L-EWWEL IMPJANT MALTI TAL-KANNABIS JIĠI APPROVAT BIEX JESPORTA FL-UE Il-Ħadd, 9 ta’ Jannar, 2022
Ħarġa Nru 1,487
Prezz €1
Rapport f’paġna 9
ELF SERVIZZ ĠDID FIX-XAHAR MILL-ENEMALTA ĊIFRI LI JAGĦTU INDIKAZZJONIJIET TA’ RKUPRU EKONOMIKU QAWWI FL-2021 Ir-ritmu ekonomiku tas-sena l-oħra, għalkemm kien għadu kemxejn milqut mill-pandemija, beda juri sinjali ta’ rkupru. Lil hinn miċ-ċifri li, minn żmien għal żmien, joħorġu mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), il-qasam tal-enerġija hu barometru ieħor li juri l-andament ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ċifri, li ksibna mill-Enemalta, juru, fost oħrajn, li fl2021 l-Enemalta pprovdiet kważi 1,000 servizz ġdid fix-xahar lill-konsumaturi lokali, xhieda ta’ żieda fil-binjiet residenzjali u anke f’negozji ġodda li talbu għas-servizz tal-elettriku mill-Enemalta. Tkompli f’paġna 5
IL-KNISJA “BL-INGWANTI TAL-BELLUS” MA’ DUN MUSCAT Sors qrib il-Kurja jgħid li s-saċerdot Mosti kien diġà mwissi serjament sentejn ilu … issa messu twaqqaf mill-ewwel milli jkompli jeżerċita l-ministeru tiegħu li qed jagħmel ħsara kbira lill-Knisja Waqt li hu mifhum li l-Pulizija qed tinvestiga lil Dun David Muscat dwar kliem ta’ mibegħda fil-konfront ta’ persuni omosesswali u se tkun qed tħarrku quddiem il-Qorti, ġew espressi dubji serji dwar jekk il-Kurja tal-Arċisqof qattx kienet se tasal biex tieħu passi ta’ dixxiplina kif jixraq fil-konfront tas-saċerdot estremist. Is-saċerdot Mosti ssejjaħ fid-Depot fil-Furjana nhar ilĦamis u rapporti fil-midja qalu li mistenni jiġi akkużat kriminalment fil-Qorti flDun David Muscat aħħar ta’ dan ix-xahar.
Sors qrib it-tmexxija tal-Knisja, li tkellem mal-KullĦadd, wera x-xetti ċiżmu tiegħu kemm kienet se tin ħareġ it-twissija formali lis-saċerdot li kieku dan ma kienx għadu kemm ġie interrogat mill-Pulizija ftit qabel. Minbarra hekk, is-sors jiddeskrivi l-azzjoni ta’ twissija mill-Kurja bħala ftit wisq imqabbla mal-fatt li nbdew proċeduri kriminali. “Daqqa fuq il-pala tal-id, meta jitqies li dan (Dun David Muscat) kien diġà mwissi sentejn ilu fuq kliem ieħor ta’ mibegħda.” Tkompli f’paġna 3
02
09.01.2022
DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 13°C L-Inqas Temperatura: 9°C L-Indiċi UV: 2 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Ċirkolazzjoni ta’ pressjoni baxxa tiksi l-Baħar Jonju u ċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Ftit imsaħħab li jsir pjuttost imsaħħab bilħalbiet tax-xita Ir-Riħ: Tramuntana għall-Majjistral forza 5 lokalment forza 6 li jdur Punent Majjistru forza 7. Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Qawwi L-Imbatt: Baxx mill-Grigal mil-Lbiċ It-Temperatura tal-Baħar: 17°C
email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
13°C UV 1
KUNTATT ĠENERALI
10°C
Il-Ħamis
15°C UV 1
9°C
Il-Ġimgħa
15°C UV 3
9°C
Is-Sibt
KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI
14°C
KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
UV 3
10°C
15°C UV 3
10°C
15°C UV 3
10°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Royal Pharmacy, 271, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21252396 Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21221512 Collis Williams St. Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera – 21238625 Mint Care Pharmacy, 5B-71 Triq Brared, Birkirkara – 21442135 Brown’s Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina Apartments, Triq il-Marina, L-Imsida – 21244366 San Ġwann Pharmacy, 11, Triq Feliċ Borġ, San Ġwann – 21386974 Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21335492 Il-Mehrież Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, L-Iklin – 21435567 Mġarr Pharmacy, Triq il-Kbira k/m Triq Vitale, L-Imġarr – 21577784 Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523462 De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21826408 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 21821671 St. Peter Pharmacy, Triq is-Sebbelika, Ħaż-Żabbar – 21663750 Brittania Pharmacy, 5 Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa – 21658622 Salus Pharmacy, 21, Misraħ ir-Repubblika, Iż-Żurrieq – 21680761 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 21467459 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat – 21454274 Għawdex Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Ir-Rabat – 21557819 Tony’s Pharmacy, “Egret Court”, Triq il-Wied, Marsalforn – 21563617 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
03
09.01.2022
“LOGĦOB BIL-KLIEM” MILL-KNISJA Tkompli minn paġna 1 Wara d-delitt tal-bidu tas-sena li fih il-Pollakka Paulina Dembska nqatlet f’Tas-Sliema, is-saċerdot Mosti kien għamel referenza għall-allegat qattiel Abner Aquilina f’kumment li għadda fuq Facebook wara li ġie rrapportat li dan tal-aħħar lissen li kien possedut mix-xitan. Muscat tenna li jekk is-suspettat hu omosesswali jew bisesswali, dan ikompli jżid mad-diżordni tiegħu u qabbel dan bħal meta wieħed ikollu l-pressjoni għolja, iz-zokkor u l-kanċer f’daqqa. “Jekk kellu xi gayyaġni jew bisesswalità, allura din diżordni oħra miżjuda fuq l-iskiżofrenija u l-effett malefiku. Riċetta ta’ diżordnijiet f’daqqa miskin … l-inqas gravi l-possessjoni, il-gayyaġni agħar,” kienet taqra parti mill-kitba tal-qassis Mosti. “Din mhux l-ewwel darba ta’ (Dun) David u jidher li l-Knisja Maltija m’għandha l-ebda setgħa fuqu jew inkella ma tridx tieħu azzjoni konkreta,” stqarr magħna sors qrib ħafna tal-Kurja bil-kundizzjoni tal-anonimità, ftit wara li l-Arċisqof Charles Scicluna ddikjara li ħareġ twissija formali lis-saċerdot. Imma b’referenza għall-każ li kien seħħ fl-aħħar tal-2019, meta l-istess saċerdot ħareġ jappoġġja l-lemin estrem ta’ Norman Lowell u saħansitra lissen mibegħda razzjali, is-sors kompla li “dakinhar ukoll inġibditlu l-attenzjoni mill-Kurja, imma kulma ngħata kienet ukoll daqqa fuq il-pala ta’ idu,” b’indikazzjoni li din id-darba l-kastig kellu jkun iżjed iebes. Minflok stqarr li, bħal sentejn ilu, il-Kurja qed terġa’ tagħżel li, għar-raġunijiet li taf hi, timxi “bl-ingwanti tal-bellus ma’ min mhux denju
li jirrappreżenta l-Knisja t’Alla”. drabi oħrajn meta Dun David MusNhar il-Ħamis filgħodu, l-Arċisqof cat stqarr kliem ta’ mibegħda kontra ta’ Malta, Monsinjur Charles Sciclu- persuni LGBTIQ. F’Mejju li għadda, fuq na talab maħfra għall-kliem espress programm li xxandar fuq diversi mezminn Dun Muscat u qal li se jieħu pas- zi tal-midja soċjali bl-isem ta’ Il-Podsi wara l-kummenti tas-saċerdot, li hu kast, is-saċerdot sejjaħ l-omosesswalagħar jekk xi ħadd ikun omosesswali ità bħala “diżordni oġġettiv”. milli meta jkun imxajtan. Hu talab L-istess intervista wriet biċ-ċar kif maħfra wkoll mingħand il-ġenituri ta’ is-saċerdot ilu għaddej b’kampanja persuni omosesswali. kontra l-komunità LGBTIQ, fejn amFilwaqt li ma qalx x’passi se jkun metta li wara li xi darba kien liberali, qed jieħu, fl-omelija tiegħu fil-qud- issa ħrax kontra l-omosesswali. “Jien diesa tal-Epifanija, l-Arċisqof talab biż-żmien ħraxt kontra l-LGBTI lobby, maħfra u talab lin-nies jitolbu għalih. għax id-differenza li rajt fis-seminarji Fl-omelija ġab l-eżempu ambjenti ekkleżjasju li, xi kultant, meta tiċi, il-gays, il-ħerba li l-familja tkun kbira, għamlu inkluż dawn anki l-imsaren igorru. l-abbużi tal-biża’ li int Aktar tard, fi stqatibda tarah il-frott ta’ Aktar drabi rrija, il-Kurja qalet li din id-diżordni.” l-Arċisqof Scicluna meta Dun Muscat Sadanittant, is-sors ħareġ twissija formali li tkellem ma’ din ilesprima kliem lil Dun Muscat, li filgazzetta mhux biss irta’ mibegħda Liġi Kanonika hi mserefera għar-rapporti jħa preċett penali, u li l-Pulizija mistennija kontra persuni tah struzzjonijiet biex passi kriminaLGBTIQ u sejjaħ tieħu fil-fora pubbliċi ma li dan ix-xahar stess, l-omosesswalità iżda ddeskriva l-azzjibqax jagħmel kummenti li jinsulentaw joni uffiċjali mill-Knisbħala diżordni u jweġġgħu, inkella ja bħala “logħob biljitwaqqaf milli jeżerċita l-ministeru kliem”. Saħansitra temm jgħaddi saċerdotali fil-pubbliku. botta ironika minħabba li skont hu L-Arċisqof qal lis-saċerdot biex in- mhux se jiġri xejn iżjed mill-Knisja. “Li eħħi l-post li tella’ fuq Facebook fejn kont minnkom ma nżommx in-nifs kien iddikjara li bniedem omosesswa- nistenna xi passi oħrajn (mill-Kurja), li hu agħar milli jkun ippossedut. Hu minkejja l-ħsara enormi li qed tkompli ġie ordnat ukoll biex ma jużax ling- ssir lill-Knisja Kattolika Rumana.” waġġ insulenti jew li jweġġa’ kontra B’rabta mad-diskors dispreġġjattiv kwalunkwe grupp jew individwu. tas-saċerdot, il-Ministru għall-InL-Arċisqof fakkar ukoll lil Dun David klużjoni Julia Farrugia Portelli minMuscat li, skont it-tagħlim Kattoliku, nufih talbet lill-Kummissarju tal-Pumembri tal-kleru huma mitluba juru lizija biex jinvestiga dak li ntqal minn rispett, kompassjoni u sensittività lejn Dun Muscat, filwaqt li l-Ministru kull persuna f’kull qasam tal-ħajja. għall-Ugwaljanza Owen Bonnici wkoll Minkejja dan, kien hemm aktar ikkundanna bla riservi dan id-diskors
ta’ mibegħda waqt li kien qed jieħu sehem fil-programm Pjazza fuq ONE TV. Nhar il-Ġimgħa, l-għada li one.com. mt żvelat li s-saċerdot kien imsejjaħ fil-kwartieri tal-Pulizija, il-MaltaToday irrapportat li fl-aħħar ta’ dan ix-xahar Dun Muscat mistenni jitressaq il-Qorti b’rabta ma’ kliem ta’ mibegħda. Kienu bosta persuni u għaqdiet oħrajn li kkundannaw id-diskors ta’ Dun Muscat wara l-qtil ta’ Paulina Dembska, fosthom il-Moviment Malti għad-Drittijiet tal-LGBTIQ (MGRM) li wkoll talab lill-Pulizija biex tinvestiga. Fi stqarrija, Drachma LGBTI kkundannat il-kummenti ta’ mibegħda tal-qassis u ħeġġet lill-Arċisqof biex jieħu pass oltre mill-kundanna tiegħu u jassigura li kummenti simili ma jkunux tollerati. “Il-passi kollha għandhom jittieħdu biex jinkixfu u jitwaqqfu l-ilpup li jilbsu ta’ nagħaġ jew agħar minn hekk ta’ ragħajja,” ingħad fl-istqarrija. Id-Dipartiment għall-Inklużjoni u l-Aċċess għat-Tagħlim fil-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università ta’ Malta wkoll ikkundanna r-rimarki omofobiċi mis-saċerdot, “li jippromwovi attitudni ta’ preġudizzju u disprezz lejn il-komunità LGBTIQ+”. “Id-Dipartiment isejjaħ għal azzjoni responsabbli mill-mexxejja reliġjużi u ċivili ndaqs fil-konfront ta’ mġiba daqstant deplorabbli. Hi r-responsabbiltà tagħhom li jaraw li kull individwu jgħix ħajja sigura u fil-paċi mingħajr ebda diskriminazzjoni jew oppressjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kull azzjoni neċessarja biex jassiguraw rispett lejn id-diversità f’soċjetà li hi impenjata lejn l-inklużjoni u l-benesseri ta’ kull individwu fi ħdanha,” ingħad fl-istqarrija.
04
09.01.2022
IL-FAMILJI U N-NEGOZJI FL-EWROPA MHEŻŻA BIL-PREZZ TAL-ENERĠIJA It-tmiem tas-sena 2021 u l-bidu tas-sena l-ġdida raw fattur ieħor komuni li qed iħasseb lil bosta pajjiżi madwar id-dinja – il-prezzijiet tal-enerġija. Fil-fatt, mhi taqta’ xejn il-pressjoni fuq bosta pajjiżi u ċ-ċittadini tagħhom minħabba splużjonijiet fil-prezzijiet u, fejn il-gvernijiet qed jikkunsidraw li jwieżnu b’xi mod, l-impatt diġà beda jinħass u jħalli l-effett tiegħu. Dan jixhduh ammont kbir ta’ rapporti f’diversi mezzi tax-xandir internazzjonali fejn qed ikun imbassar li l-pajjiżi fl-Ewropa matul din is-sena se jerġgħu jaraw żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-gass, minbarra dawk li diġà daħlu
fis-seħħ. Is-CNBC News irrapportat li ż-żieda fil-prezzijiet tal-gass qiegħda tbeżża’ lin-negozji madwar l-Ewropa. Sidt ta’ negozju fir-Renju Unit kienet ikkwotata tgħid li tinsab imwerwra miż-żieda fit-tariffi tant li ma fadlilhiex għażla oħra għajr li se jkollha tgħolli l-prezzijiet għas-servizzi tagħha. Direttur ta’ kumpanija fir-Renju Unit ukoll qal li bil-mod ta’ kif qegħdin jogħlew il-prezzijiet tal-enerġija se jkun hemm impatt diżastruż fuq il-manifattura nazzjonali fejn diġà qed tħallas prezzijiet għoljin meta mqabbla mal-bqija tal-pajjiżi fid-dinja.
Rapporti oħrajn fil-midja Ingliża jir rapportaw ukoll li l-għafsa mhux biss qed taffettwa ħażin lin-negozji, iżda anke l-familji fir-Renju Unit. Minbarra dawk vulnerabbli, li jkunu tal-ewwel li jbatu l-konsegwenzi, familji tal-klassi medja wkoll mhux ilaħħqu mal-piżijiet tal-enerġija. Ġew ippubblikati saħansitra esperjenzi ta’ familji li jħalluk mingħajr kliem. Familji qalu li qegħdin fi stadju fejn jistaqsu lilhom infushom biex jagħmlu l-għażla bejn jekk jixtrux l-ikel jew isaħħnux djarhom. Il-ġurnal influwenti The Guardian irrapporta li r-Renju Unit qed jiffaċċja
kriżi fil-prezzijiet tal-enerġija u kkwota nies li jaħdmu fil-qasam tas-settur tan-negozju fejn qalu li qegħdin jaraw kif se jnaqqsu mill-impatt taż-żidiet fil-prezzijiet, avolja mhuwiex faċli. L-aġenzija tal-aħbarijiet internazzjonali Reuters irrapportat ukoll li fl-ewwel kwart ta’ din is-sena il-prezzijiet tal-elettriku fl-Italja se jiżdiedu b’mod drastiku. Ir-regolatur Taljan qed ibassar li l-prezzijiet se jitilgħu b’55%, filwaqt li l-prezzijiet tal-gass se jitilgħu b’41%. Skont studju li għadu kemm sar fl-Istati Uniti tal-Amerka, mal-20% tal-familji qalu li qed ibatu biex iħallsu l-kont tal-enerġija f’daqqa. Fl-istess ħin, 18% qalu li din ix-xitwa għadhom ma bdewx isaħħnu d-djar tagħhom għax ma jaffordjawx piżijiet żejda. Dan hu kkumplimentat minn 28% li, fl-istess stħarriġ nazzjonali, qalu li kellhom jiċċaħħdu mill-ikel jew mill-mediċini biex iħallsu l-kontijiet tad-dawl fl-aħħar 12-il xahar. Skont ċifri li nħarġu f’Novembru, fl-Istat Uniti kien hemm żieda ta’ 33% fil-prezzijiet tal-enerġija. Sadanittant, fil-Ġermanja l-Gvern qed jikkunsidra skemi ta’ għajnuna minħabba ż-żidiet fil-prezzijiet tal-ener ġija, li meta mqabblin mas-sena li għadha kemm spiċċat dawn għolew bi 18.3%.
05
09.01.2022
Fi Franza, l-aġenzija Bloomberg ikkwotat lill-Ministru għall-Ekonomija, ilFinanzi u l-Irkupru Bruno Le Maire jgħid li hu inkwetat biż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u tenna li se jara kif se jgħin lin-negozji u lill-familji minħabba dan. Le Marie qal li “jekk ma nsibux soluz zjoni, il-poplu Franċiż se jara żieda ta’ bejn 35% u 40% fil-prezzijiet tal-enerġija. Din hija emerġenza, għax l-isplużjoni fil-prezzijiet tal-enerġija la hija sostenibbli għall-familji u lanqas għan-negozji.” Is-sitwazzjoni attwali Ewropea tfakkar, fost oħrajn, kif kien qiegħed jgħix il-poplu Malti taħt l-aħħar Gvern Nazzjonalista. Dakinhar il-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin mhux biss ma sabux refuġju fil-protezzjoni tal-Istat, iżda meta kien hemm talba u mozzjoni Parlamentari biex jonqsu l-prezzijiet, il-Prim Ministru
Lawrence Gonzi kien ftaħar li kien se jivvota kontra bil-qalb. Illum fortunatament is-sitwazzjoni hi differenti. Waqt li hu wkoll esprima t-tħassib xhur ilu bis-sitwazzjoni internazzjonali, il-Gvern Malti dejjem saħaq fuq il-bżonn li jkun hemm ħidma biex il-prezzijiet jinżammu stabbli kemm jista’ jkun tant li pajjiżna ma esperjenza l-ebda żidiet la fil-prezzijiet tal-elettriku, la tal-fuel u lanqas tal-gass. Il-Prim Ministru Robert Abela wkoll qajjem il-kwistjoni fuq livell Ewropew fejn f’Kunsill Ewropew tal-mexxejja insista fuq il-bżonn li Malta jkollha ċerta flessibbiltà biex tkun tista’ ttaffi l-impatt minn fuq il-konsumaturi li sal-lum ma ntlaqtux minn dan ix-xokk fil-prezzijiet minħabba deċiżjonijiet meħudin millGvern.
