KullĦadd_10.05.2020

Page 1

KAŻI ATTIVI DAQS L-EWWEL ĠIMAGĦTEJN

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 10 ta’ Mejju, 2020

Ħarġa Nru 1,400

Rapport f’paġna 7

Prezz €1

SKEMI ĠODDA LI JINDIRIZZAW L-INĠUSTIZZJI

L-AWGURI F’ĊIRKOSTANZI EĊĊEZZJONALI

€12M għal 7,000 Persuna tal-Korpi, tax-Xatt u Pulizija Għar-raba’ sena konsekuttiva, il-Gvern Laburista qed jonora wegħda elettorali li jindirizza anomaliji u inġustizzji talimgħoddi, b’sejħa għall-applikazzjo­ nijiet mingħand eks membri tal-korpi li twaqqfu qabel l-1979, eks ħaddiema tax-xatt u uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija. Bejniethom, mistennija jitħallsu madwar €12-il miljun b’kollox. Aktar minn 7,000 persuna se jkunu intitolati għal għotjiet li jingħataw skont erba’ skemi mfasslin mill-Minis­ teru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal, u Solidarjetà Soċjali, il-Ministeru għatTrasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, u l-Ministeru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, bi qbil mal-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji għal dan il-għan. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu skont it-termini u l-kundizzjonijiet miġbura f’dawn l-iskemi li tħabbru fil-Gazzetta tal-Gvern ilbieraħ. Fi stqarrija, il-Gvern ta dettalji dwar l-iskemi li se jkunu jgħoddu għal: 1) Persuni li daħlu uffiċjalment fisServizz Pubbliku wara s-16 ta’ Jannar 1979 u li qabel din id-data għamlu xi żmien iservu f’dipartmenti tal-Gvern, iżda mhux bħala uffiċjali pubbliċi; 2) Persuni li kienu (i) impjegati f’xi korporazzjoni jew entità fis-Settur Pubbliku wara li għamlu xi żmien iservu f’wieħed mill-korpi tax-xogħol imwaqqfa qabel l-1979; jew (ii) impjegati mal-Gas Board sakemm dan spiċċa u wara kienu impjegati mal-korporazzjoni Enemalta; jew (iii) apprentisti mal-Malta Electricity Board sakemm dan spiċċa u wara kienu impjegati mal-Korporazzjoni Enemalta. 3) Ħaddiema tax-xatt li kienu liċenzjati bejn l-4 ta’ April 1973 u l-1 ta’ Ġunju 2007 u li ma kinux liċenzjati wara dan il-perjodu. 4) Uffiċjali tal-Pulizija li ħadmu sahra bejn l-1 ta’ Settembru 1993 u l-31 ta’ Diċembru 2009. Iż-żmien tal-applikazzjonijiet jagħ­laq nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Lulju li ġej, waqt li l-ħlasijiet mill-Istat se jsiru aktar tard matul is-sena wara proċess ta’ verifika. Tkompli f’paġna 6

Tista’ tkun ġurnata speċjali u mistennija kull sena, imma żgur li Jum l-Omm li qed infakkru llum f’sitwazzjoni eċċezzjonali hi diffiċli għal ħafna, mhux l-inqas l-ommijiet anzjani li huma obbligati jibqgħu mbegħdin minn uliedhom u min-neputijiet. Għal din l-okkażjoni, tlabna lil ulied ħames nisa prominenti Maltin biex jesprimu l-awguri tagħhom fiċ-ċirkostanzi. Fost dawn tkellimna ma’ Giorgia Mae Abela. Rapport f’paġni 4 u 5

IL-FAMILJI MALTIN F’QAGĦDA MSAĦĦA F’artiklu ppubblikat fuq is-sit tal-aġenzija tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat, ġie kkonfermat kemm il-familji Maltin jinsabu f’sitwazzjoni finanzjarja tajba. Skont riċerka tal-Eurostat, joħroġ li l-familji tagħna huma l-aktar li kapaċi jfendu f’każ ta’ spejjeż finanzjarji mhux mistennija, bħalma ħolqot globalment il-pandemija tal-COVID-19. Bl-inqas persentaġġ, il-familji Maltin l-aħjar li joħorġu mil-lista tal-Unjoni Ewropea ta’ familji li ma jaffordjawx it-tali spejjeż finanzjarji. Waqt li l-medja Ewropea hi li kważi terz tal-familji ma jistgħux jagħmlu tajjeb għal spejjeż mhux antiċipati, f’pajjiżna l-proporzjon hu inqas min-nofs dik l-istess medja. Il-persentaġġ attwali f’Malta (15%) hu 10% inqas milli kien fl-2012 meta, fi żminijiet tal-agħar kontijiet imposti fuqhom, kwart tal-familji Maltin kienu sostnew li ma jifil­ ħux għal spejjeż addizzjonali. B’rabta mas-sitwazzjoni Ewropea, il-persentaġġ Malti hu inqas minn terz tal-pajjiż bl-ogħla persentaġġ, f’dan il-każ, il-Kroazja. F’dan il-pajjiż tal-Lvant aktar min-nofs tal-familji jħossu li ma jifilħux spejjeż mhux mistennija. Tkompli f’paġna 9


02

10.05.2020

kullhadd.com

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 24°C L-Inqas Temperatura: 16°C L-Indiċi UV: 9 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni baxxa fuq l-Alġerija u t-Tuneżija testendi lejn il-Gżejjer Maltin It-Temp: Imsaħħab Ir-Riħ: Moderat għal ftit qawwi mil-Lvant li jsir ftit qawwi għal qawwi Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif għal moderat li jsir moderat L-Imbatt: Baxx min-Nofsinhar ix-Xlokk It-Temperatura tal-Baħar: 19°C

Editur RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR It-Tnejn

tel: (+356) 2568 2570

It-Tlieta

L-Erbgħa

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

25°C UV 11

16°C

Il-Ħamis

Indirizz Postali KullĦadd

26°C UV 11

17°C

26°C UV 11

Il-Ġimgħa

18°C

Is-Sibt

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

Sit Elettroniku KullĦadd

29°C UV 11

20°C

31°C UV 11

21°C

29°C UV 11

18°C

kullhadd.com

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Emerġenza COVID-19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

Floriana Dispensary, 29, Triq Vincenzo Dimech, Il-Furjana – 21233034 Chemimart International Pharmacy, 650, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21236477 Anici Pharmacy, Triq Anici, Ħal Qormi – 21487162 Mackie’s Pharmacy, Triq L. Casolani, Ta’ Paris, Birkirkara – 21496089 Mayer Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta’ Xbiex, L-Imsida – 21331732 San Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar, Pembroke – 21378485 Remedies Pharmacy, 144, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21344722 M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Ħ’Attard – 21436531 St. Mary Pharmacy, 14, Pjazza Rotunda, Il-Mosta – 21433833 Promenade Pharmacy, Triq il-Korp tal-Pijunieri, Buġibba – 27441160 Theresa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Ħal Tarxien – 21672703 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 Cilia’s Pharmacy, 303, Triq Ħaż-Żabbar, Il-Fgura – 21801962 Beta Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Ħal Għaxaq – 21663311 Kristianne Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, Iż-Żurrieq – 21647391 The Bypass Pharmacy, Triq Mikiel Azzoppardi, Is-Siġġiewi – 21461681 Santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli – 21452447 Għawdex

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Il-Fontana – 21566979 Għajnsielem Pharmacy, Pjazza Indipendenza, Għajnsielem – 27203615

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182


03

10.05.2020

kullhadd.com

19-IL AZJENDA AKTAR KULJUM MATUL L-2019 Stqarrija tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) din il-ġimgħa indikat li matul l-2019 kien hemm żieda ta’ 6,779 azjenda fuq is-sena ta’ qabel f ’pajjiżna. Dan hu ekwivalenti għal 19-il azjenda ġdida kull ġurnata jew kważi kumpanija iżjed kull siegħa. B’hekk f ’seba’ snin, mill-bidla fil-Gvern, kien hemm żieda ta’ 47,069 azjenda, jew 18-il kumpanija ġdida kuljum, li huma ferm ’il bogħod miż-żieda ta’ ħames azjendi kuljum tul il-ħames snin tal-legiżlatura preċedenti. Jirriżulta li fl-2019 kien hemm 11,326 kumpanija li fetħu fostna, kważi d-doppju tal-ammont ta’ kumpaniji li twaqqfu fl-2012. Dan jispjega għaliex ir-rata ta’ qgħad f ’pajjiżna waqgħet għall-inqas livell fl-istorja, filwaqt li kull sena mill-2013 ’l hawn Malta kellha l-ogħla żieda fl-impjiegi minn fost ilpajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Is-setturi li fihom l-aktar li żdiedu n-numru ta’ azjendi matul is-sena li għaddiet kienu s-servizzi professjonali u tekniċi, bi tkabbir ta’ 1,208 azjendi; is-settur finanzjarju, bi tkabbir ta’ kważi 700 azjenda; u l-qasam tat-trasport, bi tkabbir ta’ kważi 690 azjenda. Kien hemm żieda ta’ aktar minn 600 negozju tal-kostruzzjoni, l-aktar sole traders. Anke

f ’setturi teknoloġiċi, bħall-igaming u l-informatika, kien hemm żieda ta’ kważi 500 kumpanija, jew kważi 10 kull ġimgħa. Fejn jidħlu s-setturi tal-ħwienet u l-manifattura, fis-sena li għaddiet, kien hemm żieda ta’ 286 u 192, rispettivament. Fejn jidħlu ammonti ta’ impjiegi, l-aktar li żdiedu kienu kumpaniji żgħar li jimpjegaw inqas minn 10 persuni, filwaqt li l-ammont ta’ negozji li jħaddmu aktar minn 250 persuna baqa’ stabbli. In-numru ta’ kumpaniji li jimpjegaw bejn 10 u 49 persuna żdiedu bi 11% f ’sena waħda biss, filwaqt li dawk li jħaddmu bejn 50 u 249 persuna kibru b’7%. Il-Gvern laqa’ din il-konferma tad-dinamiżmu tas-settur privat Malti u Għawdxi, ladarba b’ambjent tajjeb, l-investituri f ’pajjiżna kattru l-operat tagħhom u żiedu l-opportunitajiet ta’ xogħol. Il-Gvern indika li se jkun qed jaħdem biex, minkejja l-pandemija attwali tal-COVID-19, dan l-ambjent ikompli għaddej għall-ġid tal-familji Maltin u Għawdxin, waqt li jerġa’ jaqbad ritmu ta’ titjib appena pajjiżna jistejqer għalkollox mis-sitwazzjoni.


04

10.05.2020

kullhadd.com

F’DAN JUM L-OMM STRAORDINARJU… żdied Mamà, naf li fl-aħħar ġranet apà, iżda aktar ix-xogħol fuqek u fuq il-p k kollu li rrid ngħidlek thank you ta’ da ntenta tagħmel miegħi biex tarani ku si mhux u nidħaq. Naf li xi kultant for tgħidli, imma dejjem nagħmel eżatt dak li ħafna. xorta waħda nħobbok ħafna

Illum Jum l-Omm, li nkunu qed nistennew kull sena biex nagħtu enfażi u rikonoxximent lil ommijietna għal dak kollu li jagħmlu għalina, uliedhom. Din is-sena, iżda, din l-ewwel festa tal-familja mhux biss tibqa’ fost l-iżjed importanti, mhux l-inqas għall-mod kif ngħixu aħna bħala Maltin u Għawdxin, iżda għax ukoll qed ngħixuha b’differenza miġjuba mill-pandemija COVID-19, b’mod partikolari għan-nanniet li, bħala faxxa mill-aktar vulnerabbli, għadhom qed jintalbu biex iżommu d-distanzi. Il-Malti jgħid li mhemmx imħabba aktar qawwija u sinċiera minn dik tal-omm. U veru. Tista’ tkun min tkun ommok, għax dejjem ommok tibqa’. Hija l-persuna li flimkien mal-missier, tatek parti minnha nnifisha u tibqa’ tagħtik minnha nnifisha għal ħajjitha kollha, bla kundizzjoni. Bħalma jgħidu, l-omm iżżomm id uliedha għal ftit żmien u qalbhom għal dejjem. Għalkemm f ’dan il-jum insellmu lill-ommijiet kollha ta’ kull età, l-ommijiet li qed jistennew li jsiru u l-ommijiet li m’għadhomx, nirrakkomandaw li fejn hu possibbli jibqa’ jsir kuntatt, illum b’mod speċjali, man-nanniet ukoll li wisq probabbli jħossu distanza akbar f ’dawn iċ-ċirkostanzi. Għal din l-okkażjoni speċjali għażilna li navviċinaw l-ulied ta’ ħames nisa prominenti –mart il-President tar-Repubblika, Miriam Vella; mart il-Prim Ministru, Lydia Abela; mart l-eks-Prim Ministru, Michelle Muscat; il-Ministru Julia Farrugia Portelli; u l-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli – biex jgħaddulhom messaġġ. Mit-tliet ulied tal-President, li llum għandhom l-istat personali tagħhom, iżda xorta jħossuhom kburin bil-valuri li trabbew fihom, għall-messaġġ f ’forma ta’ intervista ħelwa li ċ-ċkejknin ta’ 4 u 6 snin tal-MEP Dalli għażlu kif jesprimu lilhom infushom, dawn huma l-messaġġi sħaħ tagħhom li xtaqu jwasslu:

MESSAĠĠ TA’ CLAIRE, ELAINE U GEORGE Għażiża mamà, F’din l-okkażjoni tant importanti għall-ommijiet kollha, nixtiequ nirringrazzjawk tal-imħabba, ir-rispett, l-eżempju tajjeb u l-valuri li dejjem urejtna u rawwimt fina. Grazzi talli għallimtna naġixxu b’responsabbiltà f ’ħajjitna u tajtna l-għodda biex insiru adulti indipendenti u responsabbli. Grazzi talli għallimtna nemmnu fina nfusna u filkapaċitajiet tagħna u li, avolja ħadd minna mhu perfett, int dejjem kont lesta tħobbna u taċċettana kif aħna. Għallimtna kif insemmgħu leħinna, għax il-ħsibijiet u l-opinjonijiet tagħna huma importanti wkoll. Filwaqt li kont ta’ sostenn kbir għall-papà fil-ħajja pubblika tiegħu dejjem irnexxielek issib biżżejjed ħin għall-familja u tkun hemm għalina meta l-papà ma setax minħabba l-impenji tiegħu. Urejtna li f ’ċerti ċirkustanzi hu importanti li npoġġu ruħna l-ewwel, għax fil-ħajja ma tistax dejjem tikkuntenta lil kulħadd. Irnexxielek toħloq ambjent ta’ mħabba u rispett reċiproku fid-dar tagħna li għen biex il-mod eżemplari li trabbejna fih stajna ngħadduh lil uliedna. Apparti li aħna tant kburin bik bħala ommna, nistgħu ngħidu li wliedna huma xxurtjati li għandhom nanna li dejjem kienet preżenti f ’ħajjithom biex tgħin fit-trobbija tagħhom u tagħti pariri fejn hemm bżonn. L-isbaħ xewqat għalik f ’dan il-jum speċjali u grazzi ta’ kollox mamà.

Claire, Elaine u George

Giorgia Mae Soleil u Etoile

se tkunu fil-ħajja pubblika Dan hu l-ewwel Jum l-Omm li fih int u l-papà mhux li bdejtu din il-ħajja ġdida, minn kemm ilna li twelidna. Nieħdu pjaċir narawkom aktar ħin għall-Fondazzjoni bih aktar rilassat, iżda xorta bieżel, u bik tiddedika buk ħafna. U jekk Marigold. Ma, nixtiequ ngħidulek li kburin bik u nħob din is-sena wkoll. il-pandemija tkun għaddiet, nixtiequ narawk tgħum

Grazzi talli għallimtna naġixxu b’responsabbiltà f’ħajjitna u tajtna l-għodda biex insiru adulti indipendenti u responsabbli. Filwaqt li kont ta’ sostenn kbir għall-papà, dejjem irnexxielek issib biżżejjed ħin għall-familja u tkun hemm għalina meta l-papà ma setax. Irnexxielek toħloq ambjent ta’ mħabba u rispett reċiproku fid-dar tagħna li għen biex stajna ngħadduh lil uliedna.


05

10.05.2020

kullhadd.com

GIORGIA MAE Mamà, naf li fl-aħħar ġranet żdied aktar ix-xogħol fuqek u fuq il-papà, iżda rrid ngħidlek thank you ta’ dak kollu li tagħmel miegħi biex tarani kuntenta u nidħak għax naf li qed tagħmel kollox biex tkun miegħi anke jekk ikollok ħafna x’tagħmel. Bħalissa qed nieħdu pjaċir noqogħdu nsajru flimkien, bħal m’għamilna dawk il-biscuits li tajna lil dawk in-nies li qed jaħdmu ħafna bħalissa minħabba l-Coronavirus. Qed nieħu pjaċir naqraw flimkien u tkun miegħi waqt li nkompli bil-lezzjonijiet tal-iskola. Int taf li nkun qed nimmissja ħafna lill-ħbieb tiegħi tal-klassi, imma inti qed tgħinni ħafna biex inkun kuntenta. Kemm nieħu pjaċir meta tfissidni u meta nilagħbu flimkien avolja mhux dejjem nirbaħ jiena! Naf li xi kultant forsi mhux dejjem nagħmel eżatt dak li tgħidli, imma taf li nħobbok ħafna ħafna. Inħobb immens lin-nanniet Lily u Margaret li wkoll iħobbuni ħafna u jieħdu ħsiebi u li qed nimmissjahom ħafna. Inħobb ukoll lill-bużnanna Ludgarda u lill-bużnanna Nena li marret ħdejn il-bambin ftit xhur ilu. Happy Mother’s Day mamà tiegħi. Inħobbok minn hawn sal-univers xx ETOILE U SOLEIL Għażiża ommna (jew Michelle kif jafek kulħadd), Dan huwa Jum l-Omm pjuttost partikulari għalina. L-ewwel nett, ninsabu ġewwa d-dar il-ħin kollu minħabba l-pandemija. Minkejja li nittamaw li kollox jgħaddi b’wiċċ il-ġid, ikollna ngħidu li dawn il-ġimgħat flimkien kienu sbieħ ħafna, għax qattajna ħafna żmien miegħek u mal-papà. Qrajna, lgħabna u rajna t-televixin flimkien, u fuq kollox tkellimna ħafna. Il-mewt għal għarrieda tan-nannu Michael ħasditna lkoll, iżda konna flimkien bħala familja minkejja li ma stajniex insellmulu flimkien. It-tieni nett, dan huwa l-ewwel Jum l-Omm li fih int u l-papà mhux se tkunu fil-ħajja pubblika minn kemm ilna li twelidna. Nieħdu pjaċir narawkom li bdejtu din il-ħajja ġdida, bih aktar rilassat iżda xorta bieżel, u bik tiddedika aktar ħin għall-Fondazzjoni Marigold. Mà, nixtiequ ngħidulek li kburin bik u nħobbuk ħafna. U jekk il-pandemija tkun għaddiet, nixtiequ narawk tgħum din is-sena ukoll!

ELIZA Hello mamà. Happy Mother’s Day f’dan il-jum speċjali. Nispera li jkollok ġurnata mimlija affarijiet sbieħ. Din ilġimgħa għadni kif għalaqt 7 snin. Ħafna memorji sbieħ maġenbek bħala ommi. Kull ġurnata miegħek hija memorja sabiħa. Nixtieq ngħidlek grazzi kbira ta’ dak kollu li tagħmel miegħi u talli dejjem issib il-ħin għalija minkejja li jkollok ħafna ħafna x’tagħmel. U peress li inti wkoll dax-xahar tagħlaq sninek, nixtieq minn issa ngħidlek happy birthday mummy. Inħobbok ħafna!

JACK U KANE Kif iddaħħaqkom il-mummy? – Meta tgħannaqna, tbusna, toqgħod tgħarraxna u nkantaw flimkien. U meta taqra xi storja tad-daħk qabel norqdu. X’inhu x-xogħol tal-mummy? – Tagħmel ħafna meetings biex mixxogħol taqla’ l-flus u mmorru vaganza u nixtru t-toys u hi Membru talParlament [Ewropew] u ssalva l-ambjent u l-pjaneta. X’jagħmilkom kburin bil-mummy? – Tgħinni bil-homework u tagħmel il-boxing miegħi u ma’ Eman. Tħobbna. U taħdem ħafna għalina u teħodna ngħumu u skiing. Li kieku kienet karattru minn Paw Patrol, min kienet tkun? – Skye jew Fixie għax tħobb il-Fixies. Taf issajjar ħelu? – Iva ħafna! Taf tagħmel il-kejk taċ-ċikkulata u ngħinuha tagħmel il-figolli u l-gingerbread man għal Santa Klaws. Kif taħseb li kienet il-mummy meta kienet żgħira? – Sabiħa u għadha! U tifla bil-għaqal. X’tgħidulhom lill-mummy u lin-nanniet? – Happy Mother’s Day! Inħobbukom!

Iddaħħaqna meta tgħanna qna, tbusna, toqgħod tagħraxna u nkantaw flimkien. U meta taqralna xi storja tad-daħk qabel norqdu. Gr azzi u nħobbuk talli taħdem ħafna għalina u għall-pjaneta biex tipprov a ssalvaha”

Jack u Kane

Eliza Hello mamà. Nispera li jko llok ġurnata mimlija affar ijiet sbieħ. Din il-ġimgħa għadni kif għalaqt 7 snin. Kull ġurnata miegħek hi me morja sabiħa. Nixtieq ngħidlek grazzi kbira ta’ da k kollu li tagħmel miegħi u talli dejjem issib il-ħin għalija minkejja li jkollok ħafna ħafna x’tagħmel.


