KullĦadd_10.11.2019

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd 10 ta’ Novembru, 2019

Ħarġa Nru 1,374

Prezz €1

5,500 BLA 50,000 STIPENDJU BI ĦLAS LI GĦADDIET FIL-MUŻA TA’ PULI

Ara paġna 5

• Ta’ kull sena mijiet ta’ studenti qed jibbenefikaw minn stipendju għal min jirrepeti. Stipendju li l-PN u l-kelliem tiegħu għalledukazzjoni opponew bil-qawwa. Clyde Puli ma ridux għax qal li l-Gvern mhux Father Christmas u Simon Busuttil kien iddikjara li l-PN għandu prijoritajiet oħra. F’paġna 8 nanalizzaw kemm issaħħu l-istipendji fejn b’inizjattivi bħal din u b’żidiet kull sena llum in-nefqa hi dik ta’ €3 miljun iktar fis-sena minn kemm kienet fl-2012. Ara paġna 8

MILJUN EWRO FIX-XAHAR GĦAL MEDIĊINI EĊĊEZZJONALI Il-Gvern qiegħed jonfoq madwar miljun ewro fix-xahar għal mediċini meqjusa eċċezzjonali. Dawn huma mediċini li wieħed ma jsibx fuq il-formolarju talGvern, iżda li l-Gvern jikkunsidra li jagħti wara talbiet quddiem il-Kumitat Għal Talbiet Għal Mediċini Eċċezzjonali. Minn dettalji li kisbet il-gazzetta KullĦadd jirriżulta li kienu kważi 2,500 it-talbiet li kien hemm, bi kważi 2,000 jintlaqgħu wara analiżi studjata u bir-reqqa. Ara paġna 3


02

10.11.2019

kullhadd.com

IT-TEMP GĦAL-LUM

L-Ogħla Temperatura: 20°C L-Inqas Temperatura: 15°C L-Indiċi UV: 3 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa dgħajfa ta’ pressjoni għolja testendi mill-Marokk lejn iċ-Ċentru talMediterran, filwaqt li ċirkolazzjoni ta’ pressjoni baxxa fuq il-Punent tal-Mediterran ser tintensifika. It-Temp: Ftit imsaħħab bil-possibbiltà ta’ xi ħalba xita ħafifa kultant Ir-Riħ: Moderat mill-Punent li jsir moderat għal ftit qawwi u gradwalment idur min-Nofsinhar il-Lbiċ Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Moderat li jsir ħafif għal moderat L-Imbatt: Baxx mill-Punent Majjistru It-Temperatura tal-Baħar: 24°C

Editur ALEANDER BALZAN email: aleander.balzan@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR tel: (+356) 2568 2570

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

21°C

Indirizz Postali KullĦadd

UV 1

16°C

Il-Ħamis

21°C

UV 1

14°C

19°C

Il-Ġimgħa

UV 1

14°C

Is-Sibt

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

Sit Elettroniku KullĦadd

20°C

UV 3

14°C

22°C

UV 3

16°C

22°C

UV 3

15°C

kullhadd.com

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

Floriana Dispensary,29, Triq Vincenzo Dimech, Il-Furjana – 21233034 St. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappillan Mifsud, Il-Ħamrun – 21234570 Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487020 St. Bartholomew Pharmacy, 30, Triq Fleur-De-Lys, Santa Venera – 21482558 Tony’s Pharmacy, 100, Triq Sir Patrick Stuart, Il-Gżira – 21332080 Pembroke Pharmacy, 87, Triq Giuseppe Malfeggiani, Pembroke – 21372784 Remedies Pharmacy, 144, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21344722 Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, L-Iklin – 21415499 St. Mary Pharmacy, -Mġarr Dispensing Chemists, 71, Triq Sir Harry Luke, L-Imġarr Malta – 21580711 El Medina Chemist, Triq il-Maskli, Il-Qawra – 21576308 Maddalena Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija – 21677037 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 St. Peter Pharmacy, Triq is-Sebbelika, Ħaż-Żabbar – 21663750 Health Junction Pharmacy, Triq Alfred Cachia Zammit, Iż-Żejtun – 21898728 Chrysantemum Pharmacy, Triq San Nikola, Il-Qrendi – 21680828 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ – 21465346 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat – 21454274 Għawdex

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21551841 Joyce’s Pharmacy, Vjal it-8 ta’ Settembru, Ix-Xagħra – 21561486

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182


03

10.11.2019

kullhadd.com

APPROVATI €14–IL MILJUN GĦAL MEDIĊINI EĊĊEZZJONALI Bejn April 2018 u Awwissu ta’ din is-sena l-Kumitat għal Talbiet Għal Mediċini Eċċezzjonali (EMTC) daħlulu 2,386 talba għall-iffinanzjar ta’ mediċini eċċezzjonali li minnhom ġew approvati 1,805. Fuq dawn il-mediċini ntefqet is-somma ta’ ftit inqas minn €14–il miljun. L-EMTC kien ġie kostitwit f ’Marzu tas-sena 2018 biex ikun jista’ jittratta talbiet għal mediċini eċċezzjonali li ma jinsabux fuq il-formularju talGvern. Hemm proċedura stabbilita dwar kif titwassal talba għal din l-għajnuna quddiem dan il-Kumitat. Kollox jibda min-

naħa tat-tabib kuranti tal-pazjent partikolari. Jekk it-tabib iħoss li għandu japplika għal trattament mediċinali eċċezzjonali għall-pazjent timtela applikazzjoni speċifika li wara l-verifiki neċessarji tintbagħat lid-Direttorat għall-Affarijiet Farmaċewtiċi. Min-naħa tiegħu dan id-Direttorat jippreżenta s-sottomissjoni u l-valutazzjoni tiegħu lill-Kumitat għall-Evalwazzjoni fejn jiġu evalwati skont regoli maħruġin mill-Uffiċjal Mediku Ewlieni minn żmien għal żmien. L-allokazzjoni finanzjarja l-mediċini għat-trattament talgħall-mediċini tinqasam taħt kanċer u tad-dijabete li għadiversi kapep, bħalma huma lihom għas-sena li ġejja ġew ivvutati €18–il miljun u €3.5 miljun rispettivament, filwaqt li taħt in-nomenklatura Medicines & Surgical Material ġew allokati €129 miljun. Mitlub jikkummenta dwar ħidmet il-Kumitat għal Talbiet Għal Mediċini Eċċezzjonali d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal lil din il-gazzetta li “ma tistax ma tgħidx li fejn jidħlu mediċini b’xejn saru avvanzi sinifikanti u dan fi żmien relattivament qasir. Apparti

MALTA WAQT IL-FIERA WTM F’LONDRA

Fil-fiera internazzjonali World Travel Market ġewwa Londra, l-Isititut SunX qajjem interess ma’ bosta stakeholders mis-setturi tal-avjazzjoni u t-turiżmu, fejn dan l-Istitut internazzjonali bbażat Malta, flimkien mal-Ministeru għatTuriżmu u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, organizzaw sessjoni lill-udjenza preżenti dwar ir-realtajiet u l-pjan li qed joffri dan l-istitut għat-tibdil fil-klima. Il-Ministeru għat-Turiżmu kien beda l-inizjattiva għal twaqqif ta’ Global Institute for Climate Friendly Travel, b’kollaborazzjoni ma’ SunX u llum dan l-istess Istitut qed jevolvi. Permezz ta’ din l-inizjattiva, il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi, li kien preżenti ġewwa Londra, u li indirizza lill-udjenza, enfasizza l-punt li se naħdmu ma’ msieħba soċjali fis-setturi tal-ivvjaġġar u t-turiżmu biex nipproponu u nimplimentaw miżuri favur it-tibdil fil-klima. Dan se jip-

permetti lill-industrija turistika tkun proattiva biex naslu għal soluzzjonijiet prattiċi li jnaqqsu l-impronta tal-karbonju filwaqt li nirrikonoxxu s-sbuħija tal-ivvjaġġar. Il-Kokreatur ta’ SunX Geoffrey Lipman qal li hemm diversi sfidi magħrufa għal din it-trasformazzjoni, bħall-kumplessità ta’ pjanar fit-tul; il-problema biex jinstab fuel sintetiku li ma jarmix karbonju; il-firxa ta’ interazzjoni ma’ teknoloġija interattiva ġdida; kif ukoll il-bżonn li nippreparaw il-ġenerazzjonijiet futuri ta’ kumpaniji tal-ivvjaġġar u lil dawk li jkunu qed jivvjaġġaw. Geoffrey Lipman qal li l-pjan ta’ SUNx, Plan for our Kids, se jkun qed jiżviluppa għodod u mekkaniżmi li jgħinu biex issir din it-trasformazzjoni, filwaqt li jsib metodi kif jiżra l-kunċett ta’ vjaġġar favur it-tibdil fil-klima kemm fl-industrija turistika kif ukoll fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet mill-gvernijiet.

l-fatt li solvejna l-problema tal-mediċini out of stock, li ma kinetx problema żgħira għax biżżejjed jingħad li l-ammont kien ikun ta’ mijiet ta’ mediċini kuljum. B’konsistenza ma’ dak li wegħedna fil-Programm Elettorali għall-aħħar Elezzjoni Ġenerali daħħalna aktar mediċini fuq il-formularju talGvern, fosthom għal diversi tipi ta’ kanċer. Madankollu, jibqa’ l-fatt li dejjem ikollok każijiet ta’ mard rari li allura jkun jirrikjedi mediċini rari u li ma jkunux fuq il-formularju tal-Gvern. Huwa speċifikament għal każi bħal dawn li

ħloqna l-Kumitat għal Talbiet Għal Mediċini Eċċezzjonali, biex naraw kif xorta nkunu ta’ għajnuna għal min sfortunatament jintlaqat minn mard bħal dan.” L-EMTC huwa ffurmat minn Chairperson; Uffiċjal Mediku Ewlieni jew rappreżentant mid-Dipartiment għall-Politika tas-Saħħa; żewġ spiżjara, waħda/wieħed minnhom mid-Direttorat għall-Affarijiet Farmaċewtiċi; żewġ kliniċisti; rappreżentant mit-Taqsima tal-Akkwisti u l-Provvisti fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa; rappreżentant għall-pazjenti u segretarju li huwa membru fisServizz Pubbliku. Il-Kumitat jiltaqa’ medja ta’ darba kull tliet ġimgħat.


04

10.11.2019

kullhadd.com

SAL-2050 MALTA SE TIXJIEĦ BI 8 SNIN Huwa previst li sas-sena 2050 l-età medja tal-poplu Malti u Għawdxi titla’ bi tmien snin. Din hi waħda mill-iktar żidiet kbar li se jkun hemm fl-Unjoni Ewropea, hekk kif il-popolazzjoni Ewropea se tkompli tixjieħ b’dik f ’pajjiżna tkun waħda mill-iktar li se tara din il-bidla. Kien rapport tal-Unjoni Ewropea ppubblikat fl-aħħar jiem li wera dan u li stima li sal-2050 l-età medja f ’pajjiżna tkun ta’ 48 sena. Illum l-età medja f ’pajjiżna hi ta’ 40 sena. Sal-1990 sena l-età medja f ’pajjiżna kienet ta’ 32 sena. Hemm diversi fatturi li jinfluwenzaw l-età

medja. Fosthom il-fertilità, l-iżvilupp soċjali u ekonomiku u anke kemm wieħed mistenni jgħix. Is-sena li għaddiet l-età medja fl-Unjoni Ewropea kienet 3.1 snin iktar minn Malta bi 43.1 sena. Fl-Irlanda kienet irreġistrata età medja ta’ 37.3 sena li hi l-inqas fl-Unjoni Ewropea filwaqt li l-iktar kienet fl-Italja b’46.3 sena. Huwa stmat li sal-2050 l-età medja fl-Ewropa se tkun ta’ 46.9% biex filwaqt li llum għandna popolazzjoni iktar żagħżugħa minn dik Ewropea sa 30 sena oħra se nkunu ixjeħ.

MIRIAM DALLI FDATA MILL-S&D BIL-GREEN NEW DEAL EWROPEW Il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli se tmexxi l-politika tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi favur mudell ekonomiku ġdid li jiżgura l-kompetittività u l-ħarsien tal-ambjent bħala parti millGreen New Deal tal-Unjoni Ewropea. L-MPE Dalli ġiet fdata b’dan ir-rwol minħabba r-rekord tagħha fil-Parlament Ewropew dwar kwistjonijiet fejn kien vitali li tiżgura l-kompetittività, l-integrità ekonomika u l-ħarsien tal-ambjent. Bħala l-Viċi President responsabbli għal dan il-portafoll, Miriam Dalli se tkun qed taħdem fuq Politika Industrijali ġdida li tiżgura l-innovazzjoni, il-protezzjoni soċjali, il-kompetittività ekonomika u l-integrità tal-klima. “Il-Green New Deal Ewropew se jkun il-prijorità tagħna għas-snin li ġejjin. Bħala Soċjalisti u Demokratiċi se nkomplu naħdmu biex niżguraw li t-trasformazzjoni ekonomika li hija meħtieġa tiżgura l-kompetittività tal-industriji tagħna u tipproteġi lill-ħaddiema tagħna. Li niżguraw tranżizzjoni xierqa toffrilna opportunità ta’ negozju li l-ekonomiji tagħna għandhom ikollhom filwaqt li niżguraw li

ħadd ma jibqa’ lura,” qalet Miriam Dalli. Bħala parti mill-portafoll tagħha, Miriam Dalli se tkun qed tikkoordina l-ħidma dwar l-ewwel liġi Ewropea dwar il-Klima, li l-President elett għall-Kummissjoni Ewropea impenjat ruħha li tintroduċi fl-ewwel 100 jum tal-Kummissjoni Ewropea l-ġdida. Din illiġi dwar il-Klima se tkun qed tistabbilixxi l-bażi għall-ambizzjoni fit-tul biex tinkiseb in-newtralità tal-karbonju sal2050 u l-miri ta’ nofs it-terminu għall-2030. L-S&D qed jimmiraw għal 55%. Fost diversi rwoli oħra Dalli se tissorvelja x-xogħol relatat mal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta li għandu jitwaqqaf biex jgħin lill-ħaddiema jkunu ppreparati għal tibdiliet li jistgħu jseħħu f ’ċerti industriji, partikolarment dawk li jużaw ħafna enerġija. Miriam Dalli diġà rnexxielha twaqqaf Fond ta’ Tranżizzjoni Ġusta fir-regolament li jistabbilixxi l-istandards għall-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi talpassiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief. Miriam Dalli hija wkoll il-Viċi President għall-Komunikazzjonijiet tal-Grupp S&D.


05

10.11.2019

kullhadd.com

SENA MILL-MUŻA B’AKTAR MINN 50,000 VIŻITATUR BI ĦLAS Il-Mużew Nazzjonali tal-Arti, magħruf aħjar bħala l-MUŻA, illum jagħlaq sena millftuħ tiegħu. Kien inawgurat proprju fl-10 ta’ Novembru tal-2018 mill-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici. Matul din is-sena, żaruh ftit inqas minn 50,000 viżitatur, ammont li ma jinkludix dawk li żaruh bla ħlas permezz tal-Passaport ta’ Heritage Malta, kemm tal-adulti u wkoll tal-istudenti. Minn qabel ma nfetaħ, l-isem MUŻA diġà kien qed jissemma b’entużjażmu fid-dinja internazzjonali tal-Kultura u l-Arti u fiċ-ċirkli tal-kuraturi tal-mużewijiet. Kien hemm stennija għall-ftuħ tal-MUŻA u għalhekk meta nfetaħ mill-ewwel bdew l-istqarrijiet. Naraw li l-ġurnal The Guardian iddikjara li l-MUŻA kien wieħed mill-mużewijiet ġodda fl-Ewropa li nfetħu fl-2018 li wieħed m’għandux jitlef li jżur. L-Architecture Digest eżatt mill-ftuħ ukoll kellu dikjarazzjoni sabiħa dwar il-MUŻA: “Il-Mużew Nazzjonali tal-Arti huwa wieħed mill-15–il mużew ta’ valur sinifikanti li fetħu din is-sena.” Minn meta fetaħ, il-MUŻA tista’ tgħid li ngħata prominenza f ’diversi siti online u wkoll fil-midja stampata. “MUŻA, Malta’s National Museum Of Fine Art, Opens In UNESCO Site,” ħabbar il-Luxury Travel Advisor. Il-famuż korrispondent dwar vjaġġi u siti importanti madwar id-dinja Simon Calder jagħti rendikont tajjeb ferm f ’filmat apposta li xxandar fuq is-sit tal-ġurnal Independent tar-Renju Unit, “Malta’s landmark art museum MUŻA finally opens.” Anki viżitaturi juru apprezzament mhux biss għal dak li hemm esebit, imma anki għall-ħaddiema, “This museum is a must for art lovers. Apart from the arts exhibited by very talented artists, the staff is very helpful.” Imma wieħed mill-kummenti apprezzati ferm kien dak tal-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport Tibor Navracsics, li proprju sigħat biss wara l-ftuħ tal-MUŻA kien qed jattendi l-konferenza Ewropea NEMO fil-bini talMużew Nazzjonali tal-Arti,

“Infaħħar l-impenn ta’ Malta għall-mod kif binja storika oriġinalment użata mil-Kavallieri ta’ San Gwann, ġiet mibdulha f ’Mużew tal-Arti”. Meta tkellem dwar il-mużewijiet b’mod ġenerali, il-Kummissarju Navracsics irrispekkja dak li proprju huwa prinċipju tal-Ministeru għall-Kultura: “Il-mużewijiet mhumiex xi relikwa tal-passat għaliex għandhom rwol importanti fis-soċjetà moderna tal-lum billi huma teżor kulturali u jipprovdu pjattaforma għall-ġenerazzjonijiet futuri.” Bil-mod modern u teknoloġiku kif tfassal il-MUŻA, dan joffri lil dawk kollha li jżuruh, inkluż żgħażagħ, esperjenza unika – li permezz ta’ teknoloġija mill-aktar moderna hemm interazzjoni bejn ilwirt u l-arti tal-bieraħ u l-mod modern kif dan huwa spjegat lill-viżitatur. Il-MUŻA jista’ jiġi definit bħala taħlita ta’ spazji pubbliċi, gallariji u faċilitajiet li huma kollha rilevanti fin-nisġa li tiddefinixxi dan il-mużew nazzjonali tal-arti għall-komunità. MUŻA jservi wkoll bħala pont għall-arti tal-belt kapitali tagħna u ta’ pajjiżna. Il-MUŻA joffri lill-viżitatur vjaġġ kulturali interessanti f ’erba’ kapitli li għalkemm huma esperjenza minnhom infushom, imma huma wkoll esperjenza mwessgħa meta żżurhom wieħed wara l-ieħor. L-erbgħa li huma jirrakkontaw l-itinerarji storiċi ta’ pajjiżna permezz tal-kollezzjoni Nazzjonali tal-Arti. Kunċett addottat mill-MUŻA li ntlaqa’ ferm tajjeb biex lil hinn minn esebizzjoni kollettiva ta’ arti imprezzabbli minn artisti ta’ isem, jinħolqu l-kapitli tal-Mediterran, l-Ewropa, l-Imperu u l-Artist. Il-kunċett

il-MUŻA huwa rigal lil Malta fl-okkażjoni ta’ Valletta 2018 bħala l-Kapitali Kulturali Ewropea. Rigal għan-nies kollha

t a l MUŻA h u w a spjegat b ’ m o d sempliċi li l-arti m’għandhiex tkun sempliċiment esebita biss, imma għandha tispira u tolqot anki lil osservatur każwali. Il-proġett MUŻA - proġett ta’ €10 miljun u l-ewwel tas-sura tiegħu, parzjalment finanz-

jat minn fondi Ewropej, kien ukoll opportunità għall-kuraturi waqt il-passaġġ mill-bini l-antik fi Triq Nofsinhar għall-bini fi Triq Merkanti. Opportunità li swiet biex dawn jaraw u janalizzaw b’aktar reqqa x’kien hemm fil-kollezzjoni Nazzjonali. Il-MUŻA huwa wkoll legat. U dan huwa spjegat fid-diskors li kien għamel il-Prim Ministru fil-ftuħ tal-Mużew Nazzjonali tal-Arti: “Il-MUŻA huwa rigal lil Malta fl-okkażjoni ta’ Valletta 2018 bħala l-Kapitali Kulturali Ewropea. Rigal għannies kollha. Rigal għat-tfal li ... jistgħu jġibu huma lill-ġenituri tagħhom ... u jkunu t-tfal li jdaħħlu b’xejn lill-ġenituri

tagħhom, mhux bil-maqlub. Illum f ’pajjiżna għandna post fil-Belt Kapitali tagħna li verament jagħmel ġustizzja malkult kulturali li għandna bħala poplu, minkejja li aħna l-iżgħar nazzjon-stat fl-Unjoni Ewropea u fost l-iżgħar fid-dinja.” Fl-aħħar snin il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Arti ħa deċizjonijiet li permezz tagħhom saħħaħ l-investiment f ’dan is-settur kulturali, kemm b’mod finanzjarju, kif ukoll permezz ta’ aktar professjonalizzazzjoni, filwaqt li ta spazju lill-artisti u nies kreattivi biex ikomplu jkabbru t-talenti tagħhom kemm f ’pajjiżna u wkoll lil hinn. U dan se jkompli jsir b’impenn u b’viżjoni ppjanata.


