KTIEB ĠDID SE JAGĦTI LAT IEĦOR TAL-KONVOJ TA’ SANTA MARIJA Il-Ħadd, 9 ta’ Mejju, 2021
Ħarġa Nru 1,452
Prezz €1
Rapport f’paġna 10
IL-FESTIVAL LI SE JIBQA’ JĦADDAR Rapport f’paġna 8
GĦAFFIĠHA U QALAGĦHA MINGĦAND KULĦADD BERNARD GRECH REĠA’ WERA L-ĠUDIZZJU POLITIKU FQIR TIEGĦU, BIL-PN JIBQA’ MAQSUM B’KAP LI ĠIE KKRITIKAT MINN KULL FAZZJONI Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard metti li ħafna minnha ma kienet xejn fi żmien meta l-PN ftit li xejn għandu Grech spiċċa suġġett ta’ kritika interna għajr gidba. bżonn distrazzjonijiet pwerili. “Kien enormi wara li mhux biss ħassar laqgħa Fuq il-kumment li tella’ fuq Facebook żball strateġiku għal Grech li sejjaħ tal-eżekuttiv, li ħabbar b’tant pompa fuq biex jgħid li jrid l-għaqda fil-Partit, Ber- laqgħa tal-Eżekuttiv meta seta’ sabFacebook u bi stqarrija uffiċjali tal-Par- nard Grech spiċċa bin-Nazzjonalisti bat saqajh aktar qabel,” kiteb Santit, iżda wara li ħassarha spiċċa qalagħha akkaniti jgħidulu li mhux qed imexxi, sone, li nnota kif l-istqarrija li ħarġet mingħand il-fazzjonijiet kollha fil-Partit. imma jmexxuh. Oħrajn qalulu kif, bil- il-Ħamis filgħaxija turi kif waħda Minn tagħrif, li għandha l-KullĦadd, mod kif mexa, mar lura minn kelmtu, mill-allegazzjonijiet ewlenin fil-konjirriżulta li dawk tal-fazzjoni li imbotta- waqt li kien hemm min tah il-parir li, front ta’ Delia issa ġiet irtirata. tu fit-tmun qegħdin jerġgħu jqaj Kien aktar skjett Albert Gaumu dubji kbar dwar il-ħiliet tiegħu ci Cunningham, Editur tal-Ilbiex imexxi. Min-naħa l-oħra, dawk lum, li qal: “Eh tajjeb ukoll! Mela li ġejjin mill-fazzjoni tal-Eks Kap x’neħħewh jagħmlu minn Kap lil Adrian Delia llum għandhom arguDelia?” Hu żied li jekk “biċċa jew menti b’saħħithom x’jagħmlu meta parti milli ntqal qabel l-elezzjoni qed jgħidu li l-Kap tagħhom tneħħa għall-Kap tal-PN kienet gidba, jew L-unika deċiżjoni li ħa kienet fuq gidba. Saħansitra bdew isostnu invenzjoni totali jew esaġerazzjoni, li jsejjaħ laqgħa tal-Eżekuttiv li mela this is a huge victory for Delia.” li, bl-iżviluppi ta’ din il-ġimgħa, Bernard Grech hu kap illeġittimu. Jirriżulta li strateġisti tal-PN spiċċa kellu jħassarha Dan qed jintqal wara li Jason Azstess ukoll indikaw ċar lil Bernard zopardi ammetta li gideb fuq l-Eks Grech li kien wasal iż-żmien li Kap, li ftit tax-xhur ilu tneħħa biex min- kieku ried ikun kredibbli, kellu jeħles jeħles minn Jason Azzopardi, mhux biss floku laħaq Grech. minnhom it-tnejn. minħabba l-każ ta’ din il-ġimgħa, iżda Azzopardi kien qed juża l-pożizzjoni Fl-istess ħin osservaturi politiċi indip- wkoll għax meta attakka bir-rigali, sar tiegħu ta’ avukat fil-każ ta’ Daphne Caru- endenti u ta’ esperjenza wkoll spiċċaw magħruf li hu ħa r-rigali wkoll u li din ana Galizia biex imur għand ġurnalisti jiddubitaw bil-kbir mill-ġudizzju politiku ma kinitx l-ewwel darba li l-allegazzjoniu jagħtihom l-impressjoni li għandu in- tal-Kap tal-Oppożizzjoni. jiet tiegħu rriżultaw biss bħala gideb. formazzjoni soda. Dik l-informazzjoni Il-ġurnalist Kurt Sansone mill-MalMinkejja dan, Grech wieġeb li ma sembagħad ġiet ippubblikata sakemm taToday kiteb kif dak li ġara f’nofs din tax jieħu passi għax inkella jispiċċa jtir il-Ħamis li għadda Azzopardi kellu jam- il-ġimgħa espona d-dgħufija ta’ Grech hu. U għalhekk kollox baqa’ kif kien.
02
09.05.2021
DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 25°C L-Inqas Temperatura: 16°C L-Indiċi UV: 9 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni għolja ser tiksi ċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Xemxi Ir-Riħ: Ħafif mix-Xlokk Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Baxx mill-Majjistral li jsir ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 18°C
KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
24°C UV 10
KUNTATT ĠENERALI
17°C
Il-Ħamis
23°C UV 11
15°C
Il-Ġimgħa
22°C UV 11
15°C
Is-Sibt
KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI
22°C UV 11
KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
15°C
23°C UV 11
16°C
24°C UV7
16°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Regent Pharmacy, 70, Triq Merkanti, Il-Belt Valletta – 21245135 St. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappillan Mifsud, Il-Ħamrun – 21234570 Fatima Pharmacy, 82, Triq il-Ferrovija, Santa Venera – 21482856 Collis Williams - St. Mark’s Pharmacy, Triq P. Borg Olivier k/m Triq Gianni Vella, Is-Swatar – 21440790 St. Matthew’s Pharmacy, Triq ix-Xatt, Il-Gżira – 21311797 Spiżerija Kappara, Żbibu Lane, San Ġwann – 21381177 Stella Maris Pharmacy, 34, Triq Milner, Tas-Sliema – 21335217 Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Ħal Balzan – 21444035 Mġarr Pharmacy, Triq il-Kbira k/m Triq Vitale, L-Imġarr – 21577784 Brown’s Village Pharmacy, Triq il-Kbira, Il-Mellieħa – 21523536 Sta. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija – 21890111 Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla – 21824720 St. Elias Pharmacy Triq San Elija, Ix-Xgħajra – 21660300 Blossoms Pharmacy, Triq il-Gurgier, Birżebbuġa – 21652226 Prestige Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Ħal Kirkop – 21641328 Spiżerija Ħal Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Ħaż-Żebbuġ – 21461693 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479 Għawdex Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Il-Fontana – 21566979 Sokkors Pharmacy, Triq San Girgor, Kerċem – 21553018 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
03
09.05.2021
MALTA TIBQA’ L-FAVORITA LI TIRBAĦ IL-EUROVISION
Pajjiżna għadu l-favorit li jirbaħ il-festival tal-Eurovision ta’ din is-sena f’Rotterdam, l-Olanda, fejn se nkunu rappreżentati minn Destiny u l-kanzunetta tagħha Je Me Casse. Skont is-sit eurovisionworld.com, sal-bieraħ, il-bookmakers kollha kienu qed ipoġġu lil Malta bl-akbar possibbiltajiet li tirbaħ l-ispettaklu internazzjonali segwit kull sena minn miljuni madwar id-dinja. 18-il bookmaker jagħtu lil Destiny l-akbar ċans (20%) li tirbaħ il-finali tat22 ta’ Mejju li ġej kontra 38 parteċipant ieħor minn daqstant pajjiżi. L-eqreb kompetituri tagħna huma Franza (15%) bil-kantanta Barbara Pravi u l-kanzunetta Voilà, l-Iżvizzera (12%) b’Tout l’Univers minn Gjon’s Tears u l-Italja (10%) b’Zitti e Buoni minn Maneskin. Nhar il-Ġimgħa wkoll sar magħruf li Malta rebħet il-vot tan-network internazzjonali ta’ 43 fan club uffiċjali tal-Eurovision, OGAE, fejn aktar minn 3,500 ħa sehem fi stħarriġ li wkoll għażel lil Destiny bħala l-aħjar għażla tal-festival
din is-sena. Sadanittant, b’ritratt fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook, ilbieraħ filgħodu Destiny ħabbret li ħalliet il-pajjiż għall-Olanda. L-ewwel impenn tagħha se jkun proprju llum bi provi fuq il-palk tal-Ahoy Arena li se tospita l-festival. Fl-istess post kien ittella’, fost oħrajn, il-Junior Eurovision Song Contest fl2007. Destiny se tkanta Je Me Casse fl-ewwel semifinali li se ssir it-Tlieta 18 ta’ Mejju, waqt li t-tieni semifinali ssir jumejn wara. 26 pajjiż se jikkompetu fis-serata finali – 10 minn kull semifinali, il-pajjiż li qed jorganizza l-ispettaklu (l-Olanda) u l-ħamsa “l-kbar” (Franza, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja u r-Renju Unit). Il-belt ta’ Rotterdam kellha torganizza l-festival is-sena li għaddiet qabel dan tħassar minħabba l-imxija tal-pandemija tal-COVID-19. Erba’ preżentaturi, fil-maġġoranza nisa, se jmexxu d-divertiment fost il-kompetizzjoni ħarxa tal65 edizzjoni tal-festival.
04
09.05.2021
FIDUĊJA LI T-TURISTI INGLIŻI SE L-awtoritajiet lokali huma mill-aktar fiduċjużi li l-aċċess għat-turisti Ingliżi biex iżuru pajjiżna mill-1 ta’ Ġunju li ġej se jilħaq ikun faċilitat mill-awtoritajiet Brittaniċi. Dan minkejja li nhar il-Ġimgħa l-Gvern Ingliż ma inkludiex lil Malta fl-ewwel “lista ħadra” tiegħu ta’ pajjiżi fejn l-Ingliżi jistgħu jsiefru b’mod sigur u bl-inqas miżuri possibbli meta jirritornaw. Sorsi qrib l-awtoritajiet tat-turiżmu stqarrew malKullĦadd li għadhom għaddejjin taħditiet bilaterali mar-Renju Unit biex ikun assigurat li Malta tkun fuq dik il-lista malajr kemm jista’ jkun qabel niftħu s-safar għall-barranin mix-xahar id-dieħel. Illum il-Ġermanja wkoll mistennija tiddikjara li Malta hi fost numru żgħir ta’ pajjiżi siguri fejn iċ-ċittadini tagħha se jkunu jistgħu jivvjaġġaw għallvaganzi tagħhom. F’konferenza tal-aħbarijiet, li tmexxiet mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mit-trasport fir-Renju Unit, Grant Shapps, ilbiraħtlula ġiet żvelata l-lista ta’ 12-il pajjiż li dawk li jsiefru lejhom mhux se jkollhom għal xiex joqogħdu fi kwarantina wara u jeħtieġu jagħmlu biss swab test sat-tieni jum mill-wasla tagħhom. L-Ingliżi mhux se jkunu permessi li jsiefru għall-vaganzi qabel is-17 ta’ Mejju li ġej, waqt li l-Iskozja, Wales u l-Irlanda ta’ Fuq għadhom iridu jħabbru meta se jnaqqsu r-restrizzjonijiet tagħhom għall-ivvjaġġar. S’issa, għall-Ingliżi, pajjiżna għadu fuq il-lista oranġjo, li jfisser li persuna jkollha toqgħod fi kwarantina ta’ għaxart ijiem f’darha wara vaganza f’Malta, bil-possibbiltà li toħroġ wara test fil-ħames ġurnata. Minkejja dan, xorta jrid isir l-ewwel test sa jumejn wara u ieħor fit-tmien ġurnata wara li tispiċċa l-vaganza. Dawk fil-lista l-ħamra għandhom restrizzjonijiet aktar ħorox u, iżjed mill-kategoriji l-oħrajn, vjaġġaturi jridu bilfors joqogħdu kwarantina t’għaxart ijiem f’lukanda apposta magħżula mill-Gvern qabel imorru f’darhom u jħallsu tal-ispiża. It-tħabbira tal-Ġimgħa wasslet għal diżappunt fost ħafna Ingliżi, li għal diversi snin qiesu lil pajjiżna bħala waħda middestinazzjonijiet favoriti għal diversi raġunijiet. Il-kwarantina hi l-aktar miżura li jixtiequ jevitaw il-vjaġġaturi kollha madwar id-dinja, ilkoll anzjużi li jieħdu vaganza kif jixraq u fil-jiem li għaddew il-Gvern ħabbar li kien qed jaħdem fuq ċertifikat
L-awtoritajiet Maltin għandhom fiduċja qawwija li t-turisti Ingliżi se jitħallew jivvjaġġaw lejn pajjiżna mill-bidu tax-xahar id-dieħel mingħajr il-bżonn ta’ kwarantina meta jirritornaw f’arthom
tal-vaċċin li jkun rikonoxxut għal vjaġġar iżjed faċli bejn Malta u r-Renju Unit. Sa aktar kmieni din ilġimgħa, pajjiżna kien qed jissemma fost l-ewwel pajjiżi li kellhom ikunu fuq “il-lista l-ħadra”, flimkien ma’ Iżrael, l-Istati Uniti tal-Amerka, l-Irlanda, l-Iżlanda, Ġibiltà, l-Awstralja u New Zealand. Minflok il-lista mħabbra minn Shapps tinkludi lill-Awstralja, Singapore, New Zealand, Iżrael, il-Brunei, l-Iżlanda, il-Gżejjer Faroe, Ġibiltà, il-Gżejjer Falkland u l-Portugall, inklużi l-Gżejjer Azores u Madeira. “Sakemm is-sitwazzjoni tal-pandemija f’pajjiżna tibqa’ miexja fl-istess triq, għandna fiduċja kbira li naslu. It-taħditiet mar-Renju Unit għadhom għaddejjin biex naċċertaw irwieħna li Malta tkun fuq il-lista l-ħadra tal-akbar suq turistiku tagħna,” tennew is-sorsi, b’refe renza għall-ġimgħat kruċjali li fadal biex nilqgħu l-ewwel turisti u s-suċċess li ngawdu fittilqim kontra l-COVID-19, anke aħjar minn dak tar-Renju Unit innifsu. Grazzi għal dawn ir-riżultati u tnaqqis drastiku fl-infezzjonijiet, għada l-Ġermanja wkoll
mistennija tħabbar li hu sigur biex isir vjaġġar lejn pajjiżna u l-Portugall. B’din id-deċiżjoni, turisti Ġermaniżi mhux se jkollhom għal xiex joqogħdu fi kwarantina wara li jiġu fostna. Bħall-Ingliżi, il-Ġermaniżi għandhom sehem kbir fl-industrija turistika f’pajjiżna. Nhar il-Ħamis l-awtoritajiet tas-saħħa Maltin ukoll ħabbru pjan ta’ tnaqqis ta’ miżuri li jibda minn għada u jissokta salaħħar ta’ Ġunju, fosthom il-ftuħ mill-ġdid tar-restoranti, teatri u ċinema, attivitajiet sportivi u żieda fl-għadd ta’ ġemgħat fil-pubbliku. Meta kien qed iħabbar dawn il-miżuri, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ttratta wkoll dak li hu mistenni minn turisti li se jżuruna. Hu ħabbar li mill-1 ta’ Ġunju, persuni li ġejjin f’pajjiżna se jkunu mitluba jippreżentaw iċ-ċertifikat tal-vaċċin jew riżultat negattiv ta’ swab test qabel ma jitilgħu abbord l-ajruplan. F’każ li wieħed minn dawn ma jkunux ippreżentati, il-passiġġier ma jitħalliex jiġi Malta. Dwar vjaġġar minn Maltin lejn pajjiżi oħrajn, id-Deputat Prim Ministru sostna li sal-aħħar ta’ dan ix-xahar
Ċipru għażlet li tibda ttir lejn Malta hu tassew inkoraġġanti għal iżjed koperazzjoni fix-xhur li ġejjin,” qal il-Ministru għatTuriżmu Clayton Bartolo. Fil-ġimgħat li għaddew ukoll tħabbru iżjed linji li se jkunu qed itiru lejn pajjiżna fiż-żmien li ġej, fosthom mill-Air France nhar ta’ Tnejn u Ġimgħa mill-Ajruport prinċipali ta’ Charles de Gaulle. Rapport fil-midja internazzCyprus Airways u linji ġodda jonali wkoll qalu li l-linja Russa Din il-ġimgħa wkoll tħabbar li Aeroflot se tibda ttir darbtejn l-linja nazzjonali tal-ajru Ċipri- fil-ġimgħa lejn Malta mill-ajrujotta, Cyprus Airways, se tibda port f’Moska, Sheremetyevo. ttir lejn pajjiżna għall-ewwel Linji li jridu darba mis-27 ta’ Ġunju. Il-linja, li se tibda ttir darbte- jistabbilixxu f’Malta jn fil-ġimgħa – nhar t’Erbgħa u Ħadd – mill-ajruport ta’ Lar- Fi żvilupp ieħor li għandu jtej naca sal-aħħar t’Ottubru, ukoll jeb il-konnettività ta’ pajjiżna, toffri konnessjonijiet oħrajn fl-aħħar ġimgħat ġie żvelat kif lejn Thessaloniki, Heraklion, għadd ta’ linji tal-ajru bdew Skiathos, Preveza, Ruma, Vero- proċeduri biex jittrasferixxu na, Prague, Moska, San Pietru- l-attività tan-negozju tagħhom burgu, Kiev, Odessa, Tel Aviv u kollha f’pajjiżna. Fl-aħħar t’April li għadda, din Bejrut. “Il-konnettività bl-ajru hi il-gazzetta żvelat kif l-awtorita kruċjali għal gżejjer żgħar bħal jiet lokali għandhom qud Malta u Ċipru. L-ekonomiji diemhom 16-il applikazzjoni tagħna jiddependu fuq trasport għal Ċertifikat ta’ Operatur affidabbli lejn destinazzjoni- tal-Ajru (AOC) minn linji tal-ajjiet ekonomikament fattibbli. ru barranin li jixtiequ jirriloL-aħbar li l-linja nazzjonali ta’ kaw il-bażi u l-ħidma tagħhom se jibda jinħareġ iċ-ċertifikat tal-vaċċin ħalli dawn ikunu jistgħu jsiefru u jidħlu lura Malta mingħajr restrizzjonijiet. Hu stqarr ukoll li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet interni dwar l-użu taċ-ċertifikat tal-vaċċin f’pajjiżna stess, la darba jinfetħu attivitajiet li jlaqqgħu flimkien numru kbir ta’ nies, meta jkunu permessi.
05
09.05.2021
JIĠU MINN ĠUNJU COVID-19: Tibdil fil-miżuri lokali* MEJJU
10
- sal-17:00 ir-restoranti jistgħu jerġgħu jilqgħu l-klijenti ġewwa sa 4 persuni kull mejda - jista’ jerġa’ jibda t-taħriġ u l-isport, tagħlim tal-arti u lezzjonijiet tal-MUSEUM - titneħħa r-restrizzjoni fuq vjaġġar lejn Għawdex - se jkun permissibbli li tal-monti jerġgħu jibdew jarmaw fl-ibliet u l-irħula - jista’ jsir sports bla kuntatt
MEJJU
17 MEJJU
24
- se jkunu permessi aktar viżitaturi u żjarat itwal fid-djar tal-anzjani (aktar dettalji jitħabbru fil-jiem li ġejjin)
- il-ftuħ tar-restoranti u snack bars jiġi estiż sa nofsillejl - pixxini jistgħu jerġgħu jiftħu sat-20:00 - gyms u ċentri tal-fitness jistgħu jiftħu - se jerġgħu jiftħu ċ-ċentri ta’ matul il-jum - jista’ jkompli t-taħriġ fl-isports ta’ kuntatt għal dawk minn 17-il sena ’l fuq
kompletament f’pajjiżna. Erba’ kumpaniji ta’ taħriġ ukoll qed jitolbu li tinħarġilhom il-liċenzja meħtieġa bħala operaturi Maltin (AOL). Id-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili (CAD) fi ħdan Transport Malta (TM) ikkonferma malKullĦadd li dan l-interess internazzjonali fis-settur lokali hu riżultat tar-reputazzjoni u s-suċċess miksub fl-aħħar sitt snin, inkluż f’oqsma li sa ftit ilu pajjiżna lanqas biss seta’ jikkunsidrahom. L-aħbar segwiet dik ta’ żewġ linji tal-ajru Ingliżi – Titan Airways u Jota Aviation – li qalu pubblikament li qed jistennew lill-awtoritajiet Maltin biex jirrilokaw f’pajjiżna minħabba l-“burokrazija żejda” li qed tifgahom b’riżultat tal-proċess ta’ Brexit. Skonthom, ir-regoli l-ġodda li ġew imposti fuq linji tal-ajru Brittaniċi wasslu għal telf kbir ta’ klijenti, li jlaħħaq mas-70% tan-negozju kollu tagħhom. Ġie rrapportat ukoll kif ilkumpanija VistaJet, li diġà hi stabbilita f’Malta, se tkun qed tkabbar il-flotta tagħha għal 90 ajruplan sa sentejn oħra, b’riżultat ta’ domanda akbar fisservizzi speċjalizzati tagħha li kellha tul il-pandemija.