06

10.05.2020

kullhadd.com

MOD IEĦOR KIF ISSARRAF SURPLUS Tkompli minn paġna 1 Dawn huma d-dettalji ta’ kull waħda mill-erba’ skemi mħabbrin: Eks membri tal-korpi li sabu impjieg fis-Servizz Pubbliku Din l-iskema hija marbuta mażżmien li applikant għamel fisServizz Pubbliku minn wara li jkun ħa l-ħatra uffiċjalment sad-data tal-irtirar. Iż-żmien li persuna tkun għamlet isservi f ’xi dipartment tal-Gvern, iżda mhux bħala uffiċjal pubbliku, ma jkunx ikkalkulat għall-fini tal-iskema. Eks membri tal-korpi li sabu impjieg fis-Settur Pubbliku Din l-iskema hi prinċipalment miftuħa għal dawk il-memb­ ri tal-korpi li twaqqfu qabel l-1979 li meta temmew l-ingaġġ tagħhom daħlu jaħdmu ma’ entitajiet u korporazzjonijiet fis-Settur Pubbliku.

Din l-iskema hi intiża wkoll għall-eks ħaddiema tal-Gas Board, li ġew trasferiti mal-Korporazzjoni Enemalta, u għal numru żgħir ta’ persuni li kienu impjegati bħala apprentisti mal-Malta Electricity Board u wara qalbu mal-Enemalta. Minn dawn iż-żewġ skemi li qed jitħaddmu mill-Ministeru għall-Familja, Drittjiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, jistgħu jibbenefikaw aktar minn 4,000 persuna. Dawn ma jappli­kawx għal persuni li kienu f ’wieħed mill-korpi mwaqqfa wara l-1979 u persuni li qed jirċievu, jew għandhom id-dritt li jirċievu, pensjoni tasservizz skont il-provedimenti tal-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet, l-Att dwar il-Pulizija u l-Att dwar il-Forzi Armati ta’ Malta. Persuni li applikaw taħt iżżewġ skemi fis-snin ta’ qabel u għadhom eliġibbli skont it-termini tal-iskemi m’għandhomx għal xiex jerġgħu japplikaw. Minflok, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċ­jali se jipproċessa l-ħlas ta’ għotjiet skont it-tagħrif mogħti

mill-applikanti eliġibbli fis-snin tal-1993 u Diċembru tal-2009. Il-benefiċjarji f ’din l-iskema ta’ qabel. jlaħħqu madwar 2,500 li nofs­ hom għadhom iservu. Huma Eks ħaddiema tax-xatt kienu fil-grad ta’ kuntistabbli, Aktar minn 600 eks ħaddiema surġent jew surġent maġġur u tax-xatt jew l-eredi tagħhom se ħadmu sigħat addizzjonali bħala jibbenefikaw mill-ġdid mill-iske- sahra. Il-ħlasijiet qed isiru skont ma li saret skont ftehim milħuq il-ftehim milħuq fl-2017 mal-unjins li jirrappreżentawhom. mal-General Workers’ Union. Anke fil-każ tal-Pulizija, l-apTaħt din l-iskema, l-ap­ plikanti eliġibbli li tħallsu pag- plikanti eliġibbli m’hemmx għalament is-sena l-oħra m’għand- fejn japplikaw mill-ġdid, iżda homx jerġgħu japplikaw. Huma jekk applikant eliġibbli jew l-erese jirċievu notifika dwar dan di awtorizzat ġie nieqes, trid ismill-Ministeru għat-Trasport, sir applikazzjoni ġdida mill-ereIn­frastruttura u Proġetti Kapi- di awtorizzati skont it-termini tal-iskema. tali. F’kummenti dwar l-iskemi inF’każ ta’ mewt ta’ applikant eliġibbli jew tal-eredi awtoriz- trodotti, il-Ministru għall-Familzat, trid issir applikazzjoni ġdida ja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon saħaq skont it-termini tal-iskema. li l-Gvern qed iżomm kelmtu u se jagħmel dawn il-ħlasijiet Uffiċjali tal-Pulizija minkejja n-nefqa qawwija li tkatL-iskema mfassla mill-Ministeru tret bla mistenni biex jinħolqu għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjo­ benefiċċji u miżuri speċjali biex nali u l-Infurzar tal-Liġi taħseb jiġu megħjuna persuni u familbiex isiru parti mill-ħlasijiet ji milqutin mis-sitwazzjoni taldovuti lill-Pulizija fuq is-sahra COVID-19. Il-Ministru għall-Finanzi u mhux imħallsa bejn Settembru

s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna qal li “bħala Gvern, ma kellna l-ebda obbligu lega­ li li nagħmlu dan, iżda ħassejna l-obbligu morali li xorta nindi­ rizzaw dawn l-anomaliji u inġustizzji tal-imgħoddi.” Hu tenna wkoll li, b’kollox, hu stmat li fuq medda ta’ erba’ snin in-nefqa fuq dan il-kumpens se tkun telgħet għal kważi €50 miljun. “Dan huwa mod ieħor ta’ kif is-surplus li għamilna f ’dawn l-aħħar erba’ snin konsekuttivi ġie msarraf u mqassam għand in-nies. B’hekk qed inkomplu niżguraw li kulħadd igawdi millġid li ħloqna,” saħaq il-Professur Scicluna. L-applikazzjonijiet u d-doku­ menti meħtieġa għandhom jintbagħtu bil-posta jew jitwasslu fid-Dipartment tas-Sigurtà Soċjali fi 38, Triq l-Ordinanza, il-Belt Valletta, VLT 1021, jew jintbagħtu b’email fuq socialsecurity@gov.mt. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb fuq il-helpline 25903000.


07

10.05.2020

kullhadd.com

COVID-19: KAŻI ATTIVI

INFETTATI

490

352 351 337346 328 319332 331 314 324306302 290 288282 276

IMFEJQIN

427

MIETU

5

46 28 36

71 51 62

88

147149154 127132137 108 105

17 19 1 2 3 4 5 7 12 12 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30

MARZU

241 221 195 162160151

236 222 200211 193 186

120110

1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30

APRIL

96 85

81 77 74 72

68 65 58

1 2 3 4 5 6 7 8 9

MEJJU

KAŻI ATTIVI BĦAT-TIENI ĠIMGĦA

Bi tmien każi oħrajn ta’ persuni fostna li fiequ mill-infezzjoni tal-COVID-19 issa jirriżulta li l-għadd ta’ każi attivi (58) niżel għall-istess ammont li kellna bejn id-19 u l-20 ta’ Marzu li għadda. Dakinhar konna fi tmiem it-tieni ġimgħa ta’ infezzjonijiet f ’Malta, bl-ewwel każ jinstab nhar is-6 tax-xahar. B’nuqqas ta’ infezzjonijiet ġodda, minkejja li nżammet il-medja ta’ 1,000 swab test kull ġurnata, u aktar każi mfejqin, l-imxija fostna baqgħet fi triqtha għan-niżla, anke jekk il-prekawzjonijiet neċessarji jibqgħu fis-seħħ. Dawn jinkludu, b’mod partikolari, id-distanza ta’ żewġ metri, l-użu tal-maskri fi ħwienet u persuni l-aktar vulnerabbli li ma joħorġux barra sakemm mhux tassew

neċessarju. Sal-bieraħ waranofsinhar kienu laħqu fiequ 427 persuna minn total ta’ 490 infezzjoni li kien hawn s’issa, waqt li ħames persuni, ilkoll vulnerabbli, mietu bil-konsegwenzi. Fil-bulettin mediku tal-bieraħ, is-Supretendent għasSaħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci ppreżentat każ wieħed biss ta’ infenzjoni ġdida – Spanjol ta’ 34 sena residenti fostna, li attwalment kien qed jaħdem mid-dar. Huwa jgħix ma’ persuna oħra li wkoll għandha s-sintomi u sarilha t-test li r-riżultat tiegħu mistenni jkun magħruf illum. Il-Professur Gauci wkoll spjegat li huma biss sebgħa

l-każi ta’ dawk mit-58 attivi, li huma rikoverati fl-ispta­ rijiet, Mater Dei (1), St Thomas (2) u Boffa (4), waqt li l-bqija qed jiġu kkurati fi djarhom stess. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika sostniet li avolja s-sitwazzjoni f ’pajjiżna hi stabbli, il-poplu xorta waħda jeħtieġ li jibqa’ attent, mhux l-inqas fil-ġurnata tal-lum, Jum l-Omm. Waqt li fakkret kif anke l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qed tkompli tappella għall-kawtela, il-Professur Gauci sostniet li din mhix se tkun festa oħra normali tal-familja u jaqbel li kulħadd ikun res­ponsabbli bil-għan li pajjiżna jibqa’ jgawdi mis-suċċessi li rnexxielu jikseb sal-lum.



09

10.05.2020

kullhadd.com

IL-PN IPOĠĠI FIL-MIRA LIS-SERVIZZ PUBBLIKU MISTOQSIJIET PARLAMENTARI MILL-FAZZJONI TA’ BUSUTTIL IQANQLU SUSPETTI TA’ XI “ĦSIEB JEW PJAN MAKABRU GĦALL-ĦADDIEMA TAĊ-ĊIVIL” Fil-kriżi tal-pandemija tal-COVID-19 u ċ-ċirkostanzi straordinarji li din ġabet magħha, jidher li, aktar minn kull ħaġ’oħra, il-Partit Nazzjonalista hu ffukat biex jostakola l-ħidma u l-operat talGvern. Din il-gazzetta hi infurmata li saru manuvri konġunti minn esponenti ewlenin tal-Oppożizzjoni li qanqlu dubji serji fost il-ħaddiema taċ-ċivil. Permezz ta’ numru ta’ mistoqsijiet Parlamentari minn deputati Nazzjonalisti ntalbet l-informazzjoni dwar il-mod kif jaħdmu l-istrutturi varji tas-settur pubbliku, inkluż bħalissa bl-użu tat-teleworking. Minbarra hekk, din il-gazzetta hi infurmata wkoll li l-istess esponenti, li lkoll ġejjin mill-fazzjoni tal-Eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, qed jistaqsu dwar kif inhuma strutturati l-Ministeri u d-dipartimenti jew l-entitajiet kollha li jaqgħu taħthom u t-tmexxija f ’kull waħda minnhom. F’mistoqsija identika, li saret mid-Deputat Karol Aquilina lil numru ta’ Ministeri, din il-ġimgħa ġie mitlub jingħad kemm-il talba kien hemm mill-20 ta’ Frar li għadda minn ħaddiema taċ-ċivil biex jaħdmu mid-

dar u mhux mill-post normali tax-xogħol, kemm minnhom intlaqgħu, kemm ġew miċħuda jew inkella kemm għadhom pendenti. Fit-tweġiba tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela jirreferi għal direttiva li nħarġet lis-settur pubbliku u li permezz tagħha seta’ jiġi ffaċilitat it-teleworking, f ’sintonija mal-pariri tal-awtoritajiet tassaħħa, partikolarment id-distanza bejn persuna u oħra. “Ninsab infurmat li d-Direttiva 13 tisħaq li f ’dawn iċ-ċirkostanzi ta’ COVID-19 xogħol li jista’ jsir remotament, isir hekk. Din mhix kwistjoni ta’ talbiet formali, imma ta’ arranġament biex titrażżan l-imxija msemmija,” stqarr il-Prim Ministru. Waqt li tweġiba simili ngħatat minn erba’ Ministri oħrajn, inkluż dik tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, jirriżulta li oħrajn għad iridu jwieġbu. Fil-bidu tal-imxija tal-pandemija f ’Malta, is-settur pubbliku kollu, li jinkorpora s-servizz pubbliku u l-entitajiet kollha, ġie mgħarraf nhar it-13 ta’ Marzu li “fiċ-ċirkustanzi preżenti ta’ miżuri biex

inwaqqfu t-tixrid tal-Coronavirus konsistentement mad-direzzjoni mogħtija minn dan l-Uffiċċju lis-Segretarji Permanenti kollha, talbiet għal teleworking għandhom jiġu aċċettati u għandu jsir dak kollu possibbli biex talbiet bħal dawn li jsiru jiġu milqugħa. L-arranġamenti li jsiru għandhom jassiguraw li x-xogħol u s-servizz lill-klijenti jibqa’ konsistenti f ’kull ħin.” Id-Direttiva 13, kif imsemmija, baqgħet tgħodd sal-aħħar t’April, u kienet estiża fis-27 t’April bid-Direttiva 13.1 li tenniet li “permezz ta’ din l-emenda qed tiġi estiża Direttiva 13 sabiex l-applikazzjoni tagħha tibqa’ valida sakemm joħroġ avviż ieħor li jneħħiha jew jemendaha. Qed jerġa’ jiġi mfakkar ukoll li l-arranġamenti li jsiru għar-rigward ta’ teleworking għandhom jassiguraw li x-xogħol u s-servizz lill-klijenti jibqa’ konsistenti f ’kull ħin.” Meta l-amministrazzjoni governattiva tidher ċara li baqgħet topera tajjeb ħafna, minkejja ċ-ċirkostanzi straordinarji, ħaddiema taċ-ċivil esprimew il-biża’ tagħhom li fil-PN “għandhom xi ħsieb jew qed iħejju għal pjan makabru għalina”. “Se jaraw kif inaqqsu mill-ħaddiema

ingaġġati mas-settur pubbliku jew forsi jridu sempliċement jaraw kif jimminaw bħas-soltu l-ħidma tal-Gvern? Għax donnu meta u fejn jaraw is-suċċess, malajr jimmollaw u jivvintaw il-gambetti. Drajniehom biżżejjed,” qalilna ħaddiem li ilu jaħdem fis-settur pubbliku għal għexieren ta’ snin u ma xtaqx li jiġi indentifikat. Fil-fatt, nhar l-Erbgħa li għadda s-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar, li hu responsabbli għas-settur pubbliku u allura għad-direttivi msemmija li jġibu l-firma tiegħu, ħabbar li s-sistema elettronika ta’ servizz.gov tat prova li l-istrutturi tas-settur pubbliku qed jaħdmu tajjeb anke meta jkunu taħt pressjoni, kif inhuma ċ-ċirkostanzi tal-lum, u ssaħħaħ il-mod kif jingħataw is-servizzi lill-klijenti. F’xahar wieħed biss fuq il-freephone 153 twieġbu 93,000 telefonata, li żewġ terzi minnhom ma kinux jirrigwardaw il-COVID-19, waqt li kien hemm żieda ta’ 32% fl-aċċess tas-sit elettroniku ta’ servizz.gov, fejn mal-125,000 ruħ aċċessaw is-servizzi tal-Gvern minn dan is-sit li jipprovdi ’l fuq minn 1,000 servizz governattiv.

IL-QAGĦDA FINANZJARJA TAJBA TAL-FAMILJI F’MALTA KKONFERMATA Tkompli minn paġna 1 Skont il-Eurostat, pajjiżna għamel progess kbir fl-aħħar snin tant li r-rata ta’ dawk f ’sitwazzjoni ta’ ċaħda materjali severa naqas minn 8.5% fl-2015 għal 3.7% fl-2019. Dan ifisser li minn sitwazzjoni fejn Malta kellna rata ogħla mill-medja Ewropea, 6.4% fl-2015, issa għandna rata kważi nofs il-medja Ewropea, 5.6% fl-2019. It-tali titjib jirrifletti l-aktar rata ferm baxxa fejn jidħlu ġenituri li jaħdmu. Fil-familja tipika Maltija, ta’ żewġ ġenituri b’tifel jew tifla waħda, ir-rata ta’ ċaħda materjali severa bilkemm tlaħħaq il-1%, u hi kwart dik fil-bqija tal-UE. Imma anke fejn jidħlu pensjonanti, skont il-Eurostat, bejn l-2015 u l-2019 ir-rata naqset bin-nofs, minn 5% għal 2.6%. L-istess ġara fir-rata osservata fost it-tfal u ż-żgħażagħ.

Ir-rapport tal-Eurostat jindika li issa pajjiżna ilu mill-inqas tliet snin bl-inqas proporzjon ta’ familji bi problemi biex iħallsu spejjeż addizzjonali.

Filwaqt li fl-2015, 22% tal-familji kienu sostnew li għandhom abilità limitata biex ilaħħqu mal-ħajja, sas-sena li għaddiet dan il-proporzjon kien naqas għal

12% biss. B’kuntrast, 20% jgħidu li qegħdin f ’qagħda tajba ħafna biex ilaħħqu mal-ħajja. Dan meta sal-2015 il-proporzjon li kien jgħid hekk kien biss 13%.

Il-qagħda finanzjarja tajba tal-familji f ’pajjiżna toħroġ ukoll mil-fatt li qatt daqs illum il-familji ma kellhom flus iddepożitati malbanek lokali. Ċifri tal-Bank Ċentrali jindikaw li, f ’Marzu li għadda, dawn laħqu l-figura rekord ta’ €13.5 biljun. Din tfisser żieda ta’ €5.8 biljun, jew 74% fuq l-ammont li kien hemm fil-bidu ta’ din l-amministrazzjoni. Il-familji tagħna faddlu €2.2 miljun kull jum, jew tliet darbiet ir-rata li faddlu bħala medja taħt l-amministrazzjoni preċedenti. Dan kien riżultat tat-tkabbir ekonomiku qawwi li seħħ f ’pajjiżna fl-aħħar snin, kif ukoll it-titjib qawwi fil-benefiċċji soċjali, ewlenin fosthom il-pensjonijiet. Dawn wasslu biex il-qagħda finanzjarja tal-familji fl-2019 laħqet livelli li qatt ma osservati qabel fl-istorja ta’ Malta.



kullhadd.com

11

10.05.2020

L-ISTORJA TAL-AGĦAR PRATTIĊI LI FUQHOM HU MIBNI MATER DEI Il-pubblikazzjoni ta’ rapport ulterjuri mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali (NAO) dwar l-ispiża li wasslet għall-bini tal-Isptar ġenerali ta’ pajjiżna, Mater Dei, mhux biss qanqlet mill-ġdid l-iħirsa tal-agħar prattiċi mħaddna mill-Partit Nazzjonalista filGvern, iżda elenkat kif iċ-ċittadin Malti kien l-aħħar wieħed li kellu x’jibbenefika minn dan ilproċess dubjuż. L-investigazzjoni ulterjuri ntalbet f ’Lulju tal-2018 mill-Ministru għall-Finanzi l-Professur Edward Scicluna wara r-rapport oriġinali tal-Awditur xahrejn qabel tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra tad-Deputati fil-jiem li għaddew. It-talba kienet tesiġi, fost oħrajn, li jiġu analizzati wkoll dokumenti tal-Uffiċċju tal-Kabinett tażżmien meta ttieħdu d-deċiżjonijiet kruċjali relatati mal-bini talisptar biex jieħu post l-Isptar San Luqa. Minn dawn id-dokumenti, fil-fatt, irriżulta lill-Awditur Ġenerali li f ’Settembru tal-1995 il-kuntratt tal-bini tal-Isptar ingħata lil Skanska b’deċiżjoni unilaterali tal-Kabinett, minkejja li ma kinitx l-orħos offerta u li d-Dipartiment tal-Kuntratti kien iddeċieda mod ieħor wara sejħa għat-tenders. Mill-investigazzjoni tal-Awditur jirriżulta li l-Kabinett Nazzjonalista, dak iż-żmien immexxi minn Eddie Fenech Adami, insista li kien hemm interessi oħrajn iżjed importanti mill-prezz, partikolarment dawk politiċi, finanzjarji, legali u diplomatiċi. Minn hawn ’il quddiem, bdew iħallu l-effetti tagħhom speċjalment fuq il-prezz l-iżvantaġġi prinċipali ta’ ftehim li ma qiesx l-ispejjeż. It-tibdil kontinwu fid-disinn u l-pjani tal-isptar irriżultaw f ’żidiet sinifikanti fl-ispejjeż li finalment wasslu għat-tmiem tal-kuntratt cost-

plus u l-adozzjoni ta’ deċiżjoni fuq somma waħda sħiħa, innota l-NAO. Dan wassal biex effettivament minn €98.1 miljun, kif kien ippjanat oriġinarjament, l-ispiża titla’ għal madwar ħames darbiet iktar, €487.7 miljun, sakemm ilproġett tlesta 13-il sena wara. Minbarra hekk, l-aħħar rapport tal-Awditur Ġenerali jelenka kif l-istruttura komplessiva wkoll tisboq bil-kbir rakkomandazzjonijiet internazzjonali għall-bini ta’ sptarijiet ġenerali, mhux l-inqas fuq il-bażi ta’ kobor u kemm għandha tkun l-ispiża ta’ kull metru kwadru użat. Ta’ min ifakkar li Mater Dei hu mibni fuq art li kienet barra ż-żona ta’ żvilupp (ODZ). Ir-rapport ukoll ipoġġi ċ-ċirasa fuq il-kejk b’analiżi tal-ftehim għall-għeluq tal-proġett (waiver) li temm kull relazzjoni bejn il-kuntrattur u l-Gvern Malti, anke jekk dan ma kienx ikopri l-interessi tal-poplu Malti u Għawdxi, ladarba l-partijiet qablu li jwarrbu kull tilwima ulterjuri li kien hemm kontra xulxin. “Waqt li dak iż-żmien dan kien jidher li se jevita proċeduri ta’ tilwim li jieħdu ħafna żmien u jinvolvu l-miljuni, kien ta’ żvantaġġ għall-Gvern Malti ladarba l-probabbiltà li proġett daqstant kbir iwassal għal talbiet kontra l-kuntrattur kienet konsiderevoli. Maż-żmien, din il-kwistjoni tqajmet minħabba l-kontestazzjoni fuq il-kwalità tal-konkos użat fil-bini tad-Dipartiment tal-Emerġenza,” stqarr l-Awditur. Fil-fatt, kif irriżulta f ’Marzu li għadda, il-Kummissjoni dwar il-Liġi Internazzjonali tan-Negozju tal-Ġnus Magħquda kkonkludiet li Malta ma setgħetx tfittex lil Skanska għad-danni f ’dan ir-rigward proprju minħabba t-tali ftehim ta’ waiver li ffirmat mal-kuntrattur Żvediż.


