburista fil-livelli kollha tagħhom baqgħu magħqudin wara l-Prim Ministru Joseph Muscat. Dan b’ kuntrast mal-Oppożizzjoni u mal-Partit Nazzjonalista li lanqas hawn u għal kawża komuni ma’ rnexxielu jingħaqad f ’Oppożizzjoni u partit wieħed. Dan juri bl-aktar mod ċar l-importanza tal-ħidma li għamel dan il-Gvern f ’dawn is-seba’ snin li għaddew. Dan huwa l-legat tal-Gvern ta’ Muscat, legat li beda jinbena minn 11-il sena ilu minn meta hu

sar mexxej tal-Moviment Laburista. Bdejna biex rajna bidla fil-ħidma tal-magna tal-Partit, nies moderati u progressivi jersqu għall-ewwel darba fi ħdan dan il-moviment u bidliet strutturali oħrajn fit-tmexxija kif ukoll bidla fid-direzzjoni tal-Partit Laburista. Dan kollu wassal għal żewġ rebħiet elettorali bla preċedent li permezz tagħhom stajna nibdew naraw ukoll bidla fid-direzzjoni ta’ dan il-pajjiż. Rajna kif Baġit wara ieħor b’mod maħsub u strateġiku bdejna naraw miżuri biex filwaqt li n-negozju jibqa’ jikber, il-faxex l-aktar baxxi fis-soċjetà Maltija jitilgħu aktar ’il fuq. Fost il-miżuri l-aktar importanti rajna l-qalba mill-Heavy Fuel Oil għal enerġija aktar nadifa permezz tal-gass, ir-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, żidiet bla preċedent fil-pensjonijiet u fil-paga minima, allowances għat-twelid ta’ trabi, żieda fl-istipendji għal snin konsekuttivi, childcare b’xejn għat-tfal kollha, trasport b’xejn għall-istudenti u għall-anzjani, numru rekord ta’ nisa lura fid-dinja tax-xogħol, drittijiet u dinjità lill-minoranzi, statistiċi

Ewropej li jpoġġu lil pajjiżna mill-aħħar postijiet għal postijiet fil-quċċata, investimenti bla preċedent u rata ta’ impjieg għolja li rriżultat eventwalment biex għandna full employment f ’pajjiżna. Ma’ dan, tmexxija finanzjarja serja u bil-għaqal li wasslet għal rekord ta’ baġits bla taxxi u Baġits konsekuttivi b’surplus li wasslu wkoll għal tnaqqis fid-dejn nazzjonali. Bla dubju ta’ xejn dan kollu jikkonferma l-ħidma qawwija li wettaq dan il-Gvern li permezz tagħha fi ftit snin bidel wiċċ pajjiżna u ħoloq legat li se jibqa’ msemmi għal diversi ġenerazzjonijiet. Bla dubju ta’ xejn dan wassal biex l-imsaren ta’ xi wħud baqgħu jgorru għal dawn is-seba’ snin. L-istess nies li qed jippruvaw jirkbu fuq delitt biex permezz tiegħu jippruvaw joħolqu instabbiltà kemm politika kif ukoll ekonomika. Ix-xeni li rajna f ’dawn l-aħħar jiem jikkonfermaw dak li għidt fil-bidu ta’ dan l-artiklu, li l-intenzjoni ta’ dawn in-nies ma kinitx li jiġi solvut dan ilkaż. Dan jikkonfermawh huma stess meta fi kliemhom “ilhom sitt snin jistennew mument bħal dan”. Dan meta suppost

kienu qegħdin jipprotestaw fuq avveniment li seħħ sentejn ilu. Għaldaqstant, il-ġustifikazzjoni tat-titlu ta’ dan l-artiklu joħroġ mill-punti msemmija hawnhekk. Joseph Muscat se jkun qed iħalli magna ta’ partit taħdem b’mod tant tajjeb illi bil-ħidma tal-amministrazzjoni, l-Eżekuttiv u l-Grupp Parlamentari se tkun qed twassalna biex naraw bidla fil-Mexxej, fil-Prim Ministru, iżda mhux fid-direzzjoni li qabad pajjiżna seba’ snin ilu. Għalhekk, ngħalaq b’appell kemm għal dawk li ħasbu li l-Partit Laburista jew il-Gvern se jisfaxxaw għax se jitlaq Joseph Muscat, kif ukoll għal dawk li l-avvenimenti riċenti setgħu baxxewlhom il-moral. Kemm il-Partit kif ukoll il-Gvern Laburista qegħdin hemm biex jibqgħu mhux biss għas-sentejn u nofs li fadal imma għal diversi snin li ġejjin. Ir-riċetta ta’ dan kollu hija l-għaqda u d-determinazzjoni li nibqgħu nibdlu, niġġeddu u ntejbu dak li ksibna illum. Għax fi kliem il-Prim Ministru stess “ l-aħna huwa ikbar mill-jiena. To dolupta simillat. Ces ant. Ipid erferum nobitis et res.


21

08.12.2019

kullhadd.com

U ISSA…? Felix Busuttil

Tassew kif qiegħda tgħid il-vuċi magħquda Maltija u Għawdxija – tassew għaddejjin minn żminijiet storiċi. Għax fil-pajjiż qatt ma konna xhieda ta’ daqstant kuraġġ, ultraiżmu, imħabba lejn pajjiżna u rġulija. L-ebda gvern u l-ebda partit fl-istorja politika Maltija ma kellu l-istamina u d-determinazzjoni daqs dan ilGvern. Mexxej u oħrajn li ma beżgħux juru r-responsabilità, għax ngħiduha kif inhi, kemm–il darba fl-istorja tal-politika rajna politiċi jużaw r-riżenja tagħhom u jbaxxu rashom mhux għax ħatja imma għax jemmnu li l-aħna tiġi dejjem qabel il-jien? Din hi rġulija. Din hi qawwa. Din hi rassenjazzjoni. U għalhekk l-ammirazzjoni u l-lealtà li għandi għal Joseph u għall-Partit Laburista llum mhux tiddgħajjef

imma tifferoċja. Joseph kemm ili nafu minn dejjem kien li żamm kelmtu anke jekk jaf li ħafna ser jaraw ir-riżenja tiegħu bħala xi dgħufija. Joseph baxxa rasu għax ġentlom – għax iħobb lil pajjiżu qabel kollox inkluż l-uffiċċju tiegħu ġo Kastilja. Niftakar darba meta kont Kastilja wiċċ imb wiċċ u waħedna qalli dawn il-preċiżi kelmiet meta jien kont naqra dubjuż nerfax id-dmir u x-xogħol qabel l-elezzjonjiet tal-Parlament Ewropew. Qalli “U int x’taħseb li lili jżommni grounded. Dan l-uffiċċju tiegħi temporanju. Misluf.” Joseph minn dejjem kien umli u uman. Ħabbejtu u għadni nħobbu. Ammirajtu u nibqa’ nammirah akkost ta’ kollox. Prim Ministru li ta lil Malta xemx ġdida – għamilha sinjura, ugwali, inkluża u fuq kollox qalbha tajba. U ta’ dan kollu m’għandix ħlief ħbiberija lejh – ħbiberija mhux tal-ħabba gozz jew hemm biss fil-bnazzi. Ħbiberija sinċiera. Grazzi Joseph – grazzi Michelle. Grazzi! Ħafna ninsabu sogħbiena imma jien mhux sogħbien biss – jien pożittiv. Jien suldat. Jien mimli viżjoni. Għandna tliet snin u ftit inqas quddiemna – tliet snin fejn il-mandat tal-poplu jibqa’ jiġi

mwettaq u fejn ser nibqgħu nuru x’jiġifieri tkun soċjalist – fejn ser ikollna tmexxija ġdida. Unità. Spettakolari. Li se twassalna sal-elezzjonjiet li jmiss. Mimlija kandidati ġodda u friski. Mimlija bit-tama u l-perseveranza sabiex naraw rebħa oħra ikbar minn dik li qatt kellna. Il-partit mhux persuna waħda. Il-partit magħmul minn persuni kbar, inklużi int u jien, numerużi, li tassew iħobbu lil Malta u lil Għawdex. Meta ikun hemm tibdil fil-ħajja – mewt, telf, bidla fix-xogħol, divorzju, falliment, dan ifisser rinnovazzjoni. Twelid ġdid. Ħajja ġdida. Għax wara kull kruċifissjoni – teżisti r-resurezzjoni. U min hemm barra għandu biss mibegħda, kilba għall-poter, negattività, pjani moħbija, ulterjuri, partiġġjani – it-tajn ser jiżloq minn idejh u jaqa’ fuq saqajh. Il-ġustizzja saret fir-rigward ta’ Daphne Caruana Galizia. Suppost issa Malta tistrieħ. Malta però ma striħatx bil-mewt ta’ Karin Grech. Ta’ Raymond Caruana. Issa nistgħu tassew ngħidu kemm kien falz jingħad li f ’Malta ma tirrenjax is-saltna d-dritt. Take it back! Issa l-għajta tal-lealtà. Issa l-għajta tal-irġulija. L-għajta li ser teħodna oltre l-elezzjonjiet li

jmiss u aktar. L-għajta li Malta u Għawdex huma l-ewwel u qabel kollox. Li ser jiggwidana d-dawl tat-torċa u l-fwieħa tal-warda ħamra. Jien ninsab ukoll eċitat – għax dalwaqt ser ikollna mexxej jew mexxejja li se jitfi jew jitfu kull dlam. Hemm ser inkun magħkom biex nagħti tislima emozzjonanti lil Joseph Muscat u ċapċipa li tweġġagħli jdejja lil min ġej jew ġejja wara Joseph. Kemm ser jiddispjaċih min xtaq id-deni għax aħna nemmnu li kull deni neħduh b’ġid. Għax aħna kif kien dejjem jgħidilna Joseph, aħna m’aħniex qegħdin hawn għal individwu – aħna ninsabu hawn u fuq quddiem niddefendu għax aħna l-ewwel Maltin qalbna tad-deheb, imbagħad suldati tal-azzar. Laburisti qalbiena. Mingħajr biża’. Feroċi. Assertivi. Issa nistgħu tassew ngħidu – aħna dawk tal-abjad u tal-aħmar – aħna dawk li rajna t-theddid. Aħna dawk li rajna l-interdett. Aħna dawk li kienu jgħidulna ħamalli, injuranti, moħħna magħluq. Aħna dawk. Is-soċjalisti. Dawk li dejjem ser inkunu rebbieħa – dejjem ser inkun tassew Maltin u Għawdxin. Dawk li ma nibżgħu minn xejn. Issa naħsbu li tlifna – imma fil-verità issa aħna rġajna rbaħna.

