TWISSIJIET FUQ KAŻI TA’ PEDOFILIJA ŻDIEDU FIL-COVID Rapport f’paġna 8
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 9 ta’ Awwissu, 2020
Ħarġa Nru 1,413
Prezz €1
B’INĊIDENZA MAL-BAXXI Skont l-istatistika ppubblikata mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), Malta għandha fost l-inqas inċidenzi baxxi tal-COVID-19 mill-pajjiżi kollha membri fl-Unjoni Ewropea. L-informazzjoni miġbura għal kull pajjiż skont l-għadd ta’ każi attivi, imwiet u rkupru fihom kull 100,000 persuna (Crude Cumulative Incidence), tixhed li pajjiżna għadu fost l-aktar siguri, minkejja żidiet riċenti. Analiżi, li għamilna, ma ssostnix l-azzjonijiet, partikolarment, mill-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) fl-isptarijiet u ċ-ċentri tas-saħħa, b’detriment għal diversi pazjenti.
Rapport sħiħ f’paġni 6 u 7
L-inċidenza fil-pajjiżi tal-UE, inkluż pajjiżna, u r-Renju Unit
KAMPANJA TOSSIKA NAZZJONALISTA TA’ ADRIAN DELIA MWISSIJIN MILL-FAZZJONI BUSUTTIL LI GĦAD FADAL ĦAFNA STEJJER X’JOĦORĠU SAL-ELEZZJONI TAT-TESSERATI, JEKK U KEMM-IL DARBA JIRNEXXILU JGĦADDI MILL-EŻERĊIZZJU TA’ DILIĠENZA Nies qrib ħafna tal-Kap attwali Nazzjonalista Adrian Delia wrew it-tħassib li d-deputati ribelli se jkunu qed jużaw “l-arma favorita tagħhom”, b’referenza għall-manipulazzjoni tal-imħuħ permezz tal-midja, biex ikomplu jħammġu u jiskreditaw il-favorit tagħhom tul il-kampanja li twassal għall-elezzjoni ta’ Kap. Sakemm jasal il-mument li l-eluf ta’ tesserati tal-Partit jiddeċiedu min se jkun qed imexxihom fiż-żmien li ġej fadal ftit ġimgħat, biżżejjed biex il-fazzjoni ta’ Busuttil jirnexxilha ddawwar il-fehma tat-tesserati kif għamlet mal-membri
tal-Kunsill Ġenerali. Fl-aħħar Kunsill Ġenerali 56% m’appoġġjawx ix-xewqa ta’ Delia li jkun hemm sempliċi vot ieħor ta’ fiduċja fil-Kap u minflok għażlu kontestazzjoni mill-ġdid għal Kap wara biss tliet snin, kif xtaqu d-deputati ribelli. B’din id-deċiżjoni l-Kunsill qaleb il-vot tiegħu stess meta s-sena l-oħra kien ikkonferma lil Delia b’maġġoranza akbar. Min-naħa l-oħra, l-aħħar darba li t-tesserati vvotaw għall-istess Delia kien fl-2017 meta għażluh b’maġġoranza ta’ 53% bħala s-suċċessur ta’ Simon Busuttil, kontra l-istab-
bilit Chris Said. Dakinhar ukoll kien qed iħabbatha kontra l-establishment l-antik u ssorprenda. Minkejja dan, illum dawk li akkost ta’ kollox iridu jtajrulu rasu mill-Partit, jidher li mhux se jieħdu ċansijiet u saħansitra diġà bdew bit-tattiċi ta’ bbuljar fuq in-nies ta’ Delia. “Diġà qed jgħidulna lestu ruħkom, il-kbir għadu ġej’,” stqarr wieħed qrib il-Kap attwali b’re ferenza għat-theddid li għaddej internament. Tkompli f’paġna 3
02
09.08.2020
kullhadd.com
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 31°C L-Inqas Temperatura: 24°C L-Indiċi UV: 10 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ pressjoni għolja qed tippersisti fuq il-Punent u ċ-ċentru talMediterran It-Temp: Ftit imsaħħab bil-possibbiltà ta’ xi ħalbiet iżolati tax-xita Ir-Riħ: Ħafif u varjabbli li jsir mill-Majjistral itTramuntana Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif għal moderat li jsir ħafif L-Imbatt: Baxx mill-Punent Majjistru li jsir ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 28°C
Editur RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR tel: (+356) 2568 2570
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Indirizz Postali KullĦadd
33°C UV 10
24°C
Il-Ħamis
33°C UV 10
23°C
33°C
Il-Ġimgħa
UV 9
23°C
Is-Sibt
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Emerġenza COVID-19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
34°C UV 10
23°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
33°C UV 10
Floriana Dispensary, 29, Triq Vincenzo Dimech, Il-Furjana – 21233034 Cosmed Pharmacy, Soccors, 7 Triq il-Franġiskani fi Triq Villambrosa, Il-Ħamrun – 21225991 Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487311 St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara – 21492151 Remedies Chemists, Marina Court, 49A, Triq l-Abate Rigird, Ta’ Xbiex – 21341649 Ta’ Giorni Pharmacy, Shop 2, Triq Lapsi, Ta’ Giorni – 21333886 Remedies Pharmacy, 144, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21344722 St. Michael Pharmacy, Misraħ tat-Transfigurazzjoni, Ħal Lija – 21435875 Smiths (Pama) Pharmacy, Triq Valletta, Il-Mosta – 21417593 St. Paul’s Bay Pharmacy, 504, Triq il-Kbira, San Pawl il-Baħar – 21575276 Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien – 21802986 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu – 21807529 May Day Pharmacy, Triq il-Vittorja, Ħaż-Żabbar – 21826529 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Consilii, Iż-Żejtun – 21806009 Kirkop Pharmacy, 9, Triq il-Parroċċa, Ħal Kirkop – 21682028 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ – 21465346 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat, Malta – 21454247 Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat, Għawdex – 21563233 Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, Ix-Xagħra, Għawdex – 27551140
24°C
33°C
UV 9
24°C
SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR IS-SIBT 15 TA’ AWWISSU Vilhena Pharmacy, 3, Triq Sant’Anna, Il-Furjana – 21244114 Thomas’ Pharmacy, 796, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238018 Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487020 Marrit Pharmacy, Triq l-1 ta’ Mejju, Fleur-de-Lys Birkirkara – 21488613 D’Argens Pharmacy, 330, Triq D’Argens, Il-Gżira – 21330817 San Ġwann Pharmacy, 11, Triq Feliċ Borġ, San Ġwann – 21386974 Edward’s Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334102 Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Ħal Balzan – 21445741 St. Louis Pharmacy, Shop 1, Bohemian Courts, Vjal l-Indipendenza, Il-Mosta – 21432802 Euro Chemist, Triq il-Kurazza, Il-Qawra – 21581876 Sonren Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien – 21672757 Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, L-Isla – 21801698 Fgura Pharmacy, Triq il-Koppla, Il-Fgura – 21675250 Beta Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Ħal Għaxaq – 21663311 Kristianne Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, Iż-Żurrieq – 21647391 Brown’s Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ – 21465411 Spiżerija Carmen, 1, Triq Misraħ is-Suffara, Ħad-Dingli – 21457128 Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Ir-Rabat, Għawdex – 21557819 Vella Pharmacy, 15, Triq it-13 ta’ Diċembru, In-Nadur, Għawdex – 21566431
03
09.08.2020
kullhadd.com
SE JIBDA BI ŻVANTAĠĠ AKBAR MINN TAL-2017 Tkompli minn paġna 1 Minkejja dan, dawk fuq in-naħa ta’ Delia mhux mistennija li jħalluhom b’xejn lanqas. L-istess sors, li tkellem ma’ din il-gazzetta, serrħilna rasna li mhux se jħallu jorqod il-fatt li wieħed mill-perċimes tal-fazzjoni Busuttil, Jason Azzopardi, inqabad jigdeb dwar x’tip ta’ relazzjoni kellu mal-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, fl-istess ħin li qed jiddefendi l-interessi tal-familja tagħha quddiem il-Qorti. Azzopardi, li ddikjara fil-pubbliku li qatt ma ltaqa’ ma’ Yorgen Fenech, fil-verità nkixef b’ritratt li kien mistieden u attenda għat-tieġ ta’ dan tal-aħħar fl2009 proprju meta hu kien Segretarju Parlamentari responsabbli mill-artijiet, fost oħrajn. Fir-ritratt jidher mal-eks mara tiegħu jitkellem ma’ Fenech. L-istess alleat ta’ Delia assigurana li “ħadd mhu se jinsa lanqas li dan (Azzopardi) sa jumejn ilu kien qiegħed jikkonfoffa ma’ Bernard (Grech) f ’ħanut f ’Tas-Sliema,” b’referenza għall-istorja esklussiva ta’ ONE News. Għaldaqstant jidher li Awwissu se jkun jaħraq ferm aktar għat-tmexxija Nazzjonalista, ladarba ż-żewġ fazzjonijiet iqisu dan bħala l-aħħar ċans għalihom biex iżommu t-tmun tal-Partit jew biex jiksbuh lura taħt il-kontroll tagħhom. U waqt li naħa se tirbaħ definittivament, l-oħra se tispiċċa tmut definittivament ukoll. Ta’ Delia jqisu li, meħud kont li attwalment il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit hi mmexxija
OFFERTA GĦALL-KIRI TAL-BAR Il-Kumitat taċ-Ċentru Laburista tal-Imġarr jixtieq javża li qiegħed jilqa’ l-offerti għat-tħaddim tal-bar tal-istess lokal sa mhux aktar tard minn nhar il-Ħadd 30 ta’ Awwissu 2020, sas7:00pm. Il-kundizzjonijiet ser ikunu għad-dispożizzjoni għand isSegretarju (Numru ta’ kuntatt: 99472943). L-offerti għandhom ikunu preżentati u ssiġillati sad-data li tidher hawn fuq. Offerti inqas minn €4 kuljum mhux ħa jiġu kkunsidrati. Il-Kumitat iżomm id-dritt li jirrifjuta kull offerta anke l-aktar waħda vantaġġuża.
minn Peter Fenech, wieħed qrib sew tal-fazzjoni Busuttil u li wkoll kellu negozju bi sħab ma’ Simon Busuttil innifsu, l-affarijiet se jkunu aktar diffiċli għalihom milli kienu tliet snin ilu. Minbarra hekk, hu sigriet magħruf li d-deputati ribelli qed jimbuttaw biex il-Kummissjoni Etika, li trid tevalwa l-kandidaturi qabel ikunu jistgħu jikkontestaw, lanqas tapprova l-kandidatura ta’ Delia fuq il-bażi li dan għandu wisq dellijiet fuq rasu, mhux l-inqas investigazzjoni tal-Pulizija b’rabta ma’ allegat ħasil ta’ flus ġejjin mill-prostituzzjoni u t-traffikar tad-drogi. F’każ li dan iseħħ, għalkemm jaraha bħala possibbiltà remota ħafna, is-sors li tkellem magħna jaqbel li dak kieku jkun il-bidu tat-tmiem tal-Partit innifsu. Għalhekk, kemm-il darba s’għada meta jagħlqu n-nomini jibqa’ ma jkunx hemm persuni oħrajn interessati fil-kariga, għajr Delia u Grech, allura jibda l-proċess għal elezzjoni oħra fost it-tesserati f ’inqas minn tliet snin. Kif irrapportajna l-ġimgħa li għaddiet, kemm-il darba l-establishment Nazzjonalista jirnexxilu jeleġġi lil Grech bħala Kap tal-PN, allura xi ħadd ikun irid jagħmillu l-wisa’ fil-Parlament ladarba mhux deputat. Dawk li se jkunu jistgħu jagħmlu dan huma Adrian Delia stess, Godfrey Farrugia, Karol Aquilina, Maria Deguara, Kevin Cutajar, Ivan Bartolo u David Thake. Dawn tal-aħħar huma kollha kontra t-tmexxija attwali, allura wisq probabbli li jipprovaw jimbottaw lil Delia stess ’il barra. Teżisti wkoll il-possibbiltà li Grech ma jidħol qatt fil-Parlament u jinħatar jew tinħatar Kap tal-Oppożizzjoni differenti mill-Kap tal-Partit.
04
09.08.2020
kullhadd.com
L-ASSEDJAT: Il-Kap attwali Adrian Delia determinat li jikkontesta mill-ġdid, daqskemm hu determinat li ma jċedix lill-fazzjoni Busuttil, wara li għal tliet snin kienu l-ħin kollu ta’ xkiel fit-tmexxija tiegħu IL-PRUŻUNTUŻA: Wara li kienet sfurzata biex tixref wiċċha tirrappreżenta lid-deputati ribelli, Therese Comodini Cachia pretendiet li ma tkunx “stepney” u stenniet li tiġi appoġġjata wkoll fl-aħħar fażi anke jekk ikkonvinċewha mod ieħor
L-ISTUŻ: Fil-bidu tal-kriżi attwali, bħall-2017, Claudio Grech qagħad iżjed minn pass lura milli juri l-interessi tiegħu, avolja ħafna jqisuh bħala Kap futur. Meqjus il-filjozz tal-Eks Ministru Austin Gatt, mhux xi ċuċ li jissogra jidħol fit-tmexxija, b’40,000 vot differenza
IL-PREFERUT: Irrelevanti li użaw u ramew lil Comodini Cachia, il-fazzjoni Busuttil kienet wara wiċċ “nadif” li seta’ jkun ta’ sfida denja għal Delia quddiem l-eluf ta’ tesserati. Bernard Grech l-aktar li resaq qrib din ix-xewqa tagħhom
IS-SODISFATTA: Anke jekk għażlet li ma titfax isimha, l-ambizzjonijiet tal-MEP Roberta Metsola huma għoljin ukoll. Mhux mill-favoriti tal-fazzjoni Busuttil, anzi taf tħossha vvendikata li Comodini Cachia, li kienet imbuttata minn Simon Busuttil, illum twarrbet mal-ġenb
L-AVVENTURUŻ: Minn dejjem fiċ-ċrieki tal-PN u l-establishment Nazzjonalista, avolja pprefera jibni karriera ta’ suċċess bħala avukat. Illum bħal tliet snin ilu, wara li rriżenja Simon Busuttil, Joe Giglio qabeż l-opportunità li jikkontesta … ma jfissirx li mhux iħares lejn okkażjonijiet futuri
05
09.08.2020
kullhadd.com
F’DIN IL-ĠIMGĦA…
IL-MIXGĦUF: Bl-esperjenza qarsa ta’ tliet snin ilu, meta weħel fl-ewwel rawnd ta’ votazzjoni fil-ħatra ta’ Kap ġdid Nazzjonalista, anke jekk mill-establishment kienu qed jimlewlu rasu li kien l-aħjar għażla, illum Alex Perici Calascione donnu rrassenjat u kuntent li jibqa’ jservi lill-Partit u jaqdi lill-fazzjoni Busuttil fittmexxija tal-Eżekuttiv
IL-ĦADD 2 TA’ AWWISSU ● Patricia, omm Yorgen Fenech, l-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, tikkonfronta lil Jason Azzopardi dwar id-dikjarazzjoni tiegħu li hu qatt ma ltaqa’ ma’ binha, u tikteb li “miskin min jemmnek”. Ippubblikat ukoll ritratt tad-Deputat Nazzjonalista, flimkien mal-eks mara tiegħu, waqt ir-riċeviment tat-tieġ tal-istess Yorgen Fenech fejn kien il-mistieden tiegħu fi żmien li kien is-Segretarju Parlamentari responsabbli fost oħrajn mill-artijiet.
IT-TNEJN 3 TA’ AWWISSU
L-ANTI-ESTABLISHMENT: L-aktar awtokritiku tat-tmexxija Nazzjonalista u l-aktar tal-fazzjoni Busuttil qabel feġġ Delia, anke jekk tliet snin ilu kkontestah ukoll bl-inqas suċċess, it-Tabib Frank Portelli aktarx qata’ jiesu li jara lill-PN lura għall-glorja kif jiftakru fi żmienu
IL-MINSI: Bħala sostenitur ta’ Delia, il-Viċi Kap attwali Robert Arrigo ssorprenda lil kulħadd meta f’dibattitu televiżiv dwar dawk li qed jissemmew bħala interessati fil-kariga, stqarr li lilu kulħadd jinsieh … anke jekk ma kkonfermax b’mod definit li jista’ jitfa’ ismu għat-tellieqa
● Il-ġurnal it-Times of Malta jispjega li l-kandidati kollha li se jpoġġu isimhom fit-tellieqa għal Kap tal-PN iridu jgħaddu minn proċess ġdid ta’ verifika li ssir fuq kull kandidat prospettiv u tibda ssemmi dubji dwar kemm il-Kap attwali jista’ qatt jgħaddi minn dan il-proċess. ● ONE News jirrapporta li d-De putat Jason Azzopardi imblokka lil omm Yorgen Fenech fuq Facebook biex din ma tkunx tista’ tikxfu f ’aktar borom u gideb. Fuq Facebook, Patricia Fenech, li indikat li taf ħafna fuqu, kitbet li d-deputat neħħa kull kitba tagħha u imblokkaha milli tikteb fuq il-paġna tiegħu. ● Issir laqgħa bejn id-deputati ribelli tal-PN bil-għan li flok ħafna kandidati jkun hemm kandidat wieħed b’saħħtu li jisfida lil Delia, għalkemm mhux kulħadd kien qed jaqbel dwar min għandu jkun. ● NET News jirrapporta li l-Eżekuttiv se jitlaqqa’ t-Tlieta filgħaxija biex tiġi deċiża t-triq għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit, kif iddeċieda l-Kunsill Ġenerali l-ġimgħa l-oħra. ● Is-Segretarju Ġenerali Francis Zammit Dimech jgħid lill-Malta Independent li l-elezzjoni għal Kap trid tkun deċiża qabel il-festi tal-Indi pendenza, imma jgħid li d-dati eżatt jitħabbru mill-Kummissjoni Elettorali ta’ Peter Fenech, eks sieħeb fin-negozju ta’ Simon Busuttil. ● Fil-programm Realtà fuq TVM il-Viċi Kap Robert Arrigo jgħid li l-fazzjoni ta’ Simon Busuttil ipprovat tieħu taħt idejha l-midja tal-PN – Media Link – fi speċi kolp ta’ stat biex ikollha vantaġġ fl-elezzjoni li jmiss għal Kap.
IT-TLIETA 4 TA’ AWWISSU ● Fuq In-Nazzjon, il-Kummissjoni Elettorali tal-PN toħroġ is-sejħa uffiċjali għal dawk li huma interessati jikkontestaw għal Kap tal-PN. ● Waqt intervista fuq il-programm televiżiv Realtà, Robert Arrigo qal li kulħadd qed jinsieh meta jissemmew dawk li jistgħu jkunu interessati fl-elezzjoni ta’ Kap tal-PN u ma eskludiex li jikkontesta. ● Fl-istess programm, id-Deputata
Claudette Buttigieg mill-fazzjoni Busuttil toħroġ għonqha għallaġir u l-gideb ta’ Jason Azzopardi. Tgħid li l-konnessjonijiet li dan għandu ma’ Yorgen Fenech huma differenti minn dawk li għandu l-Kap Adrian Delia. ● Waqt laqgħa tal-Kunsill Ammi nistrattiv tal-PN, Delia jagħmel talba lill-Kummissjoni Elettorali biex ikun żgurat li l-istatut il-ġdid li kien approvat fil-25 ta’ Ġunju li għadda, jitħaddem bl-aktar mod rigoruż għall-elezzjoni ta’ Kap, mhux l-inqas l-artiklu dwar skrutinju fuq il-kandidati kollha. ● L-Eżekuttiv Nazzjonalista japp rova b’mod unanimu r-regoli fl- elezzjoni ta’ Kap.
L-ERBGĦA 4 TA’ AWWISSU ● ONE News jirrapporta li l-Kummissjoni Kandidati tal-PN għandha sa massimu ta’ sitt ġimgħat ċans biex isir l-eżerċizzju ta’ verifika u due diligence fuq il-kandidati li juru interess fl-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit. Ta’ Delia jgħidu li r-ribelli se jipprovaw itawlu l-perjodu biex jilħqu jikkonvinċu ferm aktar tesserati kontra l-Kap. ● Partitarji Nazzjonalisti jesprimu diqa fuq l-istat tal-finanzi tal-Partit. Jissokta battibekk dwar id-deputati tal-fazzjoni Busuttil li kellhom impjieg ukoll fil-PN, fl-isfond li ħaddiema oħrajn tal-midja Nazzjonalista ntalbu jagħmlu s-sagrifiċċji minħabba l-qagħda mwiergħa. ● Iċ-Chairperson tal-Kummissjo ni Elettorali Peter Fenech jgħid lil NET News li l-PN għaddej minn proċess ta’ parteċipazzjoni biex isaħħaħ id-demokrazija f ’pajjiżna.
IL-ĦAMIS 5 TA’ AWWISSU ● Fuq F Living il-Viċi Kap Robert Arrigo jgħid li l-fazzjoni Busuttil qed tagħmel pressjoni fuqu biex iwarrab jew itajruh. ● Roberta Metsola u Therese Comodini Cachia, li kienet imbottata mid-deputati ribelli għal Kap tal-Oppożizzjoni, iħabbru li rtiraw mit-tellieqa għal Kap Nazzjonalista. Il-grupp tar-ribelli jħabbar ukoll li se jingħaqdu wara kandidat wieħed – Bernard Grech – bil-għan li jeliminaw lil Adrian Delia.