12

10.05.2020

kullhadd.com

L-IMPATT TAL-COVID-19 FUQ IT-TURIŻMU

Johann Buttigieg CEO, L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu

Dawn huma żminijiet ferm diffiċli għan-negozji kollha, u l-ekonomija globali qed tbati minħabba l-miżuri tal-gvernijiet sabiex innaqqsu it-tixrid tal-COVID-19. F’ħafna pajjiżi madwar id-dinja kien hemm lockdown totali. L-ekonomija dinjija qalgħet daqqa ta’ ħarta ikbar milli wieħed jista’ jimmagina. Ħafna nies fl-isfera internazzjonali tilfu xogħolhom. Bl-għaqal tal-Gvern lokalment l-impatt fuq it-turiżmu qed jiġi mitigat. Il-miżuri mħabbra millGvern jgħinu biex itaffu l-piż fuq l-industrija, però dan iżżmien xorta ħa jibqa’ mfakkar bħala wieħed mill-għar perjodi fl-istorja. Bħalma l-attakk terroristiku ta’ 9/11 biddel l-industrija tal-avjazzjoni għal dejjem, il-COVID-19 ser ikollha effett negattiv, fuq it-turiżmu u l-industriji relatati, għal bosta snin li ġejjin. Il-vunerabilità ta’ dan is-settur ħareġ fil-beraħ bit-twaqqif totali ta’ titjiriet. Il-Ministeru tat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur ipprepara set ta’ gwidi operattivi għall-ħaddiema u sidien ta’ negozji kollha fis-settur tat-turiżmu. Dan id-dokument jippreżenta pariri u rakkomandazzjonijiet għall-operaturi kollha fl-industrija; minn lukandi u ristoranti sa beachclubs. B’hekk l-industrija tista’ tibda tħares ’il quddiem gradwalment. It-turiżmu domestiku ser ikun l-ewwel li jiġi permess bil-għan li s-settur jerġa’ jieħu ftit tal-ħajja. Dan għandu jgħin lil bosta negozji biex jibdew jirkupraw u jevitaw li jkomplu jagħmlu iktar telf, speċjalment hekk kif issa deħlin fix-xhur tas-sajf, li huma essenzjali għall-industrija. L-MTA tilqa’ l-proposta tal-Ministru tat-Turiżmu, l-Onorevoli Julia Farrugia Portelli. Hi saħqet li għandhom jiġu

introdotti ‘safe corridors’ bejn pajjiżi fejn it-turiżmu ikun jista’ jerġa’ jibda. Il-pajjiżi li jkunu inklużi f ’dawn is-‘safe corridors’ iridu jkunu żammew it-tixrid tal-pandemija taħt kontroll u jkunu kkunsidrati li ħarġu mill-pandemija. Waqt il-konferenza, il-Ministru qalet li territorji u reġjuni li, bħal Malta, rċevew tifħir għall-immaniġġjar b’suċċess tal-pandemija, għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw issa li d-dinja qiegħda tirkupra. Hi saħqet ukoll fuq kif pajjiżna introduċa bosta miżuri biex jikkumbatti l-kriżi u jtaffi l-impatt negattiv fuq itturiżmu u appellat għal impenn qawwi rigward il-ftuħ mill-ġdid tas-settur. Madankollu, xorta hemm bosta riskji assoċjati ma’ titjiriet, akkomodazzjoni u divertiment, li għandhom jiġu mmaniġġjati. Pajjiżi li, bħal Malta, jiddependu ħafna fuq it-turiżmu u l-ivvjaġġar bl-ajru jistħoqqilhom li jingħataw allokazzjoni finanzjarja b’saħħitha fil-pjan ta’ rkupru tal-UE, li qiegħed jiġi mfassal. L-għajnuna mill-UE għandha tinkludi għotjiet lill-operaturi għaliex it-titjib tas-settur tat-turiżmu

lokali jgħin l-ekonomija tirkupra. L-industrija tal-avjazzjoni għandha tiġi megħjuna għaliex għal gżira bħal Malta, l-avjazzjoni hi l-uniku mezz li jgħaqqadna mal-kumplament tad-dinja u hija vitali għall-konnettività tal-pajjiż. Għalkemm id-drittijiet tal-konsumatur għandhom dejjem jiġu mħarsa, għandu jintlaħaq bilanċ biex is-settur tal-ivvjaġġar jiġi mħares ukoll. Bħalma saħqet l-IATA, l-isfida tal-COVID-19 teħtieġ kollaborazzjoni bejn il-gvernijiet u l-industrija. L-assoċjazzjoni wkoll nediet sett ta’ miżuri li għandhom jiġu implimentati sabiex isibu bilanċ bejn ir-riskju ta’ tixrid tal-virus u l-bżonn tal-ivvjaġġar bl-ajru. Barra minn hekk, dawn il-miżuri proposti għandhom jerġgħu jibdew jagħtu fiduċja fl-ivvjaġġar bl-ajru. Rigward avvenimenti, ħafna minn dawk li kienu ppjanati għal 2020, sfortunatament ser ikollhom jistennew sal-2021. Qegħdin naħdmu biex nappoġġjaw avvenimenti li jpoġġu lil Malta fuq il-mappa, iżda li jistgħu jsiru wara bibien magħluqa

u f ’ambjent sigur. Barra minn hekk, l-Awtorità użat din is-sitwazzjoni biex nediet il-kampanja promozzjonali: ‘DREAM NOW… VISIT LATER’. L-għan huwa li nfakkru lit-turisti prospettivi dwar is-sbuħija li qed tistenniehom f ’Malta ladarba jkun possibbli li wieħed jivvjaġġa mill-ġdid. Dan huwa essenzjali għal pajjiżna, għaliex ladarba tgħaddi l-kriżi talCOVID-19, il-kompetizzjoni bejn destinazzjonijiet turistiċi se tkun qawwija. Għalhekk, pajjiżna irid ikun minn tal-ewwel li joffri l-aqwa prodott possibbli biex nerġgħu nattiraw il-livell ta’ turiżmu li kellna qabel ma faqqgħet il-pandemija. L-awtorità ser tkompli tissorvelja s-sitwazzjoni ta’ kuljum u d-dokument ta’ gwidi għas-settur turistiku ser ikompli jiġi aġġornat skont il-bżonn. Rakkomandazzjonijiet fuq ir-rotot li jiġu kkunsidrati siguri, ser jibdew jiġu mgħoddija lill-Gvern. Dan isir wara konsultazzjoni estensiva mal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika. Barra minn hekk, l-MTA qiegħda tikkollabora bis-sħiħ mal-Awtorità tas-Saħħa Pub-

blika u mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex tintroduċi protokolli ġodda li ser jidħlu fis-seħħ. Din il-ġimgħa ħabbarna investiment kbir fis-‘Soft Skills’ tas-settur fejn il-ħaddiema, l-istudenti u kull min għandu għal qalbu dan is-settur jista’ jtejjeb il-ħiliet tiegħu billi jibda kors fit-turiżmu. Hemm uħud millaqwa ismijiet internazzjonali fosthom Forbes u l-UNESCO, l-ITS u l-Università ta’ Malta u numru sabiħ ta’ kumpaniji Maltin u barranin. Dan sar b’investiment ta’ iktar minn €5 miljun. Qegħdin nippreparaw ilpost Covid strategy biex nassiguraw li Malta terġa’ tibda fuq bażi soda, b’turiżmu ta’ kwalità biex jagħmel tajjeb għat-telf li ser issofri l-industrija fix-xhur li ġejjin. Qed inħarsu lejn swieq ġodda u siguri. Hekk kif nibdew inħarsu ’l quddiem b’inkoraġġiment, irridu niżguraw li dawn il-metodi u protokolli ġodda jidħlu fis-seħħ b’mod effiċjenti, biex dejjem nagħtu prijorità lis-saħħa u b’hekk nevitaw it-tieni mewġa ta’ infezzjonijiet.


13

10.05.2020

kullhadd.com

SOLIDARJETÀ MA’ KULĦADD

Michael Falzon Ministru

Fl-aħħar ġimgħat, rajna l-pandemija tal-COVID-19 tikkaratterizza l-ħajja tagħna minn kull angolu u dimensjoni. Din l-isfida globali għadha magħna, u jiddependi minna lkoll kemm tippersisti fil-jiem u fix-xhur li ġejjin. Kulħadd kellu jaddatta ruħu għal realtà ġdida, b’waħda mill-ikbar sfidi tkun dik tad-distanza soċjali. Kellna nibdlu l-istil tal-ħajja tagħna, iżda dan qed nagħmluh bl-għan aħħari li negħlbu din il-pandemija u nirritornaw lura għan-normal. Benefiċċji soċjali ġodda

Bħal dejjem, il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, jinsab attiv aktar mis-soltu sabiex jindirizza kull sitwazzjoni t’assistenza jew għajnuna soċjali. Sa mill-bidu tal-pandemija, nedejna erba’ benefiċċji ġodda, sabiex minnhom jibbenefikaw persuni li kellhom l-impjieg tagħhom affettwat kawża tal-COVID-19. Bdejna billi tajna benefiċċju lill-ġenituri fis-settur privat li jkollhom jibqgħu id-dar biex jieħdu ħsieb ’l uliedhom u li ma jistgħux jaħdmu mid-dar. Qed nagħtu wkoll benefiċċji lill-persuni b’diżabilità, illi qed ikollhom jibqgħu d-dar minħabba l-vulnerabbiltà tagħhom u ma jistgħux jaħdmu mid-dar. Filwaqt li inkludejna il-Benefiċċju Addizzjonali għal Diżimpjieg (benefiċċju addizzjonali għal min ikun tilef l-impjieg u dan b’żieda mal-benefiċċju normali talqgħad). Rajna wkoll li ninkludu miżuri ġodda biex anzjani ’l fuq minn 65 sena u persuni oħra b’kundizzjonijiet mediċi meqjusa ta’ riskju jibqgħu d-dar. Din il-ġimgħa ikkonkludejna s-sitt proċess ta’

pagamenti, taħt dawn l-iskemi, fejn in-nefqa totali telgħet €7.35 miljun. Ma ħarisniex biss lejn l-att finanzjarju, iżda rajna wkoll li jkollna servizzi li jagħtu appoġġ u sapport kontinwu lil dawk li jsibu ruħhom f ’solitudni. Kuntent ħafna li għandna servizzi soċjali li qed jilħqu mijiet ta’ persuni vulnerabbli u nappella biex min iħossu fil-bżonn t’għajnuna, jersaq ’il quddiem għax hemm persuni professjonali lesti biex jgħinu. Sostenn ta’ benefiċċji eżistenti Ix-xogħol tas-soltu tagħna baqa’ għaddej b’ritmu normali, anzi b’iktar impenn minn qatt qabel. Din il-ġimgħa osservajna statistika maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, l-NSO li tikkonferma li n-nefqa soċjali talGvern żdiedet bi €13.2 miljun, li tfisser żieda ta’ 5.8% fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra. In-nefqa ammontat għal kwart ta’ biljun ewro fuq medda ta’ tliet xhur. Kemm in-nefqa fuq il-benefiċċji kontributorji bħall-pensjonijiet, u anke dawk

mhux kontributorji bħall-għotja għall-persuni b’diżabilità rrappurtaw żidiet. L-ikbar żieda kienet dik fuq il-benefiċċji kontributorji, spiża illi ammontat għal €194.3 miljun li jfisser 6.7% aktar mill-ewwel tliet xhur tas-sena l-oħra. Dan juri l-impenn tal-Gvern li mhux biss jassigura l-pensjonijiet u benefiċċji oħra, iżda inkomplu nikkonsolidawhom u nsaħħuhom.

€12 miljun. Il-Gvern qed iżomm kelmtu u ser jibqa’ jagħmel dawn il-ħlasijiet u oħrajn minkejja n-nefqa qawwija li kibret bla mistenni biex jinħolqu benefiċċji u mizuri speċjali biex jiġu megħjuna persuni u familji milquta mis-sitwazzjoni tal-COVID-19. Ejjs nżommu sodi u kumpatti biex flimkien nibnu ġebla ġo ħajt difensiv, li jilqa’ għall-isfidi tal-lum u ta’ għada!

Komplejna nindirizzaw l-inġustizzji Għar-raba’ sena konsekuttiva l-Gvern qed jonora wkoll wegħda elettorali li jindirizza anomaliji u inġustizzji tal-imgħoddi. Dan qed isir b’sejħa għall-applikazzjonijiet mingħand eks membri tal-korpi mwaqqfa qabel l-1979, eks ħaddiema tax-xatt u uffiċjali tal-Pulizija. Għal dan il-għan, din il-ġimgħa ħabbarna li se jkun hemm aktar minn 7,000 persuna li ser ikunu intitolati għall-għotjiet li jingħataw skont l-iskemi mfassla minn dan il-Gvern. Bejniethom mistennija jitħallsu b’kollox madwar

Ma ħarisniex biss lejn l-att finanzjarju, iżda rajna wkoll li jkollna servizzi li jagħtu appoġġ u sapport kontinwu lil dawk li jsibu ruħhom f’solitudni

TIFSIRA AKBAR GĦALL-OMM TFISSER SOĊJETÀ AKBAR

Rosianne Cutajar Segretarju Parlamentari

X’inhi, u min hi l-omm? It-tifsira tal-omm hija diversa, li nġedduha l-ħin kollu. Kull ġenerazzjoni li titwieled issib fil-ħidma u fil-kenn tal-omm tifsiriet li fuqhom imbagħad tibni ħafna mis-sisien tagħha. Permezz tar-rwol ċentrali talomm, kull komunità tagħraf tindirizza aħjar bosta mill-ħtiġijiet ta’ żmienha, kif ukoll tifhem aħjar l-isfidi ġodda li ssib quddiemha. Is-soċjetà tagħna bħalissa qed titlob minna xi ħaġa importanti:

li l-għożża u r-rispett li dejjem urejna lejn l-omm bijoloġika, illum inkomplu niftħuhom sabiex nagħrfu u ngħożżu lil dawk ir-rwoli materni kollha, fid-diversità tagħhom, li permezz tal-kontribut tagħhom is-soċjetà Maltija llum tista’ tikber u tħares ’il quddiem. F’seduta Parlamentari aktar kmieni din il-ġimgħa, tkellimt dwar il-liġi l-ġdida tal-koabitazzjoni u r-realtajiet ġodda tal-familji fis-soċjetà tagħna tal-lum. Sħaqt fuq kemm hu importanti li l-forom kollha ta’ familja f ’Malta llum ikunu rikonoxxuti u jingħataw il-ħarsien legali u soċjali li jixirqilhom, u li jirrifletti b’mod xieraq id-drittijiet sħaħ tagħhom. Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar irridu nkunu attenti li d-drittijiet ta’ kull familja li għandna fi ħdanna jkunu rispettati b’mod ugwali. U dan jgħodd sew għall-familji misti (‘blended families’), dawk magħmula minn persuni tal-istess sess, dawk b’ġenitur

wieħed, familji ta’ nies m’humiex miżżewġa, familji f ’koabitazzjoni u l-forom l-oħra kollha li jsawru familja. Kull waħda minn dawn il-familji għandha dritt għall-ħarsien legali li jgħodd għaliha. Il-bidliet li qed naraw filforom ta’ familji fis-soċjetà tallum, jitolbu minna sensittività akbar. Anzi, nasal ngħid li l-kuxjenza u rispons f ’waqtu għal dawn ir-realtajiet ġodda huma, illum, il-kejl ta’ soċjetà aktar għarfa u b’saħħitha fil-moħħ u fil-qalb. Daqstant ieħor importanti nifhmu li r-rwol matern mhuwiex xi ħaġa li tgħodd għallomm bijoloġika biss. Fis-soċjetà tagħna għandna ħafna persuni li jaqdu r-rwol ta’ omm b’modi oħra li daqstant ieħor huma siewja u importanti. Dawn huma persuni li permezz tal-ħidma tagħhom, dik li jħarsu, jikkuraw u jindikraw, qed jaqdu l-missjoni sħiħa tal-omm u bl-impenn tagħhom qed iwelldu Malta ikbar u aħjar — qed

nirreferi hawn għall-infermiera, għall-carers tagħna, l-assistenti fit-tagħlim u l-għalliema tagħna, it-tobba u l-kirurgi, is-sorijiet u l-ordnijiet reliġjużi, il-forzi tal-ordni, u dawk l-għaqdiet u individwi li jgħinu persuni li għaddejjin jew jinsabu f ’forma jew oħra ta’ diffikultà. F’dan il-jum speċjali, lil dawn il-ħaddiema kollha rrid ngħidilhom li huma lkoll importanti u jservu rwol daqstant ieħor kruċjali, bħalma jagħmlu ommijietna, u li mingħandna se jibqgħu jsibu għożża, għajnuna u rispett. Jekk għarafna xi ħaġa fl-aħħar ġimgħat ibsin li għaddejna minnhom, naħseb li kien il-valur indispensabbli tal-ħidma ta’ dawn il-persuni. Il-kittieba Maya Angelou spjegat il-qawwa tal-figura talomm meta stqarret li “sabiex niddeskrivi lil ommi, ikolli nikteb dwar uragan fis-setgħa perfetta tiegħu”. Illum, nhar Jum l-Omm nixtieq insellem lil ommijietna kollha - lil kull persuna li b’mod jew ieħor, fit-tlugħ u l-inżul li

l-ħajja ġġib magħha, qed tkompli taqdi l-funzjoni ta’ omm, dik bijoloġika u dik b’modi oħra. L-ikbar setgħa li għandna biex inrawmu pajjiż aħjar tinsab proprju f ’din il-ħidma.

Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar irridu nkunu attenti li d-drittijiet ta’ kull familja li għandna fi ħdanna jkunu rispettati b’mod ugwali


14

10.05.2020

kullhadd.com

MILL-INDAFA SAL-KONSUMATUR F’dawn il-ġimgħat sħaħ li ilna għaddejjin mis-sitwazzjoni miġjuba mill-pandemija COVID-19, rajna attività kbira fit-toroq u fl-ibliet ta’ pajjiżna bil-ħaddiema tad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni jieħdu ħsieb saħħitna b’xogħol siewi ta’ tindif f’postijiet pubbliċi, lil hinn mix-xogħol normali tagħhom. Imma dan is-Segretarjat Parlamentari għandu wkoll responsabbiltajiet ferm importanti apparti dan. Taħtu jaqgħu wkoll il-ħarsien talkonsumatur u l-prodotti mediċinali, fost oħrajn li t-tnejn li huma qed jagħtu sehem kbir f’dan il-perjodu li qed ngħixu. Dan il-ġurnal tkellem mas-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika Deo Debattista dwar il-ħidma vasta tiegħu.