Il-partit mhux persuna waħda. Il-partit magħmul minn persuni kbar, inklużi int u jien, numerużi, li tassew iħobbu lil Malta u lil Għawdex

NAĦDMU BIEX NIKSBU LURA GĦAQDA FIL-PAJJIŻ Michael Falzon Ministru

Dawn l-aħħar jiem kienu jiem diffiċli. Kienu jiem illi għinuni naħseb, nirrifletti, u nidħol aktar fija nnifsi. Ftakart f ’dak il-mument meta ħadt il-ġurament fil5 ta’ Ġunju 2017, wegħda solenni illi naqdi, illi nservi, illi nkun

leali lejn dan il-pajjiż. Wegħda li nagħmel dan f ’isem in-nazzjon kollu, għall-aqwa interess nazzjonali. Dak il-ġurament ħadtu għax verament inħobb lil pajjiżi, għax nemmen ukoll li l-istorja ta’ Malta għallmitna li fejn hemm l-għaqda hemm is-saħħa. Sinċerament nemmen li l-pajjiż jista’ jibqa miexi ’l quddiem; jekk ikun iżda pajjiż kumpatt, magħqud, b’vuċi waħda u lil hinn minn firdiet ta’ ħsibijiet, twemmin jew ideoloġiji. Hawn min jistaqsi għadnix nemmen dan kollu. Bla tlaqliq ngħid illi iva għadni nemmnu minkejja l-burraxki li għaddejna, u li għadna għaddejjin minnhom. Il-politika tagħna, tagħna lkoll, għandha tkun dik li nkomplu naħdmu fl-aqwa interess tal-

pajjiż. Għandna nħallu l-istituzjonijiet ikomplu jagħmlu x-xogħol tagħhom f ’serenità, filwaqt li aħna bħala poplu għandna obbligu lejn pajjiżna u lejna stess, illi nżommu l-kalma u nħarsu lejn l-aħjar interess nazzjonali. Il-fatt illi jien ġejt fdat bħala Ministru, jitfa’ fuqi piż kbir. Irrid li dan il-piż inkompli nerfgħu, nipprova niżra’ t-tama u l-għaqda, kontra il-mibegħda u l-ħdura. Għexna żminijiet koroh lura fis-snin, u ma rridx li nerġgħu nfakkru ’l uliedna minn xiex għaddejna. Tgħallimna ħafna, kbirna, u n-nazzjon fehem li l-vjolenza qatt m’għandha tkun soluzzjoni għall-ebda raġuni. Għalhekk għandna nibqgħu kalmi, niftakru li qed ngħixu f ’pajjiż demokratiku u li għad

għandu valuri b’saħħithom; minkejja kollox. Qed ngħixu fi żmien fejn l-ekonomija qed tkompli tikber bla preċedent, żmien fejn pajjiżna qed jattira impjiegi ta’ kwalità, u żmien fejn qed nassistu lil dawk l-aktar fil-bżonn. Jiena nemmen, u rrid nibqa’ nemmen illi l-maġġoranza tal-pajjiż trid dan kollu. Irridu nkunu aktar minn qabel magħqudin, irridu nuru li kapaċi ngħaddu minn kull sfida kif fuq kollox dejjem għamlet Malta fl-istorja tagħha. Naf li hu diffiċli li wieħed jogħla ’l fuq mill-interessi, politiċi jew personali tiegħu, biss min jagħmel dan ma jkunx ġwejjef, anzi jkun xempju għal oħrajn.

Il-politika tagħna, tagħna lkoll, għandha tkun dik li nkomplu naħdmu fl-aqwa interess tal-pajjiż


22

08.12.2019

kullhadd.com

VIŻJONI 2027

Mid-Djarju ta’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 28 ta’ Novembru li m’hemm provi ta’ xejn, jidħluli d-dubji. Issa li YorTgħid m’iniex se noqgħod gen Fenech kien akkużat ninqala’ u mmur nipprotes- il-Qorti, bejt nibża’ li jkollna ta l-Belt matul il-lejl?! Im- nagħlqu ħalqna. Imma skont bagħad ma’ min! Ma’ dawk sieħbi tal-Istamperija, żgur li jibbuwjaw lill-Kap tagħna li mhux se jkun il-każ. Fuq Adrian Delia u li saħansi- kollox qalli li Simon Busuttra issa qegħdin jgħidu li til, Jason Azzopardi, Manuel l-Kap tagħna għandu jaf- (mhux il-Kap) Delia żgur li faċċja l-ġustizzja. Jaffaċċja mhux se jagħlqu ħalqhom. l-ġustizzja wara dak kol- Anzi se jibqgħu joħorġu lu li qiegħed jagħmel għal lin-nies fit-toroq biex fipajjiżna, għad-demokrażi- nalment jippruvaw jerġgħu ja, għas-saltna tad-dritt, u jieħdu t-tmexxija tal-partit ma nafx xiex aktar?! Li ma darba glorjuż tagħna. Imma, nistax nifhem id-diskor- jagħmlu x’jagħmlu, jien konsi mħawda li qegħdin isiru. vint li mhux se jirnexxilhom. Kellna lill-Viċi Kap jgħid li rridu li l-Partit Laburis- Il-Ħadd 1 ta’ Diċembru ta jibqa’ fil-gvern, basta jirriżenja Joseph Muscat, u Anke jekk Joseph Musmbagħad kellna lill-Kap cat fl-aħħar ħabbrilna li se jgħid li l-ministri kollha ma jwarrab, m’għandix għalfeħaqqhomx jibqgħu jissejħu jn nogħrok idejja. Nogħrok Onorevoli. Insomma forsi idejja, jekk u meta jaqa’ qegħdin ngħixu sitwazzjoni l-Gvern u nerġa’ nibda nittama li nidħlu Kastilja, imma li hija tqila wisq għalija. anke Clyde Puli qalilna li Il-Ġimgħa, 29 ta’ Novembru aħna ma rridux li l-Gvern ma jkomplix il-leġiżlatura Għadni mħawwad jekk kollha. Ifhem, mhux għax għandix nattendi l-protesti ma nixtiqux, imma, tal-anorganizzati min-Nazzjon- qas skont sieħbi tal-Istamalisti bħali imma li huma perija, li kieku jkollha ssir kontra l-Kap tagħna Adrian elezzjoni ġenerali issa, xorta Delia. Imma anke jekk għad- nieħdu tkaxkira nobis! U akni mħawwad, illum ħassejt li tarx li s-sitwazzjoni ma tantx kelli nħalli kollox warajja u tinbidel bil-ħatra ta’ Prim mmur quddiem il-Qorti biex Ministru ġdid, għax huma nipprotesta kontra dak li al- mhux bħalna, għandhom legatament qiegħed jingħad minn fejn jagħżlu! li kien il-mandant fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Carua- It-Tnejn, 2 ta’ Diċembru na Galizia. Imma ħaġa talgħaġeb, spiċċajt kważi waħdi Suppost li qiegħed fis-seba’ nara lil Yorgen Fenech jit- sema, imma m’iniex, għax kellem mal-ġurnalisti waqt li milli jidher il-Kap tagħna għamel speċi ta’ passiġġata Adrian (mhux Manwel) Defi Triq ir-Repubblika. Im- lia qiegħed ikollu jċedi għal bagħad, la kont hemm, bqajt dak kollu li qegħdin jgħidgħall-protesta li organizza ulu ta’ Simon Busuttil u Manuel (mhux il-Kap) De- Manwel (mhux il-Kap) Delia. Tant qiegħed iċedilhom lia. li lanqas biss qiegħed jinduIs-Sibt, 30 ta’ Novembru na li qiegħed jaqa’ għaċ-ċajt. Hekk jidhirli li ġralu llum It-taħwid li bħalissa għaddej meta d-Deputati tagħna mill-garigori ta’ moħħi, huwa ħarġu mill-Parlament. Mela kbir wisq. Nixtieq nem- sewwa, il-ġimgħa l-oħra, men dak li qiegħed jingħad, il-Kap Adrian (mhux Manimma mbagħad meta nara wel) Delia ħariġhom ’il

barra għax Joseph Muscat irrifjuta li jagħmel stqarrija, u llum għaddiet ta’ Simon Busuttil u l-bella kumpanija u d-Deputati tagħna telqu ’l barra għax Joseph Muscat għamel stqarrija. Ħawwadni ħa nifhem, man! It-Tlieta, 3 ta’ Diċembru Qatt ma kont nistennieha, man! Dik li qiegħda tmexxi d-delegazzjoni tal-Parlament, li għandha isimha tqil wisq biex niftakru, is-soltu kontra l-Gvern tgħid meta tiftaħ ħalqha. Imma llum ma nafx x’ġara. Qalet li l-Pulizija fil-każ ta’ Daphne Caruana Galizia mxew u qegħdin jimxu b’mod serju u professjonali. Wisq probabbli għandha raġun għax kieku m’hemmx erba’ min-nies mixlija bil-qtil tagħha. Imma ngħid jien, ma setgħetx iżżomm fommha magħluq u mhux toqgħod tfaħħarhom, x’kull waħda?! Aħna mhux lil min ifaħħar lill-Gvern irridu, imma min ifixklu, bħalma qiegħed jagħmel Manuel (mhux il-Kap) Delia! L-Erbgħa 4 ta’ Diċembru Sewwa għamlu Roberta Metsola, David Casa u Simon Busuttil ġibdulha widnejha lil dik ta’ isimha tqil li qatt ma niftakar. Li kieku ma ġibdulhiex widnejha kieku ma kinitx tbiddel il-verżjoni tagħha mil-bieraħ għal-lum. Ilbieraħ faħħret ix-xogħol serju u professjonali tal-Pulizija, imma llum qalet li hija mħassba, inkwetata, u ma nafx xiex iżjed minħabba l-Gvern ta’ Muscat. Saħansitra qaltlu biex jirriżenja immedjatament. Insomma, imħassba kemm hi mħassba, inwketata kemm hija inkwetata, tal-Labour se jibqgħu fil-Gvern, għax milli jidher m’hemm l-ebda tama li ssir elezzjoni ma ddumx! Jaħtru Prim Ministru ġdid u jibqgħu għaddejjin.