IL-ĠIMGĦA 6 TA’ AWWISSU ● L-Eks President tal-Kunsill Amminstrattiv tal-PN Mark Anthony Sammut jistqarr li wkoll mhux se jikkontesta l-elezzjoni għal Kap, imma se jaħdem biex iġib bidla radikali li tant hemm bżonn. ● Kif kien diġà indika, Delia jħabbar li ssottometta l-interess tiegħu fl-elezzjoni għall-kariga li jokkupa. ● Bernard Grech jesprimi l-interess li jkun kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap, bl-appoġġ tad-deputati ribelli tal-PN.
06
09.08.2020
kullhadd.com 1. SPANJA < KAŻI
2. RENJU UNIT
MWIET >
< KAŻI
5. RUMANIJA < KAŻI
6. POLONJA
MWIET >
< KAŻI
9. FINLANDJA < KAŻI
< KAŻI
< KAŻI
< KAŻI
MWIET >
22. SLOVAKKJA
MWIET >
< KAŻI
25. ESTONJA < KAŻI
MWIET >
18. BULGARIJA
MWIET >
21. UNGERIJA < KAŻI
MWIET >
14. OLANDA
MWIET >
17. REP. ĊEKA < KAŻI
MWIET >
10. KROAZJA
MWIET >
13. BELĠJU < KAŻI
MWIET >
MWIET >
26. LATVJA
MWIET >
< KAŻI
MWIET >
*sors Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO)
MALTA BL-INQAS GĦADD U FOST
Waqt li għadu bl-inqas għadd ta’ każi tal-COVID-19 fl-Unjoni Ewropea kollha, skont l-Organizzazzjoni Dinjija tasSaħħa (WHO) pajjiżna wkoll għandu fost l-inqas inċidenzi fejn il-każi jistgħu jinfirxu mill-54 stat fl-Ewropa kollha. Huma biss San Marino, Monaco, Liechtenstein u l-Vatikan li qegħdin aħjar minna. Fl-aħħar jiem analizzajna l-istatistiċi ppubblikati millWHO u jirriżulta li mhux biss m’hemmx lok għall-allarm lokali, kif jippruvaw jagħtu l-impressjoni anke għaqdiet li suppost jafu ħafna aħjar, imma fl-aħħar jiem ġew irreġistrati żidiet fil-pajjiżi kollha membri tal-UE u mhux f ’Malta biss.
Dan jixhduh ukoll it-tabelli tal-każi attivi (oranġjo) u tal-imwiet (ħomor) li qed nippubblikaw hawnhekk għas-27 pajjiż, inkluża Malta, li għad għandha l-inqas għadd fosthom. Anke jekk illum m’għadux jagħmel parti mill-blokk, qisna wkoll iċ-ċifri tar-Renju Unit, it-tielet bl-akbar għadd fil-lista sħiħa Ewropea. Mill-pajjiżi tal-UE, hi biss Spanja li issa qed tisboq lir-Renju Unit. Ironikament nhar il-Ħamis ingħad li dan tal-aħħar kien qed jikkunsidra jneħħix lil Malta minn fuq il-lista tiegħu ta’ pajjiżi siguri minħabba ż-żidiet riċenti li kellna. L-istess ċifri uffiċjali tal-WHO ipoġġu lil Malta mal-faxxa
t’isfel fil-kejl tagħha l-Crude Cumulative Incidence, jiġifieri fir-rata ta’ probabbiltajiet li l-pandemija tinfirex abbażi talkażi attivi, persuni mfejqin u l-għadd ta’ mwiet. Bil-għan li kull pajjiż jitqies indaqs, il-kejl jittieħed kull 100,000 persuna. F’tabella li ġbarna bir-rati għall-pajjiżi tal-UE (ara l-ewwel paġna), Malta tinsab eżatt fin-nofs fl-14-il post, iżda b’rata taħt il-medja, meqjus li t-13-il pajjiż agħar minna għandhom inċidenza li tasal sa sitt darbiet iktar minn tagħna. Agħar minna ovvjament hemm ukoll ir-Renju Unit li għandu inċidenza li tlaħħaq kważi darbtejn u nofs ir-rata ta’ pajjiżna. Waqt li r-rata ta’ Malta sal-bieraħ kienet ftit aktar minn
07
09.08.2020
kullhadd.com 3. ITALJA < KAŻI
4. ĠERMANJA
MWIET >
< KAŻI
7. IRLANDA < KAŻI
8. DANIMARKA
MWIET >
< KAŻI
11. FRANZA < KAŻI
< KAŻI
< KAŻI
< KAŻI
MWIET >
24. LITWANJA
MWIET >
< KAŻI
27. ĊIPRU < KAŻI
MWIET >
20. GREĊJA
MWIET >
23. SLOVENJA < KAŻI
MWIET >
16. AWSTRIJA
MWIET >
19. LUSSEMBURGU < KAŻI
MWIET >
12. ŻVEZJA
MWIET >
15. PORTUGALL < KAŻI
MWIET >
MWIET >
28. MALTA
MWIET >
< KAŻI
MWIET >
L-INQAS INĊIDENZI FL-EWROPA
200 għal kull 100,000 persuna, fir-Renju Unit din laħqet l-457.6. Ir-rata tal-Lussemburgu, li kellu l-akbar inċidenza, kienet iżjed minn 1,155 għal kull 100,000 persuna. Minkejja dan, minn nhar il-Ħamis l-Assoċjazzjoni Medi ka Maltija (MAM) u l-Union Maltija tal-Infermieri u l-Qwie bel (MUMN) bdew azzjonijiet industrijali fl-isptarijiet u ċ-ċentri tas-saħħa biex il-Gvern irażżan l-andament ekonomiku u soċjali, inkluż bl-iskuża tal-attivitajiet tal-massa. Wara laqgħa twila tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) il-Ħamis billejl, l-MUMN irtirat l-azzjonijiet tagħha, iżda l-Assoċjazzjoni Medika ssoktat bi
strajk b’dannu għall-pazjenti. Ironikament L-orizzont il-Ħamis stess kixef kif il-President tal-MAM Martin Balzan, f ’artiklu fir-rivista akkademika Science Direct, ftaħar bis-suċċess ta’ Malta fil-kontroll tal-pandemija u indika li aħna poplu li kapaċi jikkontrolla kriżijiet simili aħjar minn oħrajn. Sadanittant, kontra dak li jsostnu xi wħud huma biss ftit pajjiżi li mhux qed iħallu li jsiru attivitajiet tal-massa. Dawn jinkludu, pereżempju, lill-Ġermanja u l-Ġreċja, għalkemm fil-każ tal-Ġreċja attivitajiet relatati ma’ tiġijiet, magħmudiji u funerali huma aċċettati sal-ammont ta’ 100 persuna. Fl-es-
trem l-ieħor hemm dawk bħall-Olanda fejn m’hemm l-ebda restrizzjoni, filwaqt li fi Franza attività tista’ sseħħ sakemm ma jkunx hemm aktar minn 5,000 persuna. Ta’ min jinnota li r-restrizzjonjiet fihom infushom ma jidhrux li jagħmlu differenzi kbar fir-rata ta’ infezzjoni. Pereżempju, fil-pajjiż bl-inqas rata, il-Finlandja, jeżisti li mitu ta’ 500 persuna, waqt li fil-pajjiż bl-ogħla rata, il-Belġju, hemm restrizzjoni ta’ 100 persuna fuq ġewwa u 200 barra. Pajjiż bħall-Iżvezja, li ilu mill-bidu tal-pandemija b’res trizzjoni ta’ 50 persuna, xorta għandu rata ta’ infezzjoni li hija 15-il darba akbar minn tal-Finlandja.
08
09.08.2020
kullhadd.com
IL-COVID TAFFETTWA T-TWISSIJIET DWAR ATTI TA’ PEDOFILIJA SAL-EWWEL ĦAMES XHUR TA’ DIN IS-SENA DIĠÀ KIEN HEMM KWAŻI D-DOPPJU TAL-KAŻI LI ĠEW IRREĠISTRATI FL-2019 KOLLHA Is-sit elettroniku mwaqqaf mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Kura Soċjali (FSWS) – childwebalert.gov.mt – ra żieda qawwija fit-twissijiet dwar materjal diġitali li jesponi materjal pornografiku ta’ minorenni fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena. Fil-fatt, minn tagħrif li għandha l-KullĦadd, jirriżulta li fuq is-sit sa Mejju li għadda daħlu kważi d-doppju tal-każi rrappurtati fl-2019 kollha kemm hi. Waqt li fit-12-il xahar kollha s-sena l-oħra ddaħħlu 282 rapport online fuq is-sistema taċ-ChildWebAlert, fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena kien hemm xejn inqas minn 545 rapport simili. Sorsi qrib il-Fondazzjoni qalu lil din il-gazzetta li l-perjodu
tal-pandemija tal-COVID-19, fejn ħafna iżjed persuni kienu qed iqattgħu aktar ħin fi djarhom u b’iżjed ħin online għad-dispożizzjoni tagħhom, wassal għal din iż-żieda kbira fil-materjal tal-pedofilija li ġie interċettat fuq forums online, networks peer-to-peer u siti pornografiċi. Minbarra hekk, jirriżulta li l-FSWS irreġistrat ukoll żieda fit-telefonati fuq il-linja 179 relatati ma’ abbużi online, mhux l-inqas cyberbullying. Is-sena li għaddiet it-tali telefonati ammontaw għal 428, waqt li fl-ewwel ħames xhur kien hemm 221 telefonata simili. Dan joħroġ hekk kif il-Fondazzjoni għadha kemm ħabbret rinnovar tas-sistema fis-sit elettroniku nnifisu fejn jistgħu
jsiru r-rapporti anonimi u kunfidenzjali, b’investiment li jagħmel il-proċess aktar effettiv. ChildWebAlert taħdem millqrib mat-taqsima tas-cybercrime fil-Korp tal-Pulizija u anke ma’ network internazzjonali ta’ 46 hotline madwar id-dinja msejħin InHope. Dawn tal-aħħar jikkollaboraw kontinwament mal-Europol u l-Interpol biex materjal pornografiku simili jitneħħa minn fuq l-Internet, jiġu ttraċċati l-istess tfal vittmi u saħansitra jitressqu quddiem il-ġustizzja dawk li jkunu qed jabbużawhom u jwettqu t-tali reat. Waqt li hu illegali li tfittex għal materjal sesswali li jinkludi t-tfal, dawk li jinzertaw materjal simili għandhom iddmir li jipproteġu t-tali tfal billi
jagħmlu rapport anonimu bissit elettroniku ChildWebAlert, fejn dawk li jużawh għandhom jimlew il-formola u jikkupjaw il-link tar-ritratt, video jew sit li jkun qed jospita l-materjal indiċenti fil-kaxxa mmarkata “link għal sit elettroniku b’kontenut li joffendi”.
It-tim taċ-ChildWebAlert iħeġġeġ lill-pubbliku biex iferrex kemm jista’ l-messaġġ ma’ ħbieb u qraba bil-għan li tiġi protetta l-innoċenza ta’ tfal li jaqgħu vittmi ta’ abbuż sesswali, waqt li ma jżommx jew ma jxerridx xi ritratti indiċenti, imma jirrapporta kemm jista’ jkun malajr.
TAT-TONN JURU IMPENN FAVUR L-AMBJENT
Dr Lydia Abela, mart il-Prim Ministru, ippreżentat €8,000 f’donazzjonijiet, li nġabru fl-ewwel edizzjoni tal-kunċert “A Night at the Palace”, lill-għaqdiet li jaħdmu favur id-drittijiet tal-annimali. Waqt li rringrazzjat lill-Orkestra Filarmonika Maltija għas-sehem tagħha fl-avveniment, Dr Abela qalet li hi konvinta li dawn il-fondi se jintużaw bl-aħjar mod possibbli fil-ħarsien tal-annimali. Il-mara tal-Prim Ministru saħqet li x-xogħol tagħha se jkompli jiffoka fuq oqsma li jtejbu l-għajxien tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri, inkluż bi proġetti għat-tisħiħ tal-ambjent.
Il-Federazzjoni għall-Produtturi Maltin tal-Akkwakultura (FMAP) ħabbret li laħqet ftehim regolatorju bejn il-membri tagħha stess dwar iż-żamma u t-tindif tal-baħar minn kull ħmieġ li t-tali industrija b’saħħitha tiġġenera. Jirriżulta li dan il-ftehim għat-tielet sena konsekuttiva jinkludi impenn kollettiv li jmur lil hinn mill-obbligi li l-istess produtturi huma marbutin bihom skont il-permessi ambjentali. Stqarrija mill-Federazzjoni qalet li l-operaturi lokali qed iwiegħdu li jimxu mal-ogħla standards possibbbli biex isaħħu r-reputazzjoni tal-industrija tat-tonn, li hi waħda mill-aktar esportaturi prinċipali f ’pajjiżna, speċjalment bi provvisti regolari lis-suq Ġappuniż. Il-ftehim ikopri lill-membri kollha tal-Federazzjoni, li tirrappreżenta aktar minn 75% tal-operaturi f ’pajjiżna. Fost l-impenji li qed jintrabtu bihom hemm taħriġ lill-ħaddiema fil-ġbir tal-lega li tinħoloq fuq wiċċ il-baħar, iż-żamma u t-tindif regolari tal-irziezet, kwalità superjuri ta’ ikel għall-ħut u l-assigurazzjoni li d-dgħajjes ikunu mgħammrin bl-apparat biex jiġbru kull ħmieġ mill-baħar meta jkunu qed jgħabbu l-ħut u mgħobbijin bl-ikel. Għal dan il-għan se jiġi appuntat kumitat ta’ spezzjoni bi spejjeż tal-operaturi biex
jissorvelja regolarment l-aġir tal-industrija u jirrapporta lura lill-Federazzjoni, inkluż permezz ta’ sistema veloċi li tinterċetta legi ta’ ħmieġ. Patrols fuq bażi regolari ta’ kuljum se jibdew iseħħu mis-7:00 a.m. minn Żonqor Point sal-Aħrax fejn huma stazzjonati l-fish farms. Il-Federazzjoni wiegħdet li kull ħmieġ li jinġabar mill-baħar se jintrema skont il-liġi, waqt li se żżomm reġistru tal-ilmenti kollha li jsirulha, ir-riżultati minn investigazzjonijiet li jsiru u passi li jittieħdu biex jiġu regolarizzati kwistjonijiet li jistgħu jinqalgħu. Il-Kap Eżekuttiv tal-FMAP, Dr Charlon Gouder, qal li l-membri tal-Federazzjoni huma kburin li qed jimpenjaw ruħhom b’dan il-mod għall-ġid tal-industrija stess u l-ambjent ta’ madwarna. “Ix-xewqa tagħhom hi li jkun hawn industrija sostenibbli li topera bl-ogħla livelli possibbli. Dawn huma responsabbli għal prodott ta’ livell għoli ħafna u jikkontribwixxu għall-bilanċ fin-negozju Malti. Għaldaqstant, jixtiequ li jkunu u jidhru bħala mill-aktar responsabbli għall-ambjent. Dawn l-impenji jiġu bi spiża, iżda fil-parametri tagħna li naraw li l-industrija tikber b’mod sostenibbli,” saħaq Dr Gouder.
kullhadd.com
09
09.08.2020
NIFS LILL-INDUSTRIJA U L-ĦWIENET F’ĠUNJU
Ċifri ppubblikati fi stqarrijiet separati flaħħar jiem urew li fix-xahar ta’ Ġunju ġiet irreġistrata żieda oħra tajba fl-attività għall-ħwienet Maltin u Għawdxin, waqt li l-industrija lokali rat l-ewwel tkabbir fil-produzzjoni tagħha wara erba’ xhur ta’ tnaqqis. Stqarrijiet maħruġin separatament mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) u l-uffiċċju tal-istatisika Ewropew, il-Eurostat, jikkonfermaw li minn Ġunju l-ekonomija Maltija bdiet tirpilja. Skont l-NSO, il-produzzjoni industrijali reġgħet bdiet tiżdied għall-ewwel darba minn Jannar. Fil-fatt, imqabbel ma’ Mejju kien hemm żieda ta’ 3.1%, differenza ta’ 3.7% fuq Mejju. Iż-żieda f ’Ġunju kienet mifruxa mas-setturi kollha tal-industrija. Il-produzzjoni industrijali kienet bdiet tonqos fi Frar, meta kien hemm tnaqq-
BIDLA FL-ATTIVITÀ EKONOMIKA MINN XAHAR GĦALL-IEĦOR (AĠĠUSTAT GĦALL-EFFETTI STAĠJONALI) Frar
Marzu
April
Mejju
Ġunju
BEJGĦ MINN TAL-ĦWIENET
1.2%
-1.8%
-22.6%
10.1%
5.7%
PRODUZZJONI INDUSTRIJALI
-0.3%
-6.7%
-6.0%
-0.6%
3.1%
is ta’ 0.3%, b’riżultat ta’ tnaqqis fl-ordnijiet minn pajjiżi fejn il-pandemija talCOVID-19 bdiet qabel pajjiżna. Dan kien segwit b’xahrejn fejn it-tnaqqis kien l-agħar, 6% u kważi 7% rispettivament. Skont il-Eurostat fix-xahar ta’ Ġunju kien hemm ukoll żieda fil-bejgħ
mill-ħwienet Maltin u Għawdxin, tant li mqabbel ma’ Mejju kien hemm titjib ta’ 5.7% f ’pajjiżna. Dan segwa żieda ta’ 10.1% li kienet osservata f ’Mejju meta l-ħwienet mhux essenzjali tħallew jiftħu mill-ġdid. Ta’ min jinnota li ż-żieda osservata
f ’Malta f ’Ġunju kienet ukoll ogħla minn dik fl-Unjoni Ewropea, fejn kien hemm tkabbir ta’ 5% biss. Dawn iż-żewġ stqarrijiet indipendenti jindikaw kemm l-ekonomija ta’ pajjiżna bdiet tirpilja meta l-Gvern beda jneħħi r-restrizzjonijiet, kif ukoll kemm it-tħabbir tal-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika ta’ madwar €900 miljun ħalla effett immedjat fuq in-negozji. Fl-istess ħin kemm il-produzzjoni industrijali kif ukoll il-kummerċ millħwienet għadhom inqas mil-livell li kienu fihom fl-2019 u dan jindika kemm hu importanti li ma jkunx hemm mill-ġdid azzjonijiet li jipperikolaw l-attività ekonomika. F’dan id-dawl hu essenzjali li kulħadd fis-soċjetà jiġbed ħabel wieħed ħalli l-impatt tal-COVID-19 fuq is-saħħa medika u ekonomika ta’ pajjiżna jiġi minimizzat kemm jista’ jkun.
MALTA TIMMIRA GĦALL-EUROPRIDE OFFERTA LOKALI GĦAĊ-ĊELEBRAZZJONI POPOLARI TA’ TLIET SNIN OĦRA TASAL FIL-FINALI MA’ DAWK TA’ ROTTERDAM U BELFAST Pajjiżna offra li jospita ċ-ċelebrazzjoni tal-EuroPride fl-2023, l-akbar avveniment LGBTIQ+ Ewropew, li ta’ kull sena jattira diversi viżitaturi minn madwar id-dinja kollha. Malta, flimkien mal-ibliet ta’ Rotterdam fl-Olanda u Belfast fl-Irlanda ta’ Fuq, waslu fl-aħħar fażijiet tal-proċess biex jospitaw l-edizzjoni ta’ tliet snin oħra. L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Organizzaturi tal-Pride, li għandha l-liċenzji tal-EuroPride, ilbieraħ ippubblikat l-offerti minn Belfast Pride (l-Irlanda), Malta Pride (Malta) u Rotterdam Pride (l-Olanda). Stqarrija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi qalet li l-offerta Maltija hi r-riżultat ta’ sforzi millgħaqdiet Allied Rainbow Communities (ARC), il-Malta Gay Rights Movement (MGRM), l-LGBTI+ Gozo u Drachma, flimkien mad-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem. Fl-offerta li ġiet ippreżentata
minn pajjiżna tingħata ħarsa fuq l-istorja tal-iżvilupp tad-drittijiet favur komunitajiet LGBTIQ+ biex illum wasalna fil-quċċata tal-indiċi dinjin fejn persuni simili huma l-iżjed milqugħin, partikolarment il-ħidma li saret minn Gvern Laburista fl-aħħar seba’ snin. Is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar qalet li matul l-aħħar 15-il sena, grazzi għall-isforzi tas-soċjetà ċivili u l-appoġġ mill-Gvern u s-settur privat,
il-Pride March annwali ttrasforma minn laqgħa żgħira għal waħda mill-akbar avvenimenti LGBTIQ+ iċċelebrati f ’Malta. “Il-Gvern Malti jappoġġja bi sħiħ dan l-avveniment ta’ livell għoli li jattira lejh eluf ta’ turisti minn madwar id-dinja, hekk kif kienet proprju din l-istess amministrazzjoni li ħadmet qatigħ matul dawn is-seba’ snin u daħħlet fis-seħħ drittijiet biex tassew kulħadd ikun ugwali.” Clayton Mercieca, Commu-
nity Manager għall-ARC, qal li “l-komunità Maltija LGBTIQ+ hi kburija li tagħmel parti mill-moviment LGBTIQ+ Ewropew, iżda ssib ruħha wkoll fil-qalba tar-reġjuni tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta’ Fuq fejn l-ugwaljanza għadha ’l bogħod.” Hu qal li l-klassifika ta’ Malta fil-quċċata tal-indiċi ILGA Europe tpoġġi fuq pajjiżna d-dmir li nibqgħu għaddejjin bil-ħidma biex niksbu ugwaljanza sħiħa kemm f ’Malta kif
ukoll fil-komunitajiet ġirien fejn il-fobija fil-konfront tal-persuni LGBTIQ+ u n-nuqqas ta’ drittijiet tal-bniedem għadhom preżenti. “Ċerti li dan l-avveniment kapaċi jpoġġi lil Malta fuq il-mappa internazzjonali talLGBTIQ+, mhux biss fuq l-aspett tal-ugwaljanza u d-drittijiet, iżda wkoll jibgħat messaġġ b’saħħtu li pajjiżna hu sigur u post li jilqa’,” temm jgħid Mercieca.