Apparti x-xogħol ta’ rutina, f ’dan il-perjodu delikat miġjub millpandemija COVID-19, x’tip ta’ xogħol qed isir min-naħa tad-Diviżjoni għatTindif u Manutenzjoni? Fil-mument, apparti r-rutina normali tax-xogħol qed nagħmlu wkoll xogħol ta’ sanitizzazzjoni tal-postijiet pubbliċi kollha fl-irħula. Hemm postijiet fejn dan ix-xogħol qed isir ta’ kuljum. S’issa sar tindif ta’ iktar minn 21,500 kilometru f ’bankini. Użajna iktar minn 1.35 miljun litru ta’ ilma biex saret sanitizzazzjoni ta’ 1,200 bus shelter, railings, bankijiet u kontenituri tal-iskart. Bdejna wkoll naħslu u nagħmlu sanitizazzjoni ta’ pjazez, żoni pedonali, promenades, bankini ta’ quddiem supermarkets, grocery shops, take aways, banek u spiżeriji li huma kollha kkunsidrati bħala bżonnijiet essenzjali. S’issa dorna iktar minn 54 lokalità. Biss il-ħaddiema qegħdin imorru kull fejn ikun hemm bżonn is-servizzi tagħhom. Għandna madwar 100 ħaddiem jaħdmu fuq dan il-proġett, li qed jaħdmu 24/7 sabiex ilaħħqu mad-domanda kbira li għandna. Nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lill-ħaddiema kollha tax-xogħol kbir li qegħdin jagħmlu. Mhux talli x-xogħol baqa’ għaddej, talli żdied. Qegħdin nagħmlu dak kollu possibbli biex nissalvagwardjaw is-saħħa tal-uffiċjali tagħna u tal-familji tagħhom. Fil-fatt, il-ħaddiema kollha ngħataw taħriġ ta’ kif jagħmlu l-aħjar użu mill-Personal Protective Equipment provdut lilhom. Bla dubju x-xogħol ta’ rutina baqa’ għaddej normali. Ta’ kuljum isir it-tindif ta’ toroq arterjali, tindif ta’ culverts u tal-bajjiet. Qed nieħdu l-okkażjoni sabiex bħalissa ssir ukoll il-manutenzjoni meħtieġa fuq l-għamara tat-toroq, bħal żebgħa ta’ bankijiet u bollards, tibjid u affarijiet oħra konnessi maż-żamma tajba. Tajjeb ngħidu li din id-diviżjoni qed timmanifattura wkoll bankijiet ġodda tal-in-

jam li ser jitwaħħlu f ’numru ta’ ġonna, wara arranġamenti li saru ma’ diversi Kunsilli Lokali. Apparti dan kollu bdejna wkoll naħdmu fuq xogħol marbut mas-sajf. Bdiet it-tneħħija tal-alka mill-bajjiet, il-manifattura ta’ 50 sellum ġdid u l-manutenzjoni fuq 320 sellum li kellna qabel. Qed isir ukoll xogħol ta’ manutenzjoni fuq iktar minn 400 railing madwar il-kosta, ħafna minnhom huma ġodda u oħrajn qed jiġu miżbugħa fuq il-post. Taħt id-dekasteru tiegħek għandek ukoll l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur. Awtorità fundamentali li tipproteġi l-konsumaturi f ’pajjiżna. X’inhu x-xogħol li qiegħed isir minn din l-Awtorità? L-MCCAA qed taħdem qatigħ biex f ’dawn iż-żminijiet kruċjali tkun ta’ servizz għall-konsumaturi, għall-operaturi lokali oħra u għall-Awtoritajiet tas-Saħħa. Il-gruppi ta’ esperti fi ħdan l-MCCAA qed jaħdmu kontinwament biex jipproċessaw, mingħajr dewmien, applikazzjonijiet marbuta ma’ provvisti u servizzi mediċi. Filfatt, twaqqaf ukoll proċess ta’ awtorizzazzjoni biex jitpoġġew sanitisers fuq is-suq. Dan sar biex jassigura provvista adegwata li tissodisfa d-domanda ta’ dawn il-prodotti. Ħidma oħra li qed issir mal-Awtoritajiet tas-Saħħa, hija n-numru ta’ testijiet fuq gassijiet mediċi. Dan l-aħħar saru iktar minn 2,600 test fuq gassijiet mediċi għal użu mill-isptarijiet tagħna fosthom Mater Dei u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Settur importanti ieħor huwa l-prezzijiet fis-suq. L-MCCAA hija konxja millfatt li l-konsumaturi qed jiltaqgħu ma’ żidiet fil-prezzijiet fis-suq, minħabba li hemm domanda għolja għal ċerti prodotti. Għalhekk qed isir monitoraġġ kontinwu, biex naraw jekk dan jistax ikun riżultat ta’ ksur tal-ligi tal-kompetizzjoni. Fuq il-bażi

tar-riżultat ta’ dan il-monitoraġġ, se nevalwaw hemmx lok għal miżuri speċifiċi dwar il-prezzijiet. Minbarra dan, l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur jassisti lil dawk il-konsumaturi li jixtiequ kull tip ta’ informazzjoni, jew anki biex jiftħu xi lment relatat mad-drittijiet tal-konsumaturi. L-Awtorità tirċievi numru ta’ lmenti minn konsumaturi dwar suġġetti differenti. Dawn l-aħħar ftit ġimgħat kellna ’l fuq minn 2,000 ilment u talbiet għal informazzjoni. Bħalissa l-maġġoranza tagħhom jiffukaw fuq kanċellamenti ta’ vjaġġar jew avvenimenti oħra. Awtorità oħra taħt ir-responsabbiltà tiegħek hija l-Awtorità dwar il-Mediċini, x’inhu r-rwol ta’ din l-Awtorità? L-Awtorità dwar il-Mediċini tpoġġi l-pazjent fiċ-ċentru tal-funzjonijiet tagħha. Din l-Awtorità tagħmel evalwazzjoni teknika ta’ prodotti mediċinali li jeħtieġu liċenzja sabiex jitpoġġew fuq is-suq lokali u dak Ewropew. Qegħdin naraw li titjieb l-aċċessibiltà tal-mediċini permezz ta’ kollaborazzjoni sħiħa mal-imsieħba farmaċewtiċi sabiex tkun assigurata l-provenjenza kontinwa tal-mediċini għall-benefiċċju taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. Rwol prinċipali ieħor ta’ din l-Awtorità hija li tagħmel spezzjonijiet li jevalwaw l-istandard tal-Good Manufacturing Practice lill-industrija tal-manifattura tal-mediċini u tal-kannabis għall-użu mediċinali. Dawn l-ispezzjonijiet huma rikonoxxuti mill-Food and Drug Administration. Barra minn hekk, qed issir viġilanza fuq il-mediċini, biex wieħed jara li mediċini li hawn fuq is-suq qed jintużaw b’mod li l-vantaġġi li joffru lill-pazjent jirbħu fuq xi possibilità ta’ effetti sekondarji li jista’ jkollha kull mediċina. Funzjoni essenzjali oħra ta’ din l-Awtorità hija x-xogħol

regolatorju li jsir dwar l-importazzjoni, id-distribuzzjoni u l-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali u ta’ riċerka. Fl-aħħar u mhux l-inqas din l-Awtorità tagħmel promozzjoni ta’ taħriġ u prattiċi għall-professjonisti fl-innovazzjoni tax-xjenza regolatorja permezz tal-Akkademja għall-Eċċelenza u l-Innovazzjoni. L-Akkademja qed trawwem klima ġdida ta’ tagħlim u ideat u tiddiskuti opportunitajiet fl-oqsma dinamiċi tax-xjenza u t-teknoloġija permezz ta’ korsijiet u seminars. Ir-rwol tal-Awtorità qiegħed jespandi lil hinn mill-aspetti regolatorji marbutin mal-mediċini sabiex jinkludi wkoll l-apparat mediku. L-Awtorità dwar il-Mediċini qed tħaddan it-tibdil fil-leġiżlazzjoni fuq livell Ewropew sabiex tassigura s-sigurtà u l-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur billi twettaq viġilanza fuq dan l-apparat mediku u taħdem qrib il-professjonist u l-pazjent biex ikun assigurat li kull apparat mediku huwa sigur, effiċjenti u ta’ kwalità. Issa bħalissa ninsabu f ’perjodu bla preċedent, allura x’inhu x-xogħol li qed tagħmel din l-Awtorità dwar l-imxija tal-COVID-19? Sa mill-aħħar tas-sena li għaddiet, it-taqsima tal-mediċini bdiet tħejji għal kull eventwalità li setgħet tinqala’. Bdejna billi nagħrfu liema mediċini jistgħu jintlaqtu minn din il-pandemija u ħarisna lejn liema mediċini se jkunu l-aktar bżonjużi direttament minħabba l-COVID-19 bħall-antibijotiċi li jittrattaw infezzjonijiet li jolqtu lill-pazjenti bil-COVID-19, dawk li nsejħulhom superinfections għax huma infezzjoni fuq infezzjoni, il-mediċini li jtaffu d-deni bħall-paracetamol u dawk il-mediċini li jirrilassaw il-muskoli sabiex wieħed ikun jista’ jamministra l-ventilator fuq pazjenti li jkunu f ’qagħda l-iżjed avvanzata fl-ITU. Kif intlaqtu l-mediċini


15

10.05.2020

kullhadd.com

mill-pandemija? Il-pandemija COVID-19 oriġinat minn Wuhan, ic-Ċina li huwa hub ewlieni tan-negozju għal bosta industriji. Kif nafu, it-trażmissjoni tal-virus wasslet għal lockdown kemm fiċ-Ċina kif ukoll f ’pajjiżi oħra bħall-Indja, li timmanifattura u tesporta numru kbir ta’ mediċini. L-Awtorità dwar il-Mediċini bdiet tindirizza b’mod proattiv il-ħtiġijiet mediċi permezz tal-Unit għall-Intelliġenza u l-Aċċessibilità tal-Mediċini. Sa minn xhur ilu, twaqqaf inter-ministerial taskforce mmexxi mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u jiena, flimkien ma’ rappreżentanti tal-Awtorità, is-Suprintendenza tasSaħħa Pubblika u tas-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) ħadna ħsieb il-provenjenza u l-provvistà ta’ mediċini u apparat mediku sabiex tiġi assigurata aċċessibilità kontinwa għall-benefiċċju taċ-ċittadin Malti. Ħdimna sabiex naraw liema mediċini jintużaw ta’ kuljum u rajna li jkollna provvista sodisfaċenti ta’ dawn il-mediċini sabiex nassiguraw aċċessibilità xierqa fosthom tal-mediċini li fihom il-paracetamol. Il-prezz tal-mediċini f ’Malta żdied? F’Malta, l-ebda prezz tal-mediċini ma żdied minħabba l-COVID-19. Dan jgħodd ukoll għall-mediċini li fihom il-parac-

etamol. Għalkemm madwar id-dinja hawn nuqqas ta’ mediċini tal-paracetamol, f ’Malta hawn stokk sostanzjali tal-forom kollha tal-paracetamol, jiġifieri dawk li jintużaw mill-adulti li jkunu easy to swallow, il-misturi u s-suppożitorji għat-tfal. Dan japplika wkoll għall-prodotti li jintużaw għall-irjiħat u dawk li jintużaw għall-uġigħ. Barra minn hekk, fuq is-suq hawn ammont suffiċjenti ta’ paracetamol li jinħallu fl-ilma. Għalhekk nistgħu ngħidu li għandna kull forma ta’ paracetamol u l-prezz baqa’ l-istess kemm għall-prodotti ġeneriċi kif ukoll tad-ditta. Għall-kuntrarju ta’ kif seta’ ġie indikat minn xi wħud, il-prezz tal-paracetamol baqa’ baxx ħafna, 10 tablets ta’ paracetamol jinxtraw għall-15ċ. Dan grazzi għall-kollaborazzjoni sħiħa mal-imsieħba kollha li jaħdmu bil-għan ewlieni li

Dan huwa grazzi għall-kollaborazzjoni sħiħa mal-imsieħba kollha li jaħdmu bil-għan ewlieni sabiex il-pazjent ikollu l-mediċini meħtieġa

l-pazjent ikollu l-mediċini meħtieġa. Kif qed jikkontribwixxu l-ispiżjara tal-Awtorità dwar il-Mediċini fil-ħtiega nazzjonali li hawn għall-professjonisti tas-saħħa? Barra mix-xogħol li qiegħed isir b’urġenza fit-taqsima tal-liċenzjar tal-mediċini li tindokra l-kwalità, is-sigurtà u l-effikaċja tal-mediċini li jidħlu f ’Malta, numru ta’ spiżjara oħra u fellows mill-Awtorità flimkien mal-istudenti tal-Farmaċija xammru l-kmiem u marru jgħinu lill-kollegi tagħhom fil-qasam tas-saħħa. Dawn l-inizjattivi jinkludu t-tqassim tal-mediċini talPOYC lill-persuni vulnerabbli f ’darhom, il-preparazzjoni tal-alkoħol għall-użu fl-isptarijiet u l-provenjenza ta’ mediċini permezz ta’ kuntatti mal-ambaxxati u għaqdiet oħra minn numru ta’ pajjiżi differenti. Jien qiegħed naħdem b’kollaborazzjoni kontinwa mad-Deputat Prim Minisru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo, il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia, mal-kollegi l-oħra tal-Kabinett u l-Membri tal-Parlament, kif ukoll mat-tobba kollegi tiegħi. Qegħdin f ’kuntatt kontinwu ma’ entitajiet barranin sabiex nassiguraw li ma jkunx hawn nuqqas ta’ mediċini f ’dan il-perjodu. Kif qed twassal it-tagħrif li hawn

preżenti fuq il-mediċini għall-kura talCOVID-19 lill-professjonisti tas-saħħa fosthom l-ispiżjara u t-tobba? L-Awtorità dwar il-Mediċini b’kollaborazzjoni mal-European Medicines Agency u permezz tal-Akkademja għallEċċellenza u l-Innovazzjoni fix-Xjenza Regolatorja flimkien mat-taqsimiet l-oħra tal-Liċenzjar, il-Farmakoviġilinza, l-Ispettorat, l-Operazzjonijiet Xjentifiċi u l-Inizjattivi Xjentifiċi Avvanzati qed taħdem mad-Dipartiment tal-Farmaċija flUniversità ta’ Malta biex iwasslu t-tagħrif meħtieġ fuq il-mediċini. Eżempju ta’ dan huwa x-xogħol xjentifiku avvanzat marbut malorganizzazzjoni ta’ serje ta’ webinars dwar ‘Science, Myths and Realities on Treatments for COVID-19’ bilparteċipazzjoni ta’ professjonisti tal-kura tas-saħħa minn Malta u minn pajjiżi oħra. Sessjonijiet ġodda huma introdotti kull nhar ta’ Tnejn fid-9 ta’ filgħaxija u ripetuti matul il-ġimgħa. Dawk li huma interessati jipparteċipaw huma mħeġġa jirreġistraw fuq pharmacy.ms@um.edu.mt. S’issa diġà rreġistraw madwar 2,000 parteċipant minn Malta kif ukoll minn pajjiżi oħra minn madwar id-dinja. Dawn il-webinars qed iwasslu tagħrif xjentifiku avvanzat fuq l-iżviluppi li qed isiru fix-xjenza u l-prattiċi f ’din il-ġlieda kontra dan il-virus.


16

10.05.2020

kullhadd.com

MUMENT TA’ PROVA GĦALINA WKOLL

Silvio Parnis Segretarju Parlamentari

Dan huwa l-mument ta’ prova għalina lkoll. Issa huwa l-mument li lkoll kemm aħna bħala poplu wieħed u magħqud kollha nagħmlu l-parti tagħna u nuru kemm verament għandna qalb li taf tħobb u tgħin. Huwa ta’ unur għalija li nara li hemm diversi kumpaniji privati li qed jassistu wkoll lill-Gvern f ’dan iż-żmien diffiċli. Fil-fatt is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità qed jirċievi assistenza minn diversi kumpaniji. Ftit ġranet ilu fil-fatt il-kumpanija Sanondaf, b’mod volontarju bdiet tiddiżinfet-

Ħidma fir-Residenza San Ġużepp ta permezz ta’ fumigazzjoni ż-żoni ta’ barra tar-residenzi tal-anzjani kollha bil-għan li tkompli tiġi żgurata s-sigurtà ta’ dawn l-anzjani f ’dawn iż-żminijiet. Din il-kumpanija fil-fatt diġà bdiet tiffumiga diversi żoni minn barra ta’ dawn id-djar u fil-ġranet li ġejjin se tkun qed tiffumiga l-kumplament ta’ dawn iż-żoni. Din il-ġimgħa stess imbagħad, żewġ kumpaniji privati oħra bl-isem ta’ Norwex u Corinthia Group taw total ta’ 22,000 maskra sabiex jintużaw

fir-residenzi għall-anzjani u għall-persuni b’diżabilità. Ġesti bħal dawn huma fundamentali sabiex flimkien mal-inizjattivi mill-Gvern ikompli jiġi żgurat li l-persuni vulnerabbli u l-persuni li jaħdmu f ’dawn id-djar ikunu protetti. Wara kollox dawn l-inizjattivi flimkien mal-miżuri li qed jiġu implimentati mill-Gvern qed iwasslu għar-riżultati li għandna llum. Nixtieq minn qalbi nirringrazzja lil dawn il-kumpaniji u lil dawk kollha li qed jaħdmu fil-qasam tal-anzjani u

tal-persuni b’diżabilità tax-xogħol eċċezzjonali li qed jagħmlu. Jum l-Omm L-okkażjoni ta’ Jum l-Omm hija festa għażiża ħafna għal ħafna minna. Kif tafu huma ħafna dawk li bħalissa għandhom lill-għeżież tagħhom li jinsabu f ’residenzi tal-anzjani u tal-persuni b’diżabilità. Ħadna ħsieb għalhekk li fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm, il-qraba li għandhom lill-għeżież tagħhom jgħixu f ’dar tal-anzjani inklużi r-Resi-

denza ta’ San Vinċenz De Paul jew f ’dar tal-persuni b’diżabilità jistgħu jeħdulhom rigal. Sabiex dan jiġi assigurat, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali ħarġet ċirkolari għas-sidien tad-djar tal-anzjani u tal-persuni b’diżabilità. F’din iċ-ċirkolari l-Awtorità rrakkomandat lis-sidien sabiex jinfurmaw lir-residenti u lil qrabathom sabiex dawn ir-rigali jaslu fir-residenza sa mhux aktar tard mill-Erbgħa, 6 ta’ Mejju waranofsinhar. Din il-miżura saret sabiex jiġi żgurat li dawn ir-rigali jinżammu f ’post sigur għall-perjodu indikat mill-awtoritajiet sabiex b’hekk tiġi eliminata t-trażmissjoni tal-COVID-19. Permezz ta’ din l-inizjattiva l-qraba jistgħu jferrħu lillgħeżież tagħhom f ’dan il-mument tant iebes għalina lkoll. Barra minn hekk is-Segretarjat qed jassigura li l-Kumitat tal-Welfare jagħti rigali lin-nisa kollha li jinsabu fid-djar tal-anzjani tal-gvern, f ’dawk id-djar fejn hemm arranġamenti ta’ public-private partnership kif ukoll djar fejn il-Gvern jixtri s-sodod.

AMMIRAZZJONI

Felix Busuttil Galea

Meta nisma’ mingħand ħafna li kulħadd f ’dawn il-mumenti kiefra jinsab fl-istess baħar mhix il-verità. F’dawn is-sitwazzjonijiet diffiċli u li forsi ser jibqgħu jkarkru żmien mhux ħażin, it-tbatija qiegħda tolqot lil eluf ta’ familji u individwi b’modi, b’manjieri u b’livelli differenti ħafna minn ta’ xulxin . Dak li jolqot lili mhux neċessarjament l-istess kif se jolqot lil ħaddieħor. Nibdew mid-dinja tax-xogħol. Għal ħafna l-bibien tal-uffiċini, ħwienet u skejjel kellhom jagħlqu – u dawn kellhom jiffaċċjaw dinja fejn salarju u introjtu sparixxew fix-xejn u saħansitra tilfu kollox – tilfu dak li huma faddlu bl-ikbar sagrifiċċju. Tilfu kull xorta ta’ opportunità li jistgħu jaħdmu

mid-dar. Tilfu kull sens ta’ dinjità u saħansitra forsi anke tilfu x-xogħol tagħhom. U ma’ dan kollu tilfu l-paċi mentali għax xorta trid titma’ lill-familja. Xorta trid tiekol u tixtri mediċini jekk ikun hemm bżonn. Dawn mhumiex fl-istess baħar bħal dawk li baqgħu jaħdmu mid-dar għax setgħu. Il-paga ta’ dawn l-aħħar baqgħet teżisti – u għalhekk il-Gvern Laburista ħaseb f ’dawn li ngħalqilhom ittapp finanzjarju. Kieku l-Gvern li għandna ma kienx bil-għaqal, Gvern li kien suċċess sena wara sena bil-kelma surplus impittra fir-ripertorju tiegħu, kieku x’kien jiġri minn dan il-pajjiż? Mill-poplu tiegħu? Minn uliedu? Kieku bqajna taħt Gvern Nazzjonalista taħsbu li l-affarijiet finanzjarji u l-għajnuna li ta l-Gvern kienet tkun l-istess? Nemmen li le. Għax tmien snin ilu pajjiżna kien jgħix bl-elemożina, bid-dejn u bit-tama. Nistgħu ngħinu għax il-Gvern Laburista għandu minn fejn. Mhux kulħadd l-istess. Mhux kulħadd meta jingħalaq il-bieb ta’ barra għandu l-istess benefiċċju ta’ spazju estensiv. Hawn min jgħix ġo djar zgħar – gabubi. Li żgur tagħtik rasek jekk tinqafel ġo fihom ġimgħa wara ġimgħa. U xi

ngħidu għal dawk li għandhom ilpiż tal-kera? Jien nammira lil dawk is-sidien ta’ postijiet ta’ kera li għax jafu minn xiex għaddejjin nies li jikru baxxew il-kirjiet tagħhom. Dawn tassew ta’ min jammirahom. Nammira min anke jekk jgħix ġo żewġ kmamar xorta wera rispett lejn pajjiżu u obda kull direttiva li ngħatat mid-Dipartiment tas-Saħħa. Nammira l-pajjiż li kien ubbidjenti. Aħna stajna ngħaddu mill-istess infern li għaddew pajjiżi oħrajn, pajjiżi li suppost huma ferm aktar avvanzati minna. Pajjiżi bħall-Ingilterra, Spanja, Franza, l-Istati Uniti u l-Italja. Aħna għax konna ferm aktar sodi fil-prinċipji tagħna u nispera li nibqgħu hekk, żammejna lill-anzjani tagħna f ’saħħithom u ħajjin. U għalkemm jiddispjaċini ħafna għal dawk li tilfu ħajjithom minħabba l-COVID-19 xorta kellna ammont żgħir ħafna jekk nikkumparawh ma’ pajjiżi oħrajn. Kellna infezzjonijiet li żammejniehom baxxi ħafna – mhux biss għax kien hemm il-multi. Imma għax għandna pajjiż serju. Poplu serju. Amministrazzjoni serja. U Dipartiment tas-Saħħa tal-ogħla kwalità.

Nammirah lil dan il-poplu. Bnadar Maltin iperpru mill-gallariji u l-bjut tagħna. Familji li minkejja li kienu jafu li mhux ser jaraw lil ommhom u lil missierhom xorta ħasbu fihom – ċemplulhom kuljum. Ma marrux jarawhom – u ma marrux jarawhom għax tassew iħobbuhom u jixtiequ li jibqgħu jgawduhom ħajjin u mhux f ’qiegħ ta’ sodda jew taħt lapida ġo ċimiterju. Dan hu l-ispirtu nobbli Malti u Għawdxi. Nammira lil dawk kollha li kellhom jibqgħu jaħdmu – meta kienu jafu li setgħu jimirdu huma wkoll. Dawk fl-isptarijiet. Dawk fis-supermarkets. Dawk fl-ispiżeriji. Dawk li kienu qegħdin jinvestigaw is-sorsi tal-infezzjonjiet. Dan hu l-ispirtu ta’ pajjiżna. Nammira llum lill-ommijiet kollha. Malta u Għawdex jħaddnu fihom il-qalb kbira ta’ ommijietna li jaslu jagħmlu kull sagrifiċċju għal uliedhom. Li jaslu ma jiklux huma imma jieklu wliedhom. Li jaslu ma jorqdux huma sabiex joqogħdu b’għajnejhom miftuħin beraħ jikkonslaw, jipproteġu u jitolbu ħdejn is-sodda tat-tfal tagħhom. Ommi li dejjem ħasbet fija. Li ħabbitni bla kundizzjoni. Li tatni

mill-ħafna u mill-ftit li għandha. Għax bħal ommi u bħal ommijiet tagħna ma jeżistu mkien. U fl-aħħar insellem lill Ommna għażiża. Dik li żżomm għajnejha fuqna u li żżommna f ’saħħitna mentalment, fiżikament u emozzjonalment. U l-Omm tagħna lkoll li hija art twelidna – għax m’hawnx bħalha fid-dinja kollha. U ta’ dan aħna kollha xhieda. Happy Mother’s Day!