Aaron Farrugia Segretarju Parlamentari

Dak li smajna dwaru fl-aħħar ġimgħat riegħed lil dawk kollha ta’ rieda tajba. Il-klassi politika tinsab mheżża. Ta’ 15-il sena bdejt inservi fl-istrutturi tal-Partit Laburista għax għaraft li dan il-partit biss għandu l-fehma li jagħti lil kulħadd dak li jistħoqqlu - għajxien kif jixraq. Bi kliem Ġużè Ellul Mercer f ’moħħi, kont determinat li nagħti ħini u l-enerġija kollha tiegħi f ’Partit Laburista li jrid jagħti lil kulħadd iċ-ċans li jirnexxi u jilhaq l-aspirazzjonijiet tiegħu. Għaraft li dan il-Partit twieled biex jitmexxa mhux mill-fehma u bil-ħila ta’ wieħed jew tal-ftit, iżda mill-fehma u bil-ħila talkotra. Ninsabu f ’salib it-toroq. Irridu nerġgħu nfittxu lilna nfusna. Il-Moviment Laburista jrid jerġa’ jassigura li jkun tal-kotra, miftuħ biex jisma’, jifhem u jiddjaloga ma’ min għandu għal qalbu isem pajjiżna. Flimkien ma’ mexxej ġdid, irridu nwaqqgħu l-ħitan li reġgħu bdew jaqtgħuna mir-realtà. Irridu nnaddfu l-għanqbut mill-aspirazzjoni ta’ trasparenza u governanza xierqa li kienet imwiegħda lill-poplu. Pajjiżna jixraqlu amministrazzjoni nadifa u istituzzjonijiet iktar ħielsa biex iservu lill-pajjiż bl-aħjar mod. Il-poplu jrid politiċi responsabbli għal għemilhom u għannies li jdawru lilhom infushom bihom biex iservu fl-aħjar interess tal-pajjiż. L-introduzzjoni ta’ Kummissarju għall-Istandards serviet ta’ nifs – konvint li l-ħidma ta’ dan l-uffiċċju se tkompli tgħin biex naslu għal bidla fil-kultura biex il-Membri Parlamentari, il-Ministri, is-Segretarji Parlamentari u persuni ta’ fiduċja fil-ministeri jkunu taħt skrutinju. Bl-introduzzjoni ta’ dan l-uffiċċju, il-Parlament se ikompli jsaħħaħ l-istrutturi tiegħu biex tiżdied il-kredibbiltà u r-reputazzjoni tal-Membri Parlamentari. Dawn tal-aħħar illum tilfu il-fiduċja tal-ħafna u l-ħidma trid tkun kbira ħafna biex insewwu

l-ħsara li saret, ħidma li fiha hemm bżonn il-partiti politiċi kollha. Il-politika m’għandhiex tkun biss ġirja wara t-tkabbir ekonomiku bla preċedent u nistqarr li għal xi żmien in-numri saru id-destinazzjoni finali tagħna. Dan huwa importanti, iżda mhux kollox. L-għajta ta’ “probusiness” m’għandha qatt tissagrifika l-valuri u l-prinċipji li welldu lill-Partit Laburista – biex jiġġieled il-faqar, l-esklużjoni soċjali u l-edukazzjoni xierqa għal kulħadd. Min-naħa l-oħra rridu nibqgħu dak il-partit li jitkellem dwar kif se joħloq il-ġid daqskemm jitkellem dwar kif se jqassmu. Jeħtieġ pjan fit-tul li joffri bilanċ aħjar bejn l-ambjent u l-iżvilupp, din id-darba bil-miżien ikun favur l-ambjent. Bħala politiċi għandna nisimgħu iktar birreqqa lill-imsieħba soċjali. Irridu nħalluhom ikunu l-kuxjenza u jisfidaw ħidmietna u n-narrattiva tagħna. Nemmen fil-libertà tal-espressjoni. F’ġurnaliżmu ħieles. Iżda inkwetanti kif xnigħat jew naħa waħda tal-munita ddominaw aħbarjiet internazzjonali b’dannu fuq l-ekonomija u l-potenzjal ta’ investiment barrani f ’pajjiżna. Il-Gvern m’għandux jiffoka biss fuq ir-relazzjonijiet pubbliċi lokali, iżda jsaħħaħ l-għodod tiegħu biex jindirizza l-aħbarjiet qarrieqa fuq livell internazzjonali. L-Oppożizzjoni Nazzjonalista sparpaljata f ’żewġ biċċiet. Ma toffrix aspirazzjoni lil Malta t’għada. Jekk il-Moviment Laburista jfalli milli jżomm il-fiduċja tal-poplu, l-estremiżmu jaqbad ir-ritmu li jgħolli rasu u nispiċċaw f ’limbu bħalma ġralhom pajjiżi ġirien tagħna. Bħal ħafna – it-tama tiegħi fil-Moviment għadha b’saħħitha, iżda wasal iżżmien li nitnaddfu u niġġeddu biex dan il-Moviment jerġa’ jiġbor lill-persuni ta’ rieda tajba miegħu u jassigura li jkun il-partit tal-kotra, il-partit tal-futur, il-partit bi pjan ċar u fattibbli li jwassalna għal Malta 2027.

Flimkien ma’ mexxej ġdid, irridu nwaqqgħu l-ħitan li reġgħu bdew jaqtgħuna mir-realtà


23

08.12.2019

kullhadd.com

L-AĦNA IKBAR MILL-JIEN Editorjal

Ikun għajb jekk naqgħu għan-nassa ta’ min irid iġegħelna nemmnu li dak kollu li kiseb dan il-moviment kien kollu ħażin

Il-ġrajjiet tal-aħħar jiem kienu tad-dwejjaq għal dawk kollha li appoġġjaw u għadhom jappoġġjaw b’saħħa kbira lill-Partit Laburista. Raw lill-Gvern li ħadmu għalih u li tant kien qiegħed jikseb suċċess għall-pajjiż f ’mumenti ta’ diffikultà. Fl-istess perjodu ħadu wkoll l-aħbar li Joseph Muscat, il-Mexxej li tant iħobbu u jirrispettaw, talab li jinbeda proċess biex jinħatar Mexxej tal-Partit Laburista minfloku u eventwalment Prim Ministru. Dan wassal biex assistejna għal perjodu ta’ emozzjonijiet imħallta. Fuq naħa r-rabja għax kien hemm min tradixxa l-fiduċja tagħhom u fuq naħa oħra d-dispjaċir li dan il-piż għażel li jġorru l-Prim Ministru bit-tluq tiegħu. Iżda, l-ħsieb wara dan kollu spjegah b’mod mill-iktar ċar Joseph Muscat nnifsu meta indirizza lin-nazzjon u qal li

hemm bżonn nibdew paġna ġdida. Il-Prim Ministru qal: “Nifhem li biex dan isir hemm bżonn jingħata sinjal ċar ta’ paġna ġdida, u dan is-sinjal nista’ nagħtih jien biss, fejn irrid nerfa’ responsabbiltà ta’ kulħadd, anki fejn m’iniex involut jien.” Biex nibdew paġna ġdida fiż-żmien li ġej irridu nfakkru, nixtarru u nanalizzaw is-suċċessi li għamilna fl-aħħar snin. Dawn is-suċċessi rridu nsaħħuhom għax minnhom qed igawdu l-Maltin u l-Għawdxin. Ikun għajb jekk naqgħu għan-nassa ta’ min irid iġegħelna nemmnu li dak kollu li kiseb dan il-moviment kien kollu ħażin. Magħhom irridu nżidu suċċessi oħrajn. U biex nagħmlu hekk irridu nkunu umli biżżejjed biex nitgħallmu fejn żbaljajna u biex insibu l-kuraġġ nibdlu dak li sar ħażin, filwaqt li t-tajjeb inkomplu nibnu fuqu.

Il-ġimgħat li ġejjin se jkunu ġimgħat li matulhom irridu nagħmlu numru ta’ għażliet u f ’dan kollu rridu nżommu quddiem għajnejna l-għaqda. L-għaqda trid tkun favur dak li hu ġust. L-għaqda li għandu bżonn il-pajjiż u li għandhom bżonn il-familji Maltin u Għawdxin hija dik wara s-sewwa u wara l-prinċipji li għaqqdu dan il-partit u l-moviment biex wasalna niksbu l-fiduċja elettorali għal elezzjoni wara l-oħra. Dak li għaddejna minnu ma kienx faċli. Però dawk kollha li jappoġġjaw lill-Partit Laburista huma persuni li għandhom jifhmu li l-aġir ta’ wħud mhuwiex l-aġir tagħhom anke jekk iħossuhom imtaqqla bil-piż. Xi ħaġa li minnha nnifisha turi li dan hu partit mimli b’nies ta’ valuri u li jridu ġustizzja. Dawn huma l-istess prinċipji li għandhom jerġgħu jiggwidawna fiż-żmien li ġej.