10
09.08.2020
Ritratt: ANTHONY AXIAQ
kullhadd.com
MALTA MAL-AĦJAR DEMOKRAZIJI FEJN TGĦIX WARA L-PANDEMIJA Malta ntgħażlet fost “l-aqwa 20 pajjiż demokratiku fid-dinja fejn tgħix wara l-pandemija”, fi klassifika mfassla mill-Business Insider intenzjonat għall-Amerikani, li jixtiequ jemigraw lejhom wara li jitneħħew ir-restrizzjonijiet, inkluż għall-ivvjaġġar, li ddaħħlu fl-Istati Uniti. “Jekk qed tfittex li temigra mill-Istati Uniti appena titneħħa s-sospensjoni fuq l-ivvjaġġar b’riżultat tal-pandemija, allura forsi trid tikkunsidra xi wieħed minn dawn il-pajjiżi li ġbarna. Fost oħrajn, dawn għandhom temp sabiħ, qed jilqgħu lill-barranin u ma tantx huma għaljin biex tgħix fihom,” qal is-sit elettroniku influwenti fl-oqsma tan-negozju u l-finanzi. L-Awstralja, l-Urugwaj u New Zealand ikklassifikaw fl-ewwel tliet postijiet ta’ din
il-lista tal-Business Insider. Ir-rapport, li jikklassifika lill-pajjiżi kollha skont punteġġi li jingħataw fl-indiċi tad-demokrazija, it-temperatura annwali, l-għoli
tal-ħajja, il-mod kif ittrattaw il-każi talCOVID-19 u l-aċċettazzjoni ta’ barranin, ipoġġi lil Malta fit-18-il post fid-dinja kollha, quddiem ir-Renju Unit u l-Iżvezja rispettivament. L-artiklu mis-sit elettroniku jgħid li pajjiżna għandu temperatura medja ta’ 21 grad Celsius, li hi qrib ħafna l-ideali, filwaqt li nnota kif in-numru baxx ta’ każijiet lokali ta’ Coronavirus sa nofs Lulju kkontribwixxa għal dan ir-riżultat pożittiv. Il-Business Insider issemmi kif persuna Amerikana tista’ żżur pajjiżna għal 90 ġurnata mingħajr viża, iżda tkun teħtieġ il-permessi neċessarji għax-xogħol jekk tixtieq iddum iżjed. “Persuni minn barra l-Unjoni Ewropea jistgħu japplikaw għal residenza permanenti, imma mhux residenza ordinarja peress li hi disponibbli biss għal ċittadini mill-UE,” ingħad fuq is-sit elettroniku waqt li hemm referenza wkoll għall-programm il-ġdid ta’ residenza b’investiment fejn ikunu jridu jixtru jew jikru proprjetà, minbarra kriterji oħrajn li jridu jintlaħqu. F’dan ir-rigward ukoll, in-New York Post semma lil Malta f ’artiklu separat bħala wieħed mill-aktar pajjiżi li jinsabu mfittxijin minn sinjuri minn madwar il-globu, li f ’dawn iż-żminijiet tal-pandemija tqanqlu
aktar biex isibu passaport sigur. “Sinjuri mid-dinja kollha qed jonfqu ġidhom biex jixtru ċittadinanzi f ’pajjiżi bħal New Zealand, li aġixxiet b’mod veloċi biex telimina l-COVID-19 qabel kull pajjiż ieħor fid-dinja. Dan il-pajjiż f ’Mejju rrapporta qabża ta’ 65% fuq is-sena ta’ qabel fl-interess minn Amerikani li riedu tagħrif dwar kif jistgħu jemigraw fih. Żieda ta’ 80,000 Amerikan,” qalet inNew York Post, li wkoll irreferiet għal kif Henley & Partners, l-akbar kumpanija ta’ konsulenza fuq ċittadinanza u residenza fid-dinja, riċentement irreġistraw qabża kbira ’l fuq fin-negozju. “Postijiet oħrajn li qed iqanqlu interess huma Malta, l-Awstralja u gżejjer fil-Karibew, li lkoll joffru bajjiet sbieħ, iżolament u lok għal xiri tajjeb. Għal $1.4 miljun, koppja miżżewġa tista’ tikseb ċittadinanza Maltija, sakemm jixtru wkoll proprjetà hemm.” In-New York Post ukoll ikkwotat lill-kumpanija legali Fragomen li dan l-aħħar qalet ukoll lil Bloomberg li ħafna sinjuri qegħdin joħolqu żona ta’ sigurtà għalihom u għal qrabathom fl-eventwalità ta’ mewġa oħra ta’ Coronavirus u “jridu jkunu xi mkien fejn hemm esperjenza maniġġabbli.”
11
09.08.2020
kullhadd.com
SE JIRRITORNA L-FESTIVAL TAL-KANZUNETTA MALTIJA
Is-sena 2002 rat l-aħħar edizzjoni tal-Festival Kanzunetta Maltija, festival li fetaħ bibien internazzjonali għal kantanti, awturi u kompożituri Maltin biex jesibixxu kompożizzjonijiet Maltin f ’kompetizzjonijiet prestiġjużi barra minn xtutna. Għalkemm dan il-festival kellu ritorn qasir fl-2013 u fl-2016, qatt ma reġa’ stabbilixxa ruħu bħala festival ewlieni fil-kalendarju kulturali Malti. Issa, bl-inizjattiva tal-Prim Ministru u l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, Festivals Malta qed tniedi uffiċjalment ir-ritorn ta’ dan il-festival tant prestiġjuż, bl-isem il-ġdid ta’ “Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija”. Il-Ministru Dr José Herrera qal li dan il-festival hu intiż li jkompli jixpruna t-talent Malti u
l-kanzunetta Maltija, għax “anke jekk it-talent mużikali lokali hu ta’ livell, biss hemm il-ħtieġa li nsaħħu u noffru aktar opportunitajiet lill-kompożituri, awturi u kantanti Maltin.” Hu qal li dan il-festival bla dubju se jkun qed jattira l-aqwa talent f ’pajjiżna. Iċ-Ċermen ta’ “Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija”, Raymond Bugeja, sostna li “ilna issa għal ħafna snin, b’dispjaċir, inħossu n-nuqqas ta’ vetrina xierqa għall-kanzunetti miktuba u kantati b’ilsien pajjiżna. Hi tassew ħasra li x-xena mużikali lokali, bil-mod il-mod, kienet qiegħda tiġi mċaħħda minn kanzunetti bil-Malti.” Bugeja żied jgħid li “nħossuna kburin inħabbru li l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali għoġbu jafdalna f ’idejna t-tnedija mill-
ġdid ta’ festival maħsub biss għall-kanzunetti miktubin b’ilsienna. Dan se jassigura li l-kanzunetta Maltija titpoġġa mill-ġdid f ’postha, bil-ġieħ u d-dinjità kollha li jixirqilha. ‘Mużika Mużika’ se jservi wkoll bħala pjattaforma għall-kompożituri u awturi tagħna biex ivaraw it-talenti tagħhom, li fuq din il-gżira huma ta’ bilħaqq abbundanti.” Iċ-Ċermen ta’ Festivals Malta, Norman Hamilton qal li “meta ġejt fdat bil-pożizzjoni aktar minn sena ilu, l-ewwel ħsibijiet tiegħi kienu kif se nerġa’ nagħti l-ħajja lill-‘Festival tal-Kanzunetta Maltija’. Bi pjaċir sirt naf li din l-inizjattiva kellha l-appoġġ u l-inkoraġġiment tal-Ministru Herrera, li mill-ewwel ħoloq żewġ sottokumitati konsultattivi biex jibda x-xogħol fuq dan ilproġett. Iċ-Ċermen ta’ dawn iż-
żewġ kumitati huma Ray Bugeja u Albert Marshall. Jien bħala Viċi Ċermen. Kumitati li ħadmu u stinkaw b’rata ta’ żewġ laqgħat fil-ġimgħa fuq medda ta’ tliet xhur.” Ingħad li l-festival se jirritorna bil-kbir biex jibqa’ bħala parti mill-kalendarju kulturali tal-Aġenzija Festivals Malta. Dan il-festival se jkun qed jiġi organizzat f ’Marzu tas-sena d-dieħla fejn diversi kanzunet-
ti bil-lingwa Maltija, b’lirika u b’kompożizzjoni ta’ artisti lokali, se jkunu qed jikkompetu. Ir-regolamenti u aktar linji gwida dwar il-proċedura ta’ dan il-festival jinstabu fuq is-sit elettroniku www.muzikamuzika.org. Is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet tista’ ssir fuq is-sit elettroniku tal-festival (www.muzikamuzika. org) jew bl-idejn fl-uffiċini ta’ Festivals Malta fil-Furjana bejn it-28 u t-30 ta’ Ottubru 2020.
€600,000 FI SPAZJU IEĦOR MIFTUĦ ID-DIPARTIMENT GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI F’ĦAD-DINGLI QED JIRRANĠA MAL-2,000M2 LI KIENU ABBANDUNATI BIEX JINTRADDU LURA LILL-KOMUNITÀ Ħidma mid-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi f ’Ħad-Dingli, b’investiment ta’ aktar minn €600,000, qed toħloq spazju miftuħ ġdid flimkien ma’ faċilitajiet ta’ parkeġġ viċin il-grawnd tad-Dingli Swallows FC li se jkunu jistgħu jibdew jitgawdew mill-komunità aktar tard din is-sena. Waqt żjara din il-ġimgħa fuq il-post, il-Ministru Ian Borg qal li “maġenb l-investimenti kbar li qed nagħmlu biex naraw titjib sostanzjali fil-kwalità tal-ħajja tan-nies, għandna dawn l-investimenti komunitarji li huma daqstant importanti. Ilkoll nafu kemm sar importanti li jkollok faċilitajiet ta’ parkeġġ fi kwalunkwe lokalità, iżda hi ħaġa sabiħa li dan nabbinawh ukoll ma’ element ta’ spazju miftuħ. Hawn kellna sit abbandunat li kien ikerrah l-akkwati u llum qed jiġi mibdul fi ġnien aċċessibbli, b’siġar u pjanti indiġeni, b’tagħmir għall-eżerċizzju fiżiku u spazji għall-karozzi.” Iż-żona mibdula, li tinkorpora l-ġnien b’aċċess għal persuni b’diżabilità, hi mifruxa fuq 2,000 metru kwadru u tinkludi l-parkeġġ, li se jkollu spazju għal 25 karozza.
12
09.08.2020
kullhadd.com
IL-ĦIDMA TAL-KUMMISSJONI TAL-ANZJANI
Dr Mary Vella Kummissarju għall-Anzjani
Nibda biex ngħid illi r-rwol tal-Kummissarju tal-Anzjani ġie stabbilit taħt l-Att tal-Kummissarju tal-Anzjani Kapitlu 553 tal-Liġijiet ta’ Malta fil-15 ta’ Ottubru 2016 bis-setgħa li jippromwovi u jissalvagwardja d-drittijiet u l-interessi tal-anzjani. Hija għalhekk Kummissjoni relattivament ġdida u jiena t-tieni Kummissarju tal-Anzjani ġejt maħtura f ’din il-kariga f ’April tas-sena l-oħra. Bħala Kummisarju r-rwol tiegħi jiċċirkola mal-promozzjoni tal-ġid tal-anzjani, kif ukoll ħarsien tal-kundizzjonijiet tal-anzjani biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja aħjar. Dan ifisser illi bħala Kummissjoni naraw li d-drittijiet tal-anzjani jiġu mħarsa, nippromwovuhom, ngħinu biex isiru miżuri biex dawn id-drittijiet jinġiebu ’l quddiem u nistabbilixxu anke standards biex jiġu applikati minn dipartimenti, aġenziji eċċ..., sabiex il-proċessi interni tagħhom ikunu
wkoll qed jittieħdu bil-ħsieb ta’ kif dawn ser jolqtu lill-anzjani. Dan kien rwol ġdid għalija. Qabel ġejt maħtura f ’din il-kariga jiena servejt bħala tabiba tal-familja għal 40 sena u għamilt żmien ukoll naħdem bħala tabiba fil-qasam tas-saħħa pubblika. Inħossni onorata li ġejt maħtura f ’dan ir-rwol u għalkemm f ’dan l-istadju l-prijorità tiegħi hija li nibni Kummissjoni bl-aħjar tim possibbli u nlestu post addattat minn fejn nistgħu naħdmu, jien
qiegħda nagħmel ħilti biex nuża dan ir-rwol bl-aħjar mod possibbli u dejjem kif tippermetti l-liġi għall-ġid tal-anzjani kollha ta’ Malta u Għawdex. Waħda mill-aktar sfidi importanti li qed taffaċċja s-soċjetà Maltija hija żieda fil-popolazzjoni tal-anzjani, riżultat ta’ rati aktar baxxi ta fertilità u mortalità. Din hija konsegwenza inevitabbli frott ta’ livell ta’ għajxien aħjar, flimkien ma’ avvanzi fil-kura tassaħħa, servizz tas-saħħa li huwa
faċilment milħuq minn kulħadd u fiż-żamma ta’ indipendenza u awtonomija iżjed tard fil-ħajja. Statistiċi mill-Uffiċċju tal-Istatistika ta’ Malta juru li ’l fuq minn 20%, tal popolazzjon ta’ Malta huma ’l fuq minn 65 sena u huwa għalhekk importanti li naħdmu flimkien mal-istakeholders kollha konċernati biex inkomplu bi kwalunkwe mod possibbli nippromwovu u nissalvagwardjaw l-interessi tal-anzjani kollha u ntejbu l-livell tal-għajx-
ien tagħhom, filwaqt li nżommu bħala gwida l-prinċipju ġenerali li l-aqwa interessi tal-anzjani u tal-familjari tagħhom jiġu l-ewwel u qabel kollox. Jien qiegħda naħdem biex il-Kummissjoni sservi ta’ pjattaforma għal kull anzjan u anzjana sabiex jilħqu l-potenzjal kollu li jixirqilhom, u biex l-anzjani tagħna jkollhom id-dinjità u l-ispazju kollu li jixirqilhom biex jgħixu ma’ u kif tgħix il-kumplament tas-soċjetà mingħajr ebda diskriminazzjoni fuq l-età. Biex inkunu aktar speċifiċi qegħdin nimxu mal-Att dwar il-Kummissarju għall-Anzjani Kapitlu 553 u nimxu wkoll mal-Istrateġija Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva, li mhux talli taħdem kontra d-dipendenża fix-xjuħija, imma tippromwovi biss saħħa s-sens ta’ empowerment fost l-anzjani. Ħidma oħra hija li nedukaw u noħolqu iżjed għarfien fuq suġġetti li l-aktar jolqtu lill-anzjani. Għal din ir-raġuni bħala Kummissarju ħadt sehem fuq diversi programmi tat-televixin u r-radju fejn tkellimna fost l-oħrajn, fuq is-solitudni u kif nistgħu negħlbuha, tkellimna fuq l-abbuż fuq l-anzjani u kif u fejn wieħed għandu jfittex l-għajnuna u tkellimt ukoll fuq il-benefiċċji psikoloġiċi tal-parteċipazzjoni soċjali. Dan waqt li komplejna ninkoraġġixxu stil ta’ ħajja attiva u sana, għax aktar ma jkun hemm nies li jibqgħu f ’tagħhom u f ’saħħithom għal aktar snin aktar se jkomplu jkollhom rwol importanti meta jagħtu kontribut fil-familja, fis-soċjetà u fil-pajjiż. Barra minn hekk, meta nies akbar fl-età jkomplu b’dawn il-kuntatti soċjali u hawn insemmu anke l-kontribut siewi u imprezzabbli li joffru nies fil-volontarjat u nanniet, psikoloġikament dawn ħa jħossuhom aħjar u l-kwalità tal-ħajja ħa titjieb għax dak li jkun iħossu li huwa bżonjuż, iħossu li għad għandu x’joffri u għalhekk għad għandu skop fil-ħajja. Naħdmu u nikkollaboraw ma’ entitajiet oħra involuti fil-kura u l-qasam tal-anzjani biex flimkien nassiguraw li l-anzjani tagħna jieħdu l-aħjar trattament possibbli. Irridu li Malta tkun pajjiż fejn ir-rispett għad-drittijiet u d-dinjità tal-anzjani jkun realtà f ’kull qasam tal-ħajja. Jiena nemmen f ’soċjetà fejn kulħadd hu trattat l-istess f ’kull aspett mingħajr ebda diskriminazzjoni u għalhekk flimkien mal-istakeholders kollha kkonċernati qegħdin naħdmu u nanalizzaw bl-aħjar mod possibbli biex inkomplu ntejbu fuq dak li diġà hemm u dak li diġà sar flaħħar snin biex flimkien inkunu ta’ servizz u sostenn għall-anzjani tagħna kollha.
13
09.08.2020
kullhadd.com
IL-BILANĊ BEJN SAĦĦA U EKONOMIJA
Silvio Schembri Ministru
Quddiem din l-isfida li għandna quddiemna, li jinħoloq bilanċ bejn is-saħħa u l-ekonomija huwa kruċjali. Filwaqt li għalina bħala Gvern is-saħħa tibqa’ prijorità, huwa essenzjali li l-ekonomija ta’ dan il-pajjiż ċkejken tibqa’ robusta. F’pajjiżna s-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll. Qed naraw li b’mod gradwali niġġeneraw attività ekonomika li ddur għal kulħadd u fl-istess waqt inkomplu nindirizzaw l-isfida tal-imxija; it-tnejn neċessarji sabiex bħala pajjiż jibqa’ miexi ’l quddiem. Tajjeb li ma ninsewx minn fejn tlaqna. F’mument ta’ biża’ kien dan il-Gvern li ta tama es-
senzjali għall-familji Maltin u Għawdxin, meta sa mill-bidu nett poġġejna madwar mejda u rajna li jitfassal pjan ekonomiku maqsum f ’fażijiet differenti. Rajna li nniedu miżuri b’saħħithom sabiex nissalvagwardjaw kemm jista’ jkun impjiegi u nipproteġu lin-negozji. Miżuri li kienu mfaħħra minn għadd ta’ istituzzjonijiet internazzjonali li wasslu għal riżultat mixtieq; dik li salvajna mal-100,000 impjieg u tajna għajnuna lil aktar minn 25,000 kumpanija. Fl-istess waqt aċċertajna li nidentifikaw opportunità fi sfida, meta tajna għajnuna lill-kumpaniji li b’mod innovattiv raw li jadattaw għal din is-sitwazzjoni bla preċedent, b’riżultat ta’ ħolqien t’impjiegi ġodda. Kien ukoll il-waqt opportun li nbiddlu xi liġijiet sabiex inkomplu nattiraw l-investiment lejn pajjiżna, bħal dik marbuta ma’ kumpaniji tal-avjazzjoni, biex b’hekk nibqgħu kompetittivi f ’setturi varji. Kien żmien fejn in-negozji ħatfu l-opportunità sabiex isaħħu l-ħiliet tal-ħaddiema tagħhom jew inkella li jibdew jimplimentaw il-proġetti tagħhom. Matul dan il-vjaġġ
sabu lilna ta’ spalla u hekk inwiegħdu li ser nibqgħu. Affaċċjajna xenarju fejn kellna nieħdu deċiżjonijiet ibsin li kien fl-aqwa interess tal-pajjiż u bħala Gvern bqajna nisimgħu u naġixxu. Barra minn dan, l-għaqal ta’ din l-amministrazzjoni wassal sabiex ersaqna quddiem il-poplu bi pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika ta’ €900 miljun biex nerġgħu nistimulaw l-ekonomija. Dan kien possibbli għax fil-passat dejjem ħsibna għal li jista’ jinqala’. Hija fil-valur tagħna bħala Gvern u bħala Partit Laburista li nsorru għal meta niġu bżonn u hekk ġara din id-darba. Bħala Gvern għadna u se nibqgħu nsegwu s-sitwazzjoni dinamika, nantiċipawha u nattwaw fejn hemm bżonn. Dejjem ibbażajna l-ġudizzju tagħna fuq il-pariri tal-esperti u hekk se nibqgħu nagħmlu. L-interess ewlieni tagħna hu li nibqgħu nagħtu l-aqwa futur għal pajjiżna. Għalhekk il-ħtieġa ta’ bilanċ għandu jkun hemm kontinwament, għaliex is-saħħa u l-ekonomija jmorru id f ’id; waħda ma tistax tinsa lill-oħra. L-ekonomija trid tibqa’ ddur biex bħala pajjiż inkunu nistgħu
nkunu f ’pożizzjoni b’saħħitha u nibqgħu noffru l-aqwa servizz ta’ saħħa li fl-iktar mument ta’ sfida pajjiżna kien saħansitra punt ta’ referenza ewlieni ta’ parir u eżempju għal pajjiżi ferm ikbar minnu. Dan hu li se nibqgħu nagħmlu, li nsibu dak il-bilanċ san bejn iż-żewġ oqsma tant essenzjali għall-progress ta’pajjiżna. Għalhekk l-awtoritajiet tas-saħħa kontinwament jagħtuna stampa ċara tas-sitwazzjoni filwaqt li min-naħa l-oħra komplew id-diskussjonijiet mal-imsieħba soċjali fejn ingħata aġġornament fattwali tas-sitwazzjoni lill-MCESD kif ukoll intlaħaq kompromess fl-aħjar interess ta’ kulħadd. Dan jippermettilna li nibqgħu nieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex, b’mod bilanċjat u matur, inkomplu nissalvagwardjaw saħħet il-poplu u l-għajxien tan-nies bit-tisħiħ tal-ekonomija li minnha tiddependi l-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin. Fi sfond ta’ normalità ġdida, huwa tajjeb li wieħed ikun responsabbli, isegwi r-regoli stabbiliti u jgawdi dak li joffri pajjiżna f ’dawn ix-xhur hekk sbieħ
tas-sajf. Bħala Gvern se nibqgħu niddjalogaw u nieħdu d-deċiżjonijiet fl-aqwa interess. Għalhekk inserraħ ras il-poplu u ninkoraġġih sabiex ikun ta’ sehem fit-triq li qbadna u jagħmel użu mill-vouchers ta’ €100 bħala parti mill-pjan għar-riġenerazzjoni ekonomika ta’ pajjiżna, inizjattiva li se twassal għal injezzjoni ekonomika ta’ €44 miljun. Dan il-Gvern qed ikompli jagħti ċertezza u stabbiltà f ’mument ta’ sfida. Se nkomplu bil-ħidma sabiex noħolqu opportunitajiet ta’ xogħol, nattiraw investiment lejn pajjiżna u nsaħħu niċeċ ekonomiċi ġodda fl-istess waqt li nibqgħu viġilanti għal dak kollu li jista’ jinqala’. Se nibqgħu ta’ spalla għall-familji u n-negozji tagħna sabiex flimkien naslu. Għalhekk fiż-żmien li ġej se nkunu qed nagħtu iżjed dettalji b’rabta mal-miżuri mħabbra fil-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika. Għaldaqstant nappella lil kulħadd jiġbed ħabel wieħed, sabiex bl-istess mod li wettaqna sagrifiċċji u ksibna riżultati, hekk ukoll din id-darba b’responsabilità u normalità ġdida niksbu riżultati pożittivi għal pajjiżna.