275 METER ĠDID F’RESIDENZI GĦAL VETTURI ELETTRIĊI Tkompli minn paġna 1 Fil-fatt, is-sena li għaddiet mill-installazzjonijiet ta’ meters ġodda tal-elettriku, 8,661 saru f’postijiet residenzjali jew kummerċjali. Minbarra hekk, ġew installati wkoll 2,070 meter ieħor lil klijenti li ħadu vantaġġ mill-iskemi offruti mill-Gvern għall-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajċi. Twaħħlu wkoll 275 meter ġdid ieħor ta’ applikanti biex jiċċarġjaw il-karozza elettrika tagħhom b’tariffi vantaġġużi, li kienu tħabbru mill-Ministru Miriam Dalli f’Awwissu li għadda. Din ix-xejra kompliet tidher b’applikazzjonijiet ġodda għal meters tal-EV f’postijiet residenzjali li komplew jidħlu fl-aħħar ġimgħat. Indikatur ieħor mill-qasam talenerġija li juri l-progress ekono miku u soċjali tal-pajjiż kien ilfatt li matul l-2021, id-domanda għall-elettriku qabżet kull rekord u laħqet 565MW. Dan hu 55MW aktar mir-rekord milħuq fl-2019, qabel ma bdiet l-imxija tal-COVID-19. Is-sena li għaddiet, l-Enemalta, flimkien mal-Ministeru għallEnerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli, kienet parteċipi b’diversi inizjattivi favur enerġija aktar
nadifa. F’dan l-aspett, fis-27 ta’ Marzu tal-2021, ġie rreġistrat rekord ġdid meta fis-1:00 ta’ waranofsinhar, nofs id-domanda għall-elettriku fil-gżejjer Maltin kienet moqdija mill-enerġija mix-xemx bis-saħħa ta’ aktar minn 30,000 installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajċi. F’dan l-isfond, il-konsumatu ri Maltin u Għawdxin bis-servizz tal-elettriku, li jgħoddu aktar minn 350,000, komplew igawdu l-orħos tariffi, kif ikkonfermat ukoll mill-Uffiċċju tal-Istatistika Ewropew, il-Eurostat. Dan meta, b’mod partikolari fl-aħħar tliet xhur, il-konsumaturi Ewropej kienu qed iħabbtu wiċċhom ma’ splużjoni fil-kontijiet tal-elettriku li żdiedu b’medja ta’ madwar 30%. Bil-maqlub, konsumaturi Maltin, kemm familji kif ukoll negozji, setgħu jserrħu rashom bis-saħħa tal-politika ta’ stabilità fil-prezzijiet li l-Gvern immexxi mill-Partit Laburista adotta fil-qasam tal-enerġija. Minkejja l-isplużjoni u l-inċertezza fil-prezzijiet internazzjonali tal-gass, il-Gvern Malti wkoll qed jistinka biex dawn iż-żidiet qawwija ma jitgħabbewx bihom il-konsumaturi Maltin u Għawdxin.
06
09.01.2022
L-INQAS IMPATT F’MALTA ANKE F’LEJLET L-EWWEL TAS-SENA Analiżi li saret għall-gazzetta u s-saħħa tal-irkupru fil- ammont ta’ pajjiżi li sofrew dan KullĦadd, ibbażata fuq tagħrif konsum privat hu l-għajnuna l-impatt fl-aħħar tas-sena 2021. miġbur mill-kumpanija abbundanti li ngħatat mill- Anke fl-2020 l-aktar milqutin ġganteska Google, turi li Gvern Malti. Minbarra li l-Gvern kienu n-negozji fis-Slovakkja għat-tieni sena konsekuttiva, kompla jnaqqas it-taxxi u jżid bi tnaqqis ta’ 72% imqabbel ma’ l-istabbilimenti ta’ rikreazzjoni il-benefiċċji lill-familji, ta wkoll qabel il-pandemija. u l-ħwienet mhux essenzjali għajnuna rekord lin-negozji Anke fl-aħħar ta’ Diċembru Maltin kienu l-inqas affettwati permezz tal-Wage Supplement tal-2020 in-negozji Maltin ħażin mill-pandemija matul u sussidji oħrajn, li wasslu għal kienu fl-aħjar sitwazzjoni fll-aħħar lejl tas-sena. riżultati ferm aħjar mill-bqija UE, imma dakinhar l-attività Statistika simili żvelat fl-Ewropa. kienet 3% inqas milli kienet ukoll kif ħwienet Maltin, li Mill-istess statistika jirriżul qabel bdiet il-pandemija. ma jinkludux dawk essenzjali ta li mkien fl-UE, għajr f’Malta, B’hekk, minkejja żieda firbħal supermarkets u spiżeriji, ma kien hemm tnaqqis ta’ inqas restrizzjonijiet, pajjiżna sofrew l-inqas impatt ukoll minn 10%. Fl-Italja u fi Franza kompla jżomm ritmu eko matul Diċembru 2021 kollu l-moviment lejn ħwienet u nomiku aħjar minn dak talminn fost il-pajjiżi membri fl- postijiet ta’ divertiment kien pajjiżi ta’ madwarna. Unjoni Ewropea. kważi 20% inqas. Dan hu dovut għall-qagħda Skont l-informazzjoni Minkejja dan xorta fil-pajjiżi finanzjarja tajba ħafna talppublikata mill-Google flfamilji Maltin u Għawdxin, aħħar tas-sena li għaddiet, speċjalment meta mqabb jirriżulta li l-ammont la mal-familja medja ta’ Maltin u Għawdxin Ewropea li bħalissa qed li marru fi ħwienet u tiffaċċja fost l-ogħla f’postijiet ta’ rikreazzjoni kontijiet tad-dawl u talFattur ewlieni wara kien kważi l-istess fuel fl-istorja riċenti. r-reżiljenza tal-ekonomija, ammont ta’ lejlet l-aħħar Bħala medja, konsu tas-sena fl-2019, jiġifieri matur Malti bħalissa qed is-saħħa tal-irkupru qabel il-pandemija. iħallas ħames darbiet fil-konsum privat u Dan kien riżultat ferm inqas għal kull litru diesel l-qagħda finanzjarja aħjar minn dak osservat minn dak li qed iħallas madwar il-pajjiżi Ewropej. konsumatur Ewropew. tal-familji mqabbla Hawnhekk l-agħar li Dan filwaqt li familji mal-medja Ewropea hu marru kienu n-negozji f’pajjiżna jħallsu bħala l-għajnuna abbundanti Slovakki fejn il-moviment medja kważi nofs dak li lejn ħwienet u postijiet jonfoq konsumatur medju li ngħatat mill-Gvern ta’ divertiment kien 60% Ewropew għal kull unit inqas milli kien fl-2019. tad-dawl. F’madwar 11-il pajjiż it-tnaqqis kollha, tneħħi l-Finlandja, Il-ġimgħa li għaddiet ta’ attività f’dan il-lejl tant l-attività fl-aħħar tas-sena tal- ħabbarna kif f’Diċembru li importanti għall-ħwienet u 2021 kienet aħjar milli kienet għadda l-Maltin u l-Għawdxin postijiet ta’ divertiment kien fl-aħħar tas-sena tal-2020. Fl- marru fi ħwienet u f’postijiet jisboq it-terz tal-attività ta’ 2020 kien hemm 22 pajjiż li ta’ divertiment 13% aktar qabel bdiet il-pandemija. fihom it-tnaqqis fl-attività kien milli kienu marru qabel bdiet Fattur ewlieni wara r-reżil ta’ mill-inqas terz. l-imxija. Min-naħa l-oħra, jenza tal-ekonomija Maltija Dan hu d-doppju tal- f’Diċembru tal-2020 in-
31 DIĊ ’21
31 DIĊ ’20
MALTA
-1%
MALTA
-3%
Il-Kroazja
-10%
Il-Portugall
-19%
Il-Ġreċja
-11%
Il-Finlandja
-20%
Il-Portugall
-13%
L-Estonja
-27%
Franza
-19%
Spanja
-28%
L-Italja
-19%
Franza
-31%
Il-Belġju
-21%
Il-Belġju
-36%
L-Irlanda
-22%
L-Irlanda
-38%
L-Estonja
-22%
Il-Ġreċja
-38%
Il-Polonja
-23%
Il-Polonja
-39%
Il-Litwanja
-24%
L-Olanda
-45%
Is-Slovenja
-27%
Il-Latvja
-47%
Spanja
-28%
Ir-Rumanija
-48%
L-Ungerija
-29%
Il-Bulgarija
-49%
Il-Finlandja
-29%
L-Italja
-50%
Il-Latvja
-33%
Il-Kroazja
-50%
Ir-Rumanija
-36%
L-Iżvezja
-52%
Il-Lussemburgu
-38%
Id-Danimarka
-53%
L-Awstrija
-39%
L-Ungerija
-55%
Il-Ġermanja
-41%
Il-Litwanja
-59%
Il-Bulgarija
-41%
Is-Slovenja
-60%
L-Olanda
-44%
Ir-Rep. Ċeka
-68%
Ir-Rep. Ċeka
-46%
L-Awstrija
-68%
Id-Danimarka
-47%
Il-Ġermanja
-69%
L-Iżvezja
-50%
Il-Lussemburgu
-69%
Is-Slovakkja
-60%
Is-Slovakkja
-72%
negozji Maltin ukoll kienu flaħjar sitwazzjoni fl-UE, imma dakinhar l-attività kienet 14% inqas milli kienet qabel bdiet il-pandemija. Madwar l-Ewropa Diċembru tal-2020 kien ferm agħar
mis-sitwazzjoni preżenti. Pereżempju fis-Slovenja kien hemm 60% inqas moviment milli kien hemm qabel bdiet l-imxija, mentri f’Diċembru li għadda t-tnaqqis kien ta’ 6% biss.
07
09.01.2022
DR ELLUL GĦADA GĦALL-PARLAMENT Dr Andy Ellul mistenni jieħu l-ġurament tal-ħatra tiegħu bħala Membru Parlamentari għada hekk kif l-ogħla istituzzjoni tirritorna għax-xogħol wara l-vaganzi tal-aħħar tas-sena. Hu se jkun qed jieħu post l-Eks Deputat Laburista Silvio Grixti li rriżenja fl-20 ta’ Diċembru li għadda. Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa, stqarrija tal-Partit Laburista qalet li l-Grupp Parlamentari u l-Eżekuttiv Nazzjonali Laburista approvaw in-nomina biex l-Avukat Ellul jiġi co-opted bħala Membru Parlamentari wara li l-Kummissjoni Elettorali baqgħet ma rċeviet l-ebda nominazzjoni sal-31 ta’ Diċembru wara ħamest ijiem għad-dispożizzjoni. Mitlub jikkummenta, Dr Ellul, li għandu 46 sena, qalilna li “l-ewwel nett irrid ngħid li nħossni onorat li l-Prim Ministru Robert Abela wera l-fiduċja tiegħu fija biex inservi bħala Membru Parlamentari u li din l-istess fiduċja ġiet approvata kemm mill-Grupp Parlamentari kif ukoll mill-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista. Kif diġà għedt pubblikament, din il-fiduċja se nsarrafha f’xogħol bla waqfien fl-aħjar interess ta’ Malta, li tant inħobb.” Hu kompla li għada se jkun qed jieħu l-ġurament tal-ħatra u minn hemm ’il quddiem l-għan tiegħu se jkun wieħed sempliċi, jiġifieri dak li jibqa’ jaħdem għall-ġid tas-soċjetà. “Li se nkun parti minn tim liberali u progressiv, u li l-prinċipji kardinali tagħna huma dawk Soċjalisti, ifisser ħafna għalija, għax dawk il-prinċipji li nħaddan bil-qalb. Temi għal qalbi li Gvern Laburista ħadem qatigħ u li żgur se jibqa’ jaħdem dwarhom huma l-inklużjoni soċjali, il-ġustizzja soċjali u l-mobilità soċjali. Minkejja li l-politika ġġib
magħha sfidi ġodda, dan kollu jimlieni b’kuraġġ u ħeġġa biex issa nkun parti mill-Grupp Parlamentari Laburista.” Mistoqsi x’tibdil jixtieq jara, Dr Ellul sostna li “apparti x-xogħol leġiżlattiv, fejn f’din il-leġiżlatura kelli l-opportunità li nkun involut ukoll fl-introduzzjoni ta’ ċerti liġijiet importanti għal pajjiżna, nixtieq nara bidla fil-mentalità politika. Inħoss li hawn wisq mibegħda politika, wisq nies li jidħlu fil-personali. Jien mija fil-mija favur li niddibattu pubblikament, li nħabbtu l-ideat u li nargumentaw, u mhux niġġieldu.
Però l-attitudni ta’ xi politiċi li jridu bilfors ikissru lill-avversarju u jgħajruh personalment ma naqbel magħha xejn. Malta żgħira. Kulħadd jiġi minn xulxin, m’għandniex għaliex naġixxu hekk.” Il-Partit Laburista qal li, għallaħħar tmien snin, Dr Ellul kien involut, permezz tal-esperjenza legali tiegħu, fit-tfassil ta’ riformi u liġijiet importanti f’pajjiżna, fosthom dawk relatati mal-qasam soċjali u l-familja. Dr Ellul, li hu wkoll kandidat Laburista għall-elezzjoni ġenerali li jmiss, kien ukoll kap tad-delegazzjoni Maltija fil-Kunsill tal-Ewropa fil-Kumitat Lanzarote. Ellul, li twieled fl-1975, iggradwa b’Dottorat fil-liġi fl-2007 u llum jispeċjalizza fil-Liġi Amministrattiva.
Għada fl-4:00 p.m. jerġa’ jiftaħ il-Parlament biex ikompli mal-ħidma bla preċedent li kellu s-sena li għaddiet fejn ġew mgħoddija rekord ta’ liġijiet. Ir-ritorn tas-seduti fl-ogħla istituzzjoni wkoll se jkun qed iseħħ ftit ’il bogħod minn elezzjoni ġenerali oħra, fejn allura jkun irid iseħħ ix-xoljiment tagħha. Sadanittant, l-ewwel xogħol li se jitressaq quddiem il-Parlament għada se jkun mozzjoni tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista li biha qed tikkontesta avviż legali dwar ħlas ta’ taxxa, li bih persuna li waqgħet lura fil-ħlas tattaxxa, setgħet taqta’ dak dovut billi tittrasferixxi taxxa li kellha titħallas fuq kumpaniji oħrajn. Sussegwentement isir xogħol fuq żewġ abbozzi ambjentali mressqa mill-Gvern. L-ewwel abbozz jindirizza l-ħtieġa li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) toħroġ ordni b’emerġenza f’każ ta’ periklu imminenti għall-ambjent, flok tistenna ġimagħtejn kif inhi attwali. Fost oħrajn, bl-emenda proposta, l-Awtorità tista’ wkoll taqbad u tesegwixxi l-ordni hi stess. L-istess abbozz qed jipproponi wkoll żewġ emendi żgħar fil-liġi bil-għan li jiġu evitati ċirkostanzi ta’ nuqqas ta’ kjarezza. It-tieni abbozz se jipprov di għal iżjed trasparenza filproċeduri tal-ERA billi jagħti l-opportunità lill-pubbliku jipparteċipa b’mod effettiv fil-proċeduri tagħha.
NIĠERJAN GRADWAT F’MALTA QED JIBNI IMPERU MEDJATIKU Adedotun Babatunde Olaoluwa min-Niġerja (inset), li jingħad li ggradwa b’Baċellerat fl-Istudji talKomunikazzjoni u r-Relazzjonijiet Internazzjonali mill-Università ta’ Malta, qed jibni l-imperu medjatiku internazzjonali tiegħu. In-Niġerjan spiċċa fl-aħbarijiet internazzjonali wara li l-kumpanija li waqqaf f’pajjiżu, Dotmount Communications Group, fl-aħħar jiem irnex xielha tixtri l-maġġoranza tal-ishma tal-grupp ġgantesk Gannett Co. Incorporation, li hu sid il-kumpanija rinomata USA Today. Dotmount Communications, li toffri konsulenza dwar il-komunikazzjoni strateġika, tippubblika wkoll
ir-rivista Pleasures Magazine, li tispeċjalizza fl-affarijiet ta’ lussu u għandha ċirkolazzjoni qawwija. Min-naħa l-oħra, Gannett hi kumpanija li tiffoka fuq midja u marketing b’mod diġitali u hi wkoll sid ta’ mijiet ta’ fergħat medjatiċi f’46 stat Amerikan u 120 fergħa fir-Renju Unit permezz ta’ Newsquest, ilkoll fil-qasam tal-midja. Gannett hi wkoll sid il-kumpaniji tas-servizzi tal-marketing diġitali ReachLocal, UpCurve u WordStream u f’idejha għandha wkoll l-ikbar negozju marbut mal-midja fl-Istati Uni-
ti – USA Today Network Ventures. Adedotun Babatunde Olaoluwa, li hu wkoll ggradwat minn diversi universitajiet oħrajn, beda l-karriera tiegħu fil-midja f’Ġinevra, l-Iżvizzera u minn hemm kompla jagħmel suċċess f’kull kumpanija li mess magħha. Permezz tax-xiri tal-kumpanija prestiġjuża Amerikana Gannett Co. Incorporation, li hi meqjusa bħala waħda mill-akbar fid-dinja, in-Niġerjan spiċċa f’għajnejn imprendituri oħrajn involuti fis-settur.
08
09.01.2022
AKTAR TISBIĦ MAX-XATT TA’ BIRŻEBBUĠA Dawret il-Qalb Mqaddsa bdiet tinbena mill-ġdid b’sistema li ttaffi l-problema ta’ għargħar mingħajr riskji għar-residenzi Infrastructure Malta għadha kemm bdiet tibni mill-ġdid Dawret il-Qalb Mqaddsa, triq oħra prinċipali max-xatt ta’ Birżebbuġa, bħala parti mill-impenn tagħha biex gradwalment ittejjeb in-network tat-toroq f’din il-lokalità partikolarment dawk milquta mill-problema tal-għargħar. Ix-xogħlijiet f’din it-triq bdew hekk kif wasal lejn tmiemu proġett ieħor li sar mill-aġenzija fl-istess inħawi, fejn hemm il-ġnien pubbliku. Dan il-proġett tfassal mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali bil-għan li tittaffa l-problema tal-għargħar biswit il-Bajja ta’ San Ġorġ. It-toroq u l-bini f’din iż-żona jinsabu prattikament fil-livell tal-baħar. Ikun hemm drabi, mhux neċessarjament waqt xi maltempata, fejn il-livell tal-baħar saħansitra jogħla iżjed mil-livell tat-triq, bilkonsegwenza li jkun hemm diffikultajiet t’għargħar. Dan ilfenomenu ilu jikkaġuna problemi u inkonvenjenti kbar partikolarment lir-residenti għal ħafna snin. Ċerti proposti li saru filpassat instab li jikkaġunaw aktar riperkussjonijiet għal djar fil-viċin u bini ieħor. Għaldaqstant, ried jinstab x’inhu l-aħjar intervent li għandu jsir biex itaffi l-problema talgħargħar mingħajr ma jitpoġ ġew f’riskju l-proprjetajiet li
hemm fl-inħawi. Wara li għal xi żmien ġiet evalwata s-sitwazzjoni partikolari tat-toroq fiż-żona, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura stabbilixxa pjan li deherlu li hu l-aħjar soluzz joni għall-għargħar tat-toroq bil-maltemp jew meta jogħla l-livell tal-baħar. Bil-proġett li sar ġew immo difikati l-livelli tat-triq u żdiedu l-kanali għall-ilma billi saru oħrajn ġodda, filwaqt li dawk li kien hemm diġà twessgħu jew inbnew mill-ġdid. Il-bini mill-ġdid ta’ Dawret il-Qalb Mqaddsa li beda fil-jiem li għaddew se jikkumplimenta x-xogħlijiet ta’ dan il-proġett billi fiha wkoll, Infrastructure Malta se tkun qed ittejjeb issistemi għall-ġbir tal-ilma kif ukoll tagħmel interventi strutturali biex issaħħaħ l-istabbiltà ta’ din it-triq prinċipali. Minbarra hekk, se tagħmel bankini ġodda fuq iż-żewġ naħat u tibdel jew ittejjeb issistemi taħt l-art għas-servizzi tal-ilma, tat-telekomunikazzjo ni u tad-drenaġġ, qabel ma t-triq isirilha wiċċ ġdid bl-asfalt. F’Birżebbuġa l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’diversi toroq oħrajn li jinkludu Triq il-Brolli, Triq tal-Ġebel, Triq tal-Papa, Triq il-Bżulija, Triq il-Musbieħ, Triq il-Għirgħien, Triq Ferdinand Stuflesser, Triq Zaren Dalli, Triq San Patrizju, Triq it-Tankijiet, Triq Monsinjur Penza, Triq ġdida fi Triq il-Qroll u Triq 22 ta’ Frar.