06

10.11.2019

kullhadd.com

50% TAL-MARSA JUNCTION PROJECT LEST Il-Ministru Ian Borg ħabbar li 50% tal-Marsa Junction Project huwa lest. “Ftit aktar minn xahar ilu konna hawn biex ninawguraw l-ewwel strutturi; illum qegħdin naraw it-travi jitpoġġew fit-tielet u l-itwal flyo-ver li konna ħabbarna li se tinfetaħ sal-aħħar ta’ Jannar. Illum nistgħu nħabbru li din l-istruttura ser tkun konkluża sal-aħħar ta’ din is-sena, xahar qabel iż-żmien,” qal Borg waqt li kien qiegħed iżur is-sit ta’ dan l-investiment ta’ €70 miljun li huwa ddeskriva bħala dak li se jibdel darba għal dejjem l-infrastruttura ta’ pajjiżna. Huwa qal li ladarba titlesta din il-flyover se tkun tista’ tiġi eliminata għalkollox is-sistema tat-traffic lights tal-Addolorata, u b’hekk se jkun qiegħed jerġa’ jitnaqqas drastikament il-ħin tal-ivvjaġġar għal eluf ta’ nies. Il-Ministru Borg qal li wara l-ftuħ tal-ewwel strutturi, ix-xogħol baqa’ miexi b’ritmu kostanti, u qal li ta’ dan jistgħu jkunu xhieda l-120,000 persuna li jgħaddu minn din ir-rotta ta’ kuljum. Huwa spjega kif it-tielet struttura ta’ flyover li se tkun lesta din is-sena se toħloq konnessjoni diretta lejn it-tramuntana bejn Triq Aldo Moro u Vjal Santa Luċija u se tkun l-itwal waħda b’tul ta’ żewġ grounds tal-futbol, jiġifieri 227 metru sakemm tingħaqad mal-ogħla parti tal-ewwel flyover fi Triq Aldo Moro, wieħed mit-tnejn li diġà qed jintużaw. “Dan il-proġett diġà qiegħed iħalli frott kif mixtieq. Aktar minn nofs miljun persuna użaw il-flyovers li ftaħna, aktar minn nofs miljun persuna diġà ffrankaw mat-12,000 siegħa traffiku. Qed nitkellmu dwar nies li dejjem kienu minsija, imma dan il-Gvern għażel li ma jinsihomx u l-viżjoni tagħna għal pajjiżna timraħ aktar fil-bogħod u fil-wisa’, għax m’aħniex se nieqfu biss ma’ din il-junction,” qal il-Ministru Borg.

IT-TIELET FLYOVER • It-tielet flyover - L-itwal flyover (li se tinfetaħ fl-aħħar tal-2019) se toħloq konnessjoni diretta lejn it-tramuntana bejn Triq Aldo Moro u Vjal Santa Luċija; • Gverta magħmula minn 65 travu tal-konkos; • Rotta ta’ 227 metru (it-tul ta’ 2 grounds tal-futbol) minn Vjal Santa Luċija sakemm tingħaqad mal-ogħla parti tal-ewwel flyover fi Triq Aldo Moro, waħda mit-tnejn li diġà qed jintużaw; • Uħud mit-travi ta’ din l-istruttura li tpoġġew f’posthom illum huma l-itwal travi tal-konkos li ntużaw f’dan il-proġett (31.2 metri). Minn dawn b’kollox hemm 14–il travu; • Se sserraħ fuq 16–il kolonna, 12 minnhom diġà nbnew u għall-pedamenti tpoġġew 66 pilastru tal-konkos taħt l-art; • L-iżjed parti għolja tal-gverta tagħha se tkun 15.9 metri ’l fuq mit-triq li tgħaddi minn taħtha; • Din il-flyover trid issirilha rampa min-naħa ta’ Vjal Santa Luċija.


07

10.11.2019

kullhadd.com

ĦA JAGĦLAQ 47 SENA IMMA JGĦID LI TLIET ĠIMGĦAT ILU TWIELED MILL-ĠDID Ġimagħtejn oħra jagħlaq 47 sena iżda llum jgħid li għandu tliet ġimgħat ħajja. Alfred Attard magħruf bħala “Fredu l-Kowċ” riċentement għadda minn episodju f ’ħajtu li biddillu ħajtu u għallmu jagħraf aktar il-valur tal-ħajja. Il-Ħadd 21 ta’ Ottubru, 2019 ftit wara d-9:30pm, Alfred kien passiġġier f ’karozza misjuqa minn neputih. Karozza oħra baqgħet dieħla ġo fihom bil-konsegwenza li lil Alfred daħħluh jiġri l-isptar u ra l-mewt. Il-personalità magħrufa fuq l-istazzjon ONE permezz tal-programm sportiv L-Argument mhux biss qatta’ xi ħin fit-taqsima tal-kura intensiva, iżda proprju qabel wasal l-isptar kien konxju li n-nifs beda jonqoslu. F’intervista li għamel mal-programm ONE Breakfast ma tkellimx biss fuqu iżda semma lil neputih li beża’ tant għalih. Fredu li jikkummenta fuq elf ħaġa dwar il-futbol ma semmiex biss l-inċident u dwar kif issa qed jirkupra, iżda semma kif qed iħares ’il quddiem li jkompli b’ħajtu anki jekk se jkollu

iżda semma kif qed iħares ’il quddiem li jkompli b’ħajtu anki jekk se jkollu għadd ta’ sfidi għadd ta’ sfidi. Qalilna wkoll dwar ir-ruxxmata messaġġi li rċieva ta’ kuraġġ u kif is-solidarjetà li ntweriet miegħu żammitu ħaj. Fuq kollox fl-intervista semma lil Yau Mun Law, il-plejer ta’ Santa Venera Lightnings li tah attakk tal-qalb waqt logħba tal-kampjonat tat-tielet diviżjoni kontra Kirkop United. Kif l-istorja ta’ Alfred hi marbuta ma’ Yau Mun? L-intervista sħiħa ma’ Alfred Attard mhux ta’ min jitlifha u se tixxandar għada t-Tnejn waqt il-programm televiżiv ONE Breakfast preżentat minn Elaine Degiorgio u Wayne Sammut bejn is-6:45am u t-7:45am.


08

10.11.2019

kullhadd.com

IKTAR MINN 5,500 GAWDEW MINN DAK LI MA RIEDX IL-PN • €3 MILJUN IKTAR KULL SENA F’NEFQA FUQ L-ISTIPENDJI

2013/2014

NUMRU TA’ STUDENTI F’ISTITUZZJONIJIET EDUKATTIVI VARJI 1,043

2014/2015 2015/2016

1,031 976

€702,320.00 €736,728.00

2016/2017

848

€598,082.00

2017/2018

934

€510,716.00

2018/2019

710

€550,822.63

SENA AKKADEMIKA

Bejn l-2012 u s-sena li għaddiet in-nefqa fuq l-istipendji żdiedet bi €3 miljun fis-sena. Biex minn meta nbidel il-Gvern l-investiment fl-istipendju tal-istudenti ssaħħaħ b’mod sostanzjali. Dan minkejja l-biża’ li qabel l-elezzjoni tal-2013 kien jipprova jnissel il-Partit Nazzjonalista meta kien jgħid li jekk Joseph Muscat isir Prim Ministru jkun hemm tnaqqis fl-istipendji. Però, mhux talli l-istipendji ma naqsux, iżda talli llum hemm nefqa rekord fuq dan is-settur. Sa mill-ewwel baġit tiegħu, il-Gvern beda jżid l-istipendji pro rata. Dan flimkien mal-fatt li hemm studenti li f ’istituzzjonijiet li bdew jieħdu stipendju għall-ewwel darba, żied in-nefqa totali fuq l-istipendji. B’mod ġenerali bħalissa qed igawdu minn stipendju ftit inqas minn 18,000 student u n-nefqa hawn kienet ta’ €25,500,000. Fl-2012 in-nefqa ma kinetx taqbeż it-€22,500,000. Fost l-istudenti li qabel ma kinux jieħdu stipendju hemm ukoll mijiet kull sena li għal

SPIŻA TOTALI €421,774.00

xi raġuni jew oħra jkunu jridu jirrepetu minħabba li jkunu weħlu minn xi suġġett jew ma jkunux kisbu biżżejjed credits biex jitilgħu għal sena oħra. Dawk l-istudenti ma kinux jieħdu stipendju sa qabel il-bidla fil-gvern u kien hemm ċirkostanzi fejn mingħajr dik id-daqsxejn għajnuna student kien jaqta’ qalbu u jagħti prijorità li jmur fid-dinja tax-xogħol. Hemm medja ta’ 1,000 student fis-sena li qed jibbenefikaw b’nefqa li taqbeż in-nofs miljun ewro fis-sena u saħansitra ġieli qorbot it-tliet kwarti ta’ miljun. Fost dawk li kienu kontra l-proposta li l-istipendju jingħata lil dawk li jirrepetu kien hemm is- Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Clyde Puli, li meta tressqet il-proposta kien qal fl-Università: “Hawn aħna m’aħniex father christmas.” Anke Simon Busuttil kien qal li l-Partit Nazzjonalista ma jaqbilx ma’ din il-bidla meta kien

qed jitkellem bħala Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista. “PN disagrees with stipends for repeaters,” kien qal Simon Busuttil hekk kif kien irrapportat mit-Times of Malta. Iżda, il-bidla saret u llum igSENA KALENDARJA (GĦAL SKOP TA’ BAĠIT) 2012

awdu minnha l-eluf. Eluf li li kien għas-Segretarju Ġenerali tal-PN tal-lum u deputati preżenti tal-istess Partit Nazzjonalista kienu jibqgħu b’xejn. NEFQA TOTALI €22,496,649.60

2013

€22,863,084.26

2014

€27,171,385.41 *

2015

€24,744,626.94

2016

€25,815,788.60

2017

€25,468,292.00

2018

€25,571,382.69

2019

€24,515,619.84 ***


kullhadd.com

09

10.11.2019

L-2012 TIBQA’ B’REKORD TA’ OMIĊIDJI Statistika tal-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, uriet li l-ogħla rata ta’ każi ta’ qtil f ’pajjiżna kienet fl-2012. Għalkemm tul l-aħħar 10 snin is-sitwazzjoni f ’Malta baqgħet bejn wieħed u ieħor l-istess, minn żmien għal żmien ikun hemm dik is-sena li tispikka b’iktar każi minn oħrajn. Fosthom kien hemm l-2017 meta f ’Malta kellna disa’ każi ta’ omiċidju. Dan kien każ inqas mill-2012 meta b’10 każi kienet l-iktar sena fl-aħħar 10 snin li kellna każi ta’ qtil. Fl-Unjoni Ewropea kollha kien hemm 5,155 omiċidju fis-sena 2017. L-istess statistika turi wkoll li f ’pajjiżna naqas is-serq millkarozzi.

Fi stħarriġ dwar il-kriminalità fl-Unjoni Ewropea ppubblikat flaħħar jiem irriżulta li bejn l-2008 u l-2010 f ’Malta kien hawn medja ta’ 390 serqa fis-sena mill-vetturi, filwaqt li bejn l-2015 u l-2017 kien hemm 272 serqa fis-sena. Dan it-tnaqqis kien rifless ukoll madwar l-Unjoni Ewropea hekk kif il-medja ta’ serq fost il-pajjiżi tal-Unjoni L-istess statistika turi Ewropea niżlet minn 982,920 każ fl-Unjoni Ewrowkoll li f’pajjiżna naqas pea bejn l-2008 u l-2010 għal 697,384 fl-aħħar sentejn. Għalkemm meta mqabbel mal-popolais-serq mill-karozzi zzjoni Malta għandha waħda mill-inqas rati ta’ serq mill-karozzi fl-Unjoni Ewropea.



11

10.11.2019

kullhadd.com

IL-PLEJERS TAL-FUTBOL L-IKTAR LI GAWDEW MIT-TAXXA VANTAĠĠUŻA Kienu plejers tal-futbol l-iktar li bbenefikaw minn miżura li ftit tas-snin ilu ħa l-Gvern biex persuni li għandhom dħul mill-isport igawdu minn rata vantaġġuża ta’ taxxa. Fil-fatt, din kienet waħda mill-miżuri li dan il-Gvern implimenta fl-ewwel baġits tiegħu. Ir-rata vantaġġuża ta’ 7.5% fuq id-dħul ġej mill-isport daħlet madwar ħames snin ilu bħala miżura tal-baġit li tjiebet sena wara oħra. Din kellha u għandha l-għan li tkun promossa l-professjonalità fl-isport u l-ewwel li bdiet kienet għall-plejers tal-futbol. Fil-baġit ta’ wara kienet estiża għall-plejers tal-waterpolo u eventwalment sportivi oħra wkoll. Minbarra li tagħti vantaġġ ta’ taxxa lil dawn l-isportivi, dan wassal biex iktar persuni b’part-time fl-isport bdew jiddikjaraw id-dħul tagħhom. Hu sigriet magħruf li din hi xi ħaġa li għal snin twal ftit li xejn kienet issir. 413–il persuna ibbenefikaw minn dan it-tnaqqis matul l-2018 li għandhom emolumenti, fuq bazi full-time jew part-time f ’attività sportiva, reġistrati bħala plejer, atleta jew bħala kowċ liċenzjat. 239 kienu ġejjin mill-futbol u 153 kowċ f ’dixxiplini varji, inkluż dawk fi programmi varji li jippromwovu l-isport għal kulħadd. Għall-mistoqsijiet tal-gazzetta KullĦadd kelliem għall-Ministeru tal-Finanzi qal: “Rigward stima ta’ taxxa li ġiet iffrankata, jekk nagħtu kas biss dan id-dħul u nagħmlu stima ta’ kemm kellha tkun it-taxxa tal-persuna bir-rati ta’ single, it-taxxa ffrankata tiġi madwar €188,000.”

FUTBOL

239

KOWĊIS (VARJI)

152

WATERPOLO

12

TENIS

4

KOWĊIS TAL-ĠINNASTIKA 2

X

ĠINNASTIKA

1

OĦRAJN

2


12

10.11.2019

kullhadd.com

ILMA U ARKEOLOĠIJA RUMANA FIL-BELT MELITA Il-Belt Melita (ir-Rabat) toffri studju interessanti kemm għall-provvista tal-ilma kif ukoll għall-arkeoloġija tagħha. Bniedem li studja ferm f’dan il-qasam hu proprju Patri Eugene Paul Teuma, Franġiskan Konventwali, li jsostni li sa minn età ċkejkna kien iffissat biex ikun jaf dejjem aktar fuq il-fortifikazzjonijiet Rumani tal-lokal, għax ftit kien hawn tagħrif fuqhom. Minn CHARLES B. SPITERI Patri Eugene, kif bdejt it-tiftix tiegħek?

frekwenza ta’ bjar, li prattikament kienu fl-istess distanza.

Kont student ir-Rabat. Kont nitkellem mar-Rabtin u kulħadd isemmili fuq bir ’l hawn u bir ’l hemm u li hemm sistemi tal-ilma magħqudin flimkien.

Tista’ tinżel fihom faċilment?

Bjar bħal tad-djar?

In-nies għad għandhom aċċess u eventwalment, meta ppubblikajt l-istudju tiegħi, anki membri mid-Dipartiment tas-Servizzi tal-Ilma, fittxewni għall-problemi li sabu bl-infiltrazzjoni taddrenaġġ. Spjegajtilhom ’il fejn kien qed jaqleb l-ilma u identifikaw il-ħsara. Dawn il-bjar għadhom protetti mit-Taqsima tal-Ilma u s-sistema tagħti l-ilma lil erba’ funtani: tnejn tas-Saqqajja, dik ta’ Għeriexem u lil ta’ Ħammiem.

Bjar kbar. Ġieli fondi fuq it-12–il metru. Eventwalment, sibt id-daħla għalihom miz-zuntier tal-knisja tar-Rabat. Kont tlabt lill-Kappillan biex ninżel nara xi xelters u sibt fetħa u kanal tal-ilma. Ġbart grupp ta’ ħbieb, inżilna u mxejna s-sistema kollha f ’direzzjoni partikolari. Innutajna li kien hemm X’ismijiet dawn!

