BEETHOVEN U ĊUĊATI OĦRA NAZZJONALISTI FIL-PARLAMENT Il-Ħadd, 11 ta’ Lulju, 2021
Ħarġa Nru 1,461
Prezz €1
Rapport f’paġni 8 u 9
€1.5 BILJUN F’BEJGĦ TA’ PROPRJETÀ ĠUNJU KIEN IS-SITT XAHAR KONSEKUTTIV B’REKORD TA’ KONVENJI FFIRMATI Il-proprjetà kollha li nxtrat f’Malta fl-ewwel nofs ta’ din is-sena laħqet l-ammont ta’ €1.5 biljun, żieda ta’ 67% fuq l-istess sitt xhur fl-2020. Minn dawn, kien hemm b’valur ta’ €238 miljun matul ix-xahar ta’ Ġunju waħdu, żieda ta’ kważi €100 miljun fuq l-istess xahar is-sena l-oħra. Fl-istess ħin fix-xahar li għadda reġa’ kien hemm rekord ieħor ta’ konvenji li ġew iffirmati u li eventwalment iridu jissarrfu f’kuntratti oħrajn ta’ bejgħ fixxhur li ġejjin. Dan kien is-sitt xahar konsekuttiv ta’ rekords fil-konvenji. Fil-fatt, Ġunju 2021 kien l-aqwa wieħed għall-konvenji fi proprjetajiet residenz jali, total ta’ 1,166 konvenju. Dan ifisser li, bħala medja, ġew iffirmati 39 konvenju kull ġurnata tax-xahar jew wieħed kważi kull nofs siegħa. F’Ġunju tas-sena l-oħra kienu ġew iffirmati 961 konvenju jew kważi 20% inqas mill-istess xahar din is-sena. Mindu l-miżura tat-tnaqqis fil-boll kienet tħabbret bħala parti mill-pjan għar-riġenerazzjoni ekonomika f’Ġunju tas-sena l-oħra, saru 15,997 konvenju ta’ proprjetà residenzjali s’issa. Fl-istess ammont ta’ xhur qabel ma tħabbret din il-miżura kienu saru 10,609 konvenji. Għaldaqstant dan jimplika li, bl-introduzzjoni ta’ din il-miżura, il-konvenji żdiedu b’darba u nofs l-ammont li kien hemm qabel, minkejja l-impatt tal-pandemija. Jirriżulta li l-akbar ammont ta’ konvenji ffirmati f’Ġunju kien għal proprje tajiet f’Għawdex, segwiti minn dawk fin-Nofsinhar ta’ Malta, bħal Marsaskala u x-Xgħajra. Wara kienu popolari wkoll proprjetajiet fid-distrett, li jinkludi l-Imsida u l-Gżira, u dak li jinkludi l-Mellieħa u San Pawl l-Baħar. Analisti fis-settur isostnu li l-impatt tal-miżura tal-boll għadu ma bediex jin ħass kompletament fil-każ tal-kuntratti, minħabba dewmien żgħir fil-ħruġ ta’ sanction letters mill-banek kummerċjali li hu kkawżat kemm mill-ammont qawwi fid-domanda kif ukoll mill-miżuri restrittivi li l-banek kellhom jadottaw fl-aħħar xhur biex tonqos l-imxija tal-pandemija. Fix-xhur li ġejjin l-ammont rekord ta’ konvenji mistenni jwassal għal ferm aktar kuntratti ta’ xiri, tant li l-istimi ta’ dawn l-esperti jindikaw li l-valur ta’ xiri tal-proprjetà mistenni jkun 15% aktar minn dak osservat fl-aħħar tliet xhur u mistenni jintlaħaq rekord ġdid fil-valur ta’ proprjetà mibjugħa.
MALTA ŻŻOMM RATING A(high) ● Il-fiduċja f’pajjiżna tibqa’ kbira u l-esperti internazzjonali jġibu fix-xejn il-biża’ u l-kritika mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista ● Jgħidu li l-Prim Ministru Robert Abela ġab riformi kbar u importanti għas-saltna tad-dritt Rapport f’paġna 4
02
11.07.2021
DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 33°C L-Inqas Temperatura: 24°C L-Indiċi UV: 10 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni għolja qed tiksi l-Punent u ċ-ċentru tal-Mediterran. It-Temp: Xemxi u sħun Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mill-Majjistral it-Tramuntana li jsir ħafif u varjabbli Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif għal moderat L-Imbatt: Baxx mill-Punent Majjistru It-Temperatura tal-Baħar: 28°C
email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
33°C UV 11
KUNTATT ĠENERALI
24°C
Il-Ħamis
34°C UV 11
24°C
33°C UV 11
Il-Ġimgħa
24°C
Is-Sibt
KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI
33°C UV 11
KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
23°C
34°C UV 11
23°C
33°C UV 11
23°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21234567 Vivien Pharmacy, Triq Patri Magri, Il-Marsa – 21221701 Tal-Ħlas Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi – 21487739 Remedies Pharmacy, Triq Tumas Fenech, Birkirkara – 21441589 St. Anthony Pharmacy, 56, Triq San Ġużepp, Tal-Pietà – 21237327 Balluta Pharmacy, 7, Pjazza Balluta, San Ġiljan – 21317888 Harley Pharmacy, 1, Triq Nathalie Poutiatin Tabone, Tas-Sliema – 21334635 Brown’s St. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Ħ’Attard – 21436348 Smiths St. Albert Pharmacy, Triq l-Oratorju, Ħal Għargħur – 21413402 St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 21571649 Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21693412 Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, L-Isla – 21801698 May Day Pharmacy, Triq il-Vittorja, Ħaż-Żabbar – 21826529 Green Cross Pharmacy, 8, Misraħ Gregorio Bonnici, Iż-Żejtun – 21693723 Central Pharmacy, 6, Triq San Ġużepp, Ħal Luqa – 21692546 Spiżerija Ħal Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Ħaż-Żebbuġ – 21461693 Spiżerija Carmen, 1, Triq Misraħ is-Suffara, Ħad-Dingli – 21457128 Għawdex Abela Pharmacy, Bellavista Court, Triq George Borg Olivier, Ir-Rabat – 21556170 Lauretana Pharmacy, 36, Triq l-Imġarr, Għajnsielem – 21563017 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
03
11.07.2021
€1M IPATTI GĦALL-KARITÀ MITLUFA Il-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali (NDSF) għadda kontribuzzjoni ta’ solidarjetà ta’ xejn inqas minn €1 miljun lil tliet organizzazzjonijiet volontarji li, minħabba anomalija teknika li seħħet waqt ġbir ta’ fondi organizzati bejn Ottubru 2020 u Jannar 2021, sofrew tnaqqis fid-dħul finanzjarju tagħhom. L-għotja ta’ darba, kif imwiegħed preċedentement millGvern, se tingħata lill-Malta Community Chest Fund (€500,000), lid-Dar tal-Providenza (€350,000) u lill-Caritas (€150,000) rispettivament. Waqt li indirizza konferenza tal-aħbarijiet għall-okkażjoni, il-Kap Eżekuttiv tal-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp u s-Soċjal (NDSF) Ray Ellul qal li kemm ilu mwaqqaf il-fond, diġà ġew approvati għotjiet soċjali lil diversi organizzazzjonijiet volontarji ewlenin lejn il-kofinanzjament ta’ proġetti kkunsidrati ta’ importanza nazzjonali u li se jibbenefikaw sew lill-ġenerazzjonijiet preżenti kif ukoll dawk futuri.
Il-Malta Community Chest Fund waħedha se tgawdi minn €500,000 wara t-telf li sofriet is-sena l-oħra
Bħala eżempji, hu semma l-investiment ta’ €8 miljun għar-rinnovar tas-St Michael Hospice f’Santa Venera fejn se jibda jilqa’ pazjenti fuq kura paljattiva u €1.5 miljun lill-Caritas biex ittejjeb il-faċilitajiet tagħha f’San Blas u fil-Blata l-Bajda favur persuni li qed jiġġieldu biex jegħlbu l-vizzju
tad-droga u problemi oħrajn soċjali. Ellul qal li din l-aħbar se tgħin biex tiġi indirizzata sitwazzjoni finanzjarja serja li setgħet interrompiet il-ħidma importanti tat-tliet organizzazzjonijiet imsemmija kif ukoll mit-twettiq ta’ proġetti li minnhom se tibbenefika l-ko-
munità speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli tas-soċjetà. Is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat spjega li l-NDSF jamministra flus li ġejjin minn inizjattivi ta’ residenza u ċittadinanza. Filwaqt li rringrazzja lit-tliet organizzazzjonijiet volontarji għal ħid-
miethom, esprima sodisfazzjon ukoll għall-fatt li l-NDSF seta’ jkun ta’ soljev finanzjarju għalihom. Muscat qal li se jibqa’ impenjat biex pajjiżna jattira investiment dirett barrani, għax dan qed jissarraf f’ġid li qed jasal fil-komunità, kif diġà ntwera diversi drabi fl-aħħar snin.
04
11.07.2021
MALTA B’RATING A(high)
MAL-AQWA PASSAPORTI FID-DINJA
L-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu mill-pandemija wara “perjodu twil ta’ DBRS Morningstar ikkonfermat ir-rat- wirja ekonomika u fiskali qawwija,” li ing ta’ pajjiżna bħala A(high) stable. wassal biex in-negozji jkunu reżiljenB’hekk pajjiżna baqa’ jgawdi l-aħjar rat- ti, filwaqt li ppermetta lill-Gvern biex ing li qatt ingħatalu minn din l-aġenzija, jagħti sostenn qawwi mqabbel ma’ minkejja li, mindu faqqgħet il-pandemi- pajjiżi oħrajn madwar id-dinja. ja, din saħansitra ddegradat ir-rating ta’ Minkejja li dan l-appoġġ statali was pajjiżi kbar bħal Franza u r-Renju Unit. sal għal żieda fid-defiċit, l-esperti interWara l-fehma tal-Kummmissjoni nazzjonali jemmnu li l-qagħda tal-Gvern Ewropea, id-DBRS saret it-tieni istituzz- għandha titjieb malajr. B’kuntrast, sostjoni internazzjonali li f’ġimgħa waħda new li l-għajnuna tal-Gvern wasslet biex qalet li tantiċipa li Malta se tibqa’ miex- ix-xokk li setgħet tat il-pandemija lill- jpoġġi l-finanzi pubbliċi fis-sod wara li ja ’l quddiem, issaħħaħ l-ekonomija qgħad kien ikkontrollat. tgħaddi l-kriżi globali. u toħloq l-impjiegi. Fit-tbassir tagħha Fit-tbassir tagħhom, l-ekonomisti Ma’ dan, jitkellem ukoll kif ir-riżultat għas-sajf, li ġie ppubblikat nhar l-Erb- tad-DBRS sostnew li din s-sena l-eko pożittiv tal-Moneyval jindika li l-awto għa, il-Kummissjoni Ewropea rrevediet nomija Maltija mistennija tkun xpru- ritajiet qegħdin jagħmlu progress kbir ’il fuq it-tbassir ekonomiku tagħha għal nata mid-domanda domestika. Fattur fil-qasam regolatorju, filwaqt li l-banek pajjiżna. ewlieni wara l-irkupru ekonomiku hu jidhru li baqgħu reżiljenti minkejja l-imDawn id-deċiżjonijiet, li jikkuntras “l-pass impressjonanti tat-tilqim Malti” patt tal-pandemija. Fil-fatt, isostni li taw bil-kbir ma’ dak li bassret l-Oppo li mistenni jattira lura aktar malajr “l-indikaturi tal-governanza tal-Bank żizzjoni Nazzjonalista, partikolarment it-turiżmu, filwaqt li jippermetti biex Dinji għal Malta huma fl-istess linja wara d-deċiżjoni tal-Financial Action eventwalment ikomplu jitneħħew ir- mal-medja tal-Unjoni Ewropea.” Task Force (FATF) meta pprovat tagħ- restrizzjonijiet. Innutaw li “l-Prim Ministru pprov ti l-impressjoni li l-ekonomija Maltija Minbarra hekk, ir-rapport isostni li da impetus ġdid biex isaħħaħ is-saltna se tikkrolla. Minflok, ir-rapporti tad-dritt mindu daħal fil-kariga tal-esperti jgħidu li l-ekonomija f’Jannar 2020,” filwaqt li jsemmu Maltija se tibqa’ tikber u toħloq ill-kliem ta’ tifħir li kellha l-Kumġid. missjoni Venezja għal-liġijiet Tant hu hekk li l-esperti tadġodda li għaddew mill-Parlament DBRS sostnew li “r-rekord ekonof’perjodu prattikament qasir. miku u fiskali qawwi ta’ Malta B’reazzjoni, il-Gvern Malti Ir-rapporti tal-esperti jgħidu li qabel l-impatt tal-COVID-19 skanlaqa’ dan iċ-ċertifikat tad-DBRS sa r-riskji għar-ratings tagħha,” l-ekonomija Maltija se tibqa’ tikber għall-ħidma li saret fl-aħħar xhur waqt li nnotaw ukoll “il-progress u toħloq il-ġid, għalkollox bil-maqlub u jsostni d-determinazzjoni li riċenti ta’ Malta biex ittejjeb il-qa- tat-tbassir li għamlet l-Oppożizzjoni dan ix-xogħol ikompli jissaħħaħ fas tagħha kontra l-ħasil tal-flus fiż-żmien li ġej. “Issa li pajjiżna Nazzjonalista wara l-FATF u l-ġlieda kontra l-iffinanzjar laqa’ għall-effetti tal-pandemija, tat-terroriżmu (AML/CFT)” u l-imwasal iż-żmien biex nibnu prosportanza li qed jagħti l-Gvern Malti perità ġdida. Bit-tħabbir tal-viżbiex jissolvew sfidi li fadal fis-settur. l-fondi Ewropej kapaċi jtejbu l-anda- joni ekonomika, il-pjan ta’ rkupru u B’referenza għad-deċizjoni tal-FATF ment ekonomiku ta’ pajjiżna anke aktar l-istrateġija għal wara l-pandemija, issa huma sostnew li, jekk il-Gvern ikompli milli mbassar. għandna qafas wiesa’ biex il-familji u fit-triq li qabad, l-effett ta’ din id-deċiżIr-rapport tad-DBRS jenfasizza l-fi- n-negozji flimkien jimxu l-pass li jmiss joni jkun mitigat. duċja fl-abilità tal-Gvern, immexxi mill- fl-iżvilupp ta’ pajjiżna,” qal il-Gvern fi Id-DBRS tinnota li pajjiżna ntlaqat Prim Ministru Robert Abela, biex jerġa’ stqarrija lbieraħ.
Fil-lista tal-aqwa passaporti fiddinja għal din is-sena, dak Malti jinsab fit-tmien post flimkien ma’ dawk tar-Repubblika Ċeka, il-Greċja u n-Norveġja, skont l-aħħar analiżi tal-Henley Passport Index, li ġie ppubblikat din il-ġimgħa. L-indiċi, li ma qiesx ir-restriz zjonijiet temporanji fis-seħħ attwalment kawża tal-COVID-19, reġa’ kklassifika lill-passaport Ġappuniż bħala l-aħjar wieħed, minħabba li jagħti aċċess bla viża (jew viża mal-wasla) għal 193 destinazzjoni madwar id-dinja. Il-passaport Malti joffri aċċess għal 186 destinazzjoni simili. Fil-lista mħabbra, Singapore jinsab fit-tieni post bil-passaport tiegħu, waqt li l-Ġermanja u l-Korea t’Isfel it-tnejn jaqsmu t-tielet post. Bħas-soltu, il-bqija tal-lista tal-aqwa 10 tibqa’ ddominata minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea: il-Finlandja, l-Italja, il-Lussembur gu u Spanja jokkupaw ir-raba’ post; l-Awstrija u d-Danimarka jinsabu fil-ħames post; filwaqt li Franza, l-Irlanda, l-Olanda, il-Portugall u l-Iżvezja jinsabu flimkien fis-sitt post. Fl-analiżi li saret ingħad li, f’termini ta’ vjaġġar ħieles, l-akbar stejjer ta’ suċċess fl-aħħar 10 snin kienu dawk taċ-Ċina u l-Emirati Għarab Magħquda. Mill-2011 lil hawn il-passaport Ċiniż avvanza 22 post fil-klassifika – mid-90 għat-68 – waqt li l-Emirati saħansitra qabżu mill-65 għall-15-il post. Fuq in-naħa l-oħra tal-klassifika l-agħar passaporti huma dawk tal-Afganistan, li joffri aċċess bla viża għal 26 destinazzjoni biss.
11.07.2021
05
IL-PN KONTRA REGOLI STRETTI TURISTIĊI Il-Partit Nazzjonalista lbieraħ ħareġ kontra l-miżuri mħabbrin mill-awtoritajiet tas-saħħa ġurnata qabel, fosthom l-obbligu li turisti li jiġu fostna jridu jkunu ħadu ż-żewġ dożi talvaċċin kontra l-COVID-19. Wara xhur ma jiffunzjonax, tant li sorsi qrib id-Dar Ċentrali qalu li kien sar iċ-ċajta tal-pandemija, il-PN ħareġ żewġ stqar rijiet taħt il-“COVID Team” tiegħu fi żmien 24 siegħa fejn kellu anke l-ardir li jikkritika l-miżuri mħabbrin mid-Depu tat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci wara ż-żieda tal-aħħar jiem fil-każi pożittivi fost l-istudenti tal-Ingliż. Il-miżuri mħabbrin nhar il-Ġimgħa jaħsbu primarjament għal turiżmu sigur fejn il-persuni li jaslu Malta jkunu ħadu l-vaċċin. Għall-PN, iżda, din il-miżura kienet “estrema”. Minflok tenna biex kull min jiġi f’Malta b’test negattiv talCOVID-19, jitteħidlu test ieħor fl-Ajruport appena jirfes l-art. Minkejja li kif ingħad ilbiraħtlula l-maġġoranza assoluta tal-każi pożittivi kienu fost studenti li waslu fostna biex jistudjaw l-Ingliż, għall-PN l-iskejjel li jilqgħuhom kellhom jibqgħu miftuħin ukoll. Fl-istqarrija tiegħu, fejn reġa’ naqas fl-appell biex il-pubbliku jieħu l-vaċċin, il-PN qal li l-miżuri li ħadu l-awtoritajiet tas-saħħa mhumiex fl-interess nazzjonali. Il-Ħadd li għadda kienet din l-istess gazzetta li żvelat kif il-COVID Team tal-PN ma kien xejn għajr gimmick talKap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, tant li wara ftit ma baqax jiltaqa’ iżjed. Meta ħabbar dan it-tim, il-Kap Nazzjonalista wkoll kien ħareġ qatta’ bla ħabel kontra l-Gvern. Kien qal li dan tal-aħħar ma kellux pjan biex jiġġieled il-pandemija u għalhekk kellu jwaqqaf dan it-tim ta’ azzjoni fi ħdan il-Partit tiegħu. Minkejja dan, il-KullĦadd żvelat li dan it-tim ta’ politiċi aktar ma ltaqax milli ltaqa’ u, kif inhu sew magħruf, m’għamel l-ebda proposti konkreti fi kważi 10 xhur mindu tħabbar l-ewwel darba. Waħda mis-suppost membri tat-tim, it-Tabiba u Deputata Nazzjonalista Maria Deguara kienet imbarazzata meta ġiet mistoqsija minn ONE News dwar il-ħidma ta’ dan it-tim. Hi wkoll ma tatx tweġiba meta ġiet mistoqsija jekk tafx tgħid meta kien l-aħħar darba li dan iltaqa’. Minkejja dan, is-sorsi tagħna qrib il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista qalulna li meta l-ġimgħa li għaddiet Bernard
Il-PN ipprova jiskredita lill-awtoritajiet tas-saħħa bi stqarrijiet mill-“COVID Team”, li kif żvelajna ġimgħa ilu hu finta Grech sejjaħ għat-twaqqif ta’ minn unions u għaqdiet ew- ranti (MHRA), l-Assoċjazzjoni fermiera u l-Qwiebel (MUMN) task force dwar l-eżitu tal-Fi- lenin, fosthom l-Assoċjazzjoni għall-Istabbilimenti tal-Ca- u l-General Workers’ Union nancial Action Task Force Maltija għal-Lukandi u r-Resto- tering (ACE), l-Union tal-In- (GWU). (FATF), il-kliem kien spontanju u b’doża ta’ ironija: “L-iktar jekk tkun bħall-COVID Team, li ssejjaħ għar-ritratti fil-furja tal-mument, imbagħad daqslikieku qatt ma kien xejn.” It-tim finta ta’ Grech kien mistenni jitmexxa minnu stess, flimkien ma’ ħames membri tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista – l-istess Maria Deguara, Stephen Spiteri, Claudette Buttigieg, Clyde Puli u Claudio Grech. Sadanittant, nhar il-Ġimgħa l-awtoritajiet tas-saħħa taw rendikont dettaljat tas-sitwaz zjoni preżenti u spjegaw li kienu qed jaġixxu mill-ewwel bil-għan li x-xogħol kollu li sar fl-aħħar xhur ikun ippriservat. Fearne u Gauci spjegaw kif minn nhar l-Erbgħa li ġej, 14 ta’ Lulju 2021, se jingħalqu l-iskejjel tat-tagħlim tal-Ingliż u se jkunu aċċettati biss turisti li juru ċertifikat tal-vaċċin li jkun approvat mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika ta’ Malta. Tfal ta’ etajiet bejn il-ħames snin u t-12-il sena jrid ikollhom swab test (PCR test) negattiv għall-COVID-19 filwaqt li tfal taħt il-ħames snin huma eżentati minn dan l-obbligu. It-tfal jeħtieġu li jkunu akkumpanjati minn adult fil-pussess ta’ ċertifikat awtorizzat tal-vaċċin. Id-Deputat Prim Ministru u s-Supretendent għas-Saħ ħa Pubblika ma naqsux iħeġġu lill-pubbliku biex ikompli jieħu l-vaċċin u b’hekk ikun imħares mill-effetti tal-COVID-19, kif inhu pprovat li qed jaħdem tajjeb ħafna fost il-maġġoranza assoluta tal-poplu Malti. Il-miżuri mħabbrin intlaq għu b’mod pożittiv mill-pubb liku inġenerali u saħansitra
06
11.07.2021
JAPPELLAW GĦAL RESPONSABBILTÀ FIL-FINALI LLEJLA Għall-finali tant mistennija tal-kompetizzjoni Ewropea tal-futbol, Euro 2020, li llejla se tlaqqa’ lit-timijiet nazzjonali tal-Ingilterra u l-Italja, il-Minis tru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri u l-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà appellaw lill-pubbliku biex ikun responsabbli waqt li jkun qed isegwi l-logħba. Huma wkoll ħeġġew biex waqt id-divertiment u ċ-ċeleb razzjoni mistennija jkun hemm rispett lejn xulxin, b’mod partikolari bejn il-partitarji nume rużi taż-żewġ timijiet. F’messaġġ tal-okkażjoni, il-Ministru Camilleri spjega li għal dawn l-aħħar xhur l-entitajiet tal-infurzar wettqu numru ta’ spezzjonijiet biex tonqos l-imxija tal-COVID-19 f’pajjiżna u jipproteġu lill-Maltin u lill-Għawdxin. Fil-fatt, fl-ewwel sitt xhur tas-sena minn Jannar sa Ġunju nħarġu madwar 20,000 multa relatata ma’ ksur ta’ regoli marbutin mal-pan-
demija. Għaldaqstant, hu appella għar-responsabbiltà u b’hekk jiġi salvat sajf ta’ xogħol għall-poplu tagħna. Għal dan ir-rigward, il-Korp tal-Pulizija, bl-għajnuna ta’ entitajiet oħrajn, bħad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Aġenzija LESA, se jkunu qed isaħħu l-preżenza tal-uffiċjali fit-toroq, partikolarment f’ċerti hotspots taċ-ċelebrazzjonijiet. Il-Kummissarju tal-Pulizija saħaq li kulħadd jista’ jieħu pjaċir fl-istess waqt li jirrispetta r-regoli li hemm fis-seħħ u li jagħtu aktar libertà minn dawk ta’ pajjiżi oħrajn. Hu rringrazzja lill-uffiċjali tal-Korp għas-sagrifiċċji kbar li qed iwettqu f’din ir-realtà ġdida li ngħaqdet ma’ xogħol ieħor mistenni minnhom. Fl-appell tiegħu, il-Kummissarju għamel messaġġ bl-Ingliż indirizzat lill-barranin li jgħixu Malta fejn talab għall-koperazzjoni ħalli għada u fis-sajf kollu jseħħ divertiment b’mod responsabbli.