09
09.01.2022
L-EWWEL IMPJANT TAL-KANNABIS F’PAJJIŻNA JIĠI APPROVAT MILL-UE L-impjant ta’ produzzjoni talkumpanija Iżraeljana Pana xia f’Ħal Far din il-ġimgħa ngħata l-approvazzjoni uffiċjali mill-Awtorità tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea biex tkun tista’ tipproduċi, tesporta u tirreklama prodotti mediċinali magħmulin mill-kannabis filpajjiżi Ewropej, skont id-Direttiva Ewropea relatata. Lura għal Ġunju tas-sena l-oħra, Panaxia kienet ħabbret li kisbet liċenzja simili għall-impjant tagħha f’Iżrael biex tpoġġi fis-suq Ġermaniż prodott estratt mill-ħaxixa li jiġi amministrat mill-pazjent permezz tan-nifs (inhaling). B’kollaborazzjoni mal-kumpanija farmaċewtika Ġermaniża Neuraxpharma, Panaxia se ssir l-ewwel kumpanija li tipproduċi mediċina simili għall-Ewropa. Il-kumpanija, li hi meqjusa ġganteska f’pajjiżha, kienet għażlet li tistabbilixxi f’Malta minn fejn tkun tista’ tip- ju tal-UE b’approvazzjoni minn produċi u tesporta l-prodotti awtorità Ewropea. vasti tagħha f’għadd ta’ pajjiżi F’April tal-2020 din il-gazzet Ewropej, li minħabba restrizz- ta wkoll irrapportat kif il-posjonijiet fil-liġi Iżraeljana ma jip- sibbiltà li tuża l-faċilità tagħha permettuliex li tesporta lejhom. f’Ħal Far għar-riċerka u l-iżviJirriżulta li l-ewwel prodot lupp, kienet fundamentali biex ti, li Panaxia se tkun qed tes- dan il-pass storiku fl-istorja ta’ porta minn pajjiżna, huma Panaxia jista’ jitwettaq bl-aħjar magħmulin speċifikament għal mod u f’qasir żmien. dawk li jikkonsmaw kannabis Dakinhar Dr Segal kien qal li mediċinali permezz ta’ vapor- “l-użu tal-faċilità tar-riċerka u izer, li ħafna drabi hu l-iżvilupp (R&D) f’Malta meqjus bħala forkien pass kruċjali ma aktar sana biex nidħlu fisgħall-konsum suq Ewropew. milli t-tipjip, Nemmnu li minħabdan il-pass Il-faċilità ta’ ba tnaqqis se jagħmel ta’ ħsara lill-kumpPanaxia f’Ħal Far kkawżaanija Pagħandha l-kapaċità ta fil-ħalq, naxia l-ewli kull sena tipproduċi fil-ġriżmejn wel waħda u fil-pulminn Iżrael mijiet ta’ eluf ta’ mun. fis-settur prodotti għas-suq Fi Franza, tal-kannabis Ewropew il-kumpanimediċinali u li se ja wkoll għandha tibda tbigħ il-prol-permess tal-Aġenzija dotti tagħha fl-Unjoni Nazzjonali Franċiża għas-Sig- Ewropea.” urtà ta’ Mediċini u Prodotti tasPanaxia Labs Israel Ltd kienet Saħħa (ANSM) biex tqassam pil- laħqet ftehim kuntrattwali biex loli magħmulin mill-kannabis tuża l-faċilità tagħha f’Malta mediċinali. biex toħloq sezzjoni għar-riċerIl-Kap Eżekuttiv tal-kumpa ka u l-iżvilupp u b’hekk tkun nija Dr Dadi Segal din il-ġimgħa tista’ timmanifattura prodotqal li l-approvazzjoni tal-faċilità ti bħal żjut, inhalers, pilloli u Maltija hi kisba importanti u suppożitorji, ilkoll magħmulin riżultat ta’ proċess ta’ awditjar mill-pjanta tal-kannabis, li twil u rigoruż mill-Awtorità tas- jkunu mmirati speċifikament Saħħa tal-UE. għas-suq Ewropew. Panaxia issa għandha żewġ Sehem Malta qed jitqies bħafaċilitajiet b’livell esklussiv la importantissimu, għax bl-użu Ewropew li se jippermettulha tal-faċilità f’Ħal Far, il-kumptesporta lejn għadd ta’ pajjiżi anija Iżraeljana se tnaqqas u hi l-ewwel kumpanija Iżrael- drastikament il-ħin biex il-projana speċjalizzata fil-kannabis dotti jitwasslu fl-Ewropa. mediċinali b’faċilità f’territorIl-faċilità Maltija ta’ Panaxia
għandha l-kapaċità li tipproduċi mijiet ta’ eluf ta’ prodotti kull sena. Flimkien ma’ prodotti vasti li jiġu mmanifatturati diġà f’Iżrael, dawn se jammontaw għal għażla abbundanti li eventwalment titpoġġa fissuq Malti u fil-bqija tal-pajjiżi
Ewropej. Aktar minn 700 persuna f’pajjiżna qed jikkuraw lilhom infushom permezz tal-kannabis mediċinali, minħabba mard jew kundizzjonijiet partikolari, wara li jkunu applikaw mal-awtoritajiet rispettivi u ġabu l-per-
mess neċessarju biex jixtruha direttament minn spiżerija. Meħud kont tan-numru ta’ pazjenti involuti u l-perjodu relattivament qasir mindu fl2018 ġiet emendata l-Liġi dwar id-Dipendenza tad-Drogi (Riabilitazzjoni Mhux Priġunerija) biex tippermetti tali konsum ta’ kannabis mediċinali, tagħmel iżjed sens il-politika tal-Gvern Malti li fl-aħħar snin ippermetta l-bidu ta’ din l-industrija fostna, li wkoll toffri fost l-aħjar impjiegi possibbli. Panaxia Labs Israel Ltd, li tifforma parti mill-grupp ta’ kumpaniji farmaċewtiċi Segal, kienet ukoll l-ewwel waħda li ngħatat l-approvazzjoni tal-Ministeru għas-Saħħa ta’ Iżrael biex timmanifattura prodotti mediċinali tal-kannabis. Din għandha esperjenza ta’ 40 sena fil-kamp farmaċewtiku u, minbarra l-prodotti fuq bażi tal-kannabis, timmanifattura wkoll madwar 600 prodott differenti oħrajn li huma mferrxin f’madwar 40 pajjiż madwar id-dinja. Kumpanija oħra sussidjarja, Panaxia US, timmanifattura mas-60 prodott ta’ kannabis mediċinali fl-Amerka ta’ Fuq.
10
09.01.2022
IL-PJAN MALTI TA’ RKUPRU U REŻILJENZA JIBDA JITWETTAQ Matul din is-sena mistennija tingħata spinta qawwija lit-twettiq ta’ partijiet sostanzjali mill-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza li ġie maqbul bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea matul is-sena li għaddiet. Proprju ftit jiem biss qabel il-festi tal-Milied, il-Gvern Malti rċieva l-ewwel pagament ta’ €41 miljun f’għotja ta’ prefinanzjament mill-Kummissjoni Ewropea, liema għotja hija parti minn dik globali ta’ ftit anqas ta’ €320 miljun ta’ Fondi Ewropej li l-Unjoni Ewropea ser tkun qed tgħaddi lil Malta għat-twettiq ta’ dan il-pjan. Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Stefan Zrinzo Azzopardi u l-Kummissarju Ewropew Paolo Gentiloni ffirmaw il-ftehim finanzjarju dwar din l-għotja fi tmiem is-sena li għaddiet. Il-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza jinkludi mhux inqas minn 17-il proġett u inizjattivi fosthom proġetti ewlenin fil-qasam tal-ambjent. Fil-fatt, 54% tal-fondi allokati għall-pjan kollu jindirizzaw proġetti fl-ambitu tal-Green Deal Ewropew u dan il-fattur ġie mfaħħar minn diversi oqsma, xejn inqas mill-President tal-Kummissjoni Ewropea stess Ursula Von Der Leyen meta żaret Malta f’Settembru li għadda u qisitu bħala wieħed mill-aktar pjani favur l-ambjent fost l-istati membri kollha. Fondi Ewropej ġejjin minn dan il-Pjan se jkunu qegħdin jintużaw għas-sussidju sostanzjali li qed jingħata fix-xiri ta’ karozzi elettriċi biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-emmissjonijiet, filwaqt li se jingħata sussidju akbar fuq ix-xiri ta’ karozzi elettriċi minn residenti Għawd xin. Il-Gvern din is-sena se jidħol ukoll f’diskussjoni mal-operatur tat-trasport pubbliku biex jibda l-proċess biex vetturi użati fit-trasport pubbliku jinbidlu ma’ dawk elettriċi. Diġà bdew xogħlijiet ta’ rinnovar f’binjiet pubbliċi biex dawn jikkunsmaw inqas enerġija, inkluż xogħol ta’ rinnovar fl-Isptar Monte Carmeli. Dawn ukoll huma proġetti li għandhom il-mira li jkomplu jitnaqqsu l-emissjonijiet bil-għan li Malta tilħaq il-miri ambjentali tagħha fis-snin li ġejjin. Mistenni wkoll li matul din is-sena jibdew jitħabbru skemi ta’ kif is-settur privat ukoll ikun megħjun jagħmel rinovazzjoni f’binjiet tiegħu biex dawn jaħlu inqas enerġija. Permezz ta’ dan il-pjan il-Gvern irid ikompli jinkoraġġixxi bidla lejn l-użu ta’ mezzi ta’ trasport alternattiv u għal dan il-għan għadha kif ħarġet is-sejħa għall-offerti biex jinbena moll ġdid f’San Pawl il-Baħar fejn ikunu jistgħu jittrakkaw bċejjeċ tal-baħar tal-passiġġieri. Għaddej ġmielu x-xogħol fuq il-bini tal-Iskola Primarja l-ġdida tal-Imsida biex il-binja tkun waħda qrib il-carbon
neutral bl-inqas rata possibbli ta’ emissjonijiet. Żewġ skejjel oħrajn Primarji, ta’ Ħal Għaxaq u tan-Nadur, se jsirulhom xogħlijiet estensivi ta’ rinnovar biex jużaw inqas enerġija. Matul din is-sena għandna nibdew naraw il-bidu tat-twettiq ta’ bosta inizjattivi fil-qasam tas-saħħa. Saret diġà s-sejħa għall-offerti għall-bini tal“Blood, Tissue and Cell Centre” li barra li se jaqdi l-funzjoni ta’ bank tad-demm se jkun ukoll faċilità ta’ riċerka dwar din il-materja. Huwa mistenni li l-bini ta’ dan iċ-ċentru ġdid jibda aktar tard din is-sena. F’dan il-qasam ukoll din is-sena se jsir ix-xiri ta’ apparat ġdid tal-Magnetic Resonance Linear Accelerator (MRI) għall-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo bil-għan li tkompli tissaħħaħ il-kura għall-mard tal-kanċer.
L-ambjent, l-edukazzjoni u s-saħħa fost l-aktar li se jgawdu mill-fondi fil-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza Il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza jipprovdi wkoll għal investimenti sostanzjali fid-diġitalizzazzjoni u fil-fatt 26% tiegħu huma ddedikati għal dan il-qasam. Setturi mill-qasam tas-saħħa li se jibbenefikaw minn dan l-investiment huma d-Dipartiment tal-Patoloġija u dak tal-Outpatients tal-Isptar Mater Dei. Biex ikompli jagħti spinta lill-qal-
PENSJONIJIET “BILJUNARJI” Għall-ewwel darba fl-istorja, in-nefqa fuq il-pensjonijiet se tilħaq is-somma ta’ €1 biljun matul l-2022, frott iż-żidiet imħabbrin fil-Baġit nazzjonali. Ta’ min jinnota li ż-żieda fil-pensjonijiet din is-sena hi s-seba’ waħda konsekuttiva, li flimkien wasslu għal titjib ta’ 44% fil-pensjonijiet, ekwivalenti għal żieda ta’ kważi 50% ta’ dak li kienet il-pensjoni tmien snin ilu. Waqt li wħud mit-tqassim tal-Baġit 2022 daħal fis-seħħ fl-aħħar ġimgħa ta’ Diċembru 2021, kif tħabbar millKullĦadd ġimgħa ilu, f’dan ix-xahar ta’ Jannar se jkunu daħlu fis-seħħ nofs il-miżuri soċjali ppjanati għal din is-sena. Fi kliem il-Ministru responsabbli Michael Falzon, dan l-impenn se jkompli jikber fis-snin li ġejjin. “Nemmnu li għandna nagħtu l-appoġġ meħtieġ u kemm jista’ jkun innaqqsu l-piżijiet minn fuq in-nies. Il-politika tagħna qed tasal għand innies u nsemmi eżempju wieħed ta’ kif qed ngħinu l-aktar vulnerabbli. Illum irnexxielna nnaqqsu b’aktar minn nofs dawk li jiddependu fuq l-assistenza soċjali, fejn illum niżlu għal 6,400 minn 14,000 fl-2013,” stqarr il-Ministru għall-Ġustizzja Soċjali, is-Solidarjetà, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal.
Nemmnu li għandna nagħtu l-appoġġ meħtieġ u kemm jista’ jkun innaqqsu l-piżijiet minn fuq in-nies
ba lejn ekonomija diġitali, il-Gvern se jgħin ukoll lis-settur privat permezz ta’ skemi ta’ għotjiet għal dawk l-intrapriżi u l-kumpaniji li jagħżlu li jidħlu għal proġetti ta’ diġitalizzazzjoni. Hawnhekk ukoll il-Gvern se jkun qed juri l-impenn tiegħu li jara lil Għawdex jibbenefika minn dawn l-iskemi billi se jsiru skemi preferenzjali għall-intrapriżi Għawdxin. Proġett ieħor li se jibbenefika mill-fondi tal-Pjan ta’ Rkupru hu dak fil-qasam tal-edukazzjoni vokazzjo nali bil-bini tal-kampus ġdid tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS). Dan l-Istitut għandu jkun ta’ sostenn kbir lill-industrija turistika f’pajjiżna u se joffri opportunitajiet kbar lil eluf ta’ żgħażagħ Maltin u Għawdxin li jixtiequ jaqbdu karriera fil-qasam turistiku u tal-ospitalità. F’kumment lil din il-gazzetta, is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi stqarr li “wara ħidma estensiva li saret fit-tfassil ta’ dan il-pjan u biex inkisbet l-approvazzjoni tiegħu mill-Kummissjoni Ewropea, l-attenzjoni issa qed iddur biex dan il-pjan jibda jitwettaq. Dan hu żmien mill-aktar interessanti fejn bħala Segretarjat flimkien mad-diversi Ministeri se nkunu qegħdin inwettqu il-proġetti u l-inizjattivi mfasslin fil-Pjan.”
Il-pensjonanti se jkunu l-maġġoranza tal-benefiċjarji, b’din il-ħames żieda addizzjonali fil-pensjonijiet kollha mill-2018. Kull pensjonant se jkun qed igawdi minn żieda ta’ €5 fil-ġimgħa, magħmula minn €3.25 fir-rata tal-pensjoni u €1.75 għall-għoli tal-ħajja. Globalment din iż-żieda se tiswa €24 miljun (fuq sena), u flimkien ma’ miżuri oħrajn għall-pensjonanti u ż-żieda normali fin-numru ta’ pensjonanti matul is-sena, in-nefqa totali fuq pensjonijiet biss fl-2022 se tilħaq il-€1 biljun għall-ewwel darba. Il-pensjonanti tal-età diġà rċevew l-ewwel ħlasijiet biż-żieda fil-pens joni l-ġimgħa l-oħra, dawk tal-irtirar irċevewha mill-bieraħ, dawk tar-romol se jirċevuha mis-Sibt li ġej u l-pensjo nanti tal-invalidità u bil-pensjoni minima se taslilhom fit-22 ta’ Jannar. Minn dan ix-xahar stess se jidħol ukoll fis-seħħ it-twessigħ tal-limitu tal-kapital għal min ikun ilu mill-inqas ħames snin jieħu l-pensjoni tal-età mhux kontributorja u jiret xi assi jew jagħti għotja lill-ulied. Sadanittant, persuni fuq il-pensjoni tal-invalidità, li qed jgħixu mal-ġenituri tagħhom, se jibdew jiġu trattati bħala li jgħixu għal rashom għall-fini tal-Assistenza għall-Mard, filwaqt li se jitneħħew l-aħħar ftit testijiet tal-mezzi li fadal biex wieħed jikkwalifika għall-Assistenza għal Diżabilità Severa u l-Assistenza għal Diżabilità.
11
09.01.2022
TAĦRIĠ FI TMEXXIJA TA’ NEGOZJU IŻJED EFFETTIVA Il-pandemija żiedet b’mod qawwi l-veloċità tal-bidla fid-dinamika tax-xogħol. Dawk li qegħdin fit-tmexxija ta’ kumpaniji u organizzazzjo nijiet qegħdin jiffaċċjaw sett ġdid ta’ sfidi. Parti kolarment issa fl-2022, hekk kif l-intelliġenza artifiċjali qed tkompli tagħmel progress b’mod rapidu ħafna, kemm min imexxi kif ukoll il-ħaddiema jeħtieġu li jiffukaw aktar fuq l-element uman tan-negozju tagħhom. Konxja ta’ dawn ir-realtajiet ġodda, il-Malta BNI stiednet lill-performance coach Karl Grech biex ikun il-kelliem tal-business briefing li jmiss ta’ 30 minuta nhar l-Erbgħa 19 ta’ Jannar 2022 f’nofsinhar. Kulħadd jista’ jirreġistra bla ħlas billi jidħol fuq https://bit.ly/3HBUsEX. Waqt il-preżentazzjoni tiegħu, Grech mistenni jiffoka fuq l-idea ta’ The Engaging Leader billi jirrakkomanda sitt azzjonijiet prattiċi li għandhom jittieħdu biex fl-azjenda jkun hemm tmexxija aktar impenjattiva. L-inizjattiva tal-Malta BNI Business Briefings (BBB), li ssir permezz ta’ Zoom, tikkonsisti f’serje ta’ taħditiet prattiċi u qosra online bla ħlas. Il-Malta BNI tifforma parti minn Business Networking International (www.bni.com) u topera fuq il-prinċipju ta’ Givers’ Gain billi tippromwovi ideat innovattivi ta’ riferimenti kummerċjali. Illum, il-BNI għandha 10,500 kapitlu b’aktar minn 270,000 membru minn madwar id-dinja. Fl-2021, minkejja l-pandemija, permezz tassistemi innovattivi u l-valuri ewlenin tagħha, il-membri tal-BNI ġġeneraw aktar minn €1.4 biljun fi tranżazzjonijiet kummerċjali.
Karl Grech isostni: “L-impenn għandu jibda mit-tmexxija tal-kumpanija. Dawk li qegħdin imexxu għandhom jispiraw lit-timijiet tagħhom. L-aktar mexxejja li għamlu suċċess huma dawk li japprezzaw livelli ogħla ta’ involviment fi ħdan it-timijiet tagħhom, mhux biss għax dan iwassal għal aktar dħul, iżda għax in-nies tagħhom ikunu aktar kuntenti. Pass mill-aktar importanti f’dan ir-rigward hu li jinvestu b’mod awtentiku u onest fin-nies tagħhom.” Grech jikkowċja diversi kapijiet ta’ kumpaniji biex itejbu l-kapaċità tagħhom li jikkomunikaw, jinfluwenzaw, u jispiraw lil oħrajn. Dan jgħin lill-klijenti biex isaħħu t-tmexxija u l-ħiliet interpersonali u jkabbru l-fiduċja fihom infus hom billi jappoġġjahom permezz ta’ taħriġ apposta. Għal aktar tagħrif dwar dan l-avveniment, li hu bla ħlas, tista’ tikkuntattja lil Carmel Bo nello (carmelbonello2020@outlook.com), Da vid Bullock (david.malta.bni@gmail.com) jew Viviana Premazzi (viviana@gmdmalta.com). F’Malta, il-BNI trawwem kollaborazzjoni aktar b’saħħitha bejn in-negozji, speċjalment impriżi mikro u żgħar u partnerships, peress li toħloq opportunitajiet kummerċjali ġodda f’Malta u lil hinn, speċjalment f’dawn iż-żminijiet inċerti ta’ pandemija. Minbarra hekk, minn Lulju 2020, il-Malta BNI bdiet serje ta’ laqgħat internazzjonali ta’ negozju ma’ imprendituri u negozjanti li huma membri tal-BNI fl-Italja, l-Istati Uniti, l-Afrika t’Isfel, Iżrael u Ċipru, fost oħrajn.