altà. Forsi fil-prinċipju, naħsbu “imma kif jista’ jkun għax mara titħallas inqas għall-istess xogħol?” Din hija realtà, u rridu naffaċċjawha. Bħala żgħażagħ dejjem sfidajna l-istatus quo. Konna fuq quddiem fil-ġliediet fost l-oħrajn għall-ugwaljanza u għal-libertajiet ċivili ġodda, bħad-divorzju, 10 snin ilu. Nemmen li wasal iżżmien li nirrevedu dan il-progress, u naraw li qiegħed jirrifletti s-soċjetà li qed ngħixu fiha llum. Il-liġijiet għandhom jevolvu pari passu mal-evolviment tas-soċjetà tagħna u jirriflettuha. Għalhekk nemmen li m’għandniex nieqfu milli naħsbu f ’dawk il-koppji li jixtiequ li jrabbu l-familja tagħhom u minħabba raġunijiet differenti, iridu bilfors jirrikorru għax-xjenza biex isiru ġenituri. Kif pajjiżna jirnexxilu jikseb riżultati pożittivi ferm f ’oqsma differenti, inkluż soċjali, irridu nsibu l-kuraġġ bħala soċjetà biex kulħadd ikollu din l-opportunità. Dan kollu qiegħed niktbu fi sfond li fi ħdan il-Partit Laburista għaddej tiġdid kbir. Eleġġejna l-ewwel President mara, u għalhekk inħeġġeġ lill-Parlament biex ikun magħqud kollu wara l-Abbozz ta’ Liġi li se tindirizza l-iżbi-
lanċ ta’ ġeneri fl-ogħla istituzzjoni demokratika ta’ pajjiżna. Irridu Parlament li jirrappreżentana fil-veru sens tal-kelma. Eleġġejna Deputat Mexxej ġdid għall-Affarijiet tal-Partit li huwa żagħżugħ, entużjast biex il-Partit Laburista jevolvi għal stakeholder, finnuqqas ta’ Oppożizzjoni Parlamentari, li hija aktar iffukata biex tagħżel kif se tneħħi mix-xena lillKap li għażlu t-tesserati milli fuq kif se tirrappreżenta l-interessi tan-nies li eleġġewha. Nemmen ħafna li flimkien nistgħu naslu għal aktar progress. Irridu nkunu l-aktar forza progressiva f ’pajjiżna. Jekk nibżgħu aħna, żgur li l-ebda forza politika oħra mhi kommessa li twettaq il-bidliet. Rajna dan fil-qasam tas-Saltna tadDritt, fejn irnexxielna mmexxu ’l quddiem bħala Partit fil-Gvern riformi storiċi, li ħaddieħor f ’25 sena qatt m’għamel. Imbagħad jiġu jippuppaw sidirhom bħala l-paladini tas-Saltna tad-Dritt u l-Governanza f ’pajjiżna. Flimkien se nħarsu ’l quddiem. Ejja ma nibżgħux mill-elementi konservattivi u nkunu kuraġġużi biex inġibu l-bidliet li s-soċjetà tagħna qed titkarrab għalihom. Aħna l-vuċi tal-progress u tal-kuraġġ!
INĦARSU ’L QUDDIEM
Georvin Bugeja President FŻL
Inħarsu ’l quddiem – din kellha tkun it-tema tal-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Forum Żgħażagħ Laburisti f ’Marzu 2020, li minħabba l-pandemija tal-COVID-19 kellha tkun posposta. Però mhux sempliċiment slowgan. Din hija l-viżjoni tagħna. Ftit tal-ġimgħat ilu, l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista approva n-nomini għall-Eżekuttiv il-ġdid tal-FŻL. Eżekuttiv li issa hu magħmul minn 20 żagħżugħ u żagħżugħa li jirrappreżentaw gruppi differenti ta’ żgħażagħ, min li se jivvota għall-ewwel darba ta’ 16-il sena fl-Elezzjoni Ġenerali li jmiss, oħrajn li jinsabu fil-livell terzjarju ta’ edukazzjoni, oħrajn li jaħdmu f ’xogħol manwali u żgħażagħ li
huma akbar fl-età. Din id-diversità fi ħdan l-Eżekuttiv ġabet arja ġdida ta’ entużjażmu, entużjażmu li normalment jinħass f ’kampanja elettorali u li minkejja li matul dan il-perjodu kellna restrizzjonijiet biex niltaqgħu fiżikament, dan ma żammniex milli nkunu attivi politikament. Kien għalhekk li tkellimna biex insemmgħu l-vuċi taż-żgħażagħ studenti tal-ħames sena sekondarja, dawk li kienu waslu għall-A levels kif ukoll studenti universitarji matul l-inċertezzi li ħolqot il-pandemija tal-Coronavirus. Proattivi. Din hi d-direzzjoni li ħadna. Li nkunu politikament attivi mhux b’mod partiġjan, iżda billi niffurmaw gruppi differenti li jistgħu jiddiskutu policies differenti. Biex tassew inkunu nistgħu nagħmlu d-differenza. B’hekk tassew inżommu lil din il-fergħa, li kważi waslet għas-70 anniversarju tagħha, ħajja. Bl-enerġija l-ġdida ta’ żgħażagħ ġodda, qed inħarsu ’l quddiem lejn l-isfidi li għandna quddiemna. Fil-Konferenza Ġenerali Straordinarja ta’ Frar li għadda, tkellimt dwar kif irridu nkomplu bil-misjoni tagħna bħala Partit Laburista li nassiguraw li f ’pajjiżna jkollna ġustizzja soċjali. Nemmen li fadal
ħafna x’nagħmlu biex nassiguraw li dawk li jinsabu l-aktar fit-tbatija, ngħinuhom joħorġu mix-xibka ta’ faqar, u jitilgħu ’l fuq. Dan il-Partit huwa mibni mid-diversità. Qatt ma ħarisna lejn minn fejn ġejjin kollegi jew ħbieb. Il-valuri tagħna huma li nirrispettaw u li nħobbu lil xulxin irrispettivament mill-ġeneru, orjentazzjoni, reliġjon, razza jew kulur. Dan il-Partit mibni fuq il-ħaddiema. Għaldaqstant nemmen li rridu nirrikonoxxu aktar u aħjar lill-ħaddiema tagħna, anke lil dawk li jużaw it-talenti tagħhom bħala s-sors ta’ dħul finanzjarju tagħhom. Kemm bħala soċjetà nirrikonoxxu l-isforzi tagħhom? Kif nistgħu ngħinuhom ikomplu jkabbru l-ħiliet tagħhom? Irridu naraw li dawn ma jkunux żvantaġġati fil-konfront ta’ ħaddiema oħrajn għax forsi sa ftit tas-snin ilu, li xi ħadd jieħu l-arti jew l-isport bi professjoni kienet rarità. Dan m’għadux. Bl-istess mod, bħala pajjiż irridu nassiguraw irwieħna li ma jkollniex nies li jitħallsu anqas għall-istess xogħol minħabba l-ġeneru tagħhom. Min jgħix fid-diżilużżjoni li gender pay gap ma teżistix, mhux qed jgħix fir-re-
14
09.08.2020
kullhadd.com
IL-ĦIDMA DELIKATA MINN W L-KWINTI FL-AWTORITÀ TAL-M
Waħda mill-entitajiet li tagħmel xogħol kbir u wkoll delikat hija l-Awtorità tal-Mediċini. Għandha diversi rwoli, fuq quddiem dak spalla li fuqha jsserħu diversi direttorati oħra li taħdem fil-qrib magħhom biex tiżgura l-andament tajjeb f’diversi oqsma. F’din l-int ta’ din l-Awtorità, imma wkoll naraw mill-qrib il-funzjoni tagħha u wkoll ix-xogħol li tagħmel fil-qasam farmaċewtiku. Hemm ukoll fihom. Anki l-imxija tal-COVID-19 ħolqot sfidi ġodda f’dan il-qasam. Tkellimna mas-Segretarju Parlamentari Deo Debattista, resp
X’inhu r-rwol tal-Awtorità dwar il-Mediċini? L-Awtorità twettaq ħidma biex tissalvagwardja s-saħħa tal-pazjent billi tassigura l-kwalità, is-sigurtà u l-effikaċja tal-mediċini f ’Malta u fl-Ewropa. L-Awtorità dwar il-Mediċini tagħti sostenn qawwi lill-funzjonijiet tradizzjonali tagħha bħad-Direttorati tal-Liċenzjar, l-Ispettorat u l-Farmakoviġilanza filwaqt li stabbilixxiet b’mod effettiv Direttorati u Units aktar innovattivi bħad-Direttorat għall-Inizjattivi Avvanzati u Xjentifiċi, id-Direttorat tal-Operat Xjentifiku u Regolatorju, il-Unit tal-Intelliġenza u l-Aċċessibiltà tal-Mediċini u l-Akkademja għall-Eċċellenza u l-Innovazzjoni. Dan ix-xogħol jitwettaq minn madwar 100 professjonist fi ħdan l-Awtorità dwar il-Mediċini li jinkludu numru sabiħ ta’ spiżjara u anki tobba. L-Awtorità taħdem mill-qrib ma’ awtoritajiet kompetenti oħra fejn jeħtieġ li jsiru konsulenzi ma’ esperti fix-xjenza regolatorja. Kemm hawn mediċini reġistrati fis-suq lokali? Qabel mediċina tkun aċċessibli fis-suq lokali u Ewropew, il-mediċina tgħaddi minn proċess tekniku ta’ evalwazzjoni tas-sigurtà, l-effikaċja u l-kwalità. In-numru ta’ mediċini reġistrati mill-Awtorià dwar il-Mediċini skont ir-regolamenti Ewropej ilaħħqu l-5700 mediċina. Dawn jinkludu tipi differenti ta’ mediċini bħal dawk li jingħataw permezz tar-riċetta tat-tabib, oħrajn li jistgħu jingħataw fuq parir tal-ispiżjar u dawk il-mediċini kkontrollati li jingħataw permezz tar-riċetta ħadra bħall-kannabis għall-użu mediċinali. F’Malta l-mediċini kollha jinbiegħu mill-ispiżeriji taħt is-sorveljanza tal-ispiżjar. Tajjeb li ngħidu li f ’Malta għandna numru sabiħ ta’ spiżeriji li jaqdu l-bżonnijiet taċ-ċittadini. Huwa tajjeb li nfakkar li l-mediċini jridu jintużaw bil-galbu. Dan għaliex kull mediċina jekk ma tintużax tajjeb jista’ jkollha effetti negattivi jew side effects. Fuq din il-linja, l-Awtorità għandha sezzjoni biex tirrapporta f ’reġistru tal-Unjoni Ewropea dawk is-side effects li tiġi mgħarrfa bihom.
Ta’ min jinnota li l-Awtorità dwar il-Mediċini għandha sehem importanti f’kull stadju minn meta l-mediċina tiġi skoperta sakemm tasal għand il-pazjent. Dan jinkludi manifattura tal-vaċċin skont l-istandards tal-Good Manufacturing Practice u d-distribuzzjoni tal-vaċċin f’temperatura meħtieġa. Biex dawn il-funzjonijiet iseħħu jrid ikollok awtorità ta’ stoffa, kif għandi pjaċir ngħid li hi l-Awtorità dwar il-Mediċini ġewwa pajjiżna
15
09.08.2020
kullhadd.com
WARA MEDIĊINI
k li tħares is-saħħa tal-pazjenti u wkoll hija tervista nagħtu ħarsa mhux biss lejn ir-rwol l innovazzjonijiet li din l-Awtorità qed tidħol ponsabbli minn dan il-qasam.
X’inhi l-funzjoni tal-Ispettorat fi ħdan l-Awtoritá? Il-professjonisti fi ħdan id-Direttorat tal-Ispettorat jevalwaw l-industrija tal-manifattura tal-mediċini u tal-kannabis għall-użu mediċinali f ’Malta, fl-Ewropa u f ’pajjiżi terzi skont l-istandards tal-Good Manufacturing Practice. Dan isir permezz ta’ spezzjonijiet regolari li huma rikonoxxuti mill-Food and Drug Administration. L-Ispettorat iwettaq il-proċessi neċessarji sabiex hekk kif jiġi mgħarraf li fis-suq hawn mediċina diffettuża, din il-mediċina tinġabar minnufih. Barra minn hekk, jirregola l-ispiżeriji tal-komunità billi jara li jaħdmu bi prattiċi tajbin bħall-moniteraġġ tat-temperatura ta’ mediċini li jridu jinżammu f ’temperatura baxxa, bħall-insulina, u li f ’kull spiżerija jkun hemm spiżjar f ’kull ħin. X’forma ta’ viġilanza hemm fuq il-mediċini li qegħdin fis-suq? Id-Direttorat tal-Post-Licensing fi ħdan l-Awtorità iwettaq farmakoviġilanza biex jassigura s-sigurtà tal-mediċini fl-istadji kollha sakemm il-mediċina tasal għand il-pazjent. Qabel ma’ mediċina titqiegħed fis-suq, issir evalwazzjoni tal-istudji xjentifiċi dwar is-sigurtà li jikkunsidraw kif il-vantaġġi li l-mediċina toffri lill-pazjent jirbħu fuq xi possibilità ta’ effetti sekondarji li jista’ jkollha. Dawn l-istudji jsiru kemm fil-laboratorji kif ukoll permezz ta’ clinical trials fuq il-bnedmin. Eżempju relatat huwa dak tal-vaċċin kontra l-COVID-19. Bħalissa qed nisimgħu dwar diversi vaċċini li qed jiġu studjati. Dawn jinkludu studji tossikoloġiċi u studji fuq pazjenti volontiera fost l-oħrajn, li jaċċertaw li l-vaċċin ikun verament effettiv u jwassal għall-immunità kontra l-COVID-19. Wara dan l-istadju, jeħtieġ li dawn l-istudji jigu vverifikati minn awtorità kompetenti dwar il-mediċini. Hekk kif l-istudji juru li l-vaċċin huwa sigur, effettiv u ta’ kwalità, dan jiġi rreġistrat mill-European Medicines Agency u jkun jistà jiġi mmanifatturat fuq skala kbira. Ta’ min jinnota li l-Awtorità dwar il-Mediċini għandha sehem importanti f ’kull stadju minn meta l-mediċina tiġi skoperta sakemm tasal għand il-pazjent. Dan jinkludi manifattura tal-vaċċin skont l-istandards tal-Good Manufacturing Practice u d-distribuzzjoni tal-vaċċin f ’temperatura meħtieġa. Biex dawn il-funzjonijiet iseħħu jrid ikollok awtorità ta’ stoffa, kif għandi pjaċir ngħid li hi l-Awtorità dwar il-Mediċini ġewwa pajjiżna. X’inizjattivi innovattivi qed tħaddan l-Awtorità dwar il-Mediċini? L-Akkademja għall-Eċċellenza u l-Innovazzjoni fix-xjenza regolatorja twaqqfet fi ħdan l-Awtorità sabiex tippromwovi taħriġ u prattiċi għall-professjonisti fl-innovazzjoni tax-xjenza regolatorja. L-Akkademja qed trawwem klima ġdida ta’ tagħlim u ideat u tiddiskuti opportunitajiet fl-oqsma dinamiċi tax-xjenza u t-teknoloġija permezz ta’ korsijiet u seminars. L-Akkademja se tikkordina riċerka avvanzata li bħalissa qed issir minn professjonisti fl-Awtorità dwar il-Mediċini f ’livell ta’ Dottorat b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Farmaċija fl-Università ta’ Malta u l-Malta
Laboratories Network. Studji dwar il-farmakoġenetika, il-kannabis għall-użu mediċinali, l-aċċessibilità tal-mediċini, il-farmakoviġilanza, il-medicini li jintuzaw għat-trattament tal-kanċer u l-kwalità tal-apparat mediku huma fost is-suġġetti li ser jiġu mfassla fl-Akkademja tal-Awtorità dwar il-Mediċini. Permezz ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet ta’ xogħol ta’ riċerka f ’ġurnali ta’ kalibru u preżentazzjonijiet f ’laqgħat xjentifiċi internazzjonali, l-Akkademja qiegħda tavvanza r-riċerka minn entità governattiva u tagħti l-pajjiż spinta ’l quddiem fil-kontribut tar-riċerka fl-Ewropa. Ir-rwol tal-Awtorità qiegħed jespandi lil hinn mill-aspetti regolatorji marbutin mal-mediċini sabiex jinkludi wkoll l-apparat mediku. L-Awtorità dwar il-Mediċini qed tħaddan it-tibdil fil-leġiżlazzjoni fuq livell Ewropew sabiex tassigura s-sigurtà u l-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur billi twettaq viġilanza fuq dan l-apparat mediku u taħdem qrib il-professjonist u l-pazjent biex ikun assigurat li kull apparat mediku huwa sigur, effiċjenti u ta’ kwalità. Il-COVID-19 kif affettwat il-qasam farmaċewtiku? Il-COVID-19 laqtet lil kulħadd u b’mod jew ieħor qed tolqot kull industrija. Il-COVID-19 ħolqot sfidi ġodda fl-industrija farmaċewtika fosthom żieda drastika fid-domanda ta’ mediċini u apparat mediku u limitazzjonijiet fl-importazzjoni ta’ materja prima għall-manifattura tal-mediċini. L-Awtorità dwar il-Mediċini qed tissorvelja x-xenarju dinamiku tal-COVID-19 u tindirizza b’mod proattiv il-ħtiġijiet mediċi. Permezz ta’ inizjattivi kkordinati, il-Unit għall-Intelliġenza u l-Aċċessibiltà tal-Mediċini b’kollaborazzjoni mal-Awtoritajiet tas-Saħħa, l-Affarijiet Barranin u d-distributuri farmaċewtiċi qed jgħinu fil-provenjenza u l-provvista ta’ mediċini u apparat mediku sabiex tiġi assigurata aċċessibilità kontinwa għall-benefiċċju taċ-ċittadini Maltin. X’ħidma qed issir biex Brexit ma jkollhiex effetti negattivi fuq l-aċċessibilità talmediċini? Id-Direttorat tal-Liċenzjar u l-Unit dwar l-Intelliġenza u l-Aċċessibilità tal-Mediċini fi ħdan l-Awtorità dwar il-Mediċini jaħdmu id f ’id biex l-isfidi ppreżentati bi Brexit fil-qasam tal-mediċini nsarrfuhom f ’opportunitajiet ta’ xogħol u investiment. L-Awtorità dwar il-Mediċini ġiet inkariga-
ta mill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini b’iktar minn 150 proċedura ta’ liċenzjar fejn issa Malta hija l-pajjiż ta’ referenza minflok ir-Renju Unit. Kontinwament tissorvelja l-prodotti kollha awtorizzati lokalment biex tiżgura li kumpaniji bbażati fir-Renju Unit jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom f ’konformità mar-rekwiżiti regolatorji meħtieġa. X’inhi r-relazzjoni bejn l-Awtorità dwar il-Mediċini u s-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika fil-funzjoni tagħha bħala l-Awtorità tal-Liċenzjar? L-Awtorità dwar il-Mediċini taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Liċenzjar. Din hi sistema tajba magħmula minn checks and balances fejn wieħed jissorvelja u jagħti pariri wieħed lil ieħor. Il-mediċini huma differenti minn affarijiet oħra u jeħtieġu sorveljanza kontinwa tal-kwalità, is-sigurtà u l-effikaċja. L-Awtorità dwar il-Mediċini tagħti pariri bill-miktub u pariri oħra bil-fomm biex hekk is-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika tkun tista’ tieħu deċiżjonijiet xjentifiċi u għaqlija. Permezz ta’ din il-koperazzjoni qawwija, f ’dawn l-aħħar snin naqsu l-mediċini out of stock mis-settur pubbliku u privat għall-benefiċċju tal-pazjenti kollha.