Interessanti li kollha għandhom terminu Għarbi, li llum u anki sa mill-Medju Evu, konna diġà tlifna s-sinifikat tagħhom. Għax ħafna nies, ‘Ħammiem’ jirreferu għalih bħala ‘Ħamiem’, meta Ħammiem huma banjijiet Torok jew Rumani u jindikaw li fil-viċin, kien hemm banjijiet Rumani. ‘Għeriexem’ hu l-plural ta’ Għarix; jiġifieri postijiet fejn in-nies kienu jgħixu f ’sistema ta’ binjiet imsaqqfin biz-zkuk u l-ħaxix. Mhux bogħod minn Għerixem, meta twaqqa’ razzett instab sit li jikkorrispondi ma’ dan it-tip ta’ bini. Imbagħad għandek ‘Saqqajja’. Is-Saqqajja hi l-funtana fid-daħla ta’ kull pajjiż Għarbi Musulman, li tagħtik id-direzzjoni lejn Mekka. Mela, jekk int u dieħel il-Belt u wasal ħin it-talb, tħares lejn l-oppost tal-faċċata tal-funtana, din tagħtik id-direzzjoni lejn Mekka. Barra minn hekk, is-Saqqaja hi s-sistema ta’ kanali fil-ġebla li jwasslu l-ilma fl-għelieqi. F’Malta nafuhom bħala tas-saqwi (swieqi). Issa l-idea li ħriġt biha kienet li s-sistema saret b’mod li l-ilma kien jgħaddi mill-kanali għall-fun-

tani. Uħud mill-kanali jmorru lejn l-Għeriexem, oħrajn lejn isSaqqajja u wkoll lejn il-funtani ta’ Ħammiem. Dan hu skont is-sistema orjentali Għarbija minn sekli qabel. Jiġifieri l-eqdem sistema ta’ ilma li għandna, hi l-belt ta’ Persepulis, li kienet il-kapitali tal-Imperu Persjan. Hemm, il-kanali tal-ilma jiġu minn mijiet u mijiet ta’ kilometri bogħod, għax hi belt mibnija proprjament f ’nofs id-deżert, u s-sistema jgħidulha Qanat. Issibha fit-Tuneżija u fi Spanja. Issa, wieħed mhux itella’ l-ilma mill-bir, iżda l-ftuħ li jkollok fuqhom iservi biex tiċċirkola l-arja u l-ilma jimxi lejn fejn għandu jasal. Mela s-sit ta’ Għeriexem hu l-punt ta’ fejn qed joħroġ l-ilma, u jagħmel sens, għax min jibni l-villaġġ tiegħu, kien ifittex post mnejn joħroġ l-ilma: jew funtana jew mill-blat. Il-kwistjoni kienet li dawn il-bjar li konna qed naraw, kienu rettangulari u maqtugħin fuq l-istess prinċipju tal-oqbra Puniċi. Fit-terminu Ruman ta’ dik li hi s-sistema tal-ilma, jgħidulhom Putei u ma kinux qed jagħmlu

sens għalija meta fis-snin 80 kont għadni fil-bidu tal-istudju tiegħi, u l-kunċett tal-Qanat kont għadni nidħol fih. Għalhekk ma kellix idea ċara ta’ x’setgħu kienu. Niftakar għamilt studju li ppreżentajt lis-Soċjetà tal-Istorja (Malta Historical Society) u ġie stampat fl-2003. Illum għandi ħafna aktar materjal fuqu u l-artiklu dettaljat ġie kkwotat minn ħafna magazini u kotba barranin, għax billi qiegħed fuq sit internazzjonali, għandhom aċċess għalih diversi kittieba u speċjalisti u hu kkwotat f ’diversi papers internazzjonali bħala xogħol fuq Qanat. Is-sistema Qanat ma kinitx maħsuba biex jittella’ l-ilma mill-bjar. Għalhekk meta tittawwal f ’bir, litteralment tara t-tajn, għax l-ilma kien jibqa’ miexi. Dak hu l-kunċett tal-Qanat. U l-kuritur wiesa’? Ma tantx. Forsi żewġ piedi wiesa’ b’għoli ta’ tliet piedi u nofs. U l-ilma mnejn kien jiġi? Dik

biċċa

oħra.

Fis-sistema


13

10.11.2019

kullhadd.com

tal-Qanat, il-kurituri jgħidulhom Qattara, għax meta tħaffer fil-franka speċjalment, il-blat ikun mimli bl-ilma u meta jħoss l-arja, jibda jifforma qtar. Dak iż-żmien ma kienx hawn l-internet. Kont tirriferi għall-kotba, u jien tajthom it-terminu ta’ weeping walls, għax qishom idemmgħu, iżda l-proprju hu qattara, għax l-ilma qed jiġi mill-ħajt u jinġabar fin-nofs. L-ammont ta’ ilma li jinġabar f ’Għeriexem kien qed jipprovdi parti sostanzjali mill-ilma tal-Akkwadott ta’ Wignacourt. Għax l-ilma tal-Akkwadott minn hemm ġie, hux tassew? L-ilma tniżżel minn għajn f ’Ħad-Dingli, għax meta Ġann Franġisk Abela ddeskriva x-xogħol li għamlu l-Kavallieri, kiteb: “meta wasalna għal dan l-għar, sabu strutturi Rumani, li juru li r-Rumani kienu diġà qed jieħdu l-ilma minn dak l-għar biex iwassluh għall-belt tagħhom ta’ Melita. Meta tgħaddi minn ħdejn l-Għajn tal-Għeriexem, issib reservoir. Jidher kważi fl-istat oriġinali tiegħu, għalkemm seta’ kellu xi modifikazzjoni fil-perjodu Ingliż. Interessanti li xi żmien ilu, studentessa għamlet teżi u qaltli li sabet li l-aħħar xogħol li għamel l-Inġinier Mederico Blondel kienet, li tqabbad mill-Kavallieri jara għaliex twaqqaf l-ilma mir-Rabat. Kien żmien partikulari meta ma kinitx għamlet wisq xita. Hu daħal fil-kanali, sab li kienu qed jipprovdu l-ilma, iżda xi individwi kienu ħolqu modifiki, iddevjawh u ħaduh fil-bjar tagħhom biex isaqqu l-ġonna. Terġa’, bnew ħitan tat-tafal u magħhom waħħlu santi tal-qaddisin. L-inġinier, li ra dan, bagħat lill-ħaddiema jneħħu kollox. Dawk qalulu li jekk ineħħu s-santi, jiġu skomunikati. Għalhekk żarma kollox hu. Iżda sfortunatament, jingħad li qabditu bronko pulmonite u miet. Kulħadd beda jgħid li ġralu hekk għax neħħa s-santi. Biss, hemm perjodi partikulari li fihom wieħed għandu jmur, għax hemm ċerti differenzi. Jiġifieri kien hemm żminijiet fejn konna noqogħdu attenti, għax f ’ċerti postijiet li nżilt, il-karti li kien ikolli biex nagħmel id-disinji, kont narahom isiru ilma f ’idejja stess minħabba l-umdità għolja. Intom dħaltu fil-bjar ukoll? Is-sistema hi magħquda u trid tispjegaha b’ċerti disinji, għax oriġinarjament ma kinitx Qanat. Kienet akkwadott Ruman li qed iservi t-torrijiet tal-belt Rumana. Is-sistema tal-ilma kienet iddur madwar l-erba’ kantunieri tal-belt Melita. Il-bjar kienu jinżlu aktar fil-fond mill-kuritur mnejn illum jgħaddi l-ilma. Il-kurituri kellhom passaġġ li jdur minn wara l-bir (putei). Oriġinarjament dan kien iservi għall-ħaddiema waqt manutenzjoni u mhux għall-ilma.

Min-naħa l-oħra kienet sistema difensiva, għax id-daħliet ta’ dawn il-u-bends huma kważi moħbija. Jiġifieri jekk imur xi ħadd li ma jkollux l-idea tagħhom, jaqa’, għax ġeneralment it-tendenza f ’bir hi li tħares ’il fuq u tibqa’ miexi... u tispiċċa isfel. Għalhekk kienet sistema difensiva anki għas-sistema tat-torrijiet. Biex tinżel fihom, ridt xi slielem? Hemm it-toqob fil-ħitan għal hekk. Il-bjar kollha, jekk tara s-sistema tal-Qanat, meta tidentifikahom bħala sistema orjentali jew Għarab – huma tondi. U l-partikularità li laqtitni kienet li dawn kienu rettangulari b’wisa’ ta’ xi pied u nofs, tul ta’ xi ħames piedi u nofs u kull waħda mgħottija bi tliet jew erba’ kaptelli ħoxnin ta’ xi pied. Dawn huma maqtugħin bl-istess teknika tal-aħħar oqbra Puniċi, li jitħaffru fil-fond, u jkollok kamra f ’ġenb u ġieli oħra finnaħa l-oħra. Iżda l-ħaddiema kienu jirranġaw il-ħsara fil-bjar, mhux iqattgħu iktar. Għax jekk iqattgħu se jaqgħalhom xi materjal fl-ilma. Le, mhux se jaqa’ għax l-ilma jibqa’ għaddej minn ġol-blat xorta waħda. U setgħu jħaffru aktar, basta ma jinżlux taħt il-livell tat-tafal. Jien il-livell tat-tafal sibtu u sibt sistema fejn jispiċċa wieħed missett tal-bjar, għax li skoprejt kien, li fil-fatt hemm żewġ sistemi indipendenti u probabbilment hemm it-tielet wieħed, għax minkejja li l-belt kienet waħda Rumana, kienet mibnija fuq prinċipji Feniċi. Ir-Rumani kienu jibnu belt b’ħajt wieħed ta’ difiża. U l-belt ta’ Melita kellha tliet ħitan. Jiġifieri meta r-Rumani bnew il-belt ta’ Melita, bnewha b’sistema ta’ tliet ħitan, li hi teknika Feniċa. U tagħmel ħafna sens, għax meta r-Rumani kienu qed jiġġieldu ma’ Kartaġni fit-tieni gwerra ta’ Kartaġni kontra Ruma, il-Feniċi ta’ Melita alleaw ruħhom mar-Rumani. B’hekk ir-Rumani ħadu lil Malta. Iżda l-Feniċi ma ġewx sottomessi. U din hi l-importanza tal-arkeoloġija, għax minn fdalijiet arkeoloġiċi u arkitettoniċi tifhem aspetti storiċi, li dokumentazzjoni tagħhom m’għandniex. Sat-tielet seklu wara Kristu, l-arkitettura f ’Malta tibqa’ tipikament Feniċja, anki jekk l-istrutturi huma ta’ xejra Rumana. Issa għal kważi 100 sena, Malta kienet fl-aktar punt avvanzat qabel Kartaġni u l-portijiet tagħha kienu imprezzabbli. Jiġifieri meta ġew biex jibnu l-Belt Melita, bnewha fuq kunċett Feniċju, u b’tali mod li jekk jiġu assedjati mill-Kartaġiniżi, iżommu aktar fit-tul, bil-bini tattliet ħitan, fi żmien ir-Rumani. U l-kunċett interessanti l-ieħor kien il-foss. Mhux normali li r-Rumani kienu jibnu foss wiesa’ u fond mal-fortifikazzjonijiet tagħhom. Kienu jħaffru gandott ta’ ftit piedi fond ’il bogħod mill-ħajt tal-belt,

biex iħallu lill-armata tal-għadu taqbżu u joħorġu għaliha, b’mod li l-għadu ma setax jirtira. Il-foss Ruman li għandna fi Triq Santa Rita hu 30 metru wiesa’ b’10 metri fond. Sas-seklu li għadda kien hemm parti sostanzjali minnu għadha tidher, iżda meta fl2011 bdew jagħmlu xi xogħlijiet f ’parti fejn l-istoriċi Abela u Ciantar kienu jgħidu li kien hemm wieħed mill-bibien tal-belt, kont intervjenejt. Il-ħaddiema ħaffru fil-foss għal aktar minn 10 metri iżda ma sabux il-blat tal-qiegħ. Jiġifieri l-foss tal-Belt Valletta, int u dieħel minn Puturjal, jagħtina idea tal-wisa’ u l-fond. Oriġinarjament kien jinżel qisu 10 sa 15–il metru. Imbagħad kienu l-Kavallieri li baqgħu jaqtgħu biex niżżluh fil-fond li hu. Allura nerġa’ għall-ilma. L-ilma li kien jinġabar Malta, kien biss tax-xita? Hi ħaġa interessanti. Mill-istudji li għamilt ix-Xemxija fuq is-siti arkeoloġiċi, hu kważi impossibbli li qatt issib bjar tal-perjodu Ruman jew Feniċju. Idea possibbli hi li Malta kellha ammont ta’ xita, ħafna iktar milli għandna llum. Jista’ jkun ukoll li l-water table kienet iktar fl-għoli. Biss ir-Rumani ma kinux daqshekk banali, għax dejjem kienu jaħsbu u jibżgħu minn assedju. Darba, meta fis-snin 70 kont

qed nitkellem ma’ Mons Ġwann Azzopardi, qalli nipprova nsib il21 kappella li kienu jagħtu għal fuq il-foss Ruman fir-Rabat. Sallum nikkalkula li sibt 8 minnhom. L-ewwel tnejn li identifikajt kienu swali immensi; 6 metri wisa’ b’10 metri tul u s-saqaf mhux mibni, iżda mħaffer fil-blat. Huma swali b’teknika Feniċja-Rumana u jinsabu fl-ispazju tal-ħajt ta’ bejn il-ħajt ta’ ġewwa u ta’ barra tal-belt. Kienu ċisterni, għax il-ħitan tagħhom għadhom miksijin bil-pozzolana (konkos tipikament Ruman). Forsi nqerdu fi żmien l-Ingliżi? Le. Kemm fi żmien il-Kavallieri u wkoll fi żmien l-Ingliżi, meta kien jinstab xi pedament qadim, kienu jintegrawh mal-ġdid u jħallu jidher xi ġebel minnu. L-istess għamel il-Kunsill tal-Kottonera, għax kemm–il darba ssejjaħt mill-Kunsilli meta jkun hemm xi sit se jaqa’. Iżda għad hawn kunċett inġenerali fost il-poplu li jgħid: “fil-gwerra waqa’ kollox.” Iżda dan mhux minnu. L-Ingliżi, wara li ntemmet il-gwerra, ħadu ħsieb li jekk kien hemm palazz jew bini antik li kien għadu konservat u waqgħetlu kantuniera, reġgħu bnewh bl-istess mudell, iżda ħafna drabi n-nies ma josservawx. U meta tidħol fil-post kapaċi ssib ħajt Ruman jew Feniċju integrat f ’dik il-binja.

Il-bjar għall-ilma kienu mibnijin fi spazji ndaqs? Le. Sibna li l-bjar li jħarsu n-naħa ta’ San Pawl, kienu f ’distanza ta’ madwar 14–il metru bejn bir u ieħor u f ’ċertu punt jaqbeż għal 33 metru. Meta għamilt id-disinji sibt li kollox kien jikkorrispondi mat-tagħrif ta’ Ciantar, li fl-akbar distanza kien hemm wieħed mill-erba’ bibien tal-belt Melita. U jagħmel sens. Ciantar jindika li l-bibien tal-belt Rumana li kienu erbgħa, kienu jinsabu bi dritt il-kunvent San Franġisk fuq Triq Saura, fejn għad hemm it-torri integrat fl-istess binja; il-knisja parrokkjali ta’ San Pawl, bl-istruttura ottangolari li fuqha hemm l-istatwa tal-qaddis; bi dritt il-Kappella ta’ San Katald u bi dritt il-kappella ta’ Casha fil-bidu ta’ Triq Santa Rita. Il-bibien li naraw fid-daħla tal-Imdina allura ma kinux minn dejjem? Dak li hu magħruf bħala Greek Gate, insibu fih elementi tipikament Rumani-Biżantini. Meta tħares min-naħa ta’ ġewwa tara li f ’xi żmien, parti sostanzjali tal-ħajt kienet iġġarrfet. Il-parti mibnija mill-ġdid għandha elementi Għarab Medjevali. Il-bieb prinċipali oriġinali llum insibuh imbarrat (hu ta’ perjodu Għarbi). Mdina Gate tallum ġiet mibnija mill-Kavallieri għall-ħabta tas-seklu 18.


14

10.11.2019

kullhadd.com

M’hemm xejn ħażin li naġġornaw il-lingwa bi kliem tekniku misluf – anzi, tal-fehma li qed nagħmlu l-Malti aktar rikk

MOĦĦNA FIL-M

Għalkemm il-Malti huwa lsien endemiku għal pajjiżna, sikwit jidher li jiġi traskurat ġewwa l-post stes x’jaqsam mal-għarfien tal-Malti, u s-sitwazzjoni tagħna ta’ bilingwiżmu ma tidhirx ibbilanċjata miż-żew Dwar din l-affari jitkellmu Romario Sciberras u Keith Attard, il-President u l-Assistent Uffiċjal għardieher uħud mill-valuri u l-prinċipji li tħaddan l-Għaqda nnifisha u x’ħidma qiegħda ssir f’ġieħ il-Malti X’inhuma l-għanijiet tagħkom u x-xogħol li tixtiequ twettqu intom bħala għaqda universitarja?

KEITH ATTARD

ROMARIO SCIBERRAS

L-għan prinċipali huwa dejjem li nippromwovu l-Malti f ’oqsma differenti. L-Għaqda jidhrilna li akkwistat reputazzjoni ta’ xi ħaġa ta’ serjetà biss, u ffukata l-aktar fuq dak li għandu x’jaqsam ma’ xogħol letterarju. Għalhekk f ’laqgħat riċenti tagħna rrealizzajna li għandna nibdew nimirħu f ’oqsma oħra, sabiex il-Malti nibdew nassoċjawh ma’ attivitajiet aktar, fil-virgoletti, ‘pjaċevoli’. Għaldaqstant, jekk dan ma nagħmluhx f ’kuntest bilingwi, il-Malti mhux ħa jikseb is-saħħa li aħna nixtiquh ikollu jekk isir enfasi fuq lingwa waħda biss minflok jiġu promossi t-tnejn li huma jaf tkun kontroproduttiva. Aħna ma naħdmux bil-ħsieb li nkunu d-‘dittaturi’ tal-Malti jew neskludu l-Ingliż, iżda sempliċiment li ntejbu l-abbiltà ta’ persuna li tkun bilingwi.

tal-Malti, iżda nemmen li dan l-ilsien kapaċ suġġett. Għalija hija kwistjoni ta’ drawwa, li baħ iżda li tieħu ż-żmien.

Ma rridux ninsew li l-lingwa uffiċjali t Jekk qed jinġiebu studenti barranin, ma bu l-lingwa ta’ tagħlim mil-lum għal għa tingħata l-għażla: m’hemm l-ebda prob gliż, però meta niġu għall-karta tal-eżami m’għandniex ikollna ċ-ċans inwieġbu bil-Ma qed jeżamina l-livell tal-Ingliż jew tal-Malti, innifsu. Fi żmieni l-Junior College kelli d il-komponimenti bil-lingwa li xtaqt fil-kart l-Università u kull istituzzjoni akkademika sibbiltajiet ta’ bilingwiżmu. Sfortunatament ma jħossux kunfidenti biżżejjed jesprimi ru Fuq din in-nota, għan ieħor tagħna huwa li kemm jista’ jkun nip- għandu jkun ftit iktar bil-komma wiesgħa fi promwovu l-kitba fost iż-żgħażagħ stess. Ikollna diversi attivitajiet ma jiddejqux jistaqsu bil-Malti jekk jixtiequ, ta’ kitba kreattiva bħal Taħżiż u r-rivista Leħen il-Malti. Minbarra li dott għal min forsi ma jifhimx. nħeġġuhom jitħarrġu fil-lingwa, nagħtuhom l-opportunità li jkollhom xogħol ippubblikat. Taħseb li l-għażla li kellek il-Junior Colle ruħek kemm bl-Ingliż jew bil-Malti waqt X’inhi l-importanza li jkun hemm organizzazzjoni formali effettiva? tal-lingwa nazzjonali ġewwa istituzzjoni terzjarja? Iva, dażgur. Minħabba l-fatt li ffukajt Il-preżenza tal-Għaqda hija importantissima meta tqis li jekk kont inħossni aktar kunfidenti bih, u al isiru affarijiet li lilna jolqtuna fil-laħam il-ħaj, aħna nkunu rridu esprimejt lili nnifsi ppermettieni nagħti nitkellmu dwarhom. Kieku l-Università toħroġ stqarrija li l-Malti tar xieraq. Sejrin żball nistqarru li l-Ma ma jistax jintuża bħala lingwa ta’ tagħlim għal ċertu suġġett, aħna lati għan-nuqqas ta’ terminoloġija meta nqi f ’dak il-każ jeħtieġ insemmgħu leħinna. Però mbagħad ma ninvolvux verament teżisti. Insemmu fost oħrajn lil J ruħna f ’livell terzjarju biss: jekk tinstab kwistjoni fil-postsekondarju, tal-filosofija bil-Malti. pereżempju ma naqblux ma’ sillabu edukattiv ġdid, aħna nsemmgħu l-opinjoni tagħna wkoll minkejja li din proprja proprja ma tinvolvix Teżisti mentalità li rridu niġġildulha qat l-Università nnifisha. Anki ngħidu aħna t-tagħlim tal-Malti lill-barranin, ma mill-Ingliż bħallikieku qegħdin ‘in ġieli ngħaqadna ma’ għaqdiet oħrajn bħall-Akkademja tal-Malti, il-Kunfil-verità rnexxielu jsalva proprju minħ sill tal-Malti u saħansitra l-Kunsill tal-Ingliż ukoll bil-għan li niġbdu sellfu kelma romanza mit-Taljan, uħud ħabel wieħed għal ġid il-lingwa tagħna. mhuwiex ‘Malti pur’, u għalhekk aħjar naqbd mill-ewwel. Aħna, li rridu nagħmlu, huwa Il-lingwa prinċipali ta’ bosta lectures l-Università hija l-Ingliż. nużawh fi sfond li huwa Malti. M’hemm xejn Għaliex taħsbu li dan hu hekk? wa bi kliem tekniku misluf – anzi, tal-fehm aktar rikk. Għandna realtà ta’ numru kbir ta’ studenti barranin li ma nistgħux ninjoraw. Min-naħa l-oħra naħseb li s’issa ma kienx hawn sforz Ħafna studenti Maltin, anki sa livell terz sabiex il-Malti jidħol f ’ċerti oqsma. Ħafna jistqarru li l-Malti mhu- għadhom ibatu fih, speċjalment mil-lat o wiex ilsien xieraq għat-tagħlim ta’ suġġetti bħax-xjenza, li kif nafu taħsbu li dan hu l-każ? minħabba ħidma preċedenti u dik għaddejja fil-Malti mediku, huwa possibbli li ninqdew bih għal suġġetti li jeħtieġu ċerta preċiżjoni. Jiena Għal ħafna studenti, il-Malti huwa biss kont involut fl-istudju tax-xjenza qabel ma qlibt għall-Malti, li minħabarja, li sa dak il-punt xorta ma jkunux ba f ’hekk kelli influenza kbira mill-Ingliż u sfortunatament esklużjoni abbandunat. Jekk lingwa ma titħaddim


kullhadd.com

15

10.11.2019

MALTI JEW M’AĦNIEX?

ss fejn tnissel u żviluppa: minkejja li jitqies bħala l-ilsien nazzjonali u ilsien uffiċjali id f’id mal-Ingliż, diversi Maltin stess ibatu mhux ħażin f’dak li għandu wġ naħat. -Relazzjonijiet Pubbliċi tal-Għaqda tal-Malti, rispettivament. Hawnhekk, Keith u Romario jiddiskutu din ir-realtà lingwistika fostna, huma u joħorġu fidi.