Nammira l-pajjiż li kien ubbidjenti. Aħna stajna ngħaddu mill-istess infern li għaddew pajjiżi oħrajn, pajjiżi li suppost huma ferm aktar avvanzati minna


17

10.05.2020

kullhadd.com

SPAZJI MIFTUĦA FLOK VETTURI

Mario Fava President Sezzjoni Kunsilliera PL

F’dawn l-aħħar jiem, il-Gvern Belġjan beda jħejji sabiex jibda jirrilaxxa wħud mill-miżuri li kien introduċa aktar minn tliet ġimgħat ilu minħabba l-COVID-19. Ħadem fuq strateġija sabiex jibda joħroġ minn lockdown li ħalla lill-pajjiż, bħal ħafna pajjiżi oħra madwar id-dinja, wieqaf. Minkejja dawn il-miżuri, mhux kollox kien negattiv u ċerti miżuri li ttieħdu ħallew vantaġġi fuq setturi oħra differenti. Il-mistoqsija prinċipali hija kif se tkun ilħajja ladarba n-nies jerġgħu jibdew jixirfu ’l barra minn djarhom? Ħafna residenti issa kienu draw b’lokalitajiet aktar kwieti u arja aktar nadifa. Bliet bħal Brussell biex jiffaċilitaw id-distanza soċjali ser ikunu qed jagħtu prijorità lir-residenti li jkunu qed jużaw il-mixi u ċ-ċikliżmu biex jagħmlu l-qadi fiċ-ċentru tal-belt. L-idea hija illi mis-sitwazzjoni negattiva li konna u għadna ngħixu fiha nżommu l-aspetti pożittivi li stajna nieħdu mis-sitwazzjoni. B’dan il-mod ikunu limitati l-vetturi li b’xi mod jistgħu jaċċessaw iċ-ċentru tal-belt. Il-miżura tinkludi wkoll illi s-sidien tal-vetturi jridu juru permessi speċjali u ċertifikazzjoni li l-vetturi tagħhom għandhom livell baxx ta’ emissjonijiet, dan sabiex ikunu jistgħu jidħlu fil-qalba tal-belt, il-vetturi li ser ikollhom aċċess biex jagħmu dan, iridu jżommu mal-limitu ta’ veloċità ta’ 20 kilometru fissiegħa (12-il mil fis-siegħa). Is-Sindku tal-belt Philippe Close qal li dawn il-miżuri huma ddisinjati biex jagħtu aktar aċċess ta’ spazju għall-passiġġati, eżerċizzju fiżiku u ċikliżmu. Dan ikun iffaċilitat ladarba ma jkunx hemm vetturi għaliex iż-żoni jkunu riservati biss għannies u allura d-distanza soċjali tkun tista’ tiġi prattikata b’mod aktar faċli. Dawn il-miżuri għandhom jiddaħħlu fis-seħħ minn din il-ġimgħa. Il-belt ser tieħu miżuri addizzjonali fejn il-park ċentrali ta’ Brussell ser jibqa’ magħluq għat-traffiku anki wara li jintemm il-perjodu ta’ lockdown. Din il-belt kapitali Ewropea qed timxi fuq il-passi li qed naraw fi bliet oħra Ewropej. Jekk nieħdu bħala eżempju l-belt ta’ Milan, ġewwa l-Italja, waħda mill-aktar bliet milquta mill-pandemija tal-COVID-19 mill-ġimgħa d-dieħla ser tkun qed tintroduċi skema biex toroq li kienu aċċessibbli għall-vetturi b’veloċità limitata ta’ 35km fis-siegħa jiġu mibdula għal żoni pedonali u għaċ-ċiklisti. L-għan ta’ dan hu li b’xi mod tinżamm il-waqgħa ta’ livell ta’ emiss-

jonijiet illi din il-belt rat tul il-perjodu ta’ lockdown. Wieħed irid ifakkar li Milan hija waħda mill-aktar bliet b’arja mniġġsa fit-Tramuntana tal-Ewropa. Il-belt kapitali tal-Litwanja, Vilnius diġà tat prijorità u ħadet miżuri bħal dawn. Tista’ tgħid li b’xi mod jew ieħor ilpajjiżi kollha tal-UE, bl-eċċezzjonijiet ta’ pajjiżi bħall-Iżvezja, l-Ungerija u l-Olanda, ħadu miżuri ta’ lockdown parzjali jew totali. Fl-aħħar jiem l-aġenzija spazjali Ewropea ppubblikat ritratti li wrew id-differenza ta’ nuqqas ta’ emissjonijiet bħall-bliet ta’ Pariġi, Madrid u Ruma. Dawn l-emissjonijiet li normalment huma kkawżati mill-industrija u mill-karozzi, naqsu b’mod drastiku għaliex il-fabbriki kienu jew għadhom magħluqin u n-nies qed jaħdmu mid-dar. Dan l-effett rajnieh ukoll f ’pajjiżi oħra madwar id-dinja fosthom iċ-Ċina. Lura għal pajjiżna, nemmen li anki aħna nistgħu nieħdu miżuri simili fejn fuq bażi volontarja u b’deċiżjoni tal-Kunsill Lokali rispettiv ċerti żoni f ’ċerti lokalitajiet għandhom igawdu minn miżura simili. Dan naturalment ser ikun qed jagħti lura wħud mill-pjazez u spazji miftuħa fil-lokalitajiet tagħna lura lill-komunitajiet. Dan jgħin mhux biss biex ir-residenti jkunu jistgħu joħroġu fi spazji aktar miftuħa u ndaf, imma wkoll nibdew induqu ftit mill-aspetti pożittivi li deċiżjoni bħal din żgur iġġib magħha. Ħafna minna mhux l-ewwel darba li rritornajna minn vaganzi minn bliet Ewropej u ngħidu ma’ qrabatna u l-ħbieb tagħna kif f ’dawn il-bliet wieħed jista’ jimxi liberament mingħajr il-biża’ li jintlaqat minn xi vettura. Ma nifhimx għalhekk kif dak li jogħġobna meta nkunu ’l barra minn xtutna nsibuh tant bi tqil biex nimplimentawh f ’pajjiżna. L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, lura f ’Ottubru li għadda nediet il-viżjoni tagħha għas-sena 2024 fejn il-mobilità sostenibbli, l-ispazji miftuħa u l-ambjent huma tlieta minn fost l-erba’ pilastri li fuqhom hija bbażata din il-viżjoni. Nemmnu li għandna nieħdu din l-opportunità biex permezz ta’ proġett pilota flimkien mal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura naraw kif nistgħu nwasslu dan il-messaġġ pożittiv lir-residenti tagħna. Hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq li wieħed jaqta’ l-vetturi mill-irħula imma li f ’ċerti ġranet, f ’ċerti ħinijiet u f ’ċerti żoni jkun hemm aċċess limitat għall-vetturi u tingħata prijorità biex dawn ikunu miftuħa għar-rikreazzjoni tar-residenti.

Il-mistoqsija prinċipali hija kif se tkun il-ħajja ladarba n-nies jerġgħu jibdew jixirfu ’l barra minn djarhom? Ħafna residenti issa kienu draw b’lokalitajiet aktar kwieti u arja aktar nadifa

Mid -Dj arju t a’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 30 ta’ April

em nett il-ġurnalista tagħna Joe Mikallef (bil-K mhux bis-C). Warajh ftakart f ’Ivan Camillleri li qegħdin nimmissjawh għax min jaf kieku kemm kien jimbarazzah lil Robert Abela bil-mistoqsijiet tiegħu. Ma stajtx ma niftakarx ukoll f ’Daphne Caruana Galizia, għalkemm ma qbilt xejn mal-Kap tagħna Adrian Delia li kiteb lill-Ispeaker biex sala fil-bini tal-Parlament tissemma għaliha. Mhux għax ma ħaqqhiex, imma li t-talba ssir minn Adrian Delia ma tagħmilx sens, man, daqskemm kien għajjarha!

Ma kelli l-ebda dubju li ħadd min-naħa talGvern ma kien se jivvota favur il-mozzjoni tagħna. Għalija kien kollu ħela ta’ ħin nara u nisma’ kull deputat minn tagħna jappella lill-membri tal-Gvern u jgħidulhom biex jivvutaw favur il-mozzjoni u jgħidulhom li dik tal-lum kienet l-aħħar okkażjoni għalihom biex jivvutaw favur Malta u ma nafx xiex. U jkolli ngħid li lanqas id-deputati tagħna ma kienu mħejjija għax il-Viċi Kap tagħna David Agius waqa’ waħda għaċ-ċajt nobis meta lanqas biss induna li l-Prim Ministru kien It-Tnejn, 4 ta’ Mejju qiegħed jikkwota mill-mozzjoni tagħna u Miskin il-Kap tagħna Adrian Delia! Lanmhux mill-kuntratt tal-isptarijiet. qas ċenteżmu fuq xiex jaħlef m’għandu! Imbagħad, hawn min jgħid li kien imIl-Ġimgħa, 1 ta’ Mejju daħħal fil-ħasil tal-flus. Ngħid jien li kieku Fl-1 ta’ Mejju dejjem jaqbduni ftit tad- kien imdaħħal fil-ħasil tal-flus, kieku dwejjaq. Kien eżattament tliet snin ilu għandu eluf ta’ ewro l-bank, u mhux ħlief li Joseph Muscat kien ħabbar id-data dejn m’għandux. Bħala avukat, skont tal-elezzjoni ġenerali. Minn dakinhar kont sieħbi tal-Istamperija, kien jaqlagħha tajjbdejt ngħodd il-ġranet ta’ kemm fadlilna eb, imma issa kulma għandu huwa s-salabiex nerġgħu nidħlu Kastilja. Hekk kien rju ta’ Kap tal-Oppożizzjoni. Araw naqra mingħalija. Anzi kont konvint li konna x’sagrifiċċju qiegħed jagħmel biex isalva se nirbħulhom, imma mbagħad spiċċaj- lil dan il-partit darba glorjuż tagħna. U na biex tawna tkaxkira nobis. Għalhekk, minn fuq isib lil uħud, immexxija minn ma rridx nagħmilha fatta li se nirbħulhom Jason Azzopardi, li minflok jappoġġjawh żgur, għalkemm illum għamilt ftit kuraġġ u jgħinuh, moħħhom biss biex jagħtuh meta rajt lill-Kap tal-partit darba glor- il-gambetti. już tagħna, Adrian Delia iqassam il-ħelu lill-pulizija u lil min ma nafx aktar. For- It-Tlieta, 5 ta’ Mejju si bil-ħelu niġbru ġieħna mal-pulizija u mal-membri tal-Forzi Armati, l-aktar ma’ Issa anke l-għaqda tal-ġurnalisti se tibda dawk li Jason Azzopardi ried jixħithom il- taqbeż għalihom, x’kull waħda! Sa fejn naf jien ħafna minnhom dawn minn ħabs! dejjem kienu Nazzjonalisti, allura għalfejn ħarġu qatta’ bla ħabel kontra l-Viċi Is-Sibt, 2 ta’ Mejju Kap tagħna, Robert Arrigo, għax dan Jew qiegħed niffissa, jew ma nafx, man! ma weġibx mistoqsija dwar il-problema Sirt nitħawwad nisma’ lill-Kap tal-partit tal-immigrazzjoni illegali. La kien qiegħed darba glorjuż tagħna, Adrian Delia. Ikolli jitkellem fuq it-turiżmu, mistoqsijiet fuq ngħid li tant qiegħed jaħdem, li, kif kienet it-turiżmu jmisshom sarulu. Il-ġurnalisti tgħid in-nanna Gerit, qiegħed jitlef il-kont. għandhom kull dritt li jistaqsu kull misDejjem jgħid li huwa għandu fiduċja sħiħa toqsija lil kull Ministru, imma dawk talfl-awtoritajiet tas-saħħa, imma llum qalil- ONE m’għandhomx dritt jistaqsu li jridu na li qiegħed jieħu l-pariri mingħand ku- lid-deputati tagħna. Hekk għandu jkun mitat mediku, mingħajr ma qalilna minn il-ġurnaliżmu ħieles! min hu ffurmat dan il-kumitat. Ngħid jien, jekk għandi fiduċja sħiħa fl-awtori- L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju tajiet tas-saħħa, m’għandix għalfejn nieħu pariri mingħand ħaddieħor, mhux hekk! Xejn mhi togħġobni din li qegħdin nippruInsomma, jien nibża’ li hija xi invenzjoni vaw nieħdu vantaġġ politiku mill-probleoħra minn tiegħu. Imma l-isbaħ hi li qal li ma tal-immigranti illegali. Illum ma nafx huwa qatt ma ssuġġerixxa lockdown to- kemm ħin qatta’ l-Kap tagħna Adrian Detali. Anke jien, li għandi memorja qasira, lia jitkellem u jiddiskuti ma’ mexxejja ta’ niftakru jgħidha! Bit-tqassim tal-ħelu, ma partiti oħra li flimkien magħna jiffurmaw il-Partit Popolari Ewropew. Imma milli nirbħux elezzjonijiet, man! jidher ma sab l-ebda appoġġ, u ħlief kliem fieragħ, bħal ‘għandkom raġun’ u ‘aħna Il-Ħadd, 3 ta’ Mejju solidali magħkom’ ma ntqalx lilu. MinAssolutament ma kontx naf li llum kien naħa l-oħra jien m’għandi l-ebda dubju li il-jum iddedikat għall-ġurnaliżmu ħie- n-nies hemm barra, anke ħafna u ħafna les. Imma meta sirt naf moħħi mill-ew- Nazzjonalisti, jaqblu ma’ dak li qiegħed wel ftakar f ’ġurnalisti Maltin li qatt ma jagħmel Robert Abela. U anke jien naqbeżgħu jiktbu dak li jħossu. Fuq quddi- bel, imma jien inżommha għalija.


18

10.05.2020

kullhadd.com

LAXKAR FIL-ĦABSIJIET TAL-INKWIŻIZZJONI L-istruttura taċ-ċelel tal-Inkwiżizzjoni kienet biss parti mill-problema marbuta mat-tmexxija tal-kumpless tal-ħabs. Aktar importanti minn hekk kienu l-priġunieri nfushom, li kienu jeħtieġu min jieħu ħsiebhom. Fil-fatt, sal-bidu tas-seklu 17, il-prattika tal-esproprjazzjoni u l-pieni fiskali, naqsu sew fit-tribunali kollha tal-Inkwiżizzjoni Rumana madwar l-Ewropa, fosthom Malta. Din il-politika tefgħet aktar pressjoni fuq l-Inkwiżituri għall-immaniġġjar tal-kumpless tal-ħabsijiet. Kenneth Gambin, li għal żmien twil kien kuratur tal-Palazz tal-Inkwiżitur ta’ Heritage Malta jwasslilna aktar tagħrif. Minn CHARLES B. SPITERI

Jiġifieri meta jiġu daharhom mal-ħajt, x’kienu jagħmlu l-Inkwiżituri? Fl-1638, l-Inkwiżitur Fabio Chigi (aktar tard il-Papa Alessandru VII) ipprotesta li bilkemm kellu flus għall-ispejjeż tal-priġunieri tas-Sant’Uffiċċju, għax il-prezz għall-priġunieri ma kienx wieħed żgħir. Pereżempju għall-perjodu ta’ ħames snin bejn l-1658 sal-1663, is-somma kienet tammonta għal mill-inqas 380 skud, waqt li mill1676 sal-1678, it-Tribunal kellu jagħmel tajjeb għal aktar minn 139 skud. Allura kif kienet tinstab soluzzjoni? Fl-1668 is-Sant’Uffiċċju kien f ’qagħda finanzjarja diffiċli, tant li ma kienx jiflaħ iħallas għallikel tal-priġunieri. Kellha tkun ir-Reverenda Fabbrica li wasslet għas-salvataġġ tat-Tribunal, billi pprovdiet 50 skud, ġeneralment imqassma għal kawżi ta’ bżonn bażiku. Għal darb’oħra, flaħħar tas-snin 1760, l-Inkwiżitur Giovanni Mancinforte kkalkula li t-Tribunal nefaq madwar 130 skud kull sena għall-manutenzjoni tal-ħabsijiet u għall-bżonnijiet tal-priġunieri. Dan kien piż tqil wisq għas-Sant’Uffizzju, li kellu żbilanċ ta’ aktar minn 1,000 skud. Dak kien jirrigwarda biss lill-priġunieri, għax naturalment, l-Inkwiżizzjoni riedet ukoll min jieħu ħsieb il-ħabs. Hekk hu. Dak kien riżors ieħor meħtieġ fit-tmexxija tal-kumpless. Ried ikun hemm bniedem responsabbli mill-amministrazzjoni tal-ħabs, li kien il-gwardjan.

Hu kien ukoll uffiċjal tat-tribunal tal-Inkwiżizzjoni. Ir-responsabbiltà tiegħu kienet fil-ħarsien u s-sigurtà tal-ħabs u tal-priġunieri. Apparti dan, kien ikollu jżur lill-priġunieri kull filgħodu u filgħaxija, biex iwasslilhom l-ikel u l-ilma. Ma kienx dmir tiegħu jżur il-ħabsijiet matul il-lejl, sakemm l-Inkwiżitur ma jordnalux jagħmel dan, biex jara li kollox ikun miexi sew. F’din ir-ronda, kien jittawwal mit-tieqa ċkejkna f ’kull bieb taċ-ċella. Parti oħra mix-xogħol tiegħu kienet li jiċċekkja kull oġġett li jirċievu l-priġunieri. Kien jikkontrolla kollox hu. Xi minn daqqiet anki ministri oħra tat-tribunal kienu jiċċekkjaw l-affarijiet qabel ma jgħadduhom lill-priġunieri. Meta meħtieġ, kien obbligat jiftaħ iċ-ċelel lill-priġunieri biex jagħmlu l-ħtiġiet naturali tagħhom. Dan l-aktar li kien jiġri meta ma kienx għad kellhom il-faċilità fiċċelel. Kultant kien anki joħroġ jixtri xi affarijiet għall-priġunieri mill-flus li jgħaddulu huma stess, u tul is-sentenza li jingħataw kien imur magħhom biex jisimgħu l-quddies. Responsabbiltà oħra tiegħu kienet li kull filgħodu u filgħaxija jżomm għandu l-imfietaħ tal-bieb ewlieni tal-Palazz u taċ-ċelel kollha. Il-priġunieri kienu jagħtu xi daqqa t’id fil-ħabs?

zz tal-Inkwiżitur kienet differenti minn dik tal-iskjavi tal-Gran Prigione fil-Belt Valletta. Dawn tal-aħħar kienu taħt ir-responsabbiltà tal-prodomo, li kien il-gwardjan tal-ħabs u seta’ jiddeċiedi fuq il-kastig; l-Agozzini, responsabbli għat-tqassim tal-priġunieri għax-xogħol u l-carcerieri, li kienu jagħmluha ta’ gwardjani. Fil-bidu tas-seklu 17, meta ċ-ċelel tal-ħabs kienu għadhom mifruxin madwar il-Palazz tal-Inkwiżitur, il-kamra tal-gwardjan tal-ħabs kienet maġenb id-daħla prinċipali tal-palazz. Fl-1631, minbarra li l-gwardjan kien jaħżen numru ta’ saqqijiet u kutri li kien iqassam fost il-priġunieri, kellu wkoll f ’idejh l-istrumenti tat-tortura: il-ħabel u l-kavallett. Il-manetti tal-ħadid u par dammi li l-priġunieri kienu jużaw biex jgħaddu ż-żmien, kienu jinżammu wkoll fil-kamra tiegħu. Sat-tieni nofs tas-seklu 17, insibu li din il-kamra kienet trasferita għall-ewwel sular, aktar qrib iċ-ċentru tal-palazz u eqreb għall-post il-ġdid tal-ħabsijiet u t-taqsima l-‘qadima’ mibnija minn Gori Pannellini. Madankollu, sal1700, matul xi xogħlijiet strutturali li reġgħu saru, l-‘uffiċċju’ tiegħu reġa’ ttrasferixxa ruħu isfel, fil-kamra fejn hemm it-taraġ sigriet li mill-ħabsijiet iwassal direttament għall-kanċellerija u l-kamra tat-tribunal.