L-ATTUR U XANDAR PATRICK VELLA JMUT Ilbieraħ filgħodu tħabbret il-mewt tal-attur u xandar, Patrick Vella. Vella mhux wiċċ ġdid fix-xena lokali, tant li għal xi żmien kien jaqra l-aħbarijiet fuq l-istazzjon televiżiv tal-Partit Laburista, ONE, waqt li kien fost l-ewwel preżentaturi radjufoniċi li kellu ONE Radio. It-telfa tiegħu se tinħass ukoll fil-qasam tar-reċtar fejn mal-milja taż-żmien ħa sehem f’bosta produzzjonijiet lokali għall-palk u t-televixin, partikolarment “Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka”. Vella kien attiv f’Politeatru, li twaqqaf bl-iskop li jwassal teatru b’temi soċjo-politiċi.
Miri u miżuri, li għandhom l-għan li jikkonservaw żoni marittimi protetti, bl-abitat u l-ispeċi tal-baħar li jħaddnu, tnedew għall-konsultazzjoni pubblika lbieraħ. F’konferenza tal-aħbarijiet fl-akkwati tas-Siġġiewi mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia u l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) Michelle Piccinino ngħad li dan id-dokument ikopri 18il żona marittima protetta li jkopru ’l fuq minn 4,100 kilometru kwadru jew 35% taż-żona tas-sajd f’pajjiżna. Dawn iż-żoni jkopru l-konservazzjoni ta’ diversi habitats f’qiegħ ilbaħar, bħal meded ta’ Posidonia, banek tar-ramel, sikek u għerien, flimkien ma’ għadd ta’ speċi tal-baħar inklużi dniefel, fkieren u tjur tal-baħar. “Bħala gżira żgħira fiċ-ċentru tal-Mediterran, l-ambjent marittimu jiddefinina bħala nazzjon. Illum il-ġurnata, madwar 15% tal-ekonomija Maltija għadha tiddependi fuq l-ekonomija l-blu. Meta mqabbla mal-kontribuzzjoni tal-ekonomija blu għall-Unjoni Ewropea, din iċ-ċifra hi relattivament għolja meta wieħed iqis id-dipendenza ta’ stat gżira li l-unika riżorsa fiżika li għandu hu l-ambjent tal-baħar,” tenna l-Ministru Farrugia. Fi sfond naturali, li inkluda l-gżira ta’ Kemmuna, il-Ministru respons-
07
MIŻURI GĦAŻ-ŻAMMA TA’ ŻONI MARITTIMI PROTETTI abbli kompla jgħid li “hu importanti li r-riżorsi tal-baħar jintużaw b’mod sostenibbli u li nippriservaw l-amb jent marittimu tagħna. Dan mhux biss biex nissalvagwardjaw l-għajxien, l-ikel u l-firxa ta’ servizzi, iżda wkoll biex nipproteġu d-diversità tal-ħajja u s-sbuħija assoċjata mal-ibħra li jdawruna. Waħda mill-aktar għodod effettivi biex tinkiseb din il-protezzjoni hi l-ħatra ta’ żoni marittimi protetti.” Il-miżuri, li qed jinħarġu għall-konsultazzjoni pubblika, jipprovdu d-direzzjoni strateġika li mbagħad twassal għall-iżvilupp ta’ reġim ta’ ġestjoni speċifiku għal dawn iż-żoni mmirati biex itejbu u jimmassimizzaw il-kontribut tas-siti għall-manutenzjoni jew il-kisba tal-istatus ta’ konservazzjoni mixtieq ta’ dawn il-habitats u l-ispeċi. Min-naħa tagħha, il-Kap Eżekuttiv tal-ERA qalet li dan hu l-ewwel pass li tal-immaniġġjar tal-istess ambjent konsultazzjoni pubblika, li se jibqa’ miftuħ sal-5 ta’ Settembru li ġej. se jwassal għat-tisħiħ fil-protezzjoni marittimu tagħna. Il-pubbliku qed jiġi mistieden biex Aktar tagħrif jinkiseb mill-website taż-żoni marittimi protetti bit-tfassil u bl-implimentazzjoni għal miżuri jikkontribwixxi f’dan il-proċess ta’ uffiċjali tal-ERA (era.org.mt).
Ritratt: JASON BORG / DOI
11.07.2021
08
11.07.2021
BEETHOVEN U ĊUĊATI OĦRA TALIl-mijiet ta’ mistoqsijiet li jsiru fl-ogħla istituzzjoni nazzjonali kull ġimgħa lill-Ministri tal-Gvern għandhom importanza kbira, kemm bħala skop ta’ tagħrif ġenerali li jinteressa lill-pubbliku kif ukoll mezz ta’ skrutinju fuq l-awtoritajiet kompetenti. Fost oħrajn jixhdu trasparenza fuq l-operat amministrattiv fis-setturi kollha taħt ix-xemx, li jagħmlu użu minn fondi pubbliċi. Pereżempju kienet tweġiba simili li kixfet kif il-Kabinett ta’ Lawrence Gonzi fil-leġiżlatura 2008-2013 kien ħataf żieda ta’ bejn €500 u €600 fil-ġimgħa għal kull membru u twieled l-iskandlu li baqa’ magħruf. Minkejja dan, kultant tfeġġ dik il-mistoqsija li kapaċi toħloq stagħġib lill-Ministru rispettiv li jirċeviha daqs kemm lil kull min isegwi t-tali dibattiti li jixxandru dirett fuq l-istazzjon televiżiv tal-Parlament. Għalkemm dawn mhumiex okkażjonijiet daqshekk komuni, jidher li mhumiex rari lanqas. Din il-ġimgħa, kien id-Deputat Nazzjonalista Joseph Ellis li interpella lill-Ministru responsabbli mill-kultura biex ikun jaf, fost l-oħrajn, dwar ammont ta’ kunċerti li saru. Il-bużillis mhux li staqsa fuq hekk, anzi, iżda d-De putat Għawdxi kien iżjed speċifiku u ried ikun jaf kemmil kunċert ġie organizzat li fih indaqqet waħda mill-aktar sonati rinomati għall-pjanu tal-kompożitur Ġermaniż Ludwig van Beethoven, is-Sonata No.29 jew kif inhi magħrufa wkoll il-Hammerklavier Sonata. Mhux magħruf x’inhu l-interess speċifiku tiegħu għal din is-sonata, li nkitbet mal-200 sena ilu u tieħu mat-
tliet kwarti ta’ siegħa biex tiġi interpretata. L-istess diffiċli tasal għal konklużjoni plawżibbli dwar x’jista’ jkun, għalkemm iżjed faċli tikkonkludi li hu ħela ta’ ħin fil-ħidma ta’ min irid ifittex għal tali informazzjoni. Riċerka li għamilna fl-aħħar jiem żvelat tagħrif relatat ma’ mistoqsijiet fil-Parlament li wkoll jagħmlu melodija għal sitwazzjonijiet ċuċeski u li jistgħu jġibulek għajnejk wara widnejk jew viċi versa, skont jekk tismagħhomx dirett mid-deputati nfushom tal-Oppożizzjoni jew jekk hux se taqrahom hawn għall-ewwel darba. Għalkemm kien hemm oħrajn, li setgħu għamluha mal-lista, għażilna l-aħjar ħamsa li dehrilna għandhom jinqraw anke jekk mhux bilfors wieħed jasal biex jemmen mill-ewwel li jkunu tassew saru. Minbarra dik klassika (!) tad-Deputat Ellis, li ngħatat tweġiba nhar it-Tlieta li għadda, qed ninkludu wkoll mistoqsijiet oħrajn. Dawn saru mid-Deputati attwali Toni Bezzina u Karol Aquilina u mill-Eks Membri Parlamentari Antoine Borg u Ċensu Galea u jinkludu t-tweġibiet li ngħataw, ġieli wkoll ironiċi, u d-dati rispettivi kif ippreżentati fl-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna. U jekk il-mużika ta’ Beethoven ma ddoqqx għall-widnejn, ma nistgħux nimmaġinaw x’effett għandhom il-mistoqsijiet l-oħrajn, li jitolbu tagħrif dwar l-ajruplani low cost li jinżlu f’Għawdex, jekk Filfla hix ta’ Malta u l-Maltin, kemm jammontaw f’tul il-bankini li għandna madwar il-pajjiż jew it-tappieri kollha fl-akwati ta’ San Pawl il-Baħar, inklużi Buġibba u l-Qawra.
30 ta’ Ġunju 2021 MISTOQSIJA: L-Onorevoli JOSEPH ELLIS staqsa lillOnorevoli Josè Herrera, Ministru għallWirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, jista’ jgħid kemm ġew organizzati kunċerti mill-Valletta Cultural Agency li fihom indaqqet il-Hammerklavier Sonata ta’ Ludwig Van Beethoven bejn Novembru 2020 u Jannar 2021, kemm attendew nies għal dawn il-kunċerti, kemm swew dawn il-kunċerti u kemm kien il-ħlas għal min daqq f’dawn il-kunċerti?
6 ta’ Lulju 2021 TWEĠIBA: Ninforma lill-Ono revoli interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
12 ta’ Jannar 2015 MISTOQSIJA: L-Onorevoli ANTOINE BORG staqsa lill-Onorevoli Edward Zammit Lewis, Ministru għat-Turiżmu, jista’ jelenka l-kumpaniji, waħda waħda li joperaw linji tal-ajru low cost, l-ammont ta’ sussidju mogħti, sena b’sena mill-2008 sal2014 u jissegrega l-informazzjoni bejn Malta u Għawdex?
21 ta’ Jannar 2015
TWEĠIBA: Ninforma lill-Onorevoli interpellant bis-segwenti: 1) li l-linji tal-ajru low cost ma jagħmlu l-ebda inżul fil-gżira ta’ Għawdex għal raġunijiet evidenti u per konsegwenza l-ammont ta’ sussidju ma jistax jiġi segregat bejn Malta u Għawdex; 2) li ma jeżisti l-ebda “sussidju” hekk kif qed jindika l-abbli Onorevoli interpellant fid-domanda tiegħu, iżda ‘route development’ jew ‘strategic marketing support’; 3) li ‘in ogni caso’ din hi informazzjoni ta’ natura kummerċjali sensittiva ferm għal pajjiżna bħala destinazzjoni turistika u kemm minħabba vinkoli ta’ kunfidenzjalità li l-Gvern jew l-MTA għandu mal-linji tal-ajru rispettivi; 4) li ninsab ferm sorpriż kif l-Onorevoli u abbli interpellant qed jinterponi tali domanda, meta l-prassi dwar is-sensittività tal-informazzjoni rikjesta ġejja mill-amministrazzjoni preċedenti li llum l-interpel lant jifforma parti minnha bħala deputat Parlamentari fl-Oppożizzjoni u li baqgħet tiġi adottata millGvern preżenti; 5) li wieħed iserraħ moħħ l-Onorevoli interpellant li l-Gvern qed jaħdem biex iġib il-linji tal-ajru ġodda u kif ukoll biex il-linji tal-ajru diġà stabbiliti jżidu t-titjiriet minn u lejn Malta ħalli l-Gvern jibqa’ jikseb aktar rekords hekk kif l-istess Gvern għamel fis-sena 2014.
09
11.07.2021
PN FIL-PARLAMENT 13 ta’ Frar 2018
10 ta’ Marzu 2017 MISTOQSIJA: L-Onorevoli ĊENSU GALEA staqsa lill-Onorevoli Joseph Muscat, Prim Mi nistru, jista’ jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ tappieri tad-drenaġġ (manholes) li għandha l-Water Services Corporation fl-inħawi ta’ Buġibba, il-Qawra u San Pawl il-Baħar? Billi numru sostanzjali minn dawn il-manholes huma mniżżla ’l isfel mill-wiċċ tat-triq, jista’ jieħu l-passi neċessarji biex dawn l-istess tappieri, u t-tarmak ta’ madwarhom jiġu rranġati? Jista’ jagħti wkoll tagħrif dwar jekk fil-fatt sarux spezzjonijiet fuq l-istess tappieri, kif ukoll x’kienu r-riżultati ta’ tali spezzjonijiet? Kemm mit-tappieri kkonċernati, filfatt ġew mgħollija sal-livell meħtieġ fit-triq?
20 ta’ Marzu 2017 TWEĠIBA: Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li n-numru ta’ manholes fil-lokalità ta’ San Pawl ilBaħar jammonta għal 1,400. Il-Korporazzjoni bdiet blispezzjonijiet meħtieġa u t-tappieri li huma fi stat ħażin qed jiġu rranġati. Minn Jannar sal-lum ġew irranġati disa’ tappieri.
22 ta’ Ottubru 2018 MISTOQSIJA: L-Onorevoli KAROL AQUILINA staqsa lill-Onorevoli Ian Borg, Ministru għatTrasport, l-Infrastrut tura u l- Proġetti Kapitalijista’ l-Ministru jgħid jekk il-gżira ta’ Filfla hix proprjetà tal-Istat Malti? Jekk le, jista’ jgħid ta’ min hi proprjetà l-gżira ta’ Filfla?
6 ta’ Novembru 2018 TWEĠIBA: Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-gżira ta’ Filfla hi rreġistrata bħala art talGvern.
MISTOQSIJA: L-Onorevoli TONI BEZ ZINA staqsa lill-Onore voli Ian Borg, Minis tru għat-Trasport, l-Infras truttura u l-Proġetti Kapitali jista’ jagħti lista tat-tulijiet u l-wisa’ ta’ kull triq arterjali u distributorja li għandna f’Malta u Għawdex, inkluż it-tul tal-bankini, it-tul ta’ bicycle lane li fiha (jekk fiha), minn kemm-il karreġġjata hi magħmula u kemm-il lane fiha? Jista’ jissotto metti pjanta li tindika fejn tinstab kull triq arterjali u distributorja?
6 ta’ Marzu 2018 TWEĠIBA: Din l-informazzjoni tin għata meta titkejjel.
FI ŻMIEN XAHAR JIŻLOQ DARBTEJN FIL-MELLIEĦA Fi żmien xahar, l-Onorevoli ROBERT CUTAJAR reġa’ tgerfex fi triq oħra fil-Mellieħa, l-istess lokal li fih kien Sindku sal-2013. Fit-tieni mistoqsija tiegħu minn bosta dwar xogħlijiet infrastrutturali li għaddejjin fir-raħal tat-Tramuntana tal-pajjiż, li għamel bejn il-bidu ta’ Ġunju u din il-ġimgħa, reġa’ ngħata ċanfira oħra mill-Ministru responsabbli Ian Borg. Wara li xahar ilu kien redikolat meta staqsa jekk l-aġenzija Infrastructure Malta għamlitx laqgħat minn qabel u ma’ min kkonsultat dwar ix-xogħlijiet li qed isiru mal-kosta ta’ Dawret it-Tunnara, għax kien ċar li ma kienx aġġornat dwar is-sitwazzjoni, issa spiċċa ħareġ b’isem ta’ triq li lanqas biss jeżisti fil-lokal. Il-Ministru Laburista qallu li, fl-għaġla tiegħu biex jidher qed jagħmel xi ħaġa f’kompetizzjoni ma’ kandidati oħrajn talPN, għaffiġha bla ma mqar għamel ftit riċerka. Cutajar staqsa lill-Ministru biex “jagħti spjegazzjoni kif wara biss ftit ġimgħat li saret Triq Port Ruman fil-Mellieħa minn Infrastructure Malta, din sfrondat?”, waqt li wkoll ipprovda ritratt (taħt). Iżda l-Ministru qallu li “hi ħasra li hawn deputati li kif jaraw kumment jew ritratt fuq Facebook jiġu jiġru jagħmlu mistoqsija Parlamentari ħalli jidhru li qed jagħmlu xi ħaġa, bla ma l-ewwel jagħmlu mqar ftit riċerka bażika biex jivverifikaw il-fatti, f’tellieqa ma’ membri Parlamentari u kandidati oħra biex jidhru li huma ‘ħadu azzjoni’ l-ewwel. Dan qed iwassal għal ħafna ħela ta’ riżorsi biex jiġu ċċekkjati allegazzjonijiet inkorretti, jew biex tinġabar informazzjoni bbażata fuq mistoqsijiet b’tagħrif żbaljat.” Minbarra hekk, il-Ministru wkoll ma ħalliehx nieqes għal melħa u kompla: “Nixtieq nibda billi ninforma lill-Onorevoli Cutajar li l-Mellieħa m’hemm l-ebda triq jisimha Triq Port Ruman. Toroq b’dan l-isem jinsabu f’San Pawl il-Baħar u f’Marsaxlokk. Jista’ jkun li l-Onorevoli Cutajar qed jirreferi għal Triq il-Wied ta’ Ruman, imsemmija għal wied fil-Mellieħa li m’għandha xejn x’taqsam mal-portijiet tar-Rumani.” Qallu li, jekk fil-fatt qed jirreferi għal din it-triq, allura għandu jkun jaf li din it-triq ma saritx minn Infrastructure Malta “biss ftit ġimgħat” ilu kif qed jallega, iżda bejn l-2013 u l-2014, meta l-aġenzija mhux biss kienet għadha ma teżistix. Cutajar messu aktar kien jaf ladarba kien għadu kif spiċċa minn Sindku tal-post. Mit-tweġiba jirriżulta wkoll li dan l-aħħar kien hemm xi ħsarat f’pajpijiet taħt l-art u l-entitajiet konċernati wettqu xi tiswijiet fl-istess triq. Infrastructure Malta u Transport Malta talbu lill-istess entitajiet biex jiżguraw li t-triq titreġġa’ lura għall-istat tajjeb li kienet qabel seħħew il-ħsarat f’parti żgħira tat-triq. Nhar is-6 ta’ Ġunju rrapportajna kif Cutajar ipprova jagħmel kapital minn xogħlijiet li qed isiru fi Triq it-Tunnara fil-Mellie ħa, iżda fil-verità jirriżulta li interventi ta’ kostruzzjoni u lqugħ mill-baħar qed isiru minħabba problemi serji li kienu ilhom jakkumulaw għal għexieren ta’ snin, inkluż meta l-istess Cutajar kien qed iservi lil-lokal bħala Sindku.
10
11.07.2021
TBASSIR EKONOMIKU AĦJAR GĦAL PAJJIŻNA Il-Kummissjoni Ewropea tejbet it-tbassir ekonomiku tagħha għal pajjiżna għal din is-sena minn 4.6% għal 5.6%. Iż-żieda, li toħroġ mit-Tbassir Ekonomiku għas-Sajf 2021, l-esperti tal-Kummissjoni għollew it-tbassir tagħhom għal Malta iżjed minn dik magħ mula għall-bqija taż-Żona Ewro, fejn it-tbassir tjieb b’medja ta’ 0.5%, waqt li t-tbassir ta’ diversi pajjiżi ma nbidilx ħafna. Il-Kummissjoni nnotat kif fl-ewwel kwart tal-2021 Malta diġà kisbet riżultati ekonomiċi aħjar milli mistenni, għaldaqstant din kienet waħda mir-raġunijiet li ħassew li kellhom jgħollu t-tbassir tagħna. Minbarra hekk ġie nnotat ukoll kif tjiebu sew l-ottimiżmu u
l-fiduċja fost in-negozji u l-familji. Fattur ewlieni kien “il-pass għoli ta’ tilqim f’Malta u t-titjib tas-sitwazzjoni fis-saħħa pubblika,” li wassal lill-Kummissjoni biex tikkonkludi li “l-attività ekonomika lokali tinsab fit-triq għal irkupru qawwi.” Element ieħor li jsemmu l-ekonomisti tal-Kummissjoni hu titjib qawwi fil-konsum privat, li hu kkawżat mit-tieni sett ta’ vouchers ta’ €100 li l-Gvern reġa’ qassam lil kull ċittadin minn 16-il sena ’l fuq. It-titjib ekonomiku mistenni jkompli jiżdied matul l-2022 bi tkabbir ta’ 5.8%, waqt li fil-bqija taż-Żona Ewro t-tkabbir mistenni jonqos minn 4.8% għal 4.5%. Skont ir-rapport, is-sena d-dieħla t-turiżmu f’Mal-
ta mistenni jkompli jirranka, flimkien ma’ investiment qawwi mis-settur privat u s-settur pubbliku, partikolarment bl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Rkupru ta’ €345 miljun. Fi stqarrija, il-Gvern Malti laqa’ dan iċ-ċertifikat ieħor lit-tmexxija ekonomika ta’ pajjiżna u nnota kif din il-perspettiva tal-esperti Ewropej tikkuntrasta kompletament mad-diskors negattiv tal-Oppożizzjo ni Nazzjonalista ta’ Bernard Grech. “Bit-tnedija talPjan ta’ Rkupru, l-Istrateġija ta’ Wara l-COVID-19 u l-Istrateġija Ekonomika, in-negozji u l-familji f’pajjiżna jistgħu jħarsu ’l quddiem lejn prosperità ġdida,” ingħad fl-istqarrija.