16
09.08.2020
kullhadd.com
ĠURNALIŻMU B’RISPETT MISTĦOQQ
Jean Claude Micallef Membru Parlamentari
M’hemmx isbaħ mil-libertà tal-espressjoni u l-hena tiegħi nara argumenti u kuntrasti t’opinjonijiet iżewqu l-ħsieb ta’ kull individwu biex finalment wieħed itejjeb il-mod kif jgħix hu u s-soċjetà ta’ madwaru. Biss jidher li mhux kulħadd kapaċi joftom bejn opinjoni u fatt. Sakemm wieħed ikun qed jifhem u jagħżel li jgħix ħajtu fuq gwida u b’għażliet ta’ ħaddieħor, ma tinkwetanix. Però nitħasseb sew meta nara lil min jemmen kulma jaqra u jagħmel diskors ħaddieħor gwida tal-fatti dwar il-ħajja. Qed ngħixu fi żmien fejn minn wara keyboard wieħed jista’ jgħid li jrid fuq min irid però mhux kulħadd lest iġorr responsabilità ta’ kliemu. Ftit snin ilu neħħejna l-libell kriminali però m’aġġornajniex il-kumpensi tal-libell ċivili. Żgur li l-ħajja u r-reputa-
zzjoni ta’ persuna tiswa iktar minn €5,000. F’dan ir-rigward nistieden li nħarsu lejn mudelli Irlandiżi u Belġjani. Biss mal-midja soċjali żdied il-fake news fejn sar iktar diffiċli biex tiddistingwi bejn sors kredibbli tal-aħbar li jimxi b’etika ġurnalistika u min għandu biss intenzjoni ta’ qerq bi skop t’ingann jew sempliċiment għaliex mhux tal-mestier. Tul iż-żmien rajna ġurnalisti jiktbu l-istorja bl-istejjer li kitbu. Rajna oħrajn jagħżlu li jfarrku individwi u familji sħaħ bis-saħħa tal-pinna. Oħrajn jirriskjaw ħajjithom għall-verità waqt li oħrajn jagħżlu li jiktbu biss l-ovvju u ma jindagawx, għal triq iktar faċli. Il-ġurnaliżmu f ’pajjiżna rajnieh jieħu majnata fix-xandir tal-istat fejn ġurnalisti ġew użati bħal noticeboards għal konferenzi stampi ta’ ministri. Rajna l-istazzjonijiet politiċi jkabbru s-sens ta’ ġurnaliżmu investigattiv skont il-kulur politiku waqt li kmamar indipendenti għal finijiet finanzjarji kemm-il darba waqgħu fin-nassa t’imprendituri ewlenin jew għal sponsorships governattivi irrelevanti mit-twemmin politiku. Il-ġurnalist għal bosta żmien ġie użat u abbużat wkoll sal-livell li lanqas ħajtu ma baqgħet tiswa. Jekk tfaħħar lill-padrun tal-poter jikbru ċ-ċansijiet li tikbirlek l-istima waqt li jekk
tmur kontra l-kurrent, iċ-ċans hu li jippruvaw jiskreditawk. Konvenjentament għal ħafna kien komdu jimpjegaw ġurnalisti bis-soldi bl-iskuża li jingħataw taħriġ u jkunu aħjar. Sal-lum f ’pajjiżna għandna impjegati ta’ kmamar tal-aħbarijiet li jitħallsu biss ftit iktar minn €1,000 fix-xahar. Jekk il-ġurnaliżmu se jibqa’ jkun ridott għal copy/paste ta’ konferenzi stampi jew kultant niktbu xi storja umana għall-fini tas-sensazzjonaliżmu, allura dak is-salarju hu ġustifikat. Kemm-il darba aċċennajt għall-ġurnaliżmu li jkun rispettat bħala professjoni. Riċentement għamilt dan waqt parti minn diskors fil-Parlament. Ironikament uħud mir-rappurtaġġi kienu ta’ eżempju ħaj ta’ dak li spjegajt, il-bżonn li nimxu lejn Warrant ta’ Ġurnalist. Kellek kull forma ta’ rappurtaġġ però ftit kienu dawk il-ġurnalisti li rrappurtaw is-sors dirett jew xtarrew il-proposta. Ħafna rrikorrew għal aġendi ulterjuri fil-konfront tal-kelliem u mhux għall-analiżi tad-diskors tiegħi dwar l-abbozz ta’ emendar tal-Att tax-Xandir. Diversi ħassewhom komdi jassumu l-konklużjonijiet tagħhom inkluż il-karikaturist Ġorġ Mallia, Kap tad-Dipartiment tal-Komunikazzjoni u l-Midja fl-UOM.
B’aġenda ċara ta’ skreditar u b’għan wieħed bħal ċirku partikolari li jittimbraw lill-Gvern kontra s-saltna tad-dritt u li joskura l-libertà tal-espressjoni, ma kellux intenzjoni jisma’ l-appell tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin erba’ snin ilu jew ilmod li ssuġġerejt kif jinħareġ il-warrant. Għoġbu jgħajjat l-istess għajta tal-Kap tal-Oppożizzjoni li warrant ifisser ‘sarima mal-ġurnalisti, għax kull min għandu warrant jitmexxa mill-Gvern.” Vera li lil Adrian Delia ta’ madwaru jakkużawh li poġġieh il-Labour imma żgur li l-avukati, in-nutara, il-periti, it-tobba u kull min iħaddan warrant ma jmexxihx il-Gvern! Ma kinetx l-ewwel darba li ssuġġerejt li għandu jkollna istitut li jivverifika l-ħiliet ġurnalistiċi u jissalvagwardja l-etika u d-drittijiet ta’ ħidmet kull ġurnalist tul il-karriera. Ċertament li warrant jagħti responsabilità professjonali li wieħed għandu jippriserva fil-qadi ta’ dmirijietu. Hawn nenfasizza wkoll il-ħtieġa ta’ protezzjoni lejn iċ-ċittadini komuni minn psewdo-ġurnalisti li jxandru biss aħbarijiet foloz, stejjer viljakki u informazzjoni żbaljata li riċentement rajna eskalazzjoni tagħhom. Kull min hu ggalbat fuq xogħlu, m’għandux minn xiex jiddejjaq li jiġi rikonoxxut u st-
mat għall-mestier li jagħti ħajtu għalih. Nippreċiża li ma jfissirx li individwu li akkademikament mar tajjeb fil-komunikazzjoni u l-midja jfisser li kapaċi jkun ġurnalist akkreditat. Il-kwalità ġurnalistika m’għandhiex titkejjel biss bil-ħiliet akkademiċi. Naf diversi li jbatu fil-kitba imma huma eċċellenti fir-riċerka u l-lealtà tagħhom lejn is-sorsi miksuba u s-segwaċi tagħhom biex iwasslu aħbarijiet ġusti b’perspettivi li jħallu lok għal interpretazzjoni personali. Ninsab fil-politika mhux biex nagħti l-istejjer lillkmamar tal-aħbarijiet imma biex intejjeb il-ħajja ta’ diversi u nara soċjetà li tkun kapaċi tagħraf bejn kwalità u kwantità. Soċjetà li tkun kapaċi taħseb u tixtarr anke s-sors tal-aħbarijiet preżentati lilha. Inħares ’il quddiem jekk minflok wieħed jirrikorri għal kritika distruttiva, ilkoll nibnu fuq l-ideat taħt l-awspiċju tal-IGM biex nirriformaw fl-interess tal-verità u tal-imħabba lejn ix-xandir u l-ġurnaliżmu. Qiegħed fil-politika għaliex ma niddejjaqx nippreżenta opinjonijiet għal ġid u niġi kritikat jew imfaħħar għalihom. Nieħu gost iktar jekk din il-kritika ssirli minn ġurnalisti apprezzati u rikonoxxuti għaliex tagħti aktar valur u kredibilità lir-rappurtaġġ tagħhom.
FAMILJA AKTAR WIESGĦA
Joe Sammut Kandidat
Laqatni ħafna d-diskors talPrim Ministru Dr Robert Abela meta kien qed jindirizza l-għeluq tal-konferenza straordinarja li saret ġewwa r-Rialto f ’Bormla. Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru wera kemm il-Partit Laburista huwa Partit miftuħ u li tgħallem jadatta maż-żminijiet u fuq kollox jibża’ għall-membri tal-familja
li ssawru. Waqt id-diskors tiegħu, ilPrim Ministru Dr Robert Abela mar lura fl-istorja tal-Partit, fil-mixja tal-Partit sakemm wasal fejn hu llum. Huwa aċċenna għall-mod ta’ kif wara d-disfatti politiċi li għadda minnhom, il-Partit Laburista rrealizza li ma setax jibqa’ magħluq bejn l-erba’ ħitan tiegħu u ried jiftaħ u jirrendi lilu nifsu attraenti billi jħaddan l-oqsma kollha tas-soċjetà tagħna. Kien għalhekk li l-Partit Laburista rrenda lilu nnifsu f ’moviment. Proprju sabiex ikun jista’ jilqa’ ġewwa fih individwi li għad li ma kellhomx it-twemmin Laburista kienu lesti jagħżlu lill-Partit Laburista sabiex imexxi lil pajjiżhom. Kif aċċenna Dr Abela, illum il-ġurnata ninsabu pass ieħor ’il quddiem. Irridu nħarsu lejn
ix-xena politika lokali kif qiegħda tiżvolġi u rridu nkunu lesti nilqgħu fi ħdanna mhux biss lin-negozjanti, li xi darba kienu l-kolonna prinċipali tal-Partit Nazzjonalista, iżda tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. U l-ħsieb ta’ Dr Abela vera jirrifletti kemm huwa Mexxej li kapaċi jara u jantiċipa l-futur. Il-Partit Nazzjonalista, illum il-ġurnata, bil-mod kif qed jiżvolġu l-affarijiet fi ħdanu, ser jisfaxxa u jidher li ser jinqasam f ’diversi fergħat. Għall-anqas hekk jidhru l-affarijiet. B’dan ix-xenarju f ’moħħu, il-Prim Ministru qed jara kif mit-tifrik li għaddej minnu ħaddieħor, mhux ser jagħżel li jkompli jfarrak, iżda li jkompli jgħaqqad. Ma jistax ikun li nibqgħu b’istituzzjonijiet imferrxa. Għalhekk il-kunċett ġdid ta’ Familja Wiesgħa u mhux moviment. Familja li les-
ta tilqa’ lil dawk kollha li lesti jħarsu lejn il-Partit Laburista u l-ideal Laburista, bħala l-Familja tagħhom. Taħt dan il-kunċett ġdid ta’ politika, Dr Robert Abela qed jara kif ser iservi lil firxa akbar tal-poplu tagħna u kif ser ikun ta’ wens għal min ser isib ruħu barra mid-dar li dejjem trabba fiha. Kif jgħid l-Inġliz, “charity begins at home” u fuq dan il-prinċipju l-Kap tal-Partit Laburista qed jibni l-pjan tiegħu għal Malta aħjar, għal Malta aktar inklussiva. Ma rridux nagħtu kas dak li xi sezzjonijiet tal-midja qed jippruvaw iperrċu sabiex ibeżżgħu. Huwa minnu li bis-sitwazzjoni li ninsabu fiha, il-possibbiltà hija li l-maġġoranza li ser jikseb il-Partit Laburista fl-elezzjoni li jmiss, ser tkun waħda bla preċedent. Huwa
minnu wkoll li maġġoranza simili tista’ tagħti saħħa enormi lill-Gvern tal-ġurnata. Però huwa minnu wkoll li Dr Robert Abela, u dan ngħidu għax nafu mill-qrib u ħdimt miegħu mill-qrib, mhux karattru li tibża’ minnu. Mhux bniedem li l-poter jitla’ għal rasu jew li ser jinsa minn fejn telaq. Il-Prim Ministru tagħna, Dr Robert Abela, huwa l-bniedem ideali li jkun Prim Ministru f ’mument ta’ kriżi politika, mhux għax ġabha l-Gvern jew il-Partit Laburista imma għax taħti biss l-Oppożizzjoni Nazzjonalista li mhux biss ma mexxietx lil pajjiżna fit-triq it-tajba imma li lanqas kienet kapaci tibża’ għal u tmexxi lill-membri tal-familja tagħha. Il-Prim Ministru tagħna, Dr Robert Abela, huwa l-bniedem ideali sabiex ikun il-mexxej ta’ din il-Familja Wiesgħa.
17
09.08.2020
kullhadd.com
L-GĦERUQ TAL-PARTIT
Catherine Fenech Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL
Il-Ħamis li għadda kkommemorajna t-twelid ta’ dik il-persuna li welldet ir-Repubblika Maltija, Duminku Mintoff, statista li ħeles lill-Maltin mid-dipendenza fuq il-barrani, l-istatista li temm l-eluf ta’ snin ta’ oppressjoni mill-ħakkiem u l-kolonjaliżmu. Dom Mintoff għallem lill-Maltin li kapaċi nfendu għal rasna, li kapaċi nibnu nazzjon u ekonomija bbażata fuq ix-xogħol, il-produzzjoni u fuq kollox fuq il-paċi. Din il-ħolma sarrafha f ’realtà. Xejn ma kienet faċli. Kien hawn eluf ta’ Maltin li ħobżhom kien jiddependi fuq il-kolonjalisti Ingliżi. Prattikament Mintoff kien qed jgħidilhom: “afdawni, u jien se nibgħat lil min iqallgħek ħobżok lejn daru, imma se noħloq l-industriji, se nġib l-investiment paċifiku barrani f ’pajjiżna, se noħloq ix-xogħol produttiv għalikom.’’ U fil-fatt dak li għamel. Jekk ħaddieħor ħaseb li kif jitilqu l-Ingliżi, il-poplu kien se jbati l-ġuħ u n-nuqqas ta’ xogħol, mar żbaljat bl-ikrah. Pajjiżna għamel patt mad-destin tiegħu permezz tal-politika kuraġġuża ta’ Dom Mintoff li ssarrfet fi twelid ta’ nazzjon Malti li kapaċi jfendi għal rasu, li kapaċi jibbaża l-ekonomija fuq ix-xogħol produttiv u mhux jiddependi fuq ekonomija li ddur biss mal-militar u l-gwerra. Permezz ta’ Mintoff, tkattar il-welfare state, fejn sew jekk int sinjur, middle class jew fil-klassi fqira, intitolat għall-aqwa servizzi edukattivi u tas-saħħa b’xejn. U għalhekk qatt ma ninsew jum it-twelid ta’ dan irraġel ġgant fil-politika ta’ pajjiżna li żera’ fil-Maltin id-determinazzjoni u l-konvinzjoni li aħna nazzjon li kapaċi jasal waħdu u ma jiddependix mil-loqom u l-ħniena tal-kolonjalisti. Kien hemm diversi politiċi u nies ta’ prinċipju soċjalisti jew patrijottiċi li kienu viċin din il-linja ta’ ħsieb imma sabu oppożizzjoni b’saħħitha ħafna tant li spiċċaw interdettati u eżiljati bħal Mikiel Anton Vassalli, Manuel Dimech u Ġużè Ellul Mercer. Il-kitba ta’ Ġużè Ellul Mercer hija l-punt ta’ referenza tiegħi għal meta jiġini forsi l-iċken dubju fit-twemmin soċjalista li nħaddan b’konvinzjoni u bi kburija. L-artiklu li kiteb fuq il-gazzetta Il-Ħmara fid-29 ta’ Mejju 1929 jiġbor fih dak kollu li jġegħelni nersaq u nimmilta fil-Partit Laburista. “Għaliex Jien fil-Partit tal-Ħaddiema’’ huwa l-artiklu li jġegħelni nirrifletti li biex tirnexxi fil-
ħajja ma hemmx bżonn kunjomok, ilflus jew isem il-familja. Biżżejjed ikun hemm partit li jemmen fil-kapaċitajiet tal-poplu tiegħu u li dawn it-talenti jitħaddmu sabiex il-pajjiż kollu jibbenefika minn dan l-uniku riżors naturali li tippossjedi Malta, ir-riżors uman. Dan l-artiklu jikkonvinċini li ċ-ċavetta għal pajjiż san hija l-edukazzjoni. Ellul Mercer jgħid li: “hawn aktar foqra għat-tagħlim, milli mġewħa għallħobż.” Ellul Mercer urieni li l-mexxejja jiġu u jmorru, imma l-ideal jibqa’, għax dan huwa partit li hu mmexxi mill-kotra u ma jappartjeni għall-ebda mexxej, klikka jew isem ta’ familja. Għaddew kważi 91 sena minn fuq dan l-artiklu, ix-xeni politiċi f ’pajjiżna nbidlu bil-kbir, il-Partit Laburista evolva, kiber, iġġedded u jibqa’ jiġġedded. Però l-kliem ta’ Ellul Mercer jibqa’ japplika għal-lum u għall-futur għaliex it-tiġdid li jsir dejjem isir madwar il-prinċipji li jagħmilna moviment b’saħħtu msejjes fuq il-ġustizzja soċjali, fuq it-tkattir tax-xogħol, fuq l-edukazzjoni, fuq id-drittijiet ċivili, fuq ekonomija produttiva u fuq poplu b’saħħtu u san. “....il-prinċipji, il-pedamenti sodi li fuqhom huwa mibni l-partit tal-ħaddiema, ma jinbidlux. Jibqgħu dejjem fejn huma sakemm il-kotra tibqa’ kotra, dejjem lesti biex meta jasal il-waqt, jinbena u jitwaqqaf fuqhom il-partit li jiġbor lil kulħadd miegħu, il-partit tal-futur, il-partit talkotra, il-partit li l-għajta tiegħu tkun: Ħobż, xogħol u tagħlim għal kollu kemm hu l-ħaddiem!’’ Dan hu kliem li jitnaqqax f ’qalbna u f ’ruħna, kull min hu parti mill-moviment Laburista, sew jekk twieled f ’familja Laburista u sew jekk ħaddan it-twemmin Laburista lbieraħ. Dan hu dak li jagħmilna Laburisti, dan hu dak li jagħmilna l-partit tal-kotra, il-partit tannies, il-partit li qatt ma jinsa l-għeruq tiegħu.