TAGĦLIM B’XEJN FL-UŻU TA’ PROGRAMMI BAŻIĊI ONLINE Waqt li din il-ġimgħa ssoktat online l-iskola minħabba l-pandemija, il-kandidat ġdid Laburista Ray Abela, li hu sinonimu mal-edukazzjoni u t-teknoloġija, ħass li għandu jestendi l-proġett e-ME u joffri tagħlim b’xejn għal kulħadd speċjalment lill-ġenituri biex jitgħallmu u jiskopru kif jużaw programmi bażiċi bħal Zoom u Microsoft Teams. Konxju li dawn huma programmi li jintużaw mill-għalliema u l-iskejjel biex jikko munikaw mal-istudenti, il-kandidat Laburista fuq l-Ewwel u t-Tielet Distrett qal li b’dan il-mod se jkun qiegħed ikompli jgħin bil-mod tiegħu lis-soċjetà u lill-familji jintegraw ma’ għodod ġodda u diġitali fit-tixrid tal-edukazzjoni. Għalhekk min jixtieq jirreġistra u jidħol fil-links ta’ dawn il-korsijiet b’xejn u jarahom bħala tutorials għandu jmur fuq https://form.jotform. com/220045064826349. Permezz ta’ din il-pjattaforma, persuna tirreġistra għal dawn il-korsijiet b’xejn u tkun
tista’ tircievi email bil-links tal-korsijiet ta’ Zoom u Microsoft Teams. It-tagħlim hu bbażat fuq numru ta’ lezzjonijiet li huma diġà rrekordjati u li tista’ ssegwi faċilment kull ħin tal-ġurna-
ta. Kif jitlesta l-kors, il-persuna tirċievi wkoll ċertifikat ta’ attendenza. Għal aktar tagħrif ċempel fuq 21421784/5 jew ibgħat email lil Ray Abela nnifsu fuq ray@ rayabela.com.
12
09.01.2022
L-EDUKAZZJONI BĦALA QAFAS GĦAL MALTA TA’ GĦADA
RAY ABELA Kandidat fl-1 u fit-3 Distrett
Dejjem emmint li pajjiż jikseb żvilupp ekonomiku sostenibbli permezz ta’ investiment sostanzjali fl-edukazzjoni tal-kapital uman tiegħu. Tassew, dan huwa sentiment li dejjem sħaqt fuqu tul il-karriera imprenditorjali u politika tiegħi. Dan huwa ħsieb li sħaqt fuqu fir-rwol attiv illi kelli fl-iżvilupp tal-100 Idea tal Partit Laburista. Nemmen li l-iżvilupp u t-tkabbir ekonomiku ma jkollhom l-ebda valur jekk il-Gvern ma jfassalx strateġija ċara biex
il-pajjiż ikollu biżżejjed riżorsi umani. Mhuwiex sigriet li pajjiżna għandu nuqqas ta’ kapital uman. Sfida kbira għal pajjiż li m’għandux żejt, gass jew riżorsi minerali. Sfida wisq ikbar meta wieħed jikkunsidra l-pass mgħaġġel ta’ kif qed tinbidel l-ekonomija globali kif ukoll l-impatt tal-pandemija COVID-19. Però, l-ebda sfida mhi akbar mir-rieda ta’ Gvern b’viżjoni ċara ta’ xi jrid jilħaq u fejn irid jasal. Huwa għalhekk li kull pjan soċjali u ekonomiku ta’ dan il-Gvern huwa msejjes fuq l-importanza tal-edukazzjoni. Huwa għalhekk li l-istrateġija nazzjonali għal wara l-pandemija, tinsisti fuq l-importanza tal-edukazzjoni bħala mezz kruċjali biex tassew infasslu Malta t’għada. Huwa għalhekk li l-Gvern nieda l-Politika Nazzjonali tax-Xogħol il-ġdida li biha ser jibda jaffronta din l-isfida. Din il-politika fiha pjan li bih ser ikun qed jgħolli l-valur ta’ siegħa xogħol tal-ħaddiem Malti u Għawdxi. Dan ser isir billi jtejjeb il-ħiliet, joffri opportunitajiet ta’ taħriġ,
jinċentiva lil dak li jħaddem u lill-ħaddiema nfushom biex itejbu l-ħiliet tagħhom. Kull viżjoni tisħaq fuq il-bżonn ta’ investiment fl-edukazzjoni biex kull individwu jtejjeb l-kapaċitajiet tiegħu, jingħata l-għodda kollha neċessarja biex ikun protagonist fil-Malta tal-lum u ta’ għada. Huwa għalhekk ukoll li l-Baġit 2022 jagħmel enfasi fuq l-edukazzjoni fosthom fuq l-importanza tal-upskilling. Dan qed isir primarjament permezz ta’ ċensiment nazzjonali tal-ħiliet tal-ħaddiema. Dan iċ-ċensiment ser ikun l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu mhux biss f’pajjiżna iżda anke fl-Ewropa b’investiment totali ta’ €2 miljun. Il-Gvern mar anke pass oltre billi nieda fond ta’ taħriġ li, għall-bidu ser ikun fih €2 miljun iżda mhux eskluż li jiżdied jekk ikun hemm bżonn, biex l-industrija stess tkun tista’ tħarreġ lill-ħaddiema bi programmi magħmulin minnha. Inizjattivi li jirriflettiu proposti mressqa mill-General Workers’ Union biex il-Jobsplus
jibda jagħti servizz ta’ gwida fil-postijiet tax-xogħol sabiex ħaddiema jingħataw opportunità li jtejbu l-ħiliet tagħhom kif ukoll jiżiedu l-boroż ta’ studju u inċentivi oħra biex aktar ħaddiema jsegwu aktar studji u taħriġ professjonali. Nemmen li l-proċess ta’ taħriġ u upskilling huwa wkoll responsabbiltà tas-settur privat. Bħala imprenditur fis-settur tat-taħriġ, dejjem insistejt fuq il-bżonn li kumpanija tinvesti fin-nies tagħha. It-tagħlim u t-taħriġ huma essenzjali bien kumpanija tkompli tikber. Dan huwa sentiment li bqajt ninsisti fuqu fil-vjaġġ politiku tiegħi. Kien għalhekk li tul dawn l-aħħar snin introduċejt diversi proġetti mfasslin biex nikkonsolidaw kif ukoll nippjanaw aktar fuq l-investiment biex nipproduċu aktar riżorsi umani għall-futur ta’ pajjiżna. Irridu ninvestu fil-futur ta’ wliedna, biex bl-għaqal, u b’ekonomija b’saħħita u b’viżjoni nkomplu noħolqu xogħol u kundizzjonijiet ta’ kwalità għall-Maltin u l-Għawdxin.
Irrid nara t-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jimirħu ’l quddiem f’oqsma u f’niċeċ differenti u innovattivi bħall-intelliġenza artifiċjali, robotica, esports, gaming, trasformazzjoni diġitali u oħrajn. Dan huwa l-preżent u l-futur. Dan huwa dak li jien naspira li mmexxi ’l quddiem fi Gvern Laburista li jmiss u wisq aktar taħt it-tmexxija u l-għaqal tal-Prim Ministru Robert Abela. Din hija Malta tal-lum u ta’ għada. Malta b’viżjoni ċara. Malta msejsa fuq ekonomija li tħares ’il quddiem bi prosperità. Malta li tagħraf l-importanza tal-investiment fir-riżorsi umani tagħha. Malta fejn jien nista’ naħdem qatigħ fis-settur edukattiv li tant huwa għal qalbi. Malta, fejn l-għażla naturali fl-elezzjoni li jmiss hija l-Partit Laburista. Għalhekk b’viżjoni u b’impenn, inħarsu ’l quddiem għal Malta u Għawdex aħjar minn tal-lum.
L-2022: SENA TA’ DEĊIŻJONIJIET
SEAN APAP MELI Kandidat fl-1 u fis-6 Distrett
Is-sena 2022, li għadha kemm bdiet, diġà kienet waħda li fiha ħafna x’wieħed jiddiskuti. Apparti mill-qtil faħxi li sar fit-tieni jum tas-sena, ma setax li ma jkunx diskuss fir-realtà li aħna lkoll ngħixu. Realtà li f’pajjiżna ftit li xejn fl-istorja kriminali miktuba ġara każ simili. Wieħed li hekk kif kienu għadhom għaddejjin iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel tas-Sena, kellu jisraq l-aġenda tal-pajjiż f’dawn il-jiem. Is-sistema ġudizzjarja ma tħarisx lejn l-uċuħ, iżda lejn
il-fatti ta’ kif ġraw l-affarijiet. Id-diskussjoni kienet u għadha qalila. Dak li l-pajjiż għadda minnu u għadu għaddej minnu, mhux faċli li wieħed jifhmu malajr. Ir-rispett lejn l-umanità, kemm jekk lejn mara kif ukoll jekk lejn raġel, għandu jkun wieħed sħiħ fejn tiġi rrispettata d-dinjità ta’ dak li jkun. Bħala persuni li noħorġu bħala kandidati sabiex inkunu fil-Kamra tar-Rappreżentanti, il-ħsieb li jissaħħu l-liġijiet irid iwassal messaġġ ċar fih innifsu. Ma nistgħux naħarbu l-ġustizzja u lanqas m’għandu jkollna liġijiet sbieħ mingħajr infurzar, anzi t-tama hi li finalment każijiet jiġu mmexxijin quddiem il-qrati tal-ġustizzja. Persuna li tinqatel b’mod daqshekk ikrah fejn tiġi stuprata u maqtula huwa tassew kundannabbli. Mhix kwistjoni ta’ eżami tal-valuri li bħala pajjiż konna magħrufin għalihom jew min jgħid li maż-żmien jinbidlu l-valuri, għax il-valur talħajja dinjituża qatt m’għandu jinbidel. Mill-kliem l-affarijiet
iridu jissarrfu bil-fatti, mhux f’liġijiet biss, imma f’kultura ta’ rispett lejn xulxin, rispett li jekk ħdejk ikun hemm mara jew raġel, mhuma propjetà ta’ ħadd. Il-ħajja tagħhom għandha valur. Kulħadd għandu jgħix bis-serħan talmoħħ kollu possibbli. Sarah Everard kienet ukoll vittma ta’ sitwazzjoni, li hija simili għal dik li ġrat Malta, bid-differenza li l-qtil tagħha seħħ minn uffiċjal tal-Pulizija Ingliż. Għalhekk, filwaqt li wieħed jara li delitti bħal dawn ma jsirux, wisq inqas tistenna li jsiru mill-aktar persuni li għandhom jaraw li ma jseħħux.
Għalhekk, il-kuxjenza kontra atti bħal dawn għandha tkun aktar kontinwa mill-aġenziji kollha li għandu l-pajjiż: il-Pulizija, il-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali u kif ukoll mill-Kummissarju kontra l-vjolenza sesswali. Wara dan il-każ, il-Gvern Ingliż ukoll saħaq li se jimplimenta aktar liġijiet ħalli jiġu protetti n-nisa minn fastidju sesswali fil-pubbliku. Minn aħbarijiet koroh, f’pajjiżna wkoll joħroġ l-ele ment ta’ solidarjetà, fejn apparti mill-velji ta’ tifkira u sogħba għal dak kollu li ġara, l-għajnuna kienet waħda li biha wkoll inġabru fondi biex
Il-valur tal-ħajja dinjituża qatt m’għandu jinbidel. Mill-kliem l-affarijiet iridu jissarrfu fil-fatti, mhux f’liġijiet biss, imma f’kultura ta’ rispett lejn xulxin. Kulħadd għandu jgħix bis-serħan tal-moħħ kollu possibbli
ikopru l-ispejjeż neċessarji. Finalment dan kollu jiddependi mill-edukazzjoni kemm formali kif ukoll informali u l-ħiliet soċjali li wieħed jirċievi fl-iskejjel u fil-familja, sal-livell li wieħed jgħix ta’ bniedem u jirrispetta lil bnedmin oħrajn bħalma jixtieq li jiġi rispettat huwa stess. Sena ta’ deċiżjonijiet Is-sena 2022 hija s-sena li matulha se jiġi deċiż, xi gvern se jkollna għall-ħames snin li ġejjin. Gvern Laburista jrid ikompli jsaħħaħ it-twemmin soċjali tiegħu fit-tqassim ġust tal-ġid u bħalma sar f’dawn is-snin ikompli jaħseb f’dawk li huma parti mill-pajjiż. Sena li filwaqt li tibda tikkarga l-klima taħraq tal-politika, f’pajjiż żgħir bħal dan irridu naħsbu f’xulxin u r-rispett li tant nixtiequ għal kulħadd għandu jibqa’ wkoll tul din is-sena waqt kampanja elettorali u mhix. Fuq kollox għandna niftakru li aħna lkoll Maltin taħt il-bandiera bajda u ħamra.
13
09.01.2022
EKONOMIJA LI TKOMPLI TASAL GĦAND KULĦADD
SILVIO SCHEMBRI Ministru
L-2021 kienet sena importanti partikolarment għax tat riżultati b’saħħithom fl-isfond ta’ deċiżjonijiet li ħadna. Xenarju li jippermettilna sabiex inkomplu nibnu fuq dak li bnejna għall-ħolqien ta’ opportunitajiet. Bħala Gvern dejjem rajna li nersqu quddiem il-poplu Malti u Għawdxi bi pjan u l-istess għamilna fl-aktar ċirkustanzi straordinarji għall-pajjiż u għad-dinja. Konna hemm fl-eqqel tal-maltempata biex mal-Prim Ministru Robert Abela nfasslu pjan
b’mod li nimmitigaw kemm jista’ jkun l-effett tal-pandemija fuq l-ekonomija. L-2021 kienet is-sena li wriet il-frott ta’ deċiżjonijiet mill-aktar ibsin li kellna nieħdu ta’ kuljum. Aġenziji ta’ kreditu internazzjonali bħal Scope Rating, Fitch Ratings kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea fost oħrajn ilkoll innutaw is-saħħa tal-ekonomija Maltija li iżjed minn qabel kompliet turi r-reżiljenza tagħha. Ekonomija li kompliet tikber u tkattar l-impjiegi. Pajjiżna rnexxielu jilħaq l-inqas livelli ta’ qgħad fl-istorja, liema kisba hija ta’ sinifikat qawwi hekk kif dawn il-livelli pożittivi ntlaħqu waqt il-pandemija. Lil hinn minn dawn ir-riżultati li jimluna b’kuraġġ, issuċċess aħħari huwa l-fiduċja mrodda min-negozji u l-industriji f’pajjiżna li raw li jkomplu bil-proġetti ta’ espansjoni u innovattivi tagħhom b’attenzjoni partikolari lejn metodi ġodda teknoloġiċi li jtejbu l-operat tal-kumpaniji. L-2022 se tkun is-sena li tkattar il-ħidma tan-negozji fl-im-
plimentazzjoni ta’ proġetti iżjed ambjentali u diġitali. Passi importanti għat-tranżizzjoni li huma meħtieġa sabiex ikun assigurat il-futur tagħhom fid-dinja tal-lum. Fattur li qed ikun imbuttat b’mod b’saħħtu mill-Unjoni Ewropea. Fil-fatt permezz tal-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza li ġie ppreżentat u anke mfaħħar mill-Kummissjoni Ewropea, ġew iddedikati aktar minn 25% tal-fondi allokati lil Malta jew €80.8 miljun għat-tranżizzjoni diġitali. Fondi li qed jiġu allokati għal inizjattivi li tassew se jagħmlu differenza fit-trasformazzjoni diġitali kontinwa ta’ Malta billi primarjament se jiffukaw fuq l-amministrazzjoni pubblika tagħna, is-sistemi tal-kura tassaħħa, is-sistemi tal-ġustizzja tagħna u l-użu tat-teknoloġiji diġitali fost in-negozji żgħar u medji. Għalhekk bħala Gvern qegħdin kontinwament naraw li matul din it-tranżizzjoni nagħtu l-għodod neċessarji kif rifless permezz tal-Baġit għal din is-sena. Għal kull negozjant, self-em-
ployed u negozju, l-2022 se tkun sena deċiżiva għalihom li jridu jiddeterminaw liema direzzjoni jridu jieħdu n-negozju tagħhom. Jew li jibqgħu kif inhuma jew li jadattaw għaċ-ċirkostanzi u aħna rridu li kulma jmur in-negozji ħabrieka tagħna jevolvu. L-aħħar rapport tal-Kummissjoni Ewropea juri li Malta se jkollha l-akbar tkabbir ekonomiku minn fost il-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea. Filfatt, it-tbassir tal-Kummissjoni Ewropea jindika li d-daqqa ekonomika tal-COVID-19 fuq pajjiżna fl-2020 mistennija tkun 10% anqas minn dik fiż-Żona Ewro. Sa tmiem l-2022, il-ġid nazzjonali ta’ pajjiżna mistenni li jkun 1.4% akbar minn dak li kien fl-2019, qabel il-pandemija. B’kuntrast, il-ġid nazzjonali fiż-żona Ewro fl-2022 huwa stmat li xorta jibqa’ 1% anqas minn dak li kien fl-2019. Raġuni ewlenija għal dan hija proprju l-istimolu ekonomiku li ppermetta li l-ekonomija tibqa’ ddur, stimolu b’miżuri bħall-Covid Wage Supplement li salva ak-
tar minn 100,000 impjieg u pproteġa mas-17,000 negozju, posponiment tat-taxxi, għajnuna fil-kirjiet u €100 voucher fost oħrajn. Għaldaqstant, bħala Gvern se nkomplu naraw li l-kisbiet ekonomiċi tal-2022 jaslu għand kulħadd. Suċċessi li jinħassu għand il-pensjonanti, familji, żgħażagħ, ħaddiema u negozji. Dan fl-istess waqt jippermettilna biex inkomplu nsaħħu l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna sabiex ikomplu jwettqu ħidmiethom kif ukoll li jkun aċċertat li nkomplu nattiraw investiment ta’ kwalità lejn pajjiżna. Fl-aħħar nett, dan kollu jiddependi minna. Hija fir-responsabbiltà ta’ kull wieħed u waħda minna li nilqgħu l-appell mill-awtoritajiet tassaħħa u nieħdu l-booster, l-aqwa arma sabiex negħlbu l-isfida tal-pandemija u nkunu nistgħu nkomplu bil-ħajja ta’ kuljum. B’dan il-mod biss, u billi niġbdu ħabel wieħed nistgħu nkomplu niksbu suċċessi ekonomiċi li jaslu għand kulħadd.
IL-PATRIJARKIJA NKISSRUHA B’KULTURA ĠDIDA
ROSIANNE CUTAJAR Membru Parlamentari
Filwaqt li l-maġġoranza tagħna konna qegħdin niċċelebraw il-bidu ta’ sena ġdida ma’ dawk l-aktar għeżież għalina, tfajla fil-fjur ta’ ħajjitha ġiet maqtula kiesaħ u biered u stuprata minn ġuvni ta’ 20 sena. L-unika ħtija tagħha? Li hija mara u kienet fil-post il-ħażin, fil-mument il-ħażin. Il-vjolenza fuq in-nisa u l-femminiċidju mhux fenomenu ġdid f’pajjiżna u fil-pajjiżi ta’ madwar id-dinja. Proprju sentejn ilu bdejna
s-sena bl-istess diqa u rimors hekk kif mara oħra sfat maqtula, bid-differenza li l-qattiel tagħha ma kienx stranġier iżda s-sieħeb tagħha, missier uliedha. Dan ifisser li mara tinsab f’riskju ta’ vjolenza kemm jekk f’relazzjoni, kif ukoll jekk le. Il-frekwenza tan-nisa maqtula f’pajjiżna fl-aħħar snin hija allarmanti. Fl-aħħar 10 snin inqatlu iżjed nisa minn kemm inqatlu fl-aħħar 30 sena! Dan mhux ngħidu biex inbeżża’ iżda biex nifhmu li għandna problema, u li jekk mhux se neħduha bis-serjetà minn diversi aspetti se jkun hemm aktar episodji koroh bħal dawk li assistejna għalihom. L-inugwaljanza bejn is-sessi fis-soċjetà hija l-kawża primarja li twassal għal vjolenza kontra l-mara fosthom il-femminiċidju. L-isterjotipi u l-mentalità patrijarkali fis-soċjetà tagħna fil-konfront tal-mara huma bosta. Ngħixu f’sistema fejn l-irġiel għandhom aktar poter min-nisa u fejn l-irġiel huma privileġġati.