Nafu x’kien jitħallas gwardjan tal-ħabs għax-xogħol li Fuq din interessanti ngħidu li jwettaq? tul is-sena 1650, il-gwardjan kellu miegħu lill-ħabsi Thomaso Lejn l-aħħar tas-seklu 16, kellu Seychel, li kien jagħmel xogħol salarju annwali ta’ 24 skud. Aktar fil-ġnien tal-palazz. Iżda ma ki- tard żdiedlu għal 45 skud, waqt nitx ħaġa rari li gwardjan tal-ħabs li fl-1735 kellu dħul ta’ 54 skud ikollu assistent biex jgħinu jwettaq fis-sena. ħidmietu. L-esperjenza tal-ħabs fil-Pala- Kienu biżżejjed għal dak

iż-żmien? Biżżejjed ngħidu li bħala skala fis-salarji, meta l-paga tal-gwardjan tal-ħabs kienet ta’ 45 skud fis-sena, lill-gwardjan insibuh fil-ħames post fost il-ministri tal-Inkwiżizzjoni. Fl-ewwel post kien hemm l-Inkwiżitur b’100 skud kull xahar, imbagħad il-kanċillier (84 skud fis-sena); il-kaptan (48 skud fis-sena) u l-assessur u promotur fiskali (47 skud). Il-prekursuri u d-depożitarju biss kienu jaqilgħu inqas mill-gwardjan tal-ħabs. Is-salarju tagħhom kien ta’ 30 skud fis-sena. Fil-Milied, kemm il-gwardjan kif ukoll il-prekursuri kienu jirċievu xi ħaġa tal-flus żejda mill-Inkwiżitur. Meta wieħed iqis li l-gwardjan tal-ħabs ma kellux għaliex ikun ta’ skola jew xi sengħa, is-salarju tiegħu jitqies tajjeb ħafna ma’ dak tal-ministri l-oħra tat-tribunal. Iżda l-istess ħlas kien jirrifletti l-importanza ta’ ħidmietu, li uffiċjalment ried jiżgura s-segretezza u s-sigurtà tal-ħabs. Bħala uffiċjal tas-Sant’Uffizzju, il-gwardjan tal-ħabs kellu jgħix ħajja eżemplari u jwettaq ħidmietu bl-akbar reqqa. Insibu Maltin li wettqu ħidmiethom kif kien mistenni? Gwardjan li kien rakkomandat għad-dedikazzjoni tiegħu kien Zaro Xerri, li tant wettaq ħidmietu tajjeb li meta rtira fl-1675, ingħata

pensjoni ta’ nofs is-salarju annwali li kellu, mill-Inkwiżitur Ranuccio Pallavicino. L-istess ġara fil-każ ta’ Pietro Muscat fl-1758, iżda bid-differenza li dan baqa’ jingħata salarju sħiħ. Għandna gwardjani oħrajn li mxew bil-maqlub? Naturalment insibu gwardjani oħra li spiċċaw piż fuq l-Inkwiżitur u żiedu l-problemi għall-amministrazzjoni tal-ħabs. Fl-aħħar tas-seklu 16, il-gwardjan Theodoro Xuereb ittella’ quddiem it-tribunal u kien akkużat b’maġija. Madankollu, għalkemm ma nstabux provi biżżejjed kontrih, ġie ssentenzjat sentejn ħabs mill-Inkwiżitur Giovanni Ludovico dell’Armi fl-1593. Xuereb ħa wisq bi kbir il-mod kif mexa miegħu l-imgħallem tiegħu u ħalef li jpattihielu. Hekk kif dell’Armi telaq mill-gżira, Xuereb mar fuq l-Inkwiżitur ta’ warajh, Innocenzo del Bufalo de’ Cancellieri u akkuża lil dell’Armi li kellu relazzjonijiet illeċti frekwenti ma’ ċerta Lorenza Crispo. Iżda ma nstabux provi biżżejjed f ’dawn l-akkużi ta’ Xuereb. In-nuqqasijiet fost il-gwardjani tal-ħabs, kienu spissi? Insibu numru, tant li fl-1630, l-Inkwiżitur Martino Alfieri wissa kemm-il darba lill-gwardjan tal-ħabs Giuseppe Galdes biex joqgħod attent, peress li Galdes


19

10.05.2020

kullhadd.com

Ċella għal żewġ priġunieri fil-ħabs tal-Inkwiżitur.

kien qed iqatta’ ħafna ħin jitkellem mal-priġunieri u jidħol fiċ-ċelel tagħhom jixrob l-inbid u jilgħab id-dammi u l-karti tal-logħob. Galdes kien impjegat mill-Inkwiżizzjoni bħala furnar fi żmien l-Inkwiżitur Fabrizio Verallo (1600-05) u meta fl-1625 kien kiber fl-età, ingħata l-inkarigu ta’ gwardjan tal-ħabs. Ġara iżda, li fil-Karnival tal1633, meta Galdes kellu 73 sena, ħames priġunieri ħadu vantaġġ sħiħ mill-atteġġjament ta’ ħbiberija li kellhom miegħu u ħarbu mill-bieb prinċipali tal-ħabs, wara li b’aljenazzjoni, Galdes ħallieh imbexxaq waqt li kien qed iħit f ’kamartu. Kif ġrat din il-ħarba? Ġara li Mami Rais u Gio. Batta Cagliares, użaw musmar u fetħu katnazz li kienu tawh il-grease u ż-żejt biex ma jżaqżaqx meta jiftħuh. Imbagħad, telgħu fuq il-bejt tal-Palazz tal-Inkwiżitur u bl-għajnuna ta’ żewġ kowtijiet li rabtu flimkien, niżlu f ’bitħa interna u ħarrbu tliet priġunieri oħra: Gioanne, Costantino u Ahmed, li kienu maqfulin f ’ċella oħra. Ahmed inqabad u reġa’ ddaħħal ilħabs dakinhar stess. Huma ħarbu lejn il-kampanja u kull lejl bdew ibiddlu l-moħba tagħhom u jieklu prodotti li jsibu mkabbra fl-għelieqi privati. Imbagħad, irħewlha lejn il-baħar bit-tama li jsibu dgħajsa u jaħarbu minn Malta. Iżda wara erbat ijiem maħrubin, inqabdu minn xi nies ċivili fl-inħawi ta’ Kordin u reġgħu sabu ruħhom maqfulin fil-Palazz tal-Inkwiżitur. Alfieri informa lis-superjuri tiegħu f ’Ruma bil-ħarba u qalulu biex jerġa’ jitfa’ lill-maħrubin fil-ħabs mingħajr ma jżidilhom is-sentenza. Waqt il-proċeduri talkaż, Galdes spiċċa wkoll priġunier u maqful fil-ħabs. Għandna xi rakkont ta’ xi

ġrajja aktar iebsa fost il-gwardjani? Għandna dik tal-gwardjan Carlo Vella. Dan kien tkeċċa mix-xogħol fl-1670 fuq numru ta’ żbalji, meqjusin bħala li saru bi traskuraġni. Ċertament, l-aktar ħaġa serja kienet li ta daqqiet b’arma bil-ponta lil Antonio Ravè wara li Vella kellu jagħtih xi flus. Vella spiċċa nqafel ukoll fil-ħabs wara li nstab ħati li għadda informazzjoni kunfidenzjali, meta bħala uffiċjal tal-Inkwiżizzjoni meta ma setax jgħaddiha, għax kien obbligat ma jagħmilx dan bil-ġurament tal-ħatra li ngħata. L-istess tkeċċija ġarrabha l-gwardjan Andrea Mifsud, li nstab li kien responsabbli għall-ħarba ta’ priġunier. Hu tkeċċa fl-1685. Dawn l-affarijiet kienu jiġru biss f ’Malta? Le, tant li fl-1717 is-Sagra Kongregazzjoni ta’ Ruma infurmat lill-Inkwiżituri kollha, li l-gwardjan tal-ħabs tas-Sant’Uffizzju ta’ Spoleto, il-Patri Dumnikan Egidio Giorgi, ġie sentenzjat għal seba’ snin ħabs talli kiser il-ġurament tas-segretezza. Ħasbu li t-tali twissija kienet se sservi ta’ deterrent mal-pajjiżi kollha fejn kien hemm l-Inkwiżizzjoni. U hekk ġara, tabilħaqq? Le, għax seħħ każ ieħor f ’Malta fis-snin tal-1740. Il-gwardjan Pietro di Cristoforo u l-assistent tiegħu, Giovanbattista Lombardini ntbagħtu l-ħabs bl-istess akkuża. Madwar sena wara, l-Inkwiżitur Paolo Passionei irċieva struzzjonijiet minn Ruma biex jilliberahom, peress li ż-żmien li qattgħu fil-ħabs tqies bħala kastig biżżejjed. Madankollu, minn dakinhar, biex żgur ikun hemm dixxiplina lejn it-tmexxija, hekk kif gwardjan jaċċetta l-kariga, kien ikun imwis-

Meta wieħed iqis li l-gwardjan tal-ħabs ma kellux għaliex ikun ta’ skola jew xi sengħa, is-salarju tiegħu jitqies tajjeb ħafna ma’ dak tal-ministri l-oħra tat-tribunal si li jekk jonqos minn dmirijietu il-bastimenti. jingħata sentenza ta’ ħames snin Każ ieħor simili hu dak li seħħ ħabs. fl-1756, meta l-gwardjan Pietro Muscat ingħata permess speċjali Beżżgħet xejn din biex jattendi ċena ma’ familtu filid-deċiżjoni, u kien jinstab Belt Valletta. L-assistent tiegħu, min jimla l-postijiet? Giovanni di Lorenzo, ħa vantaġġ mis-sitwazzjoni u abbuża sessMa nistgħux ngħidu hekk, għax walment lil Antonia Habela, fuq insibu li kif Lombardini nħeles, is-sodda taċ-ċella tagħha. reġa’ talab li jingħata lura x-xogħol li kellu, iżda t-talba twarrbet Dan kollu ma kienx jirriżulta mill-Inkwiżitur, li ħatar lil Carlo fi dwejjaq għall-Inkwiżizzjoni? Genovesi minfloku. Fl-1731 insibu li l-Inkwiżitur Giovanni Fran- Dażgur, u ma ninsewx li l-ħarbiet cesco Stoppani wkoll sab li kien mill-ħabs u n-nuqqas ta’ ossermeħtieġ ibiddel lill-għassies tal- vanza tad-dmirijiet tal-gwardjani, ħabs, wara li ma wettaqx ħidmietu kienu għadhom frekwenti. Tant għalkollox. Madankollu, l-Ink- hu hekk li fl-1702 il-Kardinali taswiżitur qatagħha li wara 40 sena Sagra Kongregazzjoni f ’Ruma ħidma lit-tribunal, joħroġlu xi flus wissew u fakkru lill-Inkwiżituri biex ma jispiċċax fil-faqar. kollha biex frekwentement iżuru l-ħabsijiet u jiżguraw li ma kinux Xi nsibu bħala aggravji oħra? qed isiru abbużi. Kellhom jiżguraw ukoll li l-għassiesa tal-ħabs Kien hemm numru ta’ għassiesa jafu sew x’inhu x-xogħol tagħhom li abbużaw b’mod qawwi mill-aw- u li ma jieħdu ebda inizjattiva pertorità tax-xogħol tagħhom versu sonali li tirrigwarda lill-priġunieri l-priġunieri. jew lis-sentenzi li kellhom iservu, Pereżempju, fl-1622 il-gward- mingħajr ma qabel jinfurmaw liljan Antonio Bellia talab lill-priġu- hom. nier Musulman jagħtih flusu biex Madankollu, il-każi ta’ abbuż iqegħedhomlu f ’post sigur. Iżda jew ħarbiet komplew. Fl-1712 aktar tard, meta l-iskjav Musulman Giuseppe Franciscotti tħalla jdur talab flusu lura, intqallu li kien im- fil-kumpless tal-ħabs, u qrib nofpossibbli, peress li l-gwardjan kien sinhar ħarab mill-bieb prinċipali ilu li nefaqhom. tal-palazz. Fortunatament, il-kok Abbuż ieħor aktar serju ġara tal-Inkwiżitur induna b’dak li ġara; fl-1705 meta l-gwardjan Lazzaro ġera warajh u qabdu wara l-knisja Seichel instab ħati b’relazzjonijiet tad-Dumnikani, li hemm quddisesswali ma’ priġuniera u li għad- em il-palazz. dielha informazzjoni kunfidenzjali. Għal dan, il-gwardjan kien Kenneth, fost dawn il-ħarbiet ikkundannat ħames snin qdif fuq kollha, hemm xi waħda li

Waħda miċ-ċelel minn barra fil-bitħa tal-ħabs. tispikka? Nista’ nsemmi l-każ ta’ Giovanni Maria Zammit mill-Imqabba, magħruf bħala Ciamano, li ġara fl-4 ta’ Lulju 1725. Hu ntbagħat ilħabs mis-Sant’Uffizzju. Inżamm priġunier għal 26 jum, sat-30 ta’ Lulju. Dakinhar, hu ħa vantaġġ min-nuqqas ta’ attenzjoni talgħassies Vincentio Mendus, li kien ilu f ’ħidmietu mill-1713. Mendus kien qed itella’ l-ilma mill-bir talbitħa tal-ħabs. Zammit żgiċċa miċ-ċella tiegħu, li ma kinitx imsakkra, fetaħ il-bieb prinċipali tal-ħabs (li Mendus kien ħalla miftuħ temporanjament) u qafel lill-għassies hemm ġew. Imbagħad, ħareġ mill-Palazz u rnexxielu jasal l-Isla, jagħmilha ta’ tallab. Għal xahar qagħad idur fil-kampanja, u rnexxielu jevadi kull tentattiv għall-qabda mill-ġdid tiegħu. Fil-31 ta’ Awissu nqabad mill-uffiċjali tal-Qorti Ċivili. Madankollu, reġa’ rnexxielu jaħrab mill-Palazz tal-Inkwiżitur fl-14 ta’ Settembru, meta żgassa l-bieba taċ-ċella. Hu qagħad jistenna lill-għassies imur iqassam l-ikel ta’ filgħaxija u waqt li Mendus kien aljenat fuq xogħlu, Ciamano ħareġ jiġri miċ-ċella tiegħu, ġibed warajh il-bieb prinċipali talħabs u qafel ġewwa lill-għassies. Din id-darba ħarab mill-Birgu, mexa lejn Ħaż-Żabbar u baqa’ sejjer is-Siġġiewi. Hemm sab kenn fil-Parroċċa tal-Imqabba, imnejn sebat ijiem wara, fl-20 ta’ Settembru, hu stess talab li jittieħed is-Sant’Uffizzju, mill-uffiċjali tal-Inkwiżizzjoni.


20

10.05.2020

kullhadd.com

L-INDAFA BŻONJUŻA DEJJEM, MHUX BISS WAQT PANDEMIJA Tħambaq kemm tħambaq donnu xorta ssib dawk in-nies li ma jaħsbuhiex darbtejn biex jarmu dawk l-affarijiet żejda li għandhom fil-kampanja jew fejn ifettlilhom. Kważi lanqas temmen li tara sufan mormi biex ma nsemmux il-karti u l-iskart ieħor komuni li jitwaddab barra. Kieku wieħed jaħseb sew huwa iktar faċli li ċċempel lill-Kunsill Lokali tal-lokalità tiegħek u jiġu jeħdulek l-iskart huma stess minflok tarmi l-oġġett barra u tirriskja li jarak xi ħadd u teħel multa. Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

X’inhu xogħol il-cleansing department f ’pajjiżna? L-istess servizz li hawn Malta huwa kollu offrut f ’Għawdex? Il-Cleansing & Maintenance Division hija l-entità responsabbli mit-tindif u l-manutenzjoni ta’ żoni li huma fir-responsabbiltà tal-Gvern ċentrali. Madankollu, xorta nagħtu assistenza lil diversi Kunsilli Lokali, kif ukoll entitajiet pubbliċi, permezz ta’ servizzi ta’ tindif u manutenzjoni fejn ikun hemm bżonn. Id-Diviżjoni hija responsabbbli wkoll minn pjazez ewlenin, fosthom Pjazza Kastilja, Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta kif ukoll Pjazza Tritoni. Isir tindif regolari ta’ żoni pedonali. Prinċiparjament, it-tindif ta’ kuljum jikkonċentra fuq tindif ta’ toroq arterjali u distributorji kif ukoll tindif ta’ bajjiet. Xogħlijiet oħra huma: tindif ta’ latrini pubbliċi, dejjem dawk li jaqgħu taħt ilGvern ċentrali, tindif ta’ sistemi ta’ kanali tal-ilma tax-xita, tindif ta’ liftijiet pubbliċi u xogħlijiet oħra li jinqalgħu ta’ kuljum. Ma noffru l-ebda servizzi fil-gżira ta’ Għawdex, peress li t-tindif f ’Għawdex huwa fir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex. Madankollu, xorta hemm spirtu ta’ koperazzjoni bejn iż-żewġ dipartimenti. Nieħdu ħsieb ukoll il-manutenzjoni. Dan ix-xogħol jikkonsisti f ’tiswija ta’ ħitan tas-sejjieħ kif ukoll dawk tal-franka, żebgħa ta’ bollards, kif ukoll tikħil u żebgħa ta’ ħitan. Noffru wkoll servizzi ta’ manutenzjoni f ’diversi ministeri u dipartimenti tal-gvern. Nassistu wkoll fil-manutenzjoni ta’

ġonna fil-lokalitajiet, billi ssir tiswija ta’ dawl, ta’ funtani, tiswija ta’ kaptelli u spralli. Issir ukoll manifattura ta’ bankijiet kemm tal-ħadid kif ukoll tal-injam. Nipprovdu kontenituri tal-iskart fiż-żoni kollha tal-Gvern ċentrali kif ukoll lil diversi Kunsilli Lokali. L-iskop tagħna hu li noffru kemm jista’ jkun faċilitajiet fejn wieħed jarmi l-iskart. Jitpoġġew kontenituri għall-iskart imħallat, għal dak li jiġi separat, kontenituri għall-ħmieġ tal-annimali, kif ukoll dan l-aħħar bdejna nintroduċu ash trays. X’inhuma l-akbar sfidi li tħabbtu wiċċkom magħhom? L-ikbar sfidi huma ċirkostanzi fejn ikollok xi maltempati jew irjiħat qawwija li joħolqu inkonvenjenti fit-toroq tagħna. Dawn iġibu xogħol kbir magħhom. Ilħin li aħna nirrispondu f ’dawn iċ-ċirkostanzi huwa kruċjali, peress li nkunu nixtiequ li l-aċċess tat-toroq jinfetaħ lura għall-publiku malajr kemm jista’ jkun. Ġeneralment f ’sitwazzjonijiet bħal dawn ikun hemm koperazzjoni sħiħa bejn id-Diviżjoni, il-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija. Sfida oħra difficli għall-ħaddiema tagħna dejjem tkun meta tiltaqa’ ma’ animal mejjet ta’ ċertu kobor, bħal żiemel, majjal, barri u xi tonn. Dawn huma ċirkostanzi li mhux dejjem faċli ssolvihom, għax il-post fejn jinstabu ġeneralment ikun diffiċli biex ikun hemm aċċess għall-vetturi speċjalizzati biex jinġabru. Ċirkostanza straordinarja oħra, hi tas-sitwazzjoni li ninsabu fiha, fejn qed naħdmu f ’sit-

wazzjoni bla ebda preċedent. Ċittadin jista’ jirrapporta lilkom f ’każ ta’ rimi ta’ skart jew inkella bżonn ta’ tindif ? Kif inhu l-proċess u kemm iddum biex tittieħed azzjoni?

noqogħdu nixxuttjaw il-ballun minn dipartiment għal ieħor u kullħadd ifarfar mir-responsabbiltajiet tiegħu.

Kif qed taħdmu bħalissa waqt is-sitwazzjoni talCOVID-19? X’kienu l-isfidi F’dawn l-aħħar snin, waħda l-ġodda? mill-istrateġiji ewlenin kienet li noffru lill-pubbliku l-faċilitajiet Bħalissa apparti x-xogħol kollu kollha sabiex wieħed jikkomu- ta’ rutina qed naħdmu fuq bażi nika magħna bil-mezzi kollha ta’ 24 siegħa kuljum. Ħasil u possibbli. Apparti li wieħed jista’ diżinfettar taż-żoni pubbliċi saru juża s-servizzi ta’ servizz.gov u l-prijorità. Għandna madwar 100 153, wieħed jista’ jagħmel użu ħaddiem li qegħdin assenjati fuq wkoll minn mobile app ‘Clean & dan ix-xogħol ta’ kuljum. MatUpkeep’, mis-sit tad-Divizjoni, ul il-ġurnata jsir sanitizzar talmill-email customercare.cleans- għamara tat-triq prattikament tul ing@gov.mt kif ukoll iċempel il-promenades kollha madwar ilfuq in-numru 1718 fejn wieħed pajjiż kif ukoll f ’żoni kummerċjista’ jirreġistra l-ilmenti tiegħu jali li għadhom jiltaqgħu n-nies, fuq bażi ta’ 24x7. L-ilmenti jkunu bħall-Belt Valletta, Raħal Ġdid varji minn ħruġ tal-borża mhux kif ukoll Tas-Sliema. Jiġu maħfil-ġurnata tagħha, sa rimi ta’ sula l-irħula fejn jinħoloq l-inskart illegali li jkun fi kwantita- qas inkonvenjent għat-traffiku. jiet kbar. Tul dawn l-aħħar erba’ Iktar tard mal-ġurnata mbagħad snin irċevejna iktar minn 25,000 isir ħasil ieħor ta’ toroq fl-irħuilment fejn jirrigwarda skart li la. Bħalissa qed inkopru biċċiet nista’ ngħid li dejjem inżommu minn ħames lokalitajiet kuljum. mal-livell ta’ 96% li jkunu sol- Nista’ ngħid li lħaqna kull rokvuti. Bnejna customer care unit na tal-pajjiż inkluż irħula żgħar il-Manikata, b’saħħitha ħafna li tikkordina bħal-Limbordin, x-xogħol kollu, kemm dak li jirri- il-Baħrija, il-Kunċizzjoni, il-Bidgwarda xogħol tad-Diviżjoni kif nija kif ukoll oħrajn. Il-ħidma ta’ ukoll dak tal-Kunsilli Lokali jew ħasil qed issir anke matul il-lejl entitajiet oħra. Min-naħa tagħ- sa kmieni filgħodu. Inħaslu ikna introduċejna diversi shifts ta’ tar minn 1,500 bus shelter, iktar ħaddiema li prattikament huma minn 22,000 kilometru ta’ banfuq bażi ta 24x7. Dan sabiex il- kini, pjazez u toroq. Dan kollu menti ta’ emerġenza fit-toroq sar minn ħaddiema tal-gvern tagħna jiġu solvuti immedjat- u minn makkinarju tal-gvern. ament. Ġieli mmorru ’l barra Għandna pjanijiet ta’ kontinġenmir-responsabbiltajiet tagħna, za f ’każ li l-makkinarju tal-gvern sabiex jissolvew ċerti każijiet, jiġrilu xi ħsara. Dan kollu grazzi però, aħna nemmnu li għalhekk għall-fondi li ningħataw kull qegħdin impjegati mas-servizz sena mill-Ministeru tal-Finanpubbliku. M’għadux iż-żmien li zi sabiex inkomplu ninvestu

f ’makkinarju speċjalizzat u ntejbu s-servizzi tagħna sabiex pajjiżna jkompli jingħata dehra dejjem isbaħ. Hawnhekk nixtieq nirringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Dr Deo Debattista kif ukoll lill-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli għall-appoġġ kontinwu li qed insibu mingħandhom f ’dan iż-żmien kruċjali. L-appoġġ dejjem ikun hemm, però, bħalissa nħoss li hemm iktar iffukar fuq il-ħidma tagħna. X’taħseb dwar il-poplu Malti fuq l-indafa? Għadna l-antika jew avvanzajna fil-ħsieb li ‘barra huwa darna wkoll’? Tul dawn l-aħħar snin sar progress kbir fejn tidħol l-indafa. Il-pubbliku hu iktar konxju tal-indafa fil-pajjiż, però għad baqa’ numru żgħir ta’ nies li għadhom irresponsabbli u jtappnu l-immaġni ta’ pajjiżna. Dan l-aħħar rajna żieda konsiderevoli fir-rimi illegali ta’ skart tal-kostruzzjoni. Jista’ jkun li dan hu għall-fatt li kien hawn problema nazzjonali fejn seta’ jintrema dan l-iskart. Issa l-problema jidher li ġiet solvuta, però dan ma jfissirx li hi solvuta għall-ħaddiema tagħna. Dan għaliex ix-xogħol ta’ tneħħija ta’ dan l-iskart illegali jrid jitkompla mill-ħaddiema tagħna. Il-poplu jrid jifhem illi dan kollu jfisser flus, għaliex sabiex aħna niddisponu mill-iskart li niġbru, irridu inħallsu, kemm lill-kumpanija Wasteserv kif ukoll lil sidien ta’ barrieri privati. Nistgħu ngħidu li l-problema ta’ rimi ta’ skart goff bħal fridges, cookers u għamara