- kompetizzjonijiet fl-isports bla kuntatt se jkomplu mingħajr spettaturi
ĠUNJU
1 ĠUNJU
7
- tiġijiet jistgħu jsiru sa 100 persuna fuq ġewwa u 300 persuna fuq barra - l-iskejjel tal-Ingliż jistgħu jiftħu għal tagħlim tal-istudenti fil-klassijiet
- l-għadd ta’ persuni permissibbli fuq l-istess mejda f’restoranti u snack bars se jiżdied minn 4 għal 6 - teatri u ċinema jistgħu jerġgħu jiftħu - barijiet u każini jistgħu jerġgħu jiftħu sa nofsillejl bi klijenti bilqiegħda biss - jistgħu jiftħu stabbilimenti tal-logħob - ikompli sports ta’ kuntatt u kompetizzjonijiet għal sports tat-timijiet għal persuni ta’ 17-il sena ’l fuq, bla spettaturi - jistgħu jiltaqgħu gruppi ta’ 6 fil-pubbliku
ĠUNJU
28
- jista’ jerġa’ jibda jsir sports ta’ kuntatt għal dawk iżgħar minn 17-il sena - tiftaħ SkolaSajf
*il-miżuri jiġu adottati sakemm iċ-ċirkostanzi tal-pandemija jippermettu
KIRI TA’ BAR – KAŻIN PL KIRKOP Il-Kumitat taċ-Ċentru Laburista ta’ Ħal Kirkop javża li qed jilqa’ l-offerti għat-tħaddim tal-Bar tal-istess lokal sa mhux aktar tard mill-Erbgħa 19 ta’ Mejju 2021, fil-5.00 p.m. L-offerti u l-kundizzjonijiet jistgħu jinġabru mis-Segretarjat tal-Partit Laburista, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, fil-Ħamrun, mill-Erbgħa 12 ta’ Mejju bejn id-9.00 a.m. u s-7.30 p.m. Il-Kumitat iżomm id-dritt li jirrifjuta kull offerta anke l-aktar waħda vantaġġuża.
07
09.05.2021
IS-SOĊJAL FL-AĠENDA EWROPEA Il-Prim Ministru Robert Abela saħaq dwar l-importanza tat-tilqim biex tkompli tiġi miġġielda l-pandemija talCOVID-19, filwaqt li rrikonox xa l-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea fl-akkwist tal-vaċċini għall-istati membri. Hu tenna li l-prevedibbiltà tal-konsenji talvaċċin, kemm fl-immedjat kif ukoll fil-futur, jibqa’ fattur importanti ħafna fil-ġlieda kontra l-pandemija. Dr Abela, li ħa sehem b’mod virtwali f’jumejn ta’ diskussjonijiet għal laqgħa informali bejn il-mexxejja Ewropej f’Porto, fil-Portugall, tenna li jeħtieġ li l-pajjiżi jkollhom għad-dispo żizzjoni tagħhom l-għodda ne ċessarja biex jipproteġu liċ-ċittadini. F’dan l-ispirtu, il-Prim Minis tru saħaq li għandna nappoġ ġjaw ukoll pajjiżi terzi biex isaħħu l-infrastruttura tal-ittestjar tal-COVID-19 u nassistuhom jiksbu l-vaċċin anke billi naraw x’hemm bżonn isir biex tiġi aċċellerata l-produzzjoni. Dan anke biex l-UE tkompli tonora r-responsabbiltà globa-
li tagħha u tippriserva r-rwol ewlieni tagħha fil-ġlieda kontra l-pandemija. Il-Prim Ministru qal ukoll li ċ-Ċertifikat Diġitali Aħdar hu għodda importanti għallistaġun tas-sajf, partikolarment għal pajjiżi bħal Malta li jiddependu fuq il-moviment ħieles tal-persuni. Hu spjega li f’qasir żmien, Malta se tkun qiegħda tintroduċi ċ-ċertifikati tal-vaċċin biex jiffaċilitaw aktar l-ivvjaġġar u li bħala pajjiż nistgħu nservu ta’ proġett pilota
għaċ-Ċertifikat Diġitali Aħdar tal-UE. Maċ-ċertifikati, importanti li jibqgħu miżuri ta’ ttestjar għal persuni li għadhom ma ħadux it-tilqima kontra l-COVID-19, saħaq Dr Abela. Fid-diskussjoni fuq ir-relaz zjoni bejn l-UE u l-Indja, ilPrim Ministru spjega li Malta tappoġġja bis-sħiħ is-sħubija strateġika li hi mmirata biex ittejjeb ir-rabtiet bilaterali, kummerċjali u l-koperazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni, kif previst fid-Dikjarazzjoni
Konġunta li ġiet addottata waqt il-laqgħa. Dr Abela esprima solidarjetà mal-Prim Ministru Indjan Narendra Modi li ngħaqad b’mod virtwali għal-laqgħa, filwaqt li tenna l-appoġġ ta’ Malta, li anke jekk b’donazzjoni żgħira ta’ magni tal-ossiġnu, se tibqa’ tgħin lill-Indja kif tista’ fis-sitwazzjoni devastanti li esperjenzat fl-aħħar ġimgħat. Fil-laqgħa tal-bieraħ il-mex xejja Ewropej addottaw id-Dikjarazzjoni ta’ Porto li telenka l-viżjoni tal-UE biex tissaħħaħ
soċjalment, anke permezz ta’ investimenti f’oqsma diġita li, ambjentali u permezz ta’ tranżizzjoni ġusta għall-UE. Dwar dan il-Prim Ministru Abela sostna li hu kruċjali li filwaqt li l-UE tindirizza r-real tajiet preżenti, tirrifletti fuq il-prijoritajiet futuri u esprima l-ħsieb li l-Unjoni għandha tiġġieled għall-ugwaljanza, l-inklussività u soċjetà ġusta għal kulħadd. Hu qal li l-Unjoni trid tiffoka fuq l-iżvilupp ta’ għodod bżonjużi għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, filwaqt li rrefera għas-suċċess li kiseb il-Gvern Malti b’diversi prog rammi ta’ tagħlim tul il-ħajja u investiment fil-kapital uman, liema programmi l-Gvern impenjat li jkompli jippromwovi fl-għaxar snin li ġejjin. Il-Prim Ministru kkonkluda b’enfasi fuq il-bżonn li l-UE ssaħħaħ il-ħidma tagħha biex aktar ċittadini jiġu elevati millfaqar u qal li għandu jiġi assigurat li t-tkabbir ekonomiku verament iwassal għal titjib fil-kwalità tal-ħajja u f’opportunitajiet indaqs għal kulħadd.
08
09.05.2021
IL-FESTIVAL LI SE JIBQA’ JĦADDAR Il-Valletta Green Festival – l-avveniment annwali sinonimu mal-kalendarju kulturali Malti – fetaħ nhar il-Ġimgħa li għadda fl-akbar edizzjoni tiegħu, b’eluf ta’ siġar u pjanti jsebbħu minn Bieb il-Belt sa Pjazza San Ġorġ, fejn se jkunu qed isiru l-attivitajiet ewlenin. L-ispettaklu mlewwen se jibqa’ għaddej sa nhar it-Tlieta li ġej, 11 ta’ Mejju, għalkemm kwart minn dak espost se jibqa’ jħaddar il-kapitali b’mod permanenti. L-infjorata ta’ din is-sena, li ġiet iddisinjata mill-artist lokali Zack Ritchie, turi fekruna kkulurita ispirata mit-tema tal-European Green Week ta’ din is-sena, ‘Zero Pollution’. Dawk kollha li qed jidħlu l-Belt qed jintlaqgħu minn ġnien temporanju ispirat mill-ġonna formali tal-passat fi Pjazza Ħelsien, quddiem il-Parlament. Din l-installazzjoni ta’ Bieb il-Belt għandha arranġament klassiku li jikkumplimenta l-arkitettura eleganti tal-kapitali u ġiet mibnija bl-użu ta’ injam użat, xhieda li l-materjali abbandunati jistgħu wkoll jiġu riċiklati u jingħataw ħajja u skop ġdid. Siġar indiġeni fosthom tal-Prinjol, Riħan u Rand qed iżejnu Pjazza De Valette. 100 siġra taċ-Ċipress qegħdin tul Triq ir-Repubblika, Pjazza Repubblika u Pjazza San Ġorġ, b’siġar tal-lumi u l-larinġ fi Pjazza l-Assedju l-Kbir. Bħala parti mill-festival, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi pproduċiet doqqajs (kaxxa tan-naħal) magħmula fi struttura b’injam tal-baħar fi Pjazza San Ġorġ. L-għan
tal-installazzjoni huwa li tenfasizza l-importanza tal-pollinazzjoni għall-bijodiversità u kif it-tniġġis jaffettwa dan il-proċess. Wieħed jista’ jżur ukoll il-ġnien tal-Valletta Design Cluster li hu parti ewlenija tal-proġett ta’ riġenerazzjoni urbana li l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta wettqet fl-Eks Biċċerija, fiż-żona tal-Baviera. Dan il-ġnien hu aċċessibbli permezz ta’ lift li jgħaqqad l-ispazju mal-pjan terran mal-bitħa ċentrali tal-Valletta Design Cluster u hu miftuħ għall-pubbliku kuljum mit-8:00 a.m. sas6:00 p.m. Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera tenna li l-festival hu parti mill-viżjoni tal-Gvern li jintroduċi aktar tħaddir urban u għaldaqstant parti mis-siġar u l-arbuxelli li qed jintużaw se jitħallew b’mod permanenti biex ikomplu jħaddru l-Belt Valletta. Jason Micallef, Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, li hi responsabbli mill-Valletta Green Festival fost oħrajn, tenna li din l-akbar edizzjoni se tħalli warajha legat ta’ 25% f ’dak li għandu x’jaqsam mat-tħaddir urban tal-Belt Valletta. Min-naħa tagħha, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli qalet li, permezz tal-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u Parks Malta, qed jiġi offrut tagħrif fi stands apposta fi spazju kreattiv biex il-viżitaturi jifhmu aħjar il-ħidma li qed issir għas-sostenibbiltà ta’ pajjiżna.
09
09.05.2021
€12M F’TISBIĦ TA’ OQSMA TAD-DJAR F’24 LOKALITÀ Sa din is-sena l-Gvern se jkun nefaq aktar minn €12-il miljun f’tisbiħ u żamma ta’ blokok f’oqsma tad-djar f’24 lokalità differenti mill-bidu tal-leġiżlatura. 40 minn dawn il-blokok f’sitta mil-lokalitajiet se jiġu msebbħin din is-sena hekk kif ġie allokat baġit ta’ €2.5 miljun oħra. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes ħabbar kif bħala parti minn programm ħolistiku biex jingħata nifs ġdid lill-housing eżistenti, din is-sena ġiet allokata somma oħra abbundanti għal xogħlijiet li minnhom se jgawdu madwar 450 familja. Sas-sena li għaddiet ġew investiti €9,639,200 għal xogħlijiet li minnhom gawdew aktar minn 1,760 familja li jgħixu fi blokok fil-Ħamrun, Ħal Lija, il-Mellieħa, Santa Luċija, Pembroke, is-Siġġiewi, Birkirkara, San Ġwann, Ħal Qormi, il-Kalkara, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, in-Naxxar, Bormla, ir-Rabat, Ta’ Ġiorni, iż-Żejtun u Ħaż-Żabbar. Issa jmiss li jsiru xogħlijiet f’sitt blokok f’Santa Luċija, 14il blokka f’Ħaż Żebbuġ, seba’ blokok fil-Birgu, sitta f’San Ġwann, ħames blokok f’Ħal Luqa u tnejn f’Ħal Qormi.
Ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni u rinnovar se jiffukaw fuq il-faċċati, fuq is-soqfa u f’partijiet tal-komun, waqt li dawn mistennija jsiru kollha f’din is-sena. “Hu fatt magħruf li din l-amministrazzjoni għamlet ir-riġenerazzjoni tal-oqsma tad-djar bħala waħda mill-prijoritajiet tagħha. Stajna ffukajna biss fuq il-bini ta’ housing soċjali ġdid – li qed jara l-bini bla preċedent ta’ 1,700 unit – iżda wara għexieren ta’ snin abbandunati, ma stajniex ninjoraw din l-isfida tal-binjiet
eżistenti. Titkellem mar-residenti u jgħidulek li l-binja tagħhom inbniet fis-sittinijiet u s-sebgħinijiet, u minn dakinhar ’l hawn ma jkun sar l-ebda xogħol ta’ manutenzjoni. Aħna għalhekk bdejna programm ambizzjuż fejn qed induru l-binjiet kollha ta’ pajjiżna wieħed wieħed. U r-riżultati diġà qed jidhru”, spjega l-Ministru Galdes. Hu kien qed jindirizza l-konferenza miż-żona ta’ Farsina f’Ħal Qormi, żona li fl-aħħar xhur rat dan l-istess tip ta’ xogħol fuq il-blokok tagħha u li issa
ngħataw dehra ġdida. “B’dak li qed taraw warajja qed ngħaddu l-messaġġ li dan mhux biss paroli. Għamilna u se nkomplu nagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies. Dawn il-binjiet huma assi tal-Gvern u hu dmirna li nieħdu ħsiebhom, iżda aktar minn hekk dawn huma d-djar għall-familji tagħna,” temm jgħid il-Ministru. Aktar kmieni din il-ġimgħa, tħabbar studju b’kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, l-Università ta’ Malta u l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ. Ir-riċerka saret
fuq ir-residenti li jgħixu fl-akkomodazzjoni soċjali ta’ Ħal Mula u ġie analizzat kif din il-komunità tuża l-ispazji miftuħa b’ mod kollettiv. Il-proġett kollettiv għandu l-għan li jtejjeb il-madwar u l-ispazji miftuħa f’oqsma tad-djar u żoni oħrajn urbani permezz ta’ aktar ħdura madwar il-blokok, bl-użu ta’ pjanti indiġeni, iżjed dell fl-ispazji miftuħa biex tittaffa s-sħana qalila tas-sajf, spazji ta’ rikreazzjoni għal kulħadd u passaġġi li jippromwovu l-mixi u t-trasport alternattiv.