CASINOS ONLINE MALTIN B’ŻIEDA KBIRA F’ĠUKATURI FIS-SENA TAL-PANDEMIJA IR-RAPPORT ANNWALI TAL-MGA JURI KIF KUMPANIJI LIĊENZJATI FOSTNA KELLHOM ŻIEDA TA’ MADWAR 5,500,000 REĠISTRAZZJONI FL-2020, FOSTHOM ŻEWĠ MILJUN APPLIKAZZJONI ĠDIDA, META MQABBEL MAS-SENA PREĊEDENTI Il-casinos online illiċenzjati mill-Awto rità Maltija għal-Logħob (MGA) esperjenzaw żieda ta’ madwar 5,500,000 ġukatur attiv minn madwar id-dinja matul is-sena li għaddiet għal total ta’ kważi 36,200,000. Meta mqabbla maż-żieda fl-2019, jirriżulta li ż-żieda rreġistrata fis-sena tal-pandemija kienet kważi d-doppju. Minn tagħrif, li joħroġ mir-rapport annwali tal-MGA, jirriżulta li fl-istess
perjodu bejn Jannar u Diċembru 2020 żdiedu wkoll b’rata simili dawk li rreġistraw għall-ewwel darba ma’ online casinos lokali. Fil-fatt miż-żieda kollha fl-2020, mal-2,200,000 kienu accounts ġodda, kważi d-doppju tal-1,400,000 li żdiedu bejn l-2018 u l-2019. Għalkemm l-industrija baqgħet tespandi f’pajjiżna sena wara l-oħra, jidher ċar li l-effetti tal-miżuri imposti kawża tal-COVID-19, speċjalment lock-
downs f’diversi pajjiżi, ħallew il-marka tagħhom anke f’dan ir-rigward. Dan wassal għal tkabbir iżjed milli mistenni fl-industrija, bid-differenza ta’ setturi oħrajn li sofrew telf drastiku minħabba nuqqas ta’ attività. B’riżultat taż-żidiet li esperjenzaw minn madwar id-dinja, il-kumpaniji lokali tal-logħob online impjegaw b’mod dirett 7,557 persuna, żieda ta’ kważi 1,000 post tax-xogħol fuq l-2019 fejn
kien hemm jaħdmu 6,593 persuna. Dwar dan, ir-rapport tal-MGA jisħaq li, sal-aħħar tal-2020, 60.4% tal-ħaddiema kienu rġiel. Minbarra hekk jingħad li 69.6% tal-impjegati kollha ġejjin minn pajjiżi barranin, li jpoġġi enfasi akbar fuq il-ħtieġa ta’ iżjed barranin biex it-tkabbir tal-industrija jibqa’ sostnut. F’Ġunju tas-sena l-oħra, il-KullĦadd ikkwotat lill-website speċjalizzata Armchair Arcade li ddeskriviet il-liċenżja relatata Maltija bħala waħda mill-aħjar tnejn li jeżistu fid-dinja, waqt li l-proċess rigoruż biex tinkiseb l-istess liċenzja f’pajjiżna jagħmilha wkoll l-aktar waħda serja. Skont il-website, li tittratta aħbarijiet mid-dinja teknoloġika, pajjiżna jiffaċċja l-akbar kompetizzjoni f’dan ir-rigward mill-gżira ta’ Curacao fil-Karibew, bid-differenza li din, avolja taqa’ taħt ir-renju tal-Olanda, m’għandhiex ir-rekwiżiti mitlubin mill-Unjoni Ewropea, kif għandha Malta. Għaldaqstant Armchair Arcade indikat il-liċenzja ta’ Malta bħala l-aktar waħda sigura. Dak iż-żmien kien ingħad li pajjiżna kellu mat-300 kumpanija u daqstant ieħor liċenzji rreġistrati mal-MGA. Fir-rapport annwali, l-Awtorità ħabbret li fl-2020 approvat il-ħruġ ta’ 68 liċenzja ġdida li wasslu wkoll għal kważi 1,000 impjieg dirett iżjed fl-industrija. L-industrija, li baqgħet tikber sena wara oħra f’pajjiżna, rat tkabbir ta’ 18.1% fl-accounts irreġistrati minn ġukaturi attivi u 15.5% minn ġukaturi ġodda. Dan jikkontrasta ma’ numru relattivament żgħir ta’ persuni li, minn jeddhom, jagħżlu li jiġu esklużi minn postijiet ta’ logħob tal-azzard ibbażati fuq l-art Maltija, anke jekk wieħed irid jirrimarka li s-sena li għaddiet tali talbiet kienu inqas. L-MGA indikat li, bejn Jannar u Diċembru 2020, kien hemm total ta’ 1,258 ġukatur li ssottomettew talba biex jeskludu lilhom infushom minn postijiet simili, fosthom gaming parlours imferrxin f’numru ta’ lokalitajiet u casinos fiżiċi fiż-żoni ta’ Paceville u Buġibba. “Għalkemm dan jirrappreżenta waqgħa ta’ 21.5% fin-numru rreġistrat fl-2019, ta’ min jinnota li l-postijiet għal logħob ikkontrollat kienu magħluqin għal kważi 12-il ġimgħa, skont l-Avviż Legali 76 tal-2020 biex tiġi miġġielda l-imxija tal-COVID-19,” qalet l-Awtorità. Ir-rapport annwali tal-MGA jgħid li, mill-ġukaturi kollha, 45.9% għażlu li jiġu esklużi minn dawn il-postijiet liċenzjati għal perjodu ta’ sitt xhur, waqt li 54.1% talbu esklużjoni għal sena sħiħa. Kien hemm persuna waħda li saħansitra talbet li tiġi eskluża għal dejjem.
11
11.07.2021
79% INQAS ŻJARAT F’ĊINEMA LOKALI L-imxija tal-pandemija u l-miżuri preventivi li kellhom jittieħdu biex titħares is-saħħa, kellhom effett f’kull settur, mhux l-inqas dawk li kienu meqjusin bħala “mhux essenzjali” u allura kellhom jagħlqu kompletament għal perjodu twil ta’ żmien. Is-swali taċ-ċinema jaqgħu f’din il-kategorija u dawk f’Malta kienu fost l-aktar li qalgħu daqqa. Analiżi mill-Osservatorju Awdjoviż iv Ewropew fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa, li ta ħarsa lejn is-sitwazzjoni tal-attendenzi fiċ-ċinema li kien hemm matul l-2020, uriet li Malta kienet fost l-iżjed li rreġistraw tnaqqis drastiku. Fil-quċċata ta’ din il-lista hemm Ċipru, li esperjenzat tnaqqis ta’ 79.5% fl-attendenzi simili, waqt li Malta ġiet fit-tieni bi 78.6%. Wieħed irid iżomm f’moħħu li s-swali lokali kienu magħluqin bejn is17 ta’ Marzu u s-16 ta’ Ġunju 2020 min ħabba miżuri imposti mill-awtoritajiet tas-saħħa. Terġa’ kien hemm restrizzjonijiet ulterjuri fuq in-numru ta’ persuni li setgħu jidħlu fis-swali meta dawn reġgħu tħallew jiftħu. Seba’ teatri taċ-ċinema offrew biss 39% ta’ postijiet għall-udjenza ta’ dak li kienu joffru fl-2019. Ovvjament in-nuqqas ta’ attendenzi madwar l-Ewropa kollha affettwa d-dħul finanzjarju għall-industrija. Il-bejgħ tal-biljetti fl-2020 kien biss ta’ €2.13 biljun fl-UE meta mqabbel ma’ €7.19 biljun għas-sena ta’ qabel, l-2019. F’Malta wkoll is-settur taċ-ċinema daħħal biss ftit aktar minn €1 miljun s-sena l-oħra, li kien frazzjoni tal-€5 miljun li rreġistra fl-2019. Fortunatament għas-settur f’pajjiżna ġew offruti numru ta’ miżuri biex itaffu din id-daqqa, fosthom il-COVID Wage Supplement, li salva l-impjiegi anke tal-ħaddiema involuti, tnaqqis fil-kontijiet għan-negozji u l-vouchers lil kull ċittadin li setgħu wkoll jissarrfu fiċ-ċinemas bħala parti mill-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika mħabbar mill-Prim Ministru Robert Abela fil-bidu ta’ Ġunju tas-sena.
mill-ġdid lil Silvia Luzi u Luca Bellino għal dan il-għan, filwaqt li aktar tard dan ix-xahar se jkun hawn Malta wkoll Hana Jusic u Martijn Smits. Dawn l-erba’ ismijiet rinomati fil-qasam se jaħdmu mill-qrib mal-istudenti Universitarji fil-produzzjoni tagħhom ta’ erba’ films separati bħala parti mill-kors li qed isegwu l-istudji fih. Ma’ dawn se jingħaqad ukoll Olaf Hirschberg, l-espert dinja fid-direzzjoni fotografika tal-films, biex jiggwida lil dawn l-istudenti fil-produzzjonijiet tagħhom ħalli jkomplu jilħqu livelli eċċezzjonali.
L-istampa ta’ tnaqqis fl-attendenzi hi konsistenti madwar l-Ewropa kollha, tant li l-istatistika mill-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew turi li fi Spanja l-attendenza naqset bi 73.8%, fl-Italja b’71.6%, Franza b’70.1% u l-Ġermanja b’69%. Ovvjament anke l-produzzjoni talfilms ħadet daqqa matul l-2020, wara li kellha tieqaf ħesrem fil-pajjiżi kollha f’Marzu ta’ dik is-sena, meta faqqgħet il-pandemija. Din reġgħet bdiet b’mod kajman mad-dħul tas-sajf tal-2020. Hu stmat li kien hemm nuqqas ta’ 30% fil-produzzjonijiet tal-films meta mqabbel mas-sena rekord tal-2019, li matulha kien hemm 2,007 produzzjonijiet. Minħabba d-dewmien fil-ħruġ ta’ blockbusters Amerikani, bħal Fast And
ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.
Furious 9, l-attendenzi fis-swali taċ-ċinema, waqt li dawn kienu miftuħin, ivvantaġġjaw iżjed lil produzzjonijiet iżgħar Ewropej, li esperjenzaw rekord ta’ 39.7% fil-parteċipazzjoni tal-pubbliku. It-tagħlim ċinematografiku fl-Università ta’ Malta Anke l-istudenti tal-Università ta’ Malta fil-Kors tal-Masters fl-Istudji tal-Films għandhom għal 1xiex iħarsu ’l quddiem b’entużjażmu, għax wara waqfa minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija, se jerġgħu jiġu Malta professjonisti internazzjonali f’dan il-qasam biex isegwu x-xogħol tagħhom. Fil-jiem li ġejjin l-Università se tilqa’
Luzzu għall-wiri f ’Settembru Sadanittant, issa li s-sitwazzjoni qed tieħu r-ruħ, id-dilettanti taċ-ċinema jistgħu jaraw il-produzzjoni Maltija Luzzu fis-swali tal-Eden Cinemas mit-8 ta’ Settembru li ġej. Il-film li għandu direzzjoni ta’ Alex Camilleri kellu suċċess kbir fis-Sundance Film Festival Amerikan, tant li l-attur prinċipali Jesmark Scicluna, sajjied mis-Siġġiewi, rebaħ ukoll il-premju tal-Ġurija Speċjali tal-festival għall-interpretazzjoni tiegħu.
12
11.07.2021
INKOMPLU NIRKUPRAW PERMEZZ TAL-FONDI EWROPEJ inizjattivi ambjentali u 20% oħra ghal proġetti konnessi mat-tranżizzjoni diġitali. Fiż-żewġ miri, Malta qed tkun aktar ambizzjuża u fil-fatt se nonfqu kważi nofs l-allokazzjoni kollha għal proġetti ambjentali filwaqt li 26% tan-nefqa sejrin għal proġetti diġitali. Nofs in-nefqa għall-ambjent STEFAN ZRINZO AZZOPARDI
Segretarju Parlamentari
Ħejjejna Pjan ambizzjuż biex permezz ta’ Fondi Ewropej inkomplu nirkupraw mill-effetti tal-pandemija u nagħmlu lil pajjiżna aktar reżiljenti lest għall-isfidi tal-futur. Il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza huwa wieħed li permezz tiegħu se nwettqu riformi u investimenti kbar fil-pajjiż b’nefqa li se tlaħħaq it-€345 miljun li €320 miljun minnhom ġejjin mill-Fond Ewropew magħruf bħala ReactEU – Fond għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Il-Kummissjoni Ewropea fasslet miri ċari lill-Istati Membri dwar kif għandhom jintefqu dawn il-flus. Fost dawn insibu li 37% tal-infiq kellu jkun indirizzat lejn
F’dawk li huma inizjattivi u proġetti fil-qasam tal-ambjent qed nippjanaw li jsiru proġetti biex binjiet pubbliċi u oħrajn tas-settur privat jagħmlu xogħlijiet fihom biex jużaw inqas enerġija u b’hekk jonqsu l-emmissjonijiet. Se jibda proċess biex il-vetturi li jintużaw mis-servizz pubbliku jinbidlu ma’ vetturi elettriċi filwaqt li se jingħataw inċentivi biex anke l-vetturi użati mill-privat jibdew jinbidlu. Qasam ieħor huwa dak tat-trasport pubbliku fejn hawn ukoll se jsir sforz biex jibdew jinbidlu l-vetturi u jsiru elettriċi. Se jiġi inkoraġġit l-użu ta’ modi differenti ta’ trasport u għal dan il-għan se jinbena wkoll post ta’ rmiġġ fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar jew Buġibba. Se nibnu wkoll skola mudell li tkun kważi ħielsa mill-emissjonijiet. Madwar 26% tan-nefqa
kollha se tintefaq fuq proġetti li għandhom x’jaqsmu mat-tranżizzjoni diġitali u hawnhekk se jsiru investimenti kbar fl-infrastruttura diġitali tal-Gvern bil-għan li jkunu jistgħu jiġu offruti ferm aktar servizzi b’mod elettroniku lill-Maltin u lill-Għawdxin kollha. Se jsir infiq ieħor bilgħan li nkomplu ngħinu biex jikber ix-xogħol bit-teleworking. Se jkun diġitalizzat ukoll ir-Reġistru Merkantili ta’ Malta. Fil-qasam tas-saħħa qed nipproponu li jinbena ċentru ġdid tad-demm li se jkun magħruf bħala “Blood, Tissue & Cell Centre” filwaqt li taqsimiet fl-Isptar Mater Dei se jkunu wkoll diġitalizzati.
żgħażagħ jitħajru jkomplu jistudjaw wara li jagħlqu s-16-il sena filwaqt li biex ninkoraġġixxu aktar it-taħriġ vokazzjonali se jinbena Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) ġdid b’nefqa ta’ madwar €41 miljun. Dan se jkun ta’ għajnuna kbira lill-industrija turistika f’pajjiżna li hija pilastru ewlieni tal-ekonomija Maltija. Anke permezz ta’ dan ilPjan, il-Gvern qed ikompli juri l-impenn tiegħu biex isaħħaħ il-qasam tal-Governanza u fost affarijiet oħra se ninvestu €10 miljun biex issir id-diġitalizzazzjoni fil-Qrati ta’ Malta. Dan se jsir filwaqt li jkomplu jitwettqu r-riformi li bdejna biex insaħħu l-governanza u l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna partikolarment fil-ġlieda kontra Se jinbena ITS ġdid l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus. Fl-aħħar sena u nofs ta’ panFil-qasam edukattiv se nkom- demija, il-Gvern ma kien qatt plu bir-riformi biex aktar xħiħ ma’ dak li kellu bżonn
Anke permezz ta’ dan il-Pjan, il-Gvern qed ikompli juri l-impenn tiegħu biex isaħħaħ il-qasam tal-Governanza
il-poplu u fil-fatt intefqu miljuni kbar ta’ ewro f’wage supplements, vouchers, sussidji fuq il-kirjiet u l-kontijiet taddawl u l-ilma għan-negozji u intrapriżi, sussidji lil setturi diversi tat-turiżmu u l-qasam tad-divertiment, lill-artisti, każini tal-baned, u bosta oqsma oħra. Anke hawnhekk, il-Fondi Ewropej servew biex għenu fl-irkupru ekonomiku meta ntefqu €120 miljun minn dawn il-fondi għall-wage supplements lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin. Issa, bil-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza ser inkomplu nagħtu spinta fit-triq ta’ rkupru li diġà qbadna u li diġà qed jagħti r-riżultati. Fl-aħħar jiem, il-Kummissjoni Ewropea, fit-tbassir tagħha dwar l-ekonomija Maltija, irrevediet ’il fuq il-previżjoni tagħha dwar kif se tikber l-ekonomija Maltija għal 5.6% minflok dik ta’ 4.6% li kienet bassret ftit ilu. Mingħajr l-ebda dubju, ilPjan ta’ Rkupru u Reżiljenza li qed inressqu għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea huwa ħolqa oħra fil-katina ta’ inizjattivi ta’ dan il-Gvern biex malajr kemm jista’ jkun, pajjiżna jerġa’ jaqbad it-triq ta’ progress qawwi li konna mdorrijin bih sa ftit tas-snin ilu.
IL-VIŻJONI ŻAGĦŻUGĦA BARRA MINN XTUTNA
NOLAN CAMILLERI
Membru Eżekuttiv FŻL
Il-post strateġiku ta’ pajjiżna sa minn dejjem kien importanti għall-attività fin-nofsinhar tal-Ewropa u l-qalba tal-Mediterran, xejn inqas fejn tidħol il-politika tagħna
u l-pajjiżi ġirien. Imma lil hinn mit-tensjonijiet u l-kriżijiet li l-pajjiżi ġirien tagħna għaddew minnhom din il-parti tal-Ewropa dejjem kienet post ta’ ħidma għal ġejjieni aħjar. L-istess japplika għall-Partit Laburista li sa mit-twaqqif tiegħu għaraf l-importanza ta’ politika u relazzjoni b’saħħitha ma’ dawn il-pajjiżi fejn tista’ twasslek. Però ma rridx li nidħol fl-istorja ta’ dan in-nazzjon ċkejken, nixtieq nitkellem ftit dwar il-preżent u l-futur li huma mibnija fuq passat li ta’ min inkunu kburin bih. Iżżgħażagħ li dejjem kienu strumentali fil-Partit Laburista wkoll għarfu li biex tinstema’ trid toħroġ mill-qoxra u titkellem ma’ nazzjonijiet oħra
bil-għan li taħdem għal futur aħjar f’pajjiżek. Għalkemm huwa tajjeb li nħarsu ’l quddiem, il-kredenzjali li għandna bħala Żgħażagħ Laburisti huma ta’ kuraġġ u ta’ responsabbiltà biex immexxu dak li nixtiequ nwettqu għal pajjiżna. Insemmi eżempju ta’ meta bħala Forum Żgħażagħ Laburisti kif konna msejħin, fl-2014 ospitajna l-IUSY Festival ġewwa pajjiżna, fejn urejna biċ-ċar il-kapaċità li nwasslu l-viżjoni tagħna barra minn xtutna. Dakinhar id-diskussjoni fuq livell dinji kien: “Kif ser inħaddnu aktar il-valuri soċjalisti?” fosthom dawk tal-ġustizzja soċjali. Dan huwa l-istess kuraġġ li f’Ottubru li ġej ser iwassalna biex għal darb’oħra nkunu
fdati bid-diskussjoni fuq livell internazzjonali, din id-darba il-Kungress taż-Żgħażagħ Soċjalisti Ewropej (YES). Ovvjament illum ninsabu f’qagħda ferm differenti minn tant aspetti, għalhekk jagħmilha dejjem aktar importanti li nkunu katalisti fid-diskussjoni fejn mhux biss inpoġġu mal-mejda iżda nikkomunikaw id-direzzjoni li rridu nieħdu. Wieħed qiegħed jistenna li jara dibattitu bejn iż-żgħażagħ li jħaddnu twemmin xellugi jew xellugi-ċentrali fejn iwasslu l-ħsibijiet tagħhom skont l-interessi tal-pajjiżi fosthom l-irkupru ekonomiku u l-ħajja anki b’mod soċjali fil-ħajja ta’ wara l-COVID-19. Ħaġa waħda hija żgura li
bħala Maltin ser inkunu fuq quddiem nett biex naqsmu l-viżjoni tagħna li hija xprunata minn dak kollu li l-membri u ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin jixtiequ. Għaliex biex tibqa’ relevanti, trid tikkomunika u twassal il-messaġġ tiegħek għand min għandu influwenza fuq livelli kbar. Din hija proprju l-politika li aħna qegħdin nipproponu li mhix waħda ta’ tgergir u paroli iżda waħda ta’ azzjoni konkreta għall-ġid komuni tal-poplu. Nagħlaq billi nħeġġeġ lil kull min hu interessat biex iwassal il-kontribut tiegħu jersaq lejn Żgħażagħ Laburisti billi jagħmel kuntatt magħna permezz tal-mezzi soċjali ħalli din il-viżjoni tkun tiegħek ukoll.
13
11.07.2021
100 SENA WARA, 100 IDEA GĦALL-FUTUR
MIRIAM DALLI Ministru
tit Laburista kien xprun għal progress u katalista għal bidla soċjali ta’ pajjiżna. Is-suċċessi tal-moviment tal-ħaddiema dejjem inbnew fuq il-kapaċità ta’ dan il-partit, u fuq ir-rieda tal-mexxejja tiegħu li jipprijoritizzaw il-ġustizzja soċjali, permezz ta’ politika li twieżen iż-żgħir filwaqt li taġevola l-ħolqien talġid u t-tqassim ġust tiegħu fis-soċjetà Maltija. Aġenda għall-bidla
Matul din il-ġimgħa, il-Partit Laburista nieda t-tieni fażi tal-proġett 100 Idea. Dan permezz tal-pubblikazzjoni tad-dokument, li jiġbor fih 100 idea li huma r-riżultat tal-ħidma ta’ 10 policy fora li jkopru l-oqsma kollha tas-soċjetà Maltija. Matul il-100 sena u sa mit-twelid tiegħu, il-Par-
Illum dawn il-100 idea qed jirriflettu din l-istess rieda li għandna llum. Ir-rieda li nkomplu niġġeddu, li mhux talli ma nistriħux fuq is-suċċessi tagħna, imma minflok naħdmu aktar sabiex nilħqu l-aspirazzjonijiet li familji Maltin u Għawdxin għandhom għall-futur tagħhom u ta’ wliedhom.