Prinċipji tal-mobbiltà soċjali u l-ġustizzja soċjali fost oħrajn. Prinċipji li warajhom ġibdu nies ta’ kull età, twemmin u ħsieb jew orjentazzjoni sesswali. Prinċipji li madwarhom inbena moviment fejn l-aħna kien, għadu u jibqa’ ikbar mill-jien. Veru huwa ż-żmien li nixtarru. Imma żgur mhuwiex iż-żmien li dan il-moviment jingħalaq fih innifsu jew jinqata’ min-nies. Ikun żball jekk il-ġrajjiet riċenti jwassluna nkissru l-idea ta’ moviment li fih jista’ jingħaqad u jaħdem kull min għandu l-interess ta’ pajjiżna. Bħalma ma rridux nħallu lil min irid jerġa’ jdaħħal l-idea tal-aħmar u l-blu fil-pajjiż. Pajjiżna għandu bżonn il-kontribut ta’ kulħadd. L-aħna kollha flimkien nistgħu nagħmlu bidliet kbar għal Malta biex nibqgħu nwettqu l-bidla u nagħmlu r-riformi li hemm bżonn.



25

08.12.2019

kullhadd.com

reċensjoni tal-ktieb

MILIED IMĦAWWAD Dak li Rutan verament xtaqet għall-Milied kien li seħbitha Elsa terġa’ tiġi lura tgħix fejnha — imma ma tantx kien hemm ċans li tiġri l-ħaġa. “Santa Klaws, taħseb tista’ ġġibli lil ħabibti lura hawn? Imma jekk ma tistax, forsi tista’ ġġibli kelb ta’ veru? Inkella, uff, jekk lanqas dik ma tista’, almenu dak il-kelb-ġugarell li nara fit-tieqa tal-ħanut ta’ ħdejna?” kitbet it-tifla fl-ittra tal-Milied tagħha. Ħeqq, kif jafu t-tfal kollha tad-dinja, jekk tkun qgħadt bil-għaqal, Santa Klaws dejjem jaqtagħlek xewqtek. U fil-fatt, jum minnhom ftit jiem qabel il-Milied fil-kamra tas-sodda tagħha titfaċċa kreatura stramba. Kreatura blu, tiekol affarijiet verament mhux tas-soltu, li kienet intilfet u riedet l-għajnuna ta’ Rutan biex issib it-triq lura għad-dar. Dan hu Milied Imħawwad, l-istorja tal-Milied speċjali ta’ Rutan: storja tal-Milied ħelwa immens u kommoventi, dwar l-inklussività u kif il-ħbiberija tirbaħ fuq kollox. Huwa l-ktieb perfett bħala rigal għall-Milied, kemm għat-tfal u anki għall-kbar, għax jittrasportana ġewwa Milied fl-Iżvezja – fejn id-djar jiżżejnu għall-Milied bl-istilel u x-xemgħat malli tibda dieħla x-xitwa. Kien dan l-ispirtu tal-Milied Żvediż li wassal lill-Professur Ġorġ Mallia u l-artista Marie Louise Kold lejn dan il-ktieb għat-tfal Żvediżi: En Klurig Jul. Miktub minn Ingelin Angerborn, il-ktieb idaħħalna fid-dinja tad-drawwiet tal-Milied fil-pajjiżi Skandinavi. U huwa ppreżentat f ’format mhux tas-soltu: dak ta’ kalendarju tal-Avvent … imma bl-istejjer. Mallia u Kold tant għoġbithom l-istorja, li addattawha għall-Malti. U hekk ġiet ippubblikata minn Merlin Publishers bħala Milied Imħawwad. Il-ktieb fih 24 kapitlu, biex tfal ta’ etajiet minn 8 snin ’il fuq jistgħu jaqraw – waħedhom jew mal-ġenituri jew man-nanniet tagħhom – kapitlu kull lejl tul Diċembru, sa Lejlet il-Milied. Tfal iżgħar ukoll jistgħu jgawduh, bl-għajnuna tal-ġenituri tagħhom li jistgħu jaqrawhulhom bħala qari qabel l-irqad. It-tradutturi żiedu anke glossarju fuq wara tal-ktieb, apposta biex hemm jispjegaw lit-tfal it-termini u d-drawwiet Żvediżi li tfal Maltin abbli ma jkunux familjari magħhom. Milied Imħawwad huwa l-ekwivalenti (aħjar għas-saħħa) ta’ kalendarju tal-Avvent fejn flok ċikkulata kuljum issib kapitlu minn storja. B’illustrazzjonijiet tal-ġenn bil-kulur … u xejn zokkor!

META L-MILIED MA ĠIEX Timmaġina xitwa mingħajr Milied? Martina u Karl, li bħal kull tifel u tifla oħra s-sena kollha jistennew b’ħerqa l-Milied, jiskopru li ġara proprju hekk f ’Meta l-Milied Ma Ġiex. Imma kif ma ġiex il-Milied? Ħeqq, għax ir-Raġel ta’ Fuq il-Qamar, kollu nervi u dwejjaq, kien jobgħod il-Milied. Kull sena, jinnervja jxomm l-irwejjaħ tal-kejk tal-Milied jew jisma’ l-kant u l-għana u l-ferħ. Allura darba, Lejlet il-Milied, qam b’geddum sal-art, ħares ’l isfel lejn id-Dinja, u qal: “Daqshekk Milied! Il-Milied mhux se jiġi iżjed!” Ħareġ trumbetta u beda jdoqq boċċi suwed kbar u mudlama, li baqgħu jikbru u jikbru sa ma għattew l-istilel, is-sema u kulma kien jixgħel u jleqq. U d-Dinja spiċċat imkebbsa fid-dlam. Ħadd ma ried jiċċelebra l-Milied u kulħadd daħal jorqod fid-dlam, bin-nervi u joħlom ħolm iswed u ikrah. Martina u Karl qamu f ’Jum il-Milied u sabu s-siġra tal-Milied mitluqa, il-presepju mwarrab … u ebda ħjiel ta’ rigali! Dlam kien u dlam baqa’ … u Milied xejn! Mad-dinja kollha t-tfal kollha kienu mnikkta … imma r-Raġel ta’ Fuq il-Qamar kellu daħqa daqsiex. Beda jidħaq u jogħxa, u jidħaq iżjed u iżjed … għamel xhur sħaħ sejjer hekk, u tant daħaq li Karl u Martina setgħu jisimgħuh mill-kamra tas-sodda tagħhom! Reġgħet waslet ix-xitwa, u Karl u Martina bdew jinkwetaw li anki dis-sena se jerġa’ ma jiġix il-Milied. Għalhekk iddeċidew jiktbu ittra lir-Raġel ta’ Fuq il-Qamar. B’edukazzjoni kbira talbuh jgħinhom biex il-qamar jiddi biżżejjed ħalli jerġa’ jdawwal id-dinja u l-ferħ tal-Milied jiġi lura. U tafu x’ġara? Ir-Raġel ta’ Fuq il-Qamar qatt, f ’għomru, ma kien irċieva ittra. Mingħand ħadd. “Dat-tfal ħasbu fija! Xi pjaċir!” Feraħ, beda jaqbeż u jiġri ’l hawn u ’l hemm u kważi waqa’ għal isfel. U, naturalment, reġa’ ġie lura l-Milied: l-għannejja kantaw l-għanjiet tal-Milied, u d-dawl u s-siġar xegħlu. Is-sema xegħel bl-istilel u l-qamar. Il-Milied reġa’ magħna! Meta l-Milied Ma Ġiex kien ippubblikat għall-ewwel darba fl-2008 u kien immedjatament sar suċċess kbir fix-xena tal-ktieb Malti għat-tfal, tant li llum hu meqjus klassiku fil-ġeneru tal-istejjer tal-Milied. Dis-sena, fl-okkażjoni tal-10 anniversarju tiegħu, il-Merlin Publishers reġgħu ħarġuh għall-bejgħ. Kitba tal-awtriċi Clare Azzopardi, dan mhux rakkont tal-Milied normali, imma wieħed li jġiegħel lit-tfal jaħsbu dwar kif tkun ix-xitwa mingħajr il-Milied, u b’hekk japprezzawh iżjed. L-istorja ngħatat ħajja surreali bl-illustrazzjonijiet ta’ Mark Scicluna, imqiegħda f ’kuntest Malti għall-qarrejja.