Dan kollu jwassal biex hawn min iħares lejn il-mara bħala oġġett ta’ gratifikazzjoni sesswali jew xi mira faċli għal theddid, kliem ta’ mibegħda u tgħajjir. Iwassal ukoll biex il-mara tkun soġġetta għal preġudizzju sistematiku fejn tiġi skrutinizzata iżda wkoll iġġudikata fuq l-opinjonijiet u l-għażliet tagħha, anke jekk jikkonċernaw liha. Interessanti li wieħed jifhem kif inħolqot il-patrijarkija biex nifhmu aħjar kif tista’ tiġi indirizzata. Jekk il-patrijarkija nħolqot mill-kultura ta’ eluf ta’ snin ilu, din tista’ titbiddel biss minn “kultura ġdida’’. Din hija teorija tal-antropoloġista Gerda Lerner, fejn tispjega din it-teorija f’diversi pubblikazzjonijiet tagħha. Ilkoll bħala ċittadini għandna rwol importanti x’naqdu fil-ħolqien ta’ din il-kultura ġdida. Il-kliem li nużaw, il-mod ta’ kif nitkellmu fuq in-nisa, l-azzjonijiet tagħna fil-ħajja ta’ kuljum u oħrajn. Il-lista ma tispiċċa qatt. Biex niġġieldu din il-kultura patrijarkali huwa kruċja-
li li l-abbuż u l-vjolenza jiġu rrappurtati dejjem. Il-mument li nżommu ħalqna magħluq jew nagħlqu għajnejna nkunu qed insiru kompliċi u parti mill-problema aħna wkoll. Irridu nieqfu wkoll nippruvaw insibu xi ġustifikazzjoni quddiem sitwazzjoni ta’ abbuż, il-vjolenza għandha tiġi kkundannata dejjem. Is-sapport għandu jingħata lill-vittma. Il-mument li niskużaw lill-aggressur inkunu qed infallu. Is-servizzi li varajna u l-liġijiet huma bżonjużi. Kien importanti għalina li nirratifikaw konvenzjonijiet fir-rigward, fosthom il-konvenzjoni ta’ Istanbul. Iżda l-liġijiet mhux kollox jekk ma jkunux akkumpanjati minn investiment b’saħħtu u impenn qawwi politiku, soċjali u edukattiv kontinwu. Importanti wkoll nifhmu t-terminu femminiżmu hekk kif ħafna jagħtuh konnotazzjonijiet żbaljati u inġusti. Li tkun femminist ma tfissirx li tobgħod lill-irġiel, li tkun femminist tfisser li temmen li ma hemm ebda sess privi-
leġġat. Tfisser li bl-azzjonijiet tiegħek tiġġieled u taħdem għal soċjetà aktar ugwali fejn il-mara ma taqax soċjalment, ekonomikament u politikament lura. Wara kollox l-irġiel igawdu wkoll jekk is-soċjetà tkun aktar ugwali anke għax ironikament l-irġiel ibatu wkoll minn stigma minħabba l-mentalità patrijarkali tagħna. Bħala deputat Laburista dan hu suġġett li dejjem żammejt fiċ-ċentru ta’ ħidmieti. Kien għalhekk li ressaqt b’konvinzjoni abbozz ta’ liġi biex ikollna rappreżentanza ugwali fil-Parlament. Kien għalhekk ukoll li ħdimt qatigħ biex pajjiżna jkollu l-ewwel strateġija nazzjonali u pjan ta’ azzjoni biex nindirizzaw l-inugwaljanzi u l-ostakli li jaffaċċjaw in-nisa f’Malta. Se nkompli naħdem bissħiħ sabiex finalment din l-istrateġija tiġi ppubblikata filwaqt li nimpenja ruħi f’aktar inizjattivi li jqajmu kuxjenza u għarfien fuq is-suġġett tal-ugwaljanza.
14
09.01.2022
XOGĦLJIIET ĠODDA FI FIL-BERAĦ TAL-MARS “Il-Ħolma t’Alla”, sensiela ta’ ritratti tal-istudent tal-fotografija Nathan Camilleri, tinsab għall-wiri fil-gallerija tal-arti fil-beraħ tal-Marsa-Ħamrun Bypass, bħala parti minn kollaborazzjoni bejn l-Istitut għall-Arti Kreattiva tal-MCAST u Infrastructure Malta. Is-sensiela fotografika ta’ Camilleri hija ispirata mill-poeżija ta’ Anton Buttigieg li ġġib l-istess isem. Buttigieg (19121983), serva bħala t-tieni President ta’ Malta u huwa wkoll wieħed mill-protagonisti tal-letteratura Maltija tas-seklu 20. “Il-Ħolma t’Alla” tistieden lill-qarrejja biex japprezzaw u jirrispettaw id-dinja bħala biċċa xogħol t’arti divina. Permezz tar-ritratti tiegħu, Camilleri jieħu lil dawk li jarawhom fuq vjaġġ sensorju tan-narrattiva ta’ din il-poeżija. Il-fotografu żagħżugħ jispjega li “dan il-proġett sawwar flimkien u ddokumenta l-element uman, in-natura u l-arti bl-istess mod li ħafna drabi huma marbutin fil-ħajja. Ir-ritratti jesponu l-ambjent lokali tagħna bħala għodda biex nibnu djalogu bejn il-letteratura, l-interpretazzjoni artistika u dawk li jaraw dawn ix-xogħlijiet. Il-kreazzjoni artistika tirrifletti ruħha fil-pajsaġġ lokali tagħna, li hija parti integrali minn sforz konġunt sabiex nipproteġu lid-dinja tagħna, li qed tiġi rappreżentata bl-immaġini ta’ tifla żgħira.”
09.01.2022
IL-GALLERIJA TAL-ARTI SA-ĦAMRUN BYPASS Infrastructure Malta u l-Istitut għall-Arti Kreattiva talKulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) nedew il-gallerija tal-arti fil-beraħ fil-Marsa-Ħamrun Bypass, l-ewwel tax-xorta tagħha f’Malta, f’Diċembru tal-2020. Il-gallerija tal-arti li tinsab f’nofs il-ġnien vertikali tul il-karreġġjata tan-Nofsinhar ta’ din it-triq, qed tagħti lill-istudenti tal-Istitut spazju alternattiv biex jesebixxu x-xogħlijiet artistiċi tagħhom b’mod li jitgawdew minn eluf ta’ persuni li kuljum jivvjaġġaw minn din ir-rotta prinċipali miċ-ċentru lejn in-naħa t’isfel ta’ Malta. Carmen Aquilina, Pierre Mifsud u Darren Tanti, it-tliet letturi tal-arti li żviluppaw dan il-kunċett ġdid t’arti fil-pubbliku flimkien ma’ Infrastructure Malta, użaw din il-kollaborazzjoni biex jistudjaw l-arti pubblika u komunitarja bħala għodda pedagoġika, sabiex il-pubbliku jiġi mħeġġeġ jitgħallem josserva u japprezza l-kreazzjonijiet artistiċi. Il-letturi fformulaw dokument b’linji ta’ gwida għall-edukaturi, amministraturi edukattivi u individwi oħrajn involuti fi proġetti simili tal-arti pubblika. Kopja ta’ dawn il-linji gwida tista’ tintalab lill-Istitut fuq 2398 7753. Għal aktar tagħrif u għajnuna, żur www.infrastructuremalta.com jew www.mcast.edu.mt, jew ikkuntattja lil Infrastructure Malta fuq 2334 1000, info.im@infrastructuremalta.com jew fuq Facebook, Twitter u Instagram.
15
16
09.01.2022
KREDIBILITÀ
Abela taf fejn int. Dak li wiegħdek, illum jew għada twettaq jew qed jitwettaq. Nagħti eżempju wieħed minn mijiet. Wiegħed €8 żieda fil-ġimgħa fil-pensjoni tul din il-leġiżlatura. Mhux talli ta dawn it-€8 talli sas-sena l-oħra ta diġà €11 żieda fil-ġimgħa. Apparti minn hekk, fi Gvern Laburista, il-poplu jara Gvern umli, Gvern tan-nies u li fuq kollox jammetti li f’ċirkustanzi jiżbalja imma ma jiqafx hemm, jieħu azzjoni fuq l-iżbalji u jara CATHERINE FENECH li mhux talli jirranġa imma joħloq opSegretarju tal-Eżekuttiv portunitajiet biex jagħti aktar krediNazzjonali tal-PL bilità u jinħoloq aktar lok ta’ ġid. Ħaddieħor huwa l-oppost. Għandna Oppożizzjoni li l-hena tagħhom Ftit tax-xhur ilu l-Kap tal-Oppożizz- iparlaw. L-ewwel jieħdu biex iparlaw, joni qal li qatt daqs illum mhu l-aħjar biex jippontaw subgħajhom, biex żmien sabiex toħroġ bħala kandidat jaslu għall-konklużjonijiet, biex jikmal-PN. Naħseb minn dakinhar li qal kritikaw mill-gallerija. Jippontifikaw hekk qajjem dak li t-Taljani jgħidu is-saltna tad-dritt imma is-saltna l’uccello del malaugurio, għax in- tad-dritt għalihom hija à la carte, fejn ħolqot lista ta’ deputati u kandidati jidhrilhom huma u kif iriduha huma. prospettivi Nazzjonalisti li ddikjaraw In-nuqqasijiet ta’ persuni li mhumiex pubblikamet li reġa’ bdielhom u mhu- tal-klikka tagħhom huma korruzzjoni miex se jikkontestaw l-elezzjoni f’is- u ħaqqhom il-forka, imma mill-banda em il-PN, u milli qed jidher din il-lista l-oħra nuqqasijiet simili ta’ persuni afli titwal. tal-fiduċja tagħhom, dawk ikunu biss Dan kollu jkompli juri kemm fil- dnub tal-abbatini. PN kompla jberraq minkejja Meta taffronta n-nuqqasijil-istampa li Grech qed et u tindirizzahom, tkun jipprova jbella’ li fil-PN umli u għaldaqstant hemm għaqda liekredibbli. Meta ma bħala u li qed taħseb li għandek jattira l-interess dritt divin li tiptal-elettorat. pontifika, li ħadFi Gvern Is-sondaġġi dieħor żbaljat, Laburista, il-poplu ma jurux dan. maħmuġ u Dawn ir-riżentipponta subjara Gvern umli, Gvern ji ma jurux għajk mingħatan-nies u li fuq kollox dan. Minħabjr ma tinduba x-xejriet li na li għandek jammetti li f’ċirkustanzi kienu qed juru erbgħa oħra s-sondaġġi, qajippuntaw lejk, jiżbalja imma ma jiqafx ċċtu Kap li tela’ li mingħalik tishemm, jieħu azzjoni b’mod demokratita’ taħbi taħt itku minn fost it-testapit in-nuqqasijiet fuq l-iżbalji serati. Issa li s-sondaġġi tiegħek, jagħmlek supkważi kważi jindikaw xeperv u għaldaqstant mhux jriet agħar, jinġiebu elf skuża kredibbli, mhux fdat. biex il-Kap preżenti ma jingħatax itU għalhekk il-poplu jibqa’ jafda lilltort għax dan hu l-midluk tal-fazz- PL għax fih jara l-umiltà li meta jsiru joni konservattiva. U x’ma qalux? Li nuqqasijiet jindirizzahom, jaħdem s-sondaġġi huma mbagħbsa, li n-nies fuqhom, jieħu d-deċiżjonijiet ibsin kien moħħom fil-ballun u l-aħħar kemm huma ibsin u minn sfida joħloq waħda li issa qegħdin wisq viċin elez- lok ta’ opportunitajiet sabiex joħroġ zjoni biex tikkunsidra li tbiddel il- aktar pożittività u fiduċja. Min ma Kap. joffrix soluzzjonijiet imma moħħu Il-verità hi li l-poplu jara biss kred- biss biex jiżra’ l-firda u n-negattività, ibilità fil-Partit Laburista għaliex bil- il-poplu ilu s-snin li tilef il-kredibilità PL fil-gvern immexxi minn Robert fih u warrbu u se jibqa’ jwarrbu.
Sur Editur, Il-President tar-Repubblika, mhux il-maħbub George Vella ta, Sur Editur! Imma l-President ta’ dawk li jsejħu lilhom infushon Republika, Robert Aquilina min jaf kemm se jgawdi jekk xi darba, God marelli forbid, jitla’ l-PeNe fil-Gvern. Ommi maaaa! Ara xi jsir minnu kieku dal-pajjiż! Imma ejja ma noħolmux ikrah. Għax qed ngħid hekk, Sur Editur? Għax marelli ma tgħaddix ġurnata mqaddsa li ma tarahx quddiem xi mkien ilablab fil-vojt. U joħlom dat-tifel ta! Kont naħseb li Joe Sherlock Holmes Mikallef joħlom jien! Dak li jimla l-gazzetta tagħhom tal-Ħadd bil-ħrejjef. Imma dan Aquilina jikkompetilu sew ta! Ġieżu Ġież! Kemm iparla minn patattu! Għandu immaġinazzjoni fertili iktar minn fejn jikber il-ħass tal-Marsa! U jekk hemm prova ta’ kemm dawn il-forċini ta’ dawk li jmexxu lil Bendu minn imnieħru, ma jirrispettawx lill-awtoritajiet ta’ pajjiżna, trid tisma’ lil dan Aquilina jitkellem. Għax skont hu ħadd mill-aw toritajiet mhu qed jagħmel xogħlu. Ħallina ngħixu ħi! Aħjar jaraw taħt abthom dawn. Bħall-istorja tat-taxxa. Jiġi l-għaref ta’ Salamun Bernie jitkellem fuq it-taxxa. Nesa kemm ma ħallasx taxxa dan. Jiġifieri ma tantx huwa kwalifikat biex jitkellem kontra l-evażjoni tat-taxxa, Sur Editur. U biex tgħaxxaq, ħariġlu bħal morlita dak li kien ixejjer iz-zalzett biex jagħmel reklam tal-Barbikjuws tal-PeNe, David Thake. Li sirna nafu li ma nafx kemm-il elf ewro ta’ VAT li kienu ħallsu diġà l-klijenti żamm għandu u ma tahomx lid-dipartiment. Ieħor kwalifikat li ma jistax jitkellem dwar l-evażjoni tat-taxxa dan. U Bernie qed jipproteġih, ‘kk ma tridx! Għax tagħhom kollha jgħajtu bir-ragħwa nieżla ma geddumhom li tagħna jridu jirriżenjaw u jwarrbu. Imma meta jkun hemm dell u provi fuq tagħhom, le, ma tarax! Dawk jistgħu jagħmlu li jridu, għax imsieken. Qegħdin sew ta! Ara lil dawn ma jsemmihomx Aquilina, li jkollu laqgħat mat-tmexxija Nazzjonalista biex tiġi diskussa strateġija politika. Jagħmel hu, ta biex nifthemu, għax xogħlu qiegħed jagħmel. Ħalliha li xogħol imnellaħ għax jekk vera jemmen f’dak li qed jagħmel jibbilanċja l-miżien, u jsemmi ta’ kulħadd mhux tal-politiċi tan-naħa tagħna biss. Imma ħej, din tirrifletti wkoll x’jiġri, nerġa’ ngħid God forbid, jekk jitilgħu huma fil-gvern. Imsieken aħna l-Laburisti. U msieken dawk li jikkoperaw mal-Gvern tagħna, għax ipattuhielhom żgur daqskemm huwa żgur li Melda tiegħi llum qed issajjar borma kusksu bil-ful. U għalxejn ngħidilha li tista’ tieħu break minn dal-madre kusksu bil-ful, għax darba f’ġimgħa trid tagħmlu, ‘qq l-ożbreċ. Aħseb u ara meta l-ful ikun fl-istaġun, Sur Editur. Taf x’ħadt gost fil-jiem li għaddew? Nisma’ l-messaġġ tal-Prim tagħna. Kemm jaf jitkellem! U tisimgħu jitkellem, tħossok kuntent li pajjiżna jinsab f’idejn tajba. U ħadt gost ukoll nisimgħu jitkellem fuq dak li ġej għalina din is-sena. Sena tal-elezzjoni. U iva naqbel miegħu li rridu nirrispettaw lil xulxin. Għax kulħadd għandu l-partit tiegħu. Vera hemm ħafna u ħafna aktar li għandhom il-partit tal-Labour, imma dik storja sabiħa oħra. Issa aħna l-Laburisti dejjem obdejna. U jekk il-Prim qalilna li jixtieq li din is-sena tkun sena li jarana nġibu bidla kbira fil-mod kif naġixxu ma’ xulxin, aħna l-Laburisti żgur li se nobdu. Għax nifhmu dak li jrid jgħid. Issa naraw tagħhom jekk iridux il-ġid tal-poplu u jekk jaġixxux magħna bl-istess mod. Iva ħożż fl-ilma, Sur Editur! Il-Prim qalilna li dis-sena l-poplu se jkun mitlub li jagħmel l-għażla tiegħu. Għażla li trid issir fi spirtu ta’ rispett fejn niddibattu l-ideat u l-ħsibijiet differenti u mhux nattakkaw il-persuni. Anzi, bid-diskors tagħna rridu li ngħaqqdu ’l-pajjiż, mhux nifirduh. Bit-tgħajjir jitlef kulħadd. Bl-ideat nibnu pajjiż isbaħ u aħjar. Aħjar xi ħadd ifiehem dan lil tagħhom, Sur Editur. Mill-esperjenza qed ngħidlek. Għad-dieħla!
17
09.01.2022
KAPITALI EWROPEJ TAL-VEĠETARJANI
Sors: USWITCH.COM
BELT (PAJJIŻ)
RATA /10 PREZZ MEDJU
Belgrad (is-Serbja)
8.85
€15.98
VALLETTA (Malta)
8.84
€23.55
Zagreb (il-Kroazja)
8.78
€32.48
Tirana (l-Albanija)
8.76
€20.30
Ateni (il-Greċja)
8.74
€16.66
Bucharest (ir-Rumanija)
8.73
€32.52
Lisbona (il-Portugall)
8.73
€20.48
Sofija (il-Bulgarija)
8.68
€21.20
Praga (ir-Rep. Ċeka)
8.64
€27.69
Riga (il-Latvja)
8.62
€19.88
Bratislava (is-Slovakkja)
8.61
€16.42
Vilnius (il-Litwanja)
8.61
€16.43
Budapest (l-Ungerija)
8.57
€17.92
Amsterdam (l-Olanda)
8.53
€22.36
Bern (l-Iżvizzera)
8.51
€38.90
Il-Belt Valletta spiċċat fit-tieni post fost l-ibliet prinċipali Ewropej li joffru għażla wiesgħa u bi prezz tajjeb ta’ ikliet veġetarjani. Il-kapitali Maltija ma ġietx fl-ewwel post għal 0.01 biss u nqabżet mill-kapitali Serba. Dan joħroġ minn analiżi ta’ Uswitch.com, li tat ħarsa lejn liema huma l-aħjar kapitali Ewropej li huma ġenna tal-art għall-veġetarjani. Jannar hu marbut ma’ dik li qed tissejjaħ Veganuary, li tfisser li għal xahar sħiħ issir kampanja madwar id-dinja li l-għan tagħha hu li tħajjar lill-pubbliku biex għall-ewwel xahar tas-sena jneħħi l-laħam u prodotti konnessi mid-dieta tiegħu. Fil-kampanja, li tnediet f’Jannar tas-sena li għaddiet, kien hemm xejn inqas minn nofs miljun persuna li pparteċipaw, żieda ta’ aktar mid-doppju minn dawk li pparteċipaw fl-2019. Issa joħroġ li, għall-veġetarjani, Belgrad hi l-mekka Ewropea, li litteralment bi żbrixx tinsab fil-quċċata tal-klassifika b’punteġġ ta’ 8.85 minn total ta’ 10, bilBelt Valletta ssus warajha bil-punteġġ ta’ 8.84. Zagreb, il-kapitali Kroata, ġiet
fit-tielet post bi 8.78. Valletta tisboq sew dan in-numru għax Fuq in-naħa l-oħra tal-klassifika għandha xejn inqas minn 1,201 restohemm Helsinki, il-kapitali tal-Finland- rant li joffru menù tajjeb għall-veġetarja, fl-aħħar post b’punteġġ ta’ 8.08, jani. Bħala numru ta’ restoranti li jaħsminkejja li dan il-pajjiż għandu r-raba’ bu f’ikel veġetarjan, il-kapitali Maltija l-ogħla rata ta’ veġetarjani fl-Ewro- tinsab fil-11-il post. pa, dak ta’ 11%. Helsinki, iżda, L-istħarriġ ta’ Uswitch.com baqgħalha x’taqdef biex imur lil hinn mir-restoranir-restoranti tagħha jilħqu ti vegetarjani u jagħti rata ta’ sodisfazzjon wkoll ħarsa dettaljata fid-disponibilità ta’ ikel ta’ wieħed x’jistenna veġetarjan fil-menù mill-kapitali Ewropej Il-Belt Valletta tagħhom u fi prezzijiet – f’dak li huwa ikel u affordabbli. xorb. għandha mal-1,200 Il-Belt Valletta Hawnhekk il-Belt restorant li joffru tispikka f’din il-klassiValletta tħabbatha sew ikel veġetarjan fika, minkejja li l-prezz ma’ kapitali Ewropej medju ta’ ikla huwa oħrajn u fil-klassifika fil-menù kemxejn aktar għali minn tinsab fil-ħames post, maldak ta’ Belgrad. Fil-fatt, prezz aqwa 10 kapitali Ewropej fejn medju ta’ ikla fil-kapitali Serba hu jidħlu restoranti, pubs, fast-food, ta’ €15.98, 32% orħos mill-prezz medju kafetteriji u ovvjament il-prezzijiet li fil-kapitali Maltija, li hu dak ta’ €23.55. wieħed irid iħallas għal ikla, xarba jew Madankollu, filwaqt li Belgrad għand- kafè. ha total ta’ 381 restorant li jikkwalifikaw F’din il-klassifika, Ateni fil-Greċja tokgħall-għan ta’ dan l-istħarriġ, il-Belt kupa l-ewwel post b’punteġġ ta’ 88.47%,
ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.
imbagħad Belgrad (is-Serbja) 83.06% , Sofija (il-Bulgarija) 79.63%, Tirana (l-Albanija) 78.76% u l-Belt Valletta fil-ħames post b’punteġġ ta’ 78.73%. Il-Belt Valletta rinomata wkoll għal dawk li jaqbżu l-kolazzjon filgħodu, imma jkunu jridu jitrejqu qabel l-ikla ta’ nofsinhar. Tant li f’din il-klassifika partikolari tinsab fir-raba’ post. Tinsab ukoll fir-raba’ post għall-għażla wiesgħa ta’ pubs, b’rata ta’ 8.86 minn 10. F’din il-klassifika Montenegro jin sab fil-quċċata. Anki fejn jidħol ikel fast food, il-kapitali Maltija tinsab fil-ħames post, meta fil-quċċata hemm Skopje, il-kapitali tal-Maċedonja. Inbatu ftit fejn jidħlu l-kafetteriji, għax ninżlu fit-13-il post. Anki fejn jidħol prezz medju ta’ ikla, il-Belt Valletta tispiċċa fil-11-il post bi prezz medju ta’ €23.55. Bħala kapitali Ewropea, l-orħos prezz medju hu dak ta’ Skopje – €14.10. B’mod ġenerali madankollu, naraw li l-Belt tinsab ferm quddiem bliet kapitali ta’ pajjiżi ikbar, fosthom Ruma, Madrid u Pariġi.