Dan il-proġett li issa dieħel ġo fażi ta’ konsultazzjoni aktar wiesgħa mal-pubbliku inġenerali juri kemm il-Moviment Laburista jrid jassigura ruħu li mhux talli jibqa’ relevanti imma fuq kollox irid ikompli jissettja l-aġenda għall-bidla fil-gżejjer tagħna.
politiku tinsab proprju filkapaċità tiegħu, li joħroġ b’soluzzjonijiet innovattivi għall-isfidi tal-lum u aħna konxji li dan jista’ jsir jekk il-partit iżomm idejh fuq ilpolz tal-poplu. Kemm hu sabiħ li tara partit vibranti li kapaċi jiġbed lejh talenti ġodda, nisa u rġiel minn setturi Moviment miftuħ differenti tas-soċjetà tagħgħal ħsibijiet innovattivi na, ilkoll b’esperjenzi u bi ħsibijiet differenti jiddisDawn il-100 idea huma kutu madwar mejda dak li riżultat ta’ diskussjoniji- jaħsbu jista’ jagħmel pajjiż et miftuħa ma’ numru kbir aħjar fis-snin li ġejjin. ta’ individwi, professjonisti f ’oqsma differenti, għaqdiet Il-kwalità tal-ħajja u korpi kostitwiti. Dan jirri- fuq kollox fletti l-mod li rridu nkomplu naħdmu bih bħala par- Dawn il-100 idea jolqtu kull tit, l-idea li mmorru hemm qasam tas-soċjetà tagħna, barra, nisimgħu u fuq kollox mill-ekonomija għall-politinifhmu x’inhuma l-ħtiġijiet ka ambjentali, mill-qasam u l-ħolm li l-Maltin għand- soċjali għas-settur eduhom għal pajjiżhom. kattiv fost oħrajn. Il-valIs-saħħa vera ta’ partit ur ewlieni li jinseġ dawn
l-ideat flimkien huwa x-xewqa tagħna li nsaħħu u nelevaw il-kwalità tal-ħajja tal-Għawdxin u l-Maltin kollha. Għalhekk qed nippromwovu mudell ekonomiku li jmur lil hinn mit-tkabbir ekonomiku fih innifsu imma li jipprijoritizza ekonomija sostenibbli li toħloq il-ġid, filwaqt li ssaħħaħ il-kwalità tal-ħajja tal-poplu. Dan se nagħmluh billi nkomplu npoġġu l-qasam ambjentali, il-qasam soċjali u l-edukazzjoni ta’ wliedna fiċ-ċentru ta’ mudell ekonomiku innovattiv. Nemmnu li llum aktar minn qatt qabel jista’ jkollna tkabbir ekonomiku li ma jiġix a skapitu tal-ambjent, anzi bil-politika t-tajba jista’ jkollna mudell ekonomiku li saħansitra jkun ta’ xprun ewlieni għall-ambjent aktar nadif u tisħiħ fil-kwalità tal-ħajja tan-nies.
INĦARSU ’L QUDDIEM B’VIŻJONI OTTIMISTA
ALICIA BUGEJA SAID
Kandidata fi-3 u s -7 Distrett
Il-viżjoni tiegħi għal Malta aħjar kienet il-motivazzjoni prinċipali sabiex inwieġeb għas-sejħa tal-Prim Ministru u ningħaqad biex inkun parti minn dan it-tim għall-elezzjoni ġenerali li jmiss fi ħdan il-Partit Laburista. Partit li minkejja l-isfidi kollha li esperjenzajna matul dawn l-aħħar snin dejjem għaraf li jibqa’ jiġġedded u wkoll jibqa’ jgawdi l-fiduċja tan-nies. Malta t’għada trid issibna preparati b’tim dedikat imdawwar mal-Prim Ministru tagħna li l-ewwel u qabel kollox noffru l-opportunitajiet għalikom iż-żgħażagħ li intom il-futur ta’ dan il-pajjiż. L-irkupru ekonomiku li rridu naraw, irid primarjament jilħaq lil-
kom sabiex noħolqu opportunitajiet ta’ xogħol f’oqsma varji kif ukoll nippremjaw il-bżulija tagħkom wara tant snin ta’ ħidma u studju. Madanakollu rridu wkoll naraw li l-anzjani tagħna li sofrew mhux ftit matul din il-pandemja, bosta drabi anke fis-solitudni, ikunu huma wkoll minn tal-ewwel li jkomplu jgawdu permezz ta’ pensjonijiet aħjar kif wkoll inċentivi oħra li jkomplu jgħinuhom jgħixu b’mod aktar komdu. Ir-ruħ soċjali ta’ dan il-partit anke permezz tagħna iva għandha tkompli tħares lejn dawk il-faxex kollha tas-soċjetà u tkun dejjem minn ta’ quddiem sabiex tasal għand kulħadd fosthom anke dawk il-familji b’negozji żgħar li l-aktar ġew milquta matul din il-pandemija. Irridu naraw li l-enerġija pożittiva ta’ dan it-tim li ser ikun imdawwar mal-Prim Ministru tagħna jkompli jisma’ l-karba tan-nies hemm barra, kif wkoll jindirizza l-problemi li bosta setturi qed jesperjenzaw, fosthom dawk li huma ferm għal qalbi bħall-biedja u s-sajd. Irrid nara li fid-distretti li ser nikkontesta nagħmel dak li l-aktar inħobb, li nkompli nkun viċin in-nies mhux bilkliem iżda bil-fatti kif ukoll
bis-sempliċità li bl-aktar mod umli tqarribni dejjem aktar lejkom. Nisma’ l-pariri ġenwini tagħkom fosthom nindirizza l-għajta prinċipali tagħkom f’bosta bliet u rħula għal aktar spazji miftuħa fejn il-familji tagħna jkunu jistgħu jgawdu dak il-mistrieħ mistħoqq wara ġurnata xogħol. Irrid nara wkoll li f’kull proġett li jsir jindirizza l-ħtiġijiet vera tal-ibliet u rħula tagħna. Fosthom li nkunu minn ta’ quddiem li f’dak kollu li nagħmlu naħdmu id f’id sabiex nipproteġu l-identità tradizzjonali ta’ kull belt jew raħal. In-nies f’kull komunità huma l-qalb tħabbat f’kull belt u raħal u għalhekk dawn jixirqilhom l-aqwa u l-aħjar, bi pjazez u b’aktar żoni pedonali fiċ-ċentru li jiġbru fihom lill-komunità li hija s-sies tas-soċjetà Maltija. Aħna lkoll fid-dmir li naraw li kull komunità tingħata widen għall-problemi ewlenin li qed tħabbat wiċċha magħhom bħal fosthom ilproblema ta’ parkeġġ. Din sfortunatament qed tifni l-ibliet u l-irħula Maltin u teħtieġ attenzjoni speċjali sabiex ma tkomplix tikber u tkun indirizzata b’għaqal fiż-żmien li ġej. Irrid nara u ser naħdem b’determinazzjoni sabiex
il-pajsaġġ naturali jingħata l-importanza li verament jistħoqqlu. Dan isir billi jkun sostnut bi proġetti mill-aqwa bħal parks nazzjonali li jistgħu jkunu l-pulmun t’arja nadifa u mistrieħ għall-familji Maltin u Għawdxin kif wkoll turisti li jiġu jgawdu l-ġmiel naturali ta’ pajjiżna. Jiena determinata li flimkien mal-Prim Ministru nkomplu niffukaw fuq il-ħidma li hemm bżonn fil-qasam tal-ambjent, waħda mill-għajtiet prinċipali tan-nies f’kull belt u raħal. Irridu naraw li nippromwovu aktar l-ambjent naturali li nsibu fl-ibliet u fl-irħula u nagħmlu ħilitna kollha sabiex anke nattiraw aktar turiżmu sabiex igawdi dawn il-ġojjelli naturali li nsibu f’din Malta tagħna. Turiżmu sostenibbli fl-irħula b’mod li minnu jgawdi kulħadd jista’ jkun ta’ xprun sabiex jippromwovi l-identità tradizzjonali tal-ibliet u rħula, fosthom dawk assoċjati mas-sajjieda f’bajjiet bħal dawk ta’ Marsaxlokk, il-Ġnejna u Marsaskala. L-ilwien mill-isbaħ tal-opri tas-sajd bħal-luzzu jkomplu jagħtu dehra mill-isbaħ lill-bajjiet kif wkoll jippromwovu dak li hu tipikament Malti. Għal dan il-għan irrid ukoll
inkompli nara infrastruttura ta’ kwalità li tkompli tkabbar il-potenzjal turistiku iżda li wkoll tindirizza b’mod primarju l-ħtiġijiet tagħkom ir-residenti. Dan isir b’għaqal u b’konsultazzjoni diretta mar-residenti, negozji u għaqdiet fil-lokalità sabiex l-affarijiet isiru sewwa u kif suppost. Irridu wkoll naraw li primarjament nindirizzaw ix-xewqat tan-nies u nħarsu wkoll il-pajsaġġ naturali li fadal sabiex dan ikun verament protett sabiex l-ibliet u l-irħula tagħna jissalvagwardjaw il-karatteristika ewlenija tagħhom. Nagħlaq b’messaġġ ta’ tama u kuraġġ fejn jiena konvinta li flimkien magħkom ilkoll nistgħu nkomplu ndawru kull sfida li tiġi quddiemna f’opportunità għal ġejjieni ta’ Malta aħjar. Il-kandidatura tiegħi għall-elezzjoni li jmiss ser tkun il-vuċi tagħkom ilkoll, dik li trid tilħaq lil kulħadd sabiex b’umiltà nifhem il-weġgħat u nindirizza l-problemi tan-nies. Għalhekk konvinta li bl-enerġija pożittiva tagħna mdawrin flimkien mal-Prim Ministru nistgħu nkomplu nagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies u pajjiżna li hu ferm għal qalbna.
14
11.07.2021
100 IDEA LABURISTA B’GĦATX GĦAT-TIĠDID Maqsumin bejn 10 kategoriji, li jkopru l-oqsma kollha li jaffettwaw lill-pajjiż u lill-ħajja tal-poplu tagħna, il-Partit Laburista din il-ġimgħa ppropona 100 idea li jħarsu lejn il-ġejjieni, iżda bbażati fuq il-prinċipji li imbottaw u mxew magħhom missirijiet dan l-istess moviment sa mill-konċepiment tiegħu fl-1920. Waqt it-tnedija tal-istess ideat xprunati mill-100 anniversarju tal-Partit, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Dr Robert Abela qal li “l-akbar ġieħ li nistgħu nagħtu lil missirijietna f’dan il-partit, hu li filwaqt li nibqgħu leali lejn dak li twaqqafna għalih, ikollna l-istess għatx għar-riforma li kellhom huma.” Waqt li semma l-għanijiet sbieħ tal-Partit Laburista, l-istess għanijiet li l-Partit irid jibqa’ jgħix għalihom, hu tenna li “llum nitkellmu fuq kemm u kif se ngħinu lil dawk l-inqas ixxurtjati u żvantaġġati. Ma nitkellmux fuq jekk għandux ikun hemm servizzi soċjali jew le. Illum nitkellmu fuq kemm se nżidu l-pensjoni, mhux jekk għandux ikun hemm pensjoni jew le. U llum ukoll m’għadniex nitkellmu fuq jekk persuni li jħobbu lil xulxin, irrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali tagħhom, għandhomx jissiġillaw l-imħabba tagħhom fiż-żwieġ. Imxejna ’l quddiem u dawn l-affarijiet saru parti normali fil-ħajja tal-komunitajiet tagħna.” Dwar l-importanza li l-Partit Laburista jkompli jiġġedded, Dr Abela stqarr li “meta f’Jannar tal-2020
inħtart Mexxej kien hemm min qalli: ‘Robert hemm affarijiet li setgħu saru aħjar u dawk irridu nibdluhom. Imma mbagħad iċċaqlaqx wisq l-ilmijiet għax l-Oppożizzjoni dgħajfa u m’għandniex għalfejn nieħdu riskji żejda.’ It-tweġiba tiegħi kienet ċara kristall: ‘Kull meta l-Partit Laburista beża’ mill-bidla, tilef. U jien qiegħed hawn biex dan il-Partit jibqa’ jirbaħ ħalli jkun jista’ jtejjeb il-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. Meta partit politiku jħares biss ’il ġewwa jew iħaddem mentalità ta’ fortizza jinqata’ mill-aspirazzjonijiet tan-nies.” Bejn illum u l-Ħadd li ġej se nkunu qed inwasslu dawn l-ideat kollha, li tfasslu minn fora differenti b’taħlita ta’ professjonisti u nies ta’ esperjenza bil-għan aħħari li jaraw lill-Partit Laburista jimxi maż-żminijiet, jaġġorna l-politika tiegħu kif jixraq u jsarraf ħidmietu f’aktar ġid u ġid akbar għas-soċjetà Maltija u Għawdxija. L-ewwel 50 idea, li qed nirriproduċu hawn, jittrattaw l-investimenti meħtieġa, mit-tagħlim u t-taħriġ tal-ħaddiema, għal niċeċ ekonomiċi stabbiliti u oħrajn ġodda, u r-regolamentazzjoni b’saħħitha; l-indokrar ta’ dawk meqjusin vulnerabbli fis-soċjetà; il-ħarsien tal-ambjent madwarna, dak naturali u anke urban; l-aħjar edukazzjoni għal uliedna; u d-disponibbiltà ta’ kura tassaħħa tal-ogħla livell u b’xejn għal kulħadd. Nissoktaw il-ġimgħa dieħla.
SOĊJETÀ FEJN KULĦA 11
Il-faqar jiġi indirizzat b’mod ħolistiku, mhux biss dak m tagħna għandha tkun li jkollna l-inqas rata ta’ nies f’risk
12
Nassiguraw livell ta’ għajxien dinjituż għal kulħadd, b’m l-opportunità jaħdem bi qligħ u li javvanza fil-karriera.
13
Ikomplu jissaħħu l-benefiċċji soċjali għal dawk l-aktar v neċessarji biex tiġi faċilitata l-mobbiltà soċjali f’pajjiżna
14
Il-Gvern jipprovdi mezzi ta’ għajnuna lill-persuni li jkun aċċess għal self finanzjarju sakemm dak li jkun iqum fu età żgħira.
15
Jissaħħaħ l-impenn biex kull ħaddiem f’pajjiżna jiġi ass għax-xoghol li jagħmel, kemm fis-settur pubbliku kif uk b’kull mezz.
16
Nippromwovu arranġamenti ta’ xogħol flessibbli li jżid inkluż remote working, inċentivi fiskali u miżuri oħra li għal min iħaddem.
17
Inkomplu naħdmu sabiex nassiguraw qafas u mekkan għall-opportunitajiet edukattivi ndaqs lis-soċjetà kollha
18
Inwieżnu forom differenti ta’ familji b’aktar skemi u għa f’akkommodazzjoni addattata u jkollhom iċ-ċans isiru s
19
Serħan il-moħħ għall-anzjani biex ikomplu jgħixu ħajja komunitajiet tagħna. L-anzjani huma pilastru tas-soċje jiġi promoss il-kunċett ta’ solidarjetà interġenerazzjona
20
Għandha tiżdied l-assistenza professjonali u individwa li jikkommettu reat, il-familji tagħhom u l-vittmi tar-rea
L-AMBJENT: ĠID KOMU
L-art pubblika għandha tkun għat-tgawdija ta’ kulħadd
ĠID LI JASAL GĦAND KULĦADD
21 jistgħu jitgawdew mill-familji Maltin u Għawdxin.
L-iżvilupp irridu nassiguraw li jkun sostenibbli u bl-inqa Kull proġett għandu jkollu timelines stabbiliti u jkun he 22 jitnaqqas l-inkonvenjent għar-residenti tal-madwar, filw tal-kostruzzjoni.
1
Investiment qawwi u kontinwu fil-ħiliet tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin huwa ċ-ċavetta sabiex l-industrija tkun f’pożizzjoni li tiġġenera u tattira xogħol ta’ kwalità, iżżid il-produttività u toffri pagi u kundizzjonijiet aħjar.
2
L-ekonomija l-ħadra u s-settur marittimu jkunu pilastri ewlenin tal-ekonomija Maltija. L-industrija lokali timxi id f’id mas-settur tax-xjenza u t-teknoloġija.
23 f’kull belt u raħal, speċjalment fiż-żoni l-aktar traffikużi
3
Malta ssir id-destinazzjoni Ewropea ideali għal start-ups innovattivi, b’faċilitajiet u inċentivi li jattiraw it-talent u l-investiment internazzjonali b’enfasi fuq ir-riċerka u l-iżvilupp. L-intelliġenza artifiċjali u r-robotika jsiru s-sisien ġodda ta’ ekonomija diġitali filwaqt li ssir ħidma sabiex pajjiżna jsir l-għażla naturali ta’ kumpaniji li jaħdmu fuq teknoloġija mmirata biex tindirizza t-tibdil fil-klima.
24 ġonna – inkluż fuq il-bjut - u spazji pedonali permanen
4
Diversifikazzjoni wiesgħa tal-ekonomija tagħna b’numru akbar ta’ setturi li jġibu investiment barrani dirett lejn pajjiżna, b’enfasi fuq is-servizzi, it-teknoloġija, l-ekonomija diġitali u industriji ta’ valur miżjud bħall-avjazzjoni, il-loġistika u l-manifattura speċjalizzata.
25 naturali filwaqt li tiġi assigurata l-ogħla kwalità fl-ilma p
5
Tmexxija għaqlija tal-finanzi pubbliċi permezz tad-dħul iġġenerat minn attività ekonomika b’saħħitha huwa mezz kif fost l-oħrajn insaħħu r-riservi finanzjarji tal-pajjiż għall-futur.
r-raħħala għandhom ikunu sostnuti bi skemi u għajnu
6
Insostnu l-potenzjal sħiħ tal-SMEs Maltin u Għawdxin b’inċentivi varji, aċċess għall-finanzjament u sistema ta’ tassazzjoni li tħeġġeġ l-investiment fil-ħaddiema.
27
7
Is-servizzi finanzjarji jibqgħu jkunu msaħħa b’qafas regolatorju kompetittiv li jservi ta’ mudell għal ġurisdizzjonijiet oħra barranin.
8
Bħala pajjiż għandna nkunu vuċi waħda li nipproteġu u nsaħħu l-qafas ta’ tassazzjoni li jagħtina livell ta’ kompetittività importanti. Din hija materja ta’ kompetenza nazzjonali li għandna nippromwovu u nħarsu f’kuntest ta’ governanza tajba.
L-ambizzjoni li pajjiżna jkun carbon neutral m’għandhi tal-ekonomija tal-futur ta’ pajjiżna. L-elettrifikazzjoni tal 28 tal-massa għandhom ikunu prijorità fuq l-aġenda tal-p aktar energy efficient sabiex nilħqu l-miri tat-tibdil fil-kl
9
Is-servizz pubbliku u l-entitajiet pubbliċi għandhom iħaddmu mudelli aktar intraprenditorjali bil-għan li tkompli tissaħħaħ l-effiċjenza u titnaqqas il-burokrazija f’qafas regolatorju b’saħħtu.
10
Turiżmu sostenibbli li jilħaq bilanċ bejn in-numri u l-kwalità. Inkomplu nsaħħu l-konnettività u nagħtu prijorità lil niċeċ partikolari li jifformaw dawk l-elementi uniċi li jagħmlu lil pajjiżna speċjali u distint minn destinazzjonijiet oħrajn.
L-ambjent, l-infrastruttura ħadra u l-estetika fiż-żoni ur l-kwalità tal-ħajja tar-residenti.
Jeħtieġ trasformazzjoni fl-ispazji urbani bbażata fuq il-k
pubbliċi taħt l-art fejn possibbli. It-tfal u l-familji jingħat
L-ilma huwa l-qofol tal-ambjent tagħna, u b’hekk għand
Il-biedja tassigura li parti kbira mill-kampanja Maltija tib
26 tipprovdi provista ta’ ikel frisk. Is-sigurtà tal-provista tal
Jitfassal reġistru tal-flora u fawna Maltija sabiex jinżam differenti. Dan filwaqt li għandhom ikomplu l-proġetti t tkompli titkattar kultura ta’ ħarsien tad-drittijiet tal-ann
Filwaqt li jitwettqu l-proġetti ambizzjużi mfassla fil-qasa jkompli jiġi msaħħaħ il-proċess ta’ riċiklar u tnaqqis tal29 esplorati metodi u mezzi ġodda fejn jinħareġ l-iskart u pjan nazzjonali fuq it-tema, filwaqt li tibqa’ tiħrax il-ġlied jniġġsu, fosthom il-plastik u l-pestiċidi.
30
Il-politika tal-ippjanar għandha tkun meqjusa b’mod ħo matura nazzjonali li tinvolvi lill-entitajiet u lill-istituzzjon inkluż il-Kunsilli Lokali u kif ukoll is-sidien. L-identità dis għandha tkun protetta.
15
11.07.2021
IL-FUTUR TA’ WLIEDNA
ADD JIMXI ’L QUDDIEM
materjali, iżda wkoll dak soċjali u edukattiv. L-ambizzjoni kju ta’ faqar fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
31
mod partikolari familji bi dħul baxx. Kulħadd ikollu
Inqarrbu aktar lit-tfal lejn l-arti, il-kultura, ix-xjenza, l-isports u l-edukazzjoni ċivika minn età żgħira u
32 ninkoraġġixxu aktar l-attiviżmu fil-komunità. Għandha ssir diskussjoni nazzjonali fuq riforma dwar il-homework u l-ħin liberu tat-tfal.
vulnerabbli fis-soċjetà, filwaqt li jiġu provduti l-għodod a u tonqos id-dipendenza fuq l-assistenza soċjali.
nu għaddejjin minn diffikultajiet, inkluż fejn meħtieġ uq saqajh. Ninkoraġġixxu l-kunċett ta’ tfaddil sa minn
sigurat li jgawdi minn kundizzjonijiet ugwali u xierqa koll dak privat. Il-prekarjat għandu jibqa’ jiġi miġġieled
L-edukazzjoni hija l-aktar għodda importanti speċjalment fl-età ta’ formazzjoni. Għandna naħdmu sabiex kulħadd jilħaq il-milja tiegħu, u nsaħħu l-inċentivi sabiex iż-żgħażagħ kollha jkunu mħeġġa jibqgħu fl-edukazzjoni lil hinn mill-età obbligatorja ta’ 16-il sena.
Sistema edukattiva tajba tiddependi mill-investiment kontinwu fl-għalliema, għodod ta’ tagħlim
33 addattati u kundizzjonijiet tax-xogħol li jirriflettu l-impenn u r-responsabilitajiet li għandhom, flimkien mas-sehem kruċjali tal-ġenituri fil-vjaġġ formattiv ta’ wliedhom.
Nemmnu f’edukazzjoni terzjarja li tmur lil hinn mill-eżamijiet u l-marki. Is-sistema edukattiva
34 għandha tħeġġeġ il-ħsieb kritiku u analitiku, u tipprovdi l-ispazju u r-riżorsi għar-riċerka. 35
Kull ġens għandu sens ta’ identità li jrid isaħħaħ u jiżviluppa – identità li ssawret fuq medda ta’ sekli b’sens ta’ sagrifiċċju u kuraġġ minn ta’ qabilna. L-identità ta’ pajjiżna, il-wirt kulturali u l-ilsien Malti jibqgħu importanti anke f’kuntest ta’ dinja li kontinwament tevolvi u tinbidel.
36
Nagħtu l-aqwa esperjenza edukattiva lit-tfal b’kurrikulum li jippromwovi l-kreattività, l-involviment ċiviku, bilanċ u responsabilità fl-użu tat-teknoloġija, l-isport u l-mental wellbeing sa minn età bikrija.
37
Il-qari huwa inkubatur ta’ ħsieb ħieles f’soċjetà moderna u pluralista. Inħeġġu tfal, żgħażagħ u adulti jaqraw dejjem aktar.
a ta’ kwalità u attiva filetà tagħna u għandu ali.