Mistoqsija: Min kien iddeċieda li l-Milied ma jiġix iżjed? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu il-kotba MILIED IMĦAWWAD u META L-MILIED MA ĠIEX. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 22 ta’ Diċembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tas-sett ta’ KOTBA GĦAT-TFAL huwa: G. CUTAJAR - BUĠIBBA

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

04

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 F’liema sena seħħ l-ogħla tkabbir meta l-ġid nazzjonali kiber b’10.8%?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


26

08.12.2019

kullhadd.com

TIFLA ĊKEJKNA BDIET TAĦMI L-ĦELU GĦAL SKOP NOBBLI Meta mort ir-Rainbow Ward u rajt ix-xogħol kbir li jagħmlu u ltqajt ma’ xi tfal ħriġt iktar sodisfatta li għażilt li ngħin lilhom

Kitba ta’ sib skuża biex insajjar xi ħaġa. RAMONA PORTELLI Għadda s-sajf u kif bdejna skola għedtilha li issa żgur ser Ħafna drabi jgħaddulna ħafna niftaħ paġna fuq Facebook ħsibijiet u pjanijiet ġo moħħ- għan-nies! Għamilt il-paġna ta’ na. Mhux dejjem ikunu jistgħu Facebook pubblika l-Ħamis. Iljitwettqu immedjatament. Jaf likes bdew telgħin u f ’temp ta’ ikollok bżonn l-għajnuna ta’ jumejn il-likes telgħu għal 500. ħaddieħor, jew iż-żmien ikun Daħluli l-ewwel ftit ordnijiet. għadu mhux opportun. Dan L-ewwel ordnijiet kienu taz-zil-aħħar sirt naf b’tifla żgħira li ja Dan u Miss Erica – għalliekellha ħolma, qasmitha m’om- ma tal-PE tal-iskola,” bdiet tirmha u minn hawn u minn rakkonta miegħi Emma. hemm din il-ħolma tagħha qed Tkellimt magħha dwar kif sar issir realtà, anzi realtà isbaħ l-arranġament finali ma’ Putgħax fl-istess ħin qed tgħin tinu. “Ommi bagħtet email lil ħaddieħor. Fil-fatt, kapaċi biex tgħarrafhom b’dak li qed taħmi xi ħelu b’mod kreat- nagħmlu. Rennie u Angele, tiv u qed tgħin lil ħaddieħor mill-ewwel għoġbithom l-idea mill-profitt li qed tagħmel. Qed u ċemplulna biex immorru niltnirreferi għal Emma Camilleri. aqgħu magħhom fir-Rainbow Għandha 10 snin, toqgħod Ward. Kien meeting informaBirkirkara, u tattendi l-iskola li, dawruni mal-post u minn ta’ St Monica fl-istess lokali- dak li rajt indunajt kemm dak tà, u tinsab fi Grade 6. Tħobb li jagħmlu, jagħmluh b’ħeġġa issajjar u tiżfen, u tqatta’ l-ħin u b’qalb kbira. Kienu ta’ għamal-familja u tħobb ukoll tkun jnuna kbira u qed jgħinuni wkoll biex inġib l-ingredjenti mal-ħbieb. Ilha tinteressa ruħha fit-tis- bi prezzijiet aħjar biex inżidu jir minn madwar sena ilu. l-profitti għal Puttinu! Minn Għall-Milied, il-ġenituri tagħha xħin tellgħu l-post huma bdejt kienu xtrawlha apparat biex nirċievi ammont kbir ta’ ordnitagħmel il-pancakes u minn jiet.” hemm bdiet iktar tieħu gost is- Mistoqsija xi kemm qed ikollha ordnijiet f ’ġimgħa sħiħa u sajjar. Fil-fatt, l-hena tagħha fil-kċi- xħin issib iċ-ċans li tagħmilhom na t’ommha Sabrina, taħmi xi Emma weġbitni: “Dawn l-ewkejk u dan l-aħħar Emma riedet wel ftit ġranet kont ħafna imtiftaħ negozju tagħha person- penjata. F’ġimgħa għamilt 16– ali, iżda meta wriet ix-xewqa il kejk, 20 cupcake u 30 pakkett lil ommha, qaltilha li kienet cookies. Kienet ġimgħa fejn għadha żgħira. F’moħħ Emma niġi mill-iskola, inlesti l-homekien hemm l-iskuża li bis-saħħa work u mill-ewwel nibda. Kont t’hekk tqatta’ aktar ħin fil-kċi- qed nagħmel ’il fuq minn na. Iżda flimkien ħarġu b’idea erba’ sigħat kuljum ġol-kċina. li l-qligħ imur għal persuni fil- Fil-familja tiegħi, kulħadd baqa’ bżonn, f ’dan il-każ Puttinu. ċċassat bl-interess kbir li wrew Ħallejt f ’idejha sabiex telabora in-nies. Nixtieq nirringrazzjadwar dan il-bidu ta’ din l-av- hom mill-qalb! Għandi ordniventura sabiħa u b’ġest nobbli. jiet sa Novembru li ġej. Però, ommi qed tqassamli x-xogħol biex ma negħjiex u fl-istess Il-qligħ ser jibda ħin inlaħħaq ma’ kollox. Ħafjmur għal Puttinu na drabi qed ikollha twieġeb “Kont irrid insajjar kuljum xi il-messaġġi bl-ordnijiet hi stess ħaġa fil-kċina, imma l-mamà għax jien ma jkollix ċans. Qamhux dejjem ħallietni. F’Jannar bel norqod inħobb noqgħod li għadda għedtilha li rrid nibda naqra l-kummenti, jagħmlunsajjar u nbigħ lin-nies. Però, li iktar kuraġġ! U l-fatt li ġriet ommi mill-ewwel m’għoġbith- il-kelma u ntlaqgħet daqshekk iex l-idea li jkolli l-flus f ’idi mi- tajjeb il-kelma f ’ġimgħa biss inn età daqshekk żgħira. Qaltli inħossni sodisfatta u kburija li li jekk irrid, nista’ nagħmilha, jien waħda minn dawn il-ħafimma l-profitti jmorru għal na nies li jħobbu lil Puttinu u dawk li huma fil-bżonn. Qbil- li jridu jgħinuhom,” stqarret na li nibda nsajjar għal Puttinu. miegħi Emma. Ridt inkun naf kif dan il-ħePerò, ommi damet ittawwal għax bdiet taħseb li hi xi ħaġa lu eventwalment jitqassam li ħlomt u fażi li tgħaddi. Bqa- lin-nies. Fil-fatt, aġġornatni li jt neqridilha, għamilt sajf in- ħafna drabi n-nies stess imorru

jiġbru l-ordnijiet. Kien hemm ftit każijiet fejn marret bihom ommi għax il-post ikun fi triqitna. Dawk li kien impossibbli jiġu għalihom huma, xorta rranġajna b’xi mod jew ieħor, anke bl-għajnuna ta’ Puttinu biex neħdulhom l-ordni aħna. F’dawn il-każijiet u fejn kien possibbli, kont hemm meta ġew jew ħadnielhom l-ordni.” Tixtieq li dawk li jixtru jissemmew b’xi mod meta tagħti l-profitti Staqsejtha wkoll dwar il-qligħ li qed tagħmel inġenerali, kif qed tikkalkulah u b’liema mod qed tgħaddi l-flus lil Puttinu. “Flimkien ma’ Rennie u Angele tal-Puttinu, ftehemna li nixtru l-ingredjenti li hemm bżonn biex il-prodott finali jkun tajjeb u mbagħad li jifdal imur għal Puttinu. Għadna lanqas tkellimna eżatt kif ser ngħaddilhom dawn il-flus għax tant kemm bdejt naħdem li bilkemm kelli ċans għall-ħajja tiegħi fl-ewwel ġimgħa. Suppost għandna nkunu aħjar fil-ġimgħat li ġejjin biex ikollna ċans naħsbu fuq hekk. Però, ommi qed iżżomm l-irċevuti, u lista ta’ kull ordni, inkluż min għamel l-ordni, ħalli kollox ikun ċar. Jien nixtieq li dawk li jixtru jissemmew b’xi mod meta nagħti l-profitti,” sostniet miegħi. B’kurżità fuqi ridt inkun naf għaliex għażlet lil Puttinu u mhux xi organizzazzjoni oħra. “Qisni fuqhom smajt ħafna u ħafna, u fuq oħrajn bilkemm smajt. U l-fatt li nisma’ kemm hi kiefra l-marda, iktar u iktar. Meta mort ir-Rainbow Ward u rajt ix-xogħol kbir li jagħmlu u ltqajt ma’ xi tfal ħriġt iktar sodisfatta li għażilt li ngħin lilhom,” stqarret b’tant determinazzjoni fuqha Emma. Għal dawk interessati li jaraw u jżuru l-paġna fuq Facebook ta’ Emma, jistgħu jidħlu fuq Emma’s Homemade Treats. Bħalissa hemm madwar 15,000 persuna li jaraw il-posts tagħha u hemm xi wħud minnhom għandhom iktar minn 27,000 view. Ridt inkun naf xi kemm iddum biex tipprepara kejk sħiħ. Fil-fatt, Emma weġbitni li ma tistax tikkalkula preċiż. “Lanqas naf, għax issa qed nipprepara numru ta’ kejkijiet fl-istess ħin għax qed inlaqqgħu l-istess ordnijiet flimkien għax hemm


27

08.12.2019

kullhadd.com

nies li ma jkollhomx bżonn l-ordni għal ġurnata partikolari u allura jkun iktar faċli għalina biex inqassmu x-xogħol aħjar.” Xorta qed tlaħħaq ma’ kollox għax qed tqassam il-ħin aħjar u taħli inqas ħin Domanda awtomatika li staqsejt lil Emma, kienet kif qed jirnexxilha tlaħħaq mal-kumplament li tirrikjedi l-iskola u pereżempju tattendi l-ballet wara l-ħin tal-iskola, u kemm tikkalkula li tiddedika ħin fil-kċina tad-dar. “Nagħmel iktar minn erba’ sigħat fil-kċina. Qabel immur l-iskola niżbarazza l-kamra u nagħmel is-sodda, nilbes, nieħu kolazzjon, nara li għandi l-ingredjenti kollha għall-ordnijiet li nkun ser nagħmel u naqra ftit. Xħin niġi mill-iskola niekol u nagħmel il-homework. Mużew immur isSibt u ballet qed immur darba fil-ġimgħa. Xorta qed inlaħħaq ma’ kollox għax qed inqassam il-ħin aħjar u naħli inqas ħin,” stqarret miegħi Emma. Mistoqsija jekk tgħallmitx tagħmel il-ħelu xi mkien par-

tikolari, Emma stqarret miegħi li missierha jsajjar huwa stess ħafna drabi, u ommha tagħmel il-ħelu. “Dejjem kont ninteressa ruħi u nkun irrid ngħinhom. Matul din l-aħħar sena kienu bdew jafdawni nagħmel il-ħelu waħdi, waqt li ħija kultant isajjar xi ħaġa hu. Ħafna drabi jien u ħija nagħmluh flimkien. Fil-fatt, il-ġimgħa li għaddiet għenni xi ftit fil-preparazzjonijiet, flimkien ma’ ommi u missieri. Teamwork ta’ vera. Mingħajr l-għajnuna tal-familja kollha ma kienx jirnexxili nlaħħaq ma’ daqshekk ordnijiet f ’ġimgħa,” stqarret miegħi. Fl-aħħar nett stedint lil Emma biex tgħaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gażżetta. “Grazzi tas-sapport li qed tagħtuni. Grazzi tal-kuraġġ kbir u talli fdajtuni. Grazzi talli tridu tgħinu daqshekk bil-qalb. Kellu bżonn fid-dinja jkun hemm iktar nies bħalkom biex nagħmlu differenza flimkien! Ftit jew ħafna, dak li qed nagħmlu flimkien qed nagħmluh bil-qalb! U fl-aħħar nett għal tfal bħali, follow your dreams,” temmet tgħid f ’din l-intervista Emma.