U fil-fatt dak li għamel. Jekk ħaddieħor ħaseb li kif jitilqu l-Ingliżi, ilpoplu kien se jbati l-ġuħ u n-nuqqas ta’ xogħol, mar żbaljat bl-ikrah. Pajjiżna għamel patt mad-destin tiegħu permezz tal-politika kuraġġuża ta’ Dom Mintoff li ssarrfet fi twelid ta’ nazzjon Malti li kapaċi jfendi għal rasu, li kapaċi jibbaża l-ekonomija fuq ix-xogħol produttiv
Mid -Dj arju t a’
Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 30 ta’ Lulju Bil-ftehim li lħaqna mal-Gvern ilbieraħ, ikollna nagħlqu ħalqna fuq ħafna affarijiet. Mhux se nkunu nistgħu nkomplu nitkellmu fuq demokrazija, saltna tad-dritt, u governanza tajba jew ħażina. Lanqas se nkunu nistgħu nkomplu nikkritikaw lill-Gvern li ħataf lill-awtoritajiet u ħakimhom. U iva, jien m’għandi l-ebda dubju li l-kap tal-partit darba glorjuż tagħna, Adrian Delia xorta waħda se jsib xi jgħid biex jaqlgħalhom. U mhux hu biss, anke Delia l-ieħor, Manwel ta’ Repubblika jsib xi jgħid u għalkemm jien xejn ma għandi grazzja miegħu, għax kontra Delia tagħna, meta jgħid kontra l-Gvern, kliemu għasel jinżilli. Il-Ġimgħa, 31 ta’ Lulju Min jaf missieri, il-mibki Ġorġ Borg Olivier, u oħrajn li bħalhom twieldu u mietu jgħożżu l-bandiera tal-partit darba glorjuż tagħna, x’jitqallbu f ’qabarhom! Min qatt kien jobsor li kellna nispiċċaw niġġieldu bejnietna saħansitra fil-Qorti, man! Anke jien bilkemm irrid nemmen li Adrian Delia u Jason Azzopardi se jispiċċaw jiġġieldu b’dan il-mod. Ara veru qiegħed idardarna Jason Azzopardi, imma ħej dejjem qiegħda tiġih tajba. U meta spiċċaw jiġġieldu l-Qorti, proprju fil-jum li fih se niltaqgħu l-kunsilliera biex niddeċiedu dwar il-ġejjieni tal-partit tagħna. Kultant jien naqta’ qalbi jekk il-partit tagħna għadx jista’ jkollu ġejjieni! Is-Sibt, 1 ta’ Awwissu Sewwa ngħid li lil Jason Azzopardi dejjem tiġih tajba. Tagħhom reġgħet għaddiet u se jkollna nagħmlu elezzjoni oħra biex nagħżlu kap tal-partit. Mhux bilfors ikun kap ġdid, għax il-kap preżenti, li jgħidu x’jgħidu dawk is-17il traditur huwa Adrian Delia, għamilha ċara li se jerġa’ jikkontesta. Insomma, ngħid għalija tal-lum ma ħadthiex bi kbira għax ma kienet rebħa għal ħadd. Anzi lil Adrian Delia aħna t-tesserati nistgħu nsaħħuh bil-kbir għax jekk nerġgħu nagħżlu lilu, allura jkun jista’ jieħu passi drastiċi kontra dawk li qatt u qatt ma aċċettawh bħala kap. Forsi flaħħar ikun jista’ jaqtgħalhom rashom. Il-Ħadd, 2 ta’ Awwissu Isa, fl-aħħar sab kappell jiġih Jason Azzopardi għax inqabad f ’gidba ħoxna meta qal li qatt ma ltaqa’ ma’ Yorgen Fenech! Issa li hemm ir-ritratti juruh ma’ Yorgen Fenech fit-tieġ ta’ dan talaħħar, żgur li ma jistax ikompli jgħid li qatt ma ltaqa’ miegħu. U ma joqgħodx
idaħħaq u jgħidilna li nesa, għax ħadd mhu se jemmnu. Jien, ngħid għalija, li kieku jgħidli li nesa x’kiel ilbieraħ nemmnu, imma li nesa li kien mar ittieġ ta’ Yorgen Fenech, ma nemmnu qatt. U min jaf għalfejn kien stiednu Yorgen Fenech, hux! Li naf hu li dak iż-żmien, Jason Azzopardi kien Segretarju Parlamentari. It-Tnejn, 3 ta’ Awwissu Din ma kontx nafha, għax kieku ma kontx nivvota favur l-istatut kif għamilt ftit tal-ġimgħat ilu meta ltqajna l-kunsilliera. U jkolli ngħid li lanqas il-Kap Adrian Delia ma nduna li kienet nassa biex iqaċċtuh. Għax skont l-istatut, dawk li jkunu mħajra biex jikkontestaw għall-kap tal-partit, qabel jitfgħu n-nomina tagħhom, iridu jiksbu l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Kandidati. Il-biża’ tiegħi hi, li din il-Kummissjoni żżomm lil Adrian Delia milli jikkontesta. Mhu se niskanta b’xejn għax minn kollox qegħdin jagħmlu biex iqaċċtuh. It-Tlieta, 4 ta’ Awwissu Kont fuq ix-xwiek illum nistenna biex nara min minn dawk is-17-il traditur se jgħid li huwa interessat li jieħu t-tmexxija tal-partit darba glorjuż tagħna, imma sa issa ħadd għadu ma kkommetta ruħu anke jekk illum kellhom kull ċans li jagħmluha uffiċjalment. Imma milli jidher għandhom ħafna inkwiet bejniethom għax mhumiex jaqblu fuq min għandu jkun iż-żiemel li jrid itellaq ma’ Adrian Delia. Skont sieħbi tal-Istamperija ilhom diġà jumejn jiltaqgħu biex forsi jaqblu fuq kandidat wieħed, imma milli jidher Therese Comodini Cachia ma tridx iċċedi għax qiegħda tħoss li sħabha ttradewha. Ma nafx għalfejn qiegħda teħodha daqshekk bi kbira għax taf sewwa sa fejn kapaċi jaslu. L-Erbgħa, 5 ta’ Awwissu Milli nista’ nifhem il-grupp tat-tradituri jew ribelli, sejħilhom li trid, għadhom mhumiex jiftiehmu bejniethom jekk għandhomx jappoġġjaw kandidat wieħed biex jieħu post Adrian Delia bħala kap tal-partit tagħna, partit darba glorjuż, u llum imfarrak ma nafx f ’kemm-il biċċa. Skont sieħbi tal-Istamperija, Therese Comodini Cachia hija waħda mill-problemi għax ma tistax tniżżilha li sħabha użawha u issa jridu jarmuha. U għandha raġun, man! Imma milli jidher, anke Roberta Metsola qiegħda tieħu għaliha għax qiegħda tgħid li mhux sewwa li Jason Azzopardi qiegħed jimbotta lil Bernard Grech.
18
09.08.2020
kullhadd.com
X’QED ISIR FIL-LOKALITAJIET TAGĦNA? INŻURU N-NAXXAR Il-lokalitajiet tagħna huma l-benniena ta’ fejn inqattgħu ħajjitna. Minn raħal għal ieħor jew minn belt għal oħra, naraw tibdil u tisbiħ. Forsi mhux dejjem naqblu mal-iżvilupp li jsir imma naħseb ilkoll nemmnu li dak li jsir, isir bi skop ta’ ġid. Lokalità li nbidlet sew u li saret aktar frekwentata, hija dik tan-Naxxar. InNaxxar kiber ġmielu tant li l-popolazzjoni qed tmiss id-19,000 ruħ. Iċ-ċentru tista’ tgħid għadu miżmum fuq l-istil ta’ dari u fejn sar bini ġdid, sar fuq l-istess stil. Imtela bil-ħwienet sbieħ u l-ekonomija qamet sew fih. Il-poplu Naxxari bħal kull raħal jew belt oħra, ikollu l-ħtiġijiet tiegħu. Tkellimna mal-Minority Leader Marlon Brincat dwar x’inhu għaddej f’din il-belt. Kitba ta’ CLIFFORD GALEA Xi żvilupp qed isir fin-Naxxar bħalissa? In-Naxxar żdiedet l-attività; fetħu aktar ħwienet u qed iżuruna iżjed nies. Konsegwenza ta’ dan il-pass pożittiv, rajna wkoll żieda konsiderevoli ta’ traffiku li awtomatikament jaffettwa lil kulħadd. Sfortunatament, dan it-traffiku ma jfissirx li qed jagħmel użu minn din il-lokalità għajr li jużah bħala ‘by pass’ biex imur f ’postijiet oħra. Irridu niftakru li n-Naxxar però, ma jfissirx biss iċ-ċentru tal-pjazza jew il-madwar, għandek konfini li jmorru sas-Salina, is-Sgħajtar, Baħar iċ-Ċagħaq u l-Magħtab li dawn ukoll iġibu l-isfidi tagħhom. Biss biss, Baħar iċ-Ċagħaq jara influss qawwi ta’ nies fl-istaġun tas-sajf u jidher li ser ikompli jiżviluppa. Dan ifisser ukoll ammont akbar ta’ skart. Dawn kollha huma sfidi li aħna nippruvaw nindirizzaw. Naċċerta li fl-irwol ta’ kunsilliera, aħna nippruvaw nagħmlu li nistgħu bla ma nwiegħedu xejn li huwa impossibbli. Irridu nitgħallmu nifhmu li aħna katina
sħiħa kemm lokali u anke fuq livell ta’ pajjiż għaliex naħdmu mal-entitajiet konċernati u deċiżjoni, għalkemm aħna nkunu ħadnieha bħala kunsill, irridu wkoll nistennew fl-affermattiv minn min huwa professjonist jew mill-awtoritajiet li jiġu fuqna. Iżda dan ma jaqtgħalniex qalbna għaliex wara kollox, qegħdin hemm biex intejbu l-lokalità li hija għal qalbna. X’inhuma l-aktar domandi li l-poplu Naxxari u r-residenti tiegħu jitolbu minn żmien għal ieħor? Minn żmien għal żmien, id-domandi jkunu diversi bħal ngħidu aħna, irranġar
ta’ bankini, ambjent fejn spiss ikun hemm problemi relatati mal-bring-in sites, traffiku u affarijiet oħra, saħansitra anke talbiet mill-għaqdiet attivi li nsibu fil-lokal. Waħda mid-domandi hija għall-grawnd tal-futbol tan-Naxxar Lions li ilu mwiegħed minn mindu kont għadni żgħir jien u nies oħra li jafu li din it-talba dejjem kienet hemm. Fuq il-grawnd xtaqt ngħid li wara ħafna snin ta’ ħidma, ħareġ permess biex jinbena l-grawnd tal-futbol tan-Naxxar Lions Youth Nursery b’negozjati ma’ Naxxar Lions FC li attwalment, għaddejjin
taħditiet biex il-grawnd jintuża minnhom ukoll. Dan ser jinbena fl-iskola Giovanni Curmi fejn anke ġie maħsub parkeġġ adekwat. L-iskola stess se tibbenefika minn dan il-grawnd, kif ukoll minn żewġ sulari ta’ parkeġġ, u l-art tal-iskola se tkun kollha żona pedonali. Ser ikun hemm ukoll gym, dressing rooms u spectator stand fejn minnu, il-pubbliku jkun jista’ jgawdi l-logħob. It-triq ma kinitx waħda faċli iżda bid-determinazzjoni wasalna. It-tenders għall-bini ta’ dan il-proġett mistennija joħorġu f ’Ottubru li ġej. Nirringrazzja lill-Ministru Evarist Bartolo tas-sapport ġenwin tiegħu kif ukoll lis-Segretarju Parlamentari għall-Isports u Żgħażagħ Clifton Grima. Grazzi kbira lill-Gvern kollu li nista’ ngħid, sibtu ta’ appoġġ kontinwu f ’din l-idea. X’inhu l-ħsieb tiegħek fuq il-Pjazza tan-Naxxar u l-madwar tagħha?
Il-proġett il-ġdid tal-grawnd tal-futbol ta’ Naxxar Lions FC
Irridu nammettu li l-pjazza saret traffikuża immens bir-riżultat u l-konsegwenza, li t-traffiku jaqa’ wkoll fit-toroq tal-madwar. Dan joħloq konġestjoni qawwija fl-aktar ħinijiet bieżla tal-jum u qed joħloq ukoll stress fuq iċ-ċittadini. Jien qed nissuġġerixxi li l-ewwel nett għandu jkun hemm trasport b’xejn għan-nies tal-lokal fejn ir-residenti ma jkollhomx aktar problema ta’ ċaqliq fil-pjazza, ma jkollhomx aktar problema ta’ parkeġġ u b’hekk il-pjazza titgawda mill-poplu u minn dawk li jżuruna. Wara kollox jien nistaqsi: X’qed nieħdu mit-traffiku fin-Naxxar? Wasal iż-żmien li nagħtu xi ħaġa lin-nies tagħna? Dan il-ħsieb li l-pjazez Maltin jitgawdew iżjed mir-residenti, qiegħed ukoll fi ħsieb l-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali fejn ftit ilu, il-President tagħha Mario Fava nieda l-proġett Slow Street fejn f ’jiem partikolari, il-pjazza tkun miftuħa biss għal użu mingħajr karozzi. Dawn ser inkunu qed iqabbdu perit biex jeval-
19
09.08.2020
kullhadd.com
Irridu nammettu li l-pjazza saret traffikuża immens bir-riżultat u l-konsegwenza, li t-traffiku jaqa’ wkoll fit-toroq tal-madwar. Dan joħloq konġestjoni qawwija fl-aktar ħinijiet bieżla tal-jum u qed joħloq ukoll stress fuq iċ-ċittadini. Jien qed nissuġġerixxi li l-ewwel nett għandu jkun hemm trasport b’xejn għan-nies tal-lokal fejn ir-residenti ma jkollhomx aktar problema ta’ ċaqliq wa dan il-proġett biex jitnaqqas it-traffiku minn ġoċ-ċentri tal-ibliet u l-irħula Maltin. Sfida oħra tagħna hija l-problema taliskart. Ma rridx indur mal-lewża. Kultant dan ikun ġej mill-pubbliku nnifsu. Kulħadd irid l-indafa imma spiss issib min ma jridx jagħmel sagrifiċċju. Għalliex toħroġ iż-żibel filgħaxija u mal-lejl isir mandra? Il-ħwienet ukoll iridu jħallsu l-kollettur tagħhom mhux joħorġu ż-żibel billejl. Insemmi wkoll li n-nies iridu jżommu mad-dati tal-ħruġ tal-iskart. Jidhru punti ovvji, imma l-ovvju mhux dejjem isir. Irridu niftakru li aħna qed nagħmlu ħidma volontarja u li kunsillier għandu ħafna responsabbiltajiet fuq spallejh. Mhux biss, talli kunsillier ikun ukoll im-
daħħal f ’diversi sottokumitati u laqgħat oħra għall-ġid tal-lokalità. Aħna wara kollox irridu belt aħjar, fejn dak li jkun iħossu sodisfatt u kuntent b’dak li qed isir. Ma nippretendix li kulħadd jaqbel ma’ kollox, imma fejn le, jersaq lejna u jkellimna. Niddiskutu u naraw xi jkun ill-aħjar pass li jittieħed. Dan huwa fil-qosor dak li qalilna Marlon Brincat, Minority Leader tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar. Naf fiċ-ċert li bħalu, bosta kunsilliera Maltin u Għawdxin, iridu l-ġid għal-lokalità tagħhom. Hemm min għandu passjoni kbira għal din il-ħidma u rridu nkunu aħna li nuruhom rispett u nagħtuhom l-id tal-ħbiberija biex ikomplu jitkellmu f ’isimna r-residenti ta’ kull belt jew raħal Malti u Għawdxi. Insellem lill-kunsilliera kollha ta’ pajjiżna.
20
09.08.2020
kullhadd.com
DANIELA SCICLUNA
F’GĦELUQ SNINHA DDEĊIDIET LI TILGĦAB, TIDĦAQ U TFERRAĦ LIL ĦADDIEĦOR Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Ħafna persuni jispiċċaw jieklu u jixorbu żżejjed f ’għeluq sninhom. Hawn min jibqa’ għaddej jiċċelebra għal ġimgħa sħiħa, filwaqt li xi oħrajn jiċċelebraw fid-data jew viċin id-data tat-twelid. Din id-darba intervistajt persuna li fejn issoltu kienet tiċċelebra għeluq sninha għal ġimgħa sħiħa, dan l-aħħar saret tippreferi tqattgħu mal-familja tagħha. Iżda din is-sena ġietha idea oriġinali, dik li tferraħ lil ħaddieħor. Fil-fatt, hekk għamlet, ħadet l-inizjattiva kollha hi stess u wettqet il-ħolma tagħha. Qed nirreferi għal Daniela Scicluna. Għandha 38 sena, miżżewġa u għandha żewġt itfal. Tħobb taqra u timxi, imma l-iktar li tħobb huwa li tqatta’ l-ħin mal-familja. Kienet taħdem bħala beauty therapist u ftit tas-snin ilu ddeċidiet li tieqaf biex tiffoka iktar fuq il-familja, però x-xogħol jogħġobha, f ’dawn l-aħħar ħames snin organizzat workshops għattfal. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala bniedma pożittiva. Bħal kulħadd ikollha d-dwejjaq u diffikultajiet u tipprova tagħmel li tista’ biex tieħu l-ħajja biċ-ċajt. M’għandhiex kwiet, dejjem ser tara x’ser tagħmel ġdid u differenti. Meta tidħol xi ħaġa f ’moħħha ma tkunx tista’ toqgħod kwieta qabel ma tagħmilha. Bażikament qabel kienet tħobb tiċċelebra għeluq sninha għal xi ġimgħa sħiħa. Kulħadd kien jgħidilha li la tikber ma tibqax tiċċelebrah u fil-fatt, kemm ilha li għandha t-tfal veru hekk ġara. Illum saret tiċċelebrah b’mod differenti u tkun għal qalbha mal-familja tagħha. Ħallejt f ’idejha sabiex telabora
– tilgħab, tidħaq u tferraħ linnies. Bdew ġejjin ħafna ideat u bdiet taqsam l-istess ideat mal-familja u l-ħbieb, u kulħadd beda jagħtiha suġġerimenti, u bdiet tgħaqqad eżatt xi trid. Hi tħobb tagħmel karità, imma ma xtaqitx li tkun ibbażata fuq hekk din id-darba. Xtaqet tagħmel xi ħaġa sabiħa għal xi ħadd li ma tafx, imma b’mod differenKienet sfida kbira għaliha, ti! Naf li preparat xi logħob u imma xtaqet tagħmilha staqsiet ħabiba tagħha Celine li ħafna hija fotografa tajba u taħdem Iżda din is-sena ddeċidiet li ħafna magħha u bħal dejjem tagħmel xi ħaġa li vera tħobb aċċettat li tmur tgħinha u għamlitilha iktar kuraġġ. Ħallejt f ’idejha sabiex tgħidli aktar dwar il-preparamenti li ħejjiet għal din l-okkażjoni f ’għeluq sninha. “Peress li naħdem, ma tantx kelli ċans nipprepara. Fittixt ftit logħob faċli u popolari u ktibt xi Qabel konna mmorru xi ġimgħa noti biex ma ninsa xejn, bażikaGħawdex jew insiefru, imma minħabba ment dak kollox.” Żiedet tgħidli li fil-ġurnata li l-iskola tat-tfal ma nkunux nistgħu kienu miftehmin, qamet filgħou kif ftakret x’ser tagħmel nagħmluha fi Frar. Normalment sirna du kellha aptit tibqa’ fis-sodda. noħorġu nieklu jew insajru xi ħaġa li Kienet sfida kbira għaliha, xtaqet tagħmilha ħafna nħobb id-dar u l-bqija tkun ġurnata imma u sabet is-sapport mill-familja bħall-oħrajn wkoll. Dak li jkollha f ’moħħha, aktar. “Qabel konna mmorru xi ġimgħa Għawdex jew insiefru, imma minħabba l-iskola tat-tfal ma nkunux nistgħu nagħmluha fi Frar. Normalment sirna noħorġu nieklu jew insajru xi ħaġa li nħobb id-dar u l-bqija tkun ġurnata bħall-oħrajn,” bdiet tgħidli Daniela.