38
Tissaħħaħ l-assistenza individwali lil studenti b’diffikultajiet fit-tagħlim u jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ tagħlim vokazzjonali. Dan filwaqt li jiġi assigurat li l-istituti edukattivi jaħdmu id f’id mal-industrija sabiex bħala pajjiż ikollna l-aqwa riżors uman u jitkattru l-opportunitajiet, speċjalment fejn jidħlu ċertu ħiliet tekniċi.
ali għall-persuni ati.
39 sabiex jagħtu appoġġ lill-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ.
du l-ħin ta’ kwalità lill-ħaddiema mal-familji tagħhom, jkunu ta’ benefiċċju kemm għall-ħaddiem u kif ukoll
niżmi li jipprovdu aċċess a f’kull stadju tal-ħajja.
ajnuniet sabiex jgħixu sidien ta’ darhom.
UNI
d - Issir dimarkazzjoni ċara taż-żoni u passaġġi pubbliċi li
Insostnu l-kreattività u l-innovazzjoni, inkluż bi programmi maħsuba
Nippreparaw liż-żgħażagħ b’ħiliet bżonjużi li jgħinuhom iwessgħu l-opportunitajiet tagħhom fil-kuntest tal-ħtiġijiet industrijali tal-lum u ta’ għada, filwaqt li jiġu msaħħa l-opportunitajiet ta’ reskilling bi 40 programmi ta’ tagħlim tul il-ħajja. Il-kunċett li dak li tgħallimt filformazzjoni akkademika jew vokazzjonali ser iservi għat-tul kollu tal-ħajja tax-xogħol, irid jinbidel.
as detriment possibbli għall-ambjent rurali u urban. emm koordinament fl-implimentazzjoni sabiex waqt li jiżdied l-infurzar fl-osservanza tal-liġijiet fis-settur
SAĦĦITNA
rbani għandhom jingħataw ħafna aktar importanza u b’densità ta’ popolazzjoni għolja sabiex tiġi mtejba
41
L-isport, forom differenti ta’ attività fiżika, l-ikel nutrittiv u s-saħħa mentali għandhom ikunu promossi bħala pilastri ewlenin għal ħajja sana inkluż fil-vjaġġ edukattiv ta’ wliedna, filwaqt li għandu jkun hemm dejjem aktar għajnuna u inċentivi biex aktar żgħażagħ jagħżlu l-isports bħala karriera fuq bażi professjonali.
kunċett ta’ green cities, bl-introduzzjoni ta’ spazji ħodor, nti għat-tgawdija tar-residenti bil-faċilitajiet ta’ parkeġġi taw prijorità fuq it-traffiku.
42
It-teknoloġija u l-intelliġenza artifiċjali huma għodod kruċjali fil-qasam tas-saħħa. Tinbena sistema elettronika komprensiva li tassigura kura kontinwa matul il-ħajja għal kull ċittadin.
ndna nsaħħu l-kapaċitajiet tal-pajjiż li jaħżen aktar ilma provdut mill-entità pubblika responsabbli.
bqa’ kkultivata kif jixraq, filwaqt li flimkien mas-sajd l-ikel hija kruċjali u għalhekk li l-bdiewa, is-sajjieda u uniet fl-operat tagħhom.
mm moniteraġġ fuq il-protezzjoni tal-abitati u speċi lokali ta’ afforestazzjoni u l-konservazzjoni ta’ speċi lokali, u nimali.
iex tkun biss prijorità ambjentali, iżda pilastru ewlieni al-flotta tal-vetturi u mezzi ta’ trasport, inkluż trasport pajjiż, flimkien ma’ bini ġdid ħafna lima.
am tal-iskart, għandu -iskart. Għandhom jiġu u kif jinġabar f’qafas ta’ da kontra prodotti li
olistiku f’diskussjoni nijiet kollha Governattivi stinta ta’ kull lokal
L-iscreening kontinwu huwa kruċjali għall-prevenzjoni tal-mard. Jissaħħaħ l-iscreening mediku għal
43 kulħadd b’mod partikolari fit-tfal kollha sabiex jiġu identifikati b’mod bikri kundizzjonijiet mediċi, fosthom l-obeżità u sfidi ta’ saħħa mentali.
44 Id-drittijiet tal-pazjenti u d-drittijiet tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa jitħaddmu dejjem aktar id f’id, filwaqt li jibqa’ jiġi mtejjeb l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa u l-mediċini b’xejn għal kulħadd.
45
L-istrateġija fil-qasam tas-saħħa mentali għas-snin 2020 – 2030 tkompli tiġi implimentata bi prijorità assoluta, filwaqt li neqirdu l-istigma marbuta ma’ din ir-realtà komuni. Jitħeġġeġ dejjem aktar diċentralizazzjoni tas-servizzi tas-saħħa, u tissaħħaħ il-kura primarja
46 flimkien mar-rwol tat-tobba tal-familja fil-qasam privat fil-katina tas-servizzi provduti lill-pazjenti. 47
Jiġi nċentivat dejjem aktar it-taħriġ u l-ispeċjalizzazzjoni tal-ħaddiema u l-professjonisti f’oqsma mediċi speċjalizzati, fost oħrajn fil-kura paljattiva mogħtija lill-pażjenti u fis-servizzi tas-saħħa mentali.
48
Il-liġijiet tal-pajjiż għandhom jiġu aġġornati sabiex l-għodod li tipprovdi x-xjenza jkunu dejjem aktar disponibbli għal koppji bi sfidi ta’ infertilità sabiex dawn isiru ġenituri. Is-saħħa sesswali speċjalment tal-addolexxenti u ż-żgħażagħ
49 għandha tingħata l-akbar prijorità, b’edukazzjoni sesswali
komprensiva u faċilitajiet dejjem aktar aċċessibblii u miftuħa.
50
Pajjiżna wera li kapaċi jilqa’ għal kull eventwalità fil-qasam tassaħħa - il-livell għoli fis-settur jista’ jservi wkoll bħala bażi għal niċċa ekonomika, filwaqt li tobba u professjonisti oħra jiġu mħeġġa jibdew start-ups fil-qasam mediku.
16
11.07.2021
GVERN GĦAQLI LI JAĦSEB F’KULĦADD ROMILDA BALDACCHINO ZARB KANDIDATA GĦALL-11-IL DISTRETT MIN HI ROMILDA BALDACCHINO ZARB? Jiena omm ta’ żewgt itfal Faith ta’ 12-il sena u Kayden ta’ 9 snin, bint Emanuel magħruf aktar bħala Emy u Mary Zarb, familja tipika Maltija mill-Mosta. Fi ċkuniti kont nattendi l-Iskola Primarja fi Triq Grognet, post li baqa’ jfisser ħafna għalija għax ifakkarni fin-nannu Dumink, li kellu l-ħanut tal-ħelu ta’ quddiem l-iskola. Missieri minn dejjem kien involut fil-Partit Laburista, għaldaqstant minn ċkuniti bdejt niltaqa’ ma’ persuni li kienu involuti fil-partit. Jiena persuna li kbirt filPartit Laburista u minn ċkuniti ta’ 11-il sena rfist ilkumpless tal-istazzjon ONE. Grazzi għal Ray Azzopardi involvejt ruħi fit-Tim Qawsalla u tul is-snin bqajt nitrawwem kemm fir-radju kif ukoll fi programmi televiżivi, filwaqt li bqajt għaddejja bl-istudji tiegħi. Kelli l-opportunità li nippreżenta diversi programmi inkluż maratoni ġbir ta’ fondi b’risq il-Partit. Ftit aktar minn sentejn ilu ġejt avviċinata biex nikkontesta l-Elezzjoni tal-Kunsilli u grazzi għall-vot tar-residenti għandi l-unur li nservi din il-lokalità għal qalbi fi rwol ta’ Sindku. Wara s-sodisfazzjon ta’ dan ir-rwol għażilt il-pass li jmiss fil-mixja politika tiegħi, dik li nkun kandidata għall-elezzjoni ġenerali għax nemmen li nista’ noffri aktar ħidma fuq livell nazzjonali. Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista? Jiena bint il-ħaddiem li għaraft il-mixja ’l quddiem grazzi għas-sagrifiċċju tal-ġenituri tiegħi u għaldaqstant kien pass naturali għalija li nissieħeb u nħaddan il-valuri soċjalisti għax jiena nemmen fir-ruħ soċjali, nemmen li rridu nisimgħu l-vuċi tal-minoranzi u nemmen li l-Partit Laburista huwa l-uniku partit li jieħu ħsieb lil kulħadd. B’mod naturali wkoll nagħżel il-Partit Laburista għax huwa l-partit li minn dejjem u ta’ min ifakkar il-perit Duminku Mintoff; dan il-partit qatt ma ċaħad lil pajjiżna. Naħseb ħafna minnkom tiftakru! Jiena m’għixtx dak iżżmien, iżda l-istorja dejjem enfasizzat il-frażi “Malta l-ewwel u qabel kollox”.
PROFESSJONI - Spiżjara u Sindku STAT – F’relazzjoni LOKALITÀ FEJN TGĦIX – Il-Mosta IKEL FAVORIT – Ħobż tal-Malti, patata l-forn u kull tip ta’ frott PASSATEMP – Kull tip ta’ sport, imma nippreferi l-isport li jqanqal l-adrenalina KTIEB FAVORIT – Women & Politics around the world ta’ Joyce Gelb u Marianne Lief Palley. Kotba simili jaffaxxinawni għax jagħtu lok li tesplora diskrepanzi fid-drittijiet tal-ġeneri bejn pajjiż u ieħor. Iġegħluni napprezza kemm il-mara avvanzat ’il quddiem f’dan il-pajjiż grazzi għall-Partit Laburista li lura fis-snin tana d-dritt tal-vot. ĦSIEB TA’ ISPIRAZZJONI – Fid-dinja taqta’ qalbek qatt, aħdem, stinka imma tinsa’ qatt minn fejn tlaqt. Tinsa’ qatt l-għeruq tiegħek għax huma dawk il-valuri li ser isawru l-ħidma tiegħek.
Fuq kollox nagħzel il-Partit Laburista għax huwa l-partit li jagħraf l-importanza tat-tiġdid, l-importanza tal-element żagħżugħ imħallat mal-esperjenza tal-veterani filwaqt li jagħraf l-importanza tad-deċiżjonijiet meta meħtieġa. Il-Partit Laburista huwa partit ħaj, partit b’ideat ġodda biex ikompli jiġġedded waqt li għaddej jiggverna lil dan il-pajjiż. Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li għamel Gvern Laburista fl-aħħar snin? X’jiswa li tgħix ġo pajjiż żviluppat u mbagħad ikun hemm disparità fid-drittijiet? F’soċjetà moderna hu neċessarju li jkollna l-pilastru tal-ugwaljanza bħala pedament, opportunitajiet indaqs li kulħadd, sew jekk inti mara jew raġel, gay jew straight, kulħadd telaq minn
fejn telaq, għandu dritt li javvanza bl-istess mod fil-ħajja. Fejn jidħlu drittijiet gay ma ninsewx minn fejn tlaqna u llum ħbieb tiegħi gay jistgħu jgawdu minn żwieġ bejniethom, drittijiet ta’ koabitazzjoni, dritt li jaddottaw, fost kisbiet oħrajn matul dawn l-aħħar snin ta’ tmexxija Laburista. Għas-sitt sena konsekuttiva dan ilpajjiż ċkejken f’nofs il-Mediterran jibqa’ jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel post fl-indiċi tad-drittijiet ta’ LGBTIQ. Kif baqa’ jiġġedded il-Partit Laburista tul is-snin? Li tiġġedded hi l-formula maġika li tirbaħ anke jekk ikun rebħ kolossali. Li tiġġedded ifisser li taġġorna u timxi pari passu mal-esiġenzi ta’ ħajjet il-poplu. Li tiġġedded ifisser li tkompli tattira element żagħżugħ. ll-ġeneru femminili dejjem kien ka talist għall-Partit u dejjem ġie mħajjar biex jersaq ’il quddiem ħalli jikkandida ruħu. Ma ninsewx li tul dawn l-aħħar għexieren ta’ snin bqajna bl-irġiel jiddominaw bil-preżenza tagħhom fil-Parlament Malti. Grazzi għall-mekkaniżmu li se jitħaddem favur is-sess sottorappreżentat, se jkollna bilanċ ekwu fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż. Matul dawn l-aħħar xhur stajna nkomplu naraw ir-riżultat tat-tiġdid fir-riformi kostituzzjonali u istituzzjo nali. Żgħar kemm aħna żgħar il-Partit Laburista jibqa’ l-partit progressiv li jimbotta ’l quddiem riformi meħtieġa. Insemmu wkoll ir-riforma fuq il-liġi tad-divorzju, twessigħ ta’ din ir-riforma issa li ninsabu fid-disa’ sena wara li ġiet introdotta din il-liġi. X’impressjoni ħadt bid-deċiżjonijiet li ħa Dr Robert Abela fl-aħħar xhur? F’dawn l-aħħar xhur stajna naraw aħjar
xi jfisser li jkollna Gvern għaqli, Gvern b’viżjoni u Gvern li jaħseb f’kulħadd mill-kbir saż-żghir u miz-żgħir sal-kbir. B’mod partikolari nagħmel referenza għad-deċiżjonijiet meħuda fl-isfida li ġabet magħha l-pandemija, sfidi li għadna qed naffaċċjaw sal-lum, iżda sfidi li grazzi għad-deċiżjonijiet meħudha bqajna naraw il-frott. Grazzi għall-kuraġġ u l-mod kif dan il-Gvern inċentiva n-negozji, is-settur tan-negozju ma tħalliex waħdu. Stajna naraw bilanċ bejn is-settur tas-saħħa u l-ekonomija fejn ma jistax ikollna sistema tas-saħħa b’saħħitha mingħajr ekonomija b’saħħitha u viċi versa. X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta? Jiena noħlom li nara ekwità fil-kobor ta’ kulħadd, li ma jkunx hemm min kiber ħafna, oħrajn ftit jew xejn. Irid ikollna opportunità ugwali għal kulħadd bla diskriminazzjoni ta’ razza, sess, età, reliġjon jew twemmin politiku. Nemmen li għandna nippremjaw il-bżulija. Nemmen ħafna li l-ewwel nett jeħtieġ li nsaħħu l-edukazzjoni għax hi ċ-ċavetta għall-futur aħjar għal kulħadd. L-ambjent hu għal qalbi ferm u nemmen li għalxejn ikollna l-iprem teknoloġija jekk ma jkollniex ambjent nadif. Importanti li aħna lkoll bħala Maltin nagħtu l-kontribut tagħna billi nisseparaw l-iskart, narmu fejn suppost u fuq kollox inżommu nadif l-ambjent pubbliku. Għalkemm bi storja kbira dan in-nazzjon għadu qed jifforma u allura jeħtieġ li aħna nippriservaw u ngħożżu dak kollu li jagħmilna Maltin. Il-kultura Maltija hi sabiħa u mżewqa immens u allura hemm bżonn li nissalvagwardjaw dak li jagħmilna pajjiż uniku li nintgħarfu mill-bqija talpajjiżi l-oħra tad-dinja. Il-poplu Malti u Għawdxi huwa l-akbar riżorsa ta’ dan ilpajjiż allura jeħtieġ li ninvestu fis-sħiħ fih ħalli kulħadd jilħaq il-milja tiegħu. Kif rajna f’dawn l-aħħar xhur, x’jiswa li jkollna ekonomija b’saħħitha u l-poplu jkun marid, għalhekk jeħtieġ li jinħoloq bilanċ ħalli jkun hemm armonija bejn il-pilastri soċjali kollha biex inkunu nistgħu ngħidu li tejjibna l-kwalità ta’ ħajjet in-nies. Fuq kollox dak hu x-xogħol tal-politiku li jmexxi liċ-ċittadini għal-livell ta’ ħajja aħjar!
17
11.07.2021
L-UNIKU PARTIT LI BAQA’ QRIB IN-NIES DARIO VELLA
KANDIDAT GĦAT-12-IL DISTRETT MIN HU DARIO VELLA? Dario għandu 31 sena u huwa mill-Mellieħa. Beda l-edukazzjoni tiegħu fliskola Primarja tal-Mellieħa u kompla s-sekondarja ġewwa Mikiel Anton Vassalli (tal-Ħandaq). Għamel kors tad-Diploma fil-Finanzi u Business u llum qed jagħmel kors tal-Masters fuq Governanza u Immaniġġjar. Dario jaħdem fis-settur pubbliku fejn ta’ kuljum jiltaqa’ ma’ numru ta’ nies fejn jisma’ u jgħin fid-diffikultajiet li jkollhom. Apparti minn hekk bħalissa huwa jokkupa wkoll l-kariga ta’ Sindku tal-Mellieħa. Dario ilu involut fil-politika għal numru ta snin, fejn ikkontesta b’suċċess żewġ elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali fuq il-Mellieħa f’isem il-Partit Laburista. L-ewwel darba fl-2013 fejn ġie elett bħala l-iżgħar Kunsillier ta’ dik il-leġiżlatura u t-tieni darba fl-2019 fejn ġie elett l-iżgħar Sindku li qatt kien hemm fil-lokalità tal-Mellieħa li tiġbor magħha lill-Manikata, Selmun u l-Għadira. Għamel żmien ukoll bejn l-2017 u l-2019 bħala Deputat Sindku. Ħadem ukoll fis-Segretarjat ta Dr Deborah Schembri fejn kiseb iktar għarfien fuq il-ħidma Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista? Il-Partit Laburista sa mill-eżistenza tiegħu dejjem kien viċin in-nies u l-leħen tal-ħaddiem. Huwa proprju dan il-Partit bi storja daqstant glorjuża li mal-milja taż-żmien taħt tmexxija differenti, twettqu bidliet fil-mentalità u nkisbu kisbiet kbar għal pajjiżna. Jekk nieħdu dawn l-aħħar tmien snin taħt Gvern Laburista saret ħidma bis-sħiħ biex itella’ l-ħaddiem ’il fuq u ġibna sitwazzjoni fejn ix-xogħol jiġri wara l-ħaddiem. Nedejna għajnuniet lill-familji fosthom iċ-childcare b’xejn biex il-ġenituri setgħu jaħdmu t-tnejn. Kisbiet oħra kienu dawk tad-drittijiet ċivili u d-divorzju. Dan l-aħħar sena u ftit xhur taħt il-Prim Ministru Robert Abela meta d-dinja kkrollat bil-COVID-19, kompla din il-mixja b’iktar għaqal u uża’ l-flus billi investa fl-ekonomija u assigura eluf ta’ xogħlijiet biex ma jintilfux. Matul dan iż-żmien li qiegħed insemmi, jien dħalt fil-politika pass pass bħala Kunsillier, Deputat Sindku u llum il-ġurnata nokkupa l-kariga ta’ Sindku tal-Mellieħa. Dawn il-karigi għenuni nġib l-esperjenza u anke immaturawni politikament. Il-ħsieb li nikkontesta huwa li nkompli nkun qrib iċ-ċittadin. Nemmen li fadal xi jsir u kulħadd jixraqlu l-aqwa u l-aħjar. Wara s-sejħa li għamel il-Prim Ministru għaż-żgħażagħ u wara diskussjoni miegħu tfajt il-kandidatura tiegħi biex jien ukoll inkun spalla mal-Prim Ministru u nagħtih is-sapport kollu biex iwettaq il-viżjoni tiegħu. Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li għamel Gvern Laburista fl-aħħar snin? Biex niddiskuti l-kisbiet kollha li għamel Gvern Laburista fl-aħħar snin huwa diffiċli f’dan il-paragrafu għaliex huma ħafna. Però ħa nsemmi ftit li għenu ħafna lill-poplu Malti u Għawdxi kollu fost-
politika u ħidma eqreb lejn iċ-ċittadin. PROFESSJONI - Uffiċjal fis-servizz pubbliku u Sindku tal-Mellieħa. STAT – Ġuvni LOKALITÀ FEJN JGĦIX – Il-Mellieħa IKEL FAVORIT - Ikel tradizzjonali Malti PASSATEMP – Qari u nsegwi l-futbol. KTIEB FAVORIT – Smarter, Faster, Better: The Secrets of Being Productive in Life and Business ta’ Charles Duhigg. ĦSIEB TA’ ISPIRAZZJONI – “Be the change you want to see in the world” – Mahatma Ghandi u “Ask not what your country can do for you, ask what you can do for your country”–John.F.Kennedy.
hom li wara snin twal grazzi għal Gvern Laburista Malta għarfet lil uliedha bħala ugwali biex jgħixu fil-libertà tagħhom bla xkiel. Dan poġġiena l-aqwa fl-Ewropa fejn jidħlu drittijiet ċivili. Iż-żgħażagħ fejn dawk kollha li jagħmlu l-O u l-A Levels grazzi għal Gvern Laburista llum qed jagħmluhom b’xejn. Dan kompla ta ċ-ċans lil dawn iżżgħażagħ biex ikomplu jinvestu fil-futur tagħhom. Meta għamilt dawn l-eżamijiet 14-il sena ilu kelli nħallas għalihom u min ma setax kien jispiċċa ma jistax jagħmilhom l-eżamijiet. L-iskema talFirst Time Buyers fejn għenet mijiet ta’ koppji żgħażagħ biex jixtru l-ewwel propjetà tagħhom. Kellna wkoll Gvern
Dan sar għaliex il-Partit Laburista jemmen f’kulħadd. Tant hu hekk li matul is-snin ta ċans lil uċuħ ġodda fejn anke fil-Parlament illum hemm numru sabiħ ta’ żgħażagħ li huma Ministri jew Segretarji Parlamentari. Dan ikompli jawgura tajjeb biex il-Partit Laburista jkompli jkun l-għażla naturali tal-Maltin u l-Għawdxin kollha peress li għandu elementi diversi li ġejjin minn kull faxxa tas-soċjetà biex isawru politika aġġornata għaż-żminijiet tal-lum.
li waqt pandemija flok qagħad iġib l-iskużi, ħadem biex inħolqu numru sabiħ ta’ skemi u għajnuniet biex ħadd ma jaqa’ lura jew jitlef l-impjieg tiegħu. Illum il-poplu Malti għalhekk għandu għażla naturali quddiemu għax il-Partit Laburista dak li jwiegħed qiegħed fil-verità jwettqu. X’impressjoni ħadt bid-deċiżjonijiet li ħa Robert Abela fl-aħħar xhur? Kif baqa’ jiġġedded il-Partit Laburista tul is-snin? Personalmemt ma kelli l-ebda dubju fil-kapaċitajiet tal-Prim Ministru RobIl-Partit Laburista tul is-snin qatt ma ert Abela. Jien minn dejjem ammirajtu ddejjaq jiġġedded. Dan jagħmlu l-uni- minn żmien meta kien deputat u alku Partit li verament baqa’ qrib in-nies. lura kienet faċli għalija nissapportjah Rajnieh jappoġġja anke minoranzi meta ddeċieda li jikkontesta l-kariga għalkemm seta’ jkun hemm telf ta’ voti. tal-Mexxej Laburista. Illum l-istorja tagħtini raġun, għax f’dak li rajna f’din l-aħħar sena u ftit minn kemm ilu Mexxej u Prim Ministru Dr Robert Abela wera biċ-ċar li ħa jkun fost l-aqwa Prim Ministri ta’ pajjiżna. L-ebda Prim Ministru ma ra maltemp daqskemm qed jara Robert Abela, fejn xahar wara mill-ħatra ta’ Mexxej u Prim Ministru faqqgħet pandemija li waqqfet lid-dinja kollha. Pandemija li iżda bit-tmexxija għaqlija ta’ Robert Abela sarrafha fi skemi u inċentivi lill-poplu kollu. Waqt pandemija kellna wkoll l-aqwa Baġit li qatt ġie ppreżentat mill-Partit Laburista. Ma ddejjaqx jagħmel riformi li l-ebda Prim Ministru m’għamilhom qabel u jkompli juri d-determinazzjoni li għandu biex ikompli jagħmel lil pajjiżna fost l-aqwa. X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta? Jien dħalt fil-politika biex inbiddel u ngħin li jittieħdu d-deċiżjonijiet neċessarji għal pajjiżna. Jien nixtieq li fiżżmien li ġej ngħaddu liġijiet biżżejjed biex ngħinu iktar nies u niġu f’punt li n-nies jinqdew bid-dritt u jissolvew l-inġustizzji. B’dan il-mod il-politiċi jkollhom iktar ċans jiffukaw u jaħdmu fuq kwistjonijiet ta’ importanza nazzjonali.