21

10.05.2020

kullhadd.com

naqsu ħafna, iżda xorta għadna poni mill-iskart fit-toroq tagħna, niltaqgħu ma’ każijiet ta’ r-rimi ir-realtà hi dik li hi. L-avvenimenti tal-massa jġibu xogħol kbir ta’ saqqijiet. magħhom. Il-preparazzjoni sabiex il-post ikun nadif sal-għada Meta nsemmu tindif, dan jgħodd għal tindif tal-bajjiet kmieni filgħodu jgibu magħhom loġistika li trid tkun organizzata u taħt il-baħar ukoll? sal-inqas dettall. Naħseb li f ’dan It-tindif tal-bajjiet ramlin u r-rigward, aħna l-aqwa entità li dawk kollha ta’ madwar il-kosta tista’ toffri serħan il-moħħ għal jsir kollu mill-ħaddiema ta’ din dawn is-servizzi. id-Diviżjoni matul is-sena kollha. Bħalissa qed nikkonċentraw Il-ħaddiema jilbsu lbies ħafna fuq it-tneħħija tal-alka li apposta waqt li jkunu qed tkun telgħet fuq il-bajjiet tagħna. jagħtu servizz? Din tieħu ħafna riżorsi kemm umani kif ukoll ta’ makkinar- Il-ħaddiema tagħna kollha ju sabiex titneħħa. Bħal dan għandhom uniformi. Dawk li iż-żmien ukoll inkunu qed nip- jwettqu xogħol speċjali bħal preparaw sabiex jibdew jitwaħħ- ġbir ta’ annimali mejta jingħalu slielem, railings, tapiti tal-in- taw ilbies protettiv għal dik jam kif ukoll puntuni u pontijiet madwar il-pajjiż kollu. Dan wara li tkun saritilhom il-manutenzjoni kollha meħtieġa tul ix-xhur tax-xitwa fil-workshop tagħna ta’ Pembroke. Tindif ta’ taħt il-baħar isir minn ħafna għaqdiet volontarji u NGOs. Aħna nagħtu s-sapport tagħna kollu possibbli kemm bi provediment ta’ għodda, skipps kif ukoll inġorru l-materjal kollu tagħna għal spejjeż ta’ din id-Diviżjoni. Għaqdiet bħal dawn inqisuhom stakeholders ewlenin, sabiex inżommu lil pajjiżna nadif kemm l-art kif ukoll il-baħar. Matul ix-xhur tax-xitwa nassistu wkoll diversi organizzazzjonijiet li jorganizzaw clean-ups speċjalment matul il-weekends. Dawn ukoll nagħtuhom is-sapport meħtieġ. Ma’ min taħdmu l-aktar? Aħna naħdmu mal-entitajiet kollha governattivi. Kordinazzjoni ta’ xogħlijiet ikun hemm diversi. Mal-Kunsilli Lokali, kif ukoll mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, għandna relazzjoni tajba ħafna. Noffrulhom sapport u servizzi tul is-sena kollha. Matul is-sajf ovvjament nikkonċentraw iktar fuq żoni turistiċi u l-iktar popolari. Is-sapport tal-Gvern huwa kruċjali sabiex jinżammu l-aħjar livelli ta’ ndafa. Però, il-kuntratturi hemm bżonn li jagħmlu l-parti tagħhom ukoll. Dawn ukoll huma stakeholders importanti sabiex pajjiżna jinżamm iktar nadif. Meta taraw li jiżdied l-iktar l-iskart? Is-sajf huwa żmien impenjattiv ħafna għalina. Is-sistemi u l-loġistika tax-xogħol tinbidel totalment. 24 siegħa xogħol qatt ma tkun biżżejjed. Il-volum ta’ xogħol fuq il-bajjiet jiżdied drastikament, f ’żoni ta’ divertiment u f ’żoni turistiċi jsir ix-xogħol ta’ ħasil ta’ toroq kull lejl. In-nies joħorgu iktar allura l-iskart fit-toroq tagħna jiżdied. Għalkemm mhux ġustifikat li wieħed jiddis-

l-okkażjoni. Min-naħa tad-Diviżjoni jintefqu flus kbar kemm fil-provediment ta’ PPE għal kull ċirkustanza kif ukoll f ’taħriġ għall-ħaddiema, speċjalment dawk li jużaw apparat speċjali kemm light equipment kif ukoll heavy equipment. Messaġġ lill-pubbliku mingħandek forsi anke nfakkru li l-ħmieġ ukoll iġib il-mard. Il-messaġġ tiegħi huwa li l-poplu għandu jkompli japprezza l-ħidma li ssir minn dawn il-ħaddiema. Li tkun ħaddiem tiffaċċja ma’ wiċċek l-iskart li wieħed ikun iddispona minnu mhux dejjem hi sitwazzjoni

faċli. L-affarijiet moqżieża li jiltaqgħu magħhom il-ħaddiema tagħna huma xi ħaġa fenomenali. Iżda dan huwa x-xogħol tagħna u għalhekk aħna impjegati tas-servizz pubbliku. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lill-ħaddiema kollha ta’ din id-Diviżjoni tal-impenn u d-dedikazzjoni li juru tul is-sena kollha. L-appell tiegħi għal dawn iż-żminijiet huwa dan. Kullħadd huwa konxju tal-ħidma li qed issir b’sagrifiċċji kbar mill-ħaddiema tagħna, għalhekk nappella li wieħed jagħmel użu mis-servizzi kollha offruti mill-Gvern ċentrali kif ukoll mill-Kunsilli Lokali, u mhux imur jiddisponi minn skart b’mod illegali.

Il-pubbliku hu iktar konxju tal-indafa fil-pajjiż, però għad baqa’ numru żgħir ta’ nies li għadhom irresponsabbli u jtappnu l-immaġni ta’ pajjiżna


22

10.05.2020

kullhadd.com

MASKRI PROTETTIVI LILL-VULNERABBLI Żewġ kumpaniji privati taw 22,000 maskra protettiva bħala donazzjoni lid-djar tal-anzjani u l-persuni b’diżabilità. Faxxa oħra ta’ persuni vulnerabbli, dawk residenti f ’Dar Merħba Bik, gawdew minn ġenerożità simili minnaħa tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza. Il-kumpanija Norwex u l-kumpanija Corinthia Group taw bejniethom total ta’ 22,000 maskra protettiva bla ħlas lid-djar tal-anzjani u tal-persuni b’diżabilità. Dan ħabbru llum is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità Silvio Parnis wara li ġie ppreżentat b’dawn il-maskri minn dawn iż-żewġ kumpaniji. Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis faħħar lil dawn iż-żewġ kumpaniji ta’ dan il-ġest sabiħ li qed jagħmlu f ’dan il-perjodu tant iebes għalina lkoll. Is-Segretarju Parlamentari qal li, “dan huwa ż-żmien ta’ prova għalina lkoll. Issa huwa l-mument li lkoll kemm aħna nagħmlu l-parti tagħna u nuru kemm verament għandna qalb li taf tħobb u tgħin.” Is-Segretarju Parlamentari qal li dan il-ġest se jkompli jgħin sabiex inkomplu nipproteġu lill-persuni vulnerabbli u lill-ħaddiema li jinsabu f ’dawn ir-residenzi. Din l-inizjattiva flimkien mal-miżuri li qed jieħu l-Gvern qed iwasslu sabiex ikollna r-riżultati li għandna llum. Silvio Parnis għalaq billi rringrazzja lil dawn iż-żewġ kumpaniji u lil dawk kollha li jaħdmu fis-setturi tal-anzjani u tal-persuni b’diżabilità tal-ħidma eċċezzjonali li qed jagħmlu. Id-Direttur Maniġerjali ta’ Norwex Malta, Joseph Vella, spjega kif li trodd lura u tieħu ħsieb lill-komunità huma parti integrali tal-valuri li n-‘Norwex Family’ temmen fihom. Is-Sur Vella qal ukoll li din id-donazzjoni ta’ 20,000 maskra hija parti mill-inizjattiva ‘A Million Masks. A Million Thank Yous’, fejn il-grupp Norwex qassam miljun maskra protettiva madwar id-dinja. Iċ-Chairman ta’ Corinthia Group, Alfred Pisani qal li Corinthia Group hija mibnija fuq il-prinċipji ta’ familja u

għajnuna lil ħaddieħor. Din l-inizjattiva li fiha qed jingħataw maskri ta’ kwalità għolja tat-tip N95 għalhekk hija konformi ma’ dawn il-prinċipji. Is-Sur Pisani kompla jgħid li bħala kumpanija se jkomplu jagħtu kull għajnuna li jistgħu lis-soċjetà, b’mod speċjali f ’dan il-mument ta’ bżonn. L-għotja lil vittmi tal-vjolenza domestika Sadanittant il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza, u l-Governanza Edward Zammit Lewis qassam 200 maskla protettiva lil Dar Merħba Bik f ’Ħal Balzan. “Dan huwa ġest żgħir fost il-ħafna xogħol siewi li qed tagħmel din id-dar u djar oħra bħalha. Sa minn meta ġejt fdat bl-irwol ta’ Ministru għall-Ugwaljanza, ħadt b’serjetà kbira l-qasam tal-vjolenza domestika. Din hi pjaga soċ-

jali li rridu naħdmu biex neliminaw, speċjalment f ’dan il-perjodu fejn il-vjolenza domestika hemm aktar ċans li tkompli tgħolli rasha,” saħaq il-Ministru Zammit Lewis. Dar Merħba Bik hija post li jistgħu jirrikorru għalih il-vittmi tal-vjolenza domestika, meta dawn ma jħossuhomx siguri f ’darhom. Apparti li toffri post fejn dawn in-nisa abbużati jgħixu, toffri servizzi ta’ counselling, u mbagħad tgħinhom jerġgħu jirritornaw lura fis-soċjetà, anke billi ssibilhom akkomodazzjoni alternattiva. Bil-għan li tiġi mtaffija l-pjaga tal-vjolenza domestika, fil-ġranet li għaddew il-Ministru Zammit Lewis saħħaħ ukoll servizz ta’ għajnuna legali professjonali mingħajr ħlas, 24 siegħa kuljum. Flimkien ma’ dan, din is-sena l-Gvern diġà ħaseb biex iżid il-baġit tal-Kummissjoni għall-Vjolenza Domestika u l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru, b’aktar minn 70%.

TIBDIL FL-EŻAMIJIET GĦAL-LIĊENZJA NAWTIKA

INFJORATA B’MESSAĠĠ TA’ TAMA U KURAĠĠ Sal-lum, Pjazza San Ġorġ qed twassal messaġġ qawwi ta’ tama u kuraġġ grazzi għall-infjorata sinonima mal-Valletta Green Festival. Din is-sena, madankollu, dan l-avveniment annwali li jittella’ fi żmien ir-rebbiegħa ħa format ġdid, billi n-nies huma mħeġġa jkomplu josservaw il-miżuri ta’ tbegħid soċjali u japprezzaw l-infjorata online, mis-sigurtà ta’ djarhom. L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta ngħaqdet ma’ Skyline Webcams biex tinstalla webcam

fuq il-bejt tal-palazz tal-Gran Mastru għal dan il-għan. Il-pubbliku jista’ jaċċessaha f ’kull ħin anke minn fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Valletta Cultural Agency. Bit-titlu “Beeodiversity”, l-infjorata ta’ din is-sena hija maħluqa u ddisinjata mill-artista Lisa Marie Kähler. Id-disinn ta’ din is-sena għandu kemm messaġġ ta’ tama f ’dawn iż-żminijiet diffiċli li qed ngħixu fihom, kif ukoll messaġġ li jħeġġeġ lin-nies isiru konxji ta’ dak li jhedded il-bijodiversità,

it-tema għall-Valletta Green Festival ta’ din is-sena. Fis-snin ta’ qabel, ħafna mill-fjuri kienu jiġu mogħtija lill-membri tal-pubbliku li jżuru l-pjazza waqt kif ukoll fi tmiem il-festival waqt li l-kumplament kienu jerġgħu jintużaw mill-ELC. Din is-sena, sabiex jiġu segwiti r-regoli tad-distanza soċjali, il-pubbliku huwa skoraġġut milli jżur il-pjazza fi tmiem il-festival, billi l-fjuri kollha se jintbagħtu lura lill-ELC biex jintużaw fir-roundabouts madwar il-gżira.

B’effett immedjat, l-eżamijiet tal-liċenzja nawtika ser jibdew isiru mill-uffiċini ta’ Transport Malta. Dan hekk kif l-Awtorità se tkun qed tassumi l-irwol ta’ ċentru tal-eżamijiet u b’hekk ser tkun qed tamministra l-proċeduri amministrattivi kollha. Filwaqt li Transport Malta tirringrazzja lill-MCAST tas-servizz tagħhom tul dawn l-aħħar snin, l-Awtorità tinforma lill-pubbliku li l-MCAST mhux ser tibqa’ taċċetta dawn l-applikazzjonijiet. Iċ-ċentri ta’ taħriġ jew individwi li jridu japplikaw għal dan l-eżami għandhom jagħmlu dan billi jissottomettu l-applikazzjonijiet lid-Dipartiment tal-Ports Commercial fl-uffiċini ta’ Ħal Lija. Dan id-dipartiment diġà kien joħroġ il-liċenzja, iżda żdiditlu r-responsabbiltà tal-koordinament amministrattiv tal-eżamijiet bħall-iskeda tal-eżamijiet u oħrajn. Il-post prinċipali fejn ser jibdew isiru dawn l-eżamijiet ser ikun fl-uffiċini ta’ Transport Malta f ’Ħal Lija. Mhux ser ikun hemm l-ebda bidla fl-eżaminaturi, fil-miżata tal-applikazzjoni jew fl-eżami nnifsu. Din hija inizjattiva oħra tal-Awtorità għat-Trasport sabiex tkompli tnaqqas il-piż amministrattiv minn fuq il-pubbliku. Fil-jiem li ġejjin Transport Malta ser tkun qed tikkomunika mal-pubbliku proċeduri ġodda tal-applikazzjoni u simplifikati. Għal aktar informazzjoni agħmlu kuntatt mad-Dipartiment tal-Ports Commercial fuq certificationpyd.tm@transport.gov.mt jew ċemplu fuq wieħed minn dawn in-numri: 2555 5000 / 2122 2203.


23

10.05.2020

kullhadd.com

IL-BELT FIL-PROĠETT “EUROPE AT HOME” L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta ngħaqdet ma’ 13-il belt Ewropea oħra għat-tnedija tal-proġett konġunt “Europe at Home”, pjattaforma diġitali li toffri perspettiva artistika, permezz ta’ ritratti u kitbiet dwar dan il-mument mhux mistenni li qed ngħixu bħala konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19. S’issa qed jikkontribwixxu 28 artist Ewropew b’xogħlijiet fotografiċi u letterarji li qed jittellgħu online. Quddiem dan ix-xenarju straordinarju fejn il-ħajja li konna drajna ngħixu waqfet, fejn parti sinifikanti mill-popolazzjoni tinsab magħluqa d-dar, it-tim ta’ Faro 2027, responsabbli għall-kandidatura ta’ din il-belt għall-Kapitali Ewropea tal-Kultura, iddeċieda li jistieden diversi bliet Ewropej biex jaqsmu l-esperjenza ta’ dan il-mument bla preċedent fl-istorja riċenti tagħna permezz tal-lenti ta’ fotografu u l-kitbiet ta’ awtur letterarju. Ir-risposta kienet immedjata u entużjasta u 14-il belt malajr ingħaqdu flimkien biex jenfasizzaw kif l-Ewropa hija daqshekk identika, anki jekk bid-differenzi tagħha. Kull belt stiednet fotografu u awtur letterarju u r-riżultat ta’ dawn ix-xogħlijiet issa jinsab fuq europeathome.eu, fejn il-pubbliku jista’ jaċċessa mhux biss ix-xogħlijiet artistiċi iżda wkoll informazzjoni dwar kull belt involuta, kif ukoll bijografiji qosra ta’ kull artist. Il-pjattaforma hija faċli ħafna biex tintuża, b’navigazzjoni permezz ta’ mappa jew menus fejn wieħed jista’ jagħżel belt, fotografu jew artist letterarju.

Il-proġett beda bi bliet li jpoġġu l-kultura bħala waħda mill-assi ewlenin ta’ żvilupp tagħhom, bliet li huma, kienu jew jixtiequ jkunu relatati mal-proġett tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura: Bodø (in-Norveġja); Chemnitz (il-Ġermanja); Esch-sur-Alzette (il-Lussemburgu); Faro (il-Portugall); Kaunas (il-Litwanja); Leeuwarden (l-Olanda); Novi Sad (is-Serbja); Oulu (il-Finlandja); Piran (is-Slovenja); Plovdiv (il-Bulgarija); San Bastjan (Pajjiż Bask / Spanja); Tartu (l-Estonja); Valletta (Malta) u Veszprèm (l-Ungerija). Għal Malta, il-fotografu Alexandra Pace u l-awtriċi Simone Inguanez qed jikkontribwixxu għall-proġett.

Bħalissa hemm erbat ibliet oħra li qed jaħdmu biex ilestu x-xogħlijiet artistiċi tagħhom biex dawn jittellgħu fuq il-pjattaforma diġitali. Il-promotur tal-proġett jista’ jiżvela wkoll li Europe at Home mistenni jkompli jikber u li diġà hemm 10 ibliet oħra interessati li jingħaqdu mal-proġett. Għalkemm ħafna mill-ibliet li dehru f ’din l-ewwel fażi tal-proġett huma relatati mat-titlu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura, “Europe at Home” għandu l-għan li jkun moviment miftuħ li jfittex li jħaddan kwalunkwe belt fl-Ewropa u kwalunkwe artisti tagħha, kif ukoll iċ-ċittadini. Sabiex iwettaq dan, il-proġett qed jistieden lill-Ewropej biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom f ’dan iż-żmien ta’ emerġenza billi jaqsmu – fuq il-profili pubbliċi fuq il-midja soċjali - ritratti u vidjows bl-hashtag #europeathome. Wieħed jista’ jara kumpilazzjoni ta’ dawn l-immaġini fuq il-paġna ewlenija tal-website tal-proġett. Idħol fuq europeathome.eu u sir af aktar dwar dawn l-ibliet Ewropej differenti u l-perspettiva artistika tagħhom, li tista’ tidher u tinqara, f ’dan il-mument partikolari fl-istorja tagħna waqt li ninsabu kollha d-dar.