18
09.01.2022
JOQORBU L-AVVENIMENTI TAL-ISPECIAL OLYMPICS MALTA INVITATIONAL GAMES 2022 Kitba ta’ CLIFFORD GALEA
Avveniment kbir li se jsir għall-ewwel darba f’pajjiżna huwa l-Ispecial Olympics Malta Invitational Games 2022. Dan se jkun mument importanti għal pajjiżna, mhux biss fir-rigward sportiv, imma wkoll f’sens ta’ inklussività. Tkellimna ma’ Anna Calleja, Direttur Nazzjonali ta’ Special Olympics Malta. X’ser ikunu l-Ispecial Olympics? Special Olympics Malta hija l-akbar għaqda dinjija li tipproduċi kompetizzjoni sportiva u taħriġ fis-26 dixxiplina sportivi. Fl-Ispecial Olympics jieħdu sehem atleti b’diżabilità intellettwali. Kull individwu, kull atleta jista’ jieħu sehem f’wieħed jew żewġ dixxiplini sportivi skont l-abbiltà tiegħu jew tagħha. L-Ispecial Olympics hija għal kulħadd mhux biss għall-atleti li huma elit jew aħjar għal dawk l-aktar abbli. F’Mejju, f’Malta ser jiġu organizzati l-Ispecial Olympics Malta Invitational Games 2022, fejn l-atleti ser jikkompetu fl-atletika, bowling, boċċi, futbol, table tennis u l-għawm. 25 pajjiż, fosthom Malta, mill-Ewropa u lil hinn, ser jkunu qegħdin
jieħdu sehem f’din iċ-ċelebrazzjoni sportiva. Madwar 1,000 atleta, minn 16-il sena ’l fuq, ser jieħdu sehem f’dawn id-dixxiplini sportivi. X’inhu għaddej bħalissa fir-rigward tal-preparazzjonijiet? Il-preparazzjonijiet huma diversi. L-ewwel nett kull atleta u kull membru tal-familja jrid jiġi rreġistrat, kemm l-atleti Maltin kif ukoll dawk barannin. Kull individwu li jrid ikun parti minn dawn il-logħob irid ikun irreġistrat, imma ejja mmorru lil hinn mir-reġis-
trazzjoni u nispejga fil-qosor x’jiġri: - Hemm tim li jieħu ħsieb iċ-ċerimonja tal-ftuħ u dik tal-għeluq – dan it-tim jieħu ħsieb il-preparazzjonijiet kollha. Iċ-ċerimonji ser isiru l-Belt Valletta fi Pjazza San Ġorġ. - Għal dan l-avveniment inħolqot kanzunetta, li ser tiġi mnedija dalwaqt, kantata minn Ira Losco. - Ser jkun hemm ‘Young Athletes Demonstration Programme’ u ‘Motor Activity Training Demonstration Programme’. Dawn huma żewġ programmi fejn jitħarrġu atleti taħt is-16-il sena fil-
‘Young Athletes Programme’, li huma żgħar wisq biex jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet, u fil-każ tal-‘Motor Activity Training Programme’ hemm atleti kbar b’diżabilità severa li wkoll ma jipparteċipawx f’kompetizzjonijiet. Kif qed tara aħna nixtiequ li ma nħallu lil ħadd barra f’dan l-avveniment daqshekk importanti. - Ser tiġi organizzata ‘University Forum’, fejn Professuri minn Virginia fl-Amerka, mill-Belġju u mill-Ġermanja, kif ukoll minn Malta, ser ikunu qegħdin jingħaqdu sabiex jiddiskutu l-isport għal persuni bi sfidi differenti.
Avveniment kbir li se jsir għall-ewwel darba f’pajjiżna, huma l-Ispecial Olympics Malta Invitational Games 2022. Dan se jkun mument importanti għal pajjiżna, mhux biss fir-rigward sportiv, imma wkoll f’sens ta’ inklussività
- Imbagħad għandek ukoll il-kompetizzjonijiet sportivi. Hawnhekk nixtieq nirringrazzja lil Sport Malta, lill-Ministeru tal-Edukazzjoni, kif ukoll lill-Ministeru tal-Inklużjoni tal-għajnuna u s-sapport tagħhom. Għaliex huwa avveniment daqstant importanti? Avveniment importantissimu. Avveniment li ser iħalli impatt, mhux biss għal Malta u għall-qasam sportiv, imma iżjed importanti għall-qasam sportiv fejn jidħlu persuni b’diżabilità intellettwali. Dan l-avveniment ċertament ser ikun ta’ messaġġ għall-komunità kollha. Avveniment li ser jiġbor fih it-tifsira ta’ għaqda, ferħ, inklużjoni u diversità. Avveniment li ser iħalli messaġġ ċar, li dawn illogħob huma ta’ eżempju għal kull wieħed u waħda minna – id-differenza ma teżistix f’dawn il-logħob, kulħadd huwa aċċettat. Dawn illogħob huma logħob ta’ kuraġġ, ferħ, aċċettazzjoni, u inklużjoni. Messaġġ mhux għallMaltin biss, imma anki għal barra minn xtutna. Messaġġ li Malta hija progressiva,
19
09.01.2022
fejn kull persuna tingħata l-opportunità, fl-isport, fuq ix-xogħol, fid-drittijiet, u tippromwovi ugwaljanza. Bħal kull ħaġa oħra l-atleti jingħataw l-opportunità li juru l-abbiltajiet tagħhom. Imma dawn il-logħob ser ikunu logħob ta’ kulħadd, mhux biss għall-atleti, ta’ kull wieħed u waħda minna, ta’ kull ċittadin Malti, tal-komunità Maltija kollha. Okkażjoni fejn kull atleta Malti se jipparteċipa u l-familji se jsegwu l-ħiliet u l-abbiltajiet ta’ wliedu. Messaġġ b’saħħtu ta’ progress, opportunità, għaqda, imħabba, unità u ferħ. Din hija l-ewwel darba li f ’pajjiżna ser isir dan l-avveniment? Special Olympics Malta ilha attiva 20 sena f’Malta, u kibret minn erba’ atleti għal madwar 2,000 atleta minn tliet snin ’il fuq. Kull erba’ snin, Special Olympics torganizza n-National Games, sabiex l-atleti Maltin jikkompetu flimkien bejniethom. Iżda din hija l-ewwel darba li Malta ser torganizza avveniment daqshekk kbir. Il-pubbliku kif jista’ jagħti
sehmu jew jipparteċipa? Għal avveniment daqshekk kbir il-pubbliku jista’ jkun ta’ għajnuna u appoġġ kruċjali. Ftaħna espressjoni ta’ interess għall-pubbliku li huwa interessat li jipparteċipa jew jgħin waqt l-avveniment – għajnuna u sapport li jinvolvi t-tmexxija tal-avveniment, pereżempju l-għajnuna waqt iċ-ċerimonji, l-għajnuna waqt il-logħob, l-għajnuna biex iqassmu ilma jew snacks waqt l-avveniment u affarijiet oħra relatati mal-avveniment. Iżda l-aktar importanti hu li l-pubbliku jkun hemm jappoġġja lill-atleti tagħna waqt iċ-ċerimonji u speċjalment waqt il-logħob. X’messaġġ irid iwassal avveniment bħal dan? Kif diġà aċċennajt qabel, il-messaġġ huwa wieħed importanti – messaġġ ta’ kuluri, messaġġ ta’ ferħ, messaġġ ta’ kuraġġ, messaġġ ta’ aċċettazjoni, messaġġ ta’ saħħa, messaġġ ta’ inklużjoni, messaġġ ta’ għaqda. Dan il-messaġġ ser jgħadduh b’saħħa l-atleti kollha li ser jipparteċipaw. Dan l-avveniment huwa spettaklu ta’ abbiltajiet li kull
atleta għandu. Huma se jkunu l-protagonisti, se juruna xi tfisser l-għaqda, l-imħabba, u r-rispett lejn xulxin. Kull ostaklu li huma jissuperaw, kull ostaklu li huma jaqbżu, kull ostaklu li huma jiksru, l-atleti jkunu qegħdin iwasslu messaġġ – ‘aħna kapaċi, aħna naslu, aħna ċittadini sħaħ, aħna parti mis-soċjetà’ – dan huwa l-messaġġ ta’ dan l-avveniment. Appell għall-għajnuna u għall-ġenerożità millpoplu Malti, anke fid-dawl, li avveniment bħal dan jirrikjedi sapport. Special Olympics Malta hija NGO li tappoġġja l-importanza tal-volontarjat. Special Olympics Malta ma teżisitx mingħajr il-ħin, l-enerġija, l-impenn u l-entużjażmu tal-volontiera. Aħna naċċetaw kull għajnuna u nirrispettaw lin-nies li jsibu l-ħin biex jgħinuna. Special Olympics hija dwar it-trasformazzjoni tal-ħajja, inkluża tiegħek u tiegħi. Huwa dwar spirtu ta’ għotja u ħidma f’tim. Huwa l-mument li jagħmel il-komunità u lis-soċjetà aktar akkoljenti u li naċċettaw nies ta’ kull kapaċità.
20
09.01.2022
L-ARMAMENTI FUQ IL-BASTIMENTI TAL-KURSARI MALTIN Illum, ma’ Liam Gauci, Kuratur tal-Mużew Marittimu fil-Birgu se nittrattaw l-armamenti u l-provvisti li kienu jinġarru fuq ilbastimenti tal-kursari, li jitilqu minn Malta għall-kors. Kull bastiment kien ikun iċċekkjat mill-Ordni qabel ma joħroġ mill-Port. Naturalment ma jfissirx li tul il-vjaġġ, l-ekwipaġġ kien jikkonsma biss l-affarijiet imniżżlin fil-logbook, għax ġeneralment, ilprovvisti kienu jiżdiedu tul il-vjaġġ, biex ikun żgurat li dejjem ikunu friski. Minn CHARLES B. SPITERI Liam, ladarba l-kaptan ikun akkwista l-bastiment, xi jkun imiss?
Dehra ta’ kif kien isir il-mili tal-granati
Hu kien ikollu jħabbel rasu biex jgħammru bl-armamenti, li kienu essenzjali fil-ħidma tal-kursari. Ħafna mill-armamenti użati mill-ekwipaġġ kienu jinkrew bi ħlas mill-Ordni stess. Fisseħħ kien hemm sistema antika, li permezz tagħha l-kursari kienu jagħmlu użu mill-armerija kollha maħżuna u miżmuma mill-Ordni. Fl-1787 il-Kaptan Gaetano Cumbi kien ikkonsenjat l-armi mill-armerija fil-Belt Valletta. Fl-1791 il-Kaptan Giuseppe Galea reġa’ ġie kkonsenjat l-istess armi li kien uża fi spedizzjoni preċedenti. L-armi mikrija kienu jvarjaw skont it-tip ta’ bastiment li jarmaw il-kaptan u s-sidien tal-bastimenti u jitqies ukoll in-numru ta’ baħrin li kienu se jiġu imbarkati. Nistgħu niksbu għarfien xjentifiku ta’ klassijiet differenti ta’ bastimenti, ngħidu aħna jekk wieħed iqis feluka bħala l-iżgħar klassi ta’ bastiment imħaddem għall-kors u frejgata bħala l-akbar? Normalment feluka kien ikollha xkopi koperti (blunderbusses) kbar minflok il-kanuni tas-soltu. Fl-1791 il-Kaptan Benedetto Valentini rama l-feluka tiegħu b’erba’ tromboni a cavaletto biss (xkopa koperta kbira mwaħħla fuq u madmad jew stilt). Din il-feluka kellha ekwipaġġ ta’ 20 raġel. Il-baħrin abbord il-feluka Vergine del Carmelo kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom 15-il xkopa koperta li jinżammu fl-idejn, 12-il azzarin, 18-il pistola, 6 lanez u 18-il nofs xabla. Il-galjotti żgħar kellhom ekwipaġġ akbar u sussegwentement kienu armati kemxejn aħjar. Fl-1798, il-galjotta ta’ Giuseppe Ca-
milleri, kellu ekwipaġġ ta’ 35 raġel. Kien armat b’żewġ kanuni tal-bronż u tnejn tal-ħadid. Ġeneralment, kanuni bħal dawn kienu jkunu armati fuq ir-rambata fuq quddiem tal-bastiment. Il-galjotta wkoll kienet armata b’erba’ xkopi koperti fuq madmad (trombone a cavalletto).
Allura l-kursari x’armi kienu jingħataw? Il-35 kursar kellhom 12-il xkopa koperta li jinżammu fl-idejn, 18-il azzarin, 12-il pistola, 18-il xabla, 4 lanez u 27 ċinga tal-ġilda biex jiddendlu l-armi magħhom. Galjotta oħra armata fl-1796
mill-Kaptan Agostino Orlandini kellha armamenti identiċi: kienet immexxija minn 36 raġel, iżda Orlandini akkwista 30 azzarin meta mqabbel mat-18 akkwistati minn Camilleri. Il-galjotta akbar tal-Kaptan Gaetano Cavasso kienet immexxija minn 60 raġel, armati b’sitt kanuni u erba’
xkopi koperti fuq madmad. Is-60 baħri setgħu jagħmlu użu minn 30 xkopa koperta li jinżammu fl-idejn, 40 azzarin, 40 pistola u 40 xabla. Il-baħrin ġew ipprovduti b’40 bandolieri biex idendlu magħhom ix-xwabel u l-pistoli tagħhom waqt li jkunu jisparaw fuq l-għadu bil-pistoli tagħhom. Ix-xambekki kellhom armamenti differenti?
Il-xambekki kienu klassi ta’ bastimenti totalment differenti għall-armi. B’differenza mill-galjotta u l-feluka, ix-xambekki kellhom batteriji tal-kanuni mal-ġnub, minflok fil-pruwa. Instabu numru ugwali ta’ kanuni fuq kull naħa tal-bastimenti
Il-xambekki kienu klassi ta’ bastimenti totalment differenti għall-armi. B’differenza mill-galjotta u l-feluka, ix-xambekki kellhom batteriji tal-kanuni mal-ġnub, minflok fil-pruwa. Instabu numru ugwali ta’ kanuni fuq kull naħa tal-bastimenti. Fl-1791 il-Kaptan Michele Picasso kellu xambekk armat bi 22 kanun, miżjudin b’sitt kanuni li jduru u erba’
21
09.01.2022
Pistola tipika milli kienu jiġu missellfa fuq il-bastimenti tal-kursari
xkopi koperti fuq madmad. Dawn kienu perfetti kontra min jattakka l-bastiment, u jgħinu wkoll fl-ilqugħ tal-kursari qabel ma jitilgħu fuq bastiment tal-għadu. Waqt battalja, il-130 membru tal-ekwipaġġ setgħu jagħmlu użu minn 70 xkopa koperta li jinżammu fl-idejn, 70 azzarin, 70 pistola u 70 xabla. Iċ-ċineg tal-ġilda għall-armi varji, imsejħa bandolieri, kienu jammontaw għal 80. Picasso kellu wkoll 12-il lanza abbord. Il-korvetta akbar tal-Kaptan Felice Micallef, fl-1796 kienet imħaddma minn 110 irġiel. Armata b’34 kanun, il-korvetta Santissimo Crocefisso e la Vitoria kienet bastiment tajjeb għall-kursari. Kienet armata b’16-il kanun ta’ sitt libbri, 12-il kanun ta’ żewġ libbri u sitt kanuni ta’ nofs libbra. Magħhom, sitt xkopi koperti fuq madmad biex jikinsu l-gverti tal-għadu. Il-110 irġiel ma kinux kollha mgħammra bl-armi tassoltu għall-imbark li nstabu fuq il-bastimenti iżgħar. Il-Kaptan Lorenzi jissemma f ’dan il-perjodu? Il-Kaptan Lorenzi kien filproċess li jarma wieħed mill-aktar bastimenti tal-kursari b’saħħithom biex ibaħħar minn Malta matul it-tieni nofs tas-seklu 18, sewwasew f ’April tal-1787. Hu kellu taħt il-kmand tiegħu, frejgata b’54 kanun. Ittama li jiġbor ekwipaġġ ta’ 300 raġel. Minbarra l-kanuni, l-armament tal-frejgati kien jikkonsisti f ’10 xkubetti li jduru u 10 xkopi koperti fuq madmad. L-armerija kellha 100 xkopa koperta, 150 azzarin, 100 pistola u 100 xabla. Din il-frejgata kienet tista’ tgħid eċċezzjoni, iżda xorta waħda tifforma parti mil-lista twila ta’ bastimenti f ’Malta. Kienet magna
tal-gwerra privata impressjonanti, li l-Kors Malti kien għadu kapaċi jħaddem flaħħar snin tiegħu. Nistgħu nħarsu wkoll lejn il-vaxxell tal-Kaptan Pietro Zelalich bħala eżempju ieħor ta’ frejgata tal-perjodu. Il-vaxxell kien ftit iżgħar mill-bastiment ta’ Lorenzi u kien immexxi minn 150 raġel. Il-bastiment kellu 21 kanun, irreġistrati bħala piccoli e grandi (żgħar u kbar). In-numru ta’ armi li jinżammu fl-idejn abbord il-bastiment kien jammonta għal 120 azzarin, 50 xkopa koperta, 40 pistola u 130 xabla. X’kien l-aktar importanti għas-suċċess tal-kors? Naturalment l-artillerija. Huma kienu l-għodod tal-kummerċ. L-ordinanza kienet il-mezz li bih ħafna kaptani ssottomettew lill-għadu tagħhom. Kull kaptan kien jittama li l-għadu jċedi qabel ma jsir ilqbiż minn bastiment għal ieħor, biex ikun evitat it-tixrid tad-demm. Dan kien jitfisser ukoll bħala li ma jkunx hemm telf ta’ ħajjiet tal-ekwipaġġ waqt il-ġlied sider ma’ sider fuq il-gverta tal-bastiment tal-għadu, li s-soltu kien isegwi kull imbark. Għalhekk kien importanti li jkun hemm nies imħarrġin sew biex jisparaw, u kien għalhekk li l-Kaptan Leopoldo Desira għamel ċert li l-kursari li xogħolhom kien li jisparaw, ikunu mħarrġin sew. F’nofsinhar tat-30 ta’ Settembru 1778 il-batteriji kollha abbord il-frejgata ġew imħarrġin sal-perfezzjoni. Dan it-taħriġ sar fuq ilbaħar u kien ukoll eżerċizzju li sar minn bastimenti navali oħrajn. Mhux biss żamm lill-ekwipaġġ fuq allert iżda żgura wkoll li l-kanuni kienu f ’ordni ta’ battalja.