10
09.05.2021
RAKKONT MINN LAT IEĦOR TAL-KONVOJ TA’ SANTA MARIJA
L-Ohio, li kien qed iġorr il-fuel, jintlaqat dirett mill-attakki tal-ajruplani tal-għadu fi triqtu lejn Malta
KTIEB ĠDID JIDĦOL FID-DETTALL TAT-TBATIJIET U T-TELFIET FL-ISTORJA KBIRA TA’ KURAĠĠ, TAMA U SALVAZZJONI MILL-“MIRAKLU” LI SE JAGĦLAQ 79 SENA “Irġiel jegħrqu bdew iwerżqu hekk kif żejt kollu fjammi tan-nar ħakimhom. B’mijiet mejtin u nofs il-vapuri tal-provvista mgħarrqin, il-missjoni Ingliża biex issalva lil Malta fl-1942 dehret ikkundannata”. Dak li għadda minnu l-Konvoj ta’ Santa Marija, kif insejħulu f’pajjiżna, hu minsuġ fi ktieb ġdid ta’ Max Hastings, li jżommok bi ġrajja marittima mil-lat tal-forzi tal-alleati li se tibqa’ tissemma. Il-ktieb Operation Pedestal: The Fleet that Battled to Malta 1942 se jiġi ppubblikat nhar ilĦamis li ġej. Dawk dilettanti jew studjużi tal-Gwerra, jafu bl-isfond. Sas-sajf tal-1942, Malta, l-aħħar fortizza tar-Renju Unit fil-Mediterran, kienet waslet biex iċċedi, bil-popolazzjoni mġewħa, taqla’ fuqha attakki bla rażan mill-Ġermaniżi u t-Taljani. B’hekk skattat dik li baqgħet magħrufa bħala Operation Pedestal, konvoj iġorr ikel, fuel u munizzjon tant vitali għall-gżejjer Maltin. Ir-rakkont ta’ Hastings huwa ħaj u tistħajlek hemm f’nofs l-azzjoni. Hastings ikompli: “Wara lejl ta’ attakki qliel mill-għadu, kważi kull raġel li kien hemm fil-konvoj, kemm jekk t’età żgħira u wkoll akbar, issa kienu kollha donnhom mexjin reqdin, daqshekk kienu għajjiena.” F’din l-għodwa f’Awwissu tal-1942, it-temp fuq il-Mediterran kien ċar u ppermetta aktar attakki ġodda. Tliet bombers Taljani intlemħu fuq ix-xefaq, ’il bogħod biżżejjed biex ma jintlaqtux mill-kanuni tal-konvoj, ovvjament kienu qed jirrappurtaw il-pożizzjoni ġdida tal-flotta Ingliża. F’kemm trodd salib, fis-sema dehru tużżana bombers Ġermaniżi, tlieta minnhom f’attakk fuq il-Waimarama. L-akbar bastiment fil-konvoj, kien ukoll l-aktar vulnerabbli: membru tal-ekwipaġġ aktar tard osserva li bit-tagħbija ta’ spirtu tal-avjazzjoni ‘high-octane’, flimkien ma’ kwantitajiet kbar ta’ munizzjon, il-vapur kien jinxtamm qisu xi raffinerija. Bastiment li kien qisu bomba f’wiċċ l-ilma. Splużjoni qawwija segwiet hekk kif il-11,000 tunnellata ta’ munizzjon u fuel mgħobbija fuq il-Waimarama splodew b’tant forza li qatlu lit-83 raġel ta’ fuq il-bastiment. Tifrik tal-isplużjoni għola mijiet ta’ piedi fl-ajru u fuq medda mferrxa, tant li ħalla rġiel feruti fuq bastiment ieħor li kien nofs mil ’il
bogħod. F’tebqa t’għajn il-bastiment niżel f’qiegħ il-baħar, u ħalla warajh dħaħen, tifrik u żejt jaqbad f’wiċċ l-ilma. Bilmod il-mod, biċċiet tal-ħadid bdew neżlin mis-smewwiet, qishom neżlin biċċiet tal-karti. Hastings ikompli għaddej bir-rakkonti. Wieħed imqanqal huwa dak tal-baħri ta’ 17-il sena Freddie Treves, li flimkien ma’ ponn ieħor, irnexxielu jsalva minn dan l-isfreġju. Treves irnexxielu jsalva wkoll lil sieħbu. Meta semgħu jgħajjat “Ma nafx ngħum! Se negħreq!” dar għal dan l-operatur tar-radju, għenu jgħum għal 5 minuti sħaħ qalb żejt kollu fjammi sakemm qabbdu ma’ biċċa injama, ’il bogħod mill-fjammi. Imbagħad Treves lemaħ lill-anzjan Bob Bowdrey, fuq ċattra li kienet qed tinġarr lejn medda ta’ baħar fjamma. “Kienet stampa li qatt ma jien se ninsa”, imma billi kien jaf li ma kienx se jirnexxilu jiġbed iċ-ċattra tqila biex isalvaħ, tah dahru u beda jgħum biex isalva ruħu. Episodju li kull meta kien jirrakkonta kien jgħid: “Kont kodard”. Kien diġà salva aktar baħrin, tant li Treves ingħata l-midalja tal-Imperu Britanniku ta’ dan. Ir-rakkont ikompli kważi minuta b’minuta u jħallik bla nifs. Imma l-qofol jintlaħaq ovvjament meta dawk li kien fadal mill-flotta kollha, jibdew resqin lejn il-Port il-Kbir tal-Belt Valletta. Hastings: Minkejja t-telfien tal-bastimenti u tal-ħajjiet, ponn bastimenti issa bdew reqsin lejn Malta. Fl-erbgħa u nofs ta’ waranofsinhar tat-13 t’Awwissu, taħt il-ħarsien ta’ ajruplani tal-gwerra, il-bastiment ta’ kontra l-mini talbaħar mexxa lil dawk li salvaw minn bejn il-firxa ta’ mini tal-baħar – li kienu parti mid-difiża tal-gżira. Sagħtejn wara, il-Melbourne Star, Rochester Castle u Port Chalmers, li kienu qed iġorru bejniethom 23,000 tunnellata ta’ merkanzija ġenerali, l-aktar fuel u 5,500 tunnellata tgħabija militari, daħlu bil-mod fil-Port il-Kbir ta’ Malta. Wara xhur ta’ bumbardamenti li din il-gżira qalgħet mill-ajruplani Ġermaniżi u t-Taljani, dan l-ankraġġ mill-isbaħ tal-Flotta tal-Mediterran, taħt id-dell tal-fortizzi u swar tal-Kavallieri ta’ Malta, kienet fi kliem wieħed mill-Kaptani, “xena ta’ qsim il-qalb, qisha scrapyard ta’ bombi u bastimenti
kollha mfarrkin”. Imma t-tliet bastimenti li daħlu filport kienu milqugħin b’entużjażmu liema bħalu. Pilota tal-Forza Rjali tal-Ajru li ra x-xena mill-għoli jirrakkonta li l-għajjat ta’ ferħ mill-folla kien wieħed impressjonanti, forza sħiħa ta’ entużjażmu li beda jgħib bil-mod, sakemm waqa’ silenzju perfett. “U mbagħad l-anzjani rġiel neħħew il-kpiepel tagħhom u n-nisa, bl-għata tradizzjonali tal-għonnella, ingħaqdu mal-irġiel fir-radd tas-Salib”. Dakinhar filgħaxija, Malta ċċelebrat miraklu ieħor meta r-raba’ bastiment, il-Brisbane Star, daħal ukoll fil-Port il-Kbir. Irnexxielu jsalpa waħdu għallaħħar 200 mil, xi ħaġa li kienet notevoli ferm anke skont l-istandards tal-Operazzjoni Pedestall. L-erba’ bastimenti issa kienu filPort il-Kbir u bejniethom daħħlu mat32,000 tunnellata ta’ merkanzija ġenerali f’Malta, suċċess enormi għal din l-operazzjoni. Imma dan kien biżżejjed għall-poplu Malti? Jirrakkonta Hastings: Jekk kien hemm bastiment li fuqu kienet qed tistrieħ it-tama għas-sopravivenza tal-gżira, dan kien l-Ohio. L-uniku tanker fil-konvoj li kien qed iġorr fuel għall-vetturi fuq il-gżira, generators, tagħmir difensiv vitali u wkoll ajruplani u vapuri tal-gwerra. Imma riżultat tal-azzjoni tal-għadu, l-Ohio kien imfarrak, sewdieni bil-ħruq tan-nirien, nofsu mgħarreq, bil-fdalijiet ta’ żewġ ajruplani tal-għadu mdaħħlin fih, u parti kbira millġenb tiegħu kien miftuħ u mtertaq, b’mijiet ta’ toqob tal-bulits li niffduh u bl-ilma baħar dieħel sew, ikompli jtaqqal il-bastiment. Li ma għeriqx kien biss ħila ta’ ftit mijiet ta’ baħrin li b’determinazzjoni qawwija kellhom moħħhom fiss li jridu jdaħħlu l-Ohio fil-port. Imma biex iseħħ dan, ma kien hemm ebda ċans li jerġgħu jitqabbdu l-magni tiegħu. L-Ohio kellu bilfors jiġi rmunkat. Bl-attakki kontinwi fuqu mill-għadu, intefa’ cable biex id-destroyer Penn b’tunnellaġġ ta’ 1,825, jipprova jirmunkah – madwar 30,000 tunnellata. Eventwalment l-Ohio beda jiċċaqlaq. Imma wara tliet sigħat inqala’ saram u l-Ohio waqaf. Kif beda jbexbex, it-tanker kien għadu wieqaf, filwaqt li
mat-tokki tad-disa’ ta’ filgħodu, reġa’ beda l-attakk fuqu mill-għadu. Bomba laqtet lill-bastiment tant li kważi tilef il-poppa, faqgħet it-tmun u l-kamra tal-magni mtliet bl-ilma baħar. L-ispirtu ta’ kulħadd issa kien fl-abbiss. Malta dehret tant ’il bogħod. Imma l-kaptan tal-Penn, li kien qed jakkumpanja l-Ohio, f’daqqa waħda biex iqajjem il-moral, ħareġ il-gramophone u b’sorpriża għal kulħadd, beda jdoqq żewġ biċċiet ta’ Glenn Miller: Chattanooga Choo-Choo u Elmer’s Tune. Ftit wara l-minesweeper Speedy wasal minn Malta, u bl-għajnuna ta’ Rye u l-Ledbury u wkoll il-Penn, l-Ohio reġa’ beda jċeklem lejn il-Port. Dakinhar filgħodu, l-ajruplani talRAF għamlu sforz u ffurmaw bħal umbrella protettiva fuq l-Ohio. Meta wasal attakk ieħor mill-ajru, kien hemm 16il Spitfire. Fuq il-vapuri, baħrin bħal Fred Jewitt ta’ 16-il sena kienu ewforiċi. “Meta rajna l-Ispitfires ħsibna, grazzi Mulej, għamilnieha!” Imma l-għadu ma kienx se jċedi daqstant malajr. Bomba ta’ nofs kilo rnexxielha taqa’ eżatt wara l-Ohio, kissritlu l-iskrun u ċarrtet toqba oħra fil-buq. Din il-bomba mill-Istuka tefgħet l-Ohio ’l quddiem, u nqatgħu l-cables li bihom kien qed jiġi rmunkat. Id-destroyer Bramham u l-Penn issa ħadu f ’idejhom ir-responsabbiltà li jwieżnu l-Ohio biex idaħħluh fil-port. B’xorti tajba, mal-għabex, ma kienx hemm sinjal ieħor ta’ attakki u l-Ohio issa wasal f ’pożizzjoni fin-Nofsinhar ta’ Malta. Bl-għajnuna tal-Assistent Kap talPort tal-Belt Valletta, maż-żerniq, l-Ohio beda bil-mod il-mod, dieħel fil-Port. Roger Hill li kien fuq id-destroyer Ledbury, jirrakkonta: “Kien l-isbaħ mument ta’ ħajti, is-swar kienu suwed bil-folla tilqa’ lill-Ohio”. Fl-9:45 tas-Sibt 15 t’Awwisu, Festa ta’ Santa Marija, it-tanker issa kien irmiġġat fil-Port il-Kbir u beda mill-ewwel iħott iż-żejt prezzjuż. Ħaġa tal-għaġeb, 15% biss tat-tagħbija kienet intilfet. L-Operazzjoni Pedestall tlestiet, Malta ġiet salvata. Minkejja li tilfu ħajjithom 452 persuna u 5 biss mill14-il bastiment daħlu Malta, kienet storja ta’ kuraġġ, tama u salvazzjoni.
11
09.05.2021
Ritratt: JEREMY WONNACOTT/DOI
TINDIFA ĠENERALI GĦAR-REBBIEGĦA Aktar minn 450 ħaddiem minn diversi dipartimenti u entitajiet tal-Gvern bdew kampanja ta’ tisbiħ madwar Malta kollha biex jagħtu xejra isbaħ lil żoni pubbliċi. Ix-xogħlijiet jinvolvu tindif ġenerali ta’ toroq u bajjiet, manutenzjoni ta’ dwal, żebgħa, tneħħija ta’ taħżiż ma’ bini pubbliku, sinjali ġodda tat-traffiku u ġbir ta’ skart goff f’diversi nħawi. Din il-kampanja, li tħabbret millPrim Ministru Robert Abela, qed tkun ikkordinata mill-Uffiċċju tas-Segretar ju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar. Fost id-
dipartimenti u entitajiet li huma involuti fil-kampanja hemm dawk tal-Indafa Pubblika u Manutenzjoni, tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Enemalta. Il-kampanja “Insebbħu Malta” se tibqa’ għaddejja matul Mejju kollu u qed isiru arranġamenti biex il-manutenzjoni tax-xogħol li jkun sar tibqa’ tiġi sostnuta anke wara l-kampanja. Fl-ewwel jiem tal-kampanja, il-ħaddiema kienu mqassmin fi gruppi fejn wettqu xogħlijiet ta’ bdil ta’ dwal fit-toroq fl-Imġarr, il-Mosta u t-Telgħa t’Alla u Ommu fin-Naxxar, kif ukoll tindif fit-toroq mit-Triq tal-Barrani sa Birżebbuġa. Minbarra hekk, għadd ġmielu ta’ ħaddiema b’makkinarju apposta kienu l-Belt Valletta jneħħu t-taħżiż u l-graffiti ma’ bini u għamara tat-triq. Il-ħidma se tissokta f’toroq arterjali u f’postijiet fejn normalment jinġemgħu għadd ġmielu ta’ nies. F’din l-ewwel fażi tal-kampanja se ssir tindifa ġenerali u manutenzjoni ta’ dwal, waqt li t-tieni fażi se tikkonċentra fuq żebgħa fejn meħtieġ, tindif ta’ bajjiet, sinjali tat-traffiku u tabelli. Sussegwentament, it-tielet fażi tal-kampanja tidħol fl-ibliet u l-irħula, kif ukoll f’żoni residenzjali.
Anthea Zammit minn Ħaż-Żebbuġ, nhar l-Erbgħa bdiet il-vjaġġ tagħha lejn l-Istati Uniti tal-Amerka. Bħal-lum ġimgħa hi se tirrappreżenta lil Malta fid-69 edizzjoni tal-konkors internazzjonali Miss Universe, li s-sena li għaddiet kellu jiġi pospost minħabba l-pandemija. Il-finali tal-ispettaklu tas-sbuħija se ssir f’Hollywood, Florida, fejn il-Maltija trid tiffaċċja l-isfida ta’ 75 parteċipanta oħra minn daqstant pajjiżi. Bħal kull sena, is-serata tixxandar diretta fuq TVM.
12
09.05.2021
FLIMKIEN INKOMPLU NAĦDMU
CHARMAINE GAUCI Supretendent tas-Saħħa
Matul il-pandemija talCOVID-19 il-bilanċ bir-reqqa rigward miżuri ta’ saħħa pubblika mhux farmaċewtiċi kellu rwol kritiku fit-tnaqqis tar-rati ta’ trażmissjoni u l-impatt tal-COVID-19 madwar diversi pajjiżi. Fl-istadju fejn l-ebda vaċċin ma kien disponibbli, miżuri bħal dawn kienu l-għodda ewlenija tas-saħħa pubblika kontra l-COVID-19. Issa li tilqim sigur u effettiv huwa disponibbli, kontroll aħjar qiegħed jidher permezz tal-impatt fuq il-każijiet u t-trażmissjoni li tippermetti rilaxx gradwali tal-miżuri. It-tilqim huwa l-mod kif nistgħu nirritornaw għan-normal il-ġdid. Ħafna mill-miżuri jistgħu jkollhom impatt negattiv fuq il-benesseri ġenerali tan-nies, il-funzjonament tas-soċjetà, u l-ekonomija. Għalhekk, l-użu tagħhom għandu jkun iggwidat minn data dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika lokali, bl-għan
ġenerali li jiġu protetti l-aktar individwi vulnerabbli fis-soċjetà u titnaqqas it-trażmissjoni f’ambjenti speċifiċi u l-komunità. Tali miżuri jiffurmaw parti minn strateġija ġenerali ta’ sorveljanza, ittestjar komprensiv, prattiċi ta’ prevenzjoni u kontroll ta’ infezzjoni, iżolament, traċċar ta’ kuntatti u kwarantina u l-immaniġġjar u l-kura ta’ każijiet affettwati. Peress li s-sitwazzjoni tvarja f’pajjiżi differenti b’xi żoni li għandhom rati għoljin ta’ trażmissjoni, l-impożizzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, fuq dawk li ġejjin minn pajjiżi jew żoni li għadhom ma kisbux il-kontroll tat-trażmissjoni tagħmel differenza sinifikanti għall-epidemjoloġija COVID-19 fil-popolazzjoni. It-tranżizzjoni mill-miżuri tas-saħħa pubblika mhux farmaċewtiċi li ġew implimentati biex jikkontrollaw it-tixrid tal-pandemija COVID-19, jeħtieġ li titwettaq f’fażijiet fuq bosta ġimgħat u għandha tkun ibbażata fuq prinċipji tas-saħħa pubblika ggwidati mill-evidenza xjentifika disponibbli u parir ibbażat fuq prattiċi tajba. Bl-esperjenza nazzjonali u internazzjonali matul is-sena li għaddiet, rilassament gradwali ta’ dawn il-miżuri huwa essenzjali biex jiġu evitati żidiet qawwija f’każijiet ġodda. L-impatt tar-rilassament ta’ miżura jew sett ta’ miżuri huwa mistenni li jieħu mill-inqas għaxart ijiem
minħabba l-andament naturali tal-infezzjoni. Il-valutazzjoni ssir fuq medja ta’ sebat ijiem meta wieħed iqis il-varjazzjoni għolja fin-numru ta’ kuljum ta’ każijiet ġodda, li hija karatteristika komuni ta’ pajjiżi żgħar. L-Uffiċċju Reġjonali talWHO għall-Ewropa jenfasizza erba’ komponenti ewlenin għall-konsiderazzjoni tar-rilassament tal-miżuri restrittivi nazzjonali tas-saħħa pubblika. Dawn huma miżuri tas-saħħa pubblika u epidemjoloġiċi, kapaċità għall-immaniġġjar tas-sistema tas-saħħa, għarfien dwar il-popolazzjoni u l-imġiba, u implikazzjonijiet soċjali u ekonomiċi. Malta użat erba’ kriterji biex tivvaluta l-impatt epidemjologiku mit-tnaqqis tal-miżuri, ibbażati fuq medji mobbli ta’ sebat ijiem: in-numru ta’ każijiet ġodda (inċidenza); in-numru ta’ każijiet COVID-19 li jirċievu kura flITU; ir-rata ta’ bidla fin-numru ta’ każijiet ġodda u r-rata ta’ pożittività.
Sistema robusta ta’ sorveljanza tappoġġja l-moniteraġġ kontinwu tas-sitwazzjoni u tinforma dwar il-politika. Sistema ta’ sorveljanza bħal din tinkludi livelli differenti ta’ sorveljanza fil-livell tal-isptar - moniteraġġ ta’ infezzjonijiet respiratorji akuti severi (SARI) fost pazjenti rikoverati l-isptar, fil-livell ta’ kura primarja b’netwerk ta’ sorveljanza attiva għar-rappurtar ta’ każijiet suspettużi ta’ mard respiratorju u fil-livell tal-komunità bi screening ta’ persuni f’riskju. Fil-livell ta’ kuntatt - l-investigazzjoni kontinwa tal-każijiet identifikati, it-traċċar fil-fond tal-kuntatti u li dawn isegwu kwarantina. Din is-sistema ta’ sorveljanza hija sostnuta minn sekwenzar ġenetiku regolari fuq każijiet pożittivi. Fit-tranżizzjoni, diversi parametri ġew identifikati u adattati bħala kejl tar-riskju ta’ attività soċjoekonomika partikolari li taffettwa l-firxa tal-marda jew l-impatt fuq morbożità u mortalità. It-tilqi-
L-infurzar għandu rwol kbir, madanakollu, rajna li ħafna mill-popolazzjoni segwiet il-miżuri minkejja għeja pandemika
ma tal-massa tar-residenti kollha f’Malta u Għawdex tipprovdi bidla fil-mudell għall-isforzi tagħna biex negħlbu din il-pandemija u t-tneħħija tal-miżuri qed tqis l-iżvilupp li qed jevolvi tal-programm ta’ tilqim. Hekk kif inkomplu nirrilassaw il-miżuri, il-prinċipji basiċi l-oħra kollha jibqgħu fis-seħħ sa avviż ieħor. Dawn jinkludu l-ilbies ta’ maskri tal-wiċċ f’kull ħin barra mid-dar, miżuri ta’ distanza soċjali, tindif u sanitizzazzjoni frekwenti tal-idejn u l-istandards u l-linji gwida applikabbli kollha biex jittaffa r-riskju. L-esperjenza madwar l-Ewropa għal miżuri mhux farmaċewtiċi varjat b’mod konsiderevoli bejn il-pajjiżi. M’hemm l-ebda approċċ ta’ daqs wieħed għal kulħadd għall-promozzjoni tal-konformità mal-miżuri, azzjonijiet preventivi u miżuri ta’ mitigazzjoni. L-infurzar għandu rwol kbir, madankollu, rajna li ħafna mill-popolazzjoni segwiet il-miżuri minkejja għeja pandemika. Flimkien irridu nkomplu naħdmu biex inkomplu ntaffu l-impatt ta’ din il-pandemija, fiż-żmien fejn aktar nies qegħdin jitlaqqmu. Nafu li l-imġiba partikolari mill-persuni sseħħ kemm bil-kapaċità kif ukoll bl-opportunità preżenti, u meta l-individwu kkonċernat huwa aktar motivat biex jadotta dik l-imġiba minn kwalunkwe oħra.
FARSA
RODRICK ZERAFA
Farsa. Kummiedja. Ċajta. Hekk biss tista’ tiddeskrivi s-sitwazzjoni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista fil-preżent. Iridu jgħaddu biż-żuffjett lin-nies u jgħidulna li f’inqas minn 48 siegħa rranġaw il-kunflitti ta’ bejniethom. Ħasbuna twelidna lbieraħ.
Dan meta tqis ukoll li Adrian Delia anke ftit qabel dik is-suppost laqgħa li kellha ssir kompla jsaħħan il-qiegħa u qal li huwa jemmen li l-verità se titla’ f’wiċċ l-ilma u rringrazzja lil dawk li qed jappoġġjawh. Ma tantx dam b’din il-fehma. Fis-7 ta’ filgħaxija tal-Ħamis li għadda l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kien sejjaħ laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv b’urġenza biex fi kliemu stess jindirizza ksur ta’ regolamenti li sar minn xi deputati fuq il-midja soċjali u jittieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn. Dawk deċiżjonijiet! Kif ġie għas-si u n-no ftit minuti qabel, tant li diġà kien hemm il-ġurnalisti quddiem id-Dar Ċentrali, il-PN ħareġ stqarrija jgħid li l-laqgħa tħassret għax kien hemm “rikonċiljazzjoni” mingħjar il-bżonn tal-laqgħa.
Iżda, li ħafna nies għadhom ma fehmux, inkluż jien, huwa l-fatt li taqbida ta’ aktar minn tliet snin, li wkoll wasslet għal konġura kontra l-Eks Kap, ġiet solvuta fi ftit minuti. Imnalla kien Bernard Grech li rrikonċilja kollox. U ħalluna! Aħjar Bernard Grech jgħid li huwa Kap dgħajjef u li beża’ li Delia kien se jagħmel xi xenata u allura kien kostrett iħassar il-laqgħa. Minnaħa l-oħra, Jason Azzopardi kellu jammetti li dak kollu li kien ilu jgħid fuq Delia u li tista’ tgħid ibbaża l-kampanja tiegħu fuqha biex Grech isir il-Kap il-ġdid tal-Partit ma kienx minnu. Imma l-aqwa kwotazzjoni tibqa’ dik ta’ Bernard Grech lill-ġurnalisti kif ħareġ midDar Ċentrali wara l-kummiedja li saret. Ħareġ jgħid li “spiċċa ż-żmien tat-teatrini”.
Din tajba daqs ta’ “spiċċa żmien il-bużullotti”. It-tnejn l-istess se jibqgħu ma jitwemmnu qatt. Daqt jagħmlu kumpanija tat-teatrini għax ma qorobx sajf wieħed fl-aħħar erba’ snin, li ma tqabdux bejniethom u saru jkunu mistennija iżjed mill-pantomimi tal-Milied. Biss, l-isbaħ biċċa tibqa’ l-istqarrija konġunta li ħarġu bejniethom Delia u Azzopardi. Stqarrija lesta minn qabel li kellhom jiffirmaw, iridu jew ma jridux. Kont nimmaġina illi kieku ż-żewġ deputati vera rranġaw id-differenzi ta’ bejniethom kienu joħorġu barra mid-Dar Ċentrali flimkien u jindirizzaw lill-mezzi tax-xandir flimkien bħala tim magħqud mingħajr ebda inkwiet, iżda m’għamlux hekk. Allura mhux ta’ b’xejn li ħadd
ma jeħodhom bis-serjetà. Ir-realtà hija differenti minn dik li qed jipprovaw ipinġu u n-nies huma rashom fuq għonqhom u jafu jaħsbu. Il-qasma fil-PN kienet, għadha u jidher li se tibqa’. Qabel din tispiċċa darba għal dejjem, fl-ebda ħin ma jistgħu jkunu Oppożizzjoni denja, b’saħħitha u fuq kollox kredibbli li l-Maltin u l-Għawdxin jistgħu jagħżluhom biex imexxu lil pajjiżna. Kif jgħid il-Malti, għalxejn qed tipprovaw tgħaddu lill-poplu minn għajn il-labra, għax ir-riżultati talGvern jitkellmu waħedhom u l-maġġoranza tal-poplu mhux lesta tafda tim li l-membri tiegħu ma jġerrħux lil xulxin, anke jekk suppost bl-istess interessi. Aħseb u ara kemm jistgħu jġibu l-ġid għall-pajjiż. Charity begins at home!
13
09.05.2021
TOP 10 TAL-GIDEB
GLENN BEDINGFIELD Whip għall-Gvern
L-aħħar avvenimenti fil-PN li wasslu għall-ġlieda bejn Jason Azzopardi u Adrian Delia fakkruni f’ħafna gideb li ntqalu matul iż-żminijiet. L-ewwel waħda tmur lura għas-snin 30 minn Terinu, tant li kull gidba politika baqgħet magħrufa bħala Terinata. Minn fost il-ħafna gideb, għażilt 10 u ħriġt it-TOP 10. 10. Terinu jieħu ġurament u jgħid li ra lil Strickland liebes il-fardal u jtir! Fiż-żmien meta l-Knisja Kattolika kienet b’saħħitha ħafna, Strickland kien l-avversarju ewlieni
tagħhom u kienu qalu li hu mażun. 9. Il-gidba tar-rikonċiljazzjoni nazzjonali. Kienu qalu “Lkoll aħwa Maltin”, kliem Eddie Fenech Adami fis-snin 80. Imbagħad kif rebaħ l-elezzjoni kull min kien b’xi mod assoċjat, jissimpatizza jew mhux Nazzjonalist fl-apert spiċċa mwarrab u diskriminat għal snin sħaħ. 8. Kienu qalu li n-nisa li jaħdmu d-dar għandhom jirċievu allowance. F’25 sena ta’ amministrazzjonijiet Nazzjonalisti qatt ma ħadu ċenteżmu. Anzi matul is-snin ta’ amministrazzjonijiet Nazzjonalisti ħafna familji bieżla refgħu l-piż tad-deċiżjonijiet ħżiena. 7. Il-gidba ta’ Eddie Fenech Adami lill-kaċċaturi magħ mula fis-sajf tal-1998 li kienu se jibqgħu jgawdu mill-istess drittijiet. Gidbu wkoll lil eluf ta’ ħaddiema bħal tat-Tarzna, tal-Maltacom, ta’ Selmun Palace u oħrajn li ma kienu se jitilfu xejn. U tilfu xogħolhom. 6. Il-gidba ta’ Eddie Fenech Adami lejlet l-elezzjoni li Alfred Sant kien responsab-
bli biex ibnu ma jiddaħħalx l-Università. Wara l-elezzjoni il-Qorti kkonfermat li dik kienet gidba. 5. Il-Gidba tal-Finanzi fisSod. Lawrence Gonzi kien jaf li l-finanzi mhux veru kienu fis-sod. Gvern Nazzjonalista sab surplus u ħalla l-kaxxa ta’ Malta mifqugħa. Dejjem kellu defiċits għolja u l-politika tagħom kienet tal-money no problem, imbagħad ġew problem no money. Kienu jgħidu tinkwetawx, id-dejn iħallsuh uliedna u wlied uliedna. Kliem George Bonello Dupuis Eks Ministru tal-Finanzi. 4. Gidba oħra kienet li l-PN
inaqqas ir-rata tal-Income Tax jekk ikun fil-gvern. Imbagħad telgħu u qalu li mhux possibbli minħabba li l-finanzi ma kinux fis-sod kawża ta’ riċessjoni internazzjonali. 3. Malta se tkun grey listed mill-Moneyval. Din kienet gidba li baqgħu jirrepetu sa ftit tal-jiem ilu. Issa mill-ġurnali sar magħruf li Malta għaddiet mit-test tal-Moneyval. Bil-Malti ngħidu, baqa’ f’wiċċhom. 2. Il-gidba tal-Egrant. Għamlu kampanja elettorali sħiħa jgħidu li l-kumpanija tappartjeni lill-familja Muscat meta l-Qorti ddikjarat mod
Il-Gidba tal-Finanzi fis-Sod. Lawrence Gonzi kien jaf li l-finanzi mhux veru kienu fis-sod. Gvern Nazzjonalista sab surplus u ħalla l-kaxxa ta’ Malta mifqugħa
ieħor. Simon Busuttil għadu jemmen din il-gidba sal-lum! 1. Il-gidba li permezz tagħha Bernard Grech sar Kap tal-Partit Nazzjonalista. Kampanja sħiħa kontra Adrian Delia biex ineħħuħ minn Kap billi jgħidu li kien fil-but ta’ Yorgen Fenech. Qalu li kien hemm mijiet ta’ messaġġi bil-mobile bejn Delia u Fenech. It-tesserati beżgħu u neħħew lil Delia. Illum Jason Azzopardi, kanvasser kbir ta’ Bernard Grech fl-elezzjoni għal Kap, qal li ma ra ebda messaġġi. Il-kampanja biex Grech isir Kap kienet mibnija fuq gidba. Dawn kienu biss 10 li stajt niftakar fihom fi ftit ħin. Min jaf kemm hemm iktar. Liema hi l-agħar waħda minnhom? Inħalli f’idejkom biex tiddeċiedu. L-istorja turik illi kif jgħid il-Malti, lil min tafu tistaqsix għalih. U hekk hu l-PN, storja ta’ gidba waħda wara l-oħra speċjalment fi żmien ta’ xi kampanja elettorali. Iż-żmien jinbidel, jinbidlu ċ-ċirkostanzi, imma l-PN jibqa’ dejjem l-istess! Il-Ħadd it-Tajjeb.
IL-PORT IL-KBIR U L-MADWAR
CHRIS AGIUS Segretarju Parlamentari
Meta 25 sena ilu ġejt elett għall-ewwel darba fil-Parlament, niftakar li fl-ewwel ġranet kelli l-okkażjoni li nakkumpanja lill-Prim Ministru Alfred Sant u d-Deputat Prim Ministru George Vella f’laqgħa tal-Kapijiet tal-istati membri fl-OSCE. Din il-laqgħa importanti kienet saret fil-belt kapitali tal-Portugall, Lisbona. Għaliha kien hemm bosta politiċi kbar fosthom Yeltsin, Clinton, Arafat u oħrajn. Waqt li konna Lisbona, Alfred Sant u jien ħrigna nimxu sax-xatt. U s-suġġett waqa’ fuq l-irwol ġdid tiegħi fil-Parlament. Alfred Sant staqsie-
ni x’suġġett jien interessat l-aktar fih, u fuq xiex l-aktar li xtaqt nitkellem. U jien bl-akbar innoċenza, għidtlu li xtaqt nitkellem l-aktar fuq il-Kottonera, għax irrid insemma l-leħen tan-nies li tawni l-fiduċja tagħhom, u li tant għandhom bżonn. Hu kien pront li qalli li dan kollu tajjeb, iżda importanti li jkolli suġġett li għalih inkun kelliem tal-Gvern. Niftakar li kont għidtlu li s-soċjal kien jinteressani ħafna. Dakinhar kien għażilni bħala kelliem għall-ETC. Matul dawn is-sitt leġiżlaturi dejjem kont responsabbli minn xi qasam jew ieħor, iżda l-impenn tiegħi lejn in-naħat li tant inħobb u li jħobbuni lura, qatt ma naqas. Matul dawn ittmien snin ta’ Gvern Laburista rajt in-naħat tagħna jinbidlu mil-lejl għan-nhar. Rajthom jinbidlu minn żona li ħadd ma ried jaf biha, għal waħda miżżoni l-aktar imfittxija. Rajtha tinbidel minn żona mimlija qgħad għal żona fejn il-persuni jfittxu impjieg tgħoddhom fuq idejk. Insomma grazzi għallGvern Laburista għax issa din iż-żona ħadet dak li kien ilu misruq lilha. Matul l-aħħar xhur komple-
jna naraw ħafna aktar xogħlijiet li jkomplu jsebbħu dawn in-naħat. Id-daħla tal-Isla u l-arloġġ maestuż tal-Isla illum ingħataw dehra li kienu ilhom jibku għaliha għexieren ta’ snin. Dan il-proġett li jlaħħaq spiża ta’ aktar minn €3 miljun, kważi lest mill-ewwel fażi tiegħu sabiex issa nħarsu ’l quddiem għall-fażi finali. Il-kruha li konna twikkejna biha, kruha li kienet tinqabad f’kull ritratt li jittieħed, flaħħar ħlisna minnha wkoll. Qed nitkellem hawn fuq ir-riggijiet li kien hemm marbuta f’Baċir Nru6. Fl-aħħar ħallew pajjiżna, wara li għal aktar minn ħames snin kerrhu d-dehra tal-Kottonera. Bl-Ingliż ngħidulhom
good riddance. Ħolma oħra tan-nies tannaħa tal-Kottonera hija li xi darba jitneħħa t-Tank Cleaning Farm li jħammeġ l-unika bajja ramlija li hemm fil-Port il-Kbir, il-Bajja ta’ Rinella. Niftakar li meta kont tifel, missieri kien jeħodna f’parti minn din ilbajja li konna nsejħulha l-lido. Kienet parti ramlija, b’baħar kaħlani riservata għan-nies tas-servizzi. Illum wara għexieren ta’ snin, Gvern Laburista qed jerġa’ jieħu lura l-art fejn sal-lum għad hemm it-Tank Cleaning Farm. Għalhekk inħarsu ’l quddiem sabiex din ilbajja tiġi rritornata għall-istat naturali tagħha, sabiex inkunu nistgħu ngawduha aktar.
Il-kruha li konna twikkejna biha, kruha li kienet tinqabad f’kull ritratt li jittieħed, fl-aħħar ħlisna minnha wkoll. Qed nitkellem hawn fuq ir-riggijiet li kien hemm marbuta f’Baċir Nru6
U biex inkomplu nsebbħu din il-parti, bdejna x-xogħlijiet fuq it-triq li aħna nafuha bħala mit-Toqba sal-parti tax-Xewkija u tibqa’ dieħel sa quddiem il-knisja tal-Kalkara. Din it-triq iffrekwentata ħafna, kienet titkisser kull maltempata. Kont tibża’ tgħaddi minnha. B’investiment ta’ €6 miljun ser naraw din it-triq tinbena mill-ġdid minn Infrastruttura Malta u msebbħa mill-GHRC. Marbut ma’ dan il-proġett naraw ukoll li jinbena mill-ġdid il-club tar-Regatta tal-Birgu, kif ukoll il-bandli li hemm il-Kalkara. U xi ngħidu għar-restawr bla preċedent li għaddej fis-swar tal-Kottonera kif ukoll Forti Rikażoli. Ħafna partijiet minnhom kienu ilhom ma jaraw pala siment naħseb jien aktar minn 100 sena. Illum ukoll dan il-Gvern qed jara li nkomplu nħarsu dan il-patrimonju li ħallewlna missirijietna biex aħna ngħadduh lil ta’ warajna fi stat tajjeb. Dan hu Gvern li ma jieqaf qatt joħloq proġetti ġodda li minnhom igawdu l-komunitajiet. Dan hu Gvern, li għax viċin in-nies, jaf x’inhuma l-aspirazzjonijiet u x-xewqat tannies.
14
09.05.2021
AKTAR PROĠETTI FIT-TO
Mollijiet għ
Kirkop Tunne
15
09.05.2021
OROQ U MAL-KOSTA GĦALL-2021
ħall-fast ferry fix-Xatt ta’ Liesse u fil-Port tal-Imġarr, Għawdex Grand Harbour Clear Air Project
els & Airport Intersection Project Luqa Junction Project Belveder tal-Għeriexem Central Link Project Terminal ġdid f’Ras Ħanżir Breakwater Buġibba Breakwater Marfa
Wara li fil-ġimgħat li għaddew lestiet l-akbar proġett li qatt sar fit-toroq Maltin, Infrastructure Malta għaddejja b’ħidma bla waqfien fuq għadd ta’ proġetti oħrajn fit-toroq, kif ukoll investimenti oħrajn li se tkun qed twettaq din is-sena, fosthom dawk t’afforestazzjoni u l-infrastruttura għal diversi setturi marittimi fi xtutna. Wara l-Marsa Junction Project, l-akbar proġett li qed twettaq l-aġenzija bħalissa huwa l-Grand Harbour Clean Air Project, b’investiment ta’ madwar €50 miljun. B’dan il-proġett, qed tinstalla network ta’ cables u tagħmir avvanzat f’diversi mollijiet tal-Port il-Kbir sabiex meta l-vapuri tal-passiġġieri u dawk tal-merkanzija jżuru pajjiżna jkunu jistgħu jitfgħu l-magni tagħhom u jieħdu l-enerġija minn sistema ġdida ta’ elettriku mix-xatt. B’hekk ma jibqgħux idaħħnu miċ-ċmieni tagħhom u jnaqqsu aktar minn 90% tat-tniġġis tal-arja f’dan ir-reġjun, fosthom l-inħawi residenzjali tal-Kottonera, Raħal Ġdid, il-Marsa, il-Ħamrun, il-Furjana u l-Belt Valletta. Qed jissokta wkoll l-investiment ta’ titjib fit-toroq ewlenin tal-pajjiż, fosthom dawk rikonoxxuti bħala parti min-network ta’ toroq Ewropej magħrufa bħala TEN-T. Wara li tejbet ir-rotta ewlenija lejn in-nofsinhar ta’ Malta, Infrastructure Malta issa qed tiffoka fuq rotta importanti oħra li twassal għal Ħal Luqa, il-Gudja, Birżebbuġa, Ħal Kirkop, l-Ajruport Internazzjo nali ta’ Malta u l-Port Ħieles. Kmieni din is-sena beda l-proġett Kirkop Tunnels & Airport Intersection Project (KTAIP), li se jibdel ir-roundabout tal-Gudja f’junction ġdida bi tliet livelli, b’mini lejn Birżebbuġa, korsiji ġodda lejn il-Gudja u l-Ajruport u flyover lejn il-mini ta’ Ħal Kirkop. Fl-istess rotta, l-aġenzija dalwaqt ser tibda Luqa Junction Project sabiex telimina r-roundabout ta’ Ħal Luqa u minflokha tibni mini u flyover. Minflok ir-roundabout kbira li hemm bħalissa se jkun hemm spazju miftuħ ġdid imsebbaħ bis-siġar u pjanti, b’konnessjoni diretta għall-qalba ta’ Ħal Luqa. Dawn iż-żewġ proġetti, li jinsabu madwar kilometru bogħod minn xulxin, ser jitwettqu b’kordinazzjoni flimkien, bħalma sar fil-Marsa u f’Santa Luċija fis-snin li għaddew. B’hekk, Infrastructure Malta qed tippjana li dawn iż-żewġ proġet-
ti jitlestew flimkien is-sena li ġejja. Fix-xhur li ġejjin l-aġenzija ser tlesti wkoll Central Link Project, investiment ewlieni ieħor li bdiet is-sena li għaddiet sabiex tibni mill-ġdid rotta ta’ toroq ewlenin t’aktar minn erba’ kilometri fiċ-ċentru tal-pajjiż, bejn l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali. Dan il-proġett mhux biss se jelimina diversi sistemi ta’ traffic lights u jnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar f’din ir-rotta bin-nofs, iżda ser iniedi wkoll għadd ta’ faċilitajiet għall-ivvjaġġar aktar sigur b’mezzi alternattivi, fosthom mal10 kilometri ta’ bankini u l-itwal korsija għar-roti maqtugħa mit-triq li qatt saret f’Malta. Infrastructure Malta qed tkompli wkoll il-proġett tal-Belveder tal-Għeriexem, bi ġlieda kontra l-ħin sabiex tlesti l-istrutturi kbar, ħafna minnhom taħt l-art, li qed tagħmel sabiex ittaffi d-diffikultajiet u r-riskji ta’ ċediment fi Triq Għeriexem u l-bini madwarha. Din it-triq mibnija fuq saffi fondi ta’ tafal dgħajjef ilha tistrieħ u titkisser bil-mod għal ħafna snin, b’konsegwenza li wħud mid-djar fl-inħawi sofrew ħsarat kbar u jinsabu f’riskju li jiġġarrfu. L-istruttura ta’ pedament ġdid f’din it-triq se sservi wkoll biex toħloq belveder iħares fuq Wied Għeriexem u l-Imtarfa, b’aċċess aktar sigur għal dawk li jgħaddu minn dawn l-inħawi bil-mixi jew bir-roti. F’Santa Luċija, bħala parti mill-bini mill-ġdid ta’ diversi toroq residenzjali, Infrastructure Malta qed taħdem ukoll mal-Kunsill Lokali sabiex tibni belveder ġdid b’passaġġi u korsiji għar-roti, fuq ir-riħ ta’ Wied Garnaw. Il-ħidma fit-toroq residenzjali mhix għaddejja f’Santa Luċija biss. Din is-sena Infrastructure Malta diġà lestiet diversi toroq residenzjali, filwaqt li għaddejja b’xogħlijiet f’madwar 50 oħrajn, fosthom toroq twal li ilhom biex jinbnew mill-ġdid snin twal, bħal Triq Durumblat fil-Mosta u Triq il-President Anton Buttigieg, iż-Żejtun. Minbarra l-proġett tal-konnessjonijiet elettriċi għall-vapuri tal-passiġġieri u tal-merkanzija, Infrastructure Malta qed tippjana għadd ta’ proġetti marittimi oħrajn fl-inħawi tal-Port il-Kbir. Dalwaqt tibda ħidma kbira ta’ tħammil finnaħa ta’ ġewwa tal-Port, sabiex isir aktar
aċċessibbli għal vapuri kbar. Dalwaqt se jibdew ukoll aktar xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-Breakwater li jkenn dan il-Port. L-aġenzija qed twettaq ukoll studji sabiex tiżviluppa strutturi taħt il-baħar li jnaqqsu l-impatt tal-mewġ fuq iż-żewġ daħliet tal-istess Port. Fl-inħawi ta’ Ras Ħanżir, l-aġenzija qed tippjana proġett ta’ madwar €65 miljun biex tiżviluppa terminal ġdid għall-ħatt u tagħbija tal-vapuri tal-merkanzija. Dan ix-xahar, Infrastructure Malta bdiet il-bini mill-ġdid tal-Breakwater tal-Marfa, filwaqt li għaddej ġmielu wkoll il-bini tat-terminals tas-servizz tal-fast ferry bejn Malta u Għawdex, max-Xatt Ta’ Liesse, il-Belt Valletta u fl-Imġarr, Għawdex. Din is-sena jkunu lesti wkoll żewġ mollijiet ġodda f’Tas-Sliema u Bormla, għas-servizz tal-laneċ tal-passiġġieri lejn il-Belt Valletta, sabiex fuqhom sas-sena d-dieħla jkunu lesti wkoll l-istrutturi ġodda ta’ kenn għallpassiġġieri. Proġett ieħor li Infrastructure Malta qed qed tippjana bħalissa huwa l-bini mill-ġdid tal-Breakwater ta’ Buġibba, li se jinkorpora wkoll faċilitajiet għal servizzi ġodda ta’ vjaġġar bil-laneċ tal-passiġġieri lejn il-Belt u lokalitajiet oħra, bħal dawk li qed tibni bħalissa f’Tas-Sliema u Bormla. It-tim ta’ ppjanar tal-aġenzija għaddej bit-tħejjijiet għal diversi proġetti oħra ta’ titjib ta’ toroq arterjali, fosthom Msida Creek Project, li permezz tiegħu se tibni flyovers u faċilitajiet ġodda li jtejbu l-aċċessibilità u s-sigurezza f’waħda mill-junctions ewlenin fiċ-ċentru tal-pajjiż. Wara li nediet diversi miżuri ta’ sigurezza fi Triq Burmarrad, fosthom sistema ta’ crash barriers bejn il-karreġġjati opposti, Infrastructure Malta qed tippjana wkoll proġett simili fi Triq Sir Temi Zammit, bejn il-Mosta u l-Imġarr. Sfortunatament, din it-triq ta’ spiss tkun is-sit ta’ aċċidenti serji, b’uħud saħansitra jwasslu għal imwiet. L-aġenzija qed tkompli wkoll bil-prog ramm intensiv ta’ tħawwil ta’ siġar f’diversi lokalitajiet f’Malta. Fl-ewwel kwart ta’ din is-sena diġà ħawlet 9,908 siġriet, biex b’hekk, sa minn meta bdiet din l-inizjattiva fl-2018 issa ħawlet madwar 30,000 siġra f’aktar minn 100 post differenti.
16
09.05.2021
NAĦDMU BIEX INGAWDU AKTAR SPAZJI MIFTUĦA
MIRIAM DALLI Ministru
Naħdmu biex ingawdu aktar spazji miftuħa. Din hija l-missjoni ta’ Parks Malta, id-direttorat li jaqa’ taħt id-dekasteru tal-Ministeru li mmexxi, dak tal-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli. Il-ħidma ta’ Parks Malta hija waħda estensiva, għax mhix qed tara biss li f’pajjiżna jkollna spazji miftuħa għat-tgawdija tar-residenti u min iżurna, imma tħares ukoll lejn ir-riġenerazzjoni ta’ spazji abbandunati u l-manutenzjoni tagħhom. Waħda mill-akbar problemi li jiltaqgħu magħhom il-ħad-
diema ta’ Parks Malta huwa l-iskart. Skart ta’ min imur iqatta’ ftit sigħat għall-kwiet fil-kampanja jew fil-widien u jarmi bl-addoċċ; skart ta’ min jiddeċiedi li jista’ jaqbad u jarmi xi washing machine jew fridge wara l-ħitan tas-sejjieħ jew li jabbanduna xi karozza f’qiegħ ta’ wied. Ħaddiema li jieħdu ħsieb ilparks tal-familja qed jispiċċaw biex ħafna mix-xogħol li jagħmlu jkun manutenzjoni minħabba atti ta’ vandaliżmu. X’inhu l-messaġġ li qed ngħaddu lil uliedna meta jaraw adulti jaġixxu b’dan ilmod? Ċertament li mill-bankijiet tal-iskola qed jitgħallmu li għandna nħarsu l-ambjent ta’ madwarna; li ambjent nadif igawdi minnu kulħadd. Li l-indafa tfisser anqas mard, ekosistemi b’saħħithom. Mill-banda l-oħra iżda jaraw rimi ta’ affarijiet bl-addoċċ... minkejja li f’pajjiżna għandna s-servizzi biex dan l-iskart goff jintrema b’mod legali u sigur u jista’ anke jinġabar minn quddiem ilbieb tad-dar. Nara ħafna kummenti fuq
il-mezzi soċjali fejn in-nies jgħidu li hemm bżonn jiżdiedu l-multi jew il-kameras tas-sigurtà. Kollha suġġerimenti ġusti. Iżda jkolli nistaqsi: għalfejn m’aħniex kapaċi nkunu responsabbli? Għalfejn trid tkun il-biża’ ta’ multa jew li se jkun hemm rapport lill-pulizija biex persuna ma tħammiġx? Bħalissa għaddejja kampanja varata mill-Prim Ministru Robert Abela u kkordinata misServizz Pubbliku biex insebbħu pajjiżna, li Parks Malta – u entitajiet oħra bħall-Enemalta – qed jipparteċipaw fihom b’mod attiv. Din il-ġimgħa flimkien
maċ-Ċermen tal-Valletta Cultural Agency Jason Micallef, u l-Ministru tal-Kultura José Herrera, inawgurajna l-Valletta Green Festival, fejn komplejna nisħqu dwar l-importanza li ma nniġġsux. Parks Malta wkoll ħadet sehem f’dan il-festival, biex nenfasizzaw l-importanza li nħarsu u nieħdu ħsieb il-kampanja fl-istat naturali tagħha billi jitrażżan ir-rimi ta’ skart domestiku u industrijali. Biex nagħti eżempju wieħed, Parks Malta – f’erba’ xhur biss – ġabret aktar minn 176 tunnellata ta’ skart minn widien li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha. Nofs dan l-ammont
L-importanza ta’ dan hu li, b’dawn ix-xogħlijiet, il-widien jinżammu f’qagħda strutturali tajba biex tgħin u sservi ta’ kenn għal diversi flora u fawna Maltija
kien skart domestiku u skart industrijali. Parks Malta qed taħdem ukoll fuq pjan biex issaħħaħ l-ilma tal-pjan. Dan bi studju f’madwar 80km ta’ widien f’Malta u Għawdex sabiex jitfasslu l-aħjar proċeduri dwar kif jitwettaq xogħol ta’ restawr. L-importanza ta’ dan hu li, b’dawn ix-xogħlijiet, il-widien jinżammu f’qagħda strutturali tajba biex tgħin u sservi ta’ kenn għal diversi flora u fawna Maltija; biex jiġi mmaniġġjat aħjar l-ilma tax-xita u jitnaqqas l-għargħar fit-toroq. Fl-istess ħin, dawn il-widien jgħinu wkoll fil-ħażna tal-ilma tal-pjan. Fil-ġimgħat li ġejjin hu mistenni li jiġi konkluż l-ewwel Masterplan li qatt sar għall-widien, pjan li qed jitħejja wara konsultazzjoni wiesgħa mal-istakeholders inklużi l-bdiewa, il-Kunsilli Lokali u l-pubbliku. Il-ħidma tagħna u ta’ Parks Malta se tkompli bla waqfien biex nassiguraw l-aqwa ħidma u l-aħjar protezzjoni. Inħeġġiġkom tingħaqdu magħna biex flimkien verament nieħdu ħsieb il-pajsaġġi naturali.
IL-BIDLA LI RRID NARA
NAOMI CACHIA Kandidata fis-7 Distrett
Il-kelma ‘bidla’ ħafna drabi nassoċċjawha mal-Oppożizzjoni, dak il-partit li jkun qed jipprova jippreżenta ruħu bħala Gvern alternattiv. Biss, ma nemminx li dan għandu jkun il-każ. L-ikbar sfida ta’ kwalinkwe Partit fil-Gvern, speċjalment wara li jgħaddu numru ta’ snin, hu li jibqa’ relevanti, viċin in-nies, umli u enerġetiku daqslikieku għadu fl-ewwel xahar ta’ governanza. Il-Gvern Laburista llum, wara tmien snin fit-tmun,
għadu għaddej ġmielu b’bosta proġetti u riformi bilgħan li jittrasforma pajjiż. Iżda l-akbar sfida tagħna hi t-trasformazzjoni li tmur lil hinn minn dan kollu: li nibnu soċjetà fejn nibżgħu iżjed għal xulxin, fejn jirrenja sens ta’ empatija u għarfien li kull persuna għandha kemm l-ambizzjonijiet, u anke d-diffikultajiet tagħha. Kuljum, għandek tagħmel l-għażla konxja li tibqa’ tisfida lilek innifsek biex tkun aħjar, u ma taqax f’nasba ta’ apatija politika jew arroganza li tbiegħdek mill-missjoni tiegħek li sservi lill-poplu li tak il-fiduċja. Hekk biss tista’ tibqa’ Partit jew politiku bl-għodod neċessarji biex tgħin lil kull Malti u Għawdxi jwettaq l-aspirazzjonijiet kollha tiegħu b’mod onest u ekwu. Din hi l-politika li dejjem emmint fiha. Meta għażilt li nikkontesta għall-elezzjoni ġenerali mal-Partit Laburista, m’għamilithiex għax kien il-pass naturali, bħalma qaluli bosta, wara li kont President
tal-Forum Żgħażagħ Laburisti. Qed nagħmel dan il-pass b’sens ta’ dover lejn il-Partit Laburista u l-missjoni tiegħu bħala l-Gvern tal-ġurnata li jibqa’ jiriġenera ruħu. Nixtieq nassigura li lill-poplu tagħna jibqgħu jirrappreżentawh politiċi li mhumiex biss interessati li jirriċiklaw n-narrativi partiġjani, imma li joffru ideat ġodda u għajn kritika li se tkompli ssaħħaħ lill-Gvern u lill-Partit. Fuq kollox, irrid nara politiċi li jibqgħu jibnu pont ta’ djalogu awtentiku ma’ dawk fostna li matul is-
snin, għal xi raġuni jew oħra taw daharhom lill-Partit. Lil dawn in-nies ma rridux nirbħuhom lura b’logħba ta’ paraguni mal-Partit Nazzjonalista. L-uniku paragun li jinteressani hu dak bejn il-Partit tiegħi lbieraħ, u l-Partit tiegħi llum. U fejn ninsabu llum? Il-Partit tagħna fl-aħħar xhur għadda minn ħafna tiġdid, u għalhekk illum għadna b’saħħitna u f’pożizzjoni fejn minflok inħarsu lura, nagħżlu li nħarsu ’l quddiem. Madanakollu, irridu nibqgħu miftuħin għall-kri-
Madanakollu, irridu nibqgħu miftuħin għall-kritika sabiex naraw li t-tiġdid ma jkunx biss kożmetiku u minn barra imma jkun ifisser li għadna qed naħdmu fuqna nfusna
tika sabiex naraw li t-tiġdid ma jkunx biss kożmetiku u minn barra imma jkun ifisser li għadna qed naħdmu fuqna nfusna. Nitkellmu ħafna fuq ir-riformi, u dan hu qasam li tassew, bħala Partit Laburista, inħoss li għandna nkunu kburin bih. L-għatx tal-Partit Laburista biex jagħraf u jindirizza n-nuqqasijiet fis-soċjetà tagħna hu dak li kien, għadu u jibqa jiddistingwina. Allura, f’dan l-istess spirtu rridu naraw li nimxu bl-eżempju, u niddibattu l-ideat u l-ideal, u nippreżentaw politika matura u attraenti. U hekk, nibqgħu relevanti, saqajna mal-art, u partit li l-poplu Malti u Għawdxi jibqa’ jara fih il-kwalitajiet kollha mixtieqa f’Partit fil-Gvern. Għalhekk, bħalma dejjem għamilt, jien irrid nibqa’ nisfida lill-Partit tiegħi biex jibqa’ jkun l-aħjar li jista’ jkun. Għax nemmen fih, u fil-qalb kbira tal-Laburisti kollha li b’tant passjoni jagħmlu dan il-Partit l-ikbar forza politika f’Malta.
09.05.2021
17
MONITERAĠĠ TA’ PRIĠUNIERI jistgħu jibbenefikaw minn din il-leġiżlazzjoni ġdida. F’dan l-artiklu mhux se jkolli ċ-cans li ngħid kollox u għaldaqstant, se nkun qed nippubblika t-tieni parti ta’ dan l-artiklu l-ġimgħa d-dieħla. Però ejjew naraw kif miżura bħal din tista’ tgħin u tkun ta’ benefiċċju. Il-Gvern ta’ Robert Abela qed ikompli jkun wieħed riformista u dan qed narawh f’dan l-abbozz. L-użu ta’ teknoloġija ġdida għasservizz pubbliku saret trend li ħadd ma jista’ jiċħad. It-tekonoloġija hija għodda li dejjem MARIO FAVA tibqa’ tevolvi u ttejjeb il-politika ta’ GverniPresident Sezzjoni jiet li jagħrfu jagħmlu l-aħjar użu minnha. Kunsilliera PL Dan huwa wkoll motivat mill-aspettazzjoni tal-pubbliku li dejjem ikun lest jilqa’ miżuri Kunċett Ġdid innovattivi li jkunu ser iħallu impatt pożittiv fuq il-ħajja tiegħu ta’ kuljum. Dan huwa l-imIl-Gvern, permezz tal-Ministru għall-Intern penn tal-Gvern, l-impenn tal-Prim Ministru. Byron Camilleri, nieda konsultazzjoni pubblika dwar l-introduzzjoni ta’ liġi ġdida li Teknoloġija li tista’ tiġi addattata tipprovdi l-użu ta’ moniteraġġ elettroniku f’pajjiżna fuq il-priġunieri. B’referenza għat-teknoloġija li tista’ tiġi addIl-Ministru Camilleri spjega kif din il-leġiżla- attata għall-moniteraġġ elettroniku, hemm zzjoni hi l-ewwel tax-xorta tagħha u qed ikun żewġ modi ewlenin kif dan jista’ jsir; propost li dan il-moniteraġġ elettroniku jkun (i) Frekwenza bir-radju, u disponibbli f’sentenzi tal-Qrati bħala piena (ii) Sistema bil-GPS alternattiva f’każijiet ta’ reati meqjusa bħala Iż-żewġ sistemi ġew ippruvati skont l-użu żgħar. li kienu se jiġu użati għalih. Dan għaliex kull Skont dak propost, il-monteraġġ elettron- waħda miż-żewg għażliet tagħti riżultati difiku jkun ikkunsidrat f’pieni ta’ priġunerija ferenti. Is-sistema ta’ frekwenza bir-radio hija effettiva ta’ mhux aktar minn sena, u jekk ir- tajba ħafna sabiex jiġi stabbilit jekk persuna reat imwettaq ma jkunx suġġett għal aktar hix timxi mal-ordnijiet mogħtija lilha, eżempminn piena massima ta’ sentejn ħabs. Qed ju meta jkollok house arrest. Din is-sistema ikun suġġerit li dan ma jkunx jgħodd f’każi- hija akkomodanti ħafna ghal dan il-għan u jiet relatati ma’ vjolenza domestika, vjolen- tagħti riżultati tajbin ħafna u hija wkol l-inza abbażi tal-ġeneru, f’każijiet ta’ nuqqas qas intrużiva u irħas biex tħaddimha. Minta’ protezzjoni lit-tfal, f’obbligazzjonijiet ta’ naħa l-oħra, is-sistema ta’ GPS tintuża l-aktar manteniment, kif ukoll f’sitwazzjonijiet ta’ sabiex jiġu stabbiliti l-pożizzjoni u l-lokazzjoni fejn ma nżammitx ordni ta’ Qorti jew kuntratt tal-persuna involuta. Tintuża biex wieħed dwar aċċess għall-ulied. ikun jista’ jara jekk il-persuna hijiex tiċċirkula Il-Ministru Byron Camilleri qal li b’monit- fil-paramentri imposti fuqha mill-Qrati. Dan eraġġ elettroniku wieħed pereżempju jis- ma jistax isir fi frekwenza bir-radio u f’każ ta’ jibqa’ jaħdem jew jistudja. Il-Ministru bħal dan, il-lokazzjoni tal-persuna tkun trid Camilleri spjega li din il-miżura se tkun ta’ issir permezz ta’ mobile. Is-sistema tal-GPS benefiċċju kemm għall-persuni li żbaljaw u tista twassal ukoll għal moniteraġġ b’mod li li jridu jtejbu ħajjithom, kif ukoll għall-vittmi sserraħ ras il-vittma li l-akkużat jew il-priġutal-kriminalità li se jħossuhom aktar siguri nier, qed jinżamm ’il bogħod mill-vittma. Dan minħabba l-fatt li l-agressuri jkunu qegħdin billi jingħata device lill-vittma li permezz segwiti b’mod elettroniku. tiegħu tkun taf id-distanza li jinsab bogħod minnha l-akkużat / il-priġunier. Konsultazzjoni Pubblika Biex dan isir b’mod effettiv, huwa kruċjali li jkun hemm sistema ta’ network tal-internet Permezz ta’ din il-konsultazzjoni pubblika, b’saħħtu u tajjeb. kull wieħed u waħda minna se jkunu jistFl-artiklu li jmiss, naraw x’inhuma l-vangħu jgħidu tagħhom. Dan huwa importanti taġġi li wieħed jagħmel użu minn din it-tegħaliex kollha kemm aħna nistgħu nkunu vit- knoloġija u għaliex bħala individwi, ukoll tmi ta’ xi reat jew ieħor jew inkella wkoll ikoll- għandna nagħtu l-veduti tagħna f’dan ilna qraba jew ħbieb tagħna li jiżbaljaw u jkunu proċess ta’ konsultazzjoni.
Aktar ma tersaq l-elezzjoni ġenerali, aktar jeħtieġ li l-Partit Nazzjonalista jidher li huwa magħqud u li għalhekk ħadd m’għandu jikkritika deputati jew kandidati Nazzjonalisti oħra, qalulhom, Sur Editur! U jħalluna, x’kull waħda! Sewwa jgħidulhom oqbra mbajda ta! U tgħid għalhekk Delia u Azzopardi għamlu paċi, Sur Editur? Ara vera għal ġol-ħajt eh! Fares waħidhom! Nibqa’ ngħid, minn dejjem hekk kienu, hekk għadhom, u hekk jibqgħu! Hekk ngħidilha l-Melda tiegħi, dawn fihom farsa aktar mill-farsa tas-sala tal-Kappillan ta’ żmienna. Jien nitħassru fl-istess ħin lil Bernie, għax bħalissa jiżfen iż-Żorba ġabuh. Insomma jħossu at home, fuq kollox, biċċa Moussaka u Omeléta u ħallih jiżfen fuq il-frejjeġ. U mhux billi “Arriva, Arriva, Arriva Delia” (biex ma nħalltuhx ma’ Delia l-ieħor) jiġi jgħidilna li Bernie ma kellu xejn x’jaqsam mal-paċi ta’ Delia u Azzopardi! L-oraklu li jmexxi l-ispag ta’ Bernie, ħej! Qalilna li Bernie ma kellu l-ebda rwol fil-kompromess bejn Delia u Azzopardi. Insomma, mela Bernie għandu say fuq xi ħaġa jew? X’farsa, Sur Editur! L-ewwel b’ħafna pompa sejjaħ eżekuttiv, imbagħad lanqas żewġ nifsijiet wara, beża’ li Adrian Delia kien se jagħmel xenata fl-eżekuttiv, ċeda u ħassar il-laqgħa. Imbagħad Jason Azzopardi ammetta li ma qalx il-verità fuq Adrian Delia. Imbagħad għamlu paċi. Imbagħad ħareġ li Azzopardi gideb fuq Delia, imma għamlu paċi. Imbagħad ħareġ li l-Beatu Jason ivvinta fuq Delia, imma għamlu paċi. Imbagħad Bernie quddiem idDar Ċentrali tal-PeNe, saħaq li spiċċa ż-żmien tat-teatrini. O Ġesù! Jekk dan kollu li għaddej mhux teatrin ma nafx jien. Bħal meta, jekk niftakar isimha sew għax kont għadni żgħir, Narda ta’ Strada Stretta, wara li ltaqgħet millqrib – biex ma nużax il-kliem li nixtieq nuża – ma’ nofs il-flotta Ingliża, ġabarha baħri, sar jisimha Bernardette u żżewġet bl-abjad. Verġni ħadha l-baħri. Iva daqskemm huwa verġni Jason Azzopardi … fi kliemu ta! Farsa. Imma dawn dejjem hekk, Sur Editur. U issa jridu jagħmlu paċi hux, għax kif qalulhom, aktar ma tersaq l-elezzjoni ġenerali, aktar jeħtieġ li l-PeNe jidher li huwa magħqud u li għalhekk ħadd m’għandu jikkritika deputati jew kandidati Nazzjonalisti oħra. Ma nafx jien! U iva, qisek qed tiflittja bl-isprej ifuħ taħt tappiera tan-nofs ta’ triq. Fuq ifuħ u taħt, kif kien jibqa’, bid-dehra u bir-riħa b’kollox. Interessanti din tal-paċi, Sur Editur. Mela issa Delia, avolja kien Kap meta qalha, jekk verament jemmen filpaċi, jrid jibda jagħti kasu lil Jason. Tiftakar wara l-Eżekuttiv tal-PeNe ta’ Ġunju ta’ sentejn ilu? Niftakar kien qal li ma jaħsibx li għandu jitlef iktar ħin biex joqgħod jagħti kasu lil Jason. Imma issa għamlu paċi. Kulaċi. Paċi Kulaċi, il-Kundanna fuq Rasi, Arrivu tar-remettar, qed jistmagħhom ta’ tfal żgħar. Naf li mhux hekk, Sur Editur, imma llum qed inħossni poeta aktar minn Dun Karm. Imma ara kemm huma tal-kakka dawn ta. Kelli ngħajjat lil Melda ssibuli, għax jien regettier fejn jidħlu kotba u rivisti. U ftakart x’kien qal Sajmin fid-daħla tal-pubblikazzjoni tal-PeNe dwar Proposti għal Gvernar Tajjeb. Ara x’kien qal, kelma, b’kelma ta: “Il-fiduċja fil-politika ma tistax tixtriha. Trid taħdem għaliha, kuljum. Jien nemmen fl-onestà fil-politika”. Ħożż fl-ilma, Sajmin, daqskemm mhux kulħadd jaf x’kien u għadu t-twemmin ta’ dan. Onestà politika hija dik ta’ dan il-Gvern, Sur Editur. Issa mhux għax Laburist qed ngħid hekk. Staqsi lil dawk kollha li huma verament onesti u l-abjad jgħidulu abjad u l-iswed jgħidulu iswed. Daqshekk għal-lum, niltaqgħu d-dieħla.
18
09.05.2021
IL-ĦABS, MANWEL DIMECH U Il-Ħabs ta’ Kordin, li hu l-akbar faċilità korrettiva f’Malta, ħa ismu mill-għolja ta’ Kordin, imsemmija hekk għall-Conradin ta’ Swabia, Re ta’ Sqallija, li fis-seklu 13 ħakem l-arċipelagu Malti. Il-bini tiegħu nbeda mill-awtorità kolonjali Brittanika fl-1842, fuq il-pjanti ta’ W. Lamb Arrowsmith fuq il-mudell tal-ħabs Pentonville f’Londra. Hu maqsum f’erba’ taqsimiet. Fih, fit-28 ta’ Novembru, 1942, safa mgħallaq l-irredentist Carmelo Borg Pisani, wara li nstab ħati ta’ tradiment u kospirazzjoni kontra l-Gvern tal-Maestà Tiegħu. Aktar qabel, kien hemm maqful ukoll bħala priġunier, Manwel Dimech, li fis-17 ta’ April għalaq il-100 sena mill-mewt tiegħu. Minn CHARLES B. SPITERI Il-ħabs qatt ma kien xi grazzja għal min jinqafel fih. Tant hu hekk li bħala għajnuna għall-priġunieri, fl-1995 twaqqfet l-għaqda tal-priġunieri Mid-Dlam għad-Dawl, li riedet ittejjeb il-kundizzjonijiet fil-ħabs. Din l-assoċjazzjoni hi affiljata mal-Action for Prisoners’ Families tal-Ingilterra u Wales u l-European Group of Prisoners’ Abroad, kif ukoll hi msieħba mal-Association of Prison Volunteers. Minn dak li jirriżulta, ilħabs ta’ Malta, mhux darba għadda minn xi burraxka u ssemma għal xi ħwejjeġ mhux denji fih. U forsi għax ħabsi minnhom, il-magħruf Manwel Dimech, kien kapaċi jikteb u ma jibżax mit-theddid li seta’ jħabbat ma’ wiċċu, ħallielna xhieda mitkuba ta’ dak li kien isir fi żmienu. Isemmilna li meta hu kien il-ħabs għall-aħħar darba, jiġifieri bejn l-1891 u l-1897, sab li bħala Direttur talĦabs kien
hemm raġel li jiddeskrivih bħala psikopatiku, korrott u sadist. Dan id-direttur ma kien ħadd għajr il-Markiż Giorgio Barbaro. Minħabba fih, fil-ħabs kien inħoloq infern u terrur tal-waħx. Jirriżulta wkoll li filkapaċità tiegħu, kien ikkawża l-mewt ta’ priġunieri morda. Iżda dan ma kienx biżżejjed, għax skont Dimech, għal snin sħaħ, ħalla jsiru stupri minn gwardjani fuq priġunieri tfal; ikkastiga priġunieri għalxejn; naqqas l-ikel tal-priġunieri u flok tahom jieklu tliet darbiet, tahom darba biss u ġieli daħħal lill-pulizija billejl biex isawtu lill-priġunieri. Dan is-swat mill-pulizija wassal ukoll għall-mewt ta’ xi ħabsin. Manwel Dimech kompla jakkuża lil Barbaro li ġieli rrikatta lill-priġunieri u qabbadhom biex jitfgħu l-velenu fl-ikel ta’ xulxin; inkluż f’tiegħu; korna priġunieri u gwardjani man-nisa tagħhom u seraq l-imħażen u l-għelieqi tal-ħabs.
Sa fl-aħħar, f’April tal-1905, Barbaro tressaq quddiem il-ġustizzja, iżda peress li kien Markiż, la spiċċa kkundannat u lanqas diżonorat. Madankollu, psikoloġikament, Manwel Dimech kien għamel rebħa sinifikanti fuq Barbaro
Iżda l-akkużi ta’ Dimech ma waqfux hemm. Hu jsemmi li l-agħar ħaġa li wettaq kienet li tella’ l-Qorti lil 14-il priġunier fuq akkużi foloz. Minn dawn, irnexxielu jara t-tgħalliq ta’ tnejn minnhom, innoċentement; li kienu Ġużè Muscat, magħruf bħala Ġannon u Rużar Mizzi, li kienu jgħidulu l-Lajs. Naturalment, Dimech ma setax jammira lil Barbaro. Iżda Barbaro kien protett mill-aqwa politiku ta’ dak iżżmien, Gerald Strickland, u ħadd ma seta’ għalih. Kellu kif ngħidu: ir-riħ fil-qalgħa. Sa fl-aħħar, f’April tal1905, Barbaro tressaq quddiem il-ġustizzja, iżda peress li kien Markiż, la spiċċa kkundannat u lanqas diżonorat. Madankollu, psikoloġikament, Manwel Dimech kien għamel rebħa sinifikanti fuq Barbaro, li għalih kien il-personifikazzjoni tal-ħażen u l-qerq kollu tas-sistema inġusta li l-kolonizzaturi tal-Maltin kienu qegħdin iħaddmu ma’ poplu ġwejjed u mjassar. Kien jidher li Dimech ma riedx li l-atteġġjamenti ta’ Barbaro jintesew maż-żmien u għalhekk fil-ktieb tiegħu Ivan u Prascovia, iddedikalu mhux inqas minn erbgħa mill-aħħar ħames partijiet tal-ktieb. Hu uża din it-taqsima kollha biex jikkritika bl-aħrax lil ċertu ‘Markiż Qurdiena’, li ovvjament hu x-xbieha ta’ Barbaro. F’dawn il-partijiet attribwiti għal Barbaro, Dimech jirriferi għalih minn kollox. Sa jgħid li ‘hu msawwat aktar minn Ġobb fuq il-miżbla’… u ‘li hu mgħaddas sa widnejh fid-djun’. Sa jġibu f’konfront ma’ mart Barbaro stess, li tgħajru minn kollox u
li tgħidlu li fl-irqad ‘smajtek issemmi saħansitra l-isem u l-konjum tal-imsejken li kellek tgħallaq; isem li jibda bl-‘R’ u kunjom jibda bl-‘M’’… jiġifieri Rużar Mizzi. Fost ħwejjeġ oħra, Dimech jagħti din is-silta, li tista’ tittieħed bħala rappreżentattiva tal-bqija: ‘Kien hemm wieħed markiż imġewwaħ li ta’ markiż ma kellux għajr l-isem u kien ilu jitħabat mhux ftit biex jogħla u jintrefa’ mit-tajn tal-art li fih kien jinsab, minħabba filfaqar kbir tiegħu. Itlob illum u itlob għada, ibki lil dawn u olfoq lil dak, sa fl-aħħar, dak il-markiż kien qala’ daqsxejn ta’ impjieg talgvern, imma hu xtaq jikseb xi ħaġa aħjar bil-prezzijiet talgideb u tal-ħlif falz… Għalkemm bil-laqam ta’ nobbli fuqu dak il-markiż u ma kienx għajr isemmi dan il-fieragħ laqam, kulħadd kien iwarrbu minn ħdejh, għax ħadd ma kien jaħmlu, billi kien minfuħ bih innifsu u bil-laqam fieragħ tiegħu daqskemm kien imsawwat, miġbud għall-qerq u fl-aħħar mill-aħħar, rasu qargħa. Dan il-markiż…. ried jagħmel bħall-qurdiena, jismen biddemm ta’ ħaddieħor.’ L-istmerrija ta’ Dimech għal Barbaro kienet dejjem evidenti u qatt ma ħbiebha, la fir-rumanz u lanqas fil-paġni ta’ Il-Bandiera tal-Maltin. U Barbaro qisu ma ħalliehx lanqas, għax skont Dimech, wara li ħareġ mill-ħabs definittivament, fl-aħħar ta’ Lulju 1897, hu sar vittma ta’ spjunaġġi perikolużi. F’dak iż-żmien kien jgħix ma’ ommu fid-dar tagħhom filwied ta’ Birkirkara. Jirrakkonta li spiss, hu u ommu kienu jinnutaw xi pulizija qegħdin regolarment jispjunaw fuq id-dar tagħhom.
Dimech isostni li kellu s-suspett li dawn iż-żjarat tal-pulizija kienu qed jitqabbdu jsiru mid-Direttur tal-ħabs, Giorgio Crispo Barbaro, għax f’moħħu baqa’ jibża’ li Dimech seta’ jmur jikxiflu għawwaru. Biex aktar isaħħaħ din l-idea, jikteb li f’dak l-istess żmien, Barbaro stess kien mar personalment ikellem lil omm Manwel u jintimidaha. Naturalment, Dimech kien preokkupat ħafna b’dak l-aġir. Għalkemm ma kellux x’jaħbi mill-forzi tal-ordni, kien jibża’ li xi ħadd seta’ jagħmillu frame-up. U dan ma kienx biża’ fl-ajru għax madwar il-bidu ta’ Marzu tal1898, ċertu delinkwent Ġamri Schembri L-Iswed, ipprova jaħbilu l-flus foloz fid-dar ta’ ommu. Għalhekk, f’kull ħarġa ta’ Il-Bandiera tal-Maltin, mid-9 ta’ April 1898 sat-3 ta’ Jannar 1905, għal seba’ snin sħaħ, Dimech baqa’ jġib fl-ewwel paġna avviż bit-titlu ‘Aqraw!’ ‘Quddiem Alla u quddiem il-bnedmin, niddikjaraw irwieħna maħlulin minn kull responsabbiltà, kemmil darba f’darna, fuq il-bejt jew fil-ġnien tagħna, jinsabu moħbijin xi flus foloz, ħwejjeġ misruqin, eċċ eċċ, avolja jekk dawn ikunu mkebbin f’xi maktur li jġib il-marka tal-isem u l-kunjom tagħna, għax marka fuq maktur jaf jagħmilha kulħadd: u dan qegħdin ngħiduh għax nafu min qal li aħna għall-ħabs, u għax nafu, kif taf Malta kollha, li riedu jaħbulna l-flus foloz taħt is-sodda, sabiex jitfgħuna fil-ħabs.’ Hu wisq probabbli li bħalma ssuspetta Dimech, wara din il-persekuzzjoni kollha, kien hemm l-id kriminali ta’ Barbaro. Minkejja li Barbaro kien irrifera għall-gazzetta
19
09.05.2021
X-XIRKA ta’ Dimech ‘biċċa gazzetta defamatorja’, Il-Bandiera kienet tagħtih ġewwa wisq, għax kienet qed tikxiflu r-reati kriminali tiegħu u toħloq fuqu pressjoni enormi. Xi membri tal-klassijiet l-għolja, speċjalment il-familji tan-nobbli, bdew jimbarazzaw irwieħhom b’dak li Dimech kien qed jgħid fuq Barbaro f’Il-Bandiera, tant li Barbaro kien sar ossessjonat b’Dimech u l-gazzetta tiegħu. Dimech kien deċiż li bħala xbieha ta’ poplu mgħallaq minn sistema korrotta, jivvendika l-mewt ta’ Rużar Mizzi, Il-Lajs, akkost ta’ kollox. Dan kien ġie mgħallaq innoċentement bil-ħidma kriminali ta’ Barbaro fit-2 ta’ Lulju tal-1894. Xejn ma kien se jżomm lil Dimech milli jsikket ilsienu. Waqt li baqa’ jxandar kitbiet feroċi u libellużi kontra d-Direttur tal-ħabs u jakkużah pubblikament bil-konġura kontra l-Lajs, Dimech kemmil darba, ripetittivament, sfidah biex itellgħu l-Qorti. Sarkastikament, Dimech kien jgħid li: “il-liġijiet tal-libell huma magħmulin għannies kollha ta’ Malta barra
minn wieħed, li hu d-direttur ta’ Il-Bandiera tal-Maltin, is-Sur Emmanuel Dimech.” Fl-istess waqt, Dimech ħa ħsieb ukoll li jibda jiġbor firem għal petizzjoni li titlob ġustizzja għal-Lajs. Bil-ħsieb li xi darba, Barbaro jasal biex jagħmillu libell, hu beda wkoll jiġbor depożizzjonijiet prezzjużi mingħand eks priġunieri, li b’xi mod kienu midħla tal-konġuri li ħema Barbaro fl-istess ħabs. Peress li Barbaro kellu l-bonsens li qatt ma jazzarda jagħmel libell lill-editur ta’ Il-Bandiera – ħaġa li kieku ried, seta’ jagħmilha fil-wisa’ – Dimech ittama li xi mkien tinfetaħ selħa f ’dan is-sur formidabbli. Madankollu, hu xieraq jingħad li meta Manwel Dimech waqqaf ix-Xirka, bħala President Onorarju kellu lill-Professur Ramiro Barbaro, tal-Markiżi ta’ San Ġorġ. Il-preżenza ta’ Ramiro kienet sinifikanti ħafna. L-ewwel nett kien jiġi z-ziju ta’ Giorgio Crispo, id-Direttur notorju tal-ħabs, li ħaqar bil-bosta lill-priġunieri ta’ hemm u lil Dimech innifsu.
Għalhekk, is-sħubija tiegħu fix-Xirka u fil-kumitat kienet ta’ sodisfazzjon partikolari ħafna għal Dimech. It-tieni, dan Ramiro kien raġel imsemmi ħafna, li s-sħubija tiegħu tat prestiġju kbir lix-Xirka. Ramiro kien 20 sena ikbar minn Dimech u għalkemm kien ġie lura Malta mit-tieni eżilju tiegħu xiħ, marid u kważi għami, kien sinifikanti u elokwenti ħafna li ddeċieda li jikkollabora ma’ Dimech. Meta fis-26 ta’ April, 1914, Ramiro mar jiltaqa’ mal-membri tax-Xirka l-Belt, ingħata merħba kbira fit-triq. Il-preżenza tiegħu fosthom għollitilhom ħafna l-moral u tathom kuraġġ kbir. Għal Dimech, Ramiro kien “ġieħ talart tagħna; il-Malti li jħobb lil Malta tassew; il-Malti li qalbu ma tħabbatx u ma ħabbtet qatt ħlief għal Malta.” Fost dawk l-affarijiet li Ramiro għen lil Dimech u lill-membri tax-Xirka fihom, insibu l-organizzar għall-fabbrika tal-produzzjoni tas-sigaretti, li xtaqu jibdew. Manwel kellu proġett ieħor, dak tal-produzzjoni tad-dqiq.
Fost dawk l-affarijiet li Ramiro għen lil Dimech u lill-membri tax-Xirka fihom, insibu l-organizzar għall-fabbrika tal-produzzjoni tas-sigaretti, li xtaqu jibdew Fil-laqgħa tas-26 ta’ April, 1914, Ramiro Barbaro kien tkellem ħafna favur l-idea tal-produzzjoni industrijali u wkoll favur il-fabbrika tas-sigaretti. Il-ħsieb kien li x-Xirka tibda toffri x-xogħol lin-nisa u lill-irġiel b’pagi xierqa. Fir-rigward tal-proġett l-ieħor, dak tad-dħin tal-qamħ, kien diġà żviluppat sew fil-bidu tal-1913, iżda l-idea f ’moħħ Dimech kienet sa mill-1899. Hu kien fissirha fl-artikli tiegħu tal-1911. Hu ried li x-Xirka tkun tista’ tbigħ il-ħobż bl-irħis. Sa
kien wasal biex ordna magna minn barra, li waslet Malta fil-5 ta’ April tal-1912. L-ideali sbieħ ta’ Dimech intemmu ħesrem meta fil-31 ta’ Awwissu tal-1914, ftit wara l-bidu tal-Ewwel Gwerra Dinjija, Dimech safa arrestat fuq suspett li kien spjun tal-Ġermanja. Ftit jien wara, u sewwasew fil-5 ta’ Settembru, Manwel Dimech spiċċa eżiljat għal dejjem minn Malta fuq ordni tal-Gvernatur ta’ Malta Henry Leslie Rundle. Referenza: Ivan u Praskovja u kitbiet oħra minn Fr. Mark Montebello
20
09.05.2021
LEON BONNICI
ĦAJTU BĦALA TFAJLA KIENET INFERN FUQ L-ART Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Il-ħajja kultant taf ma titbissmilniex wisq. Hawn oħrajn li kuntenti b’ħajjithom u hawn oħrajn li maż-żmien jibdew iħossu ċertu dwejjaq. Iżda grazzi għal diversi soluzzjonijiet u edukazzjoni li sar għandna madwarna, ċerta tbatija tal-ħajja tista’ tittaffa ħafna b’għajnuna professjonali ta’ ħaddieħor. Dan l-aħħar kont fuq TikTok u ltqajt ma’ filmat li nnutajt li għamel ħoss mhux ħażin. Dan għaliex ġuvni bl-isem ta’ Leon tella’ żewġ ritratti tiegħu – wieħed ta’ kif kien qabel bħala tfajla u ieħor kif sar jidher illum bħala ġuvni. Il-kummenti pożittivi u ta’ inkoraġġiment li kien hemm miktubin kienu ta’ kuraġġ kbir għal persuni oħrajn bħalu jew li qed iħossu li jridu jibdew l-istess proċess. Għamilt kuntatt miegħu u aċċetta li ssir din l-intervista miegħi. Qed nirreferi għal Leon Bonnici. Għandu 26 sena, joqgħod Raħal Ġdid u jaħdem l-isptar. Fil-ħin liberu tiegħu jħobb imur jistad u jgawdi n-natura. Minn ġisem ta’ mara trasforma ġismu għal ta’ raġel Leon huwa persuna transgender li minn mara trasforma ġismu għal ta’ raġel. Fil-fatt xi ġimgħat ilu tella’ ritratt tiegħu ta’ qabel – jiġifieri meta kien għadu mara fuq TikTok u kellu kummenti pożittivi u ta’ inkoraġġiment mhux ħażin. Ħallejt f’idejh sabiex jikkumenta dwar dan il-fatt, jekk kinitx sorpriża, u xi stenna eżattament wara li tella’ l-post tiegħu. “Meta tellajt il-vidjow fuq TikTok dwar it-trasformazzjoni tiegħi, ma kontx qiegħed nistenna l-ammont kbir ta’ kummenti pożittivi. TikTok hija applikazzjoni fuq il-mobile li saret b’saħħitha wisq sabiex tgħaddi messaġġ u jarawk eluf ta’ nies ta’ kull età u minn kull rokna tad-dinja,” spjegali tajjeb Leon. Mistoqsi kemm ilu li għamel it-tranżizzjoni ta’ ġismu u kif kien il-proċess kollu, Leon weġibni: “Jiena bdejt
it-tranżizzjoni tiegħi ħames snin ilu. Bdejt trattament tal-hormone replacement therapy, kif ukol biddilt ismi u l-ġeneru tiegħi legalment. Għamilt żewġ operazzjonijiet maġġuri li kienu mastectomy, kif ukoll total hysterectomy.” Ridt inkun naf għaliex proprju ddeċieda li jieħu din id-deċiżjoni, jekk kienx ikollu dwejjaq minħabba l-fatt li kien raġel maqbud f’ġisem ta’ mara. “Din għalija ma nħossx li kienet deċiżjoni, aktar neċessità sabiex nagħti lil ġismi l-ħajja. Kont qiegħed neżisti u mhux ngħix. Id-dwejjaq ta’ kuljum kienu jaffettwawni mentalment. Jien kont bniedem maqbud ġo ġisem li ma kienx jirrelata miegħi.” Illum il-ġurnata huwa kuntent bit-trasformazzjoni tiegħu Kollox ma’ kollox, illum il-ġurnata Leon jistqarr li huwa kuntent bit-trasformazzjoni tiegħu, imma immaġinajt li kellu jbati ħafna matul dan il-vjaġġ twil u kemxejn iebes. Ħallejt f’idejh sabiex jirrakonta l-vjaġġ tiegħu sakemm wasal hawn. “Sfortunatament sibt min prova jkissirni verbalment għax ovvjament ħadd ma jista’ jifhimni mija fil-mija, sakemm ma tkunx persuna transesswali bħali li għaddej jew għaddejja mill-listess. Sibt ħafna ħbieb li meta raw il-bidla fija waqfu jkellmuni, kien hemm oħrajn li qatgħuni totalment u saħansitra umbrawni wkoll,” stqarr miegħi Leon. Ta’ min jgħid ukoll li llum il-ġurnata wkoll – Leon għandu tfajla maħbuba tiegħu – Breeann li wkoll hija transesswali. Fi kliem ieħor huma koppja li qalbu s-sess tagħhom bil-kontra ta’ xulxin. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar. “Filwaqt li kumbinazzjoni għandi tfajla transgender ukoll bħali ma jfissirx li qgħadt infittixha tkun hekk. Inzertajna qbilna. Jien u Breeann ilna aktar minn sena flimkien u r-relazzjoni li hemm bejnietna hija waħda kbira wisq sabiex
niddeskrivi hawn. Nifhmu lil xulxin u nissapportjaw lilna nfusna kuljum. Breeann hija tfajla ta’ 30 sena u transgender minn raġel għal mara li bdiet it-tranżizzjoni tagħha 12-il sena ilu. Operazzjonijiet għaddiet minn bosta biex tiġi
l-mara li dejjem xtaqet li ġiet mit-twelid. Għalija Breeann tfisser kollox - dak kollu li jien qatt ma sibt minħabba perspettiva tan-nies fuq bniedem bħali”. Kompla jgħidli li huma jqisu lil xulxin bħala koppja
kwalunkwe, u jagħmlu l-istess affarijiet bħal kull koppja oħra. Rigward hemmx ħsieb li jkabbru l-familja tagħhom fil-futur, Leon wieġeb: “Inkabbru familja għalissa m’għandnix f’moħħna, imma il-futur ħadd ma rah”.
Meta tellajt il-vidjow fuq TikTok dwar it-trasformazzjoni tiegħi, ma kontx qiegħed nistenna l-ammont kbir ta’ kummenti pożittivi. TikTok hija applikazjoni fuq mobile li saret b’saħħitha wisq sabiex tgħaddi messaġġ u jarawk eluf ta’ nies ta’ kull età u minn kull rokna tad-dinja
21
09.05.2021 Qabel ma beda t-tranżizzjoni tiegħu, kien ilu jgħix tmien snin sħaħ bħala lesbjana Qabel ma mort għal din l-intervista, ma kontx naf eżatt kemm Leon kien għamel snin eżatt jgħix bħala mara, imma staqsejtu jekk meta jħares lura lejn il-passat tiegħu, jarahomx bħala snin mormija minn ħajjtu jew le. “Jien qabel ma bdejt it-tranżizzjoni tiegħi kont ilni tmien snin bħala lesbjana. Ta’ 13-il sena kont qtajt xagħri qasir u kont nilbes dejjem tas-subien, imma xorta kont inħoss li hemm xi ħaġa nieqsa f’ħajti li din kienet ġismi. Ma kontx komdu kif nidher fil-mera, ma kontx inħossni tajjeb. Ħajti bħala tfajla kienet infern fuq l-art. Kont imdejjaq wisq,” stqarr miegħi. Kollox ma’ kollox, immaġinajt li matul is-snin ta’ sagrifiċċji li kellu, illum il-ġurnata jħares lura u jgħid imnalla beda l-proċess. “Grazzi għax-xjenza li kibret u provdew il-hormones u l-operazzjonijiet għal min hu bħali u bħal Breeann. Imnalla għamilt dan il-pass, għax kieku onestament ma nafx għadniex hawn illum il-ġurnata nirrakonta dan kollu li għaddejt minnu,” stqarr bl-ikbar serjetà fuqu. Żied jgħidli li bħala raġel transgender ta’ 26 sena u ċittadin Malti, iħoss li sfortunatament fadal ħafna x’naqdfu fuq edukazzjoni LGBT. “Nirringrazzja lill-Gvern Laburista li tana d-drittijiet taż-żwieġ, kif ukoll hormones bla ħlas u ħafna benefiċċji oħra fil-klinika għal min hu trans. Il-Gender well-being Clinic Mtarfa”. Fl-aħħar tal-intervista, Leon xtaq jaqsam xi pariri u kliem ta’ kuraġġ għal dawk il-persuni li forsi għandhom xi dubji mis-sesswalità tagħhom, sabiex jirrikorru għall-għajnuna meħtieġa.
“Jien nitfa’ filmati fuq TikTok sabiex nispira persuni oħra, neduka u noħloq ugwaljanza. Ħbieb ejjew flimkien nitgħallmu nħobbu u nirrispettaw lil xulxin akkost ta’ kollox, u għal min jidentifika bħali ngħidlu – M’għandekx għal xiex toqgħod imdejjaq, fittex l-għajnuna u ssibha! Tistgħu ssibu lili personali sabiex infehemkom rigward tranżizzjoni jew sempliċement tiftaħ qalbek rigward dan is-suġġett. Tistgħu wkoll tkellmu lill-MGRM. Tħallu lil ħadd u xejn iwaqqafkom milli tkunu l-veru intom,” temm jgħid Leon.
Filwaqt li kumbinazzjoni għandi tfajla transgender ukoll bħali ma jfissirx li qgħadt infittixha tkun hekk. Inzertajna qbilna. Jien u Breeann ilna aktar minn sena flimkien u r-relazzjoni li hemm bejnietna hija waħda kbira wisq sabiex niddeskrivi hawn
ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.
22
09.05.2021
AĠENZIJA SAPPORT
KEMM NAFU DWAR IS-SERVIZZI LI TOFFRI? Kitba ta’ CLIFFORD GALEA
Sapport CEO - RUTH ROSE SCIBERRAS
Tant inkunu smajna bihom li l-isem isir ‘household name’ imma meta tistaqsi lill-individiwi dwar x’servizz tagħti l-Aġenzija Sapport, issib min jaħsibha darbtejn. Bla dubju, nafu li l-Aġenzija Sapport m’għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni imma xtaqna permezz ta’ dan l-artiklu, noħolqu ftit kuxjenza u għarfien dwar il-ħidma tagħhom. Tkellimna mal-Kap Eżekuttiv Ruth Rose Sciberras. L-Aġenzija Sapport fiex tikkonsisti u għaliex twaqqfet primarjament? Aġenzija Sapport hija l-aġenzija nazzjonali li toffri firxa wiesgħa ta’ servizzi u skemi għal persuni b’diżabilità u l-familjari tagħhom, u dejjem tara kif tista’ toħloq inizjattivi u opportunitajiet għall-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità fis-soċjetà. Twaqqfet bħala aġenzija fl-2003. L-għan dejjem kien li toffri sostenn lill-persuni b’diżabilità u lill-familjari tagħhom u maż-żmien evolviet f’Aġenzija ta’ kważi 600 impjegat b’firxa wiesgħa ta’ servizzi kif ukoll impjiegi u opportunitajiet għal riċerka u volontarjat. Is-servizzi li toffri Aġenzija Sapport jinkludu: • Servizz ta’ assessjar u inter-
venti ta’ ħidma soċjali, inkluż servizzi tat-tfal • Servizzi fil-komunità • Servizzi residenzjali • Servizzi ta’ matul il-jum • Numru ta’ skemi • Interpretazzjoni tal-Lingwa tas-Sinjali • Assessjar u gwida fuq l-użu ta’ teknoloġija assistiva • Moniteraġġ u għajnuna finanzjarja biex persuna b’diżabilità tkun tista’ tqabbad carer tal-għażla tagħha • Assessjar fejn jidħol użu ta’ apparat assistiv bħal wheelchairs, u • Lezzjonijiet tas-sewqan fuq karozzi modifikati Ħafna minn dawn isservizzi jistgħu jintużaw minn persuni li għandhom diżabilità, li tista’ tkun intellettwali u/jew fiżika u li l-età tagħhom tvarja mit-twelid sa 60 sena. Għal uħud mill-iskemi kif ukoll għas-servizz tal-interpretazzjoni tal-lingwa tas-sinjali, dawn il-parametri tal-età ma japplikawx. X’inhi l-viżjoni tagħkom aġġornata dejjem mażżminijiet tal-lum? L-Aġenzija timxi fuq erba’ valuri prinċipali li huma: • ugwaljanza, għażliet u opportunitajiet għal persuni b’diżabilità
• inklużjoni ta’ dawn il-persuni fl-oqsma kollha tas-soċjetà • servizz ħolistiku mfassal fuq il-ħtiġijiet tal-individwu • sapport reċiproku: nifhmu li kemm il-persuni b’diżabilità kif ukoll is-soċjetà għandhom x’jiggwadjanaw mill-involviment tal-istess persuni b’diżabilità. Il-viżjoni tal-Aġenzija hi li tkompli tassigura l-mezzi, l-opportunitajiet u s-servizzi li bihom persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jeżerċitaw iddritt tagħhom li jieħdu sehem b’mod sħiħ fil-komunità. Għaldaqstant, l-Aġenzija taħdem kontinwament sabiex ittejjeb l-aċċessibilità tas-servizzi, taġġorna l-operat tagħha man-neċessitajiet taż-żmien, timxi id f’id mal-persuna li qed titlob is-servizz, kif ukoll timplimenta l-policies u l-istandards mistennija. Is-servizzi tagħkom jinvolvu l-umanità. Kemm għandha sserraħ moħħha millprivatezza tagħha persuna meta tagħmel kuntatt magħkom? Meta persuna tagħmel kuntatt mal-Aġenzija u turi li tixtieq tibda tirċievi s-servizzi, din tiġi mitluba biex tipprovdi ċerti dettalji. Dawn id-dettalji jiġu mitluba sabiex isir assessjar
komplut minn professjonisti bħal ħaddiema soċjali, fiżjoterapisti, occupational therapists u speech & language pathologists. Dan sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu l-bżonnijiet kollha tal-persuna. Minn hemm, il-persuna tkun tista’ tiġi referuta lejn is-servizzi li teħtieġ waqt li jkun hemm ukoll kollaborazzjoni ma’ professjonisti minn entitajiet oħra wkoll li l-persuna jista’ jkun li jkollha bżonn. Il-privatezza ta’ kull individwu madankollu tibqa’ prijorità għall-Aġenzija u tiġi dejjem rispettata. Individwi li jixtiequ jibbenefikaw minn servizz tal-Aġenzija għandhom iserrħu rashom li l-informazzjoni li tinġabar u d-dettalji personali jiġu proċessati skont l-Att tal-Protezzjoni tad-Data waqt li l-professjonisti u l-impjegati tal-Aġenzija huma marbuta wkoll li jsegwu diversi policies fosthom il-Kodiċi ta’ Etika kif ukoll il-Policy ta’ Kunfidenzjalità. L-informazzjoni relatata ma’ klijenti tiġi aċċessata minn impjegati fi ħdan l-Aġenzija jew fejn l-Aġenzija tagħti permess bil-kunsens tal-individwu sabiex ikunu jistgħu joffru l-aħjar servizzi b’mod personalizzat skont il-bżonnijiet ta’ kull persuna. Is-servizzi tal-Aġenzija
jingħataw ukoll b’mod volontarju, jiġifieri, persuna trid taċċetta hi u/jew tagħmel talba hi stess għas-servizz u għalhekk dejjem bi qbil mal-istess persuna. Is-sena tal-pandemija kif affettwat lis-soċjetà? Fiex rajtu l-akbar talba għallgħajnuna? Il-pandemija ġabet magħha sfidi kbar għal kulħadd, u speċjalment għal persuni b’diżabilità li għalihom hi importanti r-rutina u mhux bilfors jifhmu r-raġuni għaliex f’daqqa waħda nbidlu xi affarijiet. Minkejja s-sitwazzjoni tal-COVID-19, l-Aġenzija addattat l-attivitajiet u l-inizjattivi sabiex kemm jista’ jkun is-servizzi komplew jingħataw. Matul dan il-perjodu sabiex nipproteġu l-interessi tal-klijenti u l-familjari tagħhom ċerti żjarat ġew limitati però s-sapport baqa’ jingħata kontinwament permezz tat-telefown u wkoll laqgħat virtwali. Fost programmi li ġew ippjanati spikkaw l-attivitajiet online speċjalment il-kuntatt soċjali minn voluntiera tasservizz Sharing Lives, programmi online mill-ħaddiema taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum, interventi ta’ ħidma soċjali, webinars informattivi u ta’
23
08.11.2020 09.05.2021
sostenn, u anke telefonati ta’ sostenn lill-familjari. Permezz tat-teknologija, il-ħaddiema xorta setgħu jkomplu jwasslu programmi u jilħqu klijenti b’mod virtwali. Dan grazzi għall-flessibilità li wrew sabiex jadattaw għas-sistema u r-realtà ġdida. Madankollu, konna konxji wkoll li kien hemm ċirkustanzi li s-sitwazzjoni tagħhom kienet tirrikjedi servizz wiċċ imb wiċċ u għalhekk ittieħdu l-miżuri neċessarji sabiex dan jibqa’ jitwassal u f’diversi każijiet, anke b’aktar sigħat. Rajna li kien hemm bżonn kuntatt aktar regolari l-aktar għax il-familjari bdew jegħjew aktar. Għalhekk innutajna żieda f’talbiet għal servizzi fil-komunità kif ukoll għal respite. Din l-aħħar sena wriet kif l-Aġenzija minkejja l-isfidi kompliet tpoġġi l-persuni b’diżabilità u l-familjari tagħhom bħala prijorità, u ser tkompli miexja fl-istess triq. L-għanijiet tal-Aġenzija huma li tkompli tinvesti fi proġetti u ħidma li jkomplu jtejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ persuni b’diżabilità, issaħħaħ l-abbiltajiet tal-individwi u tagħti s-sapport u l-assistenza meħtieġa sabiex individwi jkunu jistgħu jgħixu ħajja indipendenti. Xi pjanijiet hemm għallAġenzija? L-Aġenzija hi organizzazzjoni ħajja. Dejjem tikber u tevolvi skont il-bżonnijiet li persuni b’diżabilità jiltaqgħu magħhom tul il-ħajja, sa miċ-ċokon sal-anzjanità. Għaldaqstant hemm diversi proġetti ġodda u oħrajn imħejjija sabiex l-Aġenzija tkompli tindirizza dawn il-bżonnijiet, fosthom: • ħidma fuq strateġija nazzjonali ta’ screening tat-tfal sabiex sa mit-twelid, jiġu identifikati u jingħarfu diffikultajiet kemm fl-iżvilupp fiżiku kif ukoll dak intellettwali u jittieħdu l-passi preventivi kollha li jkun hemm bżonn għall-aħjar żvilupp tattfal • aktar ċentri ta’ matul il-jum u residenzi ġodda għal persuni b’diżabilità • jitkompla l-eżerċizzju ta’ mmodernizzar taċ-ċentri ta’ matul il-jum • aktar inizjattivi ta’ sostenn għall-ġenituri ta’ persuni b’diżabilità • aktar investiment f’servizzi li jiffukaw fuq l-indipendenza tal-persuni b’diżabilità speċjalment fejn tidħol it-teknoloġija assistiva • aktar proġetti ta’ riċerka
fis-settur tad-diżabilità sabiex isservi bħala bażi għall-iżvilupp ta’ aktar servizzi u inizjattivi Għaliex huwa tajjeb li ħadd ma jiddejjaq jieħu l-pass u jitlob sapport? Meta persuna jew ġenitur jingħata dijanjożi ta’ diżabilità hu punt diffiċli. Wieħed iħossu li forsi ma jafx minn fejn ser jibda, x’servizzi jista’ jaċċessa u kif se tkun ħajtu. Aġenzija Sapport qiegħda hemm sabiex tagħti mhux biss servizzi, iżda tgħin lill-familja kollha b’assessjar, riferimenti lejn servizzi oħra neċessarji, waqt li tagħti sostenn u timxi id f’id malħtieġa ta’ dik il-familja. Fuq kollox, Aġenzija Sapport hi entità li toffri servizzi ta’ kwalità u skont l-istandards stabbiliti. Temmen bis-sħiħ fl-inklużjoni tal-persuni b’diżabilità, temmen fl-abbiltajiet tal-persuna, kif ukoll li l-familjari għandhom bżonn kull sapport sabiex il-persuna b’diżabilità tkun tista’ tgħix ħajja indipendenti kemm jista’ jkun. Messaġġ mill-Kap Eżekuttiv lill-pubbliku “Wasal iż-żmien li s-soċjetà tħares lejn il-persuna b’diżabilità bħala persuna bi drittijiet, abbiltajiet u ugwali, persuni li jistgħu jikkontribwixxu fis-soċjetà bħal kull individwu ieħor u għalhekk l-aċċessibbiltà, l-impjieg, l-edukazzjoni, il-familja u s-servizzi huma dritt tagħhom ukoll. Minn hawn nirringrazzja lill-ħaddiema kollha li jaħdmu qatigħ fis-settur tad-diżabilità għax nemmen li għalkemm fadal xi jsir, fl-aħħar snin sar ħafna progress f’dan il-qasam. Nappella wkoll liż-żgħażagħ u lill-istudenti sabiex jersqu lejn is-servizzi soċjali meta jaslu biex jagħżlu l-linja professjonali u karriera tagħhom. Hu settur stabbilit bi standards għoljin u fuq kollox, settur li bla dubju jħalli fik sodisfazzjon kbir meta tara li bil-ħidma tiegħek qed ittejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ ħafna nies.” Għal aktar informazzjoni dwar l-Aġenzija u s-servizzi li toffri, wieħed għandu jċempel fuq Aġenzija Sapport Helpline - Freephone 153 (u jagħfas in-numru 5), jew inkella l-uffiċini fuq 2256 8000 (Malta) u 2156 9909 (Għawdex). Wieħed jista’ wkoll isegwi l-midja soċjali tal-Aġenzija jew iżur is-sit elettroniku www.sapport.gov.mt.
SKEDA ONE TNEJN 10-05
12:45 13:00 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 18:30
Telebejgħ Kalamita ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Duurella Mhux kemm taf Flimkien ma’ Nancy Pjazza
19:15 Xanna 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:35 Liquorish 22:45 Country Jamboree 23:30 ONE News 23:45 Liqourish Daytime
07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Liquorish Daytime 08:40 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ftit Ħin għal saħħtek
12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 17:05 17:30
Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Country Jamboree Ħabrikt Dak li Jgħodd
18:30 Pjazza 19:15 Xanna 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:30 Follow Up 21:30 Music Legends 22:00 Distintivi 23:00 Ħabrikt 23:30 One News 23:45 Liquorish Daytime
07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:50 09:35 10:00 12:30 12:40
12:45 Telebejgħ 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Liquorish Daytime 15:45 Ieqaf 20 Minuta 16:00 Telebejgħ 16:15 Prime Time Preview 16:30 Duurella 16:45 Pink Panther 17:30 Fish On 18:30 Pjazza
19:15 19:20 19:30 20:10 20:35 21:00 22:00 22:35 23:05 23:30
07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Liquorish Daytime 08:40 Step Up 08:50 Pjazza 09:35 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ftit Ħin għal saħħtek
12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 17:00 17:30
18:30 Pjazza 19:15 Xanna 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 Twenty ONE 21:00 Ilsien in-Nisa 22:40 Fish On 23:30 ONE News 23:45 Liqourish Daytime
07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:50 09:35 10:00 12:30
13:15 ONE News 13:20 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Kalamita 16:05 Liquorish Daytime 16:15 Telebejgħ 16:30 Telebejgħ 16:45 Prime Time Preview 17:00 Duurella 17:30 Indhouse 18:30 Pjazza
19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 22:00 23:30 23:45
Xanna ĠIMGĦA ONE Sports 14-05 & Temp ONE News Prime Time L-Awla Kick Off ONE News Liquorish Daytime
07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Better Living 09:45 Twenty ONE 10:15 Il-Kostruzzjoni 10:57 Indhouse
11:53 12:30 12:35 14:30 15:00 15:30 15:35 16:30 17:30
Telebejgħ ONE News Ilsien in-Nisa Country Jamboree Liquorish Omnibus ONE News Dak li Jgħodd Flimkien ma’ Nancy Il-Kelma
18:00 18:45 19:22 19:30 20:05 20:30 23:30
Pink Panther Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News
07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:30 11:55
12:30 12:35 15:30 15:35 16:00 17:30 19:15
ONE News Arani Issa ONE News Arani Issa L-Awla L-Argument ONE Sport & Temp
19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Attività Politika 21:15 Mija 22:30 Distintivi 23:30 ONE News
07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:50 09:35 10:00 12:30 12:40
ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif
TLIETA 11-05
ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif
ĦAMIS 13-05
ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso PRESS CONFERENCE: COVID 19
SIBT 15-05
ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Paper Scan Attività Politika Telebejgħ
Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime Time Preview Żona Sport Il-Kostruzzjoni Better Living
ERBGĦA Xanna 12-05 ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime The Local Traveller Espressjoni Country Jamboree Ondroad Ħabrikt ONE News
ĦADD 16-05
24
09.05.2021
reċensjoni tal-ktieb
MOONSTONE TRIANGOLU KRIMINALI Ir-rumanz jittratta l-leġġenda tad-djamant prezzjuż Moonstone li nsteraq mill-Indja fis-seklu dsatax. Ħafna jemmnu li nsteraq minn ġewwa t-tempju tar-reliġjon Ħindu fi żmien l-Ingliżi, waqt battalja qalila mal-Musulmani. Dan id-djamant kien jappartjeni lil alla Chandra (jew Soma) ta’ erba’ jdejn li jirrappreżenta lill-qamar. Misterjożament Moonstone kien jinsab f’Malta! Waqt serqa ppjanata bir-reqqa fil-villa tal-familja Caruana millprofessjonisti kriminali Jamie u sħabu – bl-għajnuna tal-għaqda mafjuża BMF ta’ Sqallija – Moonstone jerġa’ jara d-dawl. Ftit iżda jafu li fuq kull min imiss miegħu, jew saħansitra jinsab qribu, taqa’ d-daqqa tal-mewt. Xi jmur ħażin fis-serqa fil-villa tas-Sur Victor Caruana? Għand min jinsab id-djamant Moonstone, ladarba la Jamie u lanqas il-BMF ma jafu x’sar minnu? Hawnhekk tibda l-avventura tas-Supretendent Henry Buhagiar u l-Ispettur Jack Borg biex isolvu dan il‑każ minsuġ b’delitt, traffikar ta’ droga, u fuq kollox l-għejbien ta’ Moonstone!
Mistoqsija: Min kien qed jagħti l-għajnuna lil Jamie u sħabu? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb MOONSTONE TRIANGOLU KRIMINALI. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 16 ta’ Mejju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb MUŻAJĊI TAT-TAFAL hija:
J. CUTAJAR - ŻEBBUĠ
03 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm-il ħaddiem hemm fil-kampanja “Insebbħu Malta”?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
09.05.2021
ID-‘DEATH ROW GRANNY’ KIENET TIVVALENA LILL-VITTMI TAGĦHA BL-ARSENIKU Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
Margie Velma Barfield kienet qattiela tal-massa Amerikana li nstabet ħatja bi qtil wieħed u wara ammettiet li b’kollox qatlet sitt persuni. Barfield kienet l-ewwel mara Amerikana li ngħatat il-piena kapitali wara li din tal-aħħar reġgħet iddaħħlet fl-Istati Uniti fl-1976. Hi kienet ukoll l-ewwel mara li nqatlet permezz tal-injezzjoni letali. Il-każ tagħha kien qajjem kontroversja sħiħa minħabba l-piena kapitali u l-midja tatha l-laqam ta’ ‘Death Row Granny.’ Il-ħajja ta’ Margie Velma Barfield Margie Velma Barfield, kunjom xbubitha Bullard, twieldet fid-29 ta’ Ottubru tal-1932 f ’South Carolina u ġiet imrobbija f ’Fayetteville f ’North Carolina fl-Istati Uniti. Hi kienet waħda mid-disa’ wlied li kellhom il-koppja Bullard. Meta kienet għadha żgħira, hi allegat li missierha kien isawwatha u jabbuża minnha sesswalment filwaqt li ommha ma kienet tagħmel xejn biex twaqqfu. Dawn l-‘abbużi’ wassluha biex titlaq mid-dar ta’ età żgħira billi żżewġet lill-għarus li kellha, Thomas Burke, fl-1949. Tajjeb ngħidu li ħutha l-bniet ċaħdu l-allegazzjonijiet ta’ Barfield u qalu li ma kienx minnu li missierhom kien jagħmel dak li qalet hi. Għall-bidu kollox kien miexi ħarir. Il-koppja kellhom żewġt ittfal u kienu jgħixu ħajja normali. Din in-normalità ntemmet wara 15il sena hekk kif żewġha tilef xogħlu u weġġa’ f ’inċident stradali. Minn hawn, Burke beda jixrob biex inessi n-niket li ħakmu filwaqt li Barfield kellha toħroġ taħdem biex tmantni
l-familja. Kien f ’dan iż-żmien diffiċli li Barfield bdiet tieħu l-kalmanti. Jibdew l-imwiet ‘traġiċi’ Minn hawn bdew l-argumenti bejn il-koppja u Barfield spiċċat biex daħħlet lil żewġha fi programm ta’ riabilitazzjoni fid-Doroteha Dix Hospital. Wara li lesta l-programm, żewġha ħareġ bħala raġel riformat iżda xorta kellu rabja kbira lejn martu talli ‘qaflitu.’ Fl-4 ta’ April tal-1969, Barfield ħarġet ma’ wliedha mid-dar filwaqt li Burke baqa’ d-dar. Hekk kif Barfield irritornat ma’ wliedha ftit sigħat wara, hi sabet id-dar maħruqa u saret taf mill-pulizija li Burke nstab mejjet fuq is-sodda wara li ma tefiex is-sigarett sew. Dan il-każ kien meqjus bħala wieħed aċċidentali iżda ’l quddiem tqajmu suspetti jekk dan kienx verament inċident traġiku. Fl-1971, Barfield iżżewġet lil Jennings Barfield. Żewġha dam ħaj sitt xhur biss wara li żżewwiġha u l-mewta tiegħu ġiet deskritta bħala waħda
ta’ ‘kawża na turali.’ Seba’ snin wara ttella’ l-katavru ta’ Jennings Barfield mill-qabar biex jiġi eżaminat u nstab li kellu doża qawwija ta’ arseniku fis-sistema tiegħu. Dan kien ifisser li huwa nqatel u li ma mietx b’kawża naturali. Fiż-żmien li qatlet lit-tieni raġel tagħha, Barfield bdiet tħallat il-pilloli u spiċċat dipendenti fuq it-taħlit tad-droga. Il-flus ma bdewx iservuha u fl-1974 marret tissellef elf dollaru f ’isem ommha. Barfield bdiet tibża’ li l-bank kien se jikkuntattja lil ommha għall-verifikazzjoni u b’hekk tat doża qawwija ta’ insettiċida lil ommha biex toqtolha. Ironikament, il-mewta ta’ ommha ġiet ukoll iddikjarata bħala waħda naturali. Sentejn wara mill-qtil ta’ ommha, Barfield bdiet taħdem bħala seftura ma’ Dollie Edwards. Edwards kellha neputi, Stuart Taylor, li ħa interess f ’Barfield u bdew joħorġu flimkien. Minkejja li Barfield kienet f ’relazzjoni ma’ Taylor, hi xorta waħda vvalenatlu lil zitu fi Frar tal-1977. Għal darb’oħra, Barfield ħelsitha
Dan il-każ kien meqjus bħala wieħed aċċidentali iżda ’l quddiem tqajmu suspetti jekk dan kienx verament inċident traġiku
hekk kif it-tobba qalu li Edwards mietet minħabba infjammazzjoni fl-istonku. Wara l-qtil ta’ Edwards, Barfield marret tgħix ma’ John Lee ta’ 80 sena u martu Record ta’ 76 sena biex tieħu ħsiebhom. Barfield kitbet ċekk ta’ 50 dollaru f’isem Lee u bħalma ġara filkaż ta’ ommha, hi bdiet tibża’ li tinqabad. Kien għalhekk li bdiet tmarrad lil Lee ftit ftit biex ma jindunax b’dak li għamlet. F’xahrejn, Lee tilef ħafna mill-piż u spiċċa biex miet fl-4 ta’ Ġunju. Wara l-qtil tiegħu, Barfield bdiet tipprova tivvalena wkoll lil martu iżda f’Ottubru tal-1977 telqet mid-dar u tista’ tgħid li Record ħelsitha ħafif. Barfield marret tgħix f’Lumberton u nqabdet darbtejn tagħmel ċekkijiet foloz f’isem Stuart Taylor. Hu ħafrilha iżda kellhom ġlieda kbira wara li reġgħet għamlet l-istess għat-tielet darba. Kien għalhekk li fil-31 ta’ Jannar tal-1978, Barfield tefgħet il-valenu fil-birra ta’ Taylor u baqgħet tagħmel hekk sakemm miet fl-4 ta’ Frar. It-tobba qalu li miet b’infjammazzjoni fl-istonku iżda l-qraba ta’ Taylor riedu li ssir awtopsja. Mill-awtopsja rriżulta li Taylor kellu l-arseniku fis-sistema tiegħu u b’hekk ġiet interrogata Barfield. Hi ammettiet li qatlet lilu, lil ommha, lit-tieni raġel tagħha, lil Dollie Edwards u lil John Lee. Bħala skuża qalet li qatlithom aċċidentalment biex ma tinqabadx bil-qerq tagħha. Mill-ħames vittmi, Barfield ma tatx raġuni għalfejn qatlet lil Edwards. Margie Velma Barfield instabet ħatja bi qtil tal-ewwel grad u ngħatat il-piena kapitali permezz tal-injezzjoni letali fit-2 ta’ Novembru tal-1984.
26
09.05.2021
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
09.05.2021
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 380
C. BUHAGIAR - BORMLA
MIMDUDIN: 1. Nofs il-kulur tal-bandiera Maltija (5) 4. Attent ħafna (4) 7,24. Ingħaqad (7) 9,21M. Iggosta? (6)
Bi 3 NUMRI 962 130 193 B’4 NUMRI 224 0022 274 0276 306 0749 370 1097 446 1193 497 1269 660 1488 742 2438 813 2477 825 2575
2919 3207 3338 3412 3462 4111 4165 4412 4522 4825 5240 5312 5552
5613 5824 5846 5983 6098 6479 6505 6645 6656 7256 7320 7520 7842
7935 8143 8291 8521 9384 9680 9718 9773 B’5 NUMRI 02942 04232 06763
07294 19066 27032 32951 38223 39042 43268 49601 60128 70443 77410 81282 87062
92511 93896 94440 B’6 NUMRI 467846 591590 B’9 NUMRI 128538383 266454926 439018528 658536046
10. 12. 16,22. 18. 19.
Kansers? (6) Il-kulleġġ tilef rasu (6) Qerq (6) Il-qalba ta’ brared (2) Ara 6
WEQFIN: 6,19. It-tielet numru (6) 1. Kompli l-qawl: 8. Tajjeb aktar (9) Fil-....... aħseb 11,12W. Bugħarwien għall-maltemp (6) Ingliż (4) 2. Ġurnata (3) 12. Ara 11 3,23. Ma vvutax (6) 13. Żagħżugħ Ingliż (3) 5. Għatu bla għajn (3) 14. L-għasafar tnejn
20. 21. 23. 24.
Wejda bil-maqlub (5) Ara 9 Ara 3 Ara 7
ikollhom minnu (6) 15. Imfissed? (6) 17. Jagħmel id-duħħan (3) 21. Ino Bernard James (1,1,1) 22. Ara 16
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Baqar, 4.Ħrit, 7,9.Islef, 10.Pponta, 12.Maltin, 18,21W. Etern, 19.Sab, 21.EAI, 23.Nsib, 24.Rtira
WEQFIN: 1.Beltin, 2,11.Qafla, 3.RIP, 5,20. Rinomati, 6,16.Ttanta, 8.Spettatur, 12.Ma, 13,22.Lemini, 14.Nsibni, 15.Żbalja, 17.Tua
28
09.05.2020
F’DINJA GĦALIHOM Editorjal
Partit li jipprova juri faċċata ideali meta fil-verità m’hawnx persuna fostna li ma tafx li din ilha mranġta, mill-inqas mindu f’Marzu tal-2013 waqaf ħesrem l-abbuż flagranti mill-fondi pubbliċi
Il-Partit Nazzjonalista ma nbi del qatt. B’numru ta’ kapijiet differenti u tilja żmien biex jirrifletti, baqa’ biss jinfatam mid-dinja reali u jiżola ruħu mill-bqija tas-soċjetà, inklużi partitarji akkaniti minn tiegħu. Il-forzi li kienu jagħmluh sofrew minn emorraġija qawwija fuq għexieren ta’ snin … u mhux b’kumbinazzjoni lanqas. Illum iżjed mill-bieraħ jinsa bu maqtugħin kompletament għalihom f’dinja tal-ħolm, fejn jemmnu l-gideb tagħhom stess. Jippretendu wkoll li kulħadd jifhimhom u jirraġuna bħalhom, anke meta jipprietkaw sett ta’ regoli, li mhux bilfors japplikaw għalihom infushom. Anzi fil-verità jqisu li huma awtomatikament eżentati minn tali rbit. Fl-elitiżmu arroganti tagħ hom jipprattikaw politika psi kadelika li tagħmel ħoss biss meta jdoqq għal widnejhom. Mill-bqija jittarrxu u jilagħbuha tal-cool, imqar bi stqarrija konġunta, tazza nbid u tbissima mċarrta minn tarf s’ieħor. B’tali mentalità, nifhmu aħ
jar illum it-twemmin tal-Kap attwali Nazzjonalista Bernard Grech meta ddikjara pubbli kament li l-Partit Laburista jir nexxilu jilloppja liż-żgħażagħ bid-diskussjoni dwar il-kanna bis, tant li “hu rifless fin-numri fl-istħarriġ tal-opinjoni pubbli ka.” Maqtugħin iżjed minn hekk ma jistgħux ikunu. Li ma kienx għall-ħsara li ssofri s-saħħa demokratika, faċli tedha bl-ispettaklu ta’ Partit mqatta’ minn ġewwa li jipprova jinħeba wara subgħajh iż-żgħir. Partit li jipprova juri faċċata ideali meta fil-verità m’hawnx persuna fostna li ma tafx li din ilha mranġta, mill-inqas mindu f’Marzu tal-2013 waqaf ħesrem l-abbuż flagranti mill-fondi pubbliċi. Minn hemm feġġew fil-pubbliku s-sinjali ta’ problemi kbar li wasslu anke għat-tkeċċija ta’ numru ta’ impjegati tal-midja Nazzjonalista, avolja sa dak iż-żmien dawn jaf lanqas kellhom ħjiel tar-riperkussjonijiet li ħejjewlhom dawk li ħasbu biss għal rashom meta kellhom ħalqhom imqabbad dirett ma’
vit miftuħ. Il-PN u dawk li jmexxuh jistgħu jkunu fuq pjaneta miljuni ta’ snin ’il bogħod minn hawn, imma ħadd u xejn ma jista’ jneħħilna minn moħħna li dan kollu kien għadu jseħħ sa inqas minn għaxar snin ilu. Jiġifieri meta llum jiġi l-Kap tal-Oppożizzjoni jipprova jbel lgħalna r-ross bil-labra u jippretendi li nemmnu li għandu pjan u miri kif itejjeb l-għajxien taċ-ċittadini Maltin u Għawd xin ma jista’ qatt ikollu xi tip ta’ sustanza jew kredibbiltà. Aktar u aktar meta Grech jibqa’ jidher imdawwar b’dawk li kienu perċimes biex serqu lill-poplu ħaj u flaġellawh bl-agħar piżijiet. Qed nitkellmu dwar deputati, bħal Jason Azzopardi, li anke ħatfu ż-żieda ta’ aktar minn €500 fil-ġimgħa bħala membri tal-Kabinett fl-2008, fl-istess ħin li marru lura minn kelmt hom maċ-ċittadin biex inaqqsulu t-taxxa “ħalli ma jkunux irresponsabbli” bl-iskuża talkriżi finanzjarja f’dik l-istess sena.
U allura meta persunaġġi simili, mtaqqlin ukoll bi skandli ta’ żminijiethom, jibqgħu jiddominaw l-aħbarijiet u jku nu protagonisti fil-“paġna ġdi da” Nazzjonalista ma jawgura xejn sew. Flok għalqu l-“ħanut” biex jirrinovawh u jagħtu taħriġ f’manjieri aħjar lill-“impjegati” (jew biddluhom fejn meħtieġ), baqgħu miftuħin għan-negoz ju, avolja kollox beda jisfronda madwarhom u l-klijenti baqgħu jinqdew bl-istess servizz arroganti ta’ qabel. Riċetta perfetta għall-falli ment. Dan mhux biss ma jnis silx tama li l-PN irranġa jew li żmien il-bużullotti u t-teatrini għadda. Lanqas jista’ jqanqal fiduċja ta’ Oppożizzjoni serja u kredibbli għall-ġid tal-iżvilupp ta’ pajjiżna. Minflok, hi biss indikazzjoni ċara li wara tmien snin ma kinux kapaċi l-ewwel jirranġaw darhom, aħseb u ara kemm jistgħu jkomplu jew anke jtejbu fuq dak li sar s’issa għall-poplu Malti u Għawdxi bis-saħħa ta’ Gvern Laburista. Minn daqshekk kull ċittadin jista’ jserraħ rasu!