sakemm tkun xi ħaġa tajba tkun trid tagħmilha, inkella ma toqgħodx kwieta. “Però meta ddeċidejt li nagħmel din, ma ħsibtx li ser tkun daqshekk diffiċli għax speċjalment għall-bidu tistħi tmur fuq xi ħadd ma jafekx u tispjegalu. U peress li daħħaltha f ’moħħi li nieħu video, iktar kienet diffiċli għax mhux imdorrija. Bdejt nitkellem speċjalment ma’ oħti u ma’ kuġina tiegħi u bdew kull darba jfakkruni li dak li ser nagħmel hu xi ħaġa tajba u bi skop tajjeb. Fl-aħħar millaħħar, l-agħar li jista’ jiġri ma jilgħab ħadd u mmur insarraf il-vouchers jien stess.” Ridt inkun naf, issa li għaddiet din l-avventura jew sfida, jekk hux biħsiebha tkompli għaddejja bl-istess ritmu għal kull birthday. “Nispera li ma noqgħodx nistenna sal-birthday biex nerġa’ nagħmel xi ħaġa simili. Onestament ħadt gost wisq u biex noqgħod nistenna sena oħra iddum wisq. Il-birthday li jmiss nagħmel xi ħaġa oħra mbagħad,” tbissmet tgħidli. Għal min ipparteċipa,
preparat xi vouchers kollha minn butha Għal din l-avventura u ġest sabiħ li għamlet, kont naf li Daniela ħejjiet xi ftit shopping vouchers ta’ €10 biex tagħtihom lil kull min jaċċetta li jilgħab u bdiet tkellem lil xi nies. Għall-bidu bdew jaħsbuha qed tiċċajta. Però, sirt naf li l-vouchers ma kinux sponsors imma xtrathom hi stess. Ridt inkun naf bħala lokal u persuni fejn attendiet biex seħħet din l-avventura. Fil-fatt, infurmatni li kollox kien spontanju. “Kellimt lin-nies li kien hemm u xejn ma kien pjanat minn qabel. Dawk li aċċettaw ħadnielhom videos bil-permess li nippostjahom fuq Facebook. Morna Ħal Qormi. Il-vouchers kollha qassamthom, minbarra wieħed għax kien hemm xi ħadd li qalli nżommu u nagħtih lil xi ħadd li għandu bżonn. Fil-fatt, għadu għandi u qed nistenna li tiġi l-opportunità nagħtih lil xi ħadd.” Ħaġa pożittiva kienet li n-nies li pparteċipaw tista’ tgħid li ħadu gost daqs Daniela. Fil-fatt, f ’ħin
kullhadd.com
Lgħabna xi logħob bħal jaqtgħu kemm għandi żmien u x’naħdem. Imbagħad logħob bħal min jitfa’ ż-żarbuna l-iktar ’il bogħod, li kienet ta’ suċċess kbir għax vera dħaqna. Logħba oħra kienet li tagħmel xi ħaġa, ta’ warajk irid jagħmel bħalha u jibni u min jinsa jagħmel waħda, jitlef. Insomma logħob sempliċi ħafna u ma jiħux ħafna ħin. Kien hemm min offrielna kafè wara li lgħabna, u kien hemm xi ħadd ħadna naraw presepju tal-Milied
taqla’ l-prosit jew il-ftaħir, iżda biex iktar nies jitħajru jagħmlu xi ħaġa simili. Mistoqsija jekk għandhiex xi pjanijiet futuri oħra simili għal dawn, Daniela weġbitni: “Għadni qed nippjana, però li nista’ ngħidlek li waħda minnhom qed nagħmila bħalissa u sibtha iktar diffiċli milli ħsibt. Mhux għax diffiċli biex tagħmilha, imma iktar għaliex jiena dejjem emmint li meta tagħmel xi ħaġa tajba għandek iżżommha għalik mhux toqgħod tgħid lil kulħadd b’li tkun għamilt. Ilfatt li ddeċidejt li nieħu videos u naqsamhom imur kontra dak li dejjem emmint u għamilt, però ma jiddispjaċinix li qsamthom u min jixtieq isegwi x’qed nippjana jista’ jsibni fuq Facebook.” Kollox ma’ kollox, Daniela stqarret miegħi li kull darba li tagħmel xi ħaġa għal xi ħadd dejjem tibqa’ impressjonata b’kemm tkun kuntenta hi stess wara. “Speċjalment meta tara nies li għal ftit ħin insew jew aljenaw ruħhom mid-diffikultajiet li għandhom id-dar, fuq ix-xogħol jew anki l-affarjiet li jkunu qed jiġru madwarna fis-soċjetà. Fl-istess ħin l-eżempju li qed nagħti lit-tfal tiegħi huwa li jkunu qalbhom tajba ma’ kullħadd.” Fl-aħħar nett, Daniela għaddiet messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “M’hemmx għalfejn tagħmel affarjiet kbar. Xi kultant sempliċiment issellem lil xi ħadd tista’ tibdillu l-ġurnata u tbiddel tiegħek ukoll fl-istess ħin. Iktar ma jkun hawn nies jitbissmu u jidħqu iktar ikollna ħajja sabiħa. Apparti minn hekk, meta kont żgħira Tixtieq li iktar nies jitħajru kienu jgħiduli li ser nitkemmex jagħmlu xi ħaġa simili sabiħ għax dejjem nidħaq. KulAktar minn hekk, Daniela ma ngħid huwa idħqu kemm xtaqet taqsam din l-esperjenza tistgħu għax hemm ċans kbir li u ġest sabiħ li ħolqot mhux biex tibqgħu sbieħ.” minnhom kienet qed tistaqsi lil xi ħadd u ġiet waħda milli kienet diġà lagħbet magħha tinkoraġġiha biex tilgħab għax ser tieħu gost żgur. Daniela naturalment ħadet pjaċir biha dak il-ħin għax dak kien l-iskop, li tagħti gost imqar lil xi ħadd wieħed! Filfatt, tant kienet esperjenza ta’ sodisfazzjon li għamlet ġurnata titbissem. Skontha, m’għamlet xejn kbir, imma vera ħassitha tajba. “Lgħabna xi logħob bħal jaqtgħu kemm għandi żmien u x’naħdem. Imbagħad logħob bħal min jitfa’ ż-żarbuna l-iktar ’il bogħod, li kienet ta’ suċċess kbir għax vera dħaqna. Logħba oħra kienet li tagħmel xi ħaġa, ta’ warajk irid jagħmel bħalha u jibni u min jinsa jagħmel waħda, jitlef. Insomma logħob sempliċi ħafna u ma jiħux ħafna ħin. Kien hemm min offrielna kafè wara li lgħabna, u kien hemm xi ħadd ħadna naraw presepju tal-Milied. Kienet ġurnata talġenn,” tbissmet tgħidli. Fi kliem ieħor, Daniela tixtieq issib il-ħin u tibqa’ tagħmilha. Fl-opinjoni tagħha m’għandniex biżżejjed minnhom dawn l-affarijiet u hemm bżonn li nibdew nieħdu l-ħajja daqsxejn iktar bil-logħob u ċ-ċajt. “Meta tilgħab u tidħaq mat-tfal tista’ tgħid li kważi tinsa kulma qed jiġri madwarek għal dak il-ftit ħin. Naħseb li kulħadd għandu bżonn iktar minn dak il-ħin. M’hemmx isbaħ milli sserraħ ftit moħħok minn dawk id-dilemmi u l-problemi kollha li niltaqgħu magħhom bħall-mard, inkwiet u affarijiet oħra. Nemmen li m’hawnx isbaħ mid-daħq biex ittaffi ftit minn dawk l-affarjiet.”
21
09.08.2020
22
09.08.2020
kullhadd.com
TOPONOMI B’XI STORJA JEW RAĠUNI WARAJHOM
Fl-antik, in-nies kienu iżjed magħrufa bil-laqam tagħhom milli b’kunjomhom. L-istess jingħad għal ċerti nħawi jew toroq tal-ibliet u l-irħula tagħna. Ħafna nħawi jew triqat tlibbsu toponomi li ġejjin kemm minn żminijiet ilu kif ukoll minn oħrajn mhux daqstant antiki. Billi ħafna minnhom qajla għadek tismagħhom, ħassejt li jkun xieraq li, biex ma jintilfux, nintervista lil Anton Attard, biex ifakkarna kif il-Vittoriosani ta’ wara l-gwerra kienu u aktarx għadhom, jirreferu għal diversi nħawi. Uħud minnhom kienu ħolquhom huma stess. Oħrajn semgħuhom mingħand dawk ta’ qabilhom. Minn CHARLES B. SPITERI
Anton, il-Birgu hu wieħed mill-eqdem lokalitajiet Maltin. B’hekk żgur li saru tibdiliet anki fl-ismijiet tat-toroq tiegħu. Qed ngħid sew? Biżżejjed ngħidlek li l-biċċa l-kbira ta’ dawk li jiġu l-Birgu, fl-antik kienu jaslu bil-karozza tal-linja f ’dik il-wesgħa li ftit ’il fuq minnha, nsibu x-xaqliba li llum hi aktar magħrufa bħala ‘Couvre Porte’. Ma kinitx hekk minn dejjem. Għalina, hawn kien ‘Fejn Sabu s-Sinjur’. Ingħata dan it-toponomu għax moħbi f ’toqba fis-sur, instab il-pissidi bl-ostji kkonsagrati, li kien insteraq mill-Knisja ta’ Santa Tereża, li qiegħda ftit metri bogħod. Bejn l-ewwel bieb u t-tieni wieħed fi dħul il-Birgu, tgħaddi minn fuq pont li taħtu hemm dak li llum jissejjaħ Ġnien il-Kunsill. Man-nies ta’ din ilbelt aktar hu magħruf bħala l-Foss. Għalina t-tfal ta’ wara l-gwerra kien il-Foss il-Kbir, biex nagħżluh minn dak ħafna iżgħar li hemm taħt it-Torri ta’ San Ġakbu, li konna nsibuh bħala l-Foss iż-Żgħir. Fi dħul din il-belt, tiġi fi Triq il-Mina l-Kbira. Iżda mal-biċċa l-kbira tan-nies, din it-triq aktar hi magħrufa bħala t-Triq tal-Lunzjata. Dan għax f ’nofsha hemm il-knisja ddedikata lill-Madonna
b’dan it-titlu. Hawn kien hawn ukoll porvlista. Fadal xi rabta magħha? Kien hawn it-toroq ta’ wara l-Knisja tal-Lunzjata, li kienu magħrufin bħala l-Imġarraf. Kienu ilhom magħrufin hekk mal-200 sena, wara li fl-1806 splodiet porvlista li kienet qrib ħafna mid-djar ta’ din ix-xaqliba, li spiċċaw borġ ġebel. Meta din ix-xaqliba nbniet mill-ġdid, Triq l-Irlandizi, (illum Triq Wenzu Dyer) kienu jsibuha bħala t-Triq ta’ Żwejta. Jista’ jkun li hawn kienet toqgħod xi waħda b’dan il-laqam. Ħidma marbuta ma’ dan il-lokal kienet bla dubju dik marbuta mal-ħbula. Fadal xi ħjiel u xi postijiet oħra? Illum le, iżda t-triq fuq il-lemin kif tidħol il-Birgu, li uffiċjalment hi Triq it-Torri ta’ San Ġwann, kienet is-Sur talKurdari. Baqgħet hekk għax fl-antik, billi hi triq twila, wiesgħa u dritta, kienet addattata ħafna biex fiha jinħadmu l-ħbula mill-ħafna kurdari tas-sengħa li kien hawn f ’din il-belt. Ftit aktar ’l isfel, quddiem il-Knisja tal-Lunzjata, hemm Triq il-Palazz tal-Isqof. Qrib 65 sena ilu, billi l-palazz kien
l-iskola elementari tal-gvern għall-ewwel klassijiet tal-primarja, il-parti ta’ fuq konna nsibuha bħala Ħdejn l-Iskola ż-Żgħira. Minn hawn tiġi fi Triq l-Arċisqof Gonzi. Qabel issemmiet hekk, kienet Triq Biswit il-Kwartier. Iżda ħadd ma kien isibha hekk. Din in-naħa għadhom isibuha Ħdejn l-Armerija, għax fiha hawn l-armerija ta’ żmien l-Ordni. Il-parti t’isfel tat-triq, tispiċċa fi Triq Paċifku Scicluna. Din il-kantuniera konna nsibuha bħala Ħdejn id-Diana, billi hawn kien hawn id-Diana Cinema. Dik li llum hi Triq Paċifiku Scicluna, snin ilu kienet issemmiet uffiċjalment Triq il-Ġdida. Minkejja dan, in-nies xorta waħda baqgħet issibha bħala t-Triq ta’ Falzuna. Iżda wara li fid-dar, li llum saret restorant, Karmenu Mifsud u wliedu mlaqqmin tal-Petut, fetħu fiha ħanut talmerċa u tal-ħaxix, giet magħrufa bħala t-Triq tal-Petut. Triq tmiss magħha, Triq il-Majjistral, fi tfuliti, kellha l-laqam għal ħanut tal-merċa, li kien fost l-ewlenin li fetħu fi tmiem il-gwerra. Kien ta’ Kamillu Mifsud, raġel dħuli ħafna, li kellu klijentela mdaqqsa. Għan-nies ta’ dawk is-snin, din kienet It-Triq ta’ Kamillu. Minn ħdejn il-ħanut imsemmi kont toqrob lejn Strada
Brittanica, kif kienet magħrufa snin ilu. Illum saret Triq Hilda Tabone. Dawn iż-żewġ toroq u dawk li jmissu magħhom, illum insibuhom bħala l-Collacchio. Snin ilu, Triq Hilda Tabone, kulħadd kien isibha bħala t-Triq tal-Iskola. Dan għax, daqs 100 sena ilu, il-Berġa ta’ Franza kienet skola, iżda wara għaddiet għand Lorenzo Zammit, magħruf bħala n-naru, disinjatur u mastrudaxxa mill-aqwa. Hu għamilha waħda mill-aktar fabbriki tal-għamara l-aktar magħrufin f ’Malta, u ħadet ismu: It-Triq tan-Naru. Għandek memorja tajba ta’ din il-belt Anton. X’tiftakar iżjed? Niftakar li meta konna nimxu tul din it-triq u tikser fuq ix-xellug tiġi f ’wesgħa uffiċjalment imsejħa Triq il-Foss. Iżda mal-Vittoriosani ta’ snin ilu, aktar kienet magħrufa bħala Ħdejn is-Suq tal-Ħut, jew Ħdejn ir-Rukkella. Tal-ewwel minħabba li qabel kien hemm suq fejn ibigħu l-ħut, li llum spiċċa garaxxijiet, u l-oħra għax fl-istess wesgħa hemm l-appartamenti magħrufa b’dan l-isem. Jekk tittawwal ’l isfel minn fuq il-Posta ta’ Allemanja, li tibda minn wara l-garaxxijiet imsemmija, tara l-Posta ta’ Kastilja. Qabel inbniet it-triq li
għaqqdet ix-Xewkija max-Xatt ta’ San Lawrenz, taħt din il-Posta kien hemm roqgħa żgħira ffurmata minn blat tal-franka bi xtajta żgħira magħha. Kien minn dan il-blat bajdani li ħadet isimha x-xtajta u magħha l-Posta ta’ Kastilja. Konna nsibuhom bħala l-Blata. Kemm lil waħda u kemm lill-oħra dan it-toponomu kien jixirqilhom. Għax waħda ffurmata minn blat f ’wiċċ il-baħar u l-blat taħt is-swar tal-oħra ħadu kenn fihom nies li baqgħu l-Birgu fi żmien il-gwerra. Jekk flok tikser lejn is-suq talħut, tikser fuq il-lemin, f ’nofs Triq il-Kwartier hemm triq dejqa msemmija Triq Telgħat il-Foss. Sa qabel il-gwerra, billi l-art kienet miksija bis-siment, lit-triq kienu jsibuha bħala ItTriq tas-Siment. Almenu, hekk kienu jirreferu għaliha zijieti, li għamlu xi żmien joqogħdu hemm. Fil-Birgu nsibu postijiet li nqerdu għalkollox? Jekk inkomplu mexjin tul isswar lejn Kastell Sant’Anġlu, qabel naslu taħt il-Monasteru tas-Sorijiet Benedittini u l-imħażen li hemm taħtu, ’l isfel fuq ix-xellug, naraw appartamenti li nbnew daqs 40 sena ilu. Dawn ħadu post griebeġ f ’toroq mill-idjeq, fejn kienu
23
09.08.2020
kullhadd.com
jgħixu l-biċċa l-kbira tal-barklori Vittoriosani. Hemm kien hemm ix-xaqliba magħrufa bħala l-Mandraġġ u baqgħet magħrufa hekk, għax qabel inbena s-sur li hemm, kien kalanka fejn jiddaħħlu għall-kenn l-iskejjen u d-dgħajjes tas-sajjieda. Ftit passi oħra ’l ġewwa, ma ngħidux li wasalna fi Triq il-Miratur, kif uffiċjalment hi. Għalina l-Vittoriosani nkunu wasalna fuq Is-sur tat-Toqba, jew Ħdejn Blataforma. Din talaħħar ħadet isimha minn pjattaforma tħares lejn il-Port il-Kbir, li hemm fil-wesgħa ffurmata b’ċangaturi taż-żonqor. Tal-ewwel ħaditu, għax meta ninżlu t-taraġ għal ħdejn il-baħar, ma nkunux ġejna fl-Infirmary Sally Port, kif issemmiet uffiċjalment mill-Ingliżi, iżda ngħidu li nżilna t-Toqba l-Qadima. Saret magħrufa hekk, għax fi żmien l-Ordni kienu fetħu bieb fis-sur, biex il-feruti u l-morda jaslu aktar malajr fl-infermerija meta jġibuhom bil-baħar. Snin ilu, ma kontx tista’ tkompli miexi aktar ’il ġewwa, għax ma kienx hemm it-triq tal-lum. Qabel, biex taqsam lejn fejn illum hemm l-imħażen tar-Regatta, kienet xtajta maqtugħa għaliha. Kont tinżel għaliha bħal-lum, minn taraġ u bieb żgħir li nfetah fis-sur. Billi dan infetaħ wara dak tat-Toqba l-Qadima, din ix-xtajta laqqmuha t-Toqba l-Ġdida. F’dawn in-naħat niltaqgħu ma’ toponomi interessanti li, sa ftit żmien ilu, kienu fuq fomm kulħadd. Triq Santa Skolastika għadha sal-lum magħrufa iktar bħala t-Triq tal-Abatija. Żewġ sqaqien f ’din it-triq kienu sabulhom laqam ukoll. Dak li jwassal għal Triq La Valette kienu jsibuh bħala ż-Żenqa u l-ieħor faċċata: It-Taraġ tat-Taljan. Forsi fl-antik, kien joqgħod xi Taljan. Aktar ’il ġewwa, hemm ix-xaqliba, li fl-antik kienu jsibuha Tal-Pjazzetta. Dan għax sa 40 sena ilu, qabel saret triq lejn Sant’Anġlu, kien hemm pjazza żgħira, imfittxija ħafna minnies ta’ ċerta klassi. Il-Pjazzetta kienet fejn jiltaqgħu Triq il-Palazz tal-Gvernatur, Triq Sant’Anton u Triq il-Ħabs l-Antik. Qabel il-gwerra, it-tfal kienu jmorru jilagħbu ’l fuq minn din it-triq, ħdejn Fuq il-Fosos, peress li f ’tarfha, faċċata ta’ Sant’Anġlu kien hemm ftit fosos għall-ħażna tal-qamħ. B’rabta mal-Ordni, insibu xi ħaġa assoċjata? Aktar ’l isfel, fi Triq San Lawrenz, kien hemm żewġ toponomi li llum intesew għalkollox. Fejn tispiċċa t-triq, l-antiki kienu jsibuh bħala l-Ballet. Kien hawn il-Berġa tal-Italja u qrib kien hemm speċi ta’ pjattaforma, fejn il-kavallieri Taljani
kienu jorganizzaw il-ballijiet u xi reċti. Hemm min jgħid, li jiem il-karnival jafu l-bidu tagħhom f ’din ix-xaqliba. Minn taħt il-Ballet, fi triqtek lejn Kastell Sant’Anġlu, kont tinżel fi xtajta magħrufa bħala x-Xatt tan-Nazzarenu. Saret hekk, għax qribha kien hemm niċċa bi xbieha ta’ Ġesù Nazzarenu. Parti mill-istess triq u l-viċinanzi jsibuhom bħala Ħdejn tal-Karmnu, minħabba niċċa bi statwa artistika u knisja li hemm fil-qrib iddedikata lill-Madonna b’dan it-titlu. L-istess ix-xatt li hemm taħt il-knisja. Kienu jsibuh bħala x-Xatt tal-Karmnu. Biex minn hawn tasal ilPjazza, trid tgħaddi min-naħa tat-Triq tal-Lhud. Din it-triq u madwarha, li ġġarrfu fil-gwerra, kienu magħrufin hekk għax, sekli ilu, kienet tgħammar u kellha s-sinagoga tagħha l-komunità Lhudija mdaqqsa li kien hawn f ’din il-belt. Illum, fejn kien hemm it-Triq tal-Lhud saret tagħmel parti mix-xaqliba magħrufa, sa mis-seklu 17, bħala Fuq San Filippu. Dan, minħabba l-kunvent li qassisin tal-Kongregazzjoni ta’ San Filippu kellhom ħdejn knisja antika li, għalkemm iddedikata lil Santa Marija tal-Anġli, saret magħufa bħala ta’ San Filippu. F’din ix-xaqliba niltaqgħu ma’ toponomu ġdid. Il-belvedere li ssawwar fuq il-garaxxijiet faċċata tal-Port, malajr tlaqqam. Qed jissejjaħ Fuq is-Simenta. Waħda mit-triqat li jiżbukkaw fil-Pjazza hi Triq Desain. Mal-antiki din it-triq aktar kienet magħrufa bħala d-Daħla. Dan għax
sa qabel il-gwerra, kienet triq wiesgħa, qasira, li ma twasslek imkien. Fil-konfini ’l barra mis-swar ukoll hemm toponomi li jfakkru fl-imgħoddi ta’ din il-belt. Kif toħroġ mill-mina magħrufa bħala tal-Kapuċċini, fuq il-lemin hemm il-ground magħruf bħala il-Fortini. Sar hekk għax miegħu, ir-Reġiment tar-Royal Engineers kellu xi barrakki u uffiċini. Faċċata, fejn inbniet l-iskola Lorenzo Gafà, kien magħruf minn dejjem bħala il-Prexxa. Dan għax jingħad li fl-Assedju l-Kbir, kien hawn li t-Torok għamlu fetħa fis-swar (breccia) biex irnexxielhom jidħlu fil-Birgu. Illum, f ’din irroqgħa nbniet l-iskola Lorenzo Gafà. Jissemma li fl-antik kien hemm ukoll xi sptar. Fil-fatt, maġenb l-iskola, tibda t-telgħa ta’ Triq San Dwardu, li minnha tasal qrib Ħaż-Żabbar. Il-mixja tul din it-triq sax-Xgħajra ta’ Bormla lejn iċ-ċentru tal-Birgu hi magħrufa bħala Id-Dawra tal-Isptar. Ir-raġuni hi li sa qrib il-bidu tas-seklu 20, ilKulleġġ St. Edward’s kien sptar militari. Iżda qabel tagħmel din il-mixja u taqsam in-naħa l-oħra tat-triq, tiġi ħdejn ċint baxx li kienu jsibuh bħala Bank ilGħażż. Ir-raġuni kienet li hemm kienu jiltaqgħu u jgħaddu l-ħin irġiel imdaħħlin fiż-żmien u oħrajn bla xogħol mill-Birgu u mill-qrib. Tul din il-mixja, trid tgħaddi minn quddiem iċ-ċimiterju ta’
San Lawrenz li warajh hemm issur ta’ San Luigi. Dan is-sur isibuh bħala s-Sur ta’ Pażan. Dan għax wieħed imlaqqam Pażan, kien jgħarrex minn hawn, biex jara x’bastiment ikun qorob lejn il-port. Kien iwassal l-aħbar lill-familjari tal-baħrin, bit-tama li bil-ferħa jnewlulu xi ħabbtejn. Ftit ’il fuq mis-sur, hemm ix-xaqliba Tal-Ħawli. Jingħad li qabel tela’ l-bini tal-lum, kien għelieqi ta’ Żabbari mlaqqam il-ħawli. Jista’ jkun ukoll li kien post ideali biex fix-xaqliba jitħawlu siġar tal-frott u l-ħaxix li faċli jissaqqew mill-ilma ġieri fil-wied li jġib l-istess isem. Fuq in-naħa l-oħra, ma tistax ma tarax il-Bieb Notre Dame. Iżda ftit isibuh hekk. Aktar magħruf bħala Bieb Is-Sultan. Fuqu hemm bust tal-Granmastru Cottoner. Trid tiftakar li mal-Maltin, il-Granmastru kien magħruf bħala s-Sultan. Għalhekk mill-bust ta’ fuqu, il-bieb ħa ismu. Biex terġa’ tidħol il-Birgu minn fejn bdejna, trid tgħaddi mill-pjazza wiesgħa, illum
fil-konfini ta’ Bormla, magħrufa bħala x-Xgħajra. Iżda qabel taqbad in-niżla lejn il-Fortini, xi 60 sena ilu, qabel ma twaqqgħet biex twessgħet it-triq, kont trid tgħaddi minn taħt il-Mina ta’ Santa Margerita, li mhux magħruf għaliex, kienu jsejħulha Il-Mina tal-Qassatat. Aktar ’l isfel fuq il-lemin hemm għolja tħaddar li tispiċċa ħdejn il-Kulleġġ De La Salle. Din tissejjaħ ir-Rampa. ’L isfel minnha, inbniet l-Iskola Santu Rokku. Qabilha kien hemm ċimiterju ddedikat lill-istess qaddis, fejn kienu jindifnu dawk li jmutu bil-pesta u l-kolera. Għalhekk, dawn l-inħawi kienu magħrufin bħala l-Infetti. Għadd minn dawn it-toponomi qajla għadek tismagħhom mit-tfal u miżżgħażagħ tal-lum. Iżda jkun xieraq li ma jintesewx. Dan, għax kif rajna, ħafna minnhom huma marbutin ma’ ġrajjiet li għaddiet minnhom din il-belt, li kif jingħad, kull kantuniera tagħha għandha xi storja x’tirrakkonta.