18
11.07.2021
INKOMPLU L-BIDLA
CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL
Din il-ġimgħa tnedew uffiċjalment il-100 Idea. Dan id-dokument twieled u ssawwar madwar il-ħidma ta’ 10 policy fora li twaqqfu sabiex joħorġu bi proposti, b’policies, b’kunċetti li jixprunaw viżjoni u ideat sabiex pajjiżna jkompli jiġġedded u jkompli jinħoloq il-ġid. Kull policy fora kellu jifforma u jagħżel l-aqwa 10 ideat li ħarġu fost id-diskussjoni li kienet issir bejn il-membri tal-forum partikolari flimkien mal-istakeholders li ġew ikkonsultati u kienu parti integrali tat-tiswir ta’ dan il-proġett. B’hekk inħolqu 100 idea li eventwalment ġew ippreżentati quddiem l-Eżekuttiv Nazzjonali għad-diskussjoni u l-approvazzjoni. Wara dan il-proċess kien imiss li jitnieda u issa f ’dawn ilġranet skattaw numru ta’ laqgħat interni mad-delegati tal-partit sabiex jiġu diskussi wkoll fuq dan il-livell. Id-dokument se jkun diskuss mal-istakeholders u l-Korpi Kostitwiti u kif ukoll huwa disponibbli għall-pubbliku inġenerali permezz tal-website tal-Partit Laburista bilgħan li tiskatta konsultazzjoni pubblika. Fit-tnedija ta’ dan id-dokument laqatni ferm id-diskors tal-Prim Ministru Robert Abela meta aċċenna li dawn il100 Idea huma msejsa mill-prinċipji fundamentali tal-Partit Laburista imma fl-istess waqt ifittxu li jkomplu l-bidla, l-innovazzjoni u r-riformi. Imsejsa fuq il-prinċipju tax-xogħol, il-prinċipju talgħaqal fit-tmexxija u l-prinċipju tat-tqassim tal-ġid b’mod ġust u ekwu. Il-Prim Ministru enfasizza li dan id-dokument huwa tkomplija fil-mixja għall-bidla li dan il-partit qatt ma jieqaf ikun għatxan għaliha. Naqbel perfettament mal-fehma tal-Prim Ministru meta stqarr li l-mument li l-Partit Laburista beża’ mill-bidla, il-partit tilef. Kburija li għandna mexxej tal-partit u tal-pajjiż lil Robert Abela li ma jibżax mill-isfidi u ma jibżax li jbiddel u jirriforma, anzi kif qal hu stess huwa qiegħed hawn biex il-PL jibqa’ jirbaħ ħalli jkun jista’ jtejjeb ilħajja tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. B’partit li qiegħed fil-gvern faċli jaqa’ fin-nasba tal-indifferenza u jassumi li hu l-irwol tal-Gvern li jmexxi ’l quddiem id-diskussjoni u l-policies. Il-Partit Laburista qatt ma jaqa’ f ’dik in-nassa, anzi m’hemmx lok għall-għażż imma lok biss għal aktar ħidma, għal aktar tiswir ta’ ideat u policies, għal aktar opportunitajiet għad-diskussjoni, għal aktar imbuttar sabiex ikomplu jseħħu l-bidla, ir-riformi u t-tiġdid. Dan kollu jiggarantixxi tkattir u attirar ta’ inves-
timent ġdid, għażla u diversità fl-industrija, u l-ħolqien tal-impjiegi ġodda, innovazzjoni fl-edukazzjoni u garanzija ta’ suċċess ekonomiku, soċjali u governanza tajba. L-10 policy fora ddiskutew: Il-ġid li jasal għand kulħadd; Soċjetà fejn kulħadd jimxi ’l quddiem; L-ambjent li hu ġid komuni; Il-futur ta’ wliedna; Saħħitna; Il-qafas demokratiku ta’ Malta; L-ugwaljanza fejn ilkoll aħna ndaqs; Għawdex; L-irwol ta’ Malta, fil-Mediterran, fl-Ewropa u fid-dinja; Kunsilli Lokali aktar b’saħħithom. Dan hu dak li jagħmilna partit li għadu b’saħħa kbira l-għażla naturali tal-poplu Malti u Għawdxi kollu għax jibqa’ b’ħeġġa jixpruna l-ideat, bil-għatx għall-bidla, li ma jiddejjaqx li fih innifsu jiġġedded u jitbiddel, partit li jisma’ u hu umli fl-azzjonijiet tiegħu li jirriforma u jikkoreġi, partit tan-nies li jpoġġi lill-individwu fiċ-ċentru tal-ħidma u l-politika tiegħu, partit li dak li jipprietka jipprattikah u jeżerċitah, partit li hu katalist fil-promozzjoni u l-eżerċitar tal-ugwaljanza u fis-salvagwardjar tal-minoranzi bil-fatti u mhux bil-paroli biss, partit li jassigura tmexxija għaqlija u magħquda b’mexxej wieħed li jaspirana fid-deċiżjonijiet retti li jieħu. Dan kollu jirrifletti fil-ħidma talGvern, imma l-Partit Laburista ma jistriħx fuq il-fatt tas-suċċess tal-ħidma fil-gvern. Il-Partit Laburista jibqa’ l-akbar għassies fuq ħidmet il-Gvern, xprun li jifformola ideat u policies ġodda u jitfagħhom għad-diskussjoni pubblika lil hinn mill-Gvern. Dan kien u jibqa’ jagħmlu b’viżjoni pożittiva u ġenwina għall-ġid ta’ Malta u Għawdex tagħna, għax fejn jidħol il-ġid komuni u l-interess nazzjonali m’hemmx lok għal-logħob partiġjan.
Dan kollu jiggarantixxi tkattir u attirar ta’ investiment ġdid, għażla u diversità fl-industrija, u l-ħolqien tal-impjiegi ġodda, innovazzjoni fl-edukazzjoni u garanzija ta’ suċċess ekonomiku, soċjali u governanza tajba.
Sur Editur, Ma nafx kif ma jħarisx lejn mera Bertu tar-Repubblika, Sur Editur. Mhux biex jara wiċċu u surtu ta, għax fi xjuħiti m’għandix għalfejn nitkellem fuq hekk, jien l-ewwel wieħed. Ridtu tarawni meta kien iż-żmien li kont indardar il-Palace tar-Raħal Ġdid! Jew il-Phoenicia. Hemm kienet ratni Melda tiegħi u nħallet warajja. Anki hi ta, kienet issebbaħ kull fejn tgħaddi! Għax li hu tagħha, tagħha. Baqgħet baqgħet sakemm illum-il ġurnata ilna ma nafx kemm-il sena għoqda fiż-żwieġ. Imma nsomma. U dan Bertu tar-Repubblika wkoll għoqda qiegħed, ħa ngħidlek! Jien kieku minnu nintefa’ quddiem mera u nisma’ lili nnifsi naqra d-diskors li nkun se jagħmel qabel nagħmlu, għax tisimgħu jitkellem qisu l-akbar oratur tal-univers! Miskin. Issa mhux għax Laburist qed ngħid dan ta! Meta nkun il-pjazza tar-raħal nismagħhom jgħidu kif ma jistħix jgħid ċertu diskors. Imma dawn tal-PeNe dejjem hekk. Jaqbdu ma’ xi ħaġa u jista’ jkun mhux li tkun mietet u ndifnet, għax jibqgħu għaddejjin biha u fl-istess ħin ma jarawx it-travu li għandhom imdaħħal f’għajn hom. Dejjem l-istess diska, apparti li tagħhom jitfgħuh fuq ħaddieħor, biex mingħalihom dejjem ifuħu! Qisu l-poplu llum ma jafx jara l-affarijiet, jifhem u jgħarbel. Ħa nerġa’ fuq dan Bertu ta’ Repubblika, għax jekk nibda nparla ma niqafx jien, qisni z-zija ta’ missieri Alla jagħtiha l-glorja tal-Ġenna. Dik biex tgħidlek li ħadet bajda filgħodu kienet tibda minn meta l-Mulej ħoloq is-sriedak u t-tiġieġ. Dan Bertu tar-Republika mhu xejn għajr pupazz ta’ dawk li jġebbdu minn imnieħru lil Bernie t-taparsi Kap tagħhom. Jiġifieri dak li jgħid kollu approvat minn Għar SiSi. Għax dan Għar SiSi, li kien il-Kink tan-Nazzjonalisti, għadu hemm. Hu jmexxi kollox. U jistgħu mhux jidhru dan Bertu tar-Repubblika, u Bernie s-suppost Kap tagħhom, għax li jgħid Għar SiSi jgħodd, Sur Editur. Fl-aħħar pantomima li għamel quddiem il-Parlament, qabbel lil Malta tagħna maz-Żimbabwe u l-Jemen. Miskin! Lanqas l-erba’ qtates li kien hemm quddiemu ma felħuh dan id-diskors, aħseb u ara dawk li għandhom rashom fuq għonqhom! U s-soltu, għax anki minn barra minn Malta kien hemm kliem ta’ tifħir għall-mod kif qed jaħdem Robert tagħna, u ma ġietx favurihom u favur it-tixwix tagħhom, daqshekk – bdew ifajru t-tajn lejn kulħadd, u kontra l-qrati, u kontra l-Kummissarju tal-Pulizija u x’naf jien. Hekk dawn, Sur Editur, jew jirbħu jew iħarbtu u jkissru. Ħa ndur lura għal Għar SiSi, Sur Editur. Għar SiSi li, li kieku twieled fil-Medju Evu, kien jippretendiha ta’ Imperatur tad-Dinja. Dan u ta’ madwaru jnessu li għandhom travu f’għajnhom. Għax kieku puri, kieku ngħid, ħeqq fiha u ma fihiex! Għar SiSi, li hemm indikazzjoni li kien wara l-ittra li bagħat il-pupazz Bernie biex Malta tkun fil-lista l-griża, u issa Bertu tar-Republika qed jgħid li Robert tagħna messu jistħi! Jistħi ħaqq l-ożbreċ min kien wara l-ittra, Sur Editur! Għar SiSi, li qed jiddetta l-aġenda tal-PeNe u d-Deputati tagħhom, li n-Nazzjonalisti tellgħuhom biex jirrappreżentawhom, u ma tellgħux lil dan l-Imperatur Għar SiSi, imma m’għandhom ebda diffikultà bl-indħil tiegħu. Għar SiSi, li meta l-PeNe kien fil-gvern, kellu sular sħiħ għalih f’Kastilja – minn fejn kien iħossu Imperatur imexxi dak li kien jaħseb li huwa l-Imperu tiegħu. Għar SiSi li meta taqra fl-istorja politika liema hi l-aktar maħfra Presidenzjali li tibqa’ tissemma, hija dik li Eddie “Fejnhom il-Laburisti”, “Hawn jien Suq” ta lil Żeppi l-Ħafi, wara l-attentat ta’ qtil fuq l-assistent personali tiegħu – Għar SiSi. Għar SiSi, il-konsulent ewlieni ta’ EMD Advisory Services, li fl2016 kien ħareġ li għandha l-ikbar numru ta’ rabtiet fost l-intermedjarji ma’ kumpaniji li jissemmew fil-Panama Papers. Ħa nieqaf hawn, Sur Editur! Għad-dieħla.
19
11.07.2021
LEJN SAJF TURISTIKU POŻITTIV Kitba ta’ CLIFFORD GALEA
Hekk kif Ġunju mmarka l-ewwel xahar li pajjiżna beda jerġa’ jaċċetta t-turisti f’pajjiżna, naturalment b’ammont ta’ miżuri, istruzzjonijiet u restrizzjonijiet kif ukoll avviżi mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, l-Awtorità għat-Turiżmu, u anke d-diversi stakeholders fis-settur turistiku, kienu qegħdin jistennew l-aħħar tax-xahar sabiex jaraw l-istatistika li toħroġ ta’ kull xahar mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Matul Ġunju waslu f’pajjiżna ftit aktar minn 190,000 turist, li, għalkemm mhuwiex ammont li kien ikollna qabel il-pandemija f’pajjiżna, huwa ammont li jagħti tama u kuraġġ, bi tbassir li x-xhur li ġejjin, ser ikunu xhur pożittivi għas-settur turistiku Malti. Tkellimna maċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Dr Gavin Gulia fejn qalilna, li sa minn Jannar ta’ din is-sena, u anke qabel, l-Awtorità identifikat metodi ġodda sabiex minkejja l-lockdowns madwar id-dinja, xorta jibqgħu jippromwovu lill-gżejjer tagħna, b’mod innovattiv u sikur. Stqarrew li dan sar billi ikapitalizzaw fuq il-fatt li bosta kienu fid-djar tagħhom. Għaldaqstant, l-istrateġija ffukat fuq aspetti viżwali u diġitali, fejn intużaw ukoll vidjows b’riċetti Maltin li dak li jkun seta’ jipprova f’daru. “Hekk kif bdew jaslulna aħbarijiet pożittivi ħafna dwar l-approvazzjoni tal-vaċċini għal kontra l-COVID-19, bdejna naħdmu bis-sħiħ fuq pjan ħolistiku għall-irkupru tas-settur turistiku Malti, b’investiment ta’ għoxrin miljun ewro, maqsum f’diversi skemi li kollha huma immirati għal setturi jew niċeċ differenti, sabiex b’hekk ikun assigurat li qegħdin nilħqu firxa vasta ta’ stakeholders tas-settur. Tennew magħna li apparti dan, ġie msaħħaħ u kkonsolidat id-dipartiment tar-riklamar diġitali biex b’hekk inħolqot l-infrastruttura xierqa biex jintlaħqu bosta nies, f’dawk is-swieq ewlenin li huma importanti għal pajjiżna. Fil-fatt, kif anke ħareġ mill-istess statistika, il-maġġor parti tat-turisti, tul ix-xahar ta’ Ġunju ġew mill-Italja, mill-Ġermanja, mill-Polonja, minn Franza u minn Spanja. Fattur importanti li wassal sabiex ikollna dan l-ewwel xahar ta’ turiżmu tajjeb, f’din in-normalità l-ġdida huma d-diversi skemi li tnedew flimkien mal-Ministeru għat-Turiżmu sabiex jinċentivaw lil diversi tipi differenti ta’ turisti. Jidher li l-interess fuq livell internazzjonali fuq dawn l-iskemi beda jinħass mill-ewwel. Ġie nnutat interess ukoll fuq livell lokali, mid-diversi lukandi u stabbilimenti li lejhom huma immirati l-iskemi għall-pjan ta’ rkupru.
Permezz ta’ dawn l-iskemi l-Awtorità Maltija għat-turiżmu setgħet tippromovi d-diversi niċeċ li jagħmlu parti intrinsika mis-settur turistiku kollu, fosthom l-iscuba diving, l-istudenti tal-Ingliż, is-settur tal-konferenzi, u t-turiżmu sportiv fost oħrajn. Skema oħra li tnediet, hija immirata għal dawk il-persuni ta’ ’l fuq minn 65 sena li jagħżlu li jqattgħu l-btala tagħhom f’pajjiżna, għal 15-il lejl jew aktar, b’investiment ta’ mitt miljun ewro. “Dawn l-iskemi tista’ tgħid li kienu pjattaforma ideali sabiex it-turisti jagħżlu lil pajjiżna għall-ewwel btala tagħhom wara l-pandemija. Bla dubju ta’ xejn iżda, il-mod kif imxew l-Awtoritajiet tas-Saħħa u s-sitwazzjoni ta’ każijiet ġodda u l-firxa nnifisha tal-virus f’pajjiżna, huma wħud mill-elementi l-oħra li għandhom jagħtu serħan tal-moħħ lit-turisti li ser jaslu f’pajjiżna.” L-Awtorità qalet li dan kollu apparti l-fatt li l-programm Nazzjonali ta’ Vaċċinazzjoni għal kontra l-COVID-19 li beda lura f’Diċembru li għadda, wassal sabiex pajjiżna huwa l-ewwel stat Membru Ewropew li għandu l-herd immunity. “Apparti kollox, nemmen li l-pjan strutturat ta’ kif qegħdin jiġu rilaxxati il-miżuri li kellna fis-seħħ, b’ħin biżżejjed biex jiġi analizzat l-istess rilaxx, huwa wkoll fattur ieħor li meta persuna tkun qed tagħżel fejn sejra għal ftit jiem ta’ mistrieħ, tieħu inkonsiderazzjoni,” kompla jgħid Gavin Gulia. Qal ukoll li ovvjament, il-fatt li għandna pajjiż mimli storja, kultura, bajjiet, flimkien ma’ temp mill-isbaħ u ikel mill-aqwa, għandu wkoll jagħmel lil pajjiżna l-għażla ideali. Dr Gulia saħaq ukoll li għall-Awtorità, mhuwiex biżżejjed li jkunu attirati t-turisti lejn Malta iżda rridu wkoll naħdmu fuq il-prodott tagħna. U
kien proprju permezz ta’ dan il-ħsieb raġuni hija wkoll marbuta mal-fatt li minbarra dan ix-xogħol kollu l-Aw- li tul ix-xhur tal-pandemija, stajna torità Maltija għat-Turiżmu qiegħda naraw li madwar id-dinja l-ambjent taħdem fuq numru ta’ proġetti sabiex tajnieh ftit tan-nifs u stajna naraw jiġi msaħħaħ dak li essenzjalment xeni mill-isbaħ anke f’pajjiżna stess, huwa il-prodott tagħna – il-ġmiel fejn bosta dniefel u fkieren bdew jimirħu fl-ibħra tagħna, u dan kien sintal-Gżejjer Maltin. Enfasizza li dawn jinkludu għadd jal ċar għalina lkoll li rridu ninvestu ta’ xogħlijiet ta’ restawr f’għadd ta’ b’mod effettiv fl-ambjent marittimu knejjes u mużewijiet parrokjali, u tagħna, sabiex nipproteġuh, nikkondan bil-għan li l-Awtorità Maltija servawh u nħalluh fi stat tajjeb sabiex għat-Turiżmu tinvesti b’mod dirett dan jibqa’ jitgawda minn uliedna, u fit-turiżmu reliġjuż, ħaġa li qegħdin minn ulied uliedna. Dawn l-affarijiet kollha, jidħlu u naħdmu sew fuqha, għaliex minkejja ċ-ċokon tal-gżejjer tagħna, pajjiżna huma parti mill-istrateġija għas-setgħandu ħafna x’joffri lil hinn mill- tur turistiku għall-10 snin li ġejjin, li tnediet aktar kmieni din is-sena, baħar, mix-xemx u mill-istorja. mill-MTA u mill-Ministeru għat“Biex nagħti eżempju, 16-il elf Turiżmu. Din l-istrateġija ewro ser jiġu investiti sahija msejsa fuq tliet biex jitlesta mużew ta’ pilastri ewlenin: Repartimonju kulturali cover, Rethink u fin-Naxxar, filwaqt Revitalise, fejn li permezz ta’ Hekk kif bl-entużj ażmu ftehim fil-Melltal-Ministieħa ser ikombdew jaslulna ru Clayton pli r-restawr Bartolo, tas-Santwaraħbarijiet pożittivi flimkien juMarjanfil-Mellħafna dwar l-approvazzjoni m a r -re ż i lieħa.” jenza tal-isFtit taltal-vaċċini għal kontra taff tal-Awġimgħat ilu wkoll, inbel-COVID-19, bdejna naħdmu torità Maltija għat-Turizmu,qed da l-proċess bis-sħiħ fuq pjan ħolistiku jirnexxilna li għal dak li ser nibdew nilħqu ikun l-ewwgħall-irkupru tasb’mod kawt, el marine park settur turistiku iżda b’konvinzf’pajjiżna. Tul joni l-miri li tfasslu dawn l-aħħar snin Malti f’din l-istrateġija. fil-fatt, l-Awtorità Malt“Inħares ’il quddiem ija għat-Turiżmu imbarkat sabiex filwaqt li nibqgħu lkoll fuq missjoni sabiex tistabbilixxi u timmanniġġja bl-aktar mod effettiv, inħarsu s-saħħa tagħna u ta’ dawk żona protetta tal-baħar – marine pro- kollha ta’ madwarna, u filwaqt li tected area – fin-naħa ta’ fuq ta’ Mal- nibqgħu nħarsu l-istruzzjonijiet kollta u fil-fatt, ingħata bidu għal ftehim ha tal-awtoritajiet tas-saħħa, jkollna fil-prinċipju bejn l-istess Awtorità kumplament ta’ staġun turistiku sajfi Maltija għat-Turiżmu u Nature Trust li jkun pożittiv, u jħalli l-effett mixtieq Malta, sabiex pajjiżna jkollu proprju, fuq l-ekonomija Maltija,” temm jgħid iċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għatdan l-ewwel marine park tiegħu. Dr Gavin Gulia qal ukoll li parti mir- Turiżmu Gavin Gulia.