ċi jsib postu fi kwalunkwe hemm tranżizzjoni. Jekk wieħed jagħżel l-Ingliż, li għandu kull dritt bil-mod il-mod trid tintre- jagħmel, naħseb li kemm f ’livell postsekondarju u terzjarju għandha tibqa’ teżisti l-preżenza tal-Malti fost l-istudenti. Tkunx fil-forma ta’ krettu obbligatorju jew suġġett ta’ Degree Plus m’għandhiex tagħmel tal-Università hija l-Ingliż. differenza: wieħed irid jibqa’ espost għal-lingwa. a nistgħux naqbdu u naqilL-attitudni hija wkoll fattur li rridu nqisu, li għalija hija waħda ta’ ada. Għaldaqstant għandha nuqqas ta’ rispett kbir. L-ewwel nett il-ħsieb li l-Malti huwa tqil blema li lectures isiru bl-Inwisq, speċjalment meta kkumparat mal-Ingliż. L-Ingliż mhuwiex u l-kitba tal-esejs, għaliex alti? Wieħed mhuwiex ikun ħafif, iżda l-espożizzjoni għalih hija qawwija immens, f ’ċerti skejjel akiżda l-għarfien tas-suġġett tar minn oħrajn. Lanqas il-ġenituri ma jagħmlu enfasi xierqa fuq il-lingdin l-opportunità li nikteb wa, fejn saħansitra jistrieħu fuq l-għalliem li jagħmel il-mirakli. Ir-realtà ta tal-Filosofija. Naħseb li sfortunata hija li nistrieħu fuq l-Ingliż u ninneglieġu l-ilsien kontroparti. għandhom jagħrfu il-post jaf ikun il-każ li student Ħafna nies jidhru li jikkuntentaw ruħhom meta jilmħu l-Malti uħu bl-Ingliż, allura l-lettur f ’postijiet ta’ kuljum, bħal pereżempju t-tabelli tal-ħwienet. fil-klassi u jara li l-istudenti X’inhi l-opinjoni tagħkom dwar dan? ħalli mbagħad dan jiġi traMeta xi ħaġa tkun ġdida, żgur se taħsad lil dak li jkun, iżda kif tindara ssir realtà komuni. Jekk tabella, bħalma semmejt, għandha tinħoloq mill-ġdid, allura għandha tkun bilingwi bil-Malti fuq ege sabiex tesprimi u taħtha bl-Ingliż. M’ilux ħafna nħasdu meta raw tabella li użat t l-eżami kienet il-kelma Maltija għal sand dune ‘għaram’. Dak huwa l-mod kif tingħallem u tindara lingwa, meta tesponi ruħek għaliha u ssirlek parti mir-rufuq il-Malti, minn dejjem tina ta’ kuljum. llura nemmen illi l-mod kif Jiena nissorprendi ruħi bil-fatt li aħna, bħala Maltin, nifirħu għax l-informazzjoni b’mod aknaraw il-Malti, meta suppost għandha tkun il-lingwa li naraw kulalti ma jaqdiniex minn ċerti limkien; iżda tant l-affarijiet ħadu rotta oħra li dak is-sinjal ta’ ferħ isu teżijiet li juruna kemm huwa riżultat ta’ dik ix-xejra Ingliża li ħadet Malta. Għandha ssir Joe Friggieri li ħareġ ktieb rutina – m’għandix noqgħod nifraħ kull darba li nara tabella bil-Malti jew biż-żewġ lingwi! tigħ, fejn jekk nissellfu kelnniġġsu’ l-lingwa. Il-Malti, Taħsbu li Malta verament tista’ tissejjaħ pajjiż bilingwi? ħabba dan is-self. Jekk nisŻgur li le – għalija, hija daħka fil-wiċċ. Anki meta ninzerta skejjd jiffurmaw il-ħsieb li dan el li jgħidu li jużaw approċċ bilingwi, meta fil-verità ma jinħass du u nużaw it-Taljan innifsu imkien. Ngħixu żewġ estremi: parti mill-popolazzjoni esklussivli nissellfu dan il-kliem u ament Ingliża, u parti oħra kunsiderevoli esklussivament Maltija. n ħażin li naġġornaw il-lingma li qed nagħmlu l-Malti Il-bilingwiżmu għadu simbolu ġewwa Malta, u għadu ma niżilx sal-livell funzjonali. Qabel ma jsir dan, ma nistgħux nissejħu bilingwi ta’ veru.

ri għandhom id-dritt li jesponu lil uliedhom għaż-żewġ lingwi, mhux biss waħda jew l-oħra. Sfortunatament, għadha tinħass din il-mentalità kolonjali tal-Ingliż aktar superjuri mill-Malti. L-għaqda twaqqfet fl-1931. X’isir sabiex l-għaqda tibqa’ pertinenti llum il-ġurnata? Fost oħrajn bdejna norganizzaw spelling bee li semmejnieha Żanżan Kelm, fejn qbadna 2 kategoriji ta’ studenti ta’ bejn 8 u 10 snin u oħrajn ta’ bejn 11 u 13–il sena. Ta’ min jgħid li konna pjuttost sorpriżi bil-livell, u għalija dawn it-tfal ħaqqhom kull tifħir: ħafna tfal qed jiġu biss bl-Ingliż, speċjalment minħabba l-ġenituri, u ġġiegħlek tistaqsi fejn qed niżgarraw fil-kwistjoni tal-bilingwiżmu. Jekk nagħżel li nitkellem bil-Malti, mela nitkellem tajjeb, l-istess mod l-Ingliż, u mhux inħallathom it-tnejn flimkien. M’iniex nirreferi għal tislif ta’ bżonn bħall-każ tat-termini tekniċi li semmejt, iżda code-switching li jsir għaliex wieħed ma jirnexxilux jinqeda b’waħda biss minħabba nuqqas ta’ espożizzjoni u b’hekk kunfidenza. Barra minn hekk, sena ilu l-Għaqda tal-Malti kellha l-opportunità li darba kull ġimgħa jkollha rokna fuq il-programm Waranofsinhar. Esponejna ħafna studenti u individwi biex jiddiskutu reġistri differenti tal-Malti. Insemmu pereżempju l-lingwaġġ tal-parrukkerija, tad-DJs, tal-għaġina, tal-isport, u l-bqija: meta tara li jeżistu dawn it-termini, wieħed jagħraf li faċilment jista’ jinqeda bil-Malti. L-għaqda qiegħda fil-proċess li tesplora reġistri li fil-Malti għadhom batuti ħafna: pereżempju, waqt il-Festival tal-Ktieb, se nkunu qed norganizzaw diskussjoni rigward il-letteratura queer, li filMalti kienet u kważi għadha non-eżistenti. Ir-reġistru LGBTIQ+ filMalti, fost oħrajn, huwa xott u jeħtieġ jitlaħħam. L-għaqda qed tagħmel ħilitha biex issaħħaħ l-infilsar tal-Malti f ’dawn ir-reġistri, li huma attwalissimi f ’popolazzjoni li qed tiġi tant diversifikata. Tħabbret l-implimentazzjoni ta’ ċekkjatur għall-kitba, però hemm xi miżuri oħrajn li intom tixtiequ taraw jiġu fis-seħħ f ’ġieħ il-lingwa? Naħseb jekk inkunu prużuntużi żżejjed inkunu qed nirfsu linja ħamra perikoluża. Iċ-ċekkjatur huwa pass kbir ’il quddiem u għandna napprezzawh ħafna għaliex ilu biex jiġi fis-seħħ. Hemm żgur affarijiet oħra xi jsiru, imma huwa diġà pass ’il quddiem għaliex huwa utlissimu.

Jekk aħna nissejħu pajjiż bilingwi għax sempliċiment il-Malti u Xewqa waħda minn tagħna hija li jkollna Dar il-Malti, fejn għaqdil-Ingliż qegħdin fil-kostituzzjoni tagħna, kif qal Romario – kultant et differenti tal-Malti jistgħu jiltqaqgħu f ’post komuni u jiddiskutu inħossu li hija daħka fil-wiċċ. Ġieli tmur post fejn lanqas issib ċans flimkien. Imbagħad sintendi hemm is-sinjaletika, biex kemm jista’ titkellem bil-Malti. Jew viċi versa, għaliex mhux każ tal-Malti biss: jkun il-Malti jidher u n-nies jarawh daqs l-Ingliż: kemm fit-toroq, suġġett li jasal sas-sekond- jekk irrid ninqeda bl-Ingliż, għandi nsib lil xi ħadd li jifhem bl-Ingliż. għand id-dentist, espożizzjoni ta’ kuljum. Kif diġà għedt, aħna favur jafuh sew, li mbagħad jiġi Huwa każ ta’ xafra taqta’ miż-żewġ naħat. L-idea ta’ bilingwiżmu bilanċjat mhux ta’ spiss tinħass. Il-ġenitu- kultura bilingwi. mx, tintnesa. Għandu jkun

zjarju, jistqarru li l-Malti ortografiku. Għaliex


16

10.11.2019

kullhadd.com

TRASFORMAZZJONI ARTISTIKA Kitba ta’ dettall sakemm iġġib il-proporzjonijiRAMONA PORTELLI et tajbin, imbagħad fl-aħħar tibda billi tirfina u toħroġ id-dettalji tal-wiċċ, taxIl-bniedem ħafna drabi jfittex kif jgħad- xagħar u tal-ispallejn. Is-sodisfazzjon di l-ħin bl-aktar mod rilassanti. Hawn tiegħi dak il-ħin kien li minn tafal imfarmin jipprattika diversi passatempi li rak li ħadd ma jagħti kas waqt li għadjagħtuh sodisfazzjon kbir, u hawn min dej miexi minn miegħu, ħloqt xi ħaġa li iżomm wieħed għax ikun biżżejjed għa- n-nies ħadu pjaċir biha u li tat kuraġġ lil lih jew għaliha. Dan l-aħħar permezz ta’ ħaddieħor jesperimenta bit-tafal,” beda ħabiba tiegħi li bħalissa tinsab tgħix bar- jgħidli. Qabel ma mort għal din l-intervista, ra minn xtutna fuq avventura, sirt naf b’individwu li huwa skultur żagħżugħ. kont naf ukoll li ħafna mill-iskulturi tiegħu spiċċaw għand ħbieb tiegħu. Qed nirreferi għal Raphael Mizzi. Imwieled Santa Luċija, imrobbi Ħal Ridt inkun naf jekk ibigħx minnhom, Tarxien, u miż-Żejtun, jaħdem l-Univer- jew jekk jinstabux xi mkien partikolari sità ta’ Malta. Bħala passatempi jħobb madwar Malta. “Qatt ma bgħett xi biċċa jgħum u jiskopri qiegħ il-baħar speċjal- arti li nkun għamilt. Meta xi ħbieb jisment għerien ta’ mal-kosta. Iħobb l-is- taqsuni għaliex inkun kissirt - kissirt torja u l-arkeoloġija ta’ Malta u jħobb f ’dan il-kuntest ifisser li nkun niżżilt jagħmel mixjiet fil-kampanja Maltija fejn l-iskultura tat-tafal biex it-tafal nerġa’ ikun jista’ josserva t-tipi differenti ta’ naħdmu f ’xi ħaġa oħra jew tajt xi ħaġa u ma nkunx żammejtha għalija, ir-risposarkitettura li għandna f ’pajjiżna. Iqis ruħu bħala persuna li dejjem ifittex ta tiegħi tkun, la għamiltha darba kapaċi it-tagħlim f ’diversi suġġetti. Iħobb jim- nerġa’ nagħmilha darb’oħra. L-iżjed motiva n-nies ta’ madwaru speċjalment ħaġa importanti għalija hija l-memorja dawk li jkollhom potenzjal għal xi ħaġa u l-esperjenza li tkun ħloqt iżjed milli li ma jkunux qegħdin jarawha ċara qud- l-oġġett materjali nnifsu.” diemhom. L-iktar karatteristika li tispik- L-iskultura jqisha bħala passatemp biss, ka fih hija l-indipendenza u r-ras iebsa qatt ma ħares lejha bħala xogħol. Apparli xi drabi tkun difett, iżda wkoll preġju ti l-mudellatura fit-tafal kien interessa ruħu wkoll fi skultura fil-ġebla, tpinġija, f ’ċerti ċirskostanzi. Raphael huwa skultur li beda jitgħallem ċeramika u guilding. Kull ftit żmien dejjdin is-sengħa lura fis-sena 2012 fejn kien em jipprova jitgħallem xi ħaġa differenjattendi evening classes. Illum il-ġurnata ti. Il-korsijiet li jattendi huma mal-Malta joħloq skulturi kemm bil-ġebel u anke School of Arts. bit-tafal. “Is-sodisfazzjon hu li minn xi ħaġa naturali qiegħed tagħmel trans- Ħoloq figuri tat-tafal formazzjoni fiha bħala xi ħaġa artistika. spontanjament f ’bajja lokali Qisek għandek xi ħaġa bla forma u qed tagħtiha l-ħajja. Qabel ma bdejt natten- Ta’ min isemmi li riċentement Raphadi l-evening classes, minn ta’ età żgħira el kien mar fil-bajja tar-Riviera u ħoloq kont insib xi biċċa tafal fejn il-baħar u spontanjament xi figuri tat-tafal. Fil-fatt nagħmel xi oġġett komuni li kont nara dan kien fix-xhur ta’ Lulju u Awwisb’għajnejja dak il-ħin, bħal xi luzzu jew su 2019. “Kont immur waranofsinhar xi ash tray. Meta kont qiegħed nagħmel u nqatta’ ħini billi noqgħod nipprova l-aħħar bust ta’ Ġesù Kristu ġewwa nimmudella xi ħaġa bit-tafal li nsib viċin r-Riviera kienet xi ħaġa interessanti meta il-baħar. Ħloqt xi erba’ figuri differenti tara n-nies għaddejjin jipprovaw jifhmu bit-tafal u kien hemm wieħed minnhom x’qiegħed isir. Għall-bidu bdejt intella’ li ħadli madwar 10 sigħat - qassamtu l-bust mingħajr fuq jumejn. Dan kien il-Budda. L-aħħar l - e b d a wieħed li għamilt kien il-bust ta’ Ġesù u ħadli madwar sitt sigħat u kelli nieqaf għax kien qabad se jibda jidlam. Ma kontx lestejtu kif xtaqt, però kont kuntent bih u ntlaqa’ tajjeb mill-pubbliku wkoll.” Għall-bidu ma Mistoqsi għadhomx viżibbli dawn l-iskulturi illum il-ġurtkellimt xejn nata, Raphael stqarr miegħi li minħabba li huma espomal-familjari għax ma sti għall-elementi tan-nakontx ċert iniex kapaċi tura, allura jaħseb li ġew meħuda lura minn nanagħmlu, allura sibt ftit ritratti tura stess. ta’ wiċċu minn pożizzjonijiet Ridt inkun naf dwar il-mottiv eżattament differenti u bdejt naħdem fuqu għaliex ħoloqhom f ’bajja pubblika. Fil-

fatt spjegali li ma tantx huwa xi bniedem li jħobb imur f ’xi bajja u joqgħod jixxemmex biss. “Kont ili ma mmiss ftit tafal b’idejja peress li dan l-aħħar sentejn kont qed nattendi xi korsijiet oħra. Xi ħbieb ta’ spiss jistaqsuni x’kien tlaqt it-tafal, meta jaraw li kien daqshekk għal qalbi. Allura ddeċidejt li nipprova nagħmel xi ħaġa fejn il-baħar fejn inkun nista’ nsib il-materjal faċilment. Ħadt barmil tal-kanvas miegħi biex nagħġen it-tafal, kumpass kbir u mudell ċkejken, darba ta’ Budda u darb’oħra ta’ Ġesù Kristu li sibt id-dar u kelli f ’moħħi li nkabbarhom bil-qies jiġifieri to scale. Kif bdejt niġbor it-tafal u ntella’ l-mudell, innies ma bdewx jifhmu x’jiena nagħmel eżatt sakemm il-mudell beda jieħu forma. Imbagħad in-nies bdiet taqbadhom il-kurżità u bdew jiġu ħdejja jkellmuni u jieħdu r-ritratti. Ma tantx jiena xi wieħed li nħobb inkun fiċ-ċentru tal-attenzjoni u għażilt post ’il ġewwa kemm jista’ jkun fil-bajja għal din ir-raġuni. Però b’xi mod in-nies bdew jersqu xorta. Kien hemm diversi turisti u Maltin li ħadu ritratti magħhom u saħansitra sibthom ukoll imxerrdin fuq il-midja soċjali,” spjegali Raphael. Ta’ min jgħid ukoll li Raphael, fis-sajf tas-sena 2015 kien applika għal kors tas-sajf fil-mudellatura fit-tafal mal-mibki Skultur Joseph Chetcuti. “L-isfida li kelli kienet li nagħmel bust mir-ritratti. Tifel ta’ ħbieb tiegħi kien ġie nieqes fis-sena 2014 u ġietni l-idea li nipprova nagħmel dan il-bust bħala sfida. Għall-bidu ma tkellimt xejn mal-familjari għax ma kontx ċert iniex kapaċi

nagħmlu, allura sibt ftit ritratti ta’ wiċċu minn pożizzjonijiet differenti u bdejt naħdem fuqu. Kif kont kważi lestejtu staqsejt lil oħtu biex tgħaddi sal-iskola tara l-biċċa xogħol u wrejtha l-bust, u x’taħseb minnu. Għoġobha ħafna u tajthom il-mudell bħala donazzjoni u wara ddeċidew li jagħmlu dan il-bust fi bronż ġewwa funderija u issa sab ruħu ġewwa d-dar tagħhom.” L-anzjani għandhom ħafna tagħlim, esperjenza u għarfien x’jgħaddu liż-żgħażagħ Immaġinajt li Raphael huwa wieħed mill-ftit żgħażagħ li nsibu llum il-ġurnata madwar Malta li huma skulturi. Ħallejt lilu jikkonferma miegħi jekk huwiex minnu dan u x’jikkummenta personalment dwar dan il-fatt. “Meta kont bdejt nattendi l-iskola tal-arti, għall-iskultura fil-ġebla ftit konna żgħażagħ. Ħafna mill-istudenti kienu anzjani li kellhom ħila kbira f ’xogħolhom u kont nieħu pjaċir nitkellem u nitgħallem minn għandhom. Ħafna minnhom kienu eks tarznari jew xi skulturi li kienu jiġu jitgħallmu biex jirfinaw is-sena tagħhom. L-anzjani fejn ħafna drabi jiġu mwarrba mis-soċjetà, fil-fehma tiegħi għandhom ħafna tagħlim, esperjenza u għarfien x’jgħaddu liż-żgħażagħ li biż-żmien qiegħed jintilef. Illum il-ġurnata fl-opinjoni tiegħi naħseb qegħdin jiżdiedu xi ftit iż-żgħażagħ li jinteressaw ruħhom f ’dawn is-suġġetti. Apparti li ħafna jkunu jixtiequ jitgħallmu l-arti, hemm min jattendi bi ħsieb biex ikun jista’ jir-