28

08.12.2019

kullhadd.com

Stejjer Qosra

MINN MARY CHETCUTI

IR-RAKKONT TA’ ANNI Anna, li kulħadd kien jafha bħala Anni, twieldet u trabbiet isSiġġiewi. Li kien għaliha kienet tkompli tgħix f ’dan ir-raħal tant kemm kienet tħobbu, iżda kollox inbidel meta jum fost l-oħrajn ġiet il-ħuttaba tħabbat għandhom biex tirranġalha żwieġ ma’ għażeb ta’ 27 sena. Tumas kien għamel tliet ġimgħat iterraq bejn il-Ħamrun u s-Siġġiewi wara li bennej minn dan ir-raħal li inzerta jafu talbu jgħinu jibdlu x-xorok tas-soqfa ta’ żewġ postijiet. Sidhom kien lest iħallas sew kemm–il darba jħaffulu x-xogħol ħa jfittex jerġa’ jikrihom. Sa minn qabel jibda jbexbex Tumas kien jerħilha bil-mixi mid-dar biex mad-daqq tal-Paternoster ikun ħdejn il-misraħ tal-Knisja ta’ San Nikola jistenna lil Kola l-bennej. Jum wara jum mit-Tnejn sasSibt Tumas kien jilmaħ din ix-xebba toħroġ minn trejqa u taqsam il-misraħ fid-direzzjoni tal-knisja biex tilħaq il-quddiesa. Ma kenitx taqla’ għajnejha millart. Meta Tumas staqsa lil Kola dwarha, dan qallu li kien jaf sew lil missierha u li kienu nies tal-affari tagħhom. Anni kienet xbejba ta’ 20 sena, irqiqa b’xagħarha qastni mimx-

ut lura u miġbur f ’qagħqa pulita fuq il-kozz ta’ għonqha. Dejjem liebsa sempliċi u nadif u qabel tidħol il-knisja tgħatti rasha b’velu iswed imberfel b’gallun irqiq tal-bizzilla. Tumas għoġbu dak li ra u staqsa lil Kola kienx jaf lil xi ħadd biex joħtobhielu. Anni ltaqgħet għall-ewwel darba

berikhom filwaqt li fakkarhom li bħala Nsara jridu jilqgħu dak kollu li jibgħatilhom Alla l-Imbierek tul dan iż-żwieġ. Wara trattament ta’ biskuttini u Rosolio fid-dar tal-ġenituri, Anni telqet bil-karozzin minn raħalha biex tibda ħajja ġdida ma’ żewġha ġewwa terran ċkejken fi

Imma Anni kienet bniedma li tadatta ruħha għas-sitwazzjoni. Barra minn hekk, Tumas kien jgħidilha biex ma tantx toqgħod tfettaq dwar dak li jgħidulha ommu u oħtu x-xebba

ma’ Tumas fil-preżenza ta’ missierha Nikola u ommha Ġużeppa. Tumas kien mistħi imma kif spjegatilhom Ġanna l-ħuttaba bieżel u jaħdem bħala manwal kull fejn isib ix-xogħol. Tumas ried xebba bilgħaqal għaż-żwieġ biex flimkien jagħmlu familja. Fil-bidu tas-sajf tal-1890, l-Arċipriet tal-Parroċċa għaqqad lil Anni u Tumas lil fiż-żwieġ,

Triq Azzopardi, il-Marsa. Ma kienx bidu faċli għal Anni. Ġirien ġodda ġo belt ġdida fejn ma taf lil ħadd. Omm Tumas ma tantx kienet tħarsilha bil-ħelu lanqas għax fiha kienet tara lil dik li ħaditilha ’l binha minn ma’ djulha. Imma Anni kienet bniedma li tadatta ruħha għas-sitwazzjoni. Barra minn hekk, Tumas kien

jgħidilha biex ma tantx toqgħod tfettaq dwar dak li jgħidulha ommu u oħtu x-xebba. Ftit xhur wara ż-żwieġ, Anni u Tumas kienu qed jistennew l-ewwel tarbija tagħhom. Kienu ferħanin se jtiru, għalkemm kultant Tumas kien jitħasseb ukoll. Ma setax jimmaġinah irabbi tarbija waħdu jekk Anni jmurilha xi ħaġa ħażin u tmutlu. L-inkwiet ta’ Anni kien li allaħares titlef it-tarbija jew tmutilha wara t-twelid. Kienet tisma’ ħafna stejjer ta’ ommijiet li wliedhom mitulhom bħal għasfur żgħir. Sadanittant, Tumas qabad jaħdem ma’ bennej li kellu biċċa xogħol ġmielha x-xatt biex jibnu żewġ imħażen għal wieħed sinjur importatur tal-faħam. Kien qed jaqla’ żewġ soldi mhux ħażin u kellhom biex jgħaddu sew. Anni kienet taf tmidd ftit idejha għall-ħjata u xtrat biċċtejn drapp tal-flanella biex tħit ħwejjeġ u braneż għat-tarbija. Omm Tumas tatha żewġ kutri tas-suf. Qaltilha li kienet ħadmithom hi meta kienet se tixtri l-ewwel tarbija tagħha imma llum għajnejha m’għadhomx li kienu biex taħdem bil-labar. Anni aċċettathom u rringrazzjatha: “Malta qatt ma rrifjutat qamħ,”

kienet tħobb tgħid. Ftit ġimgħat qabel għalqu sena miżżewġin Anni welldet tifel b’saħħtu bl-għajnuna ta’ Vanġiela l-qabla. L-għada għammduhulha fil-Knisja ta’ San Gejtanu, il-Ħamrun u semmewh Karmenu għal missier Tumas li kien mejjet. Vanġiela wrietha kif tgeżwer qlejba mat-tarbija qabel tlibbsu l-ħarqa tax-xugaman biex ma jkollux tixwit u ħafas. Għallmitha wkoll treddgħu filwaqt li wissietha biex ma toħroġx mill-bieb ’il barra biċ-ċkejken Nenu għax jgħajnuhulha. F’kemm trodd salib, Anni reġgħet qamet fuq saqajha tieħu ħsieb it-tarbija, tagħmel it-tindif u tħejji borma minestra għal żewġha u għaliha. Ftit xhur wara t-twelid tat-tifel, Tumas ma setax isib xogħol. Anni qaltlu li hi setgħet tgħin billi tibda tagħmel il-ħasliet u tillamta l-ħwejjeġ għan-nies. Dak ix-xogħol kienet tafu sew għax kienet tgħin lil ommha tagħmlu minn mindu kienet għadha nitfa. Ħadida tal-mogħdija kellha għax xtrathielha ommha għad-dota. Kulma kien jonqosha tagħmel iddawwar il-kelma li tieħu l-ħasliet. Lożor, investi u kwalunkwe bjankerija kienu fost l-aktar li bdew