20
11.07.2021
ĦALLEW ĦAJJITHOM FUQ IL-FORKA L-imgħallqin bejn l-1800 u l-1900 f’Malta laħħqu 44 persuna, kollha rġiel. Il-maġġoranza tal-każi seħħew f’pajjiżna, iżda kien hemm oħrajn li twettqu barra xtutna. Ir-raġunijiet għax-xiljiet kienu l-aktar fuq serq u prostituzzjoni. Minn dak li se naqraw se naraw kemm il-liġi kienet aktar retta fiż-żminijiet imbiegħda. Dan l-artiklu ħloqtu minn studju ta’ Joseph Galea. Minn CHARLES B. SPITERI L-ewwel każ kien ta’ Salvu Farrugia, li ma kienx ilu Malta wara sitt snin ilsir f ’Kostantinopli. Fl-20 ta’ Mejju 1802 daħal f ’ħanut tax-xorb f ’Birkirkara ma’ xi ħbieb u siker. Inqala’ argument mal-aħwa Għawdxin, Salvu u Mikiel Attard, wara li Farrugia pprova jirridikola lil Salvu Attard. Farrugia ħareġ mus u fajjarlu bih fuq wiċċu. Resaq Mikiel, li wkoll qala’ daqqa ta’ mus f ’sidru. Dan waqa’ u miet fil-post. Farrugia pprova jaħrab, iżda nqabad u spiċċa kundannat għall-mewt. It-tieni każ jirrigwarda lil Giuseppe Camilleri, Giovanni Scerri, Salvu Grech, Ġamri Magri u Ġanni Sceberras. Fil-lejl tal-5 ta’ Frar 1806 serqu u qatlu lil Dun Alwiġ Decelis, ta’ 75 sena, f ’daru, fin-Naxxar. Bil-ħtija kollha, weħlu Giuseppe Camilleri u Giovanni Scerri, li wara kważi sena, intbagħtu għall-mewt. Ras Camilleri kellha tinqata’ minn ġismu u titqiegħed fejn tidher, fir-raħal fejn twettaq id-delitt. Giuseppe Liborio Castagna, Taljan, li waqt li kien arrestat fuq delitt mhux magħruf, qatel Taljan ieħor, Gaetano Grazzi fl-20 ta’ Frar 1809. Hu ngħata l-mewt fl-4 ta’ Awwissu 1810. Ir-raba’ mewt kienet ta’ Alessio Aureaci, baħri Franċiż ta’ 28 sena. Mhux magħruf fuq xiex kien mixli, iżda ġie kkundannat għallmewt bid-dendil mal-arblu majjistru tal-bastiment tiegħu, ankrat fil-Port ilKbir, fis-17 ta’ Diċembru 1810. Warajh mess li Mohammed Bona, Marokkin ta’ 20 sena. Hu qatel lil Imhammett Halifa Bresi fi ġlieda li qamet fil-15 ta’ April 1811. Bona ngħata s-sentenza talmewt fl-20 ta’ Ġunju 1812 u qabel ma dendluh talab li jitgħammed. Kawża ta’ għira Sentenza tal-mewt riżultat ta’ għira ngħatat lil Bartolomeo Esposito, Naplitan, li fuq bastiment ankrat taħt Kordin, fera għall-mewt lil Francesco Rosso minn Messina.
Ingħad li setgħu ħabbew lil Agata Serra, xbejba mill-Isla. Mix-xhieda rriżulta li x-xbejba la kellha x’taqsam ma’ wieħed u lanqas mal-ieħor. Lil Esposito dendluh fil-Furjana f’Diċembru 1812. Antonio Borg instab ħati li naqas milli jgħarraf lill-awtorità sanitarja li kellu l-pesta. Hu nstab ħati, ġie kkundannat għall-mewt u qatluh billi sparawlu quddiem il-Klistanija fi Triq il-Merkanti, il-Belt. Giovanni Zerafa, ħalliel magħruf u terrur ta’ billejl fl-irħula kien akkużat b’diversi serqiet. Is-serq kien punibbli bil-piena tal-mewt, skont il-Kodiċi ta’ De Rohan. Zerafa nstab ħati, ġie kkundannat għall-mewt u dendluh fil-Furjana fit-12 ta’ Diċembru 1814. Ġorġ Mallia, bejjiegħ minn Ħal Qormi, kellu xi jgħid ma’ Mario Caruana, Qormi ieħor, ferieh b’mus u qatlu. L-inċident ġara f’Ġunju 1819. Ittella’ l-Qorti, ingħata verdett għallmewt u dendluh fil-Furjana fis-27 ta’ Ottubru. Difnuh fiċ-ċimiterju tal-Blata l-Bajda.
Qtil f ’mitħna Sentejn wara nsibu lil Ċikku Caruana u Ġużepp Scicluna, li flimkien ma’ 12 oħra minn sħabhom tal-gang, daħlu f’mitħna fir-Rabat fis1.00a.m. f’Ġunju 1821 bl-għajnuna ta’ qaddej, li fetħilhom. Huma sgassaw il-bieb fejn kien hemm il-proprjetarju, qabduh, rabtuh u qegħdulu ħabel ma’ għonqu. L-istess għamlu lil martu u qaddejja li kienu jgħixu fil-mitħna. Serqulhom 2,000 skud fi flus u bosta oġġetti ta’ valur. Ċikku Caruana u Ġużepp Scicluna nstabu ħatja u ġew kundannati għall-mewt. Sitta mill-oħrajn intbagħtu għomorhom il-ħabs u s-sitta l-oħra kkundannati sena ħabs jaħdmu mal-Public Works. Lil Caruana u Scicluna dendluhom fil-Furjana f’Ottubru, quddiem folla enormi. Lis-sitta b’għomorhom ilħabs, ħaduhom fuq il-forka u ġegħluhom ibusuha. Fl-istess sena nsibu l-każ ta’ Marozz Spiteri u Mikiel Dimech, mixlija b’kompliċità f’serq aggravat bi vjolen-
za f’żewġ okkażjonijiet; fit-3 ta’ Frar u fit-2 ta’ April 1821. Flimkien ma’ oħrajn, fetħu soqfa, u Spiteri rabat lin-nies li kienu jgħixu fid-djar u serqilhom oġġetti ta’ valur u flus. Il-pulizija mill-ewwel issuspettaw fi Spiteri. Marru għandu u sabulu bosta ħwejjeġ misruqin. Tellgħu lilu u lil Dimech il-Qorti, li kkundannathom għall-mewt. Lil Spiteri dendluh fil-Furjana fid-29 ta’ Lulju 1822 u fuq l-istess forka waslet l-aħbar li s-sentenza tal-mewt ta’ Dimech inbidlet f’għomru l-ħabs, marbut bil-ktajjen ma’ saqajh. Lil Nicola Mattera, baħri ta’ 28 sena minn Ischa, dendluh fit-8.00 a.m. tat-8 ta’ Marzu 1823 fil-Furjana. Hu nstab ħati li qatel lil Antonio Zahra, suldat li kien qed jaqdi dmiru fil-Birgu, lejlet il-Karnival ta’ Frar 1823. Irriżulta li Mattera żifen ma’ xbejba liebsa l-maskra f’dar ħdejn Sant’Anġlu, fejn kien qed isir ballu u qanqal l-għira tal-caretaker, li f’dagħdigħa tajjar is-sigarett minn ħalq ilbaħri u sejjaħ lis-suldat biex jitfgħu lill-baħri ’l barra. Zah-
ra arresta lil Mattera u ħadu miegħu. Dan ħassu umiljat u fi triq mudlama u dejqa xejjirlu daqqa ta’ stallett li kellu f’ħobbu u ħallieh għal mej jet. Fil-Belt attira l-attenzjoni tal-pulizija, li arrestawh u sabu li kien hu l-ħati tal-qtil. Qtil bejn l-aħwa Ġużepp Grech, Naxxari, kien mixli li qatel lil ħuh Salvu, f’April 1825, fit-telgħa tal-Għaqba bejn Ħal Lija u n-Naxxar. Mhux magħruf għaliex sar il-qtil, iżda Ġużepp instab ħati u kien ikkundannat għall-mewt, li kienet esegwita fis-16 ta’ Mejju. Skont l-istess sentenza, inqatgħetlu idu l-leminija u tqiegħdet fejn sar id-delitt. Wenzu Attard u Mikiel Curmi, żewġ ħabsin, inxtlew li ħarbu mill-ħabs, serqu u ferew sew lil Giuseppe Sceberras waqt li kienu maħrubin. Instabu ħatja u kienu kkundannati għall-mewt. Dendluhom fil-Furjana fit-22 ta’ Frar 1826. Wara serqa fir-Rabat, fil-lejl tas-27 ta’ Ottubru 1828, li fiha
21
11.07.2021 ra lil Farrugia mgħobbi sew bi xkora fuq dahru. Minkejja li waqqfu, Farrugia baqa’ sejjer għall-kerrejja li kellu. Il-kuntistabbli baqa’ sejjer warajh, fejn qala’ xebgħa b’injama ħoxna sa ma tfarrkitlu rasu u mnieħru. F’ wiċċu kellu bosta feriti. Nofs ġismu kien imdaħħal fi xkora biex jinġarr. Farrugia nstab ħati fil-ġuri, ikkundannat, u ngħata l-mewt fil-11 ta’ Ġunju. Il-każ ta’ ‘Peppi tat-Tuttu’
Ġużepp Vella safa attakkat, marbut u ttorturat b’riżultat li miet biex serqulu kulma kellu, kienu arrestati Xmun Grech, Indrì Farrugia, Ċikku Grech, Nazju Sant, Ġamri Busuttil, Ġanni Fenech u Salvu Grima. Wara x-xhieda, il-Qorti tat is-sentenza talmewt lil Ġużepp Grech u Indrì Farrugia. Huma ddendlu filFurjana s-Sibt 3 ta’ Jannar 1829. Wenzu Bonanno ta’ 45 sena, martu Maddalena ta’ 21 sena, Manwel Bonanno, binhom ta’ 12-il sena, Ċikku Farrugia, Wiġi Darmanin u Ċikku Attard kienu mixlijin li qatlu lil Francesca Bellia, ma għrufa bħala l-Wirdiena, biex jisirquha. Huma wettqu qtil ieħor wara kważi sentejn fuq Vincenzo Cucciardi, f’Bormla. Kixef id-delitti Ċikku Attard, li ħa l-proklama. Fis-sentenza tagħha l-Qorti kkundannat lil Wenzu Bonanno, martu Maddalena, Ċikku Farrugia u Wiġi Darmanin għall-mewt. It-tifel Manwel ġie liberat. Iżda minħabba l-età żgħira ta’ Maddalena, bidlulha s-sentenza għal 20 sena ħabs.
Lill-ħatja dendluhom fit-3 ta’ jagħtih bih sa ma qatlu. Għal Frar 1830. dan, dendluh fil-Furjana fl-14 ta’ Diċembru. Il-qtil taz-Zol-in-Zol Fl-1 ta’ Settembru 1851, ingħata l-mewt fil-Furjana Il-qtil tal-prostituta Grazz- Hamet, bin Mabruk, Tork ja Grech, iz-Zol-in-Zol seħħ mgħammed, aktar magħruf f’April 1832. Giovanni Fedele bħala Pawlu Azzopardi. Kien u Paolo Laus kienu mixli- mixli bil-qtil ta’ Marija Ba ja bil-qtil tagħha. Il-qattiela ldacchino, prostituta, magħrkienu taw ċurkett maħdum ufa bħala l-Furfiċetta. Qatminnhom stess lill-mejta, għalha dirgħajha u taha 20 u rawh f’suba’ bejjiegħ tal- daqqa ta’ stallett. Wara xeħut. Inqabdu mid-demm li ħitha fil-bir. kellhom fuq ħwejjiġhom. ItSalvu Farrugia, Salvu Saltellgħu l-Qorti, instabu ħat- iba u Salvu Scicluna (li ħa ja u neħħewlhom ħajjithom l-Proklama) kienu mixlija li fil-Furjana, f’Mejju 1832. Meta qatlu lil Ċikku Theuma, bniesar jaf bis-sentenza, missier dem tat-tajjeb u tefgħuh filPaolo tgħallaq ma’ siġra. Xi bir. Farrugia u Saliba kienu nies sabu lill-bejjiegħ tal-ħut, kkundannati għall-mewt u tawh xebgħa u ftit ġranet għallquhom fil-Furjana fis-7 wara miet mill-feriti. B’hekk, ta’ Diċembru 1853. Dan kien kawża ta’ dak iċ-ċurkett l-aħħar tgħalliq fil-Furjana. tad-deheb, mietu ħamsa minAnġlu Farrugia miż-Żejtun, nies. li kien weħel għomru l-ħabs Ġulju Frendo, bniedem ta’ fuq il-qtil tal-bidwi Ġużepp qattagħni u magħruf bl-in- Barbara wara serq millċest ma’ bintu, kien mar ma’ għalqa, fl-1858 ħafrulu l-bqija erbat irġiel u bdew igaraw tas-sentenza fl-okkażjoni tażil-ġebel lejn id-djar tan-nies. żjara tal-Prinċep Alfred, iżda Ċertu Ġamri Mifsud feġġ u reġa’ kien mixli bil-qtil talbeda jċanfarhom. Ġulju ħa kuntistabbli Serafino Zammit, l-mus, mar lejn Mifsud u beda fil-11 ta’ April 1860. Dan kien
Il-każ ta’ ‘Peppi tat-Tuttu’ kien idur ma’ Ġużepp Attard u Ġużepp Chetcuti. Dawn, fid-dlam tal-5 ta’ Lulju 1862, serqu flus, deheb u fidda middar tas-Sur Lawrenz Demartino fil-Furjana. Biex serqu, qatlu lil Katarina, serva ta’ 35 sena. Kixifhom it-tifel tasSur Lawrenz, ta’ erba’ snin, li nstab imwerwer fil-kantina u beda jirrepeti ‘Peppi tat-Tuttu’, peress li Ġużepp Attard, ir-raġel ta’ oħt il-mara tasSur Lawrenz, kien il-kuċċier tal-kaless li kellhom. Huma għaddew ġuri, instabu ħatja u nqatlu fit-22 ta’ Diċembru tal-istess sena. John Burns, suldat Irlandiż kien mixli li qatel lis-Surġent Thomas Ludgate, tal-istess regiment, fis-16 ta’ Awwissu 1864, fil-barracks tal-Furjana. Il-verdett kien ta’ ħati u ġie kkundannat għall-mewt. Dendluh barra l-ħabs ta’ Kordin fl-10 ta’ Settembru. Każ ieħor kien ta’ Ġamri Pirotta min-Naxxar, li kien joqgħod Tunes. Hemm qatel lil Salvatore Piott f’Novembru 1875. Il-ġurati sabuh ħati u kkundannawh għall-mewt. F’Diċembru tal-1863, Pirotta kien kundannat 12-il sena ħabs fuq il-qtil ta’ ħabibu Giuseppe Gatti, suldat ieħor. Lil Pirotta dendluh barra l-ħabs fis-6 ta’ Mejju 1876. Pawlu Galdies minn Ħal Qormi kien mixli li qatel lil Pawlu Barbara, fil-Milied tal1875, f’Tunes. Ġabuh Malta, għaddewh ġuri u nstab ħati skont l-akkuża. Dendluh fis-6 ta’ Mejju 1876. Ġużè Azzopardi u Manwel Dimech kienu mixlija li fit-3 ta’ Frar 1878 qatlu lil Pawlu Genuis, fil-foss taħt il-Bieb tal-Bombi, biex jisirquh. Azzopardi ngħata sentenza ta’ mewt u lil Dimech, billi kien minorenni ta’ 17-il sena, bagħtuh 20 sena ħabs. Ġużè Azzopardi kien għadu kif ħareġ mill-ħabs fis-7 ta’ Jannar tal-istess sena. Qtil ieħor ta’ prostituta kien ta’ Rosina Crisofalli minn Sqallija, li kienet toqgħod il-Furjana. Seħħ fl10 ta’ Awwissu 1880 minn Giuseppe D’Urso, li kkaġunalha bosta feriti b’mus. Jiem qabel, kien heddidha li joqtolha. Hu nstab ħati u kien kundan-
nat għall-mewt. Il-komunità Taljana f’Malta għamlet petizzjoni lill-Gvernatur biex jibdillu s-sentenza u l-ħabsin riedu li l-forka ma ssirx filħabs iżda barra, bħal qabel. Dendluh f’Kordin, fis-26 ta’ Ottubru, l-ewwel darba mhux pubblikament. Qtil fil-Karnival Ċensu Azzopardi nstab ħati tal-mewt ta’ Mikiel Debattista. Kien fl-aħħar jum tal-Karnival ta’ Frar 1866. Debattista kien libes ta’ mara u kien kemxejn imlaħlaħ. Xi ħadd għollielu d-dublett u nqalgħet ġlieda ħdejn il-knisja tal-Ħerba f’Birkirkara. Aktar tard Ċensu Azzopardi reġa’ ltaqa’ ma’ Debattista, mar fuqu, tah daqqa ta’ mus u ferieh għallmewt. Hu nstab ħati u ngħata l-mewt li seħħet fit-2 ta’ Mejju. Każ ta’ Ċensu Azzopardi ieħor seħħ f’Tunes. Ċensu tqabbad jorganizza festin għat-twelid tat-tarbija ta’ Ipollito Camenzuli. Sid l-appartament, Mikiel Tortora kien bil-vistu u ma riedx mużika. Camenzuli ħallas lid-daqqaqa u telqu. Iżda Azzopardi mar ma’ sħabu jdoqq taħt it-twieqi tad-dar, spara, laqat lil mart Tortora u qatilha. Inġieb Malta, instab ħati u ntbagħat għall-mewt. Dendluh f’Kordin f’Mejju 1867. Fl-24 ta’ Awwissu 1870 inqatel Carmel Camilleri, misjub ħati bil-qtil ta’ Mikiel Schembri f’għalqa fil-Marsa. Schembri kien spjun tal-pulizija biex jgħasses u jirrapporta lil-lgħaba tal-azzard. Camilleri kien ukoll bniedem kriminali. Edmund Honlon suldat Irlandiż instab ħati li qatel lis-suldat John Cane tal-istess regiment. Sparalu għal qalbu f’Bormla. Spiċċa ċmdendel biswit il-bieb tal-ħabs ta’ Kordin, 14-il jum wara. Is-suldat Giuseppe Vella ta’ nisel Għawdxi ġie mixli bil-qtil tal-baħri George L. Godwin, f’Jannar 1893, wara li żaru prostituta fid-Duwi Balli. Ingħata l-mewt u dendluh fuq il-forka l-ġdida fil-ħabs ta’ Kordin, (ittrap-door) f’Marzu. Ġuże’ Muscat, Pawlu Farrugia, Gawdenz Fenech u Manwel Caruana tressqu arrestati bilqtil ta’ Toni Grima fir-razzett tiegħu f’Ħad-Dingli, fi Frar 1892. Caruana ngħata l-proklama. L-oħrajn ingħataw sentenza ta’ mewt. Iżda dendlu biss lil Muscat. Lill-oħrajn bidlulhom is-sentenza għal għomor ilħabs. Finalment, iddendel Rużar Mizzi, mixli bil-qtil ta’ Wenzu Bonanno, f’Novembru 1888, fil-Marsa, biex jisirqu. Dan kien l-aktar ġuri b’xhieda ta’ nies delinkwenti, għax qisu kulħadd ried jeħles minn Mizzi. Hu ngħata l-mewt fit-2 ta’ Lulju 1894.
22
11.07.2021
OĦLOQ TBISSIMA 2021 INTERVISTA MA’ FR LOUIS MALLIA – DIRETTUR TAD-DAR TA’ SAN ĠUŻEPP Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Reġgħet waslet “Oħloq Tbissima 2021”, li din is-sena ser tkun qed tittella’ millĠimgħa 16 ta’ Lulju sal-Ħadd 18 ta’ Lulju kuljum bejn il-17.00 u 00.00. Grazzi għad-donazzjonijiet li rċivew permezz ta’ “Oħloq Tbissima 2020” qed jiġu megħjuna nies fil-bżonnijiet l-aktar bażiċi tagħhom billi jagħtuhom rispett u dinjità umana, biex jissopravivu f’sitwazzjoni fejn il-ħajja normali ta’ kuljum diġà hija kkumplikata, u din kienet aggravata mill-pandemija COVID-19. Tkellimt ma’ Fr Louis Mallia li huwa d-Direttur tad-dar ta’ San Ġużepp, fejn stqarr miegħi li madwar 3,000 persuna fil-bżonn, jirċievu ikla nutrittiva kuljum. Tqassmu madwar 8,000 borża ta’ ikel lil persuni fil-bżonn. Mijiet ta’ persuni ġew megħjuna fil-klinika mmexxija mis-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP) f’Arequipa, fil-Perù. Dawn huma biss uħud mill-ħidmiet li l-MSSP wettqet fix-xhur li għaddew grazzi għad-donazzjonijiet li nġabru waqt il-maratona “Oħloq Tbissima 2020”. Mistoqsi kemm ilu nkarigat jieħu ħsieb “Oħloq Tbissima” , u x’inhu l-irwol tiegħu fi ħdan din il-maratona, Fr Louis weġibni: “Jien kont diġà nieħu ħsieb iċ-Ċentru Animazzjoni Missjunarja fi ħdan is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl. Il-fini ta’ ċentru bħal dan li jinsab parti mid-Dar ta’ San Ġużepp huwa biex nippromwovu l-missjonijiet tagħna. Għalhekk, filwaqt li noħolqu awareness missjunarja, norganizzaw ukoll modi kif ngħinu, għalhekk kemm bi flus, b’kontejners, u anke b’volontarjat ngħinu proġetti varji missjunarji. Ma’ dan matul is-snin, ħloqna
wkoll missjoni hawn Malta li permezz tal-midja: billi nagħmlu programmi soċjo-reliġjużi u proġetti varji nkunu qed naslu għand in-nies anke bil-mezzi soċjali biex inwasslulhom messaġġ Kristjan. Filwaqt li konna għaddejjin b’dan kollu, 19-il sena ilu ddeċidejna li noħolqu l-Maratona “Oħloq Tbissima” biex anke tkun ta’ iżjed għajnuna fil-bżonnijiet tal-Missjonijiet tagħna ġewwa l-Perù, il-Pakistan, il-Filippini u Kuba”. Kompla jgħidli li din is-sena, bħas-sena l-oħra minħabba l-pandemija għamlu enfasi biex joħolqu dinjità u jitimgħu l-familji. “Filwaqt li fil-missjoni nagħtu kas l-edukazzjoni u l-futur stabbli tal-komunitajiet fejn ngħixu, din is-sena l-proġett ser ikun ukoll li nassistu fl-aktar bżonnijiet bażiċi tal-ikel lil eluf u eluf ta’ familji li din il-pandemija ġabithom fixxa. Diversi inizjattivi qed jaħdmu biex dawn foqra li spiċċaw miżerabbli, ikollhom mod kif jistgħu jkampaw sakemm tgħaddi din l-imxija. Fit-12-il xahar li għaddew għamlu differenza kbira l-għotjiet li nġabru minn “Oħloq Tbissima”, u hekk ser isir mill-Maratona ta’ din is-sena”. Diversi proġetti għall-komunità Il-ħidmiet imsemmija twettqu permezz tar-reġjun tas-Soċjetà li jkopri l-missjonijiet fil-Perù li jinkludu sitt parroċċi u f’Kuba, fejn l-MSSP tmexxi paroċċa waħda. Il-proġetti kollha ta’ promozzjoni umana jitmexxew mill-parroċċi differenti u jvarjaw fin-natura tagħhom. Minbarra l-missjoni ta’ evanġeliz-
zazzjoni diretta, jinkludu proġetti li għandhom x’jaqsmu mal-kura tassaħħa, l-edukazzjoni, il-programmi tal-ikel, il-kura tal-orfni, il-programmi ta’ sponsorships, eċċ. Is-Soċjetà għandha wkoll ‘Fond ta’ Kompassjoni’ li jgħin lin-nies skont il-bżonnijiet partikolari tagħhom u li mhumiex inklużi fil-proġetti formali. Kompla jgħidli li l-idea hi li “mhux noffru servizzi, iżda naqdu”. Dan huwa approċċ aktar inklussiv billi jekk wieħed joffri servizzi, jista’ jservi biss skont is-servizzi offruti. Min-naħa l-oħra, meta ngħidu ‘naqdu’, jimplika li qed nagħmlu l-almu tagħna biex ngħinu lin-nies permezz ta’ ħidmiet li mhux bilfors ikunu proġetti formali. Il-missjoni MSSP għandha proġetti oħra li jgħinu lin-nies biex isiru awtosuffiċjenti. Dan isir permezz ta’ taħriġ f’ħiliet differenti, ħiliet ta’ ġestjoni, ftuħ ta’ opportunitajiet ta’ negozju, eċċ. Qasam ieħor importanti ħafna ta’ servizz għall-komunitajiet differenti huwa t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, ommijiet waħedhom, tfal u anzjani. Immexxu wkoll uffiċċju legali biex niggarantixxu d-drittijiet tan-nies kollha fil-parroċċi mmexxija mill-MSSP. Id-donazzjoni mibgħuta mill-maratona ‘Oħloq Tbissima 2020’ intużaw l-iktar biex jiġu megħjuna, u jingħataw ikel nutrittiv numru ta’ persuni fil-bżonn. Il-parroċċi differenti organizzaw ‘Kċejjen tal-Komunità’ u boroż tal-ikel. Aħna nistmaw li qed norganizzaw medja ta’ 3,000 persuna kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa s-sena kollha. Ukoll, tajna aktar minn 8,000 basket tal-ikel. Dan kollu għadu għaddej bħalissa.