24

10.05.2020

kullhadd.com

reċensjoni tal-ktieb

L-ITTRA TA’ OSAMA U STEJJER OĦRA Silta minn waħda min-novelli li jidhru f ’dan il-ktieb, IL-MALJA TAL-PROFESSUR Issa kont ilni nafu ftit aktar minn sena lil Filippo, professur Taljan minn Sqallija li jammira lill-kittieb Andrea Camilleri. Ma stajtx ngħidlu farka ta’ kritika dwar Camilleri għax kien jieħu għalih. Kien jieħu għalih mix-xejn. Konna ltqajna b’kumbinazzjoni. Jew hekk kont ħsibt. Imma forsi ma kien xejn hekk. Il-kollega tiegħi Buxra Karim, professoressa t’oriġni Iranjana, kienet bagħtitli email urġenti minn Istanbul: “Illum fil-konferenza ltqajt ma’ professur Taljan li jgħallem Padova. Se jiġi Toronto għal seba’ ġimgħat imma jiena mhux se nkun hemm. Naħseb li tieħu pjaċir tiltaqa’ miegħu. Tista’, jekk jogħbġok, tgħidli jekk tistax tiltaqa’ miegħu mqar għal xi kafè?” Kultant Buxra kienet iddejjaqli ftit għajni. Imma ma kellix x’nitlef u fuq kollox jiena nieħu pjaċir niltaqa’ ma’ nies minn pajjiżi oħra. “Bil-qalb kollha; meta jasal għidlu jċempilli jew jibgħatli email,” ktibtilha. U f ’salt kien wasal l-ewwel t’Awwissu meta rċevejt telefonata. “Jiena l-Professur Filippo Lombardo mill-Università ta’ Padova,” lissen b’Ingliż qisu b’aċċent Tedesk aktar milli Taljan. “Dr Karim kienet kellmitek dwari u inti lqajt l-istedina tiegħi.” Biex ngħid is-sewwa kont insejtu. “Iva, issa qed niftakar,” għidtlu, “kif inti u fejn int?” “Bħalissa qiegħed York University, imma dalwaqt se nitlaq għall-qalba tal-belt fejn qed noqgħod f ’Massey Hall, dak il-kulleġġ rinomat.” “Tajjeb, tajjeb ħafna. Ara, jiena qiegħed l-uffiċċju u Massey Hall qrib ħafna tiegħi. Jekk trid, fl-erbgħa u nofs nistgħu niltaqgħu u mmorru għal xi kafè.” Wara kollox, kelli nżomm il-wegħda li għamilt ma’ Buxra. Feraħ ħafna bl-istedina tiegħi u fl-erbgħa u nofs preċiż iħabbat il-bieb tal-uffiċċju. Sellimli b’kortesija u ritwal solitu Taljan, u ma bbastax jieqaf jirringrazzjani. Donnu f ’salt sirna ħbieb. Kemm dam Toronto ltqajna kemm-il darba, u s-sajf ta’ wara reġa’ ġie Toronto għar-riċerka. U jiena wegħedtu li nieħdu Montréal u Québec City.

Sibna apartment hotel fil-qalba ta’ Montréal u krejna karozza. U t-tnejn filgħodu kmieni tlaqna għal għonq ittriq. Vjaġġ ta’ sitt sigħat sewqan. Ix-xemx sajfija kienet diġà sħuna fis-sebgħa ta’ filgħodu. Hekk kif soqna biswit il-lag Ontario kont diġà tista’ tara daħna tat-tniġġis. Kienet ġejja waħda minn dawk il-ġranet tat-tidlik fejn tbati biex tieħu n-nifs fl-arja tqila u mniġġsa. U donni mingħajr ma naf għafast aktar il-pedala tal-gass. Ridna naslu Montréal kmieni imma skoprejt li Filippo kważi ffissat fuq in-natura. Kull fejn jara sinjal ta’ park, speċjalment jekk ikun qrib xi lag, riedni nieqaf ħalli jgawdi n-natura. Il-ħbiberija titrabba bil-paċenzja. Jiena ma jde-

jqunix passiġġati fil-kampanja, imma mhux meta qegħdin f ’nofs ta’ vjaġġ. Jiena bil-kwiet insoff xi kafè mit-termos li ġibna magħna u Filippo miexi bil-lajma fil-kampanja jimmedita quddiem l-ilma. Fl-aħħar wasalna Montréal. Aħna u deħlin fil-qalba tal-belt ħadli rasi jgerger għax mhux sewwa li s-sinjali bilFranċiż biss, “Għax, wara kollox, dan pajjiż b’żewġ lingwi nazzjonali,” baqa’ jtenni kull żewġ minuti. Ipparkjajna fit-triq qrib tal-lukanda. Dħalna, irreġistrajna, iffriskajna ftit, dorna dawra mal-lukanda biex naraw fejn kien hemm il-ġimm u l-pixxina, u ħriġna nimxu għall-parti l-qadima tal-belt. L-għada, wara ġurnata mixi, dejjem qisni gwida turistika għal Filippo, dahri qalli hawn irridek. Wara li striħajt ftit, iddeċidejt li aħjar immur ftit fis-sawna u ngħum bil-mod biex inħoll ftit il-muskoli. Lil Filippo ħallejtu fis-sawna ħa jistrieħ bil-kwiet kemm irid. Imma jiena kont għajjien u mort nistrieħ. “Tinkwieta xejn. Kwarta oħra ninżel fil-kamra.” “Tgħaġġel xejn.” Kienu saru d-disgħa ta’ filgħaxija. Ħadt banju sħun u qgħadt nara ftit televixin. U marret għajni bija. Xħin stenbaħt kienu diġà saru l-għaxra. “Filippo, Filippo,” sejjaħtlu. U risposta ta’ xejn. Fittixt jekk hux rieqed f ’kamartu. Baħħ. Kwiet perfett. Billi kien qalli li sa kwarta oħra kellu jiġi lura, għaddieli ħsieb li forsi nqalagħlu xi ħaġa. Kont se mmur niċċekkja fis-sawna. Imma ddeċidejt li ma mmurx għax ma ridtux jaħseb li qed nittrattah ta’ tifel żgħir. Żgur kien jieħu għalih. Għamilt tazza kamumilla u blajt żewġ Panadols għal dahri. U rġajt fuq is-sufan nisma’ ftit l-aħbarijiet. Imma f ’moħħi dejjem il-ħsieb jekk Filippo kienx kollox sew. Għal mument bdejt nimmaġinah mitluf minn sensih fis-sawna, forsi mejjet ukoll. Min jaf, forsi ltaqa’ ma’ xi waħda ħelwa u mar għal xi nejka. Jew forsi … min jaf. Id-dubji żdiedu. U fil-ħdax neqsin kwart iddeċidejt li mmur niċċekkjah. Jaħseb x’jaħseb; niġi naqa’ u nqum. Ħriġt kif kont liebes bix-xorz u flokk ta’ taħt, u karkur. Għafast il-buttuna tal-lift u stennejt. Wara xi minuta, iddawl tal-buttuna ntefa u bil-qajla l-qajla nfetaħ il-bieb.

Mistoqsija: Mil-liema Università kien ġej il-Professur Filippo Lombardo? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb L-ITTRA TA’ OSAMA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 17 ta’ Mejju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb VJOLA DDUR ID-DINJA u IĊ-ĊKEJKEN PRINĊEP. huwa: M. VELLA - SIĠĠIEWI

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

01

TIRBAĦ €100

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm-il kilometru ta’ bankini tnaddfu s’issa? Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:

Rebbieħ: C. ATTARD - L-IMTARFA


25

10.05.2020

kullhadd.com

Kitba ta’ MARY CHETCUTI

It-Taj Mahal huwa l-ġojjell fil-kuruna talwirt arkitettoniku fl-Indja; xejn ma joqgħod ħdejh għall-ġmiel bajdani tiegħu li kien ispirat minn imħabba pura u dejjiema. It-Taj Mahal huwa musulew li kien ikkummissjonat mill-Imperatur tad-dinastija Mughul, is-Sultan Jahan għallgħażiża martu Mumtaz Mahal fl-1631 u tlesta 22 sena wara. Il-binja hija meqjusa bħala waħda mill-għeġubijiet tad-dinja llum u ma setax jonqos li fl-1983 tniżżlet fil-lista ta’ Wirt Mondjali mill-UNESCO. It-Taj Mahal iżuruh kważi tliet miljun ruħ annwalment; jgħoddu ruħhom ixxurtjati dawk li jżuruh billejl meta l-qamar ikun kwinta għax jarmi dija naturali minn ġewwa għall-barra. Inbena fil-belt ta’ Agra maġenb ixXmara Jamuna fuq stil Indjan u Persjan (Iran Antika) b’influwenza Islamika, ir-reliġjon tar-reġjun. L-imperu kien għani u nġiebu l-aħjar nies biex qiegħdu l-aqwa materjal u l-isbaħ irħam minqux b’sengħa tal-għaġeb sabiex tlestiet dil-binja li hija dikjarazzjoni ta’ mħabba mis-Sultan Jahan lid-defunta martu Mumtaz Mahal. Sultan Jahan, li qabel sar l-imperatur tat-tramuntana tal-Indja u l-Pakistan kien il-Prinċep Kurram, sar iħobb lil Arjumand Banu Begum mill-mument li raha. It-tnejn li huma kienu għadhom adolexxenti u ta’ nisel irjali. Għaldaqstant, id-deċiżjoni lil min jiżżewġu ma kinitx f ’idejhom. Sabiex jobdi lil missieru, Kurram ħa lil Kandahari Begum bħala l-ewwel mara tiegħu. Skont il-fidi tiegħu seta jagħżel it-tieni mara u fis-27 ta’ Marzu 1612, Prinċep Kurram u t-tfajla li ħabb mill-ewwel mument ingħaqdu fiż-żwieġ. Kurram għażlilha l-isem ta’ Mumtaz Ma-

hal li jfisser ‘il-preferuta tal-palazz’, u kulħadd ried isejħilha hekk. Mumtaz Mahal ma kinitx sabiħa biss; anzi, kienet mara intelliġenti li kellha għal qalbha l-istat ta’ saħħa u kuntentizza tannies sudditi tal-imperu partikolarment nisa romol u wliedhom. Kienet tara personalment li qed jingħataw biżżejjed ikel u flus biex jgħixu bla tbatija. Iż-żwieġ ta’ Jahan u Mumtaz Mahal kien wieħed feliċi li minnu twildulhom 14-il tifel u tifla, għalkemm 7 biss minnhom qabżu l-età tat-tfulija. Sfortunatament, it-twelid tal-14-il tarbija kien ilkaġun tal-mewt ta’ Mumtaz Mahal. Ġara li fl-1631, Khan Jahan Lodi il-gvernatur ta’ Deccan (belt fl-Imperu ta’Jahan), qajjem ribelljoni kontra l-imperu. Is-Sultan Jahan mexxa l-armata tiegħu lejn dil-belt li tinsab xi 640 kilometru ’l bogħod minn Agra, biex ixejjen ir-ribelljoni u jinqatel l-użurpatur Lodi. Peress li ma kinux jgħaddu jum mingħajr xulxin, Mumtaz Mahal akkumpanjatu fuq dal-vjaġġ ukoll anki jekk kien qed joqrobilha iż-żmien biex twelled l-14-il wild tagħhom. Fis-16 ta’Ġunju 1631, hija welldet tifla ’l ġmiel tagħha taħt it-tinda li twaqqfitilha sakemm tistenna lil żewġha bejn battalja u oħra. Ftit sigħat wara l-ħlas beda jidher evidenti li saħħet l-omm bdiet sejra lura u bagħtu jsejħu għall-Jahan li kif sar jaf telaq minn fuq il-battalja biex ġera għal ħdejn il-maħbuba martu. L-għada, Mumtaz Mahal mietet f ’dirgħajn żewġha. Skont it-tradizzjoni Iżlamika, hi ndifnet mill-ewwel viċin it-tinda fejn welldet. Madankollu, is-Sultan Jahan ma kienx beħsiebu jħalliha hemm għal dejjem. L-istorja tgħid li wara l-mewt ta’ martu, Jahan baqa’ maqful waħdu fid-tinda u għal tmint ijiem sħaħ, lejl u nhar, in-

stema’ jibki u jolfoq mingħajr waqfien. tinbena rampa twila 16-il kilometru kollMeta fl-aħħar waqaf u ħareġ biex jif- ha magħmula mill-irdim. Kulħadd jaqbel li wieħed mill-isfaċċja lis-suldati tiegħu dawn bilkemm għarfuh għax kien xjaħ f ’daqqa u xagħru baħ aspetti tal-musulew huma l-versi mill-Koran minquxa f ’irħam abjad u bjadlu qoton. iswed b’sena tal-għaġeb minn kaMeta l-irvellijiet ta’ Decca inligrafu magħruf f ’dak iżgħelbu, is-Sultan Jahan u żmien, Amanat Khan. l-armata tiegħu rriJiżboqhom xi ftit tornaw lejn Agra u Sakemm id-disinn ta’ fjumagħhom ġarri maqtgħuin rew il-katavru inbena mill-irħam ta’ Mumtaz t-Taj Mahal u l-ġonna b ’s e n g ħ a Mahal li magħruddaħħlet li jdawruh, il-fdalijiet ta’ fa bħala lura fil-belt Mumtaz Mahal reġgħu ndifnu ‘parchin akkumpank a r i ’ . jata minn fuq art biswit is-sit ta’ dan Ħ a ġ a r proċessjoni ta’ eluf il-musulew grandjuż. Sultan Jahan prezzjuż u semi-prezta’ sudditi intefa’ b’ruħu u ġismu fuq dan zjuż ġie li ġew jibil-proġett li riedu jkun l-eqreb ngastat matku t-telul id-disinn fix-xebh għall-ġenna tal-art fa tas-suliffjurit kollu. tana ħanina kif inhi deskritta Sfortunatagħhom. fil-Koran ment, fis-seklu 19 Sakemm inbena ħafna minn dal-ħaġar it-Taj Mahal u l-ġonna beda jinsteraq minn memli jdawruh, il-fdalijiet ta’ bri tal-Qawwa Militari BrittaniMumtaz Mahal reġgħu ndifnu fuq art biswit is-sit ta’ dal-musulew grandjuż. ka, inqalgħu u ttieħdu bibien u oġġetti Sultan Jahan intefa’ b’ruħu u ġismu fuq tal-fidda kif ukoll bdew jinħattu biċċiet dal-proġett li riedu jkun l-eqreb fix-xe- mill-irħam. Li ma kienx għal Lord Curbh għall-ġenna tal-art kif inhi deskritta zon, il-Viċi Re tal-Indja għall-Imperu Britanniku, it-Taj Mahal kien ikompli fil-Koran, il-ktieb qaddis tal-Iżlam. Jingħad li nġiebu mal-20,000 ħaddi- jiżżarma u jinbiegħ f ’biċċiet. Curzon ħa em ħalli jitħaffef ir-ritmu tax-xogħol. ħsieb sabiex dal-musulew jibda jiġi restL-irħam abjad silġ li ntuża beda jinqa- awrat u ppreservat. Illum, it-Taj Mahal huwa gawdut ta’ minn barrieri f ’Makrana, xi 320 kilometru ’l bogħod u kellhom jintużaw mill-poplu Indjan u mit-turisti li jiġu minn mal-1,000 iljunfant u numru mdaqqas madwar id-dinja kollha biex iżuru l-post ta’ gniedes biex inġarr sas-sit tal-kostru- fejn Mumtaz Mahal u żewġha is-Sultan zzjoni. Sabiex jittellgħu blokok goffi tal- Jahan reġgħu ngħaqdu f ’devozzjoni eterirħam fil-livelli għoljin tal-binja kellha na lejn xulxin.


26

10.05.2020

kullhadd.com

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

10.05.2020

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 328

G. BRINCAT - MARSA

Bi 3 Numri 017 048 055 072 265 328 416 433 469 473 488 568

677 681 704 816 876 922 B’4 Numri 0203 0302 0882 1842 1883

1967 1999 2726 3126 3400 4312 4480 4721 5018 5297 6138 6289 6373

6440 6695 7286 9007 9198 9486 9661 9829 B’5 Numri 09628 19234 23078

31098 53983 67381

Bi 8 Numri 29984038 93669698

B’6 Numri 036898 512622

B’9 Numri 600566401 947827836

B’7 Numri 0362893 1724447 4796254 5287146

B’10 Numri 2127743891 6363161334

1. 4. 7,11. 9. 10.

Mimdudin: Kompli l-qawl: L-art tagħti kemm tagħmel magħha ġid, hena u fuq kollox is-.......(5) Dejjem fl-ogħla post ikunu dawn (4) Ħabel tal-azzar? (4) Albert Abela Jaccarini (1,1,1) Biċċiet (6)

12. 16. 18,19. 19. 20. 21. 23. 24.

Ċanfira? (6) Ara 13 Takkwista? (5) Ara 18 Self kriminal (5) Ara 12 wieqfa Ara 3 Fiha tifla! (5)

1. 2,5. 3,23. 5. 6.

Weqfin: Evita (6) Xennaq (6) Qabel (7) Ara 2 Frott (3)

8. Ħasbet? (9) 11. Ara 7 12,21M. Siġar tal-lumi, larinġ, eċċ (5) 13,16. Ħlasijiet? (6) 14. Ħaġar Qim jitlef rasu u saqajh (6) 15 Ma kienx korrett (6) 17. Sparatura (3) 21. Tlieta Taljani (3) 22. L-ewwel tlieta tal-urtati! (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: Weqfin: 1.Mxiet, 4.Moxt, 7,9.Kaxxa, 10.Abba- 1.Mexmex, 2,6.Ibatti, 3,11.Tkaża, ti, 12.Banana, 16.XUI, 18,19.Ankra, 5,23.Olandiż, 8.Abbanduna, 12,22. 20.Afdak, 21.Sid, 24.Arani Bidni, 13.Naf, 14.Akkuża, 15.Katina, 17.Uri, 21.San


28

10.05.2020

kullhadd.com

L-ESPERJENZA WARA L-IŻBALL Editorjal

Aħna nibqgħu nittamaw li, mill-kundizzjonijiet li se jifformaw l-eżistenza ġdida għall-umanità kollha, jirnexxilna nimmaturaw iżjed u nitgħallmu ngħożżu aħjar il-valuri kollha li toffri l-ħajja

Nixtiequ li kieku nistgħu niddiskutu l-politika tal-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni, bħala dik li tkun tibbilanċja u saħansitra tisfida l-mixja talPartit Laburista fil-Gvern. Iżda ma nistgħux, sempliċement għax dik imħaddna minnu llum hi midfuna taħt in-nuqqas ta’ kredibbiltà tal-istess Partit, magħġuna mal-inkonsistenza flagranti tiegħu. Partikolarment din tal-aħħar, li wkoll ma tgħinx biex tinkiseb tal-ewwel, qed tħawwad lil kulħadd. Għax anke fuq l-aktar temi importanti għallpajjiż, dawk li jkunu jeħtieġu l-kollaborazzjoni nazzjonali għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi, dak li l-esponenti talPN jgħidu filgħodu ma jreġix ma’ dak li jlissnu filgħaxija. Mhuwiex biss il-każ tal-id illeminija li ma tafx x’qed tagħmel ix-xellugija, iżda saħansitra aktar kwistjoni ta’ verżjoni moderna ta’ Dr Jekyll & Mr Hyde, iddettati skont il-konvenjenza milli mill-konvinzjoni li jemmnu fermament f ’xi ħaġa ġusta. Issa avolja għaddew seba’

snin mindu l-aħħar Gvern Nazzjonalista, immexxi minn Lawrence Gonzi, ġie sfiduċjat mill-elettorat u minn dakinhar laħqu nbidlu żewġ kapijiet wara l-agħar riżultati possibbli, is-sitwazzjoni baqgħet biss tiddeterjora u s-susa interna wkoll qed tidher minn barra. Fil-każ tal-kredibbiltà nfisha, tmexxija waħda wara l-oħra filPN għad ma kellhiex l-umiltà biżżejjed li mhux biss tgħid li saru l-iżbalji, imma tinfatam kompletament minnhom u twettaq il-bidliet neċessarji, inkluż fil-mentalità, biex dawn assolutament ma jirrepetux ruħhom. Tassew li, fit-tliet snin kemm ilu issa fit-tmun, Adrian Delia ma kellu l-ebda triq faċli biex jimxi qalb il-ħurrieq, imma hu wkoll ma jagħmilx ġieħ lill-kuxjenza li titlob deċiżjoni u mhux oħra. Meta ġie biex jeqred l-istess ħaxix ħażin b’għeruq fondi li qed jifga lill-Partit u mhux jippermettilu li jieħu r-ruħ, ilKap attwali Nazzjonalista sab li dan ma kienx ħobż għal snienu jew inkella ssottovalutahom u

l-ħsara li kienu qed jikkawżaw ma twaqqfet qatt. Kif nafu lkoll, indikazzjonijiet kostanti fi stħarriġ tal-opinjoni pubblika, li wkoll jirriflettu stampa identika għall-agħar riżultati elettorali li kellna flaħħar snin, s’issa għadhom ma biddlu xejn minn din ir-rotta, jekk mhux iġġustifikaw biex ixxewk ikompli jikber madwar idDar Ċentrali. Mhux għax il-Partit Laburista fil-Gvern hu r-riflessjoni ta’ xi perfezzjoni, iżda żgur tgħallem minn żbalji li saru anke fl-aħħar snin u llum jagħmluh iżjed għaqli fit-tmexxija tal-pajjiż, kif jixhdu partikolarment dawn iżżminijiet ta’ prova bla preċedent b’riżultat tal-pandemija talCOVID-19. Wasalna ’l bogħod fl-amministrar tas-sitwazzjoni kemm millat mediku kif ukoll minn dak ekonomiku, ferm aħjar minn diversi pajjiżi oħrajn fid-dinja. U dan mingħajr l-għajnuna tal-Oppożizzjoni biex ma nsemmux id-drabi li kontinwament toħloq l-ostakli immaġinabbli. Bħala pajjiż, nistgħu nimxu

u nkomplu ntejbu l-għajxien taċ-ċittadini tagħna, inkluż f ’ċirkostanzi differenti minn tal-lum u li għad jibdew jitqiesu “normali”, bil-wisq iktar li kieku dan it-tikka ta’ pajjiż ikollu warajh id-determinazzjoni ta’ kulħadd li naslu għall-ġid komuni. Aħna nibqgħu nittamaw li, mill-kundizzjonijiet li se jifformaw l-eżistenza ġdida għall-umanità kollha, jirnexxilna nimmaturaw iżjed u nitgħallmu ngħożżu aħjar il-valuri kollha li toffri l-ħajja. Tassew li, bħala bnedmin, ilkoll kemm aħna suxxettibbli għall-iżbalji u l-fallimenti, li huma wkoll parti mill-mixja filħajja ta’ kull wieħed u waħda minna. Minkejja dan, l-istorja nnifisha tgħallimna li l-unika u l-akbar żball ta’ veru fil-ħajja huwa dak li ma titgħallem xejn minnu. Fil-politika mhux b’inqas u l-lezzjoni li baqgħu ma ħadux Delia u l-Partit tiegħu hi riflessa fis-sitwazzjoni preżenti tagħhom. Id-demokrazija qed tistenniehom.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.