Iżda sewa dan it-taħriġ? Dażgur. F’Lulju 1788 il-Kaptan Giovanni Gera abbord ix-xambekk tiegħu ħataf erba’ bastimenti tal-għadu. Wara sigħat ta’ tbaħħir, wieħed mill-bastimenti kien maqtugħ mill-konvoj. Gera għolla l-istandard tal-Gran Mastru għall-ħoss ta’ kanun waqt li l-bastiment l-ieħor għolla l-bandiera ħamra Torka bi tweġiba. Immedjatament, Gera ta l-ordni biex jitniżżlu l-qlugħ u jħejju għall-azzjoni. Il-kanuni abbord ix-xambekk tiegħu kienu mgħobbijin bi kwantità ta’ balal żgħar li jisparaw f ’salt. Kif l-għadu ra hekk, niżżel il-bandiera tiegħu bħala turija ta’ ċediment. Minflok ma joqgħod jiġġieled, l-għadu kien ġeneralment jistenna l-ewwel nar u jekk jara li jkun qawwi, kien iċedi. X’tip ta’ kanuni kien ikun hemm abbord? Il-bċejjeċ tal-artillerija kienu jvarjaw minn bastiment għal ieħor. Ħafna mill-bastimenti tal-perjodu kienu mgħammrin b’kanuni tal-ħadid, peress li dawn kienu aktar affordabbli. Il-kanuni tal-bronż rari kienu użati, għalkemm jeżistu eżempji: il-Kaptan Orlandini kellu żewġ kanuni tal-bronż abbord il-galjotta tiegħu. Dak li kien tassew iħasseb lill-kaptan tal-kors, kienu d-diversi tipi ta’ projettili li seta’ jispara waqt il-battalja. Il-kanuni setgħu jisparaw diversi projettili: sa granati u bombi tan-nar. Dawn intużaw biex jeqirdu l-bastimenti tal-għadu b’diversi gradi. Wieħed irid jiftakar li l-kursari qatt ma kellhom l-intenzjoni li jgħerrqu l-bastiment tal-għadu – iżda li jwassluh fi stat li ma setax jiġġieled u jċedi.
Minkejja n-numru kbir ta’ armi u armamenti reġistrati uffiċjalment, li kienu jittellgħu abbord bastiment talkors, dawn ma kinux l-uniċi li kienu jinstabu. L-armi personali – mhux reġistrati jew mikrija mill-Ordni – xi drabi kienu jinġarru wkoll fuq il-bastiment minn baħrin individwali. Meta s-surġent Pietro Trippocovich marad abbord il-bastiment tal-Kaptan Lorenzi, ġie trasferit fuq bastiment ieħor tal-Kaptan, minħabba li kien hemm nuqqas ta’ spazju u mediċina li setgħet ittejjeb il-qagħda tiegħu. Iżda Trippocovich miet fi żmien ftit sigħat mit-trasferiment minn bastiment għal ieħor, u t-testment tiegħu ġie mfassal ftit sigħat qabel mewtu. Dan jagħtina dehra interessanti fuq x’tip ta’ armi kien se jġorr miegħu uffiċjal abbord bastiment tal-kors. Trippocovich kellu sikkina, xabla, pistola, u azzarin, kollha fl-istil schiavone. M’hemm l-ebda evidenza kif jew jekk dawn l-armi ntużawx fil-battalja, iżda ma jidhirx li hemm xhieda kuntrarja. Jiġifieri l-armi personali kienu daqstant importanti? Hi ħaġa minn ewl id-dinja li uffiċjal jew kaptan li jrid jirnexxi fil-professjoni tiegħu jaċċerta ruħu li jkollu l-aqwa għodda ta’ sengħetu. Il-Kaptan Guglielmo Lorenzi kien wieħed minn dawk li ħa interess speċjali jarma lilu nnifsu bl-aħjar mod li seta’. Fil-fatt, il-Korsikan kellu armerija ċkejkna fil-kabina tiegħu: xabla biċ-ċinturin, żewġ azzarini Torok, xabla bi gwardja tal-fidda, żewġ pistoli maħsulin bil-fidda, tliet pari pistoli, xabla fl-istil schiavone, karabina, azzarin u ieħor fl-istil Albaniż, par azzarini għall-kaċċa, u xkopa kopertas żgħira. Ikun interessanti nafu liema għażla ta’ armi kien juża waqt ingaġġ. Dan peress li l-armi kienu l-mezz li bihom kaptan talkors kien imexxi ħidmietu. Li kaptan ikollu l-armi personali kien jgħinu jwettaq xogħlu aħjar. Madankollu, ix-xogħol sar bi stil, u l-armi ta’ Lorenzi jixhdu dan. Insibu xi ħaġa fuq l-ikel u l-proviżjon? Insibu dan mil-Logbook tal-Kaptan Girolamo Ricardi tal-1796: “Nell isola di Termi fu fatto un massacro di carne e fu mangiato del equipaggio cioè due bovi e cinque montoni che non furono pagati.” Ladarba jkun intgħażel bastiment u l-armi akkwistati u elenkati - l-aħħar oġġett essenzjali li kellu jinkiseb
kien l-ikel. Il-provvisti kienu parti essenzjali minn kemm kien ikolla suċċess kampanja korsarja. Ekwipaġġ mitmugħ tajjeb kien ekwipaġġ ferħan, u kien imur tajjeb ħafna fit-treġija tajba ta’ bastiment. L-ikel kollu li jinġarr abbord vapur tal-kursari kien jitħallas mill-kaptan u s-sidien tal-bastimenti. Qabel ma kull bastiment kien jitħalla joħroġ mill-port, l-Ordni kien jiċċekkjah u jirreġistra kull oġġett li jittella’ fuq il-bastiment. Iż-żewġ listi li ġejjin juru dak li nġarr abbord żewġ vapuri differenti ħafna – feluka żgħira u frejgata. Naraw li l-feluka tal-Kaptan Valentini ġarret: Gallettini = 635.2 kg; Ross u għaġin varji = 39.7 kg; Fażola = 72.8 litri; Żejt taż-żebbuġa = 34.386 litru; Ħall = (mhux magħruf ); Grappa = (mhux magħruf ); Inbid = 216-il litru; Passole = 3.97 kg; Perżut affumikat = 1.588 kg; Supressat = 3.97 kg; Ġobnijiet varji = 55.58 kg; Xaħam = 15.88 kg; Butir = 0.794 kg; Barmil sardin = 43.2 litru; Żebbuġ = 36.9 litru; Tarja (għaġin twil irqiq = 3.97 kg; Bajd = 60. Dan kollu ta’ hawn fuq kien maħsub biex iservi feluka ta’ 20 raġel għal sitt xhur. Issa din li ġejja hija lista ta’ dispożizzjonijiet maħsubin għal madwar 250 raġel għal madwar sena. Il-frejgata tal-Kaptan Lorenzi kienet iġġorr: Galletti = 26,996 kg; Inbid = 10,800 litru; Ġobnijiet varji = 1,588 kg; Żejt taż-żebbuġa = 864 litru; Ħall = 864 litru; Acquavitae (Grappa) = 518.2 litru; Diversi tipi ta’ għaġin = 794 kg; Ross = 238.2 kg; Diversi legumi = 3,492 litru; Inċova = 691.2 litru; Laħam immellaħ = 172.8 litru; Perżut u xaħam affumikat = 635.2 kg; Stockfish = 317.6 kg; Merluzz immellaħ imnixxef = 317.6 kg; Butir = 15.88 kg; Bajd = 360; Imtaten ħajjin = 6; Kafè u zokkor = 19.85 kg; Tiġieġ = 72. B’din il-provvista biss kienu jgħixu l-kursari fuq ilbastiment? L-ikel misjub fil-listi ġeneralment kien jiżdied tul il-vjaġġ, biex ikun żgurat li l-provvisti jkunu dejjem friski. Meta tqabbel il-lista tal-Kaptan Lorenzi ma’ ta’ galera tal-gwerra tal-Ordni, wieħed isib diversi xebh, għalkemm il-prodotti fuq il-bastimenti tal-kursara kienu aktar ekonomiċi. M’hemm l-ebda xhieda ta’ kannella jew noċemoskata abbord, jew saħansitra ċikkulata. Minkejja dan, l-ingredjenti bażiċi huma riflessi f ’listi ta’ ikel miġburin għall-kċina tal-Ordni, bħal merluzz imnixxef u mmellaħ, tiġieġ, bajd, ġobon u nbid.
22
09.01.2022
LISA GWEN TIEĦU R-RITRATTI U TIDDOKUMENTA BIBIEN U ĦABBATI LOKALI Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Ħafna drabi ma napprezzawx il-madwar tagħna. Probabilment għaliex il-ħajja saret mgħaġġla. Iżda waqt xi mixjiet fil-kwiet f’xi raħal lokali, ta’ spiss nistgħu nosservaw bibien u ħabbati antiki maddjar lokali. Fil-fatt, dan l-aħħar sirt naf bi tfajla li l-passatemp tagħha huwa li terħilha għal xi mixja f’xi villaġġ lokali u tieħu ritratti ta’ bibien u ħabbati ta’ djar lokali. Qed nirreferi għal Lisa Gwen. Għandha 39 sena u toqgħod il-Ħamrun. Ix-xogħol tagħha huwa ta’ Arts Manager, kuratriċi u kittieba. Għandha wkoll żewġ xogħlijiet part-time fejn taħdem mal-Funderija Artistika Chetcuti, u taħdem ukoll ma’ Camilleriparismode.
il-ġimgħa, taqbad il-kamera jew il-mobile u tqatta’ sigħat twal waħedha fit-toroq tal-ibliet u l-irħula lokali u tmur door-hunting. Staqsejtha x’sodisfazzjon tieħu minnha din l-affari. “Minn dejjem kelli sens ta’ avventura, u nħobb ukoll nesplora. Malta hija verament żgħira, iżda għandha ħafna x’toffri. Il-mixjiet tiegħi spiċċaw bija stess niġbed ir-ritratti u niddokumentahom. Fil-fatt, bdejt niddokumenta postijiet antiki u abbandunati, u eventwalment tfaċċat MaltaDoors. Nazzarda ngħid li tant sar hawn kostruzzjonijiet ta’ bini ġdid, li bis-saħħa ta’ dawn ir-ritratti tibqa’ l-veru tifkira ta’ dan kollu”. Fil-fatt, Lisa ilha għal dawn l-aħħar ħames snin u nofs ittella’ ritratti u posts Minn dejjem kellha sens ta’ ta’ bibien Maltin fil-paġna avventura, u tħobb tesplora MaltaDoors fuq Instagram. Kien hemm min iddeskrivieLisa tħobb timxi u kull tmiem ha bħala the Ambassa-door.
Ħallejt f ’idejha sabiex tikkummenta dwar dan. “Il-kelma Ambassa-door nibtet minn eks kollega tiegħi u nista’ ngħid li litteralment toqgħodli f ’dan il-kuntest. Qed ngħid hekk, fis-sens li nagħti kas ħafna tal-estetika tal-arkitettura tal-madwar u r-rispett lejn l-ambjent. L-arkitettura ta’ pajjiżna jixirqilha identità u attenzjoni mill-aħjar”. Ridt inkun naf aktar dwar il-proġett tagħha MaltaDoors. Fil-fatt, infurmatni li MaltaDoors huwa proġett personali tagħha. “Jirrappreżenta litteralment bibien ta’ djar lokali, faċċati u elementi oħra li għandhom konnessjoni mal-arkitettura Maltija. Huwa proġett dokumentat. Nipprova ngħaddi messaġġ bi storja abbinata magħha bi ftit storja fejn possibbli u anke osservazzjonijiet personali li nkun innutajt”.
Fi kliemha stess, il-kuluri u t-textures tal-bibien tarahom imorru flimkien u jaffaxxinawha. Il-bibien tistħajjilhom uċuħ, ġieli l-ħabbata qisha l-għajnejn u l-letterbox qisha l-ħalq. Tgħid li l-arkitettura Maltija hija unika. Hemm metodu u ħafna ħsibijiet wara kull ritratt Matul din l-intervista, sirt naf li mhux lakemm tmur quddiem bieb u taqbad u tiġbed ritratt tiegħu. Anzi ssostni li mhux faċli. Ħafna drabi jkollha tmur tiġbed ir-ritratt ta’ bieb jew faċċata li jkunu għoġbuha iżjed minn darba biex tara li quddiemha ma hemmx ostakli bħal xi karozza. Stqarret miegħi wkoll li tippreferi tmur fix-xitwa. Ħallejt f ’idejha sabiex telabora aktar. “Għalkemm ħafna mir-ritratti niġbidhom mill-iPhone
tiegħi, xorta hemm metodu u ħafna ħsibijiet wara kull ritratt. Nipprova naċċerta ruħi li kull ritratt joħroġ perfett, attraenti u bbilanċjat tajjeb minn kull angolu. Ma nħobbx inbabas l-ebda ritratt. Filfatt, inħalli kull wire tad-dawl jidher fl-istat oriġinali tiegħu u anke jekk ikun hemm xi alarms.” Staqsejtha x’jiġri eżattament wara li tkun ħadet sett ritratti tal-bibien. Jekk jiqfux sempliċement fuq MaltaDoors biss, u x’tip ta’ kummenti jkollha dwarhom. “Rigward kummenti kelli ħafna pożittivi mill-ewwel ġurnata li ħloqt dan il-proġett. Fil-fatt, MaltaDoors ġiet esposta fuq diversi rivisti lokali u anke internazzjonali, siti tas-safar u anke siti tal-propjetà. Mhux hekk biss, talli l-pubbliku b’mod ġenerali, speċjalment dawk il-Maltin li jgħixu barra minn xtutna l-aktar l-Ingilterra, l-Awstralja u l-Kanada,
08.11.2020 09.01.2022
23
SKEDA ONE Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Better Living Flimkien ma’ Nancy Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari
19:20 19:30 20:10 20:30 21:15 22:50 23:30
ONE Sports & Temp ONE News Primetime Reboot Min Imissu Niftakru ONE News
06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Espresso 12:30 ONE News 12:40 Telebejgħ
13:00 15:30 15:35 15:55 16:00 16:25 16:55 17:30 18:30
Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari Dak li Jgħodd Pjazza
19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 21:00 22:15 22:50 23:30
Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Niftakru Taf X’qed Jgħidu? Music Legends Mill-Chcina ta’ Dari ONE News
06:30 06:45 07:55 08:00 08:33 09:05 09:30 12:30 12:35 13:00
15:30 15:40 15:57 16:05 16:28 17:15 18:00 18:30 19:14
ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Pink Panther Imqades l-Istorja What’s Cooking Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari
19:20 19:30 20:10 20:30 21:07 22:30 23:30
ONE Sports ERBGĦA 12-01 & Temp ONE News Primetime The Local Traveller String Serenades Flip the venue ONE News
06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:56 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt
13:00 15:30 15:45 16:00 16:05 16:26 17:00 17:30 18:30
Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Popcorn Żona Sport Mhux kemm taf Pjazza
19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 22:30 23:30
Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Awla Reboot ONE News
06:30 06:45 07:54 08:00 08:33 09:05 09:30 12:30 12:45 13:00
15:30 15:35 15:55 16:00 16:25 16:50 17:30 18:15 19:13 19:18
ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview What’s Cooking Music Legends Indhouse Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports
19:30 20:10 20:30 21:00 22:30 23:00 23:30
& Temp ONE News Primetime Niftakru Miraklu Popcorn Żona Sport One News
06:30 ONE News 06:45 Music Legends 07:25 Reboot 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:33 Better Living 09:30 Żona Sport 10:05 The Local Traveller 10:35 Dak li Jgħodd
11:35 12:00 12:30 12:35 13:10 14:15 15:30 15:35 16:30
What’s Cooking Popcorn ONE News Telebejgħ Indhouse Taf X’Qed Jgħidu ONE News Mhux Kemm Taf Flimkien ma’ Nancy
17:22 18:00 19:20 19:30 20:10 20:30 23:36
Sabiħa l-Ħajja Attività Politika ONE Sports & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News
06:30 06:45 07:12 07:43 08:00 08:40 10:00 11:00 11:30
12:30 12:40 13:15 15:30 15:35 16:30 17:06 17:50 19:25
ONE News Telebejgħ Arani Issa ONE News Arani Issa - Ikompli Music Legends Mqades L-Istorja L-Argument One Sport & Temp
19:30 ONE News 16-01 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Dokumentarju Partit Laburista 21:10 Awla 22:50 The Local Traveller 23:30 ONE News
ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up
TLIETA 11-01
ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita
ĦAMIS 13-01
bagħtuli li ħadu gost ferm jaraw dawn ir-ritratti filwaqt li ġeddew il-memorji tagħhom ta’ qabel ma ħallew lil Malta”. Ħaġa tal-iskantament, Lisa żvelat miegħi li l-aktar kumment sodisfaċenti li qatt kellha kemm ilha topera dan il-proġett huwa meta koppja barranija ddeċidew li jagħmlu l-honeymoon tagħhom f’Malta wara li kienu skoprew il-paġna ta’ MaltaDoors fuq Instagram. Apparti dan kollu, Lisa żvelat miegħi li kellha diversi kuntatti ma’ proġetti oħra. Fosthom uħud mir-ritratti li ġibdet hi stess spiċċaw b’kollaborazzjoni ma’ Te fit-Tazza, fejn użaw 6 ritratti tagħha għal edition prints. Fil-preżent qed taħdem ma’ Funderija Artistika Chetcuti, sabiex tipproduċi disinji ta’ ħabbati tal-bronż b’mod kreattiv. Kompliet tgħidli li sabiex tieħu ritratt jidħlu diversi
fatturi – bħal skont it-temp, l-angolu u xi ostakli oħra. Fil-fatt, ilha dilettanta tiġbed ir-ritratti sa minn ċkunitha. Il-bibien jibqgħu fl-ewwel post għaliha fil-fotografija tagħha. Ma tantx issibha tieħu ritratti b’persuni involuti fil-fotografija tagħha. Ta’ min jgħid ukoll li normalment tħobb tmur tieħu r-ritratti ta’ bibien fiż-Żurrieq, Ħal Lija, Ħal Balzan u Ħ’Attard. Fl-aħħar ta’ din l-intervista stedint lil Lisa tgħaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Id-darba li ġejja li tkun għaddej miexi minn quddiem xi bieb jew ħabbata ta’ bieb, ieqaf aħseb u apprezza. Il-kuluri varji, id-disinji u l-għamla tax-xogħol jagħmlu lil dawn kollha uniċi. Jeħtieġ li l-ewwel napprezzaw dawn l-elementi kollha, sabiex mal-medda taż-żmien napprezzaw aktar il-kultura lokali tagħna,” temmet tgħidli Lisa.