17

10.11.2019

kullhadd.com

rilassa wara xi ġurnata xogħol imkaħħal ma’ Ħafna nies jistennew li jsiru xi kompjuter.” pensjonanti sabiex isibu ftit ħin Ta’ min isemmi wkoll li Raphael għangħalihom infushom. Però jiena du ċertu passjoni lejn l-arkeoloġija u l-isnemmen li mħabbat kemm torja b’mod ġenerali. tkun imħabbat fil-ħajja dejjem B’hekk jieħu l-opportunità li joħloq biċċiet ta’ tista’ ssib ftit ħin għalik arti minn dan is-suġġett. innifsek u tipprattika naqra “Minn dejjem kelli passjoni lejn l-arkeoloġija u l-istorja. dak li tħobb, kemm l-arti, Kelli xi 11-il sena, kont naqbad kif ukoll xi passatempi ir-rota fis-sajf u minn Ħal Tarxien kont nerħilha għat-Tempju tasoħra Silġ, f ’Marsaxlokk. Kont nieħu pjaċir noqgħod nara l-arkeoloġisti Taljani dak iż-żmien, jiskavaw u jfittxu l-affarijiet. Kont nipprova nagħtihom daqqa t’id, b’mod però naħseb kont iżjed intellifhom milli p o ż i t t iv. spjegangħinhom. Meta nkun f ’xi sit areoloġi- Fil-fatt ku jew f ’xi mużew kemm Malta kif ukoll li kif kien bniedem attiv ħafna qabel. lil hinn minn xtutna nħobb noqgħod Kien jipprattika l-iscuba diving, jilgħab nosserva kif artisti ta’ dak iż-żmien bla it-tennis, jagħmel off-road bir-rota u bilteknoloġija ta’ xejn kienu joħolqu mer- karozzi fost affarijiet oħra. Bħal leħħa ta’ avilji ta’ skulturi u biċċiet tal-arti oħra. berqa kienet qabditu kundizzjoni f ’dahMeta kont niġi biex nipprattika fl-iskola ru fejn spiċċa ristrett fiżikament. “Minn tal-arti, dejjem kont nipprova nagħżel hawnekk bdejt nibdel l-attenzjoni fuq biex noħloq xi biċċa arti klassika biex affarijiet ta’ inqas strapazz, u minflok nipprova nifhem dawn l-artisti kbar ħallejt din il-kundizzjoni tkissirni rajt li ħolquhom mijiet ta’ snin ilu. Meta kif għamilt biex niftaħ bibien ġodda nipprova nagħmel xi ħaġa minn jeddi f ’ħajti. Bdejt nattendi lezzjonijiet tal-arnħobb ndaħħal xi ħaġa klassika f ’biċċa ti fl-2012. Kull ftit snin nipprova nesarti. Xi ħaġa li għamilt riċenti kienet li perimenta b’xi ħaġa ġdida. Bdejt minn naqqaxt fuq bajda ta’ tiġieġa l-Creation skultura fil-ġebla, mudellatura fit-tafal, of Adam. Kienet biċċa xogħol delikata fuħħar u ċeramika, induratura u s-sena ħafna, għaliex trid toqgħod attent kemm l-oħra bdejt kors ġdid fit-tpinġija. Minsaħħa tuża f ’idejk għax mal-iċken żball du bdejt nesperimenta f ’dan it-tagħlim, trid terġa tibda mill-bidu b’bajda ġdida. bdejt miġja interessanti fejn laqqgħatni Din il-bajda kont tajtha bħala rigal tal- ma’ diversi persuni interessanti, kemm Għid lil mibki ziju Charles Caruana ta’ studenti kif ukoll għalliema. Meta tkun Lawdu li huwa wieħed mill-aqwa per- qiegħed naħdem fuq xi ħaġa delikasuni li qatt magħhom f ’ħajti,” stqarr ta, tinsa kull problema oħra li jkollok u moħħok jikkwieta u jibda jiffoka fuq miegħi Raphael. Sostna li l-arti għallmitu jħares lejn il- dak il-mument biss. Bis-saħħa ta’ din ħajja u lejn ċerti sitwazzjonijiet tal-ħajja il-ħila dawn l-eżerċizzji tiġi bżonnhom

biex tapplikahom għall-ħajja ta’ kuljum f ’sitwazzjonijiet li niltaqgħu magħhom il-ħin kollu.” Ta’ min jgħid ukoll li bħala passatemp ieħor iħobb it-tkabbir tas-siġar u anke jogħdos. Fil-fatt mindu kien żgħir, kien iħobb ħafna qiegħ il-baħar, missieru kien għaddas prim u kien jieħdu ħafna postijiet miegħu meta kien ċkejken, kemm bi nhar kif ukoll billejl, u b’hekk kebbislu n-namra għall-baħar minn ta’ età ċkejkna. “Illum il-ġurnata nħobb daqsxejn iżjed avventura u b’hekk nieħu pjaċir nesplora l-għerien ta’ mal-kosta u nipprattika wkoll il-free-diving fejn ġieli ninżlu fuq xi wrecks li jinsabu f ’qiegħ il-baħar. Fis-sena 2015 bdejt passatemp ġdid li nkabbar tipi ta’ siġar differenti, taċ-ċitru, tal-frott tas-sajf u taż-żebbuġ. Huwa passatemp li jgħallimni ħafna, dwar il-ħajja. Is-siġar meta jkunu żgħar ikunu delikati ħafna u jirrikjedu ħafna attenzjoni. Ma tistax tagħtihom l-ilma

meta jidhirlek inti u lanqas tista’ tistenna li se jagħtukfrott tajjeb jekk ma tkunx ħadt ħsiebhom sewwa matul is-sena.” Fl-aħħar nett, Raphael għadda messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Jiena ninkoraġġixxi n-nies sabiex idaħħlu l-arti f ’ħajjithom u f ’ħajjet uliedhom minn ta’ età żgħira u sabiex jesperimentaw b’tipi differenti ta’ arti. Ħafna nies jistennew li jsiru pensjonanti sabiex isibu ftit ħin għalihom infushom. Però jiena nemmen li mħabbat kemm tkun imħabbat fil-ħajja dejjem tista’ ssib ftit ħin għalik innifsek u tipprattika naqra dak li tħobb, kemm l-arti, kif ukoll xi passatempi oħra. Minn hawn nixtieq insellem lill-familja u lil sħabi tal-kuraġġ kontinwu li jagħmluli u nixtieq nirringrazzja lis-Surmast tal-iskola tal-Arti, is-Sur Robert Zahra u għalliema li jieħdu tant paċenzja bija, fosthom il-mibki Skultur Alfred Chetcuti u s-Sur Alfred Portelli li preżentement qiegħed jgħallimni t-tpinġija,” temm jgħid.


18

10.11.2019

kullhadd.com

PROĠETTI BLA WAQFIEN Etienne Grech Membru Parlamentari

Il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali huwa kbir u fih isir ħafna xogħol. Meta Gvern Laburista ħa r-riedni tal-pajjiż f ’idejh fl-2013 writna problemi u nuqqasijiet kbar fl-infrastruttura ta’ Malta u anke fit-trasport. Fejn jidħol trasport pubbliku writna l-famuża Arriva li r-rotot tagħha kienu ta’ taħt fuq. Kien hemm saħansitra karozzi tal-linja li ħadu n-nar. Ma kienx hemm

karozzi biżżejjed. Lanqas sewwieqa ma kien hemm biżżejjed. Però Gvern Laburista ma jaqta’ qalbu qatt. Beda jaħdem. Neħħa l-bendy buses li kienu jinħarqu minħabba l-klima ta’ Malta. Ġab kuntrattur ieħor. Irranġa r-rotot u ħa ħsieb li jdaħħal iktar xufiera u jtejbilhom il-kundizzjonijiet. Iż-żieda fil-flotta saret f ’diversi stadji u llum is-servizz tat-trasport pubbliku huwa ħafna aħjar. Aħjar anke għal dawk li jistgħu jużawh b’xejn bħall-istudenti, il-persuni b’diżabbiltà, persuni bejn l-14 u l-20 sena u issa anke l-anzjani ’l fuq minn 75 sena. It-tir tal-futur huwa li t-trasport pubbliku jsir b’xejn għal kulħadd, bħalma hu t-trasport tat-tfal b’xejn lejn u lura mill-iskejjel tal-gvern, tal-knisja u l-privati. Però l-Gvern xorta qiegħed jistudja mezzi oħra ta’ trasport eżempju l-użu ta’ underground jew metro. Diġà għamel ħafna dwar trasport bil-baħar minn

Marsamxett u l-Kottonera għallBelt u issa anke kollegamenti f ’Marsaxlokk, Marsaskala, San Ġiljan u l-Mellieħa. Il-kobor tal-ekonomija li qegħdin nesperjenzaw tista’ ġġib xi effetti kollaterali li huma negattivi, bħal ngħidu aħna aktar karozzi fit-toroq u bżonn ta’ aktar infrastruttura ċivili, imma għal dan qed jaħseb il-Gvern għax huwa Gvern li jieħu deċiżjonijiet li mdaqqiet ikunu ibsin bħalma ħa sabiex jirregola l-industrija tal-bini b’Avviż Legali. Dwar proġetti oħra, wara li tlestiet l-ewwel fażi tal-proġett tal-ferry landing site ta’ Marsamxett se jiġu mmodernizzati siti oħra simili. U waħda mill-wegħdiet elettorali tal-2017 kienet li l-Gvern jonfoq €100 miljun fis-sena għal seba’ snin sabiex jiġu rranġati t-toroq u l-bankini kollha. Dawn il-flus huma apparti minn proġetti kapitali oħra bħall-Marsa Junction Project jew is-Cen-

tral Link Project. U din il-wegħda qiegħda tiġi fis-seħħ. Minn toroq li writna li kienu kollha toqob, imkissrin u bis-servizzi jgħaddu minn nofs it-triq issa qegħdin jiġu rranġati bi professjonalità kbira u bis-servizzi jgħaddu mill-ġnub tat-toroq. Allavolja qegħdin fittielet sena ta’ dan il-proġett kbir, id-dehra tat-toroq Maltin qiegħda titjieb sew u qiegħda tiġi kif vera jixraq lill-pajjiż żviluppat u b’ekonomija b’saħħitha. U hawnhekk wieħed tajjeb isemmi l-ħeffa li biha l-Gvern preżenti jagħmel ix-xogħol tal-infrastruttura. Spiċċa ż-żmien li toroq idumu sentejn biex jitlestew u l-ispiża tagħhom tirdoppja. Il-proġett tal-flyovers tal-Marsa bħalma kien tal-Kappara jew tal-coast road tara progress fil-bini tiegħu ġurnata wara l-oħra. U l-aħħar ħaġa li se nsemmi iżda importanti hija l-mod kif Infrastructure Malta qiegħda

tmexxi d-diversions li jsiru waqt il-bini ta’ proġetti stradali kbar. U ta’ min jinżalhom il-kappell għax dan qegħdin jagħmluh b’mod tajjeb ħafna bl-iċken inkonvenjent għal min juża t-toroq tagħna.

U hawnhekk wieħed tajjeb isemmi l-ħeffa li biha l-Gvern preżenti jagħmel ix-xogħol talinfrastruttura

JOSEPH MUSCAT Felix Busuttil

Politiċi Maltin huma komuni u ssib ħafna minnhom. Statisti huma rari. U Dr Joseph Muscat ssibu taħt din il-lista rari. Jien persuna, kif jafuni ħafna, naf naqra l-karattri – mill-mod kif jaġixxu. Mill-mod kif jitkellmu. Minn kif iġibu rwieħhom ma’ ħaddieħor speċjalment ma dawk li ma tantx għandhom grazzja magħhom. Mill-manjieri tagħhom, mill-edukazzjoni, mill-intelliġenza u mill-għarfien tagħhom. Mill-valuri u mill-ideal. U dan li jagħmel statista. Li fuq kollox barra li hu persuna politika, persuna diplomatika, persuna assertiva hu fuq kollox persuna umana. Li għax taf li hija fuq kollox umana ma għandha l-ebda biża’ timxi kontra l-kurrent, tgħid dak li temmen li huwa ġust u proprju, allovolja d-dinja jew aħjar

il-maġġor parti tas-soċjetà tgħid l-oppost. Għax il-qalb ta’ Joseph timxi qabel moħħu. Qalbu tħabbat mal-valuri u d-dinjità ta’ kull persuna – ma tibżax taqbeż għallfqir. Ma tibżax tinkludi lill-imwarrbin. Ma tistħix tgħin lill-foqra, lill-emarġinati, lil dawk b’diżabilità, lil dawk tan-naħa l-oħra li huma differenti, li huma barranin ifittxu l-kenn u l-protezzjoni. Joseph jifhem. Joseph jisma’. Fuq kollox anke meta qiegħed fil-pożizzjoni u fuq s-siġġu għoli tiegħu Joseph jisma’. Lil kulħadd. Bla ebda distinzjoni. Però mhux hekk biss. Joseph hu intelliġenti. Għaqli. Kien kapaċi f ’seba’ snin biss idawwar l-arloġġ Malti u dak Għawdxi. Ingergru f ’dan il-pajjiż. Ingergru għax kaotiku. Għax żgħir. Għax traffikuż. Pajjiżi li allavolja żgħar, dawn saru pajjiżi sinjuri u sbieħ. Bliet li kibru u stanaw għax mibnijin fuq il-progress. Il-progress ekonomiku. Id-dixxiplina. L-għaraq u x-xogħol. L-influss tal-emigrant li ħadem u ħadem u integra ruħu fis-soċjetà. Bliet bħal Londra, New York u Tokyo. Pajjiżi żgħar lussużi bħal-Lussemburgu, Monaco, Hong Kong u Singapore. Dawn l-aħħar tnejn kienu wkoll taħt kolonja Ingliża bħalna. Malta llum hi pajjiż li miexi wara l-met-

odoloġija ta’ suċċess bħall-pajjiżi li semmejt fost oħrajn. Malta saret f ’għajnejn in-negozjanti u l-investituri lokali u internazzjonali opportunità ta’ tkabbir. Ir-rata ta’ dawk bla xogħol kważi ma teżistix. Malta hija fost ta’ quddiem nett f ’dak li hu futur ekonomiku l-iktar b’saħħtu. Tant hawn xogħol li ma għandniex ħaddiema Maltin u Għawdxin biżżejjed sabiex indawru r-rota tal-industrija u l-kummerċ. Malta saret sinjura – surplus sena wara sena. Familji b’iktar flus fil-but sabiex ikunu jistgħu jqattgħu żmien indimentikabbli ma’ dawk li jħobbu. Xejn żiedet fit-taxxi. Pensjonijiet jiżdiedu sena wara oħra. L-infrastruttura tissaħħaħ quddiem għajnejna. U l-kultura tinbidel. Insiru aktar konxji li jeżistu familji differenti u li dawn tajniehom id-dritt legali sabiex iħobbu lil min in-natura tiddettalhom, li jagħmlu u jgħixu l-unika ħajja li għandhom mħaddnin fl-għożża u fir-rispett. Lill-ħaddiema, lil dawk bieżla rregalajniehom. Malta konxja tal-indafa, konxja li għandha bżonn turi l-ikbar għarfien li dak li jħammeġ illum jista’ fil-futur mhux biss iżid il-periklu imma wkoll jeqred l-unika dar li għandna. Il-pjaneta fraġli tagħna. Li l-annimali, kull ħlejqa ta’ Alla, għandhom ikun protetti

– li nsibu bilanċ serju bejn dak li jagħmilna Maltin u dak li jagħmilna ċittadini bravi Maltin. U dan kollu grazzi għall-viżjoni ta’ bniedem wieħed. Bniedem li kien u għadu kapaċi jgħaqqad u mhux jifred. Bniedem li bi kliemu jqanqal. Bniedem li lil ħafna tahom ħafna pożittività, kuraġġ u tama. Joseph Muscat. Darba biss tilef il-paċenzja. U kellu raġun dik id-darba biss. Qatt ma kien vendikattiv. Qatt ma vera nuqqas ta’ rispett. Jaf x’għandu jgħid fl-iktar mumenti delikati. U fuq kollox jekk jiżbalja – l-ikbar attribut ta’ politiku uman – jaf jgħid li żbalja. Ibaxxi rasu u jitlob skuża. Joseph li żgur li hawn ħafna jgħiru għalih – jixtiequ jduqu ftit mis-suċċess tiegħu. Jippruvaw iħammġuh imma t-tajn jiżloq minn fuqu. U kif jgħid l-Ingliż: “behind a great man, there must be a great woman.” Michelle mhix aċċessorju għall-politika umana ta’ Joseph. Michelle hi wkoll magna li maġenb l-ideali kbar tar-raġel tagħha tkompli ssebbaħ din il-familja Muscat. Joseph u Michelle. Mara u raġel ta’ familja. Missier u omm. Li bil-biki u t-terrur ta’ gideb li kellhom f ’ħajjithom kienu kapaċi jkunu xhieda u eżempju kif il-qalb tirbaħ fuq kollox. Li nitkellem daqshekk b’mod

pożittiv fuq Joseph Muscat insibha faċli. Faċli għax dak li wegħedni lili u lill-ħafna tahulna. Għax Joseph hu mexxej, mexxej Malti li jpoġġi lil pajjiżu fuq pedestall tad-deheb u l-fidda – qatt ma jżebilħu, qatt ma jweġġgħu. Bħal missier irid biss il-ġid għalih. Joseph Muscat għandu lil Malta u lil Għawdex imnaqqxin fuq qalbu. U jien ma għandi xejn ħlief lealtà u rispett lejh.