29

08.12.2019

kullhadd.com

jagħtuha taħsel u tillamta. Il-kunjata ħaditilha liċ-ċkejken Nenu biex kif qaltilha hi ma jkollhiex xkiel ma’ saqajha hi u taħdem. Ġara li naqra naqra Nenu baqa’ jitrabba ma’ nanntu u zitu. Tumas u Anni spiċċaw kellhom imorru huma għand ixxiħa biex jaraw lil binhom. Ma setgħux jagħmlu mod ieħor. Tumas kien inixxef id-dinja biex isib biċċa xogħol; kienu għaddejjin minn żmien ħażin. Għall-inqas Anni baqgħet taħsel u tillamta. Sentejn wara l-ewwel tarbija Anni reġgħet ħarġet tqila. Tumas ried jagħmel xi ħaġa, ma jistax ikun jibqa’ f ’din is-sitwazzjoni waqt li l-familja tkompli tikber. Ried jarma bil-karozzin imma biex jixtrih u jarmalu bhima ma kellux flus. Anni ma ħasbithiex darbtejn, poġġietlu f ’idu l-ħajta deheb li kienet xtratilha ommha u qaltlu biex iħallas bihom għax hi ma tilbishomx. Dak id-deheb kien l-aħħar qatra ġid li kien fadlilhom. Ħabatlu tajjeb lil Tumas għax il-qligħ tal-flus hemm kien mad-dawra tal-Port il-Kbir fejn kienu jsorġu l-bastiment tal-qawwa navali Ingliża. Minn barklor sa tal- karozzin, kulħadd kien jaqla’ sold jew tnejn mal-baħrin li kienu jinżlu l-art għat-tbaħrit. Meta għalqilha ż-żmien Anni sejħet lil Vanġiela li għenitha twelled tifel ieħor. Anni riedet issemmih Nazzarenu b’ringrazzjament għal wegħda li għamlet u hekk kien. Ma setgħetx tkompli bir-ritmu ta’ qabel u kellha tnaqqas ħafna mill-ħasliet li kienet tagħmel għan-nies biex tkun tista’ tieħu ħsieb it-tarbija. Għall-inqas Tumas kien sejjer tajjeb bil-karozzin, avolja ġieli kważi ġie fl-idejn ma’ baħrin f ’sakra ma jarawx art li jibdew iqażżuha għax ma jkunux iridu jħallsuh. Imma din kienet parti mix-xogħol allura tgħaddi mal-oħrajn. Meta Nenu daħal l-ewwel darba l-iskola primarja tal-Ħamrun kien jum kbir għal Tumas u Anni. Telgħu kmieni filgħodu għand omm Tumas biex jarawh maħsul u mlibbes b’wiċċu sejru ma jafx eżattament x’inhu jiġri. Kemm kien ħelu. Anni u Tumas qatt ma rifsu ġo skola, imma b’daqshekk ma ridux li wliedhom jitilfu l-opportunità li jitgħallmu jiktbu u jaqraw. Iċ-ċkejken Nazzarenu jew Żaren kien kwiet fin-nieqa u hekk baqa’ anki meta telaq jimxi. Kien jintefa’ f ’rokna jilgħab bil-ballun taċ-ċarruta li ħititlu ommu u lilha jħalliha taħsel u tillamta sa ma’ jidlam. Tieqaf biss biex titimgħu u traqqdu qabel taqleb platt minestra għaliha u għal żewġha. Kienu mumenti ta’ diqa meta għal darbtejn Anni korriet tqala. Kienet qed taħdem bla waqfien u l-istrapazz għamel tiegħu. Lanqas kien faċli tinsa t-trabi li seta’ kellha; kienu s-sabar u ż-żmien

biss li fejquha mill-weġgħa f ’qalbha. Fit-tielet sena mis-seklu l-ġdid Tumas u Anni ferħu mhux ftit bil-wasla ta’ Madalena, l-ewwel tarbija tifla tagħhom. Erba’ snin warajha twildilhom Spiru li kellu jkun l-aħħar tarbija tagħhom. Għalkemm kien hemm differenza fl-età bejniethom, Spiru kien qisu d-dell t’oħtu Madalena għax kull fejn tmur hi tarah ifekren għal warajha. Madalena kienet qisha mara żgħira tħannen u tbewwes f ’ħuha ż-żgħir; ommha kellha rasha mistrieħa minnha li tieħu ħsiebu sew.

hemm kien. Kif kien il-Belt mar fl-uffiċċju tar-reklutaġġ u nkiteb bħala manwal kif għamel ħaddieħor. Niżel lura d-dar wara jum ieħor bla ma ra sold u kif poġġa

niggieżi għad-difiża – hekk qalulhom. Mal-bidu ta’ Settembru nġiebu minn żoni oħrajn tal-ġlied għadd kbir ta’ suldati Ingliżi, Franċiżi, Taljani u Serbi. Qalu li kienu qed

Niżel lura d-dar wara jum ieħor bla ma ra sold u kif poġġa mal-mejda ddeċieda li jgħid kollox lil Anni

*** Iż-żmien igerbeb għal kulħadd. Nenu daħal suldat mas-servizzi Ingliżi u kellu paga tajba; imma dak baqa’ jgħix ma’ nanntu u zitu. Dik il-ħabta l-affarijiet ma tantx kienu tajbin għall-gżejjer Maltin. Beda jberraq minn fuq il-kontinent u bdiet iddur xniegħa ta’ gwerra. Fis-sajf tal-1914 qam għagħa sħiħ għax il-Ġermanja u l-Awstrija invadew il-Belġu li kien pajjiż newtrali; dak li kulħadd kien qed jibża’ minnu sar realtà. Anni kellha ħabta li min-naqra titma’ familja. Hekk kif bdiet ittawwal il-gwerra fl-Ewropa l-qgħad f ’Malta beda jerfa’ rasu u l-ħajja għoliet mas-smewwiet. L-ewwel ma ħassew il-gidma talgħaks kienu l-familji li jaqilgħuha u jikluha – il-familji bi dħul żgħir jew bla dħul ta’ xejn. Tumas kien joħroġ minn sbieħ Alla bil-karozzin biex forsi jagħmel żewġ soldi xogħol imma spiss kien jidħol lura d-dar b’idu f ’idu. Anni kienet tħallilu nofs bettieħa biex jikolha ma’ nofs ħobża tar-ratal. In-nofs l-ieħor kienu jkunu kiluh hi u t-tnejn iż-żgħar għax Żaren issa kien intefa’ jgħin lil wieħed jgħidulu ċ-Ċnejs li kien barklor allura jaqsam biċċa ħobż miegħu. Darba fost l-oħrajn, Anni lanqas biex tixtri ħobża ma kellha. Sejħet lil Spiru, li issa kellu għaxar snin, u qaltlu biex imur sal-forn ta’ zitu Kelina u jitlobha ħobża. “Spiru ħi, għidilha li nħallasha għada imma llum m’għandix x’nitmagħkom.” Spiru tar qisu farfett għal għand iz-zija Kelin. Wara ftit ġie lura bla nifs u jdejh vojta, “Ma, iz-zija Kelin qaltli: ‘Għid lil ommok li jiena l-ħobż nagħmlu biex inbigħu mhux biex noqgħod inqassmu karità.” Dil-frażi taz-zija Kelina baqgħet fil-memorja ta’ Spiru speċjalment meta għadda ż-żmien u qabel mietet kitbet ġidha kollu lill-knisja biex tirbaħ il-Ġenna. Tumas beda jisma’ m’għand dak u m’għand l-ieħor li jekk trid taqla’ ftit flus sew tmur barra mal-militar Ingliż għax ix-xogħol

mal-mejda ddeċieda li jgħid kollox lil Anni. Bla tlaqliq qalilha li kien ħa jżarma l-karozzin għax sab il-bejgħ tiegħu. Ħallieha tistaqsih mela x’kien beħsiebu jagħmel u pront weġibha li kien għadu kemm inkiteb biex jitla’ Salonka fil-Greċja, mat-truppi Ingliżi. Qalb Anni għamlet tikk. Tumas kien qabeż il-50. Qalilha: “Jew hekk jew immutu bil-ġuħ, Ann.” Kienu sa jħallsuh 18–il rbiegħi kuljum, (ekwivalenti għal ċirka €0.30c) li żewġ terzi minnhom tmur tiġborhom hi kull ġimgħa mill-Belt. Għall-inqas, il-ħlas kien tajjeb imma dil-biċċa xogħol li ried imur fejn kien hemm il-ġlied inkwetatha ferm lil Anni. Tgħidlu x’tgħidlu, la Tumas ikun daħħal f ’rasu hekk ma għandekx mod kif iddawru lura. Fl-eqqel tas-sajf tal-1918, Tumas, bit-titlu ta’ Labourer 7133 tal-Malta Labour Corps, salpa ma’ Malti ieħor fuq biċċa tal-gwerra Ingliża lejn il-Maċedonja. Mal-wasla tagħhom hemmhekk ġew assenjati mal-British Salonika Forces, 22nd Division. Dil-art li ġew fuqha ma’ kienet xejn bħal Malta. Kienu stazzjonati fil-belt port jisimha Tessaloniki. Lanqas riedu jemmnu li jeżisti t-tip ta’ faqar li raw quddiem wiċċhom. Il-belt tant kienet primittiva li lanqas bżonnijiet bażiċi sanitarji ma kellha. Tista’ taħseb xi ntejjen u dbieben kellhom jissaportu. L-għada li waslu ttieħdu fuq karettuni misjuqa mill-bgħula lejn l-Għadira ta’ Doiran, qrib żona tal-ġlied. Tumas u rġiel oħrajn Maltin, Ċiprijotti, Griegi u Serbi tqabbdu jqattgħu l-blat biex titwitta triq fuq terren li kien selvaġġ u iebes. Taħt xemx tiżreġ jew xita qliel ħadmu bla waqfien fit-trab u t-tjun; kien hemm tbatija ħadra. Fi triqthom ’l hemm raw ħaddiema bħalhom jaħdmu b’għodod goffi biex jinbnew linji tal-ferrovija. L-aktar ħaġa li ħalliethom b’ħalqhom miftuħ kien ħajt enormi kollu kemm hu magħmul minn rombli ta’ wajer tal-ħadid