TNEJN 10-01
13:00 15:30 15:35 15:58 16:00 16:20 17:30 18:30 19:15
06:30 06:45 07:55 08:00 08:33 09:05 09:30 12:30 12:35
ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita
SIBT 15-01
ONE News Niftakru Żona Sport Ħabrikt Il-Quddiesa tal-jum Paperscan Attività Politika Sabiħa l-Ħajja Flip the Venue
ĠIMGĦA 14-01
ĦADD
24
09.01.2022
reċensjoni tal-ktieb
NOVELLI TA’ JOE CAMILLERI
DWAL MILL-KANTINI Il-fil narrattiv ma jeżistix waħdu. Huwa l-prodott u t-tinsiġ flimkien ma’ ambjentazzjoni u karatterizzazzjoni. Huwa t-tiflil flimkien ma’ ħsibijiet, emozzjonijiet u qagħdiet mentali varji. Hawnhekk l-awtur – in-nissieġ tal-fil tal-istorja ma jistax jaħrab minn dawn it-tisripiet li fihom huwa jara lill-istess erwieħ tal-protagonisti tiegħu. Il-protagonisti li jixirfu minn żmien għal żmien fin-narrattivi tiegħu – narrattivi li jsawru minnhom infushom qagħdiet mentali ħelwin, sielma u rassiguranti daqskemm skabrużi u inkwetanti. U dan huwa sewwa sew li jagħmel Joe Camilleri, kittieb u promotur tal-ħsieb u d-disinn uniku, li waqt li jkun qiegħed jinseġ in-narrattivi tiegħu ma jafx ma jiqafx biex jara lil dik u lil oħra, lil dak u lil ieħor, f’ambjentazzjonijiet u qagħdiet speċifiċi li juru sewwa sew wisq aktar mid-dawl fil-kantini – il-kantini ta’ dak li jgħaddi mis-sottorenitajiet ta’ ruħna – dawk il-kantini li fihom aħna nitkellmu magħna nfusna u f’dan it-tiklim aħna nsawru lill-istess ruħna. Fuq barra, imbagħad, aħna nitkellmu dwar karattri, u l-imkejjen fejn dawn il-karattri jpassu ngħidulu l-ambjent – l-ambjentazzjoni. Il-persona li qiegħda tirrakkonta dawn l-istejjer hija persona b’għajnejn għarriexa mhux biss għal dak li qiegħed jiġri fil-madwar u għaldaqstant jidher, imma wkoll dak li qiegħed jiġri fil-qiegħ nett subkonxjuż ta’ dawn l-istess personaġġi. Personaġġi li jiffullaw lill-ambjenti Għawdxin u li jgħixu d-dwalijiet u l-oskuritajiet ta’ ġo fihom hekk kif ipassu minn imkien għal ieħor, u jitkellmu jgħajtu dwar dak li jkun qiegħed jiġri f’ruħhom – ilbeżgħat, t-trepidazzjonijiet, id-dwejjaq u l-ispiritwalitajiet varji ta’ ġo fihom. Hemm traġedji għaddejjin f’dawn il-personaġġi. Daqskemm hemm stejjer ta’ fidwar f’dawn il-karattri. Huma traġedji daqskemm fidwiet li l-persona li qiegħda tirrakkonta konxja tagħhom u konxja
Nota ta’ Tarċisju Zarb
tagħhom sew. Għax fl-introspezzjonijiet tiegħu huwa jirnexxilu jagħraf mhux biss lilu nnifsu, imma wkoll lil dawk ta’ madwaru. In-nies taddemm u l-laħam li l-ħin kollu fl-istess mixjiet u qagħdiet tagħhom jitkellmu u jitkellmu jgħajtu, anke meta jkunu siekta. U dan Joe Camilleri jagħmlu u jagħmlu tajjeb. Anzi tajjeb ħafna. Għaliex lil hinn mill-fenomenoloġija li jara għaddejja quddiemu hekk kif bniedem jiltaqa’ ma’ bniedem jew bniedem jiġi kkantonat u mwarrab, huwa jagħraf jisma’ u jisma’. U f’dan it-tismigħ hemm il-lingwa – lingwa li huwa kiseb, sawwar u bena matul meddet iż-żmien fl-istess idjomatiċità tagħha, idjomatiċità li hija Għawdxi-
ja daqs l-istess blat samm li jsawwar lil din il-gżira. Hija dik is-sintattiċità li l-persona bena matul meddet is-snin, biex b’hekk huwa jirnexxilu mhux biss jagħraf dak li qiegħed jiġri madwaru, imma wkoll ġo fih – u b’hekk il-madwar jiġi l-ġewwieni u l-ġewwieni u l-madwar joħolqu dawn in-narrattivi – dawn il-frammenti narratorji. Dawn it-thewdiniet il-kbar ta’ eżistenzi varji li aħna naraw, mhux dejjem bil-mod kospikwu li jarahom in-narratur. Il-persona ta’ dawn in-narrattivi, waqtiet bħal qisha tagħraf tiddistakka ruħha minn dawk it-thewdiniet li jkunu għaddejjin fil-qiegħ subkonxjuż tal-karattri tagħha, u tgħaddi hija wkoll biex tkun l-interpretu, hekk kif tuża l-lingwa ta’ min jaf janalizza, ta’ min jaf jinterpreta, ta’ min jaf jitkellem fuq dak li jkun għaddej f’qiegħ dawn il-personalitajiet. U dan bil-ħaqq u s-sewwa meta wieħed iqis li Joe Camilleri huwa kritiku tal-arti daqskemm tal-letteratura, u għaldaqstant jiġu waqtiet meta l-vuċi tal-karattri – il-fil narrattiv – jieħu fih u minnu nnifsu dawk ix-xejriet interpretattivi – xejriet li jitolbu lingwaġġ differenti – lingwaġġ li kif nafu għandu bixra u xejra oħra minn dik li wieħed ikun qiegħed juża fl-att krettiv tan-narrazzjoni. Il-kitbiet li jagħtina Joe Camilleri huma kitbiet mexxejja, sempliċi, profondi, ċari, b’tali mod u manjiera li din il-profondità tasal għandna bl-aktar mod li aħna nkunu nistgħu nagħrfuha, nivvalorizzawha u nieħdu gost biha. Hemm narrattiva għaddejja li nistgħu ngħidu tintħiet il-ħin kollu bejn storja u oħra, qagħda u oħra, stat u ieħor – li lkoll flimkien isawru nisġa li titfa’ dawl fuqna l-bnedmin li ngħixu f’dawn il-gżejjer. Dan kollu jgħinna biex fil-ħinijiet tagħna, aħna nkunu nistgħu nissieħbu ma’ erwieħ oħra ta’ madwarna u magħhom, aħna nkunu nistgħu nifhmu xi ftit minn dawn it-travalji varji tal-ħajja – travalji li konxjament u subkonxjament għaddejjin il-ħin kollu jsawru l-fenomenoloġija tal-ħajja.
Mistoqsija: X’inhuma l-kitbiet li jagħtina Joe Camilleri? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb DWAL MILL-KANTINI. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 16 ta’ Jannar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb SBEJĦA: ĦMARA ŻGĦIRA B’QALB KBIRA hija:
M. FARRUGIA - VALLETTA
03 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Fuq xiex kienet ibbażata l-analiżi miġbura għall-gazzetta KullĦadd dwar l-effett tal-pandemija li kellhom l-istabbilimenti Maltin fl-aħħar lejl tas-sena?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
09.01.2022
“THE DOUBLE CHILD KILLER” Colin Pitchfork Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
Colin Pitchfork twieled fit-23 ta’ Marzu tal-1960 f’Newbold Verdon f’Leicestershire fir-Renju Unit. Meta kien żgħir, Pitchfork kien instab ħati ta’ mġiba mhux diċenti fil-pubbliku u kien intbagħat għal terapija fil-Carlton Hayes Hospital. Pitchfork iżżewweġ fl-1981 u flimkien ma’ martu kellu żewġ subien. Huwa kien jaħdem bħala furnar fil-Hampshires Bakery u kien imexxi wkoll bar. L-imgħallem ta’ Pitchfork kien stqarr li hu kien bravu f’xogħlu, speċjalment fit-tiżjin tal-kejkijiet, iżda kellu ħabta jtellef lit-tfajliet li kienu jaħdmu miegħu. L-omiċidji
li n
Pitchfork qal li hu kien id-dar qiegħed jieħu ħsieb lil ibnu tarbija u l-mara tiegħu vverifikat dan
Co
Fil-21 ta’ Novembru tal-1983, Lynda Mann kienet sejra lura d-dar wara li ħadet ħsieb xi tfal. Mann, li kellha biss 15-il sena, għaddiet minn passaġġ kemxejn imwarrab, magħruf min-nies tal-lokal bħala ‘the Black Pad,’ biex tqassar. Ommha baqgħet tistennieha iżda bintha ma rritornatx. Kien għalhekk li ommha u missierha, flimkien ma’ xi ġirien, ħarġu jfittxuha iżda ma sabuhiex. L-għada filgħodu, il-ġisem bla ħajja tagħha nstab f’dan l-istess passaġġ. Mill-awtopsja rriżulta li Mann kienet ġiet struprata u fgata. Fost l-irġiel li ġew interrogati mill-pulizija kien hemm Colin Pitchfork. Pitchfork qal li hu kien id-dar qiegħed jieħu ħsieb lil ibnu tarbija u l-mara tiegħu vverifikat dan. Li ma kinitx taf martu kien li Pitchfork qatel lil Mann waqt li binhom kien rieqed fuq is-sit ta’ wara tal-karozza. Minħabba l-fatt li martu ma kinitx taf b’dan u qalet lill-pulizija li żewġha kien qed jgħid il-verità, il-pulizija telqu ’l hemm.
L-ewwel vittma - LYNDA MANN
21
Min kien Colin Pitchfork
L-unika evidenza li l-pulizija sabu kienu traċċi ġenetiċi fuq Mann, li minnhom saru jafu li l-qattiel kellu d-demm rari ħafna tat-tip A. Minħabba l-fatt li din kienet l-unika evidenza u ħadd ma ra xejn, il-każ ma ġiex solvut u baqa’ miftuħ. Kważi tliet snin wara, Pitchfork attakka lit-tieni vittma, Dawn Ashworth li wkoll kellha 15-il sena. Fil-31 ta’ Lulju tal-1986, Dawn Ashworth telqet middar tagħha biex tmur għand il-ħabiba tagħha. Ashworth kellha tkun id-dar mad-9.30 p.m. iżda ma rritornatx lanqas. Jumejn wara, il-ġisem bla ħajja tagħha nstab qrib passaġġ magħruf bħala ‘Ten Pound Lane.’ Bħal Mann, Ashworth ġiet stuprata u fgata. Fuq Ashworth instabu l-istess traċċi ġenetiċi bħalma nstabu fuq Mann, li kienu juru li l-qattiel taż-żewġ tfajliet kien l-istess raġel. Għall-bidu, il-pulizija arrestaw lil Richard Buckland, ġuvni ta’ 17-il sena, li kellu diffikultajiet intellettwali. Buckland spiċċa biex ammetta li qatel lil Ashworth iżda ċaħad li qatel lil Mann. B’din l-istqarrija u permezz ta’ testijiet ġenetiċi, il-pulizija skoprew li Buckland ma kienx il-qattiel u b’hekk ħasbu f’eżerċizzju li seta’ jwassal għall-qabda tal-qattiel. L- e ż e r ċ i z zju kien jinvolvi t-teħid taddemm tal-irġiel tal-lokal li kellhom bejn 16 u 34 sena. Il-proċess dam għaddej sitt xhur sħaħ u minPi lnu ma ħareġ l-ebda tc tf a h frott. Ġara hekk mhux fo r xx k wa il a għax l-eżerċizzju ma kienx ra li ġie r tajjeb iżda għax Colin Pitchfork ma marx jagħti d-demm u minfloku bagħat kollega tiegħu. Pitchfork twerwer xħin irċieva l-ittra biex imur jagħti d-demm u lill-kollega tiegħu, Ian Kelly, sablu l-iskuża li jwaħħlu fih minħabba l-każ ta’ mġiba mhux diċenti li kellu meta kien żgħir. Hu wiegħdu wkoll xi flus u Kelly spiċċa biex aċċetta li jmur minfloku bħala Colin Pitchfork. Fl-1 ta’ Awwissu tal-1987, Kelly qal lil xi wħud mill-kollegi tiegħu li hu mar jagħti d-demm f’isem Pitchfork waqt li kienu qegħdin jixorbu f’bar. Waħda mill-kollegi spiċċat biex għarrfet lill-pulizija u fid19 ta’ Settembru, Pitchfork ġie arrestat. Hu ġie mixli b’żewġ stupri li wasslu għal żewġ omiċidji filwaqt li ġie mixli wkoll bi stupru ieħor. Pitchfork weħel għomru l-ħabs u ma setax joħroġ qabel 28 sena. Fl-1 ta’ Settembru tal-2021, Pitchfork ingħata ħelsien mill-arrest b’għadd ta’ kundizzjonijiet. Xahar wara, Pitchwork reġa’ ttieħed il-ħabs għax kiser waħda minn dawn il-kundizzjonijiet billi prova jkellem tfajliet żgħar.
20
Colin Pitchfork huwa qattiel u strupratur Ingliż. Pitchfork kien l-ewwel bniedem li nstab ħati ta’ stupru u qtil permezz tad-DNA fl-Ingilterra. Wara li nġabret l-evidenza ġenetika minn fuq iż-żewġ vittmi, il-pulizija bagħtu għallirġiel li kellhom bejn 16 u 34 sena biex jeħdulhom id-demm. Minkejja dan l-eżerċizzju, il-pulizija ma sabux min kien ħati, mhux għax dan il-proċess ma kienx tajjeb, iżda għax il-qattiel prova jqarraq bihom.
It-tieni vittma - DAWN ASHWORTH
26
09.01.2022
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
09.01.2022
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 415
V, ATTARD - ŻEJTUN
Bi 3 NUMRI 029 104 368 435 471 591 632 640 732 967 B’4 NUMRI 0257 0417 0669
1067 1382 1521 1567 1628 1635 1713 1816 1901 2417 2648 2830 2887 3166 3484 3702
3819 3971 4169 4480 4504 5235 5388 5673 5694 5764 5832 6125 6441 7113 7123 7139
7886 8311 8619 8691 8705 8759 9686 B’5 NUMRI 01394 03557 16483 21879 30619 32846 41235
43028 48525 48936 62155 65440 72887 77536 83501 84278 85183 91779 B’6 NUMRI 095198 662099 692041
834140 B’7 NUMRI 0037468 0166376 1806470 3278133 7303828 8341525 9118579 9632067
MIMDUDIN: 7,11,17. 1. Kompli l-qawl: 9,23. Fuq tlieta 10. toqgħod il-......(5) 12. 4. Jista’ jkun wieħed 16. nazzjonali (4) WEQFIN: 1. Fejn twieled il-Perit (6) 2,21M. Theddid (6) 3,21W. Attentat? (6) 5,12W. Jagħmlu bħall-
6. 8. 11. 12.
Tbiddel (7) Storja (7) Twapet (6) Suldati (6) Għatu mingħajr għajn (3)
18,19. 19. 20. 21. 23. 24.
ħajjat (5) 13. Toni Serracino 14. Inglott (1,1,1) 15. Jgħidu li jitkellem (9) 17. Ara 7 21. Ara 5 22.
Naddaf (5) Ara 18 Mhux Nisrani? (5) Ara 2 Ara 9 Fidil (5) L-Amerka (1,1,1) Eqridha ftit ftit (6) Jinganna (6) Ara 7 Ara 3 Frott (3)
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Ġebel, 4.Ġbir, 7,9.Kontijiet 10.Fartas, 12.Ħaddem, 16.Iva, 18.Re, 20.Qamet, 21.MTA, 23.Inti, 24.Axisa
WEQFIN: 1.Ġwiebi, 2,11.Btala, 3,19.Asfalt, 5,12 wieqfa. Bitħa, 6.Ras, 8.Pandemija, 13,21 wieqfa. Drammi, 14.Maturi, 15.Studja, 17.VAT, 22.Abt
28
09.01.2022
KREDIBBILTÀ, DR GRECH! Editorjal
F’ġimgħa waħda l-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech reġa’ tfixkel fiċ-ċirkostanzi u iżjed minn hekk ipprova jfixkel lil min għadu jara xi nitfa kredibbiltà fih
Hu l-istess ċiklu bil-Partit Nazz jonalista. Iżjed ma jipprovaw juru li qed jinbidlu, iżjed ma jinbidel xejn u jerġgħu lura għall-istess pożizzjoni minn fejn telqu, jekk mhux agħar. L-unika ħaġa li kellhom jieħdu ħsieb fl-aħħar disa’ snin, flok raw kif jagħmlu biex jippriservawha u jsaħħuha, iżjed komplew jippersistu li jarmuha l-baħar. Il-kredibbiltà hi, bla dubju, l-akbar difett li jħaddan illum il-Partit fl-Oppożizzjoni u l-esponenti ewlenin tiegħu, aka l-establishment, b’iżjed nies jitilfu l-fiduċja li kellhom fihom. Fost oħrajn, jiżdiedu dawk li jirrealizzaw li, kontra x’jgħidu mid-Dar Ċentrali, illum għandna tmexxija ħafna aħjar minn dik ta’ qabel l-2013, fi żmien tal-istess esponenti li għadhom iferfru fil-PN illum. Arralu min stenna li bil-ħat ra ta’ Kap ġdid f’Ottubru tal2020 kienu se jinbidlu xi affa rijiet, aktar u aktar jekk ma qiesx lill-forzi li kienu warajh biex wassluh jaqlibha lill-predeċessur tiegħu. Is-saħħa li dawn għad għandhom fil-Par-
tit disa’ snin wara tagħmilhom biss il-piż li qed jankra lill-Oppożizzjoni fl-abbissi u Bernard Grech għadu ma jistax jeħles mill-ktajjen li xekkluh bihom sena u tliet xhur ilu. Wisq każi u eżempji ta’ in konsistenzi, inkluż drabi fejn il-Kap innifsu kien imġiegħel jirtira deċiżjonijiet jew anke jibla’ kliemu. Issa f’ġimgħa waħda reġgħu tfixklu fiċ-ċirkostanzi u iżjed minn hekk ipprovaw ifix klu lil min għadu jara xi nitfa kredibbiltà fihom. Fl-aħħar jiem kellna l-kwistjoni tal-kumpanija ta’ David Thake, Vanilla Telecoms, li għandha tagħti lill-Istat mal€270,000 fi ħlas ta’ taxxa. Ftit jiem biss qabel, il-PN għamel plejtu b’ammont simili ta’ tax xa dovuta fil-każ tad-Deputat Ian Castaldi Paris, li ddikjara li mhux se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Iżda fil-każ ta’ Thake kienu kostretti jaħsbuha mod ieħor u ddefendew lid-deputat tagħ hom. Ovvjament la Thake hu parti mill-forzi tal-establishment u Grech stess għandu l-preċedenti tiegħu f’dan ir-rig-
ward, allura kkalkulaw li ċ-ċir kostanzi huma “differenti”. Fl-aħħar jiem ukoll ipprovaw jagħmlu kapital bil-fatt li ma ntefgħet l-ebda nomina biex xi ħadd jieħu post id-Deputat Silvio Grixti li rriżenja fl-aħħar ta’ Diċembru li għadda. Minflok, postu issa se jkun qed jimtela permezz tal-co-option ta’ Dr Andy Ellul. Hawn, iżda, ħarġu jwerżqu li l-Partit Laburista ma jemminx fid-demokrazija u l-Prim Minis tru Robert Abela jrid biss “yes man” madwaru. Dan anke jekk l-istess metodu għall-ħatra ta’ deputati skont il-liġi ntuża, fost oħrajn, fil-każ ta’ Adrian Delia fl-2017 u l-istess Bernard Grech tliet snin warajh. Imma l-kredibbiltà Nazzjona lista terġa’ tixgħel meta nistaqsu kemm huma iżjed kontra l-ispirtu ta’ demokrazija t-tentattivi mill-PN biex iwaqqaf kandidati tiegħu milli jikkontestaw l-elezzjoni biex b’hekk jagħmlu l-wisa’ għall-Kap. Infakkru li kienet din il-gaz zetta stess li f’Ġunju tas-sena l-oħra żvelat kif Grech innifsu kien issuġġerixxa lid-Depu
tat Toni Bezzina biex “jieħu ħsieb saħħtu” u ma joħroġx għall-elezzjoni. Donnu li, wara li injorah Bezzina u dan baqa’ jaħdem filĦames Distrett, fejn se jikkon testa Grech innifsu, il-PN spiċċa jirrikorri għad-Deputat Hermann Schiavone biex jaqtagħlu qalbu li jista’ qatt jerġa’ jitla’ fil-Parlament minn dan id-distrett … u rnexxielu! Dawn l-istanzi kollha huma nnotati mill-elettorat li kapaċi jagħmel l-għażliet tiegħu meta jiġi biex jinvesti l-fiduċja tiegħu f’min hu kredibbli u min jista’ jtejjiblu l-għajxien tiegħu. B’argument simili għal dak li kien uża fl-1992 l-Amerikan Bill Clinton fil-kampanja tiegħu għall-Presidenza biex spjega l-qagħda li kien fiha pajjiżu dak iż-żmien, ħafna f’Malta jistgħu faċilment jiddeskrivu s-sitwaz zjoni attwali tal-PN u jgħidulu “It’s the credibility, stupid!”. Avolja, għal daqshekk anke fiċ-ċirkostanzi, ukoll jistgħu jużaw il-frażi oriġinali Amerika na u, permezz tal-ekonomija lokali, joħorġu lil Grech u lil sħabu ta’ mażetti wkoll.