Li għax taf li hija fuq kollox umana ma għandha l-ebda biża’ timxi kontra l-kurrent, tgħid dak li temmen li huwa ġust u proprju, allovolja d-dinja jew aħjar il-maġġor parti tas-soċjetà tgħid l-oppost


19

10.11.2019

kullhadd.com

KEMM BIŻA’ GĦALXEJN! Editorjal

Iżda dan ma kienx il-każ u din il-ġimgħa l-Unjoni Ewropea kkonfermat, fit-tbassir għall-ħarifa, li Malta se jkollha l-ikbar tkabbir ekonomiku għas-sentejn li ġejjin

Fil-ħarġa tal-lum qed nirrapportaw kif il-Gvern żied bilkbir l-investiment tiegħu fl-istipendji tal-istudenti. Forsi min qed jaqra jgħidilna li dan hu tajjeb u forsi jaf jieqaf hemm. Iżda, importanti ma ninsewx li sa madwar sitt snin ilu biss kellna Partit Nazzjonalista, bl-istess esponenti li hemm illum, jgħidilna li jekk Joseph Muscat isir Prim Ministru l-istipendji kienu se jispiċċaw jew inkella jonqsu. Saru kampanji sħaħ mal-istudenti tal-Università bilgħan li jikkonvinċuhom hekk. Iżda, ir-realtà wriet xorta oħra. L-arma tal-biża’ ma ħadmitx. Din it-tip ta’ kampanja, li kienet mifruxa ħafna, turi l-attitudni tal-Partit Nazzjonalista u b’mod partikolari l-establishment fi ħdanu li tant jaħseb li għandu xi dritt divin imexxi lil dan il-pajjiż li jasal biex ibeżża’. U meta dik il-biża’ ma taħdimx allura mbagħad jattakka u saħansitra jipprova jimmina l-istituzzjonijiet u l-progress. Iżda, fuq din tkellimna u nerġgħu nitkellmu.

Illum hu opportun li nfakkru ftit fuq xiex kien ibeżża’ l-Partit Nazzjonalista ftit tas-snin ilu biss. Kull każ li nirreferu għalih ikompli juri kif illum il-partit li jmexxi Adrian Delia ma tantx jista’ jkun kredibbli. Fost oħrajn kien jingħad li bi Gvern Laburista pajjiżna kien ikollu jitlob bailout mill-Unjoni Ewropea. Fi kliem iktar sempliċi kienu jbeżżgħu li jekk Joseph Muscat isir Prim Ministru, Malta tfalli. Iżda dan ma kienx il-każ u din il-ġimgħa l-Unjoni Ewropea kkonfermat, fit-tbassir għall-ħarifa, li Malta se jkollha l-ikbar tkabbir ekonomiku għas-sentejn li ġejjin. L-esperti tal-Kummissjoni Ewropea qed ibassru wkoll li Malta se tibqa’ l-pajjiż bit-tieni l-inqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi kollha taż-żona ewro. Filwaqt li l-Ġermanja mistennija tkun il-pajjiż bl-inqas rata ta’ qgħad, id-distakk bejn Malta u l-Ġermanja mistenni jonqos għal 0.1% biss. Issa kulħadd jiftakar il-billboards tal-Partit

Nazzjonalista bin-nies fil-kju jfittxu x-xogħol fl-eventwalità li kien se jkun hemm Gvern Laburista. U min ma jiftakarx tajjeb li jiftakar u jirrifletti dwar kif fil-verità seħħ totalment bil-kontra. U jekk hemm jaħseb li l-Partit Nazzjonalista ħa xi tagħlima minn dan kollu, qed jarralu. Tisma’ lil Adrian Delia jitkellem kull nhar ta’ Sibt, taħsbu qed jitkellem fuq xi pajjiż tat-tielet dinja fejn kulħadd imdejjaq b’ħajtu u b’dak li qed isir. Iżda, ir-realtà turi mod ieħor. Sa din il-ġimgħa stess l-Unjoni Ewropea wkoll ippubblikat riżultat ta’ stħarriġ li juri li l-Maltin huma fost l-iktar sodisfatti b’ħajjithom u dan mhux biss mill-aspett finanzjarju. Sodisfatti iktar jgħixu f ’Malta. Huwa stħarriġ li jwieġeb ukoll il-mistoqsija dwar jekk il-Maltin hux qegħdin jgħixu aħjar illum. Meta mqabbel mal2012, il-Maltin kienu ċari li huma iktar sodisfatti b’ħajjithom. Mela mhux talli l-pajjiż ma marx għal bailout iżda talli nie-

su huma iktar kuntenti bih. Quddiem din ir-realtà pożittiva l-Oppożizzjoni, dawk ta’ madwarha u gruppi li jobogħdu l-Gvern għax ħadilhom minn taħt saqajhom it-tmexxija esklussiva tal-pajjiż, qed ikomplu jinfexxu f ’attakki mingħajr rażan kontra l-istituzzjonijiet. Ma jieqfu xejn jippruvaw jimminaw il-pajjiż u b’xamma ta’ opportuniżmu politiku mill-ikbar jattakkaw ukoll sistemi li llum huma mtejba ferm meta mqabbla ma’ kif kienu joperaw huma fi żmien li kienu fil-gvern. Iżda, din hi l-attitudni ta’ min jaħseb li hu biss għandu dritt imexxi l-pajjiż. Ta’ min għax bil-biża’ ma wasalx u saħansitra nqabad li kien qed jigdeb issa mar għall-fażi li jmiss, dik li jipprova jkisser. Il-poplu m’għandux jaqta’ qalbu filwaqt li jibqa’ kalm u jibqa’ jaħdem id f ’id mal-awtoritajiet biex il-pajjiż jibqa’ miexi ’l quddiem, igawdi mill-opportunitajiet ġodda u flimkien negħlbu l-isfidi l-ġodda ta’ soċjetà li dejjem tinbidel.


20

10.11.2019

kullhadd.com

BIEX IL-KUNSILLI LOKALI JAĦDMU AĦJAR u assistenza mill-aktar effettiv lir-residenti u l-istakeholders. Dan sabiex permezz t’hekk ikunu qegħdin jgħinu lill-Kunsill Lokali jilħaq l-oġġettivi tiegħu.

Bdejt dan il-vjaġġ bħala President tal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali sentejn u nofs ilu, u dan tani ċ-ċans u l-opportunità li niltaqa’ ma’ ħafna mill-Kunsilliera b’mod personali. Stajt nara millviċin id-dedikazzjoni, id-determinazzjoni u x-xogħol li jwettqu b’passjoni għall-ġid tal-lokalitajiet tagħhom. Dan minkejja li jaffaċċjaw u għadhom jaffaċċjaw ta’ kuljum sfidi li mhux dejjem ikun faċli li jiġu megħluba.

• Sors

• Sitwazzjoni kurrenti L-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ta’ Mejju li għadda kkonfermaw li l-Gvern Lokali huwa fundamentali għar-resident. Dan għaliex ir-residenti, ġustament jistennew li l-Kunsill Lokali tagħhom jagħti s-sapport meħtieġ lilhom u lill-familji tagħhom, jistennew li l-Kunsilli Lokali jkunu l-qalb tal-komunitajiet. Bir-raġun ukoll ir-residenti jistennew servizz effettiv illi jwassal biex ikun hemm titjib fl-ekonomija lokali tagħhom, jaspiraw għal lokalitajiet u komunitajiet li joħolqu l-impjiegi filwaqt li jgħixu f ’ambjent sigur. Jistennew li jkun hemm policies effettivi li jassiguraw li l-familji tagħhom ikollhom il-ħiliet bażiċi meħtieġa biex jirnexxu. Bħala mexxejja eletti b’mod demokratiku, il-Kunsilliera jagħmlu dak kollu possibbli biex jagħtu s-sapport meħtieġ lill-komunitajiet tagħhom minkejja li l-poteri u r-riżorsi finanzjarji ħafna drabi jkunu limitati. Minkejja dan, aħna nemmnu li b’viżjoni, b’linji gwida, bil-ħiliet meħtieġa u bl-investimenti raġonevoli, il-Kunsilli Lokali jistgħu jagħmlu ħafna aktar biex jassiguraw titjib fil-lokalità tal-ħajja tar-residenti u l-livell t’għajxien bħala nazzjon. • Kapitlu gdid Dan huwa kapitlu ġdid fl-istorja tal-Gvern Lokali. Iridu naraw illi jkollna viżjoni li l-Gvern Lokali jilħaq l-aspettattiva tal-aspirazzjonijiet tar-residenti għal kwalità ta’ ħajja aħjar. Irridu naraw li l-mira tagħna tkun dik illi nilqgħu għall-problemi b’mod proattiv milli nirreaġixxu għax tinqala’ emerġenza. Is-servizzi offruti jridu jkunu minsuġa skont il-ħtiġijiet tar-residenti tagħna, liema servizzi jridu jwasslu biex itejbu l-ħajja tal-individwu, tal-familji u tal-komunitajiet billi nipprovdu postijiet aħjar li wieħed jista’ jgħix

Kitba ta’ MARIO FAVA

fihom. • Komunikazzjoni Din il-viżjoni hija possibbli jekk il-messaġġ tagħna jkun sinkronizzat u mwassal b’mod tajjeb, huwa hawn fejn l-involviment tal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali huwa imperattiv. Għaldaqstant, qabel xejn iridu naraw illi ntejbu s-sistemi ta’ komunikazzjoni interni kif ukoll esterni. Jiena nemmen illi trid tmexxi b’eżempju biex twassal il-bidla. Biex nimmarkaw dan il-vjaġġ li se nibdew flimkien, l-Assoċjazzjoni investiet f ’eżerċizzju estensiv ta’ rebranding li għandu jenfasizza min aħna u għalfejn qegħdin hawn. • Logo Il-George Cross, is-Salib ta’ tmien ponot u l-aħmar fuq il-bandiera nazzjonali huma t-tliet simboli primarji li jagħtu identità lil pajjiżna. Il-moviment li qed jinħoloq biex jgħaqqad dawn it-tliet simboli flimkien qed iwassal għar-raba’ simbolu kruċjali dak t’unità u ta’ għaqda.

• Branding Il-konsistenza fil-komunikazzjoni għandha tirrifletti l-kwalità fil-ħidma tagħna lejn ir-residenti. Aktar ma l-messaġġ ikun wieħed konsistenti aktar nistgħu nikkomunikaw aħjar. Dan jista’ jsir f ’diversi forom, kemm bi kliem, kemm b’disinn kif ukoll il-perspettiva. L-Assoċjazzjoni qed timpenja ruħha li taħdem biex ikun hemm għarfien, fiduċja u lealtà mal-Kunsilliera kollha, impjegati, stakeholders u residenti. • Komunikazzjoni interna F’livell ta’ Gvern Lokali l-ħtieġa li jkun hemm ħaddiema motivati, infurmati u li jikkollaboraw hija waħda mill-aktar affarjiet kruċjali. Il-fatt li l-ħaddiema tal-Kunsilli Lokali huma responsabbli mill-komunikazzjoni ta’ kuljum mar-resident huwa importanti li dawn ikollhom aċċess għall-informazzjoni korretta u aġġornata dwar is-servizzi offruti lill-pubbliku. Dan sabiex huma jkunu jistgħu jipprovdu livell ta’ servizz

Hija l-fondazzjoni ta’ tmexxija effiċjenti u effettiva. Il-mod kif l-Assoċjazzjoni u l-Kunsilli jikkomunikaw bejniethom huwa antikwat u ineffiċjenti. L-Assoċjazzjoni għadha kemm implimentat sistema ta’ komunikazzjoni interna online li ser inkunu qegħdin nirreferu għaliha bħala SORS. SORS għaliex din l-għodda se tassigura l-aċċess immedjat u f ’kull ħin lil kull ħpersuna awtorizzata f ’kull Kunsill inklużi Sindki, Kunsilliera, Segretarji Eżekuttivi, u l-ħaddiema kollha tal-Kunsill. Il-kontenut tagħha ser ikun qed jinkludi l-informazzjoni kollha li toħroġ mill-Assoċjazzjoni, inkluż kalendarju ta’ attivitajiet, ritratti u filmati ta’ inizjattivi u attivitajiet, ċirkularijiet, policies, u forom oħra ta’ dokumenti, minuti u aġenda tal-laqgħat u kull aħbar oħra relatata mal-Kunsilli Lokali. Bl-istess mod, kull Kunsill ser ikollu l-opportunita li jikkomunika u jaqsam informazzjoni, esperjenzi u aħbarijiet tal-Kunsill tiegħu mal-impjegati tiegħu, Kunsilli, Reġjuni oħra u dan b’kontroll assolut. Il-komunikazzjoni ser tkun iktar interattiva. Sors tiffaċilita diskussjonijiet, reazzjonijiet u stħarriġ ta’ opinjoni interni. Din is-sistema ser tkun qed tissimplifika x-xogħol siewi tas-Segretarji Eżekuttivi tagħna u l-immaniġġjar tal-kumitati, tiffaċilita ż-żamma tal-informazzjoni b’konsistenza aħjar u tassigura ż-żamma ta’ arkivji u r-riċerka ta’ dokumenti relatati b’mod sigur u aċċessibbli. Permezz ta’ din is-sistema, il-users awtorizzati ser ikollhom sistema iktar faċli għall-immaniġġjar tar-riżorsi umani, b’aċċess għad-direttorji aġġornati tal-impjegati, l-immaniġġjar tal-applikazzjoni u l-approvazzjoni tal-ġranet tal-leave u applikazzjonijiet oħra relatati. SORS ser tkun aċċessibbli fuq web browsers kif ukoll smartphones.

bl-attivitajiet tal-Kunsill Lokali rispettiv. F’demokrazija li tkun qed tiffunzjona b’mod tajjeb, il-Gvern jipprovdi informazzjoni ċara f ’waqtha u trasparenti għall-pubbliku. Aktar minn qatt qabel il-kredibilità tal-Gvern Lokali u l-mod kif jintlaqgħu policies maħruġa mill-Kunsill Lokali jiddependi ħafna fuq il-mod ta’ kif dawn jiġu kkomunikati. Anki hawn l-Assoċjazzjoni trid tassigura li tmexxi b’eżempju qabel ma tkun f ’pożizzjoni sabiex tassisti lilkom il-Kunsilliera fil-mod ta’ komunikazzjoni. L-Assoċjazzjoni qed tagħmel re-organizzazzjoni tas-sistemi ta’ komunikazzjoni esterni, uħud mill-proġetti pjanati bdew jiġu implimentati filwaqt li oħrajn ser ikunu mnedija fil-ġimgħat li ġejjin. Fost dawn, ser ikun hemm sit elettroniku ġdid li jinkludi l-informazzjoni kollha neċessarja inkluż żona dedikata għall-midja mxandra u stampata. Qed issir ukoll re-organizzazzjoni tal-pjattaforma tal-midja soċjali li dalwaqt ser tkun tinkludi wkoll Facebook, Instagram, LinkedIn, Twitter u Channel fuq Youtube. Għal dan l-għan xi ġimgħat ilu, tlabna biex kull Kunsill jinnomina individwu mill-Kunsill tiegħu, li jista’ jkun kemm Sindku, kif ukoll Kunsillier jew impjegat, bl-għan li jtejjeb il-kwalità ta’ komunikazzjoni, kemm interna kif ukoll esterna fil-Kunsill tiegħu. • Viżjoni

L-ambjent urban huwa tal-ikbar importanza, l-aktar meta wieħed jiftakar li Malta hija fis-seba’ post ta’ pajjiżi li għandhom densità ta’ popolazzjonijiet l-iktar għolja. Għalhekk, il-lokalitajiet tagħna, irid ikollhom influwenza diretta u bl-aktar mod wiesa’ fuq l-impatt li dan iġib fuq il-ħajja tagħna u fuq l-ambjent inġenerali, ifisser li l-lokalitaijiet tagħna għandhom ikunu aktar sostenibbli. Il-Kunsilli Lokali jifhmu l-irwol illi għandhom sabiex il-lokalitajiet ikunu parti importanti biex itejbu l-ħajja tar-residenti tagħhom u għalhekk huma kommessi li jaħdmu fuq din il-materja. Irridu niftakru li l-Kunsilli Lokali flimkien malGvern Ċentrali għandhom l-obbligu li jipprovdu livell ta’ kwalità ta’ ħajja għolja u opportunitajiet illi permezz tagħhom iċ-ċittadin • Komunikazzjoni esterna ikun jista’ jaħdem, jinnegozja u jinvesti fihom. Ir-residenti għandhom d-dritt Iż-żoni urbani, huma katalisti li jkunu infurmatti bil-ħidma u fl-iżvilupp ekonomiku u minkejja


21

10.11.2019

kullhadd.com

li dawn jipprovdu servizzi tas-saħħa, edukazzjoni u mobbiltà, dawn huma wkoll assoċjati ma’ tniġġis tal-ambjent, konġestjoni ta’ traffiku, kriminalità u esklużjoni soċjo-ekonomika. Bla dubju ta’ xejn hija sfida għalina l-Kunsilli Lokali sabiex nassiguraw illi policies relatati ma’ żoni urbani jkunu koerenti u jilqgħu għal dawn l-isfidi. Istituzzjonijiet governattivi jista’ jkollhom għanijiet diversi minn xulxin u dawn ħafna drabi jiġu implimentati b’mod indipendenti imma b’effetti negattivi, huwa għalhekk li l-irwol tal-Assoċjazzjoni li tassigura koordinament effettiv f ’kull direzzjoni u f ’kull livell. L-ambizzjoni tal-Gvern hija li joħloq pajjiż aktar kompetittiv, sostenibbli u inklussiv f ’dinja li qed issir dejjem aktar globalizzata. Il-Kunsilli Lokali jridu jaħdmu lejn lokalitajiet aktar attraenti, vibranti u b’ saħħithom sabiex jipprovdu lill-ġenerazzjonijiet tal-lum u t’għada, spazji attraenti li jistgħu jgħixu, jaħdmu u jirrilassaw fihom. Din hija ċ-ċavetta biex tassigura tkabbir ekonomiku sostenibbli fit-tul. Minkejja dan kollu, l-Assoċjazzjoni tapprezza li m’hemmx soluzzjoni waħda ta’ one size fits all biex jintlaħaq dan l-għan. Il-viżjoni qed issir biex ikun hemm mod koerenti u direzzjoni ġenerali għall-Kunsilli Lokali b’mod individwali biex ikun hemm skambju ta’ ideat u eżempji prattiċi ta’ suċċess bejn il-Kunsilli biex ikun hemm

titjib fil-ħajja tar-residenti. • Ir-resident l-ewwel Sa ftit tas-snin ilu, “iċ-ċittadin l-ewwel” forsi kienet tkun l-aktar frażi li tagħmel sens, imma f ’Malta li qed ngħixu fiha llum fejn bejn l-2020 u l-2024 huwa antiċipat li l-popolazzjoni se tkompli tikber permezz ta’ residenti barranin li qegħdin jgħixu fostna, ir-realtà nbidlet. Din qed iġġib magħha sfidi ġodda, imma wkoll opportunitajiet. Nemmnu wkoll li hija wkoll ir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali li joħolqu pjattaforma ta’ inklużjoni soċjali sabiex il-komunitajiet tagħna jkunu jistgħu jibbenifikaw minn din id-diversità u jkomplu jimxu ’l quddiem. Għal din ir-raġun qed insemmu l-viżjoni tagħna għall-erba’ snin li ġejjin: Residents First. Din il-viżjoni hija bbażata fuq erba’ pilastri ewlenin: Spazji Miftuħa, Smart Cities, Ambjent u Aċċessibbiltà Dan huwa biss il-bidu. Fil-ġimgħat li ġejjin, u tul is-sena u nofs li ġejjin, l-Assoċjazzjoni ser tkun qed tniedi dokumenti proprju dwar dawn l-erba’ pilastri. Dokumenti li se jkunu bażi ta’ konsultazzjoni ma’ stakeholders, li diġà wrew interess li jkunu parti minn dan il-moviment, moviment li flimkien mal-Kunsilli Lokali naraw li nagħtu lura l-lokalitajiet tagħna lir-resident.

Il-President tal-Assoċjazzjoni flimkien ma’ żewġ eks Presidenti

L-Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali


22

10.11.2019

kullhadd.com

LI TIŻRA’, TAĦSAD

Mid-Djarju ta’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 31 ta’ Ottubru X’diskors għamel fil-Parlament id-Deputat tagħna Ivan Bartolo, man! U mela joqogħdu jiftaħru li kulħadd sejjer tajjeb, li kulħadd qiegħed jgħix aħjar, li qegħdin fl-aħjar żmien u li l-kbir għadu ġej! Jgħidu hekk dawk li huma maqtugħin minnies u dawk li ma jafux x’inhu jiġri madwarhom u madwarna. Il-verità hi dik li qal Ivan Bartolo, kulħadd sejjer għall-agħar. Kont se ngħid mill-ħażin għallagħar, imma reġa’ bdieli għax inkella nkun qiegħed nammetti li fi żmien il-Gvern tagħna konna ħażin. U ħażin ma konniex, man! Il-pensjonanti, il-persuni b’diżabbiltà, iż-żgħażagħ, l-irġiel, in-nisa, it-tfal, insomma kulħadd kien ħafna u ħafna aħjar mil-lum. Għalhekk, għadni ma nistax nifhem kif qegħdin nieħdu tkaxkira wara l-oħra. Il-Ġimgħa, 1 ta’ Novembru Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna ma jridx jaf. Tgħidlu x’tgħidlu, jibqa’ jemmen biss dak li jgħid Joseph Muscat u dak li jgħidu tal-Labour. Ifhem, hekk kien meta kien magħna u konna mmorru l-mass meetings flimkien. Imma mbagħad, meta missejnielu l-kaċċa, qaleb il-folja u għadu sal-lum ma jridx jaf bina. Lanqas biss irid jisma’ x’jgħid il-partit darba glorjuż tagħna, jew imqar ilKap Adrian Delia. Kull darba li nipprova nħajru jsegwi d-diskors ta’ Adrian Delia, jibgħatni nixxejjer, għax skont hu, il-Kap tagħna qatt ma jgħid xejn ta’ sustanza. Inutli noqgħod nipprova nfiehmu, kif ippruvajt nagħmel illum, għax nispiċċaw b’argumenti sħaħ. Nibża’ li flaħħar ikollna xi ngħidu u jien, għalkemm Ġorġ m’għadux magħna, ma nixtieqx nitilfu bħala ħabib, għax neħħi l-politika, raġel fuq l-irġiel.

għax waħħlu kemm lill-klikka ta’ Simon Busuttil u Jason Azzopardi, kif ukoll lil tal-Labour. Tgħidx kemm kienu qegħdin jogħxew, it-tnejn li huma għax mingħalihom li fi ftit jiem oħra, lil Adrian Delia kienu se jċaħħduh mill-għajnuna kbira li jagħtih Clyde Puli bħala Segretarju Ġenerali. Qisu mhux biżżejjed li tilef lil Pierre Portelli, li kien l-id il-leminija tiegħu. Ippruvaw jaqtgħulu wkoll idejh ix-xellugija. Imma mhux se jirnexxilhom, tal-inqas għalissa, għax ’il quddiem ma nafx x’se jiġri, imma żgur li Adrian Delia jsibilhom irkaptu biex ma jħallihomx jagħtuh aktar gambetti. Il-Ħadd, 3 ta’ Novembru Illum iddeċidejt li nistieden lil sieħbi tal-Istamperija biex immorru nieħdu flixkun birra flimkien. Dak żaqqu jħobbha u malli għedtlu li l-barman tal-każin tagħna tgħidx kemm jagħtina apetizers, l-istedina tiegħi mill-ewwel aċċettaha u tgħidx kemm ħa gost inaqqar u jixrob. Min-naħa tiegħi, jien ħadt gost ukoll. Ħadtlu minn moħħu ħafna affarijiet dwar it-tieni fażi tar-riforma tal-partit darba glorjuż tagħna. Ħalliha li jien insejt x’kienet l-ewwel fażi, imma dik issa mhix importanti, għax ġiet u marret. Ħadt gost għax assigurani li bit-tieni fażi l-partit tagħna se jerġa’ jkun f ’pożizzjoni li jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Tgħidx kemm kantajt meta sibt ruħi waħdi d-dar. Ejjew Nazzjonalisti, ejjew bil-bnadar magħkom, ejjew għax Alla magħna, ejjew għax nirbħu żgur! It-Tnejn, 4 ta’ Novembru

Kultant nibda nissuspetta li l-maġistrati u l-imħallfin huma kollha kontra tagħna, speċjalment meta tingħata xi sentenza li ma tkunx iddoqq għal widnejna. Insomma għal widIs-Sibt, 2 ta’ Novembru nejn il-partit tagħna, għax jien, Kemm hu bravu, man, il-Kap ħafna drabi, ma nifhem xejn tagħna Adrian Delia! B’ġeb- minn dak li jkun intqal fis-senla waħda laqat żewġ għasafar tenza, daqskemm jużaw kliem

tqil. Imma llum kellna sentenza dwar il-ħatriet ta’ mħallfin u maġistrati, li milli jidher iddoqq għal widnejn il-partit tagħna, għax pront kien il-Kap Adrian Delia joħroġ stqarrija biex jirkeb fuq din is-sentenza. Nispera li issa ma jiġix xi mħallef ieħor u jdawwar kollox, għax milli jidher il-Gvern se jappella u x’se jiġri fil-Qorti tal-Appell, mhux faċli nkunu nafuh. It-Tlieta, 5 ta’ Novembru Ma nafx kemm hu minnu dak li ġabet il-Malta Today ta’ Saviour Balzan nhar il-Ħadd li għadda, meta qalet li l-Għawdxin huma l-aktar nies li għandhom fiduċja f ’Joseph Muscat. Imma anke jekk hu minnu, ix-xena żgur li llum inbidlet bid-diskors li għamel fil-Parlament il-Kap tagħna Adrian Delia waqt seduta li saret biex jitfakkar Jum Għawdex. Tenna dak li kien jgħid il-kbir Eddie li għandhom ikunu l-Għawdxin li jiddeċiedu fl-aħjar interess ta’ Għawdex, għalkemm, kif jgħid il-Malti, bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti, għax fi żmienna, kollox Giovanna kienet tiddeċiedi. L-Erbgħa, 6 ta’ Novembru Kemm memorji sbieħ għaddew mill-garigori ta’ moħħi meta rajt lill-Kap tagħna, Adrian Delia, u lil Clyde Puli ma’ Ugo Mifsud Bonnici, illum President Emeritus! Ugo Mifsud Bonnici jibqa’ dejjem wieħed mill-akbar Nazzjonalisti, anke jekk fi żmienu ma kienx waħdu. Ma tistax ma ssemmix lill-kbir Eddie, u lil Guido Demarco, illum mejjet. Kienu żminijiet meta l-partit tagħna verament kien partit glorjuż. Kien glorjuż għax kien magħqud, mhux bħallum meta għandna numru ta’ deputati lesti bl-istallett f ’idejhom biex kull darba li tiġihom okkażjoni, jippruvaw idaħħluh f ’dahar il-Kap. Imma dawn dalwaqt insibu rkaptu tagħhom bir-riformi li se nagħmlu.

Deo Debattista Segretarju Parlamentari

Meta nħares lura lejn dawn l-aħħar snin, niġi ispirat kemm imxejna ’l quddiem fis-settur tal-kompetizzjoni u l-konsumatur. Il-Gvern huwa kommess li l-konsumatur u l-operatur kummerċjali jkollhom is-servizz li jixirqilhom. Għalhekk, żrajna r-riżorsi fl-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), u grazzi għad-determinazzjoni u l-għaqal, dawn iffjorixxew. Meta bidwi jiżra’, l-ewwel ħaġa li normalment jagħmel huwa li jħares lejn il-konsumatur xi jrid, l-għelieqi x’jistgħu jieħdu u x’potenzjal ta’ qligħ hemm. L-MCCAA hija ffukata li ssaħħaħ il-fiduċja bejn il-konsumatur, in-negozjant u l-imsieħba. Dan isir billi tara li s-swieq jaħdmu sew, il-prodotti li nixtru jkunu sikuri u jkollna livell li jixraq lil pajjiż avvanzat. Il-Gvern permezz tal-baġit, qed ikompli jiżra’ fl-MCCAA. Mhux biss żidna r-riżorsi f ’din l-Awtorità, imma għall-ewwel darba qed naraw €300,000 f ’investiment kapitali fl-MCCAA sabiex bih jinxtara apparat li jkompli jtejjeb is-servizz. L-għelieqi trid tippreparahom sabiex ikunu fertili u tara li jintużaw b’effiċjenza. L-ippjanar huwa wieħed mill-pilastri ewlenin tal-MCCAA. Varajna taqsima li tiffokka fuq l-istrateġija u l-ippjanar u wettaqna proġett pilota biex insaħħu l-kwalità tal-ispezzjonijiet. Din is-sena, nedejna pjan ta’ azzjoni biex jinkiseb l-użu sostenibbli tal-pestiċidi f ’Malta u saħħaħna relazzjonijiet m’istituzzjonijiet akkademiċi għax nemmnu li l-ippjanar għandu jkun ibbażat fuq ir-riċerka u l-aħjar prassi. Li tagħżel x’se tiżra’ u li tħawwel huma fundamentali. L-Awtorità wettqet bidliet li wasslu għal trasformazzjoni fil-kultura

u fl-operat. Ftit tal-ġranet ilu, tkellimt waqt tnedija ta’ kollaborazzjoni strateġika bejn l-Università ta’ Malta u l-MCCAA biex jiġi żgurat li t-tmexxija ta’ Malta fil-qasam diġitali twassal għal swieq li jaħdmu aħjar għall-konsmatur, għall-kummerċ u għas-soċjetà. Żrajna iktar fir-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta’ tisħiħ tal-programm avvanzat tal-fellowship li qed iwassal biex inżidu l-kapaċità nazzjonali f ’oqsma ta’ prijorità. L-ilma huwa riżors importanti ħafna u mingħajru ma jkollniex ħaxix u frott. Fil-kuntest tagħna, l-ilma huwa l-motivazzjoni tal-impjegati u l-imsieħba, ittaħriġ kontinwu tal-operaturi, il-ħaddiema u l-konsumatur. Ta’ min jinnota li s-sena li għaddiet esponejna l-avveniment fil-midja b’14% iżjed meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Dan, għax nemmnu li l-konsumatur ikun moqdi aħjar meta jkun infurmat u jkollu opportunitajiet ta’ edukazzjoni. Id-dedikazzjoni, id-determinazzjoni u r-reżiljenza talGvern u l-MCCAA f ’dan il-qasam wasslu biex ikollna l-frott u naħsdu riżultati li minnhom igawdi kulħadd – għax dak li tiżra’, taħsad. Konvint li l-Awtorità se tkompli tixpruna biex timmodernizza l-qafas regolatorju, is-servizzi li toffri u sserraħ moħħ il-konsumatur u l-imsieħba kollha - sabiex inkomplu nikbru flimkien.

Dan isir billi tara li s-swieq jaħdmu sew, il-prodotti li nixtru jkunu sikuri u jkollna livell li jixraq lil pajjiż avvanzat


23

10.11.2019

kullhadd.com

UGWALJANZA: REALTÀ, MHUX ĦOLMA

Edward Zammit Lewis Ministru

Kull amministrazzjoni, tajjeb jew ħażin, tħalli t-timbru tagħha fuq is-soċjetà. Hu ċar li dan il-Gvern ser jibqa’ jiġi mfakkar bħala dak il-Gvern li wettaq rivoluzzjonijiet soċjali kbar, u li fetaħ beraħ il-bibien tal-libertajiet ċivili. Flimkien, qed nibnu soċjetà miftuħa, li tħalli lil kulħadd jgħix fil-libertà, u li tħares id-drittijiet ta’ kulħadd, inkluż il-minoranzi. Qed noħolqu soċjetà Maltija moderna li hi b’saħħitha proprju għax tapprezza dak kollu li jagħmel lill-individwu uniku, u tħalli lil kulħadd jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu. Kif għamilnieh dan? Għamilnieh billi implimentajna miżuri politiċi, ekonomiċi, u soċjali li jindirizzaw kull qasam tas-soċjetà. Għamilnieh b’miżuri li xi wħud irredikolaw, iżda li fissru ħafna għal dawk il-persuni li bbenefikaw minnhom. Minn childcare b’xejn għal ġenituri li jaħdmu jew jistudjaw, għal investiment f ’housing diċenti; minn servizzi ta’ IVF għall-familji kollha tagħna, għal programmi ta’ integrazzjoni għall-influss ta’ ħaddiema barranin. Dawn il-miżuri juru biċ-ċar li dan hu Gvern li kapaċi jġedded lilu nnifsu u li għandu subgħajh fuq il-polz ta’ poplu li wkoll qiegħed jiġġedded u jinbidel. Fuq kollox, għamilnieh b’riformi legali kbar. Illum, il-liġi Maltija tirrikonoxxi li kulħadd għandu d-dritt li jgħix ħajtu skont l-identità tal-ġeneru u l-orjentazzjoni sesswali tiegħu. Kull persuna tista’ tiżżewweġ lil min trid, u flimkien jistgħu jrabbu familja, mingħajr l-ebda xkiel jew trattament differenti minn koppji oħrajn. Qed nimplimentaw riformi massivi fil-qasam tal-vjolenza domestika, biex noħorġu lil mijiet ta’ vittmi – spiss nisa u tfal – minn ċiklu vizzjuż ta’ vjolenza, li jtellef mhux biss lill-vittma milli tgawdi ħajjitha, iżda lis-soċjetà inġenerali, li titlef il-kontribut prezzjuż ta’ dik il-vittma. Dan kollu għamilnieh għax aħna Gvern bi prinċipji soċjali, li l-prijorità tagħna dejjem kienet – u tibqa’ – li ntejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ kulħadd. Id-drittijiet fundamentali tal-bniedem jibqgħu dejjem fil-qalba ta’ ħidmietna, u xogħolna jibqa’ rilevanti jekk jasal sa

kulħadd, u b’xi mod iwassal għal għajxien diċenti. Nafu iżda, li għadna ma wasalniex fejn irridu naslu. F’diversi sferi tal-ħajja, għad għandna persuni li, minħabba xi karatteristika jew oħra tagħhom, għadhom qed jiġu diskriminati. Il-liġi f ’ċerti oqsma hi b’saħħitha kontra dan it-trattament, iżda f ’oqsma oħra għadha siekta. Ir-rimedji legali ta’ vittma ta’ diskriminazzjoni mhux dejjem huma aċċessibbli, u wisq anqas ċari fir-rigward ta’ x’rimedji jistgħu joffru. Dan kollu qed nibdluh bl-abbozzi ta’ liġi dwar l-ugwaljanza li qed niddibattu bħalissa fil-Parlament. Għall-ewwel darba, qegħdin naffermaw li d-dritt għat-trattament indaqs japplika bl-istess mod għal kulħadd u f ’kull sfera tal-ħajja pubblika. Prinċipji li sa issa forsi ma kinux

applikabbli għal kulħadd bl-istess mod, issa għaqqadniehom f ’liġi waħda, bi drittijiet u obbligi ċari, u b’livell ugwali ta’ protezzjoni għal kulħadd. B’dan l-abbozz, qed naslu fejn l-Unjoni Ewropea għadha ma rnexxilhiex tasal, ċoè għal direttiva ġenerali dwar it-trattament ugwali, bi standards uniformi għal kulħadd. Għal darb’oħra, pajjiżna qiegħed jgħolli l-livell tad-dibattitu f ’dan il-qasam, u jkun ta’ eżempju għal ħaddieħor. Sabiħ li l-pajjiż jiġi rikonoxxut bħala xempju prattiku fil-qasam tal-ugwaljanza, iżda hu ferm isbaħ li tara l-effett tal-liġi fil-prattika. B’dan l-abbozz dwar l-ugwaljanza, u miegħu, abbozz li jestabbilixxi Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza, konvint li se naraw rivoluzzjoni soċjali oħra fis-seħħ, li tagħti leħen lil min bħalissa m’għandux,

u ssaħħaħ il-qafas legali għal min jiġi bżonnu. L-abbozzi li qed niddiskutu bħalissa fil-Parlament huma l-iktar proposti ambizzjużi li qatt kellna f ’pajjiżna: filwaqt li l-amministrazzjonijiet ta’ qabilna kienu jagħmlu l-inqas bidliet possibbli fil-liġijiet dwar l-ugwaljanza, u dan jagħmluh kemm kemm nilħqu l-minimu rikjest mil-liġi Ewropea, dawn l-abbozzi mhux biss jilħqu, iżda jaqbżu, dak li hu mistenni minna. Għal darb’oħra, il-Gvern qiegħed jgħaddi messaġġ ċar, dak li l-ugwaljanza mhijiex prinċipju fl-ajru. L-ugwaljanza qed nimplimentawha fil-prattika, fil-ħajja ta’ kuljum ta’ kull wieħed u waħda minna. Min għal xi raġuni jew oħra, qiegħed isofri minn diskriminazzjoni, issa se jsib qafas legali b’saħħtu

li jiddefendih. Dawn id-drittijiet qed nikkumplimentawhom bittwaqqif ta’ Kummissjoni u Bord għall-Ugwaljanza li għandhom il-mandat li joffru għajnuna, kif ukoll li jiddeċiedu dwar każijiet ta’ diskriminazzjoni. Din il-Kummissjoni, imwaqqfa mill-Parlament u kompletament awtonoma millGvern, ser tkun tarka tad-drittijiet tal-bniedem f ’pajjiżna, bir-riżorsi neċessarji biex tgħin lill-vittmi ta’ diskriminazzjoni u tagħti l-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħha fejn tħoss il-bżonn. Konvint li ladarba dawn l-abbozzi jingħataw il-fiduċja tal-Parlament u jibdew jiġu implimentati, se nibdew naraw dawn il-bidliet fil-prattika. Nafu li l-bidla ma ssirx mil-lejl għan-nhar f ’dan il-qasam, iżda bħala Gvern nibqgħu kommessi li naħdmu dejjem lejn soċjetà ġusta għal kulħadd.


24

10.11.2019

kullhadd.com

reċensjoni tal-ktieb

PIETRU

IL-ĦALLIEL TAL-BIRGU Fil-ħemda ta’ dak il-lejl, ħlief għall-inħir ġej minn fuq, Pietru kien kalm, jikkonċentra fuq li kien qed jagħmel. Għalhekk mhux ta’ b’xejn li ħass qalbu tieqaf meta minn eżatt wara rasu sema’ bħal daħk ta’ tfajla kemm kemm jinstema’. Dar fil-pront u minnufih poġġa l-pala t’idu fuq ħalqha sakemm bdiet tagħti ’l isfel b’rasha għal ħafna drabi, wara li qrib ħafna ta’ wiċċha qalilha, “Jekk tagħmel l-iċken ħoss nitfgħek fl-ixkora u nitfagħha bik b’kollox f ’qiegħ il-baħar!” Meta ħalqha kien ħieles u

setgħet titkellem, qaltlu: “Naf li m’għandekx xkora, għax ili nsegwik mit-tieqa, u mill-ewwel indunajt x’kellek f ’moħħok.” Induna li kienet qed titbissem lejh u għajnejha kienu f ’tiegħu. Pietru ma setax jemmen lil widnejh. Rosaria neħħietlu idu u reġgħet b’leħen baxx: “M’għandekx għalfejn tibża’, għax kulħadd rieqed.” Pietru ma setax ilissen kelma. Wara ftit kompliet: “Imma rajtek tielgħa mal-ħajt. Stħajjiltek xadina u tlabt għalik f ’qalbi biex tasal sal-bejt.”

Silta Mill-Ktieb Pietru lanqas f ’mitt sena ma kien jistennieha din ta’ dal-lejl. Mhux meta, ta’ dsatax–il sena, kien ilu jisraq bla ma qatt inqabad minn mindu kellu biss għaxar snin. Ta’ għaxar snin, is-serq li kien iwettaq ma kienx proprju serq. Mhux bħas-serq li kien iwettaq meta kiber u sar espert. Ta’ għaxar snin kien jisraq xi biċċa ħobż meta jkun bil-ġuħ, jew bħalma kien darba seraq ħobża mid-dar ta’ ommu u tefagħha f ’ħobbu qabel ħarab lejn l-Imdina f ’nofs ta’ lejl. Jew xi frotta mingħand xi bejjiegħ aljenat. Bilfors kellu jaħrab, kien irraġuna ta’ tifel li kien. Għax ma setax ikompli jgħix f ’dak ir-razzett ta’ missieru, m’ommu u ħutu. Hu

kien l-iżgħar, u ħlief oħtu Pina, li kienet il-kbira nett, l-erbgħa ta’ qablu kienu kollha subien, bil-kbir fosthom jismu Fidiel u l-oħrajn Bendu, Toni u Anġlu. Missieru Dimitri, imlaqqam ‘Ta Sejħa’, miżżewweġ lil Karmena, kien bidwi b’għalqa mhux mill-kbar nett ftit ’il barra min-Naxxar u qrib ir-raħal żgħir tal-Mosta. Pietru kien l-aktar moħħu jilħaqlu minn ħutu kollha, minkejja li kien qisu żarmuġ żgħir ħdejhom. U kien josserva lil missieru, li lanqas stajt tgħidlu xiħ, diġà mgħawweġ ganċ u dejjem b’dahru juġgħu wara ġurnata mgħawweġ b’rasu kważi tmiss mal-ħamrija. Mistoqsija: Kemm kienu aħwa fil-familja?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb PIETRU. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 17 ta’ Novembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb IL-WIĊĊ L-IEĦOR huwa: J. DEBONO BRIFFA - XEMXIJA

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

05

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 X’kienet il-biża’ li qabel l-elezzjoni tal-2013 kien jipprova jnissel il-PN?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

10.11.2019

kullhadd.com

KUNFIDENZA FIK INNIFSEK U SENS TA’ TMEXXIJA Ħafna huma dawk li jixtiequ jkunu inqas mistħija biex jitkellmu mal-oħrajn jew quddiem in-nies. Imma bil-mod il-mod dan l-element ta’ kuxjenza dwarek innifsek jew aħjar mistħija żejda, tista’ tegħlbu anke permezz ta’ laqgħat li jsiru spiss fi ħdan Toastmasters. Tkellimt mal-Viċi President għar-Relazzjonijiet Pubbliċi Darine Aboulezz fejn spjegatli x’inhu dan il-kunċett. Darine tifforma parti sew minn dan il-kumitat fi ħdan Toastmasters. Qabel serviet ukoll bħala segretarja tal-istess kumitat, President, Viċi President fuq is-sezzjoni Edukattiva, fuq l-inġagg ta’ membri ġodda u anke teżoriera. Kitba ta’ CLIFFORD GALEA MASLENNIKOV Tista’ tagħtini eżempji ta’ frott li ħareġ minn Toastmasters?

Xi tfisser Toastmasters? X’inhu l-kunċett?

Kif nibtet l-idea?

Toastmasters Malta mhuwhiex bħal breakfast club. Dan il-klabb jifforma parti mill-klabb internazzjonali Toastmasters, organizzazzjoni mhux profittabbli bi skop edukattiv u li tgħallem u tħarreġ il-public speaking u anke taħriġ fuq tmexxija permezz ta’ network dinji ma’ klabbs simili oħra. B’kollox hemm madwar 357,000 membru madwar id-dinja f ’aktar minn 16,600 klabb f ’143 pajjiż differenti. Sa mill-1924, Toastmasters International għen ħafna rġiel u nisa biex isiru iżjed kunfidenti quddiem udjenza. In-network internazzjonali tagħna u l-laqgħat li nagħmlu fejn nittrenjaw propju l-public speaking jgħinu lil dak li jkun biex isir komunikatur u mexxej aħjar. S’issa f ’Malta jeżisti biss klabb wieħed. It-taħriġ jgħinek f ’dawn l-oqsma: 1. Tiżviluppa l-potenzjal tiegħek fit-tmexxija kif ukoll taħriġ ta’ mmaniġġjar 2. Tkun taf kif tippreżenta prodott jew suġġett b’ideat aktar effettivi 3. Titgħallem kif torganizza timijiet produttivi bi kritika kostruttiva 4. Titgħallem tisma’ iżjed u tmexxi l-laqgħat 5. Tibni kunfidenza fik innifsek u anke kuxjenza pożittiva dwarek

Iktar milli nsemmi persuna waħda jew oħra, nista’ ngħidlek li minn dawn is-sessjonijiet nesperjenzaw kambjamenti kbar fin-nies li jattendu. In-nies jew aħjar, il-membri ma jibqgħux jistħu jitkellmu quddiem udjenza, anzi jkollhom ġenn sakemm imiss lilhom biex jitkellmu waqt il-laqgħat tagħna. Il-membri jsiru aktar iffukati u moħħhom hemm għad-dettall, jużaw tonalità tajba waqt li jkunu qed jitkellmu, iħaddmu network aħjar, jikkomunikaw aħjar u jżommu wkoll l-attenzjoni ta’ dawk preżenti quddiemhom. Jitgħallmu u jsiru aktar kunfidenti f ’li qed jgħidu kif ukoll fl-aħħar mill-aħħar, isiru aktar komdi u b’anqas tensjoni jekk ikollhom Kif tiltaqgħu u xi jippreżentaw xi ħaġa quddiem jsir waqt il-laqgħat? numru ta’ nies. Għalina dan hu ta’ Niltaqgħu darbtejn f ’xahar; kull sodisfazzjon kbir apparti li nsiru tieni u raba’ Tlieta ta’ kull xahar ħbieb u nissoċjalizzaw flimkien. fiċ-Ċentru tal-MITA f ’Santa Venera. Il-laqgħa tkun maqsuma Kif irid jagħmel biex wieħed fi tliet partijiet. Ikollna pprepara- jissieħeb magħkom? ti taħditiet, taħditiet ta’ dak il-ħin bla preparazzjoni u evalwazzjoni. Sempliċi. Kulma trid tagħmel Membri tal-klabb ikunu jistgħu huwa li tattendi għal waħda jagħżlu l-irwol tagħhom huma mis-sessjonijiet tagħna. Aħna stess f ’kull sessjoni. Eżempju nipprovdu l-possibbiltà ta’ menf ’sessjoni waħda tista’ tkun it- tor biex tiggwida lil dak li jkun time keeper (li żżomm il-ħin) u waqt il-vjaġġ tiegħu ma’ Toastf ’sessjoni oħra, il-grammaturgu masters. Kull min għandu ’l fuq (li tieħu ħsieb li l-kliem mitkel- minn 18–il sena jista’ jingħaqad lem huwa tajjeb u li l-lingwa hija ma’ Toastmasters; ovvjament bilużata b’mod tajjeb. ħsieb li jrid itejjeb il-komunika-

Toastmasters beda b’serje ta’ klabbs ta’ diskussjoni minn Ralph C. Smedley waqt li kien qed jaħdem fil-YMCA (Young Men’s Christian Association) fi Bloomington, Illinois fl-Amerka. L-ewwel laqgħa mhux uffiċjali tat-Toastmasters saret fl-24 ta’ Marzu tal-1905. Smedley iddeċieda li jorganizza klabb fejn wieħed jitħarreġ fil-ħiliet tiegħu nnifsu f ’ambjent soċjali u sħabu rrispondew pożittivament għal dan il-kunċett. Hu semma l-klabb Toastmasters Club; Toastmaster kienet frażi popolari li kienet tintuża waqt xi ċerimonja, ikla jew okkażjoni speċjali.

zzjoni tiegħu mal-oħrajn u anke l-abbiltajiet ta’ kelliema jew ukoll mexxejja. Mexxejja mhux qed ngħid li wieħed ikun jaspira li jsir Prim Ministru imma anke mexxej ta’ grupp ta’ żgħażagħ eżempju. Toastmasters huwa grupp ta’ diversità b’membri minn pajjiżi differenti b’kulturi differenti kif ukoll bi sfond soċjali u ekonomiku differenti. U dan hu s-sabiħ ta’ dan il-klabb. Wieħed iħallas biss miżata żgħira ta’ €9 fix-xahar u ħlas minimu ta’ €30 ta’ darba biss biex inżommu mal-ispejjeż. Kull

min isir membru jirċievi wkoll ktejjeb kull xahar. Hemm ukoll il-possibbiltà li tikkompeti permezz ta’ speeches; ovvjament dejjem jekk trid. Tista’ wkoll tkun membru ta’ aktar minn klabb wieħed tat-Toastmasters. Dawn huma possibbiltajiet miftuħa u tajbin li qegħdin hemm. Il-laqgħat tagħna jdumu madwar 90 minuta. Wieħed jista’ jżur ukoll il-Facebook page tagħna toastmasters. malta jew inkella s-sit elettroniku toastmastersmalta.org.mt.


26

10.11.2019

kullhadd.com

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

10.11.2019

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 302

M. VELLA - ĦAL GĦAXAQ

Bi 3 Numri 135 479 530 535 569 595 683 693 849 883 952

960 B’4 Numri 0028 0370 1061 1606 1765 1961 2042 2067 2414

3120 3371 3466 3503 4002 4066 4181 4189 4732 4922 4989 6463

6548 6549 6645 6827 6882 7151 8008 8641 9280 9490 9650

B’5 Numri 18519 19261 23254 34433 66457 74644 B’6 Numri 061908 218839 828261

936192 Bi 8 Numri 05162796 12085251 15552765 21605331 23196600 38027781 64269184 66362331

1. 4. 7,11. 9,18. 10. 12. 16. 18. 19.

Mimdudin: Jintuża ħafna għal taħt il-bhejjem (5) Il-President ta’ Malta (4) Ta’ Noè (4) Iġibuh mill-barrieri (5) Hekk kellu jkun (6) Ħażin żgur (6) Ara 3 Ara 9 Isem (3)

20. 21. 23. 24.

Tmienja neqsin sitta (5) Ara 6 Kunjom (4) Mhux għada lanqas ilbieraħ (5)

3,16. Inqim (6) 5. Ġnien (3) 6,21M. Xagħru isfar (6) 8. Stakkamenti tas-suldati (9) 11. Ara 7 12. Omm (2) Weqfin: 13,21W. Frotta (6) 1. Kompli l-qawl: 14. Ma nitlax (6) F’Awwissu 15. Tużah biex l-għeneb iħallik tilħaq fl-għoli (6) .......... (6) 17. Triq Franċiża (3) 2,22. Ħaddiema ta’ 21. Ara 13 fuq il-vapuri (6) 22. Ara 2

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Xlokk, 4.Xhur, 7,15.Akkanita, 9.Due, 10.Sammar, 12.Parata, 18,21W. Imħar, 19.NBA, 20.Brazz, 21.Her, 23.Rtir, 24.Ninsa

Weqfin: 1.Xadini, 2.Ole, 3,5.Kashom, 6,16. Rarita, 8.Katamaran, 11,13.Parir, 12,22.Parti, 14.Anzjan, 17.Tre


28

10.11.2019

kullhadd.com

L-AWTORITÀ TAD-DJAR TĦEJJI GĦAL RESPONSABBILTÀ ĠDIDA Il-Parlament għadda l-liġi tal- is-sistema se tkun waħda innokera li se tidħol fis-seħħ mill-bi- vattiva hekk kif il-mod ta’ kif du tas-sena d-dieħla. Liġi li ġiet se tkun qiegħda tiġi miżmuimfassla wara konsultazzjoni ma l-informazzjoni marbuta wiesgħa mis-Segretarjat Parla- mar-reġistrazzjoni tal-kuntratti mentari għall-Akkomodazzjoni se tkun sistema blockchain li Soċjali taħt it-tmexxija tas-Seg- se tagħmel il-kuntratt bejn iżretarju Parlamentari Roderick żewġ partijiet aktar trasparenGaldes. Konsultazzjoni li ma ti.” waqfitx mal-pubblikazzjoni tal-white paper fuq is-suq talkera iżda kompliet anke wara li ġie preżentat l-abbozz talliġi. Konsultazzjoni u riċerka wiesgħa li wasslet għal-liġi, li tilħaq il-bilanċ bejn is-sidien u l-familji fil-kera u għalhekk tassigura li ż-żewġ partijiet ikollhom l-istabbiltà, is-sigurtà, il-flessibbiltà u l-effiċjenza. Din il-liġi mhux se tibqà biss fuq il-karta hekk kif l-Awtorità tad-Djar se tkun qiegħda tassumi l-irwol ta’ regolatur tassuq tal-kera privata biex din il-liġi tilħaq l-għanijiet tagħha u tiġi attwata. Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar LeoIżda r-reġistrazzjoni tal-kun- “Dan il-panel li se jitwaqqaf fi nid McKay stqarr mal-gazzetta KullĦadd li huwa ta’ sodis- tratti mhijiex l-unika benefiċċju ħdan l-Awtorità se joffri rimedfazzjon li l-Awtorità se tkun ta’ din il-liġi, dan hekk kif il-liġi ju aċċessibbli u effiċjenti f ’każ, qiegħda tassumi dan l-irwol u waqqfet mekkaniżmu ġdid li se pereżempju, li l-inkwilini jħallu li qegħdin isiru l-preparamen- joffri rimedju aktar aċċessib- l-proprjetà fi stat deterjorat jew ti neċessarji biex sa mill-1 ta’ bli kemm lis-sidien kif ukoll sid ikun żamm id-depożitu jew Jannar 2020 din il-liġi tidħol lill-familji fil-kera li se jkoll- parti minnu mingħajr raġuni hom kirja reġistrata. Dan ifis- ġustifikata.” fis-seħħ. Huwa żied jgħid li anke dan “Permezz tal-irwol ġdid li se ser li meta l-partijiet ikollhom tieħu l-Awtorità tad-Djar, dak tilwim żgħir dwar depożitu jew ir-rimedju se jkun wieħed bħala regolatur tas-suq tal-kera, manutenzjoni mis-sena d-dieħ- faċli biex kemm il-familja filse nkunu qegħdin niggaran- la se jkunu jistgħu jippreżen- kera, kif ukoll is-sid jaċċessah. tixxu aktar effiċjenza fis-settur. taw it-talba tagħhom quddiem “Is-sistema online, mhux biss Bil-formalizzazzjoni tas-settur l-Awtorità tad-Djar sabiex dan se tiffaċilita r-reġistrazzjoni, jiġi solvut iżda anke se tagħti l-opportutal-kera privata se nassiguraw it-tilwim nità li sid jew inkwilin iressqu aktar trasparenza bejn is-siditalba quddiem il-panel ta’ aren, l-inkwilini u l-istat.” bitraġġ dwar tilwim minuri. Il-liġi tal-kera tagħmilha Dan hekk kif din it-talba mandatorja li kuntratti il-panel se tkun tistà ssir online tal-kiri għal skop resili se jitwaqqaf fi ukoll.” denzjali primarju jiġu L-irwol tal-Awtorità reġistrati mis-sid ħdan l-Awtorità se tad-Djar se jkun dak mal-Awtorità tadjoffri rimedju aċċessibbli u ukoll li tippromwovi Djar. Reġistrazzjoni l-konformità mal-liġi mandatorja li se effiċjenti f’każ, pereżempju, u tinforza meta sid jkunu jistgħu jagħmjew familja fil-kera luha mill-kumdità li l-inkwilini jħallu l-proprjetà ma jkunux irrispettaw ta’ darhom u li se fi stat deterjorat jew is-sid l-obbligazzjonijiet tkun faċilitata. Il-Kap tagħhom għad-detriEżekuttiv tal-Awtorità ikun żamm id-depożitu jew ment taż-żewġ partijiet. tad-Djar spjega li għadparti minnu mingħajr L-għan ewlieni tal-kondej it-tfassil ta’ sistema formità u l-infurzar se jkun online li fuqha se tkun raġuni ġustifikata li s-suq tal-kera privata jkun tistà ssir ir-reġistrazzjoni wieħed regolat, li huwa biss ta’ tal-kuntratti. benefiċċju kemm għas-sidien “L-Awtorità tad-Djar għadp a n e l kif ukoll għall-inkwilini. dejja b’ħidma bla waqfien, m i n n F’kumment lill-gazzetta biex fl-1 ta’ Jannar is-sidi- speċjalizzat. en ikunu jistgħu jirreġistraw Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità KullĦadd, is-Segretarju Paril-kuntratti tal-kirja tagħhom tad-Djar Leonid McKay spjega lamentari għall-Akkomodazzonline. Sistema li se tkun faċli li tidher biċ-ċar, anke mill-es- joni Soċjali Roderick Galdes biex wieħed jużaha u li se tif- perjenza li għandha l-Awtorità, spjega kif l-irwol tal-Awtorità faċilita r-reġistrazzjoni. Din il-ħtieġa ta’ panel ta’ arbitraġġ. ma jiqafx mar-reġistrazzjoni,

mas-soluzzjoni ta’ tilwim minuri u mal-konformità u l-infurzar, iżda jestendi wkoll għal viżibbiltà tas-suq permezz tar-riċerka. Dan hekk kif għall-ewwel darba, permezz ta’ reġistrazzjoni obbligatorja, l-Awtorità se jkollha stampa ċara tas-suq tal-kera privata. “Għal din il-faxxa ta’ familji, bdejna billi introduċejna benefiċċju ġdid tal-kera, il-housing benefit, li llum joffri l-massimu ta’ €5,000 fis-sena. Madanakollu, bil-viżibbiltà li se jkollna tas-suq tal-kera privata permezz tar-reġistrazzjoni mandatorja tal-kuntratti se nkunu nistgħu nressqu ’l quddiem aktar proposti, proposti infurmati mir-riċerka u mill-informazzjoni li se tinġabar.” Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Leonid McKay żied jgħid li dan l-irwol il-ġdid li se jkollha l-Awtorità tad-Djar se jkun qiegħed jestendi l-ħidma tagħha bil-ħtieġa ta’ aktar riżorsi umani u għalhekk l-Awtorità għaddejja ukoll bix-xogħlijiet biex ikollha uffiċini ġodda li se jkunu qegħdin jingħaqdu ma’ dawk eżistenti fil-Furjana. “L-irwol il-ġdid li ġiet fdata bih

l-Awtorità tad-Djar se jfisser li r-remit tagħna fis-suq tal-housing f ’pajjiżna se jkun qiegħed jitwessa’. Irwol ġdid li għalih neħtieġu aktar riżorsi umani u aktar spazju minn fejn noperaw. Huwa għalhekk li parallel mal-ħidma fuq is-sistema online u ħidma preparatorja oħra li qegħdin nagħmlu, għaddejjin ukoll ix-xogħlijiet fuq aktar uffiċini għal din is-sezzjoni l-ġdida.” Fil-kummenti konklussivi tiegħu, il-Kap Eżekuttiv Leonid McKay sostna li “permezz tal-liġi tal-kera, illum nistgħu ngħidu li qegħdin nindirizzaw is-suq tal-housing f ’pajjiżna b’mod ħolistiku. Addottajna soluzzjonijiet differenti għal sfidi differenti. Bħala Awtorità nsostnu l-impenn tagħna li nimplimentaw il-liġi tal-kera li ressaq ’il quddiem is-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali għall-benefiċċju tas-sidien u l-familji fil-kera. Sodisfatti li diġà resqu u qegħdin jersqu lejna bosta sidien li jridu jaraw din il-liġi implimentata u jridu jgawdu mill-benefiċċji li toffri.”


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.