iħejju għal battalja qalila bħal dik tal-1917 kontra l-għadu Bulgaru. Sintendi, f ’dik id-data Tumas ma kienx hemm u ma setax ikun jaf x’ġara. Iżda min ra qallu li dakinhar l-Ingliżi qalgħu taptipa sew u l-mejtin u l-feruti kienu tal-biża’ tħares lejhom. Tumas tnikket u għall-ewwel darba għaddielu l-ħsieb li jista’ ma jmurx lura għand familtu. Bejn it-18 u d-19 ta’ Settembru 1918 seħħet it-tieni u l-aħħar battalja ta’ Doiran. Il-Bulgari attakkaw b’feroċiżmu liema bħalu minn punt vantaġġuż fuq l-għoljiet. Għamlu ħerba mit-truppi Ingliżi u l-alleati tagħhom. F’24 siegħa ntilfu eluf ta’ ħajjiet. Għal xiex? Għal feles art strateġiku qalb l-għoljiet. Imma Tumas ma rahiex din il-battalja li ġabet fi tmiemu l-ġlied fil-Maċedonja. Jumejn qabel kien ħassu ħażin u ħaduh l-infermerija. Beda jiddellirja bid-deni u jaqta’ d-demm mal-iskossi tas-sogħla. Maż-żerniq tat-18 ta’ Settembru Tumas ħa l-aħħar nifs ta’ ħajtu bla ma qatt ġie f ’sensih. Bħalu mietu ħafna oħrajn. It-tobba militari fit-Tessaloniki kienu ilhom mill-bidu tal-gwerra jikkumbattu mal-malarja, ferimenti, kankrena mill-ksieħ u mbagħad laħqithom l-imxija tal-influwenza Spanjola li mill-bidu tal-1918 kienet qed toqtol nies bħad-dubbien madwar id-dinja kollha. Fil-fatt sal-aħħar ta’ dik is-sena l-Ispanjola kienet qatlet aktar nies milli qatlet il-gwerra fl-erba’ snin li damet tkaxkar. Dan kollu Anni ma setgħetx tkun tafu. Kienet titlob lill-Madonna lejl u nhar biex iżżomm idejha fuq żewġha sakemm jiġi lura qawwi u sħiħ. Għodwa waħda ħabbat il-bieb u kif Anni marret tiftaħ sabet ma’ wiċċha żewġ suldati Maltin. Kif staqsewha x’kienet tiġi minn Tumas Mamo telgħetilha għoqla fi griżmejha għax setgħet tobsor x’kien ġej. Suldat minnhom qalilha li ngħataw ordni biex iwasslulha l-aħbar li żewġha miet f ’Salonka. Poġġielha ħames xelini f ’idejha

u qalilha li dak kien kumpens mingħand is-servizzi Ingliżi. Spjegalha li għax Tumas ma kienx suldat u lanqas miet fil-ġlied, il-familja tiegħu ma setgħet tieħu xejn aktar għajr dawk il-flus li kien għadu kemm newlilha. Lanqas qabar fuq xiex tibki lil żewġha ma kellha Anni. Imma bkietu fuq li bkietu u bkiet id-destin kiefer li mess lilha u lil uliedha. Issa la romlot riedet taħdem aktar minn qabel biex tgħajjex lil Madalena u Spiru li kienu żgħar wisq biex joħorġu jaħdmu. Bdiet tmur taħsel għand in-nies għal ftit soldi. Ma kellhiex għażla oħra bl-għaks li waqa’ fuq Malta. Imma l-ħmar il-magħkus idur għalih id-dubbien – hekk jgħidu u hekk hu. Wara ġurnata xogħol Anni marret lura d-dar għajjiena mejta. Kif daħlet intebħet li bintha ma sajret xejn għalihom u ma naddfitx; mhux soltu tagħha daqskemm kienet tifla bieżla. Sabet lil Madalena mixħuta fuq is-sodda wiċċa aħmar nirien u taħraq bid-deni. Anni ġġennet. Mill-ewwel intebħet x’kellha. L-influwenza Spanjola kienet laħqet lil Malta wkoll u kienet qed tħalli ħafna vittmi. Kura ma kienx hemm u għalxejn issejjaħ tabib għax jgħidlek ma jista’ jagħmel xejn. Jumejn wara mardilha Spiru. Għamel ġimgħa mitluf minn sensih sakemm niżillu d-deni. Għadu dgħajjef qam mis-sodda jsejjaħ lil oħtu Madalena. Kemm beka meta ommu qaltlu li l-imsejkna Madalena marret il-ġenna. Kellha 15–il sena biss. Imkissra mid-dulur Anni daret b’Żaren meta ċ-Ċnejs ġie bil-ġirja jsejħilha għax binha kien qabdu deni qawwi. Ta’ 22 sena kien jarmi s-saħħa imma lill-Ispanjola ma għelibhiex. *** Anni bdiet tmur tbigħ il-qagħaq ħdejn il-bieb tat-Tarzna biex tkompli trabbi lil Spiru. Kienet titfa’ qoffa mgħobbija qagħaq fuq rasha u terħilha bil-mixi mill-Marsa sa Bormla u lura. Batiet fuq li batiet imma l-importanti kien li Spiru trabba u mar l-iskola bħal ħutu. Binha ż-żgħir sar ġuvni u bħal missieru sab jaħdem ma’ bennej. Anni baqgħet taħdem sakemm saħħitha ma tathiex aktar. Bdiet tinsa affarijiet sempliċi; forsi moħħha beda jegħja wkoll. Meta bdiet tħawwad fil-kliem Spiru inkwieta għaliha. Ħadha għand tabib li għamlilha ftit mistoqsijiet imbagħad ħares lejn Spiru u xengel rasu: “Ommok qed tbati milliżmagar. Ikun aħjar għaliha u għalik jekk iddaħħalha l-isptar.” Kontra qalbu Spiru daħħal lil ommu ġewwa Frankuni. Fl-eqqel tat-Tieni Gwerra, Anni ħadet l-aħħar nifs tagħha f ’dan l-isptar.


30

08.12.2019

kullhadd.com

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


31

08.12.2019

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 306

S. RAPINETT - SAN ĠWANN

Bi 3 Numri 027 056 165 172 182 194 199 333 414 429 516 593 635 715

717 744 782 796 808 924 938 950 952 967 B’4 Numri 0229 0566 0890

0993 1011 1711 1712 2229 2790 2947 3227 3533 3879 4730 4750 4760 5232 5570

6483 6568 6693 8367 8843 8860 8884 9434 9527 9606 9713 9949 B’5 Numri 00213 13254

17323 21273 36302 39630 50223 58012 66073 66191 69367 72466 74853 80062 86800 89220 91309

94367 B’6 Numri 031142 403778 491178 561053 579484 656776 657560 662982 665158 744226 855759 933895

1. 4. 7,23. 9. 10. 12. 16. 18.

Mimdudin: Kompli l-qawl: Irfigħ ir-riħ ..... fil-qiegħ (5) Jidhru sew (4) Frott (6) Tarah fuq l-arloġġ (3) Nitilqu għal dejjem (6) Tal-mogħdija (6) Kunjom (3) The Wizard of..... (2)

19. 20. 21,24. 23. 24.

Ara 5 Ikel komuni? (5) Irranġali ħwejġi (8) Ara 7 Ara 21 mimduda

8. Dejjem irid jimxi ’l quddiem (9) 11. Ara 2 12,22. Mhux tajjeb (5) 13. Dipartiment tal-Informazzjoni Weqfin: (1,1,1) 1. Jillixxa l-ħitan 14. Magħruf dan (6) għal-lampa (6) 2,11. Laħam (5) 15. Avversarji (6) 3. Isem Għarbi (3) 17. Kantanta 5,19. Kbar? (6) Maltija (3) 6. Sezzjoni 21. Ben....... (3) fl-isptar (1,1,1) 22. Ara 12 wieqfa

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Werqa, 4.Idur, 7,15.Studenti, 9.Dab, 10.Bandli, 12.Apollo, 16,18.Titla, 19.Lad, 20.Benna, 21.BBC, 24.Arani

Weqfin: 1,17,23.Widnet il-Baħar, 2,12 W.Rabat, 3.USB, 5.Dud, 6.Rai, 8.Tajlandja, 11.AP, 13.Ole, 14.Olanda, 21.Bra, 22.CIA


32

08.12.2019

ŻIEDA BL-ELUF F’DAWK LI NQDEW MILL-BUSINESS 1ST

kullhadd.com

Fl-ewwel 10 xhur ta’ din is-sena kien hemm żieda ta’ 7,000 klijent li għamlu użu mill- Business 1ST. Dan ifisser li bejn Jannar u Ottubru ta’ 2019, il-Business 1ST laqa’ aktar minn 20,000 klijent fl-uffiċini. Matul dan iż-żmien il-Business 1ST assista, bil-mezzi kollha, kważi 38,000 klijent matul l-istess xhur tas-sena. Fl-2017 kienet saret riforma f ’dan l-uffiċċju li sar joint venture bejn il-Gvern u l-GRTU. Riżultat ta’ din ir-riforma il-ħidma u s-servizz li jiġi offrut komplew jikbru. Fil-fatt illum, Business 1ST jagħmel parti mis-servizz.gov peress li huwa meqjus bħala l-onestop-shop għan-negozji. Business 1ST joffri opportunitajiet lid-dipartimenti tal-Gvern biex joffru servizz ħolistiku mill-uffiċċju tal-Business 1ST biex b’hekk il-klijenti jiffrankaw ħafna ġiri u ħin meta jiġu biex jibdew negozju tagħhom. Barra minn hekk, il-Business 1ST joffri assistenza kontinwa lill-Gvern biex il-formoli tas-servizzi offruti jiġu disponibbli online. L-uffiċjali tal-Business 1ST

jgħinu lill-klijenti li jsibu diffikultà bis-servizzi online billi jispjegawlhom il-proċeduri u l-assistenza disponibbli. Illum, il-Business 1ST għandu l-aġenti tiegħu li jgħinu startups u intrapriżi japplikaw għal servizzi u inċentivi talGvern. Dawn jinkludu uffiċjali preżenti kuljum mill-Kummissarju tat-Taxxa; mill-Awtorità tat-Turiżmu u mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali. Dipartimenti oħra li jkunu preżenti darba fil-ġimgħa jinkludu d-Dwana, Identity Malta, Jobs Plus u l-Measures and Support Division. Barra minn hekk, il-Business 1ST għandu arranġamenti ma’ dipartimenti u entitajiet oħra li jkunu disponibbli skont il-bżonnijiet tal-klijent. Il-kwalità tas-servizz li llum il-ġurnata joffri Business 1ST ġie rikonnoxut f ’Settembru meta rċieva l-Quality Service Award, premju li ngħata lil tliet entitajiet biss mill-aġen ziji kollha tal-Gvern. Il-Quality Service Charter ġie ppubblikat u l-Business 1ST qed jimmoniterja s-servizz tal-livell offrut biex dan iżomm l-istandards li qed jiġu mwiegħda.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.