Madwar 15% tad-donazzjoni ntużat għall-kura tas-saħħa. L-MSSP tmexxi klinika tas-saħħa f’Arequipa, u huwa grazzi għall-preżenza tagħna fiż-żona li stajna ntaffu l-pandemija COVID-19 fuq il-pazjenti tagħna u nsalvaw il-ħajjiet. Aħna għamilna dan billi pprovdejna ossiġnu, mediċina, maskri, sanitizers, u PPE lill-istaff tal-klinika. Dawn kollha ma’ diversi ġesti oħra, li l-lista ma tispiċċa qatt. Wieħed jista’ jagħti l-kontribuzzjoni tiegħu minn issa billi jċempel fuq dawn n-numri: 51002031 - €20 jew 51902080 - €50. Wieħed jista’ wkoll jibgħat SMS: 50619285 - €11.65. Il-linja tal-pleġġ – 21445544, donazzjonijiet, anki minn barra minn Malta, ser ikunu possibbli permezz tas-sit www.ohloqtbissima. com. jew tagħtu donazzjoni bill-BOV MOBILE PAY fuq in-numru 79202035. Biex titma’ familja ta’ 5 persuni, il-MISSJUNARJI MSSP għandhom bżonn €2,000 għal sena għal kull familja, €1,000 għal 6 xhur għal kull familja, €500 għal tliet xhur għal kull familja, €200 għal xahar għal kull familja u €50 għal ġimgħa għal kull familja. Fr Louis temm din l-intervista miegħi b’messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Aħna poplu ġeneruż. Il-missjunarji tagħna matul is-snin dejjem għamlu proġetti frott il-miraklu tal-providenza. Din is-sena inti li qed taqra dan l-artiklu ser tkun parti mill-miraklu tal-ħajja lejn sitwazzjoni aħjar. Qalbna meta tħoss għall-oħrajn u tagħmel xi ħaġa, tkun rifless ta’ dak li ħalaq kollox biex kulħadd jgħix fid-dinjità u fl-imħabba”.
08.11.2020 11.07.2021
23
SKEDA ONE 12:30 12:35 12:45 13:00 14:00 15:00 15:15 15:30 15:35 17:30 18:30
ONE News Teftif Telebejgħ Fredu l-Fra Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta Teżori ONE News Espresso Flimkien ma’ Nancy Pjazza
TNEJN 19:15 Tentufiet short 12-07 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:07 Primetime Preview 20:15 Dak kien żmien?! 20:45 Liquorish 22:50 Music Legends 23:30 ONE News 23:30 Liquorish Daytime
06:15 ONE News 06:47 Moda l-istorja 07:15 ONE News 07:30 Durella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 10:00 Il-kostruzzjoni 10:30 Mad-Daqqa t’Ghajn 11:20 Tentufiet 11:50 Durella
12:10 12:30 12:40 12:45 13:00 13:55 14:47 15:30 15:35 17:37 18:10
Ulied Maltin ONE News Teftif Teżori Fredu l-Fra Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta
18:30 19:14 19:16 19:30 20:07 20:15 21:00 22:00 22:29 23:30 23:45
06:15 06:45 07:15 07:30 08:00 08:30 09:15 10:00 10:30 11:36 12:14
12:30 12:35 12:45 13:00 14:00 15:00 15:30 15:35 17:35 18:07 18:30
ONE News Teftif Teżori Fredu l-Fra Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Ħabrikt Pjazza
19:13 Tentufiet ERBGĦA Short 14-07 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:08 Primetime Preview 20:18 Pajjiżi 20:30 Melodija Taljana 21:00 Espressjoni 22:23 Division 7 23:40 ONE News
06:15 ONE News 06:45 Tul il-Kosta Maltija 07:15 ONE News 07:30 Durella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:31 Pjazza 09:16 Telebejgħ 10:08 The Local Traveller 10:45 Pink Panther 11:30 Ħabrikt
12:07 12:30 12:35 12:48 13:00 14:00 15:00 15:30 15:35 17:30 18:00
Ulied Maltin ONE News Teftif Teżori Fredu l-Fra Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Moda L-Istorja
18:30 19:15 19:20 19:30 20:10 20:20 20:30 22:17 22:00 23:30 23:45
Pjazza Tentufiet short ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Pajjiżi Pirotekniċi Tentufiet Division 7 ONE News Division 7 - ikompli
06:15 06:45 07:15 07:30 08:00 08:30 09:15 10:00 10:30
11:30 12:10 12:30 12:35 12:45 13:00 14:00 15:00 15:30
Taste & Travel Ulied Maltin ONE News Teftif Teżori Fredu l-Fra Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News
15:35 17:30 18:00 18:30 19:15 19:20 19:30 20:10 00:00
Espresso 16-07 Telebejgħ Il-Kostruzzjoni Pjazza Tentufiet Short ONE Sports & Temp ONE News Oħloq Tbissima ONE News
06:15 ONE News 06:45 Melodija Taljana 07:15 ONE News 07:30 Durella 07:55 Teftufiet long 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Better Living 09:30 Ħabrikt
10:00 10:30 11:30 12:30 12:35 12:45 14:00 15:00
Telebejgħ Flimkien ma’ Nancy Mad-Daqqa t’Ghajn ONE News Teftif Klassi Għalina Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta
15:30 15:35 16:45 17:00 19:20 19:30 20:10 0:00
ONE News Espressjoni Teżori Oħloq Tbissima ONE Sport & Temp ONE News Oħloq Tbissima ONE News
06:15 06:45 07:15 07:30 07:39 08:00 08:40 09:00 10:30
11:55 12:30 12:35 12:45 14:00 15:00 15:30 15:35 17:00
Reboot ONE News Teftif Klassi Ghalina Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Pirotekniċi Oħloq Tbissima
19:15 19:30 20:10 20:35 21:30 0:00
One Sport & Temp ONE News Oħloq Tbissima Attivita’ Politika Oħloq Tbissima ONE News
06:15 06:45 07:15 07:30 08:00 08:30 09:15 10:00 10:30 11:30 11:50
ONE News Il-Kostruzzjoni ONE News Durrella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Music Legends Better Living Tul il-Kosta Maltija Ulied Maltin
TLIETA 13-07
ONE News Country Jamboree ONE News Durella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Dak Kien Żmien?! 100 IDEA Moda L-Istorja Ulied Maltin
ĦAMIS 15-07
ONE News Niftakru ONE News Durella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Melodija Taljana Indhouse
SIBT 17-07
ONE News Dak kien Żmien ONE News Duurella Ħabrikt Il-Quddiesa tal-jum Ieqaf 20 Minuta Paper Scan Attivita’ Politika
Pjazza Tentufiet Short ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Fish on Follow Up Niftakru Division 7 ONE News Division 7 - ikompli
ĠIMGĦA
ĦADD 18-07
24
11.07.2021
reċensjoni tal-ktieb
JINŻLULEK GĦASEL
ĠABRA TA’ ANEDDOTI MINN MALTIN MAGĦRUFA Jekk qed taħsbuha tixtrux kopja għaz-zija Anna, li qiegħda soru ma’ tal-Klawsura, jew għall-kuġin soċju tal-Mużew, agħlqu għajnejkom u ixtru. Niżgurawkom li m’hemm xejn skandaluż jew li jista’ jħammrilhom wiċċhom. U jekk, bħalna, inzertajtu tħobbu l-annimali, tajjeb tkunu tafu li parti mid-dħul mill-bejgħ ta’ dan il-ktieb iddeċidejna li ngħadduha lil xi santwarji tal-annimali, b’radd il-ħajr għall-ħidma fejjieda tagħhom. Malta żgħira, u x’aktarx li għandkom konoxxenza ma’ wħud mill-personalitajiet li se tiltaqgħu magħhom u taqraw dwarhom f’dawn il-paġni. Aħna ċerti minn ħaġa waħda. Il-kontentut għandu jnisslilkom tbissima… kultant anke xi demgħa.
Mistoqsija: Min kiteb dan il-ktieb? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb JINŻLULEK GĦASEL. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 18 ta’ Lulju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb NOTI BLU hija:
D. FALZON - ŻEJTUN
02 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm kienet iż-żieda ta’ ġukaturi attivi fl-2020?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
11.07.2021
L-‘ACID BATH MURDERER’ Kien iqarraq bl-għonja u joqtolhom għal ġidhom IT-TIENI PARTI
Il-ġenituri ta’ McSwan emmnu lil Haigh u dan beda jgħix fid-dar ta’ McSwan u beda jmur jiġbor il-kirjiet hu minfloku. Hekk kif il-gwerra bdiet toqrob lejn tmiemha, il-ġenituri ta’ McSwan bdew jitħassbu għax binhom kien ilu kważi sena ma jidher. Kien għalhekk li Haigh gidbilhom u qalilhom li McSwan irritorna biex iżurhom. Fit-2 ta’ Lulju tal-1945, Haigh ħa lill-ġenituri ta’ McSwan fil-kantina tiegħu u qatilhom b’daqqiet fuq rashom. Kif qatilhom, qabadhom u tefagħhom fit-tank tal-aċtu. Haigh seraq iċ-ċekkijiet li kellu Donald fuqu u biegħ il-proprjetajiet kollha li kellhom il-koppja McSwan. Fl-1947, il-flus bdew jonqsulu u beda jfittex koppja oħra għanja u vulnerabbli. Haigh irnexxielu jsib lill-koppja Henderson billi mar jara post li kienu qegħdin jipprovaw ibigħu. Wara dan, il-koppja Henderson stednuh biex idoqqilhom il-pjanu fid-dar
ARCHIBALD HENDERSON U L-MARA TIEGĦU ROSE
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
IL-PULIZIJA U L-INVESTIGATURI WAQT IT-TFITTXIJA TAGĦHOM tagħhom u kif kien għandhom seraq il-pistola ta’ Archibald Henderson. Fit-12 ta’ Frar tal-1948, Haigh stieden lil Archibald fil-maħżen li kien qed jikri fi Crawley f’Sussex biex taparsi jurih invenzjoni li għamel. Hekk kif waslu, Haigh spara lil Archibald bil-pistola tiegħu stess. Wara, Haigh sejjaħ għal Rose fejn qalilha li żewġha kien ħassu ħażin. Hekk kif din daħlet fil-maħżen, Haigh sparalha tir f’rasha. Hu tefa’
l-katavri tagħhom f’żewġ tankijiet separati mimlijin aċtu. Hekk kif ħeles minnhom, hu biegħ kulma kellhom ħlief il-karozza u l-kelb. L-aħħar vittma
L-aħħar vittma ta’ Haigh, Olive Durand-Deacon ta’ 69 sena, wasslet għall-arrest tiegħu. Haigh kien qalilha li huwa inġinier u hi semmietlu idea li kellha biex jinħolqu dwiefer artifiċjali u b’hekk stedinha tmur fil-maħżen tiegħu. Fit-18 ta’ Frar tal-1949, Olive marret għand Haigh u spiċċat mejta b’tir fuq wara ta’ għonqha bil-pistola li seraq mingħand Archibald Henderson. Haigh neħħielha l-affarijiet ta’ valur li kellha fuqha, fosthom kowt magħmul millħaruf Persjan, u tefagħha flaċtu. Jumejn wara l-għejbien tagħha, il-ħabiba tagħha, Constance Lane, irrapportatha bħala persuna nieqsa. Il-pulizija mill-ewwel saru jafu b’Haigh u bil-qerq li kien iwettaq u b’hekk marru jaraw ilmaħżen li kellu. Hemmhekk, l-investigaturi sabu rċevuta tad-dry cleaning fejn kien hemm imniżżel ilkowt ta’ Olive. Apparti din, huma sabu dokumenti oħrajn li kellhom x’jaqsmu mal-koppja Henderson u mal-familja McSwan. Jidher li l-maħżen ma kellux sisteOLIVE DURAND ma tad-drenaġġ -DEACON u minħabba f’hekk Haigh kien jeħles mill-fdalijiet billi jifrixhom
HAIGH XĦIN ITTIEĦED GĦALL-ĠURI
es-Assizes. Hu prova jilgħabha li kellu mard mentali u qal li minn meta kien żgħir kien joħlom bid-demm. Żied jgħid li kawża ta’ inċident tal-karozza li kellu, hu reġa’ beda joħlom bid-demm u li qed jixrob id-demm. Minkejja dan, Haigh instab ħati għax ingħad li hu kien jippjana l-qtil minn qabel u mhux iwettqu spontanjament. Haigh kien mingħalih li mhux se jinstab ħati jekk l-iġsma tal-vittmi tiegħu ma jinstabux iżda arralu hekk kif instab ħati u weħel il-piena kapitali. Fl-10 ta’ Awwissu tal-1949, Haigh ingħata l-forIl-ġuri ka mill-bojja Albert PierreIl-ġuri ta’ Haigh sar f ’Lew- port. fuq wara tal-maħżen. Fost il-fdalijiet, l-investigaturi sabu xaħam tal-bniedem, parti minn sieq ta’ bniedem u biċċa dentatura, li wara l-analiżi rriżulta li kienet ta’ Olive. Dawn is-sejbiet wasslu għall-arrest ta’ Haigh u dan tal-aħħar ammetta li hu qatel lil Olive Durand-Deacon, lill-koppja Henderson u lill-familja McSwan. Saħaq li qatel tliet persuni oħrajn iżda l-pulizija ma setgħux jakkużawh mingħajr evidenza konkreta.
26
11.07.2021
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
11.07.2021
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 389
K. CACHIA - ĦAL LUQA
MIMDUDIN: 1. Kompli l-qawl: Fl-aħħar tal-mazzita ssib iż-....... (5) 4. Plural ta’ qalb (4) Bi 3 NUMRI 122 128 139 150 169 180 205 227 246 281 411 476
485 544 585 605 629 767 781 788 824 825 865 939
B’4 NUMRI 0307 0548 1144 1473 1732 2891 3024 3090 3685 4742 4835 5091
5183 5422 5599 6038 6411 6548 6670 7693 7699 7722 7860 8212 8271
8667 8922 9174 9532 9681 B’5 NUMRI 05112 06633 07298 10608 21020 30551
34000 34888 43167 60590 60652 65438 70686 76706 88602 94626 95316 95377
B’6 NUMRI 108541 174000 191924 264556 306777 574399 600994 622745 652229 702801 729685 772040
7,16. 9. 10. 12. 16.
WEQFIN: 5,11. 1. Raħal Dun Anġ (6) 6,21M. 2,15. Ma jmut qatt (9) 8. 3,23. Hekk għamel xħin 11. ra opportunità 12,19. ta’ xogħol (7) 13.
Drapp ġeneralment 18, ikun aħdar (5) 19. Ġurnata (3) 20. Lesti (6) 21. Abbiltà (6) 23. Ara 7 24.
Tidħol bl-Ingliż (2) Ara 12 wieqfa Mhux fondi (5) Ara 6 Ara 3 Agħtuni bla għ (5)
Tagħti d-dawl (5) 14. Femminili (6) Pajjiż Maradona (9) 15. Ara 5 17. Kanċer? (5) 21. Kunjom (3) 22.
Tagħmel idek miegħu (6) Ara 2 North South East (1,1,1) Marid bl-Ingliż (3) ....... Tok (3)
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Issib, 4.Qrid, 7,23.Brażil, 9.Sur, 10.Qantar, 12.Satana, 16.Uri, 18.NL, 19.Rai, 20.Taġen, 21.LMA, 24.Dedik.
WEQFIN: 1.Insibu, 2,12W. Sorsi, 3.BBQ, 5,11. Ratba, 6.Dar, 8.Raħal Ġdid, 13,21W. Tnalja, 14.Arnold, 15.Bierek, 17,22. Rumani
28
11.07.2021
MAGĦQUDIN ’IL QUDDIEM Editorjal
Minn mijiet ta’ snin lura għas-sena li ninsabu fiha, irnexxielna bħala poplu Malti nirbħu ġlidiet li lanqas l-akbar armati u l-iżjed ġnus għonja ma rnexxielhom jaslu għalihom
Il-kobor ta’ nazzjon ma jitkejjilx mid-daqs tal-art li għandu. Lanqas hu rifless fis-saħħa militari tiegħu jew ir-riżorsi naturali li hu mogħni bihom. Fil-verità xejn ma jħabbatha ma’ ġens li jkun magħqud wara l-mexxejja tiegħu u mgħammar b’kull determinazzjoni u reżiljenza biex jasal fejn jixtieq ħalli jwettaq ilħolm realistiku tiegħu. Dan hu pprovat f’epoki u na ħat differenti tad-dinja, mhux l-inqas f’pajjiżna. Hemm iżjed minn biżżejjed ġrajjiet fl-istorja rikka tiegħu li l-poplu Malti jista’ jirrakkonta. Jista’ jiftaħar li, storikament, dawn il-kisbiet kbar spikkaw saħansitra f’għaj nejn id-dinja avolja ġejjin minn blata f’nofs il-Mediterran. Bħala l-iċken stat fl-Ewropa, irnexxielna nuru l-kobor tagħna iżjed minn darba u, f’ċerti istanzi, anke għaġġibna u rredikolajna pajjiżi ġganti. Minn mijiet ta’ snin lura għas-sena li ninsabu fiha, irnexxielna nirbħu ġlidiet li lanqas l-akbar armati u l-iżjed ġnus għonja ma rnexxielhom jaslu għalihom. Avolja spiss naħsbu li l-uni vers idur magħna, perspettiva antropoloġika faċilment turi
li l-ego li għandna mhux kbir ta’ xejn. Differenti minn ħafna popli oħrajn, l-ebda sfida qatt ma qatgħetilna qalbna, kbira kemm hi kbira. Ma nistgħux naħarbu minn tali ħsieb waqt li nkunu qegħdin inħarsu lejn il-ġejjieni tagħna, dejjem bit-tama li nersqu iżjed lejn prosperità akbar, biex infasslu u noħolqu qafas li jipproteġina fit-tul u eventwalment biex ikollna soċjetà iżjed ġusta u ugwali, fost oħrajn. Fuq din il-bażi ta’ ħsieb, ilPartit Laburista bena l-viżjoni tiegħu fil-forma ta’ “100 Idea” dwar fejn jixtieq jieħu lil Malta u l-Maltin fiż-żmien li ġej u fl-istess ħin iġedded il-politika tiegħu iżjed minn ċentinarju wara twelidu fl-iżjed oqsma li jaffettwaw il-ħajja Maltija. Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ddes kriva dawn il-100 Idea bħala “xhieda ħajja tal-impenn tagħna li nġeddu l-ħolma ta’ missirijietna għall-preżent u l-futur. Nemmnu li Malta hi gżira żgħira li se tkompli tilħaq l-aspettattivi u tegħleb sfidi ħafna akbar minnha.” F’Ottubru li għadda, meta
l-Partit iċċelebra l-100 anniver sarju, konna għedna li kieku missirijietna setgħu jħarsu fuq dan il-vjaġġ twil u jaraw fejn jinsab il-poplu llum, kienu jkunu kburin … u ma stajniex inkunu iżjed ġustifikati. Iżżmien li qed ngħixu fih ukoll jagħti l-akbar raġun lilll-Prim Ministru, ladarba ma setax ikun iżjed propizju biex naraw ir-riżultati li, bħala ġens taħt tmexxija bieżla u għaqlija, kapaċi nilħqu flimkien. Wara iżjed minn tmien snin fil-poter, illum kull min hu f’sensih irodd ħajr lit-tmexxija Laburista għar-rivoluzzjoni li seħħet mindu l-pajjiż kien wasal f’xifer l-irdum. L-istess kif fl-aħħar xhur ta’ kriżi, kull Malti u Għawdxi ta’ rieda tajba sar iżjed rikonoxxenti lejn l-amministrazzjoni fil-pajjiż li, b’ħemel ta’ benefiċċji u wieħed mill-aħjar programmi ta’ tilqim fid-dinja, kienet mill-aktar strumentali biex ġew protetti l-familji u n-negozji minn kull maltemp qalil tal-pandemija. Ma jfissirx li l-poplu jemmen jew jaċċetta li, taħt Gvern Laburista, kollox fil-pajjiż hu idea li. Jew li ma jistax ikun hemm
dgħufijiet u żbalji. Xejn affattu. Żgur, iżda, jinsab konvint u fiduċjuż li Gvern Laburista jibqa’ l-għażla naturali biex nissoktaw mexjin ’il quddiem. Għalhekk ukoll il-maġġoranza tibqa’ tinjora lil dawk li kap riċċjożament imorru kontra tali kurrent nazzjonali u jagħmlu ħilithom kollha biex jostakolaw it-triq, appoġġjati missoltu forċini li, biex jissodisfaw il-lealtà partiġjana tagħhom, isibu kull xagħra u tentufa ħalli jargumentaw kontra din il-mixja progressiva, inkluż f’tali ċirkostanzi straordinarji. Kull għajta tagħhom għallgħaqda nazzjonali hi biss ħanqa li qatt ma titla’ s-sema, partikolarment meta jibqgħu ma joffru l-ebda alternattiva denja. Dan biex ma ninsewx il-frattariji arroganti li kienu kapaċi jagħmlu meta ġew fdati biex jamministraw, wara l-insistenza tagħhom biex itappnu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna barra minn xtutna u l-fatt li biegħu ruħhom bil-għan li jipprovaw ikissru l-aktar ekonomija vib ranti fl-istorja. Mhux ta’ b’xejn qed jitkarrbu bi ħniena għal ftit kredibbiltà.