Bejn l-ewwel bieb u t-tieni wieħed fi dħul il-Birgu, tgħaddi minn fuq pont li taħtu hemm dak li llum jissejjaħ Ġnien il-Kunsill. Man-nies ta’ din il-belt aktar hu magħruf bħala l-Foss
24
09.08.2020
kullhadd.com
reċensjoni tal-ktieb
ĦAL MAQTUGĦ U KITBIET OĦRA F’din il-ġabra ta’ kitbiet, Spiteri Gingell jinseġ esperjenzi u ħsibijiet personali mal-ħajja, l-istorja, in-natura u l-kultura Maltija flimkien ma’ temi universali. X’inhi l-verità, il-ġustizzja jew is-sbuħija? Xi jfisser il-progress jew l-unur? Daqqa permezz ta’ proża u drabi oħra permezz tal-poeżija – xi kultant b’mod dirett iżda
ġeneralment b’mod aktar sottili, kultant b’ċerta diqa u nostalġija iżda ferm aktar bl-umoriżmu, l-assurd u l-esaġerazzjoni – huwa jipprova jifhem u jwieġeb dawn il-mistoqsijiet skomdi li qajla nsibu risposta xierqa għalihom u ma joqgħodx lura milli jqanqal lill-qarrej biex jagħmel l-istess.
Silta minn waħda mill-istejjer tal-kieb, “TEWMIN” MIN jaf kieku kelli nilmħek illum ma nagħrfekx? Għadda ħafna żmien mindu nfridna. X’semmiek Alla? Sa fejn naf jien, ommna anqas ċans li ttik isem ma kellha. Forsi kellha ismijiet f ’moħħha, iżda qatt ma qaltilna. Kos, jien qatt ma staqsejtha lanqas. Forsi m’hemmx bżonn isem, f ’din it-tip ta’ rabta. X’int? Tifel jew tifla? X’jien ngħid! Issa erbgħa u erbgħin għandna! Min jaf x’raġel sirt fik! Jew Mara liema bħalha. Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar inħoss in-nuqqas tiegħek. Minkejja li fl-istess waqt dejjem inħossok aktar viċin tiegħi.
Taf int sew b’dawn il-ħsibijiet, tat int sew kemm-il mistoqsija nagħmillek. Għalfejn int u mhux jien? Għalfejn Alla żammek qribu u lili deherlu li s’issa għandi nibqa’ hawn? Forsi int bla tebgħa kien jaf li se tibqa’? Waqt li jien kien hemm bżonn li nġarrab u nbati biex nagħraf, napprezza u nikseb il-grazzja? Fid-dlam tal-lejl kultant donni nara dellek. F’waqtiet ta’ skiet, donni nisma leħnek. Leħen ipespes f ’widnejja, madankollu mbiegħed, qajla nifhem x’qed tgħid. Iżda ibqa’ kellimni forsi xi darba nifhem u xejn xejn għandek leħen ħelu u jwennisni. Mistoqsija: X’jinseġ flimkien John Spiteri Gingell?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb ĦAL MAQTUGĦ U KITBIET OĦRA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 16 ta’ Awwissu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb WEĠGĦAT huwa: CHRIST FALZON - IŻ-ŻURRIEQ
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
04
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Fejn ser isir l-investiment ta’ €600,000 fi spazju miftuħ? Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
09.08.2020
kullhadd.com
JOHN EMIL LIST – ‘IL-BABAW TA’ WESTFIELD’ JINQABAD BIS-SAĦĦA TA’ BUST TA’ WIĊĊU U PROGRAMM TELEVIŻIV Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
John Emil List twieled fis-17 ta’ Settembru tal-1925 f ’Bay City f ’Michigan fl-Istati Uniti. Il-ġenituri tiegħu kienu Ġermaniżi u hu kien l-uniku wild tagħhom. Huma kienu stretti ħafna u ommu kienet dejjem moħħha fih. List ittella’ f ’ambjent reliġjuż u meta kiber kien saħansitra jgħallem id-duttrina. Minkejja dan, l-estremità reliġjuża u l-kburija tiegħu wassluh biex iwettaq wieħed mill-agħar delitti li seħħew f ’Michigan. Il-familja List John List, il-mara tiegħu Helen Morris Taylor List u t-tliet uliedhom, Patricia Marie ta’ 16-il sena, John Fredrick ta’ 15-il sena u Fredrick Michael ta’ 13-il sena, kienu jgħixu f ’Westfield fi New Jersey f ’villa enormi. Magħhom kienet tgħix ukoll ommu, Alma, ta’ 85 sena. Din tal-aħħar kienet toqgħod fit-tielet sular għaliha. List kien magħruf man-nies tal-lokal bħala raġel reliġjuż u li kien kapaċi ħafna f ’xogħlu bħala accountant. Minkejja li kien gradwat fil-linja tax-xogħol tiegħu, hu kien isibha diffiċli jsaddad f ’post tax-xogħol għax ma kienx jaf imur man-nies minħabba li kien bniedem maqtugħ għalih. Fil-fatt, meta wettaq id-delitti hu kien tilef ilpost tax-xogħol u ma setax ilaħħaq mal-kontijiet u mal-kirja tal-villa. L-agħar parti hi li List kien ilu jfassal il-qtil ta’ familtu għax skontu
“d-dinja kienet ħażina wisq u ma riedx li familtu jaqgħu fil-ħażen u jitilfu l-ġenna”.
IL-FAMILJA LIST
It-tfassil tad-delitti Fil-bidu ta’ Diċembru tal-1971, il-ġirien kienu mħassbin wara li kienu ilhom ma jaraw lill-familja List għal xahar sħiħ. Huma tħassbu iktar meta raw li d-dawl fiddar kien jibqa’ mixgħul lejl u nhar u bdew anke jinqatgħu l-bozoz minħabba f ’hekk. Kien għalhekk li sejħu lill-pulizija biex jaraw x’ġara. Meta l-pulizija daħlu fil-villa, huma bdew jisimgħu mużika tal-orgni u bdew ixommu riħa tinten ta’ dekompożizzjoni. Waqt it-tfittxija waslu għall-kamra tal-ballu u fiha sabu erba’ katavri: l-omm u t-tliet uliedha. Huma kienu mixħutin mal-art ħdejn xulxin u kollha kienu nqatlu b’tiri ta’ arma tan-nar. Xħin il-pulizija telgħu fit-tielet sular sabu l-ħames vittma, omm List, li wkoll inqatlet b’tir ta’ arma tan-nar. List ma nstab imkien fid-dar iżda l-pulizija sabu ittra indirizzata lill-pastor tal-knisja Luterana li kien jattendi fejn List spjega dak li wettaq u r-raġuni għaliex. Skont List, id-dinja kienet wisq ħażina u beda jibża’ li familtu kienu se jitilfu ruħhom, speċjalment martu li kellha marda mentali u bintu għax riedet issir attriċi, karriera li għalih kienet waħda taż-żina. Hu kiteb li qatilhom ħalli jmorru
l-ġenna iżda, il-pulizija sabet li List kien bniedem fallut u sabu wkoll li beda jieħu mill-flus ta’ ommu biex iħallas l-ispejjeż. List l-ewwel qatel lil martu b’tir ta’ arma tan-nar fuq wara ta’ rasha. Wara tela’ ħdejn ommu u sparalha fuq għajnha x-xellugija. Lil dawn it-tnejn qatilhom waqt li t-tfal kienu l-iskola u wara qagħad jistenna lil uliedu jiġu d-dar. L-ewwel waslet it-tifla li kif daħlet id-dar sparalha fuq wara ta’ rasha u warajha wasal it-tifel iż-żgħir li wkoll laqqat l-ist-
ess tmiem ta’ oħtu. It-tifel il-kbir kellu logħba futbol waranofsinhar u List mar jarah. Kif waslu d-dar, List ħareġ l-arma tan-nar biex jispara lil ibnu, iżda dan tal-aħħar rah u prova jissara miegħu. Minkejja li prova jsalva lilu nnifsu, it-tifel ma rnexxilux u missieru sparalu madwar 10 tiri. Wara ġarr l-iġsma ta’ martu u wliedu fil-kamra tal-ballu iżda lil ommu ħallieha fejn kienet għax ma felaħx iġorrha. List tant ippjana l-qtil sew li n-nies tal-lokal u l-pulizija ntebħu bin-nuqqas tal-familja xahar wara li kienu nqatlu. Qabel ma qatilhom, List kien kiteb ittri lill-iskejjel tattfal u lill-ħwienet li kienu jġibulu l-affarijiet id-dar li huma se jmorru jżuru lil omm il-mara fi stat ieħor u kienu se jdumu hemm. List kellu xahar sħiħ biex jaħrab u l-pulizija sabu l-karozza tiegħu fl-ajruport ta’ Kennedy iżda ma sabu l-ebda evidenza li List siefer xi mkien. Jinqabad wara 18-il sena maħrub
JOHN LIST FUQ IX-XELLUG U L-BUST LI WASSAL GĦALL-ARREST TIEGĦU
Kif beda jixxandar il-programm televiżiv America’s Most Wanted, il-pulizija tħajru jxandru l-każ tal-familja List minkejja li kienu għaddew kważi 20 sena mill-qtil tagħhom. Għall-programm sar bust ta’ kif List kellu jidher wara 18-il sena. Dan il-bust inħadem mill-artist forensiku Frank Bender. Tant għamel xogħol sew li List inqabad wara ftit ġranet li xxandar
il-programm hekk kif tnejn millġirien għarfuh mill-bust li ntwera fuq it-televixin. Huma qalu li jixbah ħafna lill-ġar tagħhom, Robert Clark, raġel reliġjuż u accountant u li kien jilbes l-istess għamla ta’ nuċċali tal-vista li deher fuq il-bust. Il-pulizija marru fid-dar ta’ ‘Robert Clark’ u sabu lill-mara tiegħu li ma kienet taf b’xejn u ma setgħetx temmen dak li kien qed jiġri. Huma ġabru xi marki tas-swaba’ u kkonfermaw li Robert Clark kien fil-fatt John List. Il-pulizija marru fejn kien jaħdem List u arrestawh minkejja li beda jiċħad li kien John List. List instab ħati għall-qtil tal-ħames membri ta’ familtu u ngħata ħames sentenzi ta’ għomor il-ħabs. Hu prova jappella s-sentenzi billi qal li kien ibati minn post-traumatic stress disorder wara li serva fl-armata fit-Tieni Gwerra Dinjija u fil-gwerra tal-Korea. Qal ukoll li l-ittra li kiteb lill-pastor kellha tkun waħda kunfidenzjali. Minkejja dan, l-appelli tiegħu ma ntlaqgħux u s-sentenza baqgħet l-istess. Fl-2002 waqt intervista fuq ABC, List ġie mistoqsi għaliex qatel lil familtu biex imorru l-ġenna iżda ma qatilx lilu nnifsu wkoll. Hu wieġeb li s-suwiċidju ma setax iħallih jingħaqad il-ġenna ma’ familtu u b’hekk ma qatilx lilu nnifsu. List miet f ’Marzu tal-2008 fl-età ta’ 82 sena b’kumplikazzjonijiet pnewmoniċi fis-St Francis Medical Center.
26
09.08.2020
kullhadd.com
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
09.08.2020
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 341
RITA PSAILA - ĦAŻ-ŻABBAR
792 Bi 3 Numri 801 089 909 099 971 110 163 B’4 Numri 228 0091 328 0169 391 0232 402 0741 605 0795 620 0979 670 1047 694
1255 1814 1929 2095 3008 3023 3340 3637 3700 4565 4586 4602 4910
5685 6009 6214 7312 8081 8199 8212 8233 9069 9197 9796 9920
161344 44095 B’5 Numri 658791 45316 03394 692212 53264 08780 831328 56053 10056 831364 63096 20064 63160 23705 B’7 Numri 64006 26781 1119622 80001 31183 1769150 81224 32302 2222308 88020 32433 2511123 33779 B’6 Numri 3188151 42283 8901622 152729 42439
1. 4. 7,24. 9. 10. 12. 16,12. 18.
Mimdudin: Ma jitlaqx (5) Jagħmel it-togħma fl-ikel (4) Ippakkjati (7) Jaħraq (3) Severi (6) Trid tagħmlu fis-salmura qabel tieklu (6) Kien ħanut tal-pasti l-Belt (6) Reverse Osmosis (1,1)
19. 20. 21. 23. 24.
Ara 12 wieqfa Isem il-Prim Ingliż (5) Qatt bit-Taljan (3) Ara 5 Ara 7
5,23. 6,11. 8. 11. 12,19. Weqfin: 1. Kompli l-qawl: 13. Iżra’ l-kemmun 14. f ’........ u bigħu 15 bil-qantar (6) 17. 2. Jinħażen 21. l-ilma fih (3) 22. 3,17. Basar? (6)
Tim tal-futbol Ingliż (7) Tort (5) Tempesti bit-Taljan (9) Ara 6 Proud bil-Malti (5) Professjonali (3) Pajjiż (6) Ħallelin tal-baħar (6) Ara 3 Telaq (3) Ara 16
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Fjuri, 4.Bini, 7,16.Travi, 9.RMA, 10.Tilbes, 12.Ridott, 18,19.Oliva, 20,23. Frustrati, 24.Jilqa
Weqfin: 1.Ferita, 2,11.Użati, 3,12W. Ittri, 5,22.Ibbist, 6,21W. Issorr, 8,21M. Riżoluzzjoni, 13.Dor, 14.Titwal, 15.Patata, 17.Von
28
09.08.2020
kullhadd.com
L-OFFERTA TAL-BIDILLU Editorjal
Nieshom stess membri mħallsin fil-Partit mhux biss bdew iwarrbuhom, imma fil-maġġoranza assoluta tagħhom qalulhom ċar u tond li ma jridu jkollhom xejn x’jaqsmu magħhom darba għal dejjem
It-tfittxija ddisprata millestablishment Nazzjonalista għal kandidat singolari, li jġorr wiċċ relattivament ġdid, kienet fil-quċċata tal-aġenda tagħhom f ’dawn il-jiem ta’ kriżi fil-Partit. U hemm raġuni plawsibbli għal dan ukoll, anzi fil-verità hemm aktar minn raġuni waħda. Dan jafuh l-istess esponenti, li bqajna nsibuhom bħala tal-fazzjoni (Simon) Busuttil u li llum għandhom ġenn sħiħ biex jeħilsu minn Adrian Delia. Wara l-esperjenza qarsa mattesserati ta’ tliet snin ilu fejn il-kandidat stabbilit tagħhom (Chris Said) kien tilef b’distakk ta’ kważi 1,000 vot fil-konfront ta’ novizz fil-politika (Delia), talestablishment irrealizzaw aktar li r-riżultati fl-elezzjonijiet ġenerali tal-2013 u tal-2017 ma seħħewx b’kumbinazzjoni. Nieshom stess membri mħallsin fil-Partit mhux biss bdew iwarrbuhom, imma filmaġġoranza assoluta tagħhom qalulhom ċar u tond li ma jridu jkollhom xejn x’jaqsmu magħhom darba għal dejjem. Altru milli tpinġi lilek innifsek ta’ puritan, tqatta’ ħwejġek
u timmanifesta kontra min jiġi elett b’mod leġittimu u takkużah anke b’dak li mhux ipprovat jew inkella timmanipula l-opinjoni fil-fora Ewropej u internazzjonali kontra pajjiżek stess, biex imbagħad lanqas int ma temmen bit-tali prietki. Jew iżjed minn hekk tibża’ tixref wiċċek biex tikkontesta l-kariga ta’ Kap tal-Partit tiegħek stess. Li kieku m’għandek l-ebda faħam miblul u prinċipji li jdawlu l-univers allura tippoppa sidrek ’il quddiem biex titkessaħ. Inkella tappoġġja fil-beraħ lil min minn ħdanek għandu l-istess twemmin. Minflok, dawk li jifformaw il-grupp tar-ribelli fil-PN u esponenti tal-hekk imsejjaħ establishment l-antik, bħal Jason Azzopardi, Beppe Fenech Adami, Mario Demarco, Chris Said, Claudio Grech, Karol Aquilina, David Thake, Therese Comodini Cachia, David Casa u Roberta Metsola jitwerwru huma stess mill-ġudizzju tat-tesserati, għax jafu diġà x’se jkun. Konxji biżejjed li llum l-ebda wieħed minnhom, simpatiku kemm hu simpatiku, mhu fdat
min-Nazzjonalisti nfushom, ladarba ċċappsu mal-aħħar u l-agħar Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi u/jew malOppożizzjoni qerrieda ta’ Simon Busuttil. Id-dnubiet u l-iskandli pubbliċi ma’ tal-ewwel u/jew ilħsarat enormi ma’ tal-aħħar ukoll ma jroddulhomx xi diploma biex jagħtu l-lezzjonijiet lil xi ħadd. Wisq inqas jirregalawlhom raġġieri fuq rashom biex ibassru l-bxara t-tajba. Għaldaqstant illum jeħtieġu “wiċċ ġdid u nadif ”, li mhuwiex tagħhom, biex jipprovaw jikkonvinċu lin-Nazzjonalisti stess, aħseb u ara lill-bqija talelettorat. Għalhekk Bernard Grech, pereżempju, li stqarr li lest ikun il-bidillu tagħhom, żgur konxju li, kemm-il darba issa jaqlibha lil Delia għal Kap tal-PN, irid ikun lest ukoll f ’każ li jitkaħħal ma’ ħajt fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. Minbarra hekk, wara dak il-kamikaże politiku, ikun irid joqgħod ukoll għall-ordni ta’ dawk li llum qed jimbuttawh iżda dakinhar jordnawlu biex iwarrab, għax ma jkunx għad hemm bżonnu. Id-Deputata Comodini
Cachia, li fl-aħħar ġimgħat ġiet imħajra timxi wara z-zunnarija sa fuq l-altar tas-sagrifiċċju, taf eżatt xi tfisser l-esperjenza. Minn hemm, imbagħad, l-establishment ikun jista’ jerġa’ jirrestawra l-kontroll assolut talPN u jkun eħfef għalih li, wara l-offerta tal-ħaruf, jinkuruna lil xi ħadd b’għeruq iżjed fondi li jżomm ħajja t-tradizzjoni filPartit li t-tmexxija tiegħu tintiret fil-“familja” minn ġenerazzjoni għal oħra. L-istess “familja” li mhux biss immassakrat kull ġid nazzjonali li kien jeżisti u bis-saħħa t’hekk xi wħud saru miljunarji mil-lejl għan-nhar, iżda meta kienu fittmexxija tal-pajjiż litteralment ħaddnu miżuri Mafjużi. Dak iż-żmien ovvjament “soċjetajiet ċivili” u “repubbliki” jew ma kinux jeżistu inkella kienu mdendlin max-xifer tal-borma jilagħqu l-mustaċċi. Fis-sitwazzjoni ddisprata li jinsabu fiha, l-elezzjoni għal Kap tal-PN hi l-aħħar okkażjoni li fadlilhom u lesti jixwu lil kull min hemm bżonn, l-aqwa li fl-aħħar mill-aħħar jirnexxilhom jiksbu dak li jqisu tagħhom